Proċedura : 2017/0085(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0270/2018

Testi mressqa :

A8-0270/2018

Dibattiti :

PV 04/04/2019 - 3
CRE 04/04/2019 - 3

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.16
CRE 04/04/2019 - 6.16

Testi adottati :

P8_TA(2019)0348

RAPPORT     ***I
PDF 524kWORD 193k
31.7.2018
PE 618.193v02-00 A8-0270/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

(COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: David Casa

Rapporteur għal opinjoni (*):

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI TAL-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

(COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0253),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 153(1)(i) u (2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0137/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-6 ta' Diċembru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Novembru 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0270/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hi prinċipju fundamentali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi waħda mill-għanijiet tal-Unjoni. B'mod simili, l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, fix-xogħol u fil-paga.

(2)  L-ugwaljanza bejn is-sessi hi prinċipju fundamentali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, il-promozzjoni tal-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, is-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet u l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal huma għanijiet tal-Unjoni. L-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Unjoni jeħtiġilha tfittex li telimina l-inugwaljanzi u li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha tagħha. Barra minn hekk, it-Titolu III tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) jistipula li kulħadd huwa ugwali f'għajnejn il-liġi, li d-diskriminazzjoni hi pprojbita u li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, fix-xogħol u fil-paga (l-Artikoli 20, 21 u 23 tal-Karta).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Artikolu 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi għad-dritt għall-protezzjoni kontra s-sensja għal xi raġuni konnessa mal-maternità, u d-dritt għal liv tal-maternità mħallas u għal liv tal-ġenituri wara t-twelid jew wara l-adozzjoni ta' wild, għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u dik professjonali.

(3)  L-Artikolu 33 tal-Karta jipprovdi għall-protezzjoni legali, ekonomika u soċjali tal-familja, għad-dritt għall-protezzjoni kontra s-sensja għal xi raġuni konnessa mal-maternità, u d-dritt għal liv tal-maternità mħallas u għal liv tal-ġenituri wara t-twelid jew wara l-adozzjoni ta' wild, għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u dik professjonali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. Id-dispożizzjonijiet ta' dik il-Konvenzjoni huma b'hekk, mad-dħul fis-seħħ tagħha, parti integrali tal-ordni legali tal-Unjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha sa fejn hu possibbli tkun interpretata b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni, fl-Artikolu 7 tagħha, tipprovdi, fost affarijiet oħra, li l-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw it-tgawdija bis-sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha mit-tfal b'diżabbiltajiet fuq bażi ugwali ma' tfal oħra.

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri kollha huma parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u b'mod aktar ġenerali għandhom jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet fundamentali minquxa fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Id-dispożizzjonijiet ta' dik il-Konvenzjoni huma b'hekk, mad-dħul fis-seħħ tagħha, parti integrali tal-ordni legali tal-Unjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni trid sa fejn hu possibbli tkun interpretata b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni, fil-punt 24 tal-Preambolu u fl-Artikolu 7 tagħha, tipprovdi, fost affarijiet oħra, li l-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw it-tgawdija bis-sħiħ u b'mod ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha mit-tfal b'diżabbiltajiet fuq bażi ugwali ma' tfal oħra. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni, fl-Artikolu 23 tagħha, tipprovdi li l-partijiet għandhom jieħdu miżuri effettivi u xierqa biex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabbiltajiet fil-kwistjonijiet kollha relatati ma' żwieġ, familja, paternità jew maternità u relazzjonijiet fuq bażi ugwali ma' persuni oħra.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-Istati Membri ffirmaw u rratifikaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal u għalhekk huma marbuta legalment li jieħdu l-miżuri kollha sabiex jimplimentaw id-drittijiet ikkonċernati. Fl-Artikolu 18 tagħha, il-Konvenzjoni tipprovdi, fost affarijiet oħra, li l-ġenituri jew, skont il-każ, il-kustodji, għandhom ir-responsabbiltà primarja għat-trobbija u l-iżvilupp tat-tfal, u li l-aħjar interessi tat-tfal se jikkostitwixxu t-tħassib bażiku tagħhom. Din tfakkar ukoll lill-Istati fir-responsabbiltà tagħhom li jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jiżguraw li t-tfal li l-ġenituri tagħhom joħorġu jaħdmu jkollhom id-dritt li jgawdu minn servizzi u faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal li huma eliġibbli għalihom.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li l-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jikkontribwixxu għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, billi jagħmluha eħfef għall-irġiel li jikkondividu r-responsabbiltajiet ta' indukrar fuq bażi ugwali man-nisa, u billi jeliminaw id-disparitajiet bejn is-sessi fil-qligħ u fil-paga . Tali politiki għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tibdiliet demografiċi inkluż l-effetti fuq il-popolazzjoni li qed tixjiħ.

(5)  Jenħtieġ li l-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jikkontribwixxu għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, billi jħeġġu u jagħmluha eħfef għall-irġiel li jikkondividu r-responsabbiltajiet ta' indukrar fuq bażi ugwali man-nisa, u billi jeliminaw id-disparitajiet bejn is-sessi fil-qligħ, fil-paga u fil-pensjoni. Jenħtieġ li tali politiki jqisu t-tnaqqis tal-isterjotipi tal-irġiel u n-nisa, ir-rikonoxximent u t-tqassim mill-ġdid tar-responsabbiltajiet ta' indukrar u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' standards ta' kwalità għat-tipi kollha ta' servizzi ta' indukrar u, barra minn hekk, jgħarfu t-tibdiliet demografiċi inkluż l-effetti fuq il-popolazzjoni li qed tixjiħ u l-impatt tagħha fuq ir-responsabbiltajiet tal-indukrar. Hu kruċjali li tiġi indirizzata l-isfida tat-tibdil demografiku sabiex jiġi żgurat l-istat ta' tħejjija tal-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-futur tax-xogħol. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-parteċipazzjoni ta' kategoriji vulnerabbli ta' nisa fis-suq tax-xogħol.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-politiki li jindirizzaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fir-rigward tal-persuni li jindukraw b'mod informali – li attwalment jipprovdu 80 % tal-indukrar kollu madwar l-UE, mingħajr ħlas – huma rilevanti għal u proporzjonati mal-isfidi imposti mit-tibdiliet demografiċi. Dawk il-politiki huma mistennija jikkontribwixxu biex, minn naħa waħda, jimmitigaw l-effetti ta' domanda akbar għall-indukrar, u min-naħa l-oħra jikkontribwixxu għat-tendenza lejn familji iżgħar u familji ġeografikament aktar imxerrda kif ukoll għaż-żieda fl-għadd ta' nisa li jidħlu fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jnaqqsu l-potenzjal ta' indukrar informali. Il-prevalenza ta' indukrar informali fl-Unjoni flimkien mal-pressjoni fuq l-infiq pubbliku f'xi pajjiżi jfissru li din il-forma ta' appoġġ hija mistennija tiżdied b'mod sinifikanti. Għalhekk, huwa evidenti li l-indukrar informali jeħtieġ li jiġi appoġġjat u l-miżuri li jippermettu lill-persuni li jindukraw jikkombinaw l-indukrar max-xogħol huma indispensabbli.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-għan tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ġie pproklamat mill-istituzzjonijiet Ewropej fis-17 ta' Novembru 2017, huwa li jagħti drittijiet ġodda u aktar effettivi liċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Pilastru jibni fuq 20 prinċipju ewlieni, inklużi l-Prinċipju 2 dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Prinċipju 3 dwar l-Opportunitajiet indaqs, u l-Prinċipju 9 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata. Tal-aħħar jiddikjara li "ġenituri u nies b'responsabbiltajiet ta' kura għandhom id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura. In-nisa u l-irġiel għandu jkollhom aċċess ugwali għal liv speċjali sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta' kura tagħhom u għandhom jiġu mħeġġa jużawhom b'mod bilanċjat".

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Ġenituri u persuni oħra b'responsabbiltajiet ta' indukrar jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol adattabbli u aċċess għal servizzi ta' indukrar. In-nisa u l-irġiel jenħtieġ li jkollhom aċċess ugwali għal liv speċjali ta' waqfien sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta' indukrar tagħhom u jenħtieġ li jiġu mħeġġa jużawhom b'mod bilanċjat.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  Ir-Rapport tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 2013 dwar "L-impatt tal-kriżi fuq l-aċċess għall-kura tal-gruppi vulnerabbli" jitlob b'mod speċifiku lill-Kummissjoni tipproponi direttiva dwar il-liv tal-persuni li jindukraw.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d)  Skont id-data tal-Kummissjoni (Eurostat) għal Ottubru 2017, ir-rata tal-impjiegi tal-irġiel fl-Unjoni kienet ta' 71,9 %, filwaqt li dik tan-nisa kienet ta' 61,4 %, minkejja l-fatt li n-nisa għandhom livell ogħla ta' edukazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Madankollu, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu sfida konsiderevoli għal ħafna ġenituri u ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar, b'impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa. Fattur kbir li jikkontribwixxi għas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hu d-diffikultà li jibbilanċjaw ix-xogħol mal-obbligi tal-familja. Meta jkollhom it-tfal, in-nisa għandhom tendenza li jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu iktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' indukrar mhux imħallsa. Intwera li sitwazzjoni li fiha n-nisa jkollhom qarib marid jew dipendenti jkollha impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa, u twassal sabiex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol għalkollox.

(7)  Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu sfida konsiderevoli għal ħafna ġenituri u ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar, b'impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa. Fattur determinanti li jikkontribwixxi għas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, minbarra d-diskriminazzjoni fl-aċċess, ir-relazzjoni, it-tip u r-remunerazzjoni tax-xogħol, hu d-diffikultà li jibbilanċjaw ix-xogħol mar-responsabbiltajiet tal-familja. Meta jkollhom it-tfal, in-nisa għandhom tendenza li jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu iktar ħin jaqdu kompiti ta' indukrar mhux imħallsa. Barra minn hekk, hemm tendenza dejjem tiżdied li jiġu estiżi s-sigħat tax-xogħol sa tard filgħaxija u prevalenza f'ċerti setturi ta' xogħol ta' billejl jew xogħol fi ġranet li jkunu festa u dan jagħmilha diffiċli għall-ħaddiema li jirrikonċiljaw ix-xogħol mad-dmirijiet tagħhom lejn it-tfal u qraba jew persuni oħra miċ-ċirku qrib fi bżonn ta' indukrar jew appoġġ. Intwera li sitwazzjoni li fiha n-nisa jkollhom qarib bi bżonnijiet ta' indukrar jew appoġġ ikollha impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa, li twassal biex għadd ta' nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol parzjalment jew għalkollox. B'hekk, dan għandu impatt negattiv fuq is-sigurtà soċjali u d-drittijiet tal-pensjoni ta' dawk li jindukraw, f'xi każijiet iwassal għal riskju akbar ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali, speċjalment fix-xjuħija. Ir-riċerka u l-prattika juru benefiċċji lil impjegaturi bħala konsegwenza tal-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-persuni li jindukraw u jaħdmu, li jwasslu għal riżultati aħjar, bħal tnaqqis tal-assenteiżmu, abbiltà ikbar biex jattiraw persunal u biex iżommu u jimmotivaw il-persunal.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Id-disponibbiltà ta' infrastruttura ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli għall-indukrar tat-tfal u ta' qraba li jeħtieġu l-indukrar jew l-appoġġ uriet li hija fattur kruċjali għall-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li jiffaċilitaw ir-ritorn rapidu ta' ommijiet lejn is-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni dejjem akbar tagħhom fis-suq tax-xogħol. Madankollu, sal-2018, il-maġġoranza tal-Istati Membri għadhom ma laħqux l-objettivi ta' Barċellona 2002 għall-indukrar tat-tfal. L-ilħuq ta' dawk l-objettivi huwa kruċjali sabiex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-impjiegi u biex jiġi prijoritizzat l-investiment f'indukrar tat-tfal ibbażat fil-komunità, li jkun ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli, fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali bħala fattur essenzjali sabiex tiġi ffaċilitata s-sitwazzjoni. L-istabbiliment ta' liv għal individwi li jindukraw, għalhekk, jenħtieġ li ma jservix bħala sostitut għal servizzi ta' indukrar professjonali, aċċessibbli, affordabbli u ta' kwalità bbażat fil-komunità.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas legali attwali tal-Unjoni jipprovdi inċentivi limitati għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar. In-nuqqas ta' liv tal-paternità u tal-ġenituri mħallas f'ħafna Stati Membri jikkontribwixxi għall-użu baxx tat-tali liv mill-missirijiet. L-iżbilanċ fit-tfassil tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bejn in-nisa u l-irġiel jirrinforza d-differenzi bejn ix-xogħol u l-indukrar għas-sessi. Għall-kuntrarju, l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, bħal-liv jew l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, intwera li għandu impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħti lil dawn iktar ħin għall-impjieg bi ħlas.

(8)  Il-qafas legali attwali tal-Unjoni jipprovdi inċentivi limitati għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar. In-nuqqas ta' liv tal-paternità u tal-ġenituri mħallas, kif ukoll it-trasferibbiltà tal-liv tal-ġenituri f'ħafna Stati Membri jikkontribwixxu għall-użu baxx tat-tali liv mill-missirijiet. L-iżbilanċ fit-tfassil tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bejn in-nisa u l-irġiel jirrinforza l-isterjotipi u d-differenzi bejn ix-xogħol u l-indukrar għas-sessi. Għall-kuntrarju, l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, bħal-liv jew l-arranġamenti tax-xogħol adattabbli, intwera li għandu impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħti lil dawn iktar ħin għall-impjieg bi ħlas. Barra minn hekk, ir-riċerka tal-Eurofound turi li r-rati tal-użu tal-liv fost il-ġenituri jiddependu fuq bosta fatturi relatati. Ta' importanza partikolarment kbira huma l-faċilitajiet ta' indukrar tat-tfal, indukrar ta' persuni anzjani u persuni b'diżabbiltà li jkunu ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli. informazzjoni dwar il-liv disponibbli; kumpens għal-liv u differenzi fil-pagi; mudelli prevalenti fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-familja; u l-punt sa fejn il-ħaddiema jibżgħu li jiġu iżolati mis-suq tax-xogħol meta jieħdu l-liv. Iż-żgħażagħ jikkostitwixxu l-grupp li, b'mod ċar, huwa fost dawk l-aktar vulnerabbli għal dawk ir-raġunijiet kollha.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Sabiex jittejjeb il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-prattiki diskriminatorji bħad-differenza persistenti bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jenħtieġ li jiġu indirizzati biex eventwalment tiġi żgurata ekwità akbar fis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri flimkien mas-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jenħtieġ li jinkludu edukazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kurrikuli tagħhom fl-edukazzjoni obbligatorja u fl-edukazzjoni ta' qabel il-primarja u għandhom ikomplu bl-isforzi tal-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu informazzjoni u sensibilizzazzjoni. Il-politiki dwar it-trattament indaqs jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw il-kwistjoni tal-isterjotipi fl-impjiegi u r-rwoli kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa u s-sħab soċjali jenħtieġ li jaġixxu fuq ir-rwol essenzjali tagħhom biex jinfurmaw kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil impjegaturi u jżidu s-sensibilizzazzjoni tagħhom dwar l-indirizzar tad-diskriminazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Sabiex jiġi vvalutat aħjar l-impatt tal-leġiżlazzjoni sottostanti u ta' leġiżlazzjoni oħra relatata, data rilevanti bħall-għadd ta' sigħat tax-xogħol, il-paga, il-kariga, inkluż tqassim skont is-sess u l-età, jenħtieġ li tinġabar u tiġi ppubblikata fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali sabiex tiġi ddokumentata d-diskriminazzjoni intersettorjali u l-politiki jissawru b'mod immirat u effiċjenti fir-riżorsi. L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND), iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) flimkien mal-korpi nazzjonali u reġjonali għall-ugwaljanza, jenħtieġ li jaġġornaw b'mod kostanti l-indikaturi ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, sabiex jiġi żgurat li d-data tkun rilevanti u disponibbli fi żmien debitu.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)  L-investiment f'servizzi bbażati fil-komunità għal persuni b'diżabbiltà jew bi bżonnijiet ta' appoġġ relatati mal-età huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat li n-nisa ma jiġux sfurzati jitilqu mis-suq tax-xogħol jew li dawn ma jkunux jistgħu jibqgħu jaħdmu fi jew jerġgħu jibdew jaħdmu f'impjieg imħallas, f'konformità mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 2017 dwar it-Tisħiħ tal-Appoġġ u l-Kura Bbażati fil-Komunità għal Għajxien Indipendenti.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 8d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8d)  Sabiex tinbena soċjetà soċjalment u ekonomikament sostenibbli, ir-responsabbiltà għal bilanċ xieraq bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jenħtieġ li jinqasam bejn il-ħaddiema, il-familji, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-impjegaturi u l-fornituri tas-servizzi pubbliċi u privati kollha.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Is-sħab soċjali jenħtieġ li jiġu mħeġġa mill-Istati Membri sabiex ikomplu l-ħidma attiva tagħhom fir-rigward tal-faċilitazzjoni tar-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol, il-ħajja privata u dik tal-familja u t-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi u t-trattament indaqs fis-suq tax-xogħol permezz tal-edukazzjoni, it-tagħlim għall-adulti, is-sensibilizzazzjoni u l-kampanji ta' informazzjoni.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Is-sħab soċjali jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali skont il-prattiki nazzjonali. Dawn jenħtieġ li jkunu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa xieraq li tiġi revokata u sostitwita d-Direttiva 2010/18/UE li attwalment tirregola l-liv tal-ġenituri billi jiġi implimentat ftehim qafas konkluż bejn is-sħab soċjali. Din id-Direttiva tibni, b'mod partikolari, fuq ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2010/18/UE u tikkomplimentahom billi ssaħħaħ id-drittijiet eżistenti u billi tintroduċi drittijiet ġodda.

(10)  Huwa xieraq li tiġi revokata u sostitwita d-Direttiva 2010/18/UE li attwalment tirregola l-liv tal-ġenituri billi jiġi implimentat ftehim qafas konkluż bejn is-sħab soċjali. Din id-Direttiva tibni, b'mod partikolari, fuq ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2010/18/UE u tikkomplimentahom billi ssaħħaħ id-drittijiet eżistenti u billi tintroduċi drittijiet ġodda. Jenħtieġ li l-ebda ħaġa f'din id-Direttiva ma tiġi interpretata bħala li tnaqqas drittijiet li kienu jeżistu qabel skont dik id-Direttiva.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi relatati mal-liv tal-paternità, tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw u mal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri u għall-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar. Billi tiffaċilita r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, jenħtieġ li din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-għanijiet ibbażati fuq it-Trattati tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol, tat-trattament indaqs fuq ix-xogħol u tal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg fl-Unjoni.

(11)  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi relatati mal-liv tal-paternità, tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw u mal-arranġamenti tax-xogħol adattabbli għall-ġenituri u għall-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar. Billi tiffaċilita r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, jenħtieġ li din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-għanijiet ibbażati fuq it-Trattati tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol, tat-trattament indaqs fuq ix-xogħol u tal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg fl-Unjoni. Barra minn hekk, din id-Direttiva tfakkar fl-iżviluppi demografiċi attwali li jwasslu għal ħtiġijiet dejjem jiżdiedu ta' indukrar minħabba t-tixjiħ tas-soċjetà u, konsegwentement, il-ħtieġa li jsir investiment fi u jiġu żviluppati faċilitajiet ta' indukrar aċċessibbli, affordabbli u ta' kwalità għat-tfal u għall-anzjani li jippermettu lil dawk li jindukraw li jżommu ħajja professjonali attiva.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħaddiema kollha li għandhom kuntratti ta' impjieg jew relazzjonijiet ta' impjieg oħrajn. Hekk kif huwa attwalment il-każ skont il-Klawżola 2(3) tal-Anness tad-Direttiva 2010/18/UE, din għandha tinkludi kuntratti li jirrelataw mal-impjieg jew relazzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema part-time, ħaddiema b'kuntratt għal żmien fiss jew persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija ta' xogħol temporanju.

(12)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tapplika għall-ħaddiema kollha li għandhom kuntratti ta' impjieg jew relazzjonijiet ta' impjieg oħrajn. Hekk kif huwa attwalment il-każ skont il-Klawżola 2(3) tal-Anness tad-Direttiva 2010/18/UE, din jenħtieġ li tinkludi kuntratti li jirrelataw mal-impjieg jew relazzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema part-time, ħaddiema b'kuntratt għal żmien fiss jew persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija ta' xogħol temporanju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li testendi t-tgawdija tad-drittijiet previsti f'din id-Direttiva għall-persuni li jaħdmu għal rashom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, jekk xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva fuq dik il-bażi.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Id-dritt tal-Unjoni jiżgura l-prinċipju ta' trattament indaqs bejn diversi tipi ta' relazzjonijiet tal-impjiegi, jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq is-sess fi kwistjonijiet ta' impjieg, professjoni, protezzjoni soċjali u aċċess għall-oġġetti u s-servizzi, jiżgura portabbiltà u preservazzjoni tad-drittijiet f'każ ta' mobbiltà bejn l-Istati Membri u jiggarantixxi rekwiżiti minimi għall-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari bejn il-fruntieri, kif ukoll rekwiżiti minimi ta' trasparenza f'termini ta' skemi okkupazzjonali.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex titħeġġeġ il-kondiviżjoni iktar indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, jenħtieġ li jiġi introdott id-dritt għal-liv tal-paternità għall-missirijiet li jrid jittieħed fl-okkażjoni tat-twelid ta' wliedhom. Biex jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-paternità jingħata rrispettivament mill-istat ċivili jew tal-familja kif definit fil-liġi nazzjonali.

(13)  Biex tissaħħaħ il-kondiviżjoni iktar indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, jenħtieġ li jiġi introdott id-dritt għal liv tal-paternità bi ħlas għall-missirijiet jew għat-tieni ġenitur ekwivalenti kif stabbilit fid-dritt nazzjonali li jrid jittieħed fil-perjodu tat-twelid jew tal-adozzjoni ta' wild, jew ta' twelid mejjet. Biex jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-paternità jingħata rrispettivament mill-istat ċivili jew tal-familja kif definit fil-liġi nazzjonali.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miżuri speċifiċi li permezz tagħhom il-benefiċċji kollha previsti minn din id-Direttiva jkunu applikabbli f'każ li l-ġenituri jdumu ħafna barra mill-pajjiż sabiex jipperfezzjonaw il-proċedura tal-adozzjoni internazzjonali.

 

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-missirijiet ma jużawx id-dritt tagħhom għal-liv tal-ġenituri jew jittrasferixxu sehem konsiderevoli mill-intitolament għal-liv tagħhom lill-ommijiet, biex tinkoraġġixxi lit-tieni ġenitur jieħu l-liv tal-ġenituri, din id-Direttiva, filwaqt li żżomm id-dritt ta' kull ġenitur għal mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri attwalment provdut mid-Direttiva 2010/18/UE, testendi minn xahar wieħed għal erba' xhur il-perjodu ta' liv tal-ġenituri li ma jistax jiġi trasferit minn ġenitur għall-ieħor.

(14)  Minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-missirijiet ma jużawx id-dritt tagħhom għal-liv tal-ġenituri jew jittrasferixxu sehem konsiderevoli mill-intitolament għal-liv tagħhom lill-ommijiet, biex tinkoraġġixxi lit-tieni ġenitur jieħu l-liv tal-ġenituri, din id-Direttiva, filwaqt li żżomm id-dritt ta' kull ġenitur għal mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri attwalment provdut mid-Direttiva 2010/18/UE, testendi minn xahar wieħed għal erba' xhur il-perjodu ta' liv tal-ġenituri li ma jistax jiġi trasferit minn ġenitur għall-ieħor. L-iżgurar li erba' xhur ta' liv tal-ġenituri jkunu esklussivament disponibbli għall-irġiel u ma jistgħux jiġu trasferiti lill-ġenitur l-ieħor, iħajjru lill-missirijiet jużawhom, biex b'hekk tiġi promossa l-paternità. Dan jippromwovi u jiffaċilita wkoll l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ommijiet fix-xogħol wara liv tal-maternità u tal-ġenituri. Il-ħolqien ta' kundizzjonijiet għal tqassim aktar ibbilanċjat tar-responsabbiltajiet tal-indukrar bejn il-ġenituri ċertament jikkontribwixxi għal żieda fil-parteċipazzjoni tal-irġiel u n-nisa fl-impjieg.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex il-ġenituri jiġu pprovduti b'iktar possibbiltajiet li jieħdu l-liv tal-ġenituri waqt li t-tfal tagħhom ikunu qed jikbru, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-ġenituri jingħata sakemm it-tfal jagħlqu tal-inqas tnax-il sena. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw il-perjodu ta' avviż formali li l-ħaddiem irid jagħti lill-impjegatur meta japplika għal-liv tal-ġenituri u jiddeċiedu jekk id-dritt għal-liv tal-ġenituri jistax ikun soġġett għal ċertu perjodu ta' servizz. Fid-dawl tad-diversità dejjem ikbar tal-arranġamenti kuntrattwali, jenħtieġ li s-somma tal-kuntratti suċċessivi b'terminu fiss mal-istess impjegatur tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tal-perjodu ta' servizz. Biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema ma' dawk tal-impjegaturi, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jiddeċiedu jiddefinixxux jekk l-impjegatur jistax ikun permess jipposponi l-għoti ta' liv tal-ġenituri taħt ċerti ċirkostanzi. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-impjegatur jipprovdi ġustifikazzjoni għall-posponiment.

(15)  Biex il-ġenituri jiġu pprovduti b'iktar possibbiltajiet li jieħdu l-liv tal-ġenituri waqt li t-tfal tagħhom ikunu qed jikbru, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-ġenituri jingħata sakemm it-tfal jagħlqu tal-inqas 10 snin. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw, filwaqt li jqisu b'mod partikolari r-restrizzjonijiet tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, perjodu raġonevoli ta' avviż formali li l-ħaddiem irid jagħti lill-impjegatur meta japplika għal-liv tal-ġenituri u jiddeċiedu jekk id-dritt għal-liv tal-ġenituri jistax ikun soġġett għal ċertu perjodu ta' servizz. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jintroduċu rekwiżit għal perjodu minimu ta' servizz, ta' mhux aktar minn sitt xhur, qabel ma l-ħaddiem ikun intitolat li jibbenefika minn dak id-dritt. Fid-dawl tad-diversità dejjem ikbar tal-arranġamenti kuntrattwali, jenħtieġ li s-somma tal-kuntratti suċċessivi b'terminu fiss mal-istess impjegatur tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tal-perjodu ta' servizz. Biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema ma' dawk tal-impjegaturi, jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiddeterminaw jekk l-impjegatur jistax ikun permess jipposponi l-għoti ta' liv tal-ġenituri għal perjodu raġonevoli ta' żmien taħt ċirkostanzi oġġettivi. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-impjegatur jipprovdi ġustifikazzjoni għall-posponiment bil-miktub.

Peress li l-flessibilità tagħmilha iktar probabbli li t-tieni ġenitur, b'mod partikolari l-missirijiet, jieħdu l-intitolament tagħhom għat-tali liv, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu li jieħdu l-liv tal-ġenituri fuq bażi full-time jew part-time jew f'xi forom flessibbli oħra. Għandu jkun f'idejn l-impjegatur jaċċettax jew le t-tali talba għal-liv tal-ġenituri f'forom flessibbli oħra għajr full-time. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tal-liv tal-ġenituri għandhomx jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet partikolarment żvantaġġati.

Peress li l-flessibbiltà tagħmilha iktar probabbli li t-tieni ġenitur, b'mod partikolari l-missirijiet, jieħdu l-intitolament tagħhom għat-tali liv, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu li jieħdu l-liv tal-ġenituri fuq bażi full-time jew part-time jew f'xi forom flessibbli oħra. Għandu jkun f'idejn l-impjegatur jaċċettax jew le t-tali talba għal-liv tal-ġenituri f'forom flessibbli oħra għajr full-time. L-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tal-liv tal-ġenituri għandhomx jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet partikolarment żvantaġġati, b'mod partikolari fir-rigward ta' tfal b'diżabbiltà, problema ta' saħħa mentali, jew kondizzjoni medika jew mard serji, kif ukoll fir-rigward ta' ġenituri waħedhom, li jenħtieġ li jkollhom aċċess għal tal-anqas l-istess livell ta' drittijiet u protezzjoni assigurati lill-ġenituri skont din id-Direttiva u jistgħu jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet speċifiċi skont id-dritt nazzjonali meta titqies is-sitwazzjoni speċifika tagħhom.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jżommu kuntatt matul il-perjodu tal-liv u jistgħu jagħmlu arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta' integrazzjoni mill-ġdid, li għandhom jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b'kunsiderazzjoni għal-liġi, għall-ftehimiet kollettiv u għall-prattika nazzjonali.

(16)  Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jżommu kuntatt volontarju matul il-perjodu tal-liv u jistgħu jagħmlu arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta' integrazzjoni mill-ġdid, bħat-taħriġ jew it-taħriġ mill-ġdid, li jenħtieġ li jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b'kunsiderazzjoni għad-dritt nazzjonali, il-ftehimiet kollettiv u l-prattika. Jenħtieġ li jkun ċar li l-ħaddiema li ma jixtiqux iżommu kuntatt mhumiex obbligati li jagħmlu dan, u jeħtieġ li ma jiġu ddiskriminati bl-ebda mod. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-impjegaturi jinfurmaw lill-ħaddiema matul il-perjodu tal-liv jew l-arranġmenti tax-xogħol adattabbli tagħhom dwar kwalunkwe taħriġ offrut lill-bqija tal-ħaddiema, proċessi ta' promozzjoni u postijiet vakanti interni disponibbli, u dawk il-ħaddiema jenħtieġ li jżommu d-dritt biex jipparteċipaw fihom.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jingħataw opportunitajiet akbar lill-irġiel u n-nisa li jkunu qed jieħdu ħsieb membru tal-familja anzjan u/jew qraba oħra bi bżonn ta' indukrar biex jibqgħu fil-forza tax-xogħol, ħaddiema b'qarib marid serjament jew dipendenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jieħdu ħin frank mix-xogħol fil-forma ta' liv għall-indukrar biex jieħdu ħsieb dak il-qarib. Biex jiġi evitat l-abbuż ta' dak id-dritt, jista' jkun hemm bżonn ta' prova tal-marda serja jew tad-dipendenza qabel ma jingħata l-liv.

(17)  Sabiex jingħataw opportunitajiet akbar lil ħaddiema li jindukraw membru tal-familja anzjan u/jew qraba oħra bi bżonn ta' indukrar biex jibqgħu fil-forza tax-xogħol, ħaddiema b'qarib bi bżonn ta' indukrar jew appoġġ minħabba raġuni medika serja jew insuffiċjenza marbuta mal-età jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jieħdu ħin frank mix-xogħol fil-forma ta' liv għall-indukrar biex jieħdu ħsieb dak il-qarib. Jenħtieġ li tkun rikjesta prova medika tar-raġuni medika għall-bżonnijiet ta' indukrar jew appoġġ qabel ma jingħata l-liv, filwaqt li f'kull ħin jiġu protetti l-privatezza u d-data personali kemm tal-ħaddiem kif ukoll tal-persuna bi bżonn ta' indukrar, skont id-dritt nazzjonali.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Minbarra d-dritt għal-liv għall-indukrar ipprovdut f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-ħaddiema kollha jżommu d-dritt tagħhom li jieħdu ħin liberu mix-xogħol minħabba force majeure għal raġunijiet familjari urġenti u mhux mistennija, bħalissa pprovdut mid-Direttiva 2010/18/UE, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri.

(18)  Minbarra d-dritt għal-liv għall-indukrar ipprovdut f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-ħaddiema kollha jżommu d-dritt tagħhom li jieħdu ħin liberu mix-xogħol, mingħajr telf ta' drittijiet tal-impjiegi, minħabba force majeure għal raġunijiet familjari urġenti u mhux mistennija, bħalissa pprovdut mid-Direttiva 2010/18/UE, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bi qbil mad-dritt nazzjonali.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Bl-għan li jiżdiedu l-inċentivi għall-ħaddiema bi tfal u b'responsabbiltajiet ta' indukrar, speċjalment fost l-irġiel, biex jieħdu l-perjodi tal-liv stipulati f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn ikollhom id-dritt għal konċessjoni adegwata matul il-perjodu tal-liv. Il-livell tal-benefiċċju jenħtieġ li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiem konċernat jieħu fil-każ ta' liv minħabba l-mard. L-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza tal-kontinwità tal-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, inkluż il-kura tas-saħħa.

(19)  Bl-għan li jiżdiedu l-inċentivi għall-ħaddiema bi tfal u b'responsabbiltajiet ta' indukrar, speċjalment fost l-irġiel, biex jieħdu l-perjodi tal-liv stipulati f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn ikollhom id-dritt għal pagament jew benefiċċju adegwati matul il-perjodu tal-liv. Il-livell tal-pagament jew il-benefiċċju jenħtieġ li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal 78 % tal-paga grossa tal-ħaddiema f'każ ta' liv tal-ġenituri u liv tal-persuni li jindukraw. L-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza tal-kontinwità tal-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, inklużi l-pensjoni u l-kura tas-saħħa.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Skont id-Direttiva 2010/18/UE, l-Istati Membri huma meħtieġa jiddefinixxu l-istat tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv tal-ġenituri. Skont il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-relazzjoni tal-impjieg bejn il-ħaddiem u l-impjegatur hija b'hekk miżmuma waqt il-perjodu tal-liv u, b'riżultat ta' dan, il-benefiċjarju tat-tali liv, jibqa', matul dak il-perjodu, ħaddiem għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni. Meta jkunu qed jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg matul il-perjodu tal-liv kopert minn din id-Direttiva, inkluż fir-rigward tal-intitolamenti għas-sigurtà soċjali, l-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm.

(20)  Skont id-Direttiva 2010/18/UE, l-Istati Membri huma meħtieġa jiddefinixxu l-istat tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv tal-ġenituri. Skont il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-relazzjoni tal-impjieg bejn il-ħaddiem u l-impjegatur hija b'hekk miżmuma waqt il-perjodu tal-liv u, b'riżultat ta' dan, il-benefiċjarju tat-tali liv, jibqa', matul dak il-perjodu, ħaddiem għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni. Meta jkunu qed jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg matul il-perjodu tal-liv kopert minn din id-Direttiva, inkluż fir-rigward tal-intitolamenti għas-sigurtà soċjali, jenħtieġ li l-Istati Membri, għalhekk, jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm mingħajr preġudizzju għall-intitolamenti tas-sigurtà soċjali inkluża l-kontribuzzjoni tal-pensjoni li l-ħaddiem jibqa' soġġett għaliha waqt il-perjodu tal-liv. Għal dawn il-finijiet, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-liv previst f'din id-Direttiva ma jaffettwax l-intitolamenti tal-pensjoni tal-ħaddiem matul dan il-perjodu kollu.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Biex il-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw jitħeġġu jibqgħu fil-forza tax-xogħol, jenħtieġ li dawk il-ħaddiema ikunu jistgħu jadattaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom għall-ħtiġijiet u għall-preferenzi personali tagħhom. B'hekk, ġenituri li jaħdmu u persuni li jindukraw i jistgħu jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jiġifieri l-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, għall-finijiet ta' indukrar. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi, għandu jkun possibbli li Stati Membri jillimitaw it-tul tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, inkluż tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol. Filwaqt li ntwera li x-xogħol part-time hu utli biex ċerti nisa jibqgħu fis-suq tax-xogħol wara li jkollhom it-tfal, perjodi twal ta' sigħat tax-xogħol imnaqqsa jistgħu jwasslu għal inqas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jsarrfu f'inqas intitolamenti tal-pensjoni jew f'ebda intitolament tal-pensjoni. Jenħtieġ li d-deċiżjoni finali dwar jekk tiġix aċċettata talba ta' ħaddiem għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-impjegatur. Ċirkostanzi speċifiċi li jwasslu għall-bżonn ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli jistgħu jinbidlu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ħaddiema ma jkollhomx biss id-dritt li jirritornaw għall-iskedi tax-xogħol oriġinali tagħhom fi tmiem perjodu partikolari maqbul, iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu wkoll li jagħmlu dan fi kwalunkwe ħin meta bidla fiċ-ċirkustanzi sottostanti tkun teħtieġ hekk.

(21)  Biex il-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw jitħeġġu jibqgħu fil-forza tax-xogħol, jenħtieġ li dawk il-ħaddiema ikunu jistgħu jadattaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom għall-ħtiġijiet u għall-preferenzi personali tagħhom. B'hekk, ġenituri li jaħdmu u persuni li jindukraw jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu arranġamenti tax-xogħol adattabbli, jiġifieri l-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol, ta' skedi tax-xogħol adattabbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, għall-finijiet ta' indukrar. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi, jenħtieġ li jkun possibbli li Stati Membri jillimitaw it-tul tal-arranġamenti tax-xogħol adattabbli, inkluż tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol. Filwaqt li ntwera li x-xogħol part-time hu utli biex ċerti nisa jibqgħu fis-suq tax-xogħol wara li jkollhom it-tfal, jew meta jindukraw qraba bi bżonnijiet ta' indukrar jew appoġġ, perjodi twal ta' sigħat tax-xogħol imnaqqsa jistgħu jwasslu għal inqas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jsarrfu f'inqas intitolamenti tal-pensjoni jew f'ebda intitolament tal-pensjoni. Fil-każ tal-maġġoranza tal-persuni li jindukraw, dan jista' jwassal għal diffikultà finanzjarja, minħabba t-telf ta' introjtu dirett kif ukoll futur, filwaqt li, fl-aħħar mill-aħħar, l-għoti ta' indukrar informali huwa kontribut sinifikanti għas-soċjetà kif ukoll għal baġits tas-saħħa u soċjali limitati. Jenħtieġ li d-deċiżjoni finali dwar jekk tiġix aċċettata talba ta' ħaddiem għal arranġamenti tax-xogħol adattabbli taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-impjegatur li jenħtieġ li jiġġustifika r-rifjut bil-miktub. Ċirkostanzi speċifiċi li jwasslu għall-bżonn ta' arranġamenti tax-xogħol adattabbli jistgħu jinbidlu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ħaddiema ma jkollhomx biss id-dritt li jirritornaw għall-iskedi tax-xogħol oriġinali tagħhom fi tmiem perjodu partikolari maqbul b'mod reċiproku, iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu wkoll li jagħmlu dan fi kwalunkwe ħin meta bidla fiċ-ċirkustanzi sottostanti tkun teħtieġ hekk. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-ispeċifiċità u r-restrizzjonijiet għall-arranġamenti tax-xogħol u l-ippjanar għall-intrapriżimikro u żgħar meta jkunu qed jimplimentaw dawk l-arranġamenti.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tipprevedi r-referenza bażi għal kwalunkwe azzjoni mill-Istati Membri jew mill-ħaddiem fil-każ ta' liv tal-ġenituri.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli jkunu protetti kontra diskriminazzjoni jew kontra kwalunkwe trattament inqas favorevoli għal dik ir-raġuni.

(23)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol adattabbli jkunu protetti kontra kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni jew kontra kwalunkwe trattament inqas favorevoli għal dik ir-raġuni. Fl-istess ħin, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-interessi kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema jiġu protetti.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jieħdu l-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli kif imsemmi f'din id-Direttiva jgawdu minn protezzjoni kontra s-sensja u kwalunkwe preparament għal sensja possibbli għaliex applikaw jew ħadu liv bħal dan, jew eżerċitaw id-dritt li jitolbu t-tali arranġamenti tax-xogħol flessibbli. Meta l-ħaddiema jqisu li jkunu ngħataw is-sensja għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja tagħhom.

(24)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jieħdu l-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol adattabbli kif imsemmi f'din id-Direttiva jgawdu minn protezzjoni kontra s-sensja u kwalunkwe preparament għal sensja possibbli għaliex applikaw jew ħadu liv bħal dan, jew eżerċitaw id-dritt li jitolbu t-tali arranġamenti tax-xogħol adattabbli. Meta l-ħaddiema jqisu li jkunu ngħataw is-sensja għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja tagħhom bil-miktub.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  L-oneru tal-prova li ma kienx hemm sensja abbażi ta' ħaddiema li applikaw għal, jew ħadu, il-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jew li eżerċitaw id-dritt li jitolbu għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9 għandu jkun fuq l-impjegatur meta l-ħaddiema jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom wieħed jista' jassumi li dawn ingħataw is-sensja fuq tali bażi.

(25)  L-oneru tal-prova li ma kienx hemm sensja abbażi ta' ħaddiema li applikaw għal, jew ħadu, il-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jenħtieġ li jkun fuq l-impjegatur meta l-ħaddiema jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom wieħed jista' jassumi li dawn ingħataw is-sensja fuq tali bażi.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li huma fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' trattament ugwali teħtieġ protezzjoni ġudizzjarja adegwata tal-ħaddiema kontra trattament avvers jew konsegwenzi avversi li jirriżultaw minn ilment jew proċedura li jirrelataw mad-drittijiet f'din id-Direttiva. Il-vittmi jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jkunu protetti kontra kwalunkwe trattament avvers meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ipprovduti minn din id-Direttiva. Tali Protezzjoni hi partikolarment rilevanti fir-rigward tar-rappreżentanti tal-ħaddiema meta jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom.

(26)  L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li huma fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' trattament ugwali teħtieġ protezzjoni ġudizzjarja adegwata tal-ħaddiema kontra trattament avvers jew konsegwenzi avversi li jirriżultaw minn ilment jew proċedura li jirrelataw mad-drittijiet f'din id-Direttiva. Il-vittmi jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jkunu protetti kontra kwalunkwe trattament avvers meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ipprovduti minn din id-Direttiva. Tali Protezzjoni hi partikolarment rilevanti fir-rigward tar-rappreżentanti tal-ħaddiema meta jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom. L-ispetturi tax-xogħol u dawk soċjali jenħtieġ li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva b'mezzi xierqa biex jevitaw id-diskriminazzjoni u jiżguraw aċċess ugwali tal-ħaddiema għad-drittijiet soċjali u tax-xogħol tagħhom.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Bl-għan li jkompli jitjieb il-livell ta' protezzjoni tad-drittijiet ipprovdut f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza jkunu kompetenti wkoll fl-oqsma koperti f'din id-Direttiva.

(27)  Bl-għan li jkompli jitjieb il-livell ta' protezzjoni tad-drittijiet previst f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u l-korpi inkarigati bid-drittijiet tat-tfal ikunu kompetenti wkoll fl-oqsma koperti f'din id-Direttiva.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  L-awtoritajiet lokali u reġjonali, li għandhom rwol ċentrali fl-abbozzar, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki fl-oqsma li ħafna drabi jkollhom kompetenzi kruċjali fihom, bħall-indukrar tat-tfal (inklużi diversi arranġamenti għall-indukrar tat-tfal), l-indukrar tal-anzjani u tal-persuni b'diżabbiltà, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali jew l-impjiegi kif ukoll l-integrazzjoni soċjali u l-impjegabbiltà, jenħtieġ li jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-miżuri proposti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jenħtieġ li jippromwovu l-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku dwar il-miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b)  Is-soċjetà ċivili, inklużi l-korpi tal-ugwaljanza, jenħtieġ li jkollhom rwol fl-applikazzjoni effettiva tad-dritt u d-dispożizzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi f'relazzjonijiet ta' impjieg bil-għan li jiġi żgurat trattament indaqs; L-Istati Membri jenħtieġ li jtejbu d-djalogu soċjali u l-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattika fost il-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 27c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27c)  Sabiex tittejjeb l-adozzjoni tal-miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu sistemi ta' ċertifikazzjoni volontarji li jivvalutaw il-prestazzjoni tal-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati. L-implimentazzjoni ta' dawk is-sistemi ta' ċertifikazzjoni jenħtieġ li tittejjeb permezz ta' inċentivi.

 

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi, u b'hekk tagħti lill-Istati Membri l-għażla li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli. Jenħtieġ li d-drittijiet miksuba skont il-qafas legali eżistenti jibqgħu japplikaw, sakemm ma jiddaħħlux dispożizzjonijiet iktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tistax tintuża biex tnaqqas id-drittijiet eżistenti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti f'dan il-qasam u lanqas ma tista' tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

(28)  Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u b'hekk tippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli. Jenħtieġ li d-drittijiet miksuba skont il-qafas legali eżistenti jibqgħu japplikaw, sakemm ma jiddaħħlux dispożizzjonijiet iktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tistax tintuża biex tnaqqas id-drittijiet eżistenti stipulati fid-dritt tal-Unjoni, id-dritt nazzjonali u l-ftehimiet kollettivi eżistenti f'dan il-qasam u lanqas ma tista' tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Din id-Direttiva għandha tevita li ddaħħal rabtiet amministrattivi, finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u medji. B'hekk l-Istati Membri huma mistiedna jivvalutaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs sabiex ikunu ċerti li l-SMEs mhumiex affetwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għal mikrointrapriżi u għal piż amministrattiv.

(30)  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu rabtiet amministrattivi, finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi mikro, żgħar u medji jew li joħolqu piż żejjed fuq l-impjegaturi. Għalhekk, l-Istati Membri huma mistiedna jivvalutaw bir-reqqa regolarment minn qabel u jimmonitorjaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju sabiex ikunu ċerti li dawn ma jkunux affettwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, b'mod partikolari rigward l-impatt ta' arranġamenti għal-liv tal-ġenituri u xejriet tax-xogħol flessibbli fuq l-organizzazzjoni tax-xogħol, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta' tali valutazzjonijiet. L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu gwida u konsulenza lil intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju u jistgħu jagħżlu wkoll li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq tali intrapriżi mingħajr ma jiġu ppreġudikati d-drittijiet tal-ħaddiema stabbiliti f'din id-Direttiva, u essenzjalment tinżamm l-ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema impjegati minn tali intrapriżi u ħaddiema impjegati minn impriżi oħra.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja privata u dik professjonali u biex tinkiseb għal kollox il-mira intenzjonata ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra wkoll li tirrieżamina r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE, filwaqt li tqis id-drittijiet u d-dispożizzjonijiet li sar qbil dwarhom f'din id-Direttiva.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg.

Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg kif iddefinit mil-liġi, minn ftehimiet kollettivi u/jew minn prattiki fis-seħħ f'kull Stat Membru, f'konformità mal-kriterji li jiddeterminaw l-istatus ta' ħaddiem kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "liv tal-paternità" tfisser liv mix-xogħol għall-missirijiet li jrid jittieħed fl-okkażjoni tat-twelid ta' wild;

(a)  "liv tal-paternità" tfisser liv bi ħlas mix-xogħol għall-missirijiet jew għat-tieni ġenitur ekwivalenti kif iddefinit fid-dritt nazzjonali li jrid jittieħed madwar iż-żmien li fih jitwieled jew jiġi adottat wild jew ta' twelid mejjet;.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "liv tal-ġenituri" tfisser liv mix-xogħol minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta' wild għall-indukrar ta' dak il-wild;

(b)  "liv tal-ġenituri" tfisser liv bi ħlas mix-xogħol minħabba t-twelid, l-adozzjoni jew l-għoti ta' kustodja ta' wild għall-indukrar ta' dak il-wild;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "persuna li tindokra" tfisser ħaddiem li jipprovdi indukrar jew appoġġ personali f'każ ta' marda serja jew dipendenza ta' qarib;

(c)  "persuna li tindokra" tfisser ħaddiem li jipprovdi indukrar jew appoġġ personali fuq bażi mhux għall-qligħ minħabba raġuni medika serja, inkluża diżabbiltà, mard kroniku jew kundizzjoni tas-saħħa mentali, kif ukoll ospitalizzazzjoni, intervent kirurġiku mingħajr ospitalizzazzjoni, jew insuffiċjenza relatata mal-età, lil:

 

(i)  qarib; jew

 

(ii)  persuna miċ-ċirku immedjat tal-ħaddiem li mhijiex qarib, fuq talba bil-miktub ta' dik il-persuna.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "liv tal-persuna li tindokra" tfisser liv bi ħlas mix-xogħol għall-persuni li jindukraw sabiex jipprovdu indukrar jew appoġġ personali lil qarib jew persuni miċ-ċirku immedjat tal-ħaddiem wara li jkun talab dan bil-miktub, minħabba raġuni medika serja, inkluża diżabbiltà, mard kroniku jew kundizzjoni tas-saħħa mentali, kif ukoll ospitalizzazzjoni, intervent kirurġiku mingħajr ospitalizzazzjoni, jew insuffiċjenza relatata mal-età;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "qarib" tfisser iben, bint, omm, missier, konjuġi jew sieħeb/sieħba fi sħubija ċivili, fejn tali sħubijiet ikunu previsti mil-liġi nazzjonali, ta' ħaddiem;

(d)  "qarib" tfisser qraba mid-demm jew bi żwieġ sat-tieni grad jew konjuġi tal-ħaddiem, inklużi tfal imqiegħda taħt foster care u gwardjani legali, jew sieħeb/sieħba fi sħubija ċivili, fejn tali sħubijiet ikunu previsti mid-dritt nazzjonali, ta' ħaddiem;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "dipendenza" tfisser sitwazzjoni li fiha persuna hi, b'mod temporanju jew permanenti, fil-bżonn ta' indukrar minħabba diżabbiltà jew kundizzjoni medika serja differenti minn marda serja;

(e)  "bżonnijiet ta' indukrar u appoġġ" tfisser assistenza jew appoġġ personalizzati li jippermettu lil individwu b'diżabbiltà, kundizzjoni tas-saħħa mentali, kundizzjoni tas-saħħa, jew insuffiċjenza relatata mal-età, jipparteċipa bis-sħiħ fis-soċjetà.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "arranġamenti tax-xogħol flessibbli" tfisser il-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol.

(f)  "arranġamenti tax-xogħol adattabbli" tfisser il-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom fuq bażi volontarja, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol fejn ikun fattibbli, skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-missirijiet ikollhom id-dritt li jieħdu tal-inqas għaxart ijiem xogħol liv tal-paternità fl-okkażjoni tat-twelid ta' wild.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-missirijiet jew it-tieni ġenitur ekwivalenti, kif iddefinit fid-dritt nazzjonali, ikollhom id-dritt għal liv tal-paternità ta' mill-inqas għaxart ijiem xogħol li għandu jittieħed madwar iż-żmien tat-twelid, jew l-adozzjoni ta' wild. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw jekk tali liv jistax jittieħed parzjalment qabel jew biss eżatt wara t-twelid, l-adozzjoni jew it-twelid mejjet tal-wild.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dritt għal-liv tal-paternità għandu jingħata indipendentement mit-tul ta' servizz.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk ikunx xieraq li tiġi adattata l-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti ddettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-paternità għall-bżonnijiet tal-missirijiet f'sitwazzjonijiet speċjali li jkunu jirrikjedu li dawk il-missierijiet ikunu iżjed preżenti fil-liġi nazzjonali. Tali sitwazzjonijiet speċjali jistgħu jinkludu lil missirijiet b'diżabbiltà, missirijiet ta' tfal b'diżabbiltà inkluża kundizzjoni ta' saħħa mentali jew kundizzjoni medika serja jew mard serju, u missirijiet waħedhom, kif definit fid-dritt jew prattika nazzjonali.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw li l-applikazzjoni tal-liv tal-paternità hija adattata għall-ħtiġijiet ta' twelid multiplu, twelid prematur, ġenituri adottivi, ġenituri b'diżabbiltà, ġenituri b'kundizzjoni ta' saħħa mentali u ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà jew b'kundizzjoni ta' saħħa mentali. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu każijiet oħra li jirrikjedu arranġamenti speċjali għall-applikazzjoni tal-liv tal-paternità.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom dritt individwali għal tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta' tnax-il sena.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom dritt individwali għal tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta' 10 snin. L-Istati Membri jistgħu jżidu dak il-limitu għal tfal b'diżabbiltà jew mard kroniku, ġenituri adottivi, ġenituri b'diżabbiltà u ġenituri b'kundizzjoni ta' saħħa mentali.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-possibbiltà li jestendu d-dispożizzjonijiet dwar il-liv tal-ġenituri stabbiliti f'din id-Direttiva fir-rigward ta' ġenituri waħedhom. Il-ġenituri waħedhom għandu jkollhom aċċess għal mill-inqas l-istess livell ta' drittijiet u protezzjoni żgurati għall-ġenituri skont din id-Direttiva u jistgħu jibbenefikaw minn dispożizzjonijiet speċifiċi li jqisu s-sitwazzjoni speċifika tagħhom f'konformità mad-dritt nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, skont is-sitwazzjoni speċifika tagħhom.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-perjodu ta' avviż li għandu jingħata mill-ħaddiema lill-impjegaturi meta jeżerċitaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-talba tal-ħaddiem tispeċifika l-bidu maħsub u tmiem tal-perjodu tal-liv.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu perjodu ta' avviż raġonevoli li għandu jingħata mill-ħaddiema lill-impjegaturi meta jeżerċitaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri, billi jispeċifikaw il-bidu u t-tmiem intenzjonati tal-perjodu tal-liv. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi, b'mod partikolari l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll tal-ħaddiema.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri speċifiċi li jiżguraw l-applikazzjoni tal-benefiċċji kollha previsti minn din id-Direttiva f'każ li l-ġenituri jdumu ħafna barra mill-pajjiż sabiex jikkompletaw proċedura tal-adozzjoni internazzjonali.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m'għandux ikun itwal minn sena. Fil-każ ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE21, mal-istess impjegatur, it-total ta' dawk il-kuntratti għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika.

4.  L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m'għandux ikun itwal minn sitt xhur. Fil-każ ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE21, mal-istess impjegatur, it-total ta' dawk il-kuntratti għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p.43).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu ċ-ċirkustanzi li fihom l-impjegatur, wara konsultazzjoni skont id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, jista' jitħalla jipposponi l-għoti tal-liv tal-ġenituri għal perjodu ta' żmien raġonevoli jekk dan ikun ixekkel serjament il-funzjonament tajjeb tal-istabbiliment. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe posponiment tal-liv tal-ġenituri bil-miktub.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu ċ-ċirkustanzi li fihom l-impjegatur, wara konsultazzjoni skont id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, jista' jitħalla jipposponi l-għoti tal-liv tal-ġenituri għal perjodu ta' żmien raġonevoli jekk dan ikun ixekkel serjament il-funzjonament xieraq tal-istabbiliment jew jaffettwa b'mod negattiv ħafna n-negozju tal-impjegatur. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe posponiment tal-liv tal-ġenituri bil-miktub. Fil-każ ta' posponiment iġġustifikat, l-impjegatur għandu, fejn ikun possibbli, joffri forom flessibbli ta' liv tal-ġenituri skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu liv tal-ġenituri fuq bażi part-time, fi blokok separati minn perjodi tax-xogħol jew f'forom flessibbli oħra. L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b'konsiderazzjoni kemm għall-bżonnijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiem. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din bil-miktub.

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu liv tal-ġenituri fuq bażi part-time, fi blokok separati minn perjodi tax-xogħol jew f'forom flessibbli oħra. L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b'konsiderazzjoni kemm għall-bżonnijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema, b'mod partikolari fl-intrapriżi mikro u żgħar. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din bil-miktub f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-ġenituri adottivi, tal-ġenituri b'diżabilità, u tal-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew b'marda fit-tul.

7.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-ġenituri adottivi, il-ġenituri b'diżabbiltà, il-ġenituri b'kundizzjoni tas-saħħa mentali u l-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà jew b'marda kronika, b'mod partikolari permezz ta' miżuri bħall-estensjoni tal-limitu tal-età tal-wild għall-finijiet tal-liv tal-ġenituri, aċċess iffaċilitat għax-xogħol part-time mar-ritorn għall-post tax-xogħol tal-ħaddiem jew estensjoni tat-tul tal-liv tal-ġenituri.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal-liv għall-persuni li jindukraw ta' mill-inqas ħamest ijiem xogħol fis-sena, għal kull ħaddiem. Dan id-dritt jista' jkun soġġett għal sostanzjar xieraq tal-kundizzjoni medika tal-qarib tal-ħaddiem.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal-liv għall-persuni li jindukraw ta' mill-inqas ħamest ijiem xogħol fis-sena, għal kull ħaddiem. Dan id-dritt jista' jkun soġġett għal sostanzjar mediku xieraq tal-bżonnijiet ta' indukrar u appoġġ tal-qarib tal-ħaddiem jew il-persuna lil min jipprovdi l-indukrar il-ħaddiem skont il-punt (ca) tal-Artikolu 3. L-informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika għandha tinżamm kunfidenzjali u tiġi kondiviża biss ma' għadd ristrett ta' servizzi involuti sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt għall-protezzjoni tad-data kemm tal-ħaddiem kif ukoll tal-persuna li teħtieġ l-indukrar jew l-appoġġ.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-arranġamenti tal-Istati Membri li jiżguraw li l-ħaddiema jkollhom id-dritt li jindukraw jew li jappoġġjaw b'mod personali lil persuni miċ-ċirku immedjat tal-ħaddiem jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala liv tal-persuni li jindukraw skont il-paragrafu 1, dment li s-sistema nazzjonali tal-Istat Membru toffri livell ekwivalenti jew ogħla ta' protezzjoni minn dak stabbilit f'din id-Direttiva.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa li jadattaw jew jestendu d-definizzjoni ta' "persuna li tindokra" għall-finijiet ta' applikazzjoni għal-liv rilevanti, bil-għan li jitqiesu sitwazzjonijiet ta' diffikultà partikolari.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, b'kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament jew konċessjoni adegwata tal-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiem ikkonċernat jirċievi li kieku jieħu liv minħabba l-mard.

F'konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, b'kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament jew benefiċċju adegwati kif ġej:

 

(a)  għal-liv tal-paternità kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), pagament jew benefiċċju ta' mill-inqas 80 % tal-paga grossa tal-ħaddiem;

 

(b)  għal-liv tal-ġenituri kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), pagament jew benefiċċju tal-inqas ekwivalenti għal 78 % tal-paga grossa tal-ħaddiem;

 

(c)  għal-liv tal-persuni li jindukraw kif imsemmi fl-Artikolu 6, pagament jew benefiċċju tal-inqas ekwivalenti għal 78 % tal-paga grossa tal-ħaddiem.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Arranġamenti tax-xogħol flessibbli

Arranġamenti tax-xogħol adattabbli

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema bi tfal sa ċerta età, li tal-inqas ikunu ta' tnax-il sena, u l-persuni li jindukraw, ikollhom id-dritt li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli għal finijiet ta' indukrar. Id-durata ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħal dawn tista' tkun soġġetta għal limitazzjoni raġonevoli.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema bi tfal sa ċerta età, li tal-inqas ikollhom 10 snin, u l-persuni li jindukraw, ikollhom id-dritt li jitolbu arranġamenti tax-xogħol adattabbli għal finijiet ta' indukrar. Id-durata ta' arranġamenti tax-xogħol adattabbli bħal dawn tista' tkun soġġetta għal limitazzjoni raġonevoli.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu linji gwida qafas għall-perjodu ta' avviż li għandu jingħata mill-ħaddiema lill-impjegaturi meta jeżerċitaw id-dritt għal arranġamenti tax-xogħol adattabbli, billi jispeċifikaw il-bidu u t-tmiem tal-perjodu li fih jiġi eżerċitat dan id-dritt. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi, speċjalment tal-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll tal-ħaddiema. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll il-force majeure kif ukoll il-possibbiltà għal ftehim reċiproku dwar bidliet fil-perjodu ta' avviż bejn il-ħaddiem u l-impjegatur.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkontribwixxi għal ċarezza legali mtejba għall-kumpaniji kollha speċjalment dawk mikro, żgħar u ta' daqs medju, billi tispeċifika l-perjodu raġonevoli ta' avviż fil-qafas tal-użu tal-arranġamenti tax-xogħol adattabbli.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal talbiet għall-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din.

2.  L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu bil-miktub għal talbiet għall-arranġamenti tax-xogħol adattabbli msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi, b'mod partikolari tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll tal-ħaddiema. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw bil-miktub kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din fi żmien raġonevoli wara li tiġi sottomessa l-applikazzjoni għar-raġuni li din tista' xxekkel b'mod serju l-funzjonament tajjeb tal-istabbiliment, jew taffettwa b'mod serju u negattiv in-negozju tal-impjegatur.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu limitati fid-durata tagħhom, il-ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali fi tmiem il-perjodu maqbul. Il-ħaddiem għandu wkoll ikollu d-dritt li jitlob li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali kull meta bidla fiċ-ċirkustanzi tiġġustifika dan. L-impjegaturi għandhom ikunu obbligati jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b'kunsiderazzjoni kemm għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema.

3.  Meta l-arranġamenti tax-xogħol adattabbli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu limitati fid-durata tagħhom, il-ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali fi tmiem il-perjodu maqbul. Il-ħaddiem għandu wkoll ikollu d-dritt li jitlob li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali kull meta bidla fiċ-ċirkustanzi tiġġustifika dan. L-impjegaturi għandhom ikunu obbligati jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet bil-miktub, b'kunsiderazzjoni kemm għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal arranġamenti biex jiżguraw li l-applikazzjoni tal-ħin tax-xogħol adattabbli tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet speċjali li jkunu jirrikjedu preżenza akbar min-naħa tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward ta' ġenituri b'diżabbiltà u ġenituri bi tfal b'diżabbiltà, inklużi problema tas-saħħa mentali, kundizzjonijiet mediċi serji jew mard serju, u ġenituri waħidhom kif definit fid-dritt u l-prattiki nazzjonali. .

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu mill-ħaddiema fid-data li fiha jibda l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5, 6 għandhom jinżammu sa tmiem it-tali liv. Fit-tmiem tat-tali liv, għandhom ikunu japplikaw dawk id-drittijiet, inkluż kwalunkwe tibdil li jirriżulta mil-liġi, mill-ftehimiet kollettivi jew mill-prattika nazzjonali.

1.  Id-drittijiet miksuba jew fil-proċess li jinkisbu mill-ħaddiema fid-data li fiha jibda l-liv imsemmi fl-Artikoli 4, 5, 6, 7 jew 9 għandhom jinżammu sa tmiem it-tali liv jew il-perjodu ta' żmien rispettiv għall-arranġamenti tax-xogħol adattabbli. Fit-tmiem tat-tali liv, għandhom ikunu japplikaw dawk id-drittijiet, inkluż kwalunkwe tibdil li jirriżulta mid-dritt, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattika nazzjonali.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi tmiem il-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, il-ħaddiema jkunu intitolati jirritornaw għall-impjiegi tagħhom jew għal karigi ekwivalenti b'termini u b'kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom, u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jkunu intitolati għalihom matul l-assenza tagħhom.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi tmiem il-liv imsemmi fl-Artikoli 4, 5 jew 6, il-ħaddiema jkunu intitolati jirritornaw għall-impjiegi tagħhom jew jiksbu karigi ekwivalenti b'termini u b'kundizzjonijiet li mhumiex inqas favorevoli għalihom, u li jikkorrispondu għall-kuntratt tal-impjieg, u li jibbenefikaw minn kwalunkwe titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol li jkunu intitolati għalihom matul l-assenza tagħhom.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jintemm il-liv imsemmi fl-Artikolu 5, il-ħaddiema jkunu jistgħu jibbenefikaw minn pjan ta' riintegrazzjoni, jekk ikun meħtieġ, biex tiġi ffaċilitata r-riintegrazzjoni tagħhom fl-impriża tal-impjegatur.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4, 5, 6, inkluż fir-rigward tal-intitolamenti għas-sigurtà soċjali, filwaqt li jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm matul dak il-perjodu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv jew tal-perjodu ta' żmien rilevanti għall-arranġamenti tax-xogħol adattabbli li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 4, 5, 6, 7 or 9 filwaqt li jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm matul dak il-perjodu u mingħajr preġudizzju għall-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, li l-ħaddiem għandu jibqa' soġġett għalihom tul il-perjodu kollu tal-liv.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu trattament inqas favorevoli tal-ħaddiema minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minħabba li eżerċitaw id-dritt tagħhom għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu trattament inqas favorevoli tal-ħaddiema minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikoli 4, 5, 6 jew 7, jew minħabba li eżerċitaw id-dritt tagħhom għal arranġamenti tax-xogħol adattabbli msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri, flimkien mas-sħab soċjali, għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jiżguraw li jkunu jistgħu jinkisbu u jingħataw pariri u assistenza legali raġonevoli, disponibbli u aċċessibbli lil dawk li jeħtiġuhom, inkluża konsulenza kunfidenzjali u wiċċ imb'wiċċ, minn korpi tal-ugwaljanza jew intermedjarji xierqa.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu s-sensja u l-preparamenti kollha għas-sensja tal-ħaddiema, minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minħabba li eżerċitaw id-dritt għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu s-sensja u l-preparamenti kollha għas-sensja tal-ħaddiema, minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikoli 4, 5 jew 6, jew minħabba li eżerċitaw id-dritt għal arranġamenti tax-xogħol adattabbli msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ħaddiema li jikkunsidraw li ngħataw is-sensja minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jew għaliex eżerċitaw id-dritt għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9 jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja. L-impjegatur għandu jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub.

2.  Il-ħaddiema li jikkunsidraw li ngħataw is-sensja minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja. L-impjegatur għandu jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, meta l-ħaddiema msemmija f'Paragrafu 2 jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom jista' jiġi preżunt li kien hemm tali sensja, għandu jkun f'idejn il-konvenut li juri li s-sensja kienet ibbażata fuq raġunijiet differenti minn dawk imsemmija f'paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, meta l-ħaddiema li jikkunsidraw li ngħataw is-sensja minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikoli 4, 5 jew 6 jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li minnhom jista' jiġi preżunt li kien hemm tali sensja, għandu jkun f'idejn il-konvenut li juri li s-sensja kienet ibbażata fuq raġunijiet differenti milli jkunu applikaw għal-liv jew għaliex ikunu ħadu l-liv imsemmi fl-Artikoli 4, 5 jew 6.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju

 

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu ħelsien mit-taxxa jew inċentivi oħra biex jgħinu lill-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jikkonformaw mat-termini ta' din id-Direttiva;

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew il-korpi maħturin, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE, għall-promozzjoni, għall-analiżi, għall-monitoraġġ u għall-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess huma kompetenti wkoll għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew il-korpi maħturin, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE, għall-promozzjoni, għall-analiżi, għall-monitoraġġ u għall-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-ġeneru huma kompetenti wkoll għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk il-korpi nazzjonali għandhom ikunu kompetenti wkoll fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fuq il-livell nazzjonali u għandhom jipprovdu data diżaggregata skont is-sess lill-EIGE sabiex jippermettu l-monitoraġġ u l-valutazzjoni xierqa tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Livell ta' protezzjoni

Livell ta' protezzjoni

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandhom jiżguraw li mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri jibqgħu nontransferibbli skont l-Artikolu 5(2).

1.  L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew i iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-ħaddiema minn dawk stipulati f'din id-Direttiva. Madankollu, għandhom jiżguraw li mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri jibqgħu nontransferibbli skont l-Artikolu 5(2).

 

2.  Din id-Direttiva bl-ebda mod m'għandha tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tad-drittijiet konferiti lil, jew għal-livell ta' protezzjoni diġà mogħti, lill-ħaddiema fi ħdan l-Istati Membri.

 

3.  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-prerogattiva tal-Istati Membri li japplikaw jew li jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema jew li jinkoraġġixxu jew jippermettu l-applikazzjoni ta' ftehimiet kollettivi aktar favorevoli għall-ħaddiema.

 

4.  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ieħor mogħti lill-ħaddiema minn atti legali oħra tal-Unjoni.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jirrelataw mas-suġġett kif stipulat fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, jinġiebu permezz tal-mezzi kollha adatti għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jirrelataw mas-suġġett kif stipulat fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, jinġiebu permezz tal-mezzi kollha adatti għall-attenzjoni tal-ħaddiema u l-impjegaturi, b'mod partikolari l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, ikkonċernati fit-territorju kollu tagħhom.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-possibbiltà li jippromwovu sistemi ta' ċertifikazzjoni volontarja. Sabiex irawmu adozzjoni usa' tal-miżuri għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-organizzazzjonijiet pubbliċi u privati, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jistabbilixxi miżuri ta' inċentivi favur l-organizzazzjonijiet ċertifikati.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Djalogu ma' partijiet ikkonċernati rilevanti

 

Bil-għan li jiġu promossi l-objettivi ta' din id-Direttiva, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom iħeġġu djalogu ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari mal-ġenituri u mal-assoċjazzjonijiet tal-familja, mal-impjegaturi u mat-trade unions.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva neċessarja għall-Kummissjoni biex din tfassal rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.  Sa... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-objettivi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari dak tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, u għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva neċessarja għall-Kummissjoni biex din tfassal rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

 

 

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjata, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

2.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li fih tirrieżamina l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluża d-data diżaggregata skont is-sessi, dwar it-teħid tat-tipi differenti ta' liv inklużi f'din id-Direttiva u l-impatt tiegħu fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva, u biex tivvaluta l-possibbiltà li jiġu estiżi d-drittijiet inklużi f'din id-Direttiva għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jinkludi l-valutazzjonijiet tal-impatt, inter alia, dwar il-punti li ġejjin:

 

(a)  il-possibbiltajiet li jiġi estiż it-tul tal-liv għall-persuni li jindukraw;

 

(b)  il-possibbiltajiet li tiġi estiża d-definizzjoni tal-persuni li jindukraw;

 

(c)  l-effett ta' din id-Direttiva fuq il-persuni li jindukraw il-familja li jużaw il-possibbiltà għal-liv għall-persuni li jindukraw, li użaw il-possibbiltà li jitolbu arranġamenti tax-xogħol adattabbli, u li ma użaw l-ebda arranġamenti koperti minn din id-Direttiva.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-Kummissjoni għandha, sa ...[.. wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] tivvaluta l-konformità ta' din id-Direttiva mal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' livelli differenti ta' sostituzzjoni tal-introjtu għal tipi differenti ta' liv, u għandha tintroduċi minnufih il-miżuri leġiżlattivi meħtieġa jekk tiġi identifikata tali diskriminazzjoni.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, minn tal-inqas sentejn wara li tidħol fis-seħħ. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, sa ...[sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu jiġu soġġetti għal proċedura ta' konsultazzjoni li tinvolvi s-sħab soċjali, skont iċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.

(1)

  ĠU C 129, 11.4.2018, p.44.

(2)

  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Id-direttiva proposta mill-Kummissjoni hija waħda mill-ewwel riżultati tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Din hija bbażata fuq l-inizjattiva "Bidu Ġdid" li l-għan tagħha huwa li tindirizza l-isfidi relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li jiffaċċjaw il-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw. L-inizjattiva se tgħin fis-segwitu tal-objettivi stabbiliti fit-Trattat tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u t-trattament indaqs fuq ix-xogħol u l-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg fl-UE.

Għaldaqstant, l-għan tal-proposta leġiżlattiva huwa li tiffoka fuq miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw is-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fl-impjieg billi ttejjeb il-kundizzjonijiet tar-rikonċiljazzjoni tal-kompiti tax-xogħol u d-dmirijiet privati, iżda anke t-trattament u l-opportunitajiet inugwali tagħhom fis-suq tax-xogħol. Barra minn hekk, din tħeġġeġ it-tisħiħ tar-rwoli tal-irġiel bħala persuni li jindukraw fil-familja, li se jkun ta' benefiċċju wkoll għat-tfal. Huwa ddokumentat tajjeb li l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, wera li dawn għandhom impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħtu lil dawn aktar ħin għall-impjieg bi ħlas. B'hekk, din tippromwovi n-nuqqas ta' diskriminazzjoni u trawwem l-ugwaljanza bejn is-sessi. Fil-forma attwali tagħha, id-Direttiva proposta għandha l-għan li tkopri lill-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg.

Din tfittex li tintroduċi għadd ta' standards minimi ġodda jew ogħla għal-liv tal-ġenituri, tal-paternità u tal-persuni li jindukuraw, bil-għan li jgħinu fl-indirizzar tal-anomaliji li jeżistu fil-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kemm għall-ġenituri kif ukoll għall-persuni li jindukraw. Ir-Rapporteur jemmen li dawn il-miżuri huma kemm f'waqthom kif ukoll meħtieġa sabiex jittejjeb l-aċċess għall-arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jiġu riflessi aħjar il-bidliet fil-mudelli tax-xogħol fis-soċjetà tagħna.

Ir-Rapporteur jemmen ukoll li d-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-indukrar tat-tfal ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli uriet li hija aspett kruċjali għall-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fl-Istati Membri u li tiffaċilita r-ritorn rapidu tan-nisa għax-xogħol u ż-żieda fil-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. Għalhekk, huwa jħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-faċilitajiet tal-indukrar u jixtieq jara dan rifless fit-test; għalhekk, huwa jdaħħal premessa relatata fid-Direttiva.

Fl-istess spirtu tal-Artikolu 153 li fuqu qed tiġi proposta din id-Direttiva, ir-Rapporteur jixtieq jintroduċi, flimkien mal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), enfasi speċifika fuq l-intrapriżi mikro peress li r-Rapporteur jemmen li minħabba l-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet partikolari tagħhom, li huma differenti minn dawk tal-SMEs, dawn jistgħu jsibuha aktar diffiċli biex jimplimentaw ċerti partijiet ta' din id-direttiva.

Fit-test kollu, ir-Rapporteur żgura li dispożizzjonijiet addizzjonali dwar l-intrapriżi mikro, żgħar u daqs medju (MSMEs) ġew miżjuda sabiex jiġi żgurat li din id-Direttiva tevita li timponi restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' tali impriżi, mingħajr ma tneħħi d-drittijiet tal-ħaddiema tagħhom li jagħmlu użu minn arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Bħala eżempju, f'waħda mill-emendi tiegħu, u mingħajr ebda preġudizzju għal jekk tali talba hiex meħtieġa li tiġi ggarantita jew le mill-impjegatur, ir-Rapporteur speċifika li jenħtieġ li nqisu d-diffikultajiet li arranġamenti tax-xogħol flessibbli jistgħu jikkawżaw lill-MSMEs.

Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-fatt li ċerti piżijiet amministrattivi jistgħu jkunu ta' detriment serju għall-intrapriżi mikro, ir-Rapporteur ippropona li l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jadottaw miżuri li jillimitaw il-piż fuq l-intrapriżi mikro mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 (Protezzjoni kontra s-sensja u l-oneru tal-prova), sabiex ma jkunx hemm ir-riskju li dawn jimponu piż sproporzjonat fuq tali intrapriżi.

Il-proposti ewlenin tal-Kummissjoni jintroduċu l-elementi l-ġodda li ġejjin ma' dak li diġà huwa fis-seħħ:

• Id-Direttiva tintroduċi dritt għal-liv tal-paternità ta' mhux inqas minn 10 ijiem ta' xogħol mit-twelid ta' wild. Dan huwa żvilupp ġdid ewlieni, meta jitqies il-fatt li, attwalment, ma hemm l-ebda standard minimu ta' livell Ewropew għal-liv tal-paternità. Ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ din il-proposta ġdida peress li l-opportunitajiet u l-inċentivi għall-missirijiet biex jieħdu liv ivarja b'mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Fejn jeżisti tali liv, il-livell tal-paga u l-jiem tal-liv ivarjaw b'mod konsiderevoli.

Ir-Rapporteur emenda t-test biex jinkludi d-dritt għal-liv tal-paternità anke fl-okkażjoni tal-adozzjoni ta' wild. Huwa ċar li t-twelid jew l-adozzjoni ta' wild huma żmien importanti għall-missier biex ikun preżenti u jaqsam ir-responsabbiltajiet mas-sieħba/sieħeb tiegħu. Dan huwa żmien li fih il-familja għandha tingħaqad, filwaqt li ntwera li dan huwa importanti kemm għall-wild kif ukoll għall-missier. Ir-Rapporteur ippropona emenda biex jikkjarifika li l-ħaddiem li jitqies bħala missier jista' jkun ukoll it-tieni ġenitur ekwivalenti kif iddefinit fid-dritt nazzjonali.

B'referenza għal-livell ta' paga jew benefiċċju, ir-Rapporteur żamm il-proposta tal-Kummissjoni dwar persuni li jagħmlu użu mil-liv tal-paternità li għandhom jitħallsu fil-livell ta' paga tal-liv minħabba mard sabiex tiġi riflessa l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE li tikkonċerna l-liv fiż-żmien tat-twelid ta' wild.

• Fir-rigward tad-Direttiva dwar il-liv tal-ġenituri (2010/18/UE), li se titħassar ladarba din id-Direttiva proposta tidħol fis-seħħ, il-ħaddiema għandhom dritt individwali għal-liv tal-ġenituri ta' mill-inqas 4 xhur, li xahar minnhom mhuwiex trasferibbli, għal raġunijiet ta' twelid jew adozzjoni ta' wild. Mill-inqas, dan jista' jittieħed sakemm il-wild jilħaq l-età ta' 8 snin. Attwalment, ma hemm l-ebda obbligu ta' ħlas matul il-liv tal-ġenituri u hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali biex jiddeċiedu dwar il-kundizzjonijiet dettaljati ta' dan il-liv.

Min-naħa l-oħra, il-proposta attwali ssaħħaħ id-dritt għal-liv tal-ġenituri billi tikkumpensa l-perjodu ta' 4 xhur tal-inqas fil-livell tal-paga tal-liv minħabba mard u billi tagħmlu mhux trasferibbli minn ġenitur għal ieħor. Il-ġenituri se jkollhom ukoll id-dritt li jitolbu perjodu totali ta' liv b'mod flessibbli u l-età massima tal-wild li matulha l-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu l-liv se tiżdied minn 8 snin għal 12-il sena. Ir-Rapporteur jaqbel ma' din il-proposta peress li l-qafas legali attwali tal-Unjoni jipprovdi inċentivi limitati għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar. Huwa ddokumentat tajjeb li l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, wera li dawn għandhom impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħtu lil dawn aktar ħin għall-impjieg bi ħlas.

Min-naħa l-oħra, filwaqt li r-Rapporteur jaqbel li l-liv tal-ġenituri jenħtieġ li jitħallas, huwa tbiegħed mill-proposta tal-Kummissjoni u qed jipproponi li l-ħaddiem jirċievi pagament jew benefiċċju tal-inqas ekwivalenti għal 75 % tal-paga grossa. Ir-Rapporteur jemmen li l-iffissar ta' perċentwal standard ta' pagament fil-livell tal-UE se jindirizza l-anomalitajiet bejn ir-rati differenti li jikkontrollaw il-ħlas tal-ħaddiema fil-livell tal-paga tal-liv minħabba mard fl-Istati Membri differenti u se joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-ħaddiema kollha, kif ukoll se jgħin biex aktar missirijiet jieħdu l-liv, peress li għal dawn, in-nuqqas ta' dħul ekonomiku huwa diżinċentiv qawwi biex jieħdu l-liv tal-ġenituri.

Ir-Rapporteur introduċa proposta sabiex tiġi ġestita aħjar it-talba tal-liv tal-ġenituri permezz tal-istabbiliment ta' perjodu ta' avviż ċar li għandu jingħata mill-ħaddiem li jkun qed jitlob perjodu ta' liv lill-impjegatur biż-żmien preċiż ta' meta l-ħaddiem beħsiebu jeżerċita d-dritt tiegħu għal-liv tal-ġenituri. Ir-Rapporteur jemmen li dan ikun ta' benefiċċju kemm għall-impjegaturi fl-ippjanar tagħhom kif ukoll għall-ħaddiema billi jingħataw il-possibbiltà li jkunu jistgħu jieħdu dan il-liv fiż-żmien meta jeħtiġuh l-aktar. Saħansitra, dan huwa ta' rilevanza partikolari għall-MSMEs peress li dawn ma jaffordjawx il-lussu ta' għadd estensiv ta' impjegati jew riżorsi finanzjarji biex jirreklutaw ħaddiema temporanji addizzjonali.

•  Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta li tintroduċi dritt għal-liv tal-persuni li jindukraw għall-ħaddiema li jieħdu ħsieb qraba morda serjament jew dipendenti. Dawn se jkunu jistgħu wkoll jieħdu 5 ijiem kull sena, imħallsa tal-inqas fil-livell tal-paga tal-liv minħabba mard. Ir-Rapporteur ippropona li, minflok, il-liv tal-persuni li jindukraw għandu jitħallas tal-inqas f'livell ekwivalenti għal 75 % tal-paga grossa tal-ħaddiem.

•  B'mod parallel, il-proposta l-ġdida testendi wkoll id-dritt li jintalbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli u li jsir użu minn liv tal-ġenituri għall-ġenituri kollha li jaħdmu li t-tfal tagħhom ikollhom tal-inqas 12-il sena jew inqas. Ir-Rapporteur jifhem li dan jista' joħloq ċerti diffikultajiet, b'mod partikolari għall-MSMEs, u għalhekk, ippropona li l-età minima tiġi emendata għal 10 snin.


OPINJONI TAL-MINORANZA

Opinjoni tal-minoranza ta' Joëlle Mélin u Dominique Martin dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

(COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD))

Is-sitwazzjoni ta' dipendenza tat-tfal, ta' ġenitur jew ta' qarib kollaterali ta' ħaddiem hija sitwazzjoni frekwenti li taqa' esklussivament taħt il-ħajja privata. Din is-sitwazzjoni, minkejja li hi diffiċli u ta' tbatija, ma għandhiex tbiddel il-kundizzjonijiet normali tal-ħajja tax-xogħol u tbiddel it-termini tal-liv tal-ġenituri fis-seħħ, għaliex tikser il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li de facto ssir prevalenti. Barra minn hekk, dan jikkostitwixxi dritt sovran, kemm fil-prinċipju kif ukoll fl-ammont ta' benefiċċji; L-Ewropa, kontra dak li qalulna, ma tipprovdi l-ebda bonus. Fl-aħħar nett, mhuwiex f'idejn l-impjegaturi biex jagħmlu tajjeb għad-diversi riskji ta' ħajjet kull impjegat tagħhom, bir-riskju li jiġu pperikolati s-sistemi ta' protezzjoni soċjali nazzjonali u s-setturi kollha tal-industriji tagħna.

Joëlle Mélin                  Dominique Martin


OPINJONI TAL-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (30.5.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

(COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma rekwiżit li mhuwiex limitat għad-drittijiet tan-nisa, iżda huwa meħtieġ ukoll għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-irġiel u l-ugwaljanza bejn is-sessi b'mod ġenerali. Dawn huma wkoll instrumentali għall-ekonomija tal-UE, inkluż biex jiġġieldu l-effetti negattivi tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u n-nuqqas ta' ħaddiema.

Is-sitwazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol tibqa' waħda problematika – ir-rata tal-impjieg tan-nisa fl-UE hija ta' medja ta' 64 %, filwaqt li għall-irġiel hija ta' 76 %. Kif turi l-evidenza, ir-raġuni ewlenija għan-nuqqas ta' attività tan-nisa fis-suq tax-xogħol hija relatata man-nuqqas ta' possibbiltà li jirrikonċiljaw b'mod effettiv il-ħajja professjonali mad-dmirijiet familjari. B'konsegwenza ta' dan, id-differenza bejn is-sessi fir-rigward tal-pensjonijiet, li tirriżulta minn inugwaljanzi akkumulati matul il-kors tal-ħajja tan-nisa u mill-perjodi ta' assenza tagħhom fis-suq tax-xogħol, tinsab fil-medja miżera ta' 40 % għall-UE(1). Il-progress fil-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol sar bil-mod, u l-miżuri għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma meħtieġa biex ibiddlu din it-tendenza(2). Barra minn hekk, politiki ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma strumentali għal rispons effettiv għan-nuqqas ta' ħaddiema u għall-popolazzjoni li dejjem qed tixjieħ(3).

Ir-Rapporteur tixtieq tiffoka fuq l-għan tad-Direttiva li żżid l-impjieg tan-nisa u tirrifletti tajjeb il-bażi legali tagħha. Żewġ pilastri kruċjali tal-proposta li r-Rapporteur jiddefinixxi bħala fundamentali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet huma:

1)  In-nuqqas ta' trasferibbiltà tal-liv tal-ġenituri huwa kundizzjoni għal sehem indaqs ta' liv bejn in-nisa u l-irġiel u għodda biex jiżdiedu l-preżenza tan-nisa fis-suq tax-xogħol u l-involviment tal-irġiel fil-ħajja familjari.

2)  Il-livell ta' kumpens għal ħlas minħabba mard matul il-liv huwa kompatibbli mal-qafas legali eżistenti u mad-Direttiva dwar il-Leave tal-Maternità. Il-missirijiet jieħdu l-liv meta jkun ipprovdut livell suffiċjentement għoli ta' kumpens(4).

Liv tal-paternità bi ħlas huwa l-ewwel prekundizzjoni għall-missirijiet biex jieħdu sehem f'responsabbiltajiet tal-indukrar(5). Ir-Rapporteur, madankollu, iddeċidiet li tintroduċi livell ta' flessibbiltà għat-teħid tal-liv tal-paternità li jagħti lill-missirijiet il-possibbiltà li jużaw dan id-dritt fi żmien l-ewwel sena wara t-twelid jew l-adozzjoni: hemm possibbiltà li aktar missirijiet jużaw il-liv peress li xi rġiel jafu ma jkunux kunfidenti biżżejjed li jieħdu ħsieb tarbija preċiż wara t-twelid. Madankollu, ir-Rapporteur iddeċidiet li żżomm il-preferenza għall-użu ta' liv tal-paternità fl-okkażjoni tat-twelid jew l-adozzjoni, peress li l-evidenza turi li r-rabta bejn il-missier u l-wild issir bl-aktar mod effiċjenti f'dak l-istadju bikri(6). Fir-rigward tal-liv tal-persuni li jindukraw, ir-Rapporteur tqisu bħala rispons tajjeb għall-problema ta' popolazzjoni li qed tixjieħ peress li r-responsabbiltajiet ta' indukrar mhumiex limitati biss għall-indukrar tat-tfal.

Ir-Rapporteur tintroduċi diversi modifiki bil-ħsieb li tagħmel il-proposta reattiva għall-bżonnijiet tal-ekonomiji tal-UE:

L-ewwel nett, filwaqt li miżuri ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma investimenti fit-tul li jwasslu għal prosperità ekonomika u jsaħħu l-impjieg tan-nisa, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-funzjonament tan-negozju fuq żmien qasir u fit-tul, f'intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, jiġi salvagwardjat. Hija meħtieġa aktar ċarezza għall-kumpaniji li tippermetti ppjanar u prevenzjoni aktar effiċjenti fir-rigward ta' telf tal-produttività. Għal dan il-għan, ir-Rapporteur tenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm perjodi ta' avviż ċari kif ukoll perjodi li fihom, il-ħaddiema jikkwalifikaw għal-liv u għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli.

Filwaqt li r-Rapporteur tirrikonoxxi l-ħtieġa li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi żvantaġġati, iddeċidiet li ma tintroduċix dritt għal-liv estiż għall-ġenituri waħedhom li jaħdmu peress li l-objettivi tad-Direttiva jiffukaw fuq iż-żieda tal-preżenza tan-nisa fis-suq tax-xogħol. L-estensjoni ta' perjodi ta' liv għall-ġenituri waħedhom tista', fil-prattika, ittawwal l-assenza tal-ommijiet waħedhom mill-impjieg, li huma l-maġġoranza tal-ġenituri waħedhom, u għalhekk, tippreġudika l-objettiv tad-Direttiva b'effetti detrimentali għall-indipendenza finanzjarja ta' dawn in-nisa. Id-Direttiva tħalli f'idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw in-natura u l-istruttura ta' appoġġ f'każijiet ta' familji żvantaġġati, li r-Rapporteur tappoġġja bis-sħiħ.

Biex tikkonkludi, ir-Rapporteur temmen li l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew għandha tkun iffukata fuq id-difiża tal-objettivi prinċipali tad-Direttiva u fuq il-bażi legali li hija bbażata fuq l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Il-Parlament Ewropew għandu wkoll ikun strateġiku u jevita l-falliment ta' proposta li tkun ambizzjuża żżejjed billi jirrispetta r-riżervi espressi tal-Istati Membri b'għan ta' adozzjoni rapida fil-Kunsill.

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hi prinċipju fundamentali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi waħda mill-għanijiet tal-Unjoni. B'mod simili, l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, fix-xogħol u fil-paga.

(2)  L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hi prinċipju fundamentali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi waħda mill-għanijiet tal-Unjoni. B'mod simili, taħt l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kwalunkwe diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi hija pprojbita, filwaqt li l-Artikolu 23 jirrikjedi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, fix-xogħol u fil-paga.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-Unjoni hija parti għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità. Id-dispożizzjonijiet ta' dik il-Konvenzjoni huma b'hekk, mad-dħul fis-seħħ tagħha, parti integrali tal-ordni legali tal-Unjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha sa fejn hu possibbli tkun interpretata b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni, fl-Artikolu 7 tagħha, tipprovdi, fost affarijiet oħra, li l-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw it-tgawdija bis-sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha mit-tfal b'diżabbiltajiet fuq bażi ugwali ma' tfal oħra.

(4)  L-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha huma partijiet għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà; Il-Konvenzjoni tissottolinja li l-persuni b'diżabbiltà u l-membri tal-familji tagħhom jenħtieġ li jirċievu l-protezzjoni u l-għajnuna meħtieġa sabiex il-familji jkunu jistgħu jikkontribwixxu lejn it-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà. Id-dispożizzjonijiet ta' dik il-Konvenzjoni huma parti integrali tal-ordni legali tal-Unjoni Ewropea u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha sa fejn hu possibbli tkun interpretata b'mod konsistenti mal-Konvenzjoni. Il-Konvenzjoni, fl-Artikolu 7 tagħha, tipprevedi, fost affarijiet oħra, li l-partijiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw it-tgawdija bis-sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha mit-tfal b'diżabbiltajiet fuq bażi ugwali ma' tfal oħra. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni, fl-Artikolu 23 tagħha, tipprevedi li l-partijiet għandhom jieħdu miżuri effettivi u xierqa biex jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra persuni b'diżabbiltajiet fil-kwistjonijiet kollha relatati ma' żwieġ, familja, paternità jew maternità u relazzjonijiet.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li l-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jikkontribwixxu għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, billi jagħmluha eħfef għall-irġiel li jikkondividu r-responsabbiltajiet ta' indukrar fuq bażi ugwali man-nisa, u billi jeliminaw id-disparitajiet bejn is-sessi fil-qligħ u fil-paga. Tali politiki għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tibdiliet demografiċi inkluż l-effetti fuq il-popolazzjoni li qed tixjiħ.

(5)  Jenħtieġ li l-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jikkontribwixxu għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, billi jħeġġu u jagħmluha eħfef għall-irġiel li jikkondividu r-responsabbiltajiet ta' indukrar fuq bażi ugwali man-nisa, u billi jeliminaw id-disparitajiet bejn is-sessi fil-qligħ, fil-paga u fil-pensjoni. Tali politiki jenħtieġ li jieħdu f'kunsiderazzjoni tibdiliet demografiċi inkluż l-effetti fuq il-popolazzjoni li qed tixjieħ. Barra minn hekk, dawn jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxu biex jingħelbu l-isterjotipi attribwiti fir-rwoli tas-sessi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-għan tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ġie pproklamat mill-Istati Membri fis-17 ta' Novembru 2017, huwa li jagħti drittijiet ġodda u aktar effettivi liċ-ċittadini tal-Unjoni. Il-Pilastru jibni fuq 20 prinċipju ewlieni, inklużi l-Prinċipju 2 dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, il-Prinċipju 3 dwar l-Opportunitajiet indaqs, u l-Prinċipju 9 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata. Tal-aħħar jiddikjara li "[ġ]enituri u persuni b'responsabbiltajiet ta' indukrar għandhom id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura. In-nisa u l-irġiel għandu jkollhom aċċess ugwali għal liv ta' assenza speċjali sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta' indukrar tagħhom u jitħeġġu jużawh b'mod ibbilanċjat".

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Bejn wieħed u ieħor, 80 % tal-indukrar informali, ħafna drabi mingħajr ħlas, madwar l-Unjoni hija pprovduta minn familji u ħbieb, li qed jipprovdu parti indispensabbli mill-forniment, l-organizzazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura soċjali. Bejn wieħed u ieħor żewġ terzi ta' dawk li jieħdu ħsieb l-anzjani fl-Ewropa huma nisa. Il-valur ekonomiku tal-indukrar informali bla ħlas fl-Unjoni, bħala perċentwal tal-ispiża ġenerali tal-forniment tal-indukrar formali fit-tul, huwa stmat li jvarja minn 50 sa 90 %;

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Madankollu, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu sfida konsiderevoli għal ħafna ġenituri u ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar, b'impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa. Fattur kbir li jikkontribwixxi għas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hu d-diffikultà li jibbilanċjaw ix-xogħol mal-obbligi tal-familja. Meta jkollhom it-tfal, in-nisa għandhom tendenza li jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu iktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' indukrar mhux imħallsa. Intwera li sitwazzjoni li fiha n-nisa jkollhom qarib marid jew dipendenti jkollha impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa, u twassal sabiex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol għalkollox.

(7)  Madankollu, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu sfida konsiderevoli għal ħafna ġenituri u ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar, b'impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa. Fattur ewlieni li jikkontribwixxi għas-sottorappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol hu d-diffikultà li jibbilanċjaw ir-responsabbiltajiet tax-xogħol ma' dawk tal-familja. Meta jkollhom it-tfal, in-nisa għandhom tendenza li jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu iktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' indukrar mhux imħallsa. Intwera li sitwazzjoni li fiha n-nisa jkollhom qarib marid jew dipendenti bi bżonnijiet ta' kura jew appoġġ ikollha impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa, u twassal sabiex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol b'mod parzjali jew għalkollox, li jirriżulta f'effett finanzjarju negattiv fuq il-paga u l-pensjonijiet tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas legali attwali tal-Unjoni jipprovdi inċentivi limitati għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar. In-nuqqas ta' liv tal-paternità u tal-ġenituri mħallas f'ħafna Stati Membri jikkontribwixxi għall-użu baxx tat-tali liv mill-missirijiet. L-iżbilanċ fit-tfassil tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bejn in-nisa u l-irġiel jirrinforza d-differenzi bejn ix-xogħol u l-indukrar għas-sessi. Għall-kuntrarju, l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, bħal-liv jew l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, intwera li għandu impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħti lil dawn iktar ħin għall-impjieg bi ħlas.

(8)  Il-qafas legali kurrenti tal-Unjoni jipprovdi inċentivi limitati għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar. In-nuqqas ta' liv tal-paternità u tal-ġenituri mħallas, kif ukoll it-trasferibbiltà tal-liv tal-ġenituri, jikkontribwixxu f'ħafna Stati Membri għall-użu baxx tat-tali liv mill-missirijiet. L-iżbilanċ fit-tfassil tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bejn in-nisa u l-irġiel jirrinforza d-differenzi bejn ix-xogħol u l-indukrar għas-sessi. Għall-kuntrarju, l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, bħal-liv jew arranġamenti tax-xogħol flessibbli, intwera li għandu impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħti lil dawn iktar ħin għall-impjieg bi ħlas. Barra minn hekk, ir-riċerka tal-Eurofound turi li r-rati tal-użu tal-liv fost il-ġenituri jiddependu fuq fatturi marbuta flimkien. Tali fatturi jinkludu: informazzjoni dwar il-liv disponibbli; kumpens għal-liv u disparitajiet fil-pagi; disponibbiltà u flessibbiltà tal-faċilitajiet għall-indukrar tat-tfal; mudelli prevalenti fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-familja; u l-estent sa fejn il-ħaddiema jibżgħu li jiġu iżolati mis-suq tax-xogħol meta jieħdu l-liv1a.

 

__________________

 

1a Eurofound: "Promoting uptake of parental and paternity leave among fathers in the European Union" (2015) (Il-promozzjoni tat-teħid ta' liv tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet fl-Unjoni Ewropea) u "The gender employment gap: Challenges and solutions" (2016) (Id-distakk bejn is-sessi fil-qasam tal-impjiegi: Sfidi u soluzzjonijiet).

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Id-disponibbiltà ta' infrastruttura ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli għall-indukrar tat-tfal u ta' persuni dipendenti oħrajn uriet li hija fattur kruċjali għall-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata li jiffaċilitaw ir-ritorn rapidu ta' ommijiet ġodda lejn is-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni dejjem akbar tagħhom fis-suq tax-xogħol. Madankollu, sal-2018, il-maġġoranza tal-Istati Membri tal-Unjoni għadhom ma laħqux l-hekk imsejħa objettivi ta' Barċellona għall-indukrar tat-tfal, li ġew stabbiliti fl-2002. L-ilħuq ta' dawn l-objettivi huwa kruċjali sabiex in-nisa jkunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fl-impjiegi, u l-fatt li l-investiment f'indukrar tat-tfal ibbażat fil-komunità, li jkun ta' kwalità, aċċessibbli u affordabbli, jingħata prijorità fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss huwa essenzjali sabiex tiġi ffaċilitata s-sitwazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Fil-maġġoranza tal-Istati Membri, piż fiskali sproporzjonalment għoli fuq it-tieni sors tad-dħul jibqa' diżinċentiv sinifikanti għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. L-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-ostakoli kollha li jirriżultaw minn sistemi tal-benefiċċji fiskali ppreġudikati fir-rigward tas-sessi huma essenzjali sabiex iħeġġu lin-nisa jipparteċipaw bis-sħiħ fl-impjiegi u jħeġġu l-fatt li x-xogħol riproduttiv u r-responsabbiltajiet ta' indukrar jinqasmu b'mod ugwali.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex titħeġġeġ il-kondiviżjoni iktar indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, jenħtieġ li jiġi introdott id-dritt għal-liv tal-paternità għall-missirijiet li jrid jittieħed fl-okkażjoni tat-twelid ta' wliedhom. Biex jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-paternità jingħata rrispettivament mill-istat ċivili jew tal-familja kif definit fil-liġi nazzjonali.

(13)  Biex titħeġġeġ il-kondiviżjoni iktar indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, jenħtieġ li jiġi introdott id-dritt għal liv tal-ġenituri bi ħlas għall-missirijiet jew għat-tieni ġenitur ekwivalenti kif definit fil-liġi nazzjonali li jrid jittieħed fil-perjodu viċin l-okkażjoni tat-twelid jew tal-adozzjoni ta' wild u fil-limiti ta' żmien tal-liv tal-maternità. Biex jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-paternità jingħata irrispettivament mill-istat ċivili jew tal-familja kif definit fil-liġi nazzjonali.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tal-liv tal-ġenituri jenħtiġx li jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-missirijiet f'sitwazzjonijiet speċifiċi li jkunu jirrikjedu preżenza akbar min-naħa tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward ta' missirijiet b'diżabbiltà u missirijiet bi tfal b'diżabbiltajiet inklużi problemi tas-saħħa mentali, kundizzjonijiet mediċi serji jew mard serju, u missirijiet waħidhom skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-missirijiet ma jużawx id-dritt tagħhom għal-liv tal-ġenituri jew jittrasferixxu sehem konsiderevoli mill-intitolament għal-liv tagħhom lill-ommijiet, biex tinkoraġġixxi lit-tieni ġenitur jieħu l-liv tal-ġenituri, din id-Direttiva, filwaqt li żżomm id-dritt ta' kull ġenitur għal mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri attwalment provdut mid-Direttiva 2010/18/UE, testendi minn xahar wieħed għal erba' xhur il-perjodu ta' liv tal-ġenituri li ma jistax jiġi trasferit minn ġenitur għall-ieħor.

(14)  Minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-missirijiet ma jużawx id-dritt tagħhom għal-liv tal-ġenituri jew jittrasferixxu sehem konsiderevoli mill-intitolament għal-liv tagħhom lill-ommijiet, din id-Direttiva, biex tinkoraġġixxi lit-tieni ġenitur jieħu l-liv tal-ġenituri, filwaqt li żżomm id-dritt ta' kull ġenitur għal mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri attwalment previst mid-Direttiva 2010/18/UE, testendi minn xahar wieħed għal erba' xhur il-perjodu ta' liv tal-ġenituri li ma jistax jiġi trasferit minn ġenitur għall-ieħor. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jispeċifikaw li xahrejn mil-liv tal-ġenituri jenħtieġ li jittieħdu fl-ewwel erba' snin tal-ħajja tal-wild. Madankollu, jekk ma jintużawx f'dan il-perjodu ta' żmien, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-liv tal-maternità ma jintilifx u li jkun jista' jintuża sakemm il-wild jagħlaq tal-inqas 10 snin.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex il-ġenituri jiġu pprovduti b'iktar possibbiltajiet li jieħdu l-liv tal-ġenituri waqt li t-tfal tagħhom ikunu qed jikbru, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-ġenituri jingħata sakemm it-tfal jagħlqu tal-inqas tnax-il sena. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw il-perjodu ta' avviż formali li l-ħaddiem irid jagħti lill-impjegatur meta japplika għal-liv tal-ġenituri u jiddeċiedu jekk id-dritt għal-liv tal-ġenituri jistax ikun soġġett għal ċertu perjodu ta' servizz. Fid-dawl tad-diversità dejjem ikbar tal-arranġamenti kuntrattwali, jenħtieġ li s-somma tal-kuntratti suċċessivi b'terminu fiss mal-istess impjegatur tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tal-perjodu ta' servizz. Biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema ma' dawk tal-impjegaturi, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jiddeċiedu jiddefinixxux jekk l-impjegatur jistax ikun permess jipposponi l-għoti ta' liv tal-ġenituri taħt ċerti ċirkostanzi. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-impjegatur jipprovdi ġustifikazzjoni għall-posponiment.

(15)  Biex il-ġenituri jiġu pprovduti b'iktar possibbiltajiet li jieħdu l-liv tal-ġenituri waqt li t-tfal tagħhom ikunu qed jikbru, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-ġenituri jingħata sakemm it-tfal jagħlqu tal-inqas għaxar snin. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw, filwaqt li jqisu b'mod partikolari r-restrizzjonijiet fuq in-negozji mikro, perjodu ta' avviż raġonevoli li l-ħaddiem irid jagħti lill-impjegatur meta japplika għal-liv tal-ġenituri. Sabiex jiskoraġġixxu l-abbuż potenzjali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jintroduċu rekwiżit ta' perjodu minimu ta' servizz qabel ma ħaddiem ikun intitolat li jibbenefika minn dak id-dritt, b'perjodu massimu ta' sitt xhur. Fid-dawl tad-diversità dejjem ikbar tal-arranġamenti kuntrattwali, jenħtieġ li s-somma tal-kuntratti suċċessivi b'terminu fiss mal-istess impjegatur tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tal-perjodu ta' servizz. Biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema ma' dawk tal-impjegaturi, l-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jiddeċiedu jiddefinixxux jekk l-impjegatur jistax ikun permess jipposponi l-għoti ta' liv tal-ġenituri taħt ċerti ċirkostanzi. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-impjegatur jipprovdi ġustifikazzjoni għall-posponiment f'forma miktuba.

Peress li l-flessibilità tagħmilha iktar probabbli li t-tieni ġenitur, b'mod partikolari l-missirijiet, jieħdu l-intitolament tagħhom għat-tali liv, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu li jieħdu l-liv tal-ġenituri fuq bażi full-time jew part-time jew f'xi forom flessibbli oħra. Għandu jkun f'idejn l-impjegatur jaċċettax jew le t-tali talba għal-liv tal-ġenituri f'forom flessibbli oħra għajr full-time. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tal-liv tal-ġenituri għandhomx jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet partikolarment żvantaġġati.

Peress li l-flessibbiltà tagħmilha iktar probabbli li t-tieni ġenitur, b'mod partikolari l-missirijiet, jieħdu l-intitolament tagħhom għat-tali liv, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu li jieħdu l-liv tal-ġenituri fuq bażi full-time jew part-time jew f'xi forom flessibbli oħra. Jenħtieġ li jkun f'idejn l-impjegatur jaċċettax jew le t-tali talba għal-liv tal-ġenituri f'forom flessibbli oħra għajr full-time. L-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw ukoll jekk il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tal-liv tal-ġenituri jenħtiġx li jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-missirijiet f'sitwazzjonijiet speċjali li jkunu jirrikjedu preżenza akbar min-naħa tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward ta' ġenituri b'diżabbiltà u ġenituri bi tfal b'diżabbiltà, inklużi problemi tas-saħħa mentali, kundizzjonijiet mediċi serji jew mard serju, u ġenituri waħidhom skont il-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jżommu kuntatt matul il-perjodu tal-liv u jistgħu jagħmlu arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta' integrazzjoni mill-ġdid, li għandhom jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b'kunsiderazzjoni għal-liġi, għall-ftehimiet kollettiv u għall-prattika nazzjonali.

(16)  Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jżommu b'mod volontarju kuntatt mal-impjegatur tagħhom matul il-perjodu tal-liv. Il-kuntatt bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li ma jirriżulta fl-ebda piż jew tensjoni għall-ħaddiema u l-membri tal-familja u jenħtieġ li jiffaċilita t-twettiq ta' arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta' integrazzjoni mill-ġdid, li għandhom jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b'kunsiderazzjoni għal-liġi, il-ftehimiet kollettivi u l-prattiki nazzjonali. Ħaddiema li ma jkunux jixtiequ jżommu kuntatt jenħtieġ li ma jkunu soġġetti għall-ebda forma ta' diskriminazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jingħataw opportunitajiet akbar lill-irġiel u n-nisa li jkunu qed jieħdu ħsieb membru tal-familja anzjan u/jew qraba oħra bi bżonn ta' indukrar biex jibqgħu fil-forza tax-xogħol, ħaddiema b'qarib marid serjament jew dipendenti jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jieħdu ħin frank mix-xogħol fil-forma ta' liv għall-indukrar biex jieħdu ħsieb dak il-qarib. Biex jiġi evitat l-abbuż ta' dak id-dritt, jista' jkun hemm bżonn ta' prova tal-marda serja jew tad-dipendenza qabel ma jingħata l-liv.

(17)  Sabiex jingħataw opportunitajiet akbar lil ħaddiema li jkunu qed jieħdu ħsieb membru tal-familja anzjan u/jew qraba oħra bi bżonn ta' indukrar biex jibqgħu fil-forza tax-xogħol, ħaddiema b'qarib bi bżonn ta' indukrar jew appoġġ minħabba raġuni medika serja jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jieħdu ħin frank mix-xogħol fil-forma ta' liv għall-indukrar biex jieħdu ħsieb dak il-qarib. Biex jiġi evitat l-abbuż ta' dak id-dritt, jenħtieġ li, qabel ma jingħata l-liv, tiġi rikjesta prova medika tar-raġuni medika serja għal bżonnijiet ta' indukrar jew appoġġ.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  L-istabbiliment ta' liv għal individwi li jindukraw jenħtieġ li ma jservix bħala sostitut għal servizzi ta' indukrar professjonali, aċċessibbli, affordabbli, ta' kwalità u bbażati fil-komunità, li jikkontribwixxu ħafna wkoll għall-iżvilupp ekonomiku futur.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Bl-għan li jiżdiedu l-inċentivi għall-ħaddiema bi tfal u b'responsabbiltajiet ta' indukrar, speċjalment fost l-irġiel, biex jieħdu l-perjodi tal-liv stipulati f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn ikollhom id-dritt għal konċessjoni adegwata matul il-perjodu tal-liv. Il-livell tal-benefiċċju jenħtieġ li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiem konċernat jieħu fil-każ ta' liv minħabba l-mard. L-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza tal-kontinwità tal-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, inkluż il-kura tas-saħħa.

(19)  Bl-għan li jiżdiedu l-inċentivi għall-ħaddiema bi tfal u b'responsabbiltajiet ta' indukrar, speċjalment fost l-irġiel, biex jieħdu l-perjodi tal-liv previsti f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn ikollhom id-dritt għal konċessjoni adegwata matul il-perjodu tal-liv. Il-livell tal-konċessjoni jenħtieġ li jkun definit mill-Istat Membru u jenħtieġ li jkun ekwivalenti għall-paga tal-liv tal-maternità kif definit fil-livell nazzjonali f'każ ta' liv tal-paternità, filwaqt li fil-każ ta' liv tal-ġenituri u dak tal-persuni li jindukraw jenħtieġ li jkun mill-inqas ekwivalenti għal 80 % tal-paga grossa tal-ħaddiem. B'dan, l-Istati Membri jiżguraw li l-ħlas jew il-konċessjoni jkunu stabbiliti f'livell li jinkoraġġixxi lill-ġenituri biex jikkondividu aħjar id-drittijiet u jenħtieġ li jqisu l-importanza tal-kontinwità tal-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, inkluż il-kura tas-saħħa u l-iskemi tal-pensjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Skont id-Direttiva 2010/18/UE, l-Istati Membri huma meħtieġa jiddefinixxu l-istat tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv tal-ġenituri. Skont il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-relazzjoni tal-impjieg bejn il-ħaddiem u l-impjegatur hija b'hekk miżmuma waqt il-perjodu tal-liv u, b'riżultat ta' dan, il-benefiċċjarju tat-tali liv, jibqa', matul dak il-perjodu, ħaddiem għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni. Meta jkunu qed jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg matul il-perjodu tal-liv kopert minn din id-Direttiva, inkluż fir-rigward tal-intitolamenti għas-sigurtà soċjali, l-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm.

(20)  Skont id-Direttiva 2010/18/UE, l-Istati Membri huma meħtieġa jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv tal-ġenituri. Skont il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-relazzjoni tal-impjieg bejn il-ħaddiem u l-impjegatur hija b'hekk miżmuma waqt il-perjodu tal-liv u, b'riżultat ta' dan, il-benefiċċjarju tat-tali liv, jibqa', matul dak il-perjodu, ħaddiem għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni. Meta jkunu qed jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg matul il-perjodu tal-liv kopert minn din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm mingħajr preġudizzju għall-intitolamenti tas-sigurtà soċjali inkluża l-kontribuzzjoni tal-pensjoni li l-ħaddiem jibqa' soġġett għaliha waqt il-perjodu tal-liv. F'dik il-perspettiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-liv previst f'din id-Direttiva ma jaffettwax l-intitolamenti tal-pensjoni tal-ħaddiem matul dan il-perjodu kollu.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Biex il-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw jitħeġġu jibqgħu fil-forza tax-xogħol, jenħtieġ li dawk il-ħaddiema ikunu jistgħu jadattaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom għall-ħtiġijiet u għall-preferenzi personali tagħhom. B'hekk, ġenituri li jaħdmu u persuni li jindukraw għandhom ikunu jistgħu jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jiġifieri l-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, għall-finijiet ta' indukrar. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi, għandu jkun possibbli li Stati Membri jillimitaw it-tul tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, inkluż tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol. Filwaqt li ntwera li x-xogħol part-time hu utli biex ċerti nisa jibqgħu fis-suq tax-xogħol wara li jkollhom it-tfal, perjodi twal ta' sigħat tax-xogħol imnaqqsa jistgħu jwasslu għal inqas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jsarrfu f'inqas intitolamenti tal-pensjoni jew f'ebda intitolament tal-pensjoni. Jenħtieġ li d-deċiżjoni finali dwar jekk tiġix aċċettata talba ta' ħaddiem għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-impjegatur. Ċirkostanzi speċifiċi li jwasslu għall-bżonn ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli jistgħu jinbidlu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ħaddiema ma jkollhomx biss id-dritt li jirritornaw għall-iskedi tax-xogħol oriġinali tagħhom fi tmiem perjodu partikolari maqbul, iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu wkoll li jagħmlu dan fi kwalunkwe ħin meta bidla fiċ-ċirkustanzi sottostanti tkun teħtieġ hekk.

(21)  Biex il-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw jitħeġġu jibqgħu fil-forza tax-xogħol, jenħtieġ li dawk il-ħaddiema jkunu jistgħu jadattaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom għall-ħtiġijiet u għall-preferenzi personali tagħhom. B'hekk, ġenituri li jaħdmu u persuni li jindukraw jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jiġifieri l-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol fejn ikun xieraq, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, għall-finijiet ta' indukrar. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jillimitaw it-tul tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, inkluż tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol. Filwaqt li ntwera li x-xogħol part-time hu utli biex ċerti nisa jibqgħu fis-suq tax-xogħol wara li jkollhom it-tfal, perjodi twal ta' sigħat tax-xogħol imnaqqsa jistgħu jwasslu għal inqas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jsarrfu f'inqas intitolamenti tal-pensjoni jew f'ebda intitolament tal-pensjoni. Filwaqt li d-deċiżjoni finali dwar jekk tiġix aċċettata talba ta' ħaddiem għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli jenħtieġ li taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-impjegatur, hija jenħtieġ li tqis il-bżonnijiet tal-impjegati kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq l-arranġamenti tax-xogħol u l-ippjanar għall-intrapriżi mikro, u jenħtieġ li tiġġustifika rifjut. Ċirkostanzi speċifiċi li jwasslu għall-bżonn ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli jistgħu jinbidlu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ħaddiema ma jkollhomx biss id-dritt li jirritornaw għall-iskedi tax-xogħol oriġinali tagħhom fi tmiem perjodu reċiprokament maqbul, iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu wkoll li jagħmlu dan fi kwalunkwe ħin meta bidla fiċ-ċirkustanzi sottostanti tkun teħtieġ hekk.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-arranġamenti tal-liv huma maħsuba biex jappoġġaw lill-ġenituri u lill-persuni li jindukraw li jaħdmu matul perjodu speċifiku ta' żmien, u huma mmirati biex iżommu u jippromwovu l-involviment kontinwat tagħhom fis-suq tax-xogħol. Għaldaqstant, xieraq li jiġi pprovdut b'mod espliċitu għall-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jieħdu liv kopert minn din id-Direttiva u b'mod partikolari d-dritt ta' dawn li jirritornaw għall-istess kariga jew waħda ekwivalenti, u li ma jġarrbu ebda ħsara fit-termini u fil-kundizzjonijiet tagħhom minħabba l-assenza tagħhom. Jenħtieġ li l-ħaddiema jżommu l-intitolament tagħhom għad-drittijiet rilevanti diġà miksuba, jew fil-proċess li jinkisbu, sa tmiem it-tali liv.

(22)  L-arranġamenti tal-liv huma maħsuba biex jappoġġaw lill-ġenituri u lill-persuni li jindukraw li jaħdmu matul perjodu speċifiku ta' żmien, u huma mmirati biex iżommu u jippromwovu l-involviment kontinwu tagħhom fis-suq tax-xogħol. Għaldaqstant, xieraq li tiġi prevista b'mod espliċitu l-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jieħdu liv kopert minn din id-Direttiva u b'mod partikolari d-dritt ta' dawn li jirritornaw għall-istess kariga jew waħda ekwivalenti, u li ma jġarrbu ebda ħsara fit-termini u fil-kundizzjonijiet tagħhom minħabba l-assenza tagħhom. Jenħtieġ li l-ħaddiema jżommu l-intitolament tagħhom għad-drittijiet rilevanti diġà miksuba, jew fil-proċess li jinkisbu, sa tmiem it-tali liv. Daqstant importanti huwa l-għan ta' arranġamenti ta' liv sabiex jiġi żgurat li l-ġenituri li jaħdmu jżommu kwalità tal-ħajja tal-familja, billi jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom, iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom, inkluż ir-rwol edukattiv primarju tagħhom, speċjalment matul it-tfulija bikrija, bl-aħjar mod possibbli u billi jqattgħu ħin ta' kwalità mat-tfal tagħhom. Rikonċiljazzjoni ineffettiva tal-ħajja tal-familja u dik professjonali jista' jkollha wkoll impatt negattiv fuq is-saħħa fiżika u mentali tat-tfal u tal-ġenituri.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli jkunu protetti kontra diskriminazzjoni jew kontra kwalunkwe trattament inqas favorevoli għal dik ir-raġuni.

(23)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli jkunu protetti kontra kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni jew kontra kwalunkwe trattament inqas favorevoli għal dik ir-raġuni. Fl-istess ħin, sabiex jiġi żgurat bilanċ bejn l-interessi tal-impjegaturi u tal-ħaddiema, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-impjegaturi jkunu protetti kontra kwalunkwe abbuż ta' tali drittijiet.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jieħdu l-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli kif imsemmi f'din id-Direttiva jgawdu minn protezzjoni kontra s-sensja u kwalunkwe preparament għal sensja possibbli għaliex applikaw jew ħadu liv bħal dan, jew eżerċitaw id-dritt li jitolbu t-tali arranġamenti tax-xogħol flessibbli. Meta l-ħaddiema jqisu li jkunu ngħataw is-sensja għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja tagħhom.

(24)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jieħdu l-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli kif previst f'din id-Direttiva jgawdu minn protezzjoni kontra s-sensja u kwalunkwe preparament għal sensja possibbli minħabba r-raġunijiet li jkunu applikaw għalihom, jew ħadu liv bħal dan, jew eżerċitaw id-dritt li jitolbu t-tali arranġamenti tax-xogħol flessibbli. Meta l-ħaddiema jqisu li jkunu ngħataw is-sensja għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja tagħhom bil-miktub.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi f'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li huma fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' trattament ugwali teħtieġ protezzjoni ġudizzjarja adegwata tal-ħaddiema kontra trattament avvers jew konsegwenzi avversi li jirriżultaw minn ilment jew proċedura li jirrelataw mad-drittijiet f'din id-Direttiva. Il-vittmi jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jkunu protetti kontra kwalunkwe trattament avvers meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ipprovduti minn din id-Direttiva. Tali Protezzjoni hi partikolarment rilevanti fir-rigward tar-rappreżentanti tal-ħaddiema meta jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom.

(26)  L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li huma fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' trattament ugwali teħtieġ protezzjoni ġudizzjarja adegwata tal-ħaddiema kontra trattament avvers jew konsegwenzi avversi li jirriżultaw minn ilment jew proċedura li jirrelataw mad-drittijiet f'din id-Direttiva. Il-vittmi jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom minħabba r-riskju ta' ritaljazzjoni u, għalhekk, jenħtieġ li jkunu protetti kontra kwalunkwe trattament avvers meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom previsti minn din id-Direttiva. Tali protezzjoni hi partikolarment rilevanti fir-rigward tar-rappreżentanti tal-ħaddiema meta jeżerċitaw il-funzjoni tagħhom. L-ispezzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjali jenħtieġ li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni xierqa ta' din id-Direttiva bil-mezzi adegwati biex jevitaw id-diskriminazzjoni u jiżguraw aċċess ugwali tal-ħaddiema għad-drittijiet soċjali u tax-xogħol tagħhom.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Bl-għan li jkompli jitjieb il-livell ta' protezzjoni tad-drittijiet ipprovdut f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza jkunu kompetenti wkoll fl-oqsma koperti f'din id-Direttiva.

(27)  Bl-għan li jkompli jitjieb il-livell ta' protezzjoni tad-drittijiet previst f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u tad-drittijiet tat-tfal ikunu kompetenti wkoll fl-oqsma koperti f'din id-Direttiva.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi, u b'hekk tagħti lill-Istati Membri l-għażla li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli. Jenħtieġ li d-drittijiet miksuba skont il-qafas legali eżistenti jibqgħu japplikaw, sakemm ma jiddaħħlux dispożizzjonijiet iktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tistax tintuża biex tnaqqas id-drittijiet eżistenti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti f'dan il-qasam u lanqas ma tista' tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

(28)  Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u b'hekk tippermetti lill-Istati Membri li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli. Jenħtieġ li d-drittijiet miksuba skont il-qafas legali eżistenti jibqgħu japplikaw, sakemm ma jiddaħħlux dispożizzjonijiet iktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tistax tintuża biex tnaqqas id-drittijiet eżistenti stipulati fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, dik nazzjonali u fil-ftehimiet kollettivi eżistenti f'dan il-qasam u lanqas ma tista' tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw l-estensjoni tal-miżuri li jinsabu f'din id-Direttiva għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Din id-Direttiva għandha tevita li ddaħħal rabtiet amministrattivi, finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u medji. B'hekk l-Istati Membri huma mistiedna jivvalutaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs sabiex ikunu ċerti li l-SMEs mhumiex affetwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għal mikrointrapriżi u għal piż amministrattiv.

(30)  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u ġuridiċi mhux iġġustifikati b'mod li jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. B'hekk l-Istati Membri huma mistiedna jivvalutaw regolarment l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs sabiex ikunu ċerti li l-SMEs ma jkunux affettwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, b'mod partikolari rigward l-impatt ta' arranġamenti għal-liv tal-ġenituri u xejriet tax-xogħol flessibbli dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta' tali valutazzjonijiet.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qasam tar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja familjari u dik professjonali u biex tinkiseb għal kollox il-mira intenzjonata ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra wkoll li tivvaluta r-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE li tmur lura sal-1992, filwaqt li tqis id-drittijiet il-ġodda u d-dispożizzjonijiet li sar qbil dwarhom fid-Direttiva preżenti.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg.

Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg kif definit mil-liġi, mill-ftehim kollettiv u/jew mill-prattiki fis-seħħ f'kull Stat Membru, f'konformità mal-kriterji li jiddeterminaw l-istatus ta' ħaddiem kif stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "liv tal-paternità" tfisser liv mix-xogħol għall-missirijiet li jrid jittieħed fl-okkażjoni tat-twelid ta' wild;

(a)  "liv tal-paternità" tfisser liv mix-xogħol imħallas għall-missirijiet jew għat-tieni ġenitur ekwivalenti kif definit fil-liġi nazzjonali abbażi tat-twelid jew l-adozzjoni ta' wild, li jrid jittieħed fil-perjodu viċin l-okkażjoni tat-twelid jew l-adozzjoni ta' wild u fil-limiti ta' żmien tal-liv tal-maternità;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "liv tal-ġenituri" tfisser liv mix-xogħol minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta' wild għall-indukrar ta' dak il-wild;

(b)  "liv tal-ġenituri" tfisser liv mix-xogħol imħallas minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta' wild għall-indukrar ta' dak il-wild;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "persuna li tindokra" tfisser ħaddiem li jipprovdi indukrar jew appoġġ personali f'każ ta' marda serja jew dipendenza ta' qarib;

(c)  "persuna li tindokra" tfisser ħaddiem li jipprovdi indukrar jew appoġġ personali lil qarib li jeħtieġ kura jew appoġġ minħabba raġuni medika serja jew diżabbiltà kif definit mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "liv tal-persuni li jindukraw" tfisser liv mix-xogħol imħallas għal persuni li jindukraw sabiex jipprovdu kura jew appoġġ personali lil qarib li jkollu bżonn kura jew appoġġ minħabba raġuni medika serja jew diżabbiltà;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "qarib" tfisser iben, bint, omm, missier, konjuġi jew sieħeb/sieħba fi sħubija ċivili, fejn tali sħubijiet ikunu previsti mil-liġi nazzjonali, ta' ħaddiem;

(d)  "qarib" tfisser tal-inqas iben, bint, omm, missier, aħwa, it-tfal tal-konjuġi minn relazzjoni oħra, tfal taħt foster care, neputijiet, nanniet, gwardjan legali jew minorenni taħt il-protezzjoni tal-gwardjan, konjuġi jew sieħeb/sieħba fi sħubija ċivili, fejn tali sħubijiet ikunu previsti mil-liġi nazzjonali, ta' ħaddiem;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  "parti terza magħżula" tfisser ħaddiem li ġenitur jittrasferixxi fuqu d-dritt tiegħu/tagħha għal-liv kopert f'din id-Direttiva;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "dipendenza" tfisser sitwazzjoni li fiha persuna hi, b'mod temporanju jew permanenti, fil-bżonn ta' indukrar minħabba diżabbiltà jew kundizzjoni medika serja differenti minn marda serja;

(e)  "ħtiġijiet ta' indukrar u appoġġ" tfisser qagħda li fiha persuna hi, b'mod temporanju jew permanenti, fil-bżonn ta' kura minħabba diżabbiltà jew raġuni medika serja u tkun tirrikjedi assistenza jew appoġġ personali;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "arranġamenti tax-xogħol flessibbli" tfisser il-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol.

(f)  "arranġamenti tax-xogħol flessibbli" tfisser il-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom fuq bażi volontarja, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol fejn ikun fattibbli, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-missirijiet ikollhom id-dritt li jieħdu tal-inqas għaxart ijiem xogħol liv tal-paternità fl-okkażjoni tat-twelid ta' wild.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-missirijiet jew it-tieni ġenitur ekwivalenti kif definit fil-liġi nazzjonali jkollhom id-dritt li jieħdu tal-inqas għaxart ijiem xogħol liv tal-paternità fil-perjodu viċin l-okkażjoni tat-twelid jew l-adozzjoni ta' wild u fil-limiti ta' żmien tal-liv tal-maternità;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti ddettaljati biex l-applikazzjoni tal-liv tal-paternità tiġi adattata għall-bżonnijiet tal-missirijiet f'sitwazzjonijiet speċjali li jkunu jirrikjedu preżenza akbar min-naħa tagħhom, li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Tali sitwazzjonijiet speċjali jistgħu jinkludu: missirijiet li jkollhom diżabbiltà, missirijiet bi tfal b'diżabbiltajiet, inklużi problemi ta' saħħa mentali, mard jew kundizzjonijiet mediċi serji, u missirijiet waħedhom kif definit mil-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom dritt individwali għal tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta' tnax-il sena.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema jkollhom dritt individwali għal tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri mħallas u mhux trasferibbli li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta' għaxar snin. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-possibbiltà li jestendu d-dritt għal liv tal-ġenituri għall-ħaddiema f'sitwazzjonijiet speċjali li jirrikjedu preżenza akbar min-naħa tagħhom, li għandha tiġi definita mill-Istati Membri. Tali sitwazzjonijiet speċjali jistgħu jinkludu: ġenituri li jkollhom diżabbiltà, ġenituri bi tfal b'diżabbiltajiet, inklużi problemi ta' saħħa mentali, mard jew kundizzjonijiet mediċi serji, u ġenituri waħedhom kif definit mil-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu lil ġenitur wieħed jittrasferixxi l-intitolament tiegħu għal-liv tal-ġenituri lill-ġenitur l-ieħor, dawn għandhom jiżguraw li tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti.

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu lil ġenitur wieħed jittrasferixxi l-intitolament tiegħu għal-liv tal-ġenituri lill-ġenitur l-ieħor, dawn għandhom jiżguraw li tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti. Fejn l-Istati Membri jipprevedu aktar minn erba' xhur ta' liv tal-ġenituri, ammont limitat ta' dak il-liv jista' jiġi ttrasferit mhux biss lill-ġenitur l-ieħor, iżda wkoll lil parti terza magħżula li effettivament tieħu ħsieb il-wild.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m'għandux ikun itwal minn sena. Fil-każ ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE21, mal-istess impjegatur, it-total ta' dawk il-kuntratti għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika.

4.  L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m'għandux ikun itwal minn sitt xhur. Fil-każ ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE21, mal-istess impjegatur, it-total ta' dawk il-kuntratti għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika.

__________________

__________________

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu ċ-ċirkustanzi li fihom l-impjegatur, wara konsultazzjoni skont id-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, jista' jitħalla jipposponi l-għoti tal-liv tal-ġenituri għal perjodu ta' żmien raġonevoli jekk dan ikun ixekkel serjament il-funzjonament tajjeb tal-istabbiliment. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe posponiment tal-liv tal-ġenituri bil-miktub.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu ċ-ċirkustanzi li fihom l-impjegatur, wara konsultazzjoni skont id-dritt, il-ftehimiet kollettivi u/jew il-prattiki nazzjonali, jista' jitħalla jipposponi, mhux aktar minn darbtejn u għal perjodu massimu ta' sitt xhur, l-għoti tal-liv tal-ġenituri għal perjodu ta' żmien raġonevoli jekk dan ikun ixekkel serjament il-funzjonament tajjeb tal-istabbiliment. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe posponiment tal-liv tal-ġenituri bil-miktub. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari l-limitazzjonijiet ta' kumpaniji mikro.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu liv tal-ġenituri fuq bażi part-time, fi blokok separati minn perjodi tax-xogħol jew f'forom flessibbli oħra. L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b'konsiderazzjoni kemm għall-bżonnijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiem. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din bil-miktub.

6.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu liv tal-ġenituri fuq bażi part-time, fi blokok separati minn perjodi tax-xogħol jew f'forom flessibbli oħra. L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b'konsiderazzjoni kemm għall-bżonnijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiem. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din bil-miktub f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-ġenituri adottivi, tal-ġenituri b'diżabilità, u tal-ġenituri ta' tfal b'diżabilità jew b'marda fit-tul.

7.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet speċjali li jridu jiġu definiti mill-Istati Membri. Tali sitwazzjonijiet speċjali jistgħu jinkludu: ġenituri li jkollhom diżabbiltà, ġenituri bi tfal b'diżabbiltajiet, inklużi problemi ta' saħħa mentali, mard jew kundizzjonijiet mediċi serji, u ġenituri waħedhom kif definit mil-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal-liv għall-persuni li jindukraw ta' mill-inqas ħamest ijiem xogħol fis-sena, għal kull ħaddiem. Dan id-dritt jista' jkun soġġett għal sostanzjar xieraq tal-kundizzjoni medika tal-qarib tal-ħaddiem.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal-liv għall-persuni li jindukraw ta' mill-inqas ħamest ijiem xogħol fis-sena, għal kull ħaddiem. Dan id-dritt jista' jkun soġġett għal sostanzjar mediku xieraq tal-ħtiġijiet ta' kura u appoġġ tal-qarib tal-ħaddiem.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

L-informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew is-sitwazzjoni ta' telf ta' awtonomija jenħtieġ li tinżamm kunfidenzjali u tiġi kondiviża biss ma' għadd ristrett ta' servizzi involuti sabiex jiġi ssalvagwardjat id-dritt għall-protezzjoni tad-data kemm tal-ħaddiem kif ukoll tal-persuna li teħtieġ il-kura.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, b'kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament jew konċessjoni adegwata tal-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiem ikkonċernat jirċievi li kieku jieħu liv minħabba l-mard.

F'konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt, il-ftehimiet kollettivi u/jew il-prattiki nazzjonali, b'kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament jew konċessjoni adegwata kif ġej:

 

(a) għal-liv tal-paternità kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), pagament jew konċessjoni ekwivalenti għal paga tal-liv tal-maternità kif definit fil-livell nazzjonali filwaqt li jiġi żgurat il-prinċipju tal-pagi indaqs għan-nisa u l-irġiel;

 

(b) għal-liv tal-ġenituri kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), pagament jew konċessjoni tal-inqas ekwivalenti għal 80 % tal-paga grossa tal-ħaddiem;

 

(c) għal-liv tal-persuni li jindukraw kif imsemmi fl-Artikolu 6, pagament jew konċessjoni tal-inqas ekwivalenti għal 80 % tal-paga grossa tal-ħaddiem.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema bi tfal sa ċerta età, li tal-inqas ikunu ta' tnax-il sena, u l-persuni li jindukraw, ikollhom id-dritt li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli għal finijiet ta' indukrar. Id-durata ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħal dawn tista' tkun soġġetta għal limitazzjoni raġonevoli.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema bi tfal sa ċerta età, li tal-inqas ikunu ta' għaxar snin, u l-persuni li jindukraw, ikollhom id-dritt li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli għal finijiet ta' indukrar. Id-durata ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħal dawn tista' tkun soġġetta għal limitazzjoni raġonevoli.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal talbiet għall-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din.

2.  L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu bil-miktub għal talbiet għall-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema, b'mod partikolari f'negozji mikro. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din meta jipprovdu għażliet għal arranġamenti alternattivi.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu limitati fid-durata tagħhom, il-ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali fi tmiem il-perjodu maqbul. Il-ħaddiem għandu wkoll ikollu d-dritt li jitlob li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali kull meta bidla fiċ-ċirkustanzi tiġġustifika dan. L-impjegaturi għandhom ikunu obbligati jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b'kunsiderazzjoni kemm għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema.

3.  Meta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu limitati fid-durata tagħhom, il-ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali fi tmiem il-perjodu maqbul. Il-ħaddiem għandu wkoll ikollu d-dritt li jitlob li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali kull meta bidla fiċ-ċirkustanzi tiġġustifika dan. L-impjegaturi għandhom ikunu obbligati jikkunsidraw u jwieġbu bil-miktub għal dawn it-talbiet, b'kunsiderazzjoni kemm għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għal arranġamenti biex jiżguraw li l-applikazzjoni tal-ħin tax-xogħol flessibbli tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet speċjali li jkunu jirrikjedu preżenza akbar min-naħa tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward ta' ġenituri b'diżabbiltà u ġenituri bi tfal b'diżabbiltà, inklużi problemi tas-saħħa mentali, kundizzjonijiet mediċi serji jew mard serju, u ġenituri waħidhom kif definit fil-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-Istati Membri. .

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4, 5, 6, inkluż fir-rigward tal-intitolamenti għas-sigurtà soċjali, filwaqt li jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm matul dak il-perjodu.

3.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-istatus tal-kuntratt tal-impjieg jew ir-relazzjoni tal-impjieg għall-perjodu tal-liv li hemm referenza għalih fl-Artikolu 4, 5, 6 filwaqt li jiżguraw li r-relazzjoni tal-impjieg tinżamm matul dak il-perjodu iżda wkoll mingħajr preġudizzju għall-intitolamenti tas-sigurtà soċjali inkluża l-kontribuzzjoni tal-pensjoni li l-ħaddiem jibqa' soġġett għaliha waqt il-perjodu sħiħ tal-liv.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu trattament inqas favorevoli tal-ħaddiema minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minħabba li eżerċitaw id-dritt tagħhom għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni u trattament inqas favorevoli tal-ħaddiema minħabba li jkunu applikaw għal-liv jew għaliex ikunu ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minħabba li jkunu eżerċitaw id-dritt tagħhom għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jistgħu jieħdu l-forma ta' ammenda. Jistgħu jinvolvu wkoll il-ħlas ta' kumpens.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għandhom jieħdu l-forma ta' ammenda. Jistgħu jinvolvu wkoll il-ħlas ta' kumpens.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Livell ta' protezzjoni

Nonregressjoni

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandhom jiżguraw li mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri jibqgħu nontransferibbli skont l-Artikolu 5(2).

1. L-Istati Membri u/jew is-sħab soċjali jistgħu jintroduċu jew għandhom iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema minn dawk stipulati f'din id-Direttiva. Madankollu, għandhom jiżguraw li mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri jibqgħu nontransferibbli skont l-Artikolu 5(2).

 

2. Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni aktar speċifika fid-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar it-trattament ugwali jew l-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa.

 

3. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tad-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema u tal-livell ġenerali ta' ħarsien mogħti lill-ħaddiema.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jirrelataw mas-suġġett kif stipulat fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, jinġiebu permezz tal-mezzi kollha adatti għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jirrelataw mas-suġġett kif stipulat fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, jinġiebu permezz tal-mezzi kollha adatti għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati fit-territorju kollu tagħhom, anki permezz tal-Gateway Diġitali Unika.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva neċessarja għall-Kummissjoni biex din tfassal rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.  Mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti rigward l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva neċessarja għall-Kummissjoni biex tfassal rapport u tivvaluta l-implimentazzjoni tal-objettivi ta' din id-Direttiva, inkluż dak tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u addizzjonalment l-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, akkumpanjata, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva.

2.  Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill li fih tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluża d-data, diżaggregata skont is-sessi, dwar it-teħid tat-tipi differenti ta' liv inklużi f'din id-Direttiva u l-impatt tiegħu fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, akkumpanjat, jekk xieraq, bi proposta leġiżlattiva u biex tivvaluta l-possibbiltà li fil-futur jiġu estiżi d-drittijiet inklużi f'din id-Direttiva għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll, ftit wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-konformità tagħha mal-prinċipju tat-trattament ugwali ta' livelli differenti ta' sostituzzjoni tal-introjtu għal tipi differenti ta' liv, u għandha tintroduċi immedjatament il-miżuri leġiżlattivi meħtieġa jekk tiġi identifikata tali diskriminazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw

Referenzi

COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.5.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

15.5.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

14.9.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Agnieszka Kozłowska-Rajewicz

20.10.2017

Eżami fil-kumitat

19.2.2018

27.3.2018

15.5.2018

 

Data tal-adozzjoni

28.5.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

8

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Angelika Mlinar, Angelika Niebler, Maria Noichl, Margot Parker, Marijana Petir, Pina Picierno, João Pimenta Lopes, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Michaela Šojdrová, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Maria Gabriela Zoană

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Forenza, Julie Girling, Kostadinka Kuneva, Clare Moody, Branislav Škripek, Mylène Troszczynski, Julie Ward

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar

EFDD

Daniela Aiuto

PPE

Heinz K. Becker, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Michaela Šojdrová

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Mary Honeyball, Clare Moody, Maria Noichl, Pina Picierno, Liliana Rodrigues, Julie Ward, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Terry Reintke, Ernest Urtasun

8

-

ECR

Branislav Škripek, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Margot Parker

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

PPE

Anna Maria Corazza Bildt, Julie Girling, Angelika Niebler

4

0

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Kostadinka Kuneva

PPE

Marijana Petir, Anna Záborská

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Data mid-DĠ JUST: https://ec.europa.eu/info/strategy/justice-and-fundamental-rights/discrimination/gender-equality/equal-economic-independence_en#womeninwork

(2)

EIGE: Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017: Il-kejl tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-Unjoni Ewropea 2005-2015 – Sejbiet ewlenin. Kapitolu, Dominju tax-xogħol: 10 snin ta' progress bil-mod.

(3)

http://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/Europe_2020_indicators_-_employment

(4)

Eurofound: Il-promozzjoni tat-teħid ta' liv tal-ġenituri u tal-paternità fost il-missirijiet fl-Unjoni Ewropea (2015), https://www.eurofound.europa.eu/publications/customised-report/2015/working-conditions-industrial-relations/promoting-uptake-of-parental-and-paternity-leave-among-fathers-in-the-european-union

OECD (2017), The Pursuit of Gender Equality: An Uphill Battle, OECD Publishing, Paris.

http://dx.doi.org/10.1787/9789264281318-en

(5)

L-istudji juru li l-liv tal-paternità huwa kundizzjoni għal aktar involviment min-naħa tal-missirijiet fir-responsabbiltajiet tal-indukrar, pereżempju, fil-forma ta' teħid ta' liv tal-ġenituri iżda wkoll fir-rigward tal-involviment ġenerali tagħhom fit-trobbija tat-tfal:

Linda Haas & C. Philip Hwang (2008) The Impact of Taking Parental Leave on Fathers’ Participation In Childcare And Relationships With Children: Lessons from Sweden, Community, Work & Family, 11:1, 85-104, DOI: 10.1080/13668800701785346

Sakiko Tanaka & Jane Waldfogel (2007) EFFECTS OF PARENTAL LEAVE AND WORK HOURS ON FATHERS’ INVOLVEMENT WITH THEIR BABIES, Community, Work & Family, 10:4, 409-426, DOI: 10.1080/13668800701575069

Eyal Abraham, Talma Hendler, Irit Shapira-Lichter, Yaniv Kanat-Maymon, Orna Zagoory-Sharon u Ruth Feldman: Father's brain is sensitive to childcare experiences, Proceedings of the National Academy of Sciences (PNAS) Lulju 2014, 111 (27) 9792-9797

(6)

Aktar ma tkun b'saħħitha r-rabta, aktar ikun possibbli li l-missier jinvolvi ruħu fl-indukrar, u aktar ma jinvolvi ruħu l-missier mal-ewwel wild, iktar ikunu għoljin il-possibbiltajiet li familja tiddeċiedi li jkollha t-tieni wild.

Ann-Zofie Duvander & Gunnar Andersson (2008) Gender Equality and Fertility in Sweden, Marriage & Family Review, 39:1-2, 121-142, DOI: 10.1300/J002v39n01_07


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (23.5.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE

(COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Joëlle Bergeron

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li din il-proposta għal direttiva tikkorrispondi għall-ħtieġa ta' approċċ aktar wiesa' dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, b'kont meħud tal-iżvilupp tas-soċjetà matul dawn l-aħħar snin.

Hija timmira li tindirizza s-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u tappoġġa l-progressjoni fil-karriera tagħhom billi tagħmilha aktar faċli għalihom biex id-dmirijiet tagħhom professjonali u dawk familjari jiġu rikonċiljati. Għal dan l-għan, hija tistabbilixxi kriterji minimi sabiex tinkiseb l-ugwaljanza meħtieġa bejn l-irġiel u n-nisa f'dak li għandu x'jaqsam mal-opportunitajiet tagħhom fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq il-post tax-xogħol. Hija tinkoraġġixxi, barra minn hekk, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi billi tadatta u timmodernizza l-qafas ġuridiku tal-UE f'dan il-qasam.

Fl-UE, dawk b'kuntratti part-time huma prinċipalment nisa (32 % tan-nisa meta mqabbla ma' 8 % tal-irġiel), u dan għal raġunijiet ta' diffikultajiet ta' konċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata tagħhom. F'ħafna każijiet, dan iwassal ukoll għal differenza sinifikanti ħafna fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn l-irġiel u n-nisa. Il-qafas ġuridiku attwali fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri jipprovdi dispożizzjonijiet limitati biex l-irġiel jassumu sehem tar-responsabbiltajiet ta' indukrar daqs in-nisa. Fil-fatt, huwa urġenti li jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet. Ir-rapporteur taqbel perfettament mal-għanijiet speċifiċi tad-direttiva proposta li huma maħsuba b'mod partikolari biex itejbu l-aċċess għal modi biex jintlaħaq bilanċ bejn il-ħajja professjonali u l-ħajja privata kif ukoll biex jiżdied l-użu min-naħa tal-irġiel tal-liv għall-familja u arranġamenti flessibbli tax-xogħol. Dwar dan l-aħħar punt, il-kwistjoni tal-ammont imħallas għal-liv tal-ġenituri hija essenzjali biex jiġi żgurat li jkunu ttrattati b'mod ugwali l-irġiel u n-nisa. Dan huwa 'l bogħod milli jkun il-każ illum minħabba pagi baxxi allokati għal-liv tal-ġenituri. Il-proposta tal-Kummissjoni li l-livell ta' remunerazzjoni għal-liv tal-ġenituri jinġieb fuq l-istess livell tal-liv tal-mard hija avvanz fuq dan il-punt. Dak li għandna nżommu f'moħħna u għandu jkun il-linja gwida hija l-protezzjoni tat-tfal. Ma hemm l-ebda dubju li r-rapporteur temmen li l-aħjar interess tat-tfal huwa li jitrabbew, imdakkra u mdawra minn żewġ ġenituri b'mod bilanċjat. Ir-rapporteur għalhekk tqis li hemm bżonn li l-irġiel u n-nisa jitqiegħdu f'pożizzjoni li jipparteċipaw b'mod indaqs għall-appoġġ tal-familja. Dan huwa possibbli billi jiġu eliminati l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa f'impjiegi bi ħlas jew bla ħlas u billi tiġi promossa l-kondiviżjoni ugwali tar-responsabilitajiet u l-kura tat-tfal u l-qraba li jeħtieġu assistenza.

Madankollu, ma għandhomx jiġu injorati r-rekwiżiti u l-piżijiet fuq l-impjegaturi u speċjalment meta jkun jirrigwarda kumpanija żgħira ħafna b'żewġ impjegati jew tlieta. Fil-fatt it-teħid ta' liv tal-ġenituri jista' jikkostitwixxi periklu reali għal kumpaniji simili. Ir-rapporteur tagħkom tixtieq tinsisti fuq dan il-punt biex tiġi irregolata l-protezzjoni tal-impjegaturi iżda wkoll biex jiġi evitat l-abbuż f'każ ta' assenza mix-xogħol għal raġunijiet familjari urġenti. F'dan il-kuntest, huma essenzjali l-preżentazzjoni ta' evidenza ta' sostenn kif ukoll il-ħtieġa li d-dritt għal liv tal-ġenituri jiġi subordinat għal perjodu ta' xogħol jew ta' anzjanità li ma jistax ikun ta' iktar minn disa' xhur. Il-liv ta' għajnuna għandu wkoll ikun irregolat sabiex jipproteġi lill-impjegatur minn kull abbuż ta' dritt. Fl-istess ħin huwa essenzjali li l-ħaddiema li jixtiequ jindukraw membru tal-familja jitħallew isibu bilanċ aħjar bejn il-ħajja privata u l-ħajja tax-xogħol, u b'mod partikolari jiġi evitat li dawn jitilqu b'mod permanenti mis-suq tax-xogħol.

Ir-rapporteur tixtieq ukoll tippreċiża li s-sitwazzjoni tal-ġenituri inkarigati li jieħdu ħsieb tfal b'diżabbiltà jew b'mard serju, jew fil-każ ta' twelid jew adozzjonijiet multipli, ma ġietx ikkunsidrata mill-Kummissjoni. Hija tqis għandu jkun hemm il-possibbiltà li t-tul tal-liv tal-ġenituri għandu jkun irduppjat f'każijiet bħal dawn.

Fl-aħħar nett, l-istess għandu jgħodd għall-ġenituri waħedhom, li hija realtà li dejjem qed tiżdied, u li m'għandhiex tiġi injorata.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hi prinċipju fundamentali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi waħda mill-għanijiet tal-Unjoni. B'mod simili, l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, fix-xogħol u fil-paga.

(2)  L-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa hi prinċipju fundamentali tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hi waħda mill-għanijiet tal-Unjoni. B'mod simili, l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tiġi żgurata fl-oqsma kollha, inkluż fl-impjieg, fix-xogħol u fil-paga. Din id-Direttiva tikkontribwixxi għal dawk l-għanijiet billi telimina d-disparitajiet, issaħħaħ l-ugwaljanza bejn is-sessi, tippromwovi livell għoli ta' impjieg u tikkonsolida d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni, kif ukoll issaħħaħ il-konverġenza 'l fuq fl-Istati Membri f'termini ta' benefiċċji soċjali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Artikolu 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi għad-dritt għall-protezzjoni kontra s-sensja għal xi raġuni konnessa mal-maternità, u d-dritt għal liv tal-maternità mħallas u għal liv tal-ġenituri wara t-twelid jew wara l-adozzjoni ta' wild, għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u dik professjonali.

(3)  L-Artikolu 33 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) jipprovdi għall-protezzjoni legali, ekonomika u soċjali tal-familja, għad-dritt għall-protezzjoni kontra s-sensja għal xi raġuni konnessa mal-maternità, u d-dritt għal liv tal-maternità mħallas u għal liv tal-ġenituri wara t-twelid jew wara l-adozzjoni ta' wild, għar-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tal-familja u dik professjonali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-persuni b'diżabbiltà jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal appoġġ għall-introjtu li jiżgura għajxien b'dinjità, servizzi li jippermettulhom jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà, kif ukoll ambjent tax-xogħol adattat għall-bżonnijiet tagħhom.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Jenħtieġ li tiġi żgurata u titrawwem l-ugwaljanza fit-trattament u fl-opportunitajiet bejn in-nisa u l-irġiel fl-oqsma kollha, inkluża l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, fit-termini u fil-kundizzjonijiet tal-impjieg u fl-avvanzi fil-karriera. In-nisa u l-irġiel għandhom id-dritt għal paga indaqs għal xogħol ta' valur ugwali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li l-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jikkontribwixxu għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, billi jagħmluha eħfef għall-irġiel li jikkondividu r-responsabbiltajiet ta' indukrar fuq bażi ugwali man-nisa, u billi jeliminaw id-disparitajiet bejn is-sessi fil-qligħ u fil-paga. Tali politiki għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tibdiliet demografiċi inkluż l-effetti fuq il-popolazzjoni li qed tixjiħ.

(5)  Jenħtieġ li l-politiki relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jikkontribwixxu għall-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, u billi jiffavorixxu l-parteċipazzjoni u r-rwol tal-irġiel fil-ħajja tal-familja (kif imsemmi fl-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali: "it-tfal kollha għandhom id-dritt li jkollhom, regolarment, relazzjoni personali u kuntatt dirett maż-żewġ ġenituri, sakemm dan ma jkunx kontra l-interessi tat-tfal") għal kondiviżjoni ugwali tar-responsabbiltajiet ta' trobbija u ta' indukrar tat-tfal,u li dan jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tad-disparitajiet bejn is-sessi fil-qligħ, fil-paga u fil-pensjoni. Tali politiki għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni tibdiliet demografiċi inkluż l-effetti fuq il-popolazzjoni li qed tixjiħ. F'dak il-kuntest, l-appoġġ ta' bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jista' jirrappreżenta inċentiv importanti għal żieda fir-rata tat-twelid.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Skont id-data għal Ottubru 2017 (statistika tal-Kummissjoni), ir-rata tal-impjiegi tal-irġiel fl-Unjoni kienet ta' 71,9 %, filwaqt li dik tan-nisa kienet ta' 61,4 %, minkejja l-fatt li n-nisa għandhom livell ogħla ta' edukazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Madankollu, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu sfida konsiderevoli għal ħafna ġenituri u ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar, b'impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa. Fattur kbir li jikkontribwixxi għas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hu d-diffikultà li jibbilanċjaw ix-xogħol mal-obbligi tal-familja. Meta jkollhom it-tfal, in-nisa għandhom tendenza li jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu iktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' indukrar mhux imħallsa. Intwera li sitwazzjoni li fiha n-nisa jkollhom qarib marid jew dipendenti jkollha impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa, u twassal sabiex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol għalkollox.

(7)  Iż-żieda fil-familji bi dħul doppju wasslet għal intensifikazzjoni tax-xogħol u żieda fil-pressjoni u domandi akbar għal bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. Bħala riżultat ta' dan, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għadu sfida konsiderevoli għal ħafna ġenituri u ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar, b'impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa. Fattur kbir li jikkontribwixxi għas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol hu d-diffikultà li jibbilanċjaw ix-xogħol mal-obbligi tal-familja. Meta jkollhom it-tfal, anzjani dipendenti jew familjari diretti b'mard kroniku debilitanti, in-nisa jkunu obbligati jaħdmu inqas sigħat f'impjieg bi ħlas u jqattgħu iktar ħin jaqdu responsabbiltajiet ta' indukrar mhux imħallsa. Dan jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għad-disparità bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa (li tammonta għal saħansitra 28 % f'ċerti Stati Membri), li tul il-ħajja tax-xogħol takkumula f'disparità fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel (disparità li tilħaq medja ta' 40 % fl-Unjoni) u tirriżulta f'riskju ogħla ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali għan-nisa. Intwera li sitwazzjoni li fiha n-nisa jkollhom qarib marid jew dipendenti jkollha impatt negattiv fuq l-impjieg tan-nisa, u twassal sabiex xi nisa jitilqu mis-suq tax-xogħol għalkollox jew parzjalment.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Skont id-data tal-Eurofund, aktar minn tliet miljun persuna telqu mix-xogħol full-time billi m'għandhomx faċilitajiet ta' indukrar għat-tfal jew għall-membri dipendenti tal-familja.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  It-tfal għandu jkollhom id-dritt għal edukazzjoni bikrija tat-tfal affordabbli u kura ta' kwalità tajba.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-qafas legali attwali tal-Unjoni jipprovdi inċentivi limitati għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar. In-nuqqas ta' liv tal-paternità u tal-ġenituri mħallas f'ħafna Stati Membri jikkontribwixxi għall-użu baxx tat-tali liv mill-missirijiet. L-iżbilanċ fit-tfassil tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bejn in-nisa u l-irġiel jirrinforza d-differenzi bejn ix-xogħol u l-indukrar għas-sessi. Għall-kuntrarju, l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, bħal-liv jew l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, intwera li għandu impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħti lil dawn iktar ħin għall-impjieg bi ħlas.

(8)  Il-qafas legali attwali tal-Unjoni jipprovdi inċentivi limitati għall-irġiel biex jassumu sehem indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar. M'hemm ebda regola armonizzata tal-UE dwar il-liv tal-paternità jew il-liv għall-indukrar ta' qarib marid jew dipendenti, bl-eċċezzjoni ta' assenza għal raġunijiet ta' force majeure. In-nuqqas ta' liv tal-paternità u tal-ġenituri mħallas f'ħafna Stati Membri jikkontribwixxi għall-użu baxx tat-tali liv mill-missirijiet. L-iżbilanċ jew l-inadegwatezza fit-tfassil tal-politiki dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata bejn in-nisa u l-irġiel inaqqsu t-tkabbir, ibiegħdu l-għanijiet tal-inklużjoni soċjali, jesponu żżejjed lin-nisa għar-riskju tal-faqar, speċjalment f'età avvanzata u jirrinforzaw id-differenzi bejn ix-xogħol u l-indukrar għas-sessi. Għall-kuntrarju, l-użu ta' arranġamenti relatati mal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mill-missirijiet, bħal-liv jew inċentivi suffiċjenti biex jutilizzaw dan il-liv, jew l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, intwera li għandu impatt pożittiv fit-tnaqqis tal-ammont relattiv ta' xogħol tal-familja mhux imħallas imwettaq min-nisa u jagħti lil dawn iktar ħin għall-impjieg bi ħlas u l-emanċipazzjoni soċjali, ekonomika u professjonali tagħhom.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Ġenituri u persuni oħra b'responsabbiltajiet ta' indukrar jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal liv xieraq, arranġamenti tax-xogħol flessibbli u aċċess għal servizzi ta' kura. In-nisa u l-irġiel jenħtieġ li jkollhom aċċess ugwali għal liv speċjali ta' waqfien sabiex jissodisfaw ir-responsabbiltajiet ta' kura tagħhom u jenħtieġ li jiġu mħeġġa jużawhom b'mod bilanċjat.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Huwa importanti li r-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja professjonali, privata u tal-familja tinkiseb permezz ta' approċċ wiesa', u li dan jinkludi azzjoni ta' natura leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva, bħal pereżempju inċentivi u miżuri effiċjenti, fosthom, pereżempju, il-kreditu ta' taxxa għall-indukrar tat-tfal u l-indukrar lill-persuni li jeħtieġu l-kura.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Is-sħab soċjali jenħtieġ li jiġu kkonsultati dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali skont il-prattiki nazzjonali. Dawn jenħtieġ li jkunu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw l-awtonomija u d-dritt tagħhom għal azzjoni kollettiva.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Huwa xieraq li tiġi revokata u sostitwita d-Direttiva 2010/18/UE li attwalment tirregola l-liv tal-ġenituri billi jiġi implimentat ftehim qafas konkluż bejn is-sħab soċjali. Din id-Direttiva tibni, b'mod partikolari, fuq ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2010/18/UE u tikkomplimentahom billi ssaħħaħ id-drittijiet eżistenti u billi tintroduċi drittijiet ġodda.

(10)  Huwa xieraq li tiġi revokata u sostitwita d-Direttiva 2010/18/UE li attwalment tirregola l-liv tal-ġenituri billi jiġi implimentat ftehim qafas konkluż bejn is-sħab soċjali. Din id-Direttiva tibni, b'mod partikolari, fuq ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2010/18/UE u tikkomplimentahom billi ssaħħaħ id-drittijiet eżistenti u billi tintroduċi drittijiet ġodda. L-ebda ħaġa fid-direttiva proposta ma jenħtieġ li tiġi interpretata bħala li tnaqqas drittijiet li kienu jeżistu qabel skont dik id-Direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi relatati mal-liv tal-paternità, tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw u mal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri u għall-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar. Billi tiffaċilita r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, jenħtieġ li din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-għanijiet ibbażati fuq it-Trattati tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol, tat-trattament indaqs fuq ix-xogħol u tal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg fl-Unjoni.

(11)  Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi relatati mal-liv tal-paternità, tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw u mal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ġenituri u għall-ħaddiema b'responsabbiltajiet ta' indukrar, filwaqt li tirrispetta r-regoli nazzjonali dwar il-liv u l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli li jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u tippermetti lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tagħhom. Id-Direttiva tirrispetta bis-sħiħ il-libertà u l-preferenzi tal-ħaddiema u l-familji li jorganizzaw ħajjithom u ma timponi ebda obbligu fuqhom biex jużaw il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tagħha. Jekk jinkiseb marġni wiesa' ta' manuvrar għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell individwali u nazzjonali billi tiffaċilita r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw, jenħtieġ li din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-għanijiet ibbażati fuq it-Trattati tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol, tat-trattament indaqs fuq ix-xogħol u tal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg fl-Unjoni, kif ukoll ta' standard deċenti ta' għajxien għall-ħaddiema u l-familji tagħhom.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħaddiema kollha li għandhom kuntratti ta' impjieg jew relazzjonijiet ta' impjieg oħrajn. Hekk kif huwa attwalment il-każ skont il-Klawżola 2(3) tal-Anness tad-Direttiva 2010/18/UE, din għandha tinkludi kuntratti li jirrelataw mal-impjieg jew relazzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema part-time, ħaddiema b'kuntratt għal żmien fiss jew persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija ta' xogħol temporanju.

(12)  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-ħaddiema kollha li għandhom kuntratti ta' impjieg jew relazzjonijiet ta' impjieg oħrajn. Hekk kif huwa attwalment il-każ skont il-Klawżola 2(3) tal-Anness tad-Direttiva 2010/18/UE, din għandha tinkludi kuntratti li jirrelataw mal-impjieg jew relazzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema part-time, ħaddiema b'kuntratt għal żmien fiss jew indefinit jew persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija ta' xogħol temporanju.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Id-Direttiva tipprijoritizza l-istabbiliment ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata mingħajr ma tirrikorri għall-introduzzjoni ta' kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u atipiċi.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Id-Direttiva għandha wkoll l-għan li ttejjeb u ssaħħaħ id-dispożizzjonijiet relatati mal-ammissibbiltà u maċ-ċertezza tar-regoli f'dak li għandu x'jaqsam mal-għoti tal-liv tal-ġenituri għal dawk li għandhom tfal b'diżabbiltà jew mard serju fit-tul, speċjalment biex jiġi evitat trattament arbitrarju fir-rigward tal-għoti ta' liv għall-gruppi ta' età rilevanti lil hinn mid-dispożizzjonijiet attwali, l-introduzzjoni ta' kupuni jew kontribuzzjonijiet speċjali sabiex jiġu ffaċċjati l-ispejjeż tas-servizzi ta' indukrar tat-tfal.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Biex titħeġġeġ il-kondiviżjoni iktar indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, jenħtieġ li jiġi introdott id-dritt għal-liv tal-paternità għall-missirijiet li jrid jittieħed fl-okkażjoni tat-twelid ta' wliedhom. Biex jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-paternità jingħata rrispettivament mill-istat ċivili jew tal-familja kif definit fil-liġi nazzjonali.

(13)  Biex titħeġġeġ il-kondiviżjoni iktar indaqs tar-responsabbiltajiet ta' indukrar bejn in-nisa u l-irġiel, jenħtieġ li jiġi introdott id-dritt għal-liv tal-paternità għat-tieni ġenitur, jekk dan jintalab, fl-okkażjoni tat-twelid jew l-adozzjoni ta' wild. Biex jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-paternità jingħata irrispettivament mill-istat ċivili jew tal-familja kif definit fil-liġi nazzjonali indipendentement mill-anzjanità jew min-natura tal-kuntratt tal-impjieg.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-missirijiet ma jużawx id-dritt tagħhom għal-liv tal-ġenituri jew jittrasferixxu sehem konsiderevoli mill-intitolament għal-liv tagħhom lill-ommijiet, biex tinkoraġġixxi lit-tieni ġenitur jieħu l-liv tal-ġenituri, din id-Direttiva, filwaqt li żżomm id-dritt ta' kull ġenitur għal mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri attwalment provdut mid-Direttiva 2010/18/UE, testendi minn xahar wieħed għal erba' xhur il-perjodu ta' liv tal-ġenituri li ma jistax jiġi trasferit minn ġenitur għall-ieħor.

(14)  Minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-missirijiet ma jużawx id-dritt tagħhom għal-liv tal-ġenituri jew jittrasferixxu sehem konsiderevoli mill-intitolament għal-liv tagħhom lill-ommijiet, biex tippromwovi minn stadju bikri relazzjoni mill-qrib mat-tifel jew tifla u tinkoraġġixxi lit-tieni ġenitur jieħu l-liv tal-ġenituri, din id-Direttiva, filwaqt li żżomm id-dritt ta' kull ġenitur għal mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri attwalment provdut mid-Direttiva 2010/18/UE, testendi minn xahar wieħed għal erba' xhur il-perjodu ta' liv tal-ġenituri li ma jistax jiġi trasferit minn ġenitur għall-ieħor.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Biex il-ġenituri jiġu pprovduti b'iktar possibbiltajiet li jieħdu l-liv tal-ġenituri waqt li t-tfal tagħhom ikunu qed jikbru, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-ġenituri jingħata sakemm it-tfal jagħlqu tal-inqas tnax-il sena. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw il-perjodu ta' avviż formali li l-ħaddiem irid jagħti lill-impjegatur meta japplika għal-liv tal-ġenituri u jiddeċiedu jekk id-dritt għal-liv tal-ġenituri jistax ikun soġġett għal ċertu perjodu ta' servizz. Fid-dawl tad-diversità dejjem ikbar tal-arranġamenti kuntrattwali, jenħtieġ li s-somma tal-kuntratti suċċessivi b'terminu fiss mal-istess impjegatur tiġi kkunsidrata għall-fini tal-kalkolu tal-perjodu ta' servizz. Biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema ma' dawk tal-impjegaturi, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jiddeċiedu jiddefinixxux jekk l-impjegatur jistax ikun permess jipposponi l-għoti ta' liv tal-ġenituri taħt ċerti ċirkostanzi. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-impjegatur jipprovdi ġustifikazzjoni għall-posponiment. Peress li l-flessibilità tagħmilha iktar probabbli li t-tieni ġenitur, b'mod partikolari l-missirijiet, jieħdu l-intitolament tagħhom għat-tali liv, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu li jieħdu l-liv tal-ġenituri fuq bażi full-time jew part-time jew f'xi forom flessibbli oħra. Għandu jkun f'idejn l-impjegatur jaċċettax jew le t-tali talba għal-liv tal-ġenituri f'forom flessibbli oħra għajr full-time. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tal-liv tal-ġenituri għandhomx jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet partikolarment żvantaġġati.

(15)  Biex il-ġenituri jiġu pprovduti b'iktar possibbiltajiet li jieħdu l-liv tal-ġenituri waqt li t-tfal tagħhom ikunu qed jikbru, jenħtieġ li d-dritt għal-liv tal-ġenituri jingħata sakemm it-tfal jagħlqu tal-inqas tlettax-il sena. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw il-perjodu ta' avviż formali li l-ħaddiem irid jagħti lill-impjegatur meta japplika għal-liv tal-ġenituri. Biex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-ħaddiema ma' dawk tal-impjegaturi, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jiddeċiedu jiddefinixxux jekk l-impjegatur jistax ikun permess jipposponi l-għoti ta' liv tal-ġenituri taħt ċerti ċirkostanzi. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-impjegatur jipprovdi bil-miktub ġustifikazzjoni għall-posponiment. Peress li l-flessibbiltà tagħmilha iktar probabbli li t-tieni ġenitur, b'mod partikolari l-missirijiet, jieħdu l-intitolament tagħhom għal dan il-liv, jenħtieġ li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu li jieħdu l-liv tal-ġenituri fuq bażi full-time jew part-time jew f'xi forom flessibbli oħra. Għandu jkun f'idejn l-impjegatur jaċċettax jew le t-tali talba għal-liv tal-ġenituri f'forom flessibbli oħra għajr full-time. L-Istati Membri għandhom jivvalutaw ukoll jekk il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti dettaljati tal-liv tal-ġenituri għandhomx jiġu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ġenituri f'sitwazzjonijiet partikolarment żvantaġġati.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jkunu mħeġġa jżommu kuntatt matul il-perjodu tal-liv u jistgħu jagħmlu arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta' integrazzjoni mill-ġdid, li għandhom jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b'kunsiderazzjoni għal-liġi, għall-ftehimiet kollettiv u għall-prattika nazzjonali.

(16)  Biex ikun iffaċilitat ir-ritorn għax-xogħol wara l-liv tal-ġenituri, il-ħaddiema u l-impjegaturi jenħtieġ li jagħmlu arranġamenti għal kwalunkwe miżura xierqa ta' integrazzjoni mill-ġdid, li għandhom jiġu deċiżi bejn il-partijiet ikkonċernati, b'kunsiderazzjoni għal-liġi, għall-ftehimiet kollettiv u għall-prattika nazzjonali.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Minbarra d-dritt għal-liv għall-indukrar ipprovdut f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-ħaddiema kollha jżommu d-dritt tagħhom li jieħdu ħin liberu mix-xogħol minħabba force majeure għal raġunijiet familjari urġenti u mhux mistennija, bħalissa pprovdut mid-Direttiva 2010/18/UE, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri.

(18)  Minbarra d-dritt għal-liv għall-indukrar ipprovdut f'din id-Direttiva, jenħtieġ li l-ħaddiema kollha jżommu d-dritt tagħhom li jieħdu ħin liberu mix-xogħol għal raġunijiet familjari urġenti u mhux mistennija, bħalissa pprovdut mid-Direttiva 2010/18/UE, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Bl-għan li jiżdiedu l-inċentivi għall-ħaddiema bi tfal u b'responsabbiltajiet ta' indukrar, speċjalment fost l-irġiel, biex jieħdu l-perjodi tal-liv stipulati f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn ikollhom id-dritt għal konċessjoni adegwata matul il-perjodu tal-liv. Il-livell tal-benefiċċju jenħtieġ li jkun minn tal-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiem konċernat jieħu fil-każ ta' liv minħabba l-mard. L-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza tal-kontinwità tal-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, inkluż il-kura tas-saħħa.

(19)  Bl-għan li jiżdiedu l-inċentivi għall-ħaddiema bi tfal u b'responsabbiltajiet ta' indukrar, speċjalment fost l-irġiel, biex jieħdu l-perjodi tal-liv stipulati f'din id-Direttiva, jenħtieġ li dawn ikollhom id-dritt għal konċessjoni adegwata matul il-perjodu tal-liv. Il-livell tal-benefiċċju jenħtieġ li jkun adegwat u mhux inqas mill-ammont li l-ħaddiem konċernat jieħu fil-każ ta' liv minħabba l-mard. L-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza tal-kontinwità tal-intitolamenti tas-sigurtà soċjali, inkluż il-kura tas-saħħa.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Biex il-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw jitħeġġu jibqgħu fil-forza tax-xogħol, jenħtieġ li dawk il-ħaddiema ikunu jistgħu jadattaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom għall-ħtiġijiet u għall-preferenzi personali tagħhom. B'hekk, ġenituri li jaħdmu u persuni li jindukraw għandhom ikunu jistgħu jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jiġifieri l-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, għall-finijiet ta' indukrar. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi, għandu jkun possibbli li Stati Membri jillimitaw it-tul tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli, inkluż tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol. Filwaqt li ntwera li x-xogħol part-time hu utli biex ċerti nisa jibqgħu fis-suq tax-xogħol wara li jkollhom it-tfal, perjodi twal ta' sigħat tax-xogħol imnaqqsa jistgħu jwasslu għal inqas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jsarrfu f'inqas intitolamenti tal-pensjoni jew f'ebda intitolament tal-pensjoni. Jenħtieġ li d-deċiżjoni finali dwar jekk tiġix aċċettata talba ta' ħaddiem għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-impjegatur. Ċirkostanzi speċifiċi li jwasslu għall-bżonn ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli jistgħu jinbidlu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ħaddiema ma jkollhomx biss id-dritt li jirritornaw għall-iskedi tax-xogħol oriġinali tagħhom fi tmiem perjodu partikolari maqbul, iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu wkoll li jagħmlu dan fi kwalunkwe ħin meta bidla fiċ-ċirkustanzi sottostanti tkun teħtieġ hekk.

(21)  Biex il-ġenituri li jaħdmu u l-persuni li jindukraw jitħeġġu jibqgħu fil-forza tax-xogħol, jenħtieġ li l-impjegatur jagħtihom il-possibbiltà li jadattaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom għall-ħtiġijiet u għall-preferenza personali tagħhom. Mingħajr ma wieħed jabbuża minn dak id-dritt, ġenituri li jaħdmu u persuni li jindukraw għandhom ikunu jistgħu jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli, jiġifieri l-possibbiltà li l-ħaddiema jaġġustaw l-iskedi tax-xogħol tagħhom, inkluż bl-użu ta' arranġamenti tat-telexogħol, ta' skedi tax-xogħol flessibbli, jew tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol, għall-finijiet ta' indukrar. Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-ħaddiema u l-impjegaturi u jiġi żgurat li dawn ikunu bbilanċjati b'mod adegwat, għandu jkun possibbli li Stati Membri jillimitaw it-tul tax-xogħol part-time, filwaqt li jagħtu prijorità lil arranġamenti tax-xogħol flessibbli oħrajn. Filwaqt li ntwera li x-xogħol part-time hu tassew utli biex ċerti nisa jibqgħu fis-suq tax-xogħol wara li jkollhom it-tfal jew responsabbiltajiet oħrajn ta' familja, perjodi twal ta' sigħat tax-xogħol imnaqqsa jistgħu jwasslu għal inqas kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jsarrfu f'inqas intitolamenti tal-pensjoni jew f'ebda intitolament tal-pensjoni. Jenħtieġ li d-deċiżjoni finali dwar jekk tiġix aċċettata talba ta' ħaddiem għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-impjegatur. Ċirkostanzi speċifiċi li jwasslu għall-bżonn ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli jistgħu jinbidlu. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-ħaddiema ma jkollhomx biss id-dritt li jirritornaw għall-iskedi tax-xogħol oriġinali tagħhom fi tmiem perjodu partikolari maqbul, iżda jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu wkoll li jagħmlu dan fi kwalunkwe ħin meta bidla fiċ-ċirkustanzi sottostanti tkun teħtieġ hekk.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli jkunu protetti kontra diskriminazzjoni jew kontra kwalunkwe trattament inqas favorevoli għal dik ir-raġuni.

(23)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli jkunu protetti kontra diskriminazzjoni, ritaljazzjoni jew kwalunkwe trattament inqas favorevoli għal dik ir-raġuni. L-eżerċitar ta' dritt ta' persuna għal liv jew arranġamenti tax-xogħol flessibbli jenħtieġ li ma jkollux effetti negattivi fuq il-livell tal-impjieg jew kundizzjonijiet tax-xogħol oħra.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jieħdu l-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli kif imsemmi f'din id-Direttiva jgawdu minn protezzjoni kontra s-sensja u kwalunkwe preparament għal sensja possibbli għaliex applikaw jew ħadu liv bħal dan, jew eżerċitaw id-dritt li jitolbu t-tali arranġamenti tax-xogħol flessibbli. Meta l-ħaddiema jqisu li jkunu ngħataw is-sensja għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja tagħhom.

(24)  Jenħtieġ li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom li jieħdu l-liv jew li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli kif imsemmi f'din id-Direttiva jgawdu minn protezzjoni kontra s-sensja, minn pressjonijiet u operazzjonijiet ta' fastidju morali fil-konfront tal-ħaddiem u kwalunkwe preparament għal sensja possibbli għaliex applikaw jew ħadu liv bħal dan, jew eżerċitaw id-dritt li jitolbu t-tali arranġamenti tax-xogħol flessibbli. Meta l-ħaddiema jqisu li jkunu ngħataw is-sensja għal dawn ir-raġunijiet, jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja tagħhom.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi mfassla biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament fuq ix-xogħol permezz tal-iffaċilitar tar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja għal ġenituri u persuni li jindukraw li jaħdmu.

Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi mfassla biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fir-rigward tal-opportunitajiet fis-suq tax-xogħol u t-trattament f'termini ta' drittijiet soċjali u pagi fuq ix-xogħol permezz tal-iffaċilitar tar-rikonċiljazzjoni tax-xogħol u l-ħajja tal-familja għal ġenituri u persuni li jindukraw li jaħdmu.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, irġiel u nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg.

Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema kollha, kemm irġiel kif ukoll nisa, li għandhom kuntratt tal-impjieg jew relazzjoni tal-impjieg kif definit fil-liġi, mill-ftehimiet kollettivi u/jew mill-prattiki applikabbli f'kull Stat Membru.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "liv tal-paternità" tfisser liv mix-xogħol għall-missirijiet li jrid jittieħed fl-okkażjoni tat-twelid ta' wild;

(a)  "liv tal-paternità" tfisser liv imħallas mix-xogħol għat-tieni ġenitur, li jrid jittieħed fl-okkażjoni tat-twelid jew l-adozzjoni ta' wild;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "liv tal-ġenituri" tfisser liv mix-xogħol minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta' wild għall-indukrar ta' dak il-wild;

(b)  "liv tal-ġenituri" tfisser liv imħallas mix-xogħol minħabba t-twelid jew l-adozzjoni ta' wild għall-indukrar ta' dak il-wild;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "ġenitur waħdu" tfisser persuna li mhijiex miżżewġa jew fi sħubija, kif definit mil-liġi nazzjonali, u li għandha r-responsabbiltà unika tal-ġenituri prinċipali tat-tifel.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-missirijiet ikollhom id-dritt li jieħdu tal-inqas għaxart ijiem xogħol liv tal-paternità fl-okkażjoni tat-twelid ta' wild.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li t-tieni ġenitur ikollu d-dritt li jieħu tal-inqas erbatax-il jum liv tal-paternità imħallsa fl-okkażjoni tat-twelid jew tal-adozzjoni ta' wild, jew mill-inqas ħmistax-il jum fl-okkażjoni ta' wild jew adozzjonijiet multipli.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Id-dritt għal-liv tal-paternità msemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata indipendentement minn kemm it-tieni ġenitur ikun ilu jaħdem kif ukoll min-natura tal-kuntratt.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom dritt individwali għal tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta' tnax-il sena.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom dritt individwali għal tal-inqas sitt xhur liv tal-ġenituri li jridu jittieħdu qabel mal-wild jilħaq età partikolari li tal-inqas għandha tkun ta' tlettax-il sena.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-tul tal-liv tal-ġenituri huwa doppju għall-ġenituri waħedhom.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu lil ġenitur wieħed jittrasferixxi l-intitolament tiegħu għal-liv tal-ġenituri lill-ġenitur l-ieħor, dawn għandhom jiżguraw li tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti.

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu lil ġenitur wieħed jittrasferixxi l-intitolament tiegħu għal-liv tal-ġenituri lill-ġenitur l-ieħor, dawn għandhom jiżguraw li tal-inqas erba' xhur liv tal-ġenituri ma jkunux jistgħu jiġu ttrasferiti. It-tul tal-liv tal-ġenituri huwa doppju għall-ġenituri ta' wild dipendenti b'diżabbiltà jew mard serju.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m'għandux ikun itwal minn sena. Fil-każ ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE21, mal-istess impjegatur, it-total ta' dawk il-kuntratti għandu jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika.

4.  L-Istati Membri jistgħu jissoġġettaw id-dritt għal-liv tal-ġenituri għal kwalifikazzjoni tal-perjodu tax-xogħol jew għal kwalifikazzjoni tat-tul tas-servizz li m'għandux ikun itwal minn disa' xhur. Fil-każ ta' kuntratti suċċessivi b'terminu fiss, skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE21, mal-istess impjegatur, it-total ta' dawk il-kuntratti għandu obbligatorjament jittieħed f'kunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-perjodu li jikkwalifika.

__________________

__________________

21 Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).

21 Id-Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 1999 li tikkonċerna l-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, 10.7.1999, p. 43).

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-ħaddiema għandhom jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tal-impjieg, inkluż matul il-perjodu ta' probazzjoni tagħhom.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu adattati għall-ħtiġijiet tal-ġenituri adottivi, tal-ġenituri b'diżabbiltà, u tal-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà jew b'marda fit-tul.

7.  L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-ħtieġa għall-kundizzjonijiet ta' aċċess u arranġamenti dettaljati għall-applikazzjoni tal-liv tal-ġenituri li jkunu estiżi għall-ħtiġijiet tal-ġenituri adottivi, tal-ġenituri b'diżabbiltà, tal-ġenituri waħedhom (familji monoparentali) u tal-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà jew b'marda serja jew fit-tul. B'mod partikolari, għall-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà jew mard serju, skont ċertifikazzjoni bi qbil mal-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istat Membru, iċ-ċaħda ta' talbiet għal liv tal-ġenituri se tiġi pprojbita.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal-liv għall-persuni li jindukraw ta' mill-inqas ħamest ijiem xogħol fis-sena, għal kull ħaddiem. Dan id-dritt jista' jkun soġġett għal sostanzjar xieraq tal-kundizzjoni medika tal-qarib tal-ħaddiem.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal-liv bi ħlas għall-persuni li jindukraw ta' mill-inqas sebat ijiem xogħol fis-sena, għal kull ħaddiem. Dan id-dritt għandu jkun soġġett għal sostanzjar xieraq tal-kundizzjoni medika tal-qarib tal-ħaddiem.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Liv għall-ommijiet u t-tieni ġenitur meta dawn ikollhom diżabbiltà

 

L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li t-tul tad-diversi forom ta' liv deskritti f'din id-Direttiva ikun jista' jiġi estiż b'mill-inqas 50 % għal ommijiet u t-tieni ġenitur, meta dawn ikollhom diżabbiltà.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal ħin liberu mix-xogħol minħabba force majeure għal raġunijiet familjari urġenti f'każijiet ta' mard jew ta' aċċident li jagħmlu l-preżenza immedjata tal-ħaddiem indispensabbli. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw id-dritt għal ħin liberu mix-xogħol minħabba force majeure għal ċertu ammont ta' żmien fis-sena jew għal kull każ, jew it-tnejn.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema għandhom id-dritt għal ħin liberu mix-xogħol minħabba force majeure għal raġunijiet familjari urġenti f'każijiet ta' mard jew ta' aċċident li jagħmlu l-preżenza immedjata tal-ħaddiem indispensabbli. L-Istati Membri jistgħu jissubordinaw id-dritt għal ħin liberu mix-xogħol minħabba force majeure għat-tressiq ta' provi li huma jqisu bħala adegwati.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt nazzjonali, ftehimiet kollettivi u/jew prattika, b'kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament jew konċessjoni adegwata tal-inqas ekwivalenti għal dak li l-ħaddiem ikkonċernat jirċievi li kieku jieħu liv minħabba l-mard.

F'konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali, bħad-dritt nazzjonali, ftehimiet u/jew prattiki kollettivi, b'kunsiderazzjoni tas-setgħat delegati lis-sħab soċjali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet għal-liv imsemmija fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jirċievu pagament, kreditu ta' taxxa jew konċessjoni adegwata li ma jkunux inqas mill-ammont li l-ħaddiem ikkonċernat jirċievi li kieku jieħu liv minħabba mard.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema bi tfal sa ċerta età, li tal-inqas ikunu ta' tnax-il sena, u l-persuni li jindukraw, ikollhom id-dritt li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli għal finijiet ta' indukrar. Id-durata ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħal dawn tista' tkun soġġetta għal limitazzjoni raġonevoli.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-ħaddiema bi tfal sa ċerta età, li tal-inqas ikunu ta' tlettax-il sena, u l-persuni li jindukraw, ikollhom id-dritt li jitolbu arranġamenti tax-xogħol flessibbli għal finijiet ta' indukrar. Id-durata ta' arranġamenti tax-xogħol flessibbli bħal dawn tista' tkun soġġetta għal limitazzjoni raġonevoli.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu għal talbiet għall-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din.

2.  L-impjegaturi għandhom jikkunsidraw u jwieġbu bil-miktub għal talbiet għall-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw bil-miktub kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu limitati fid-durata tagħhom, il-ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali fi tmiem il-perjodu maqbul. Il-ħaddiem għandu wkoll ikollu d-dritt li jitlob li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali kull meta bidla fiċ-ċirkustanzi tiġġustifika dan. L-impjegaturi għandhom ikunu obbligati jikkunsidraw u jwieġbu għal dawn it-talbiet, b'kunsiderazzjoni kemm għall-ħtiġijiet tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema.

3.  Meta l-arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fil-paragrafu 1 ikunu limitati fid-durata tagħhom, il-ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali fi tmiem il-perjodu maqbul. Se jiġi wkoll previst perjodu ta' protezzjoni tranżizzjonali fil-mument tar-ritorn tal-ħaddiem fix-xogħol, sabiex il-ħaddiem ikun jista' jerġa' jintegra fil-ħajja professjonali b'mod aktar faċli u effettiv, filwaqt li jiġi kkunsidrat li, f'dan il-perjodu ta' protezzjoni, l-użu ta' teknoloġiji ġodda jista' jgħin lill-ħaddiema jirkupraw iktar malajr biex jerġgħu jibdew ix-xogħol tagħhom b'mod sostenibbli u iktar mgħaġġel, filwaqt li jaġġornaw il-ħiliet tagħhom. Il-ħaddiem għandu jkollu d-dritt li jirritorna għall-iskeda tax-xogħol oriġinali fl-istess livell ta' impjieg. L-impjegaturi għandhom jiġġustifikaw bil-miktub kwalunkwe rifjut ta' talba bħal din.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu trattament inqas favorevoli tal-ħaddiema minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minħabba li eżerċitaw id-dritt tagħhom għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprojbixxu diskriminazzjoni u trattament inqas favorevoli tal-ħaddiema minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6, jew minħabba li eżerċitaw id-dritt tagħhom għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-ħaddiema li jikkunsidraw li ngħataw is-sensja minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jew għaliex eżerċitaw id-dritt għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9 jistgħu jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja. L-impjegatur għandu jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub.

2.  Il-ħaddiema li jikkunsidraw li ngħataw is-sensja minħabba li applikaw għal-liv jew għaliex ħadu l-liv imsemmi fl-Artikolu 4, 5 jew 6 jew għaliex eżerċitaw id-dritt għal arranġamenti tax-xogħol flessibbli msemmija fl-Artikolu 9 għandhom id-dritt li jitolbu lill-impjegatur jipprovdi raġunijiet sostanzjati kif xieraq għas-sensja. L-impjegatur għandu jintalab jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub fi żmien debitu.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Jistgħu jieħdu l-forma ta' ammenda. Jistgħu jinvolvu wkoll il-ħlas ta' kumpens.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà huma fis-seħħ li jikkonċernaw id-drittijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li jiġu applikati penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri neċessarji biex jipproteġu lill-ħaddiema, inkluż ħaddiema li huma rappreżentanti tal-impjegati, kontra kwalunkwe trattament avvers mill-impjegatur jew konsegwenzi avversi li jirriżultaw minn ilment li ppreżentaw fi ħdan l-intrapriża jew kwalunkwe proċediment legali li nedew bl-għan li jinfurzaw il-konformità mad-drittijiet ipprovduti f'din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri neċessarji biex jipproteġu lill-ħaddiema, kontra kwalunkwe trattament avvers mill-impjegatur jew konsegwenzi avversi li jirriżultaw minn ilment li ppreżentaw fi ħdan l-intrapriża jew kwalunkwe proċediment legali li nedew bl-għan li jinfurzaw il-konformità mad-drittijiet ipprovduti f'din id-Direttiva.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew il-korpi maħturin, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE, għall-promozzjoni, għall-analiżi, għall-monitoraġġ u għall-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess huma kompetenti wkoll għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tas-servizzi ta' spezzjoni tax-xogħol jew korpi oħrajn, inklużi s-servizzi soċjali, responsabbli għall-osservanza tad-drittijiet tal-ħaddiema, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew il-korpi maħturin, skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE, għall-promozzjoni, għall-analiżi, għall-monitoraġġ u għall-appoġġ tat-trattament indaqs tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess huma kompetenti wkoll għal kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Madankollu, għandhom jiżguraw li mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri jibqgħu nontransferibbli skont l-Artikolu 5(2).

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, iżda li ma jistgħux ibaxxu l-istandards stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Madankollu, għandhom jiżguraw li mill-inqas erba' xhur ta' liv tal-ġenituri jibqgħu nontransferibbli skont l-Artikolu 5(2) u li l-protezzjoni tal-liv ikun obbligatorju għall-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà u b'mard serju, skont ċertifikazzjoni bi qbil mal-awtoritajiet tas-saħħa tal-Istat Membru.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva neċessarja għall-Kummissjoni biex din tfassal rapport għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.  Sa mhux iktar tard minn... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u valutazzjoni fil-fond dwar l-effetti tad-Direttiva fuq l-istatistika dwar l-impjiegi tan-nisa li, fejn ikun xieraq, tiġi akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw

Referenzi

COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.5.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.5.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Joëlle Bergeron

3.5.2017

Eżami fil-kumitat

9.10.2017

21.11.2017

21.2.2018

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Kostas Chrysogonos, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Evelyne Gebhardt, Virginie Rozière, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mylène Troszczynski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

António Marinho e Pinto

EFDD

Joëlle Bergeron

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Rosa Estaràs Ferragut, Luis de Grandes Pascual, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Rainer Wieland, Francis Zammit Dimech

S&D

Enrico Gasbarra, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Virginie Rozière

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

2

-

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Mylène Troszczynski

1

0

ECR

Angel Dzhambazki

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw

Referenzi

COM(2017)0253 – C8-0137/2017 – 2017/0085(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.4.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.5.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

15.5.2017

FEMM

15.5.2017

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

14.9.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

David Casa

3.10.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2018

21.2.2018

27.3.2018

15.5.2018

Data tal-adozzjoni

11.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

14

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Mara Bizzotto, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Geoffroy Didier, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Miroslavs Mitrofanovs, Georgi Pirinski, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Lynn Boylan, Karima Delli, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Ivari Padar, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Csaba Sógor, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Noichl, Francis Zammit Dimech

Data tat-tressiq

31.7.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

ECR

Arne Gericke, Jana Žitňanská

EFDD

Laura Agea

ENF

Mara Bizzotto

PPE

Georges Bach, David Casa, Geoffroy Didier, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Verónica Lope Fontagné, Claude Rolin, Francis Zammit Dimech

S&D

Maria Arena, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Javi López, Maria Noichl, Ivari Padar, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Joachim Schuster, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Karima Delli, Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs

14

-

ECR

Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius

ENF

Dominique Martin

GUE/NGL

Rina Ronja Kari

NI

Lampros Fountoulis

PPE

Dieter-Lebrecht Koch, Ádám Kósa, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Sofia Ribeiro, Csaba Sógor, Romana Tomc

S&D

Ole Christensen

4

0

GUE/NGL

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Kostadinka Kuneva, Paloma López Bermejo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali