Proċedura : 2018/0807(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0275/2018

Testi mressqa :

A8-0275/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2018 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0347

RAPPORT     *
PDF 604kWORD 56k
5.9.2018
PE 626.841v02-00 A8-0275/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija

(08688/2018 – C8-0251/2018 – 2018/0807(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Laura Ferrara

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija

(08688/2018 – C8-0251/2018 – 2018/0807(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (08688/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0251/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0275/2018),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija jsegwi l-mudell ta' ftehimiet simili konklużi mill-Eurojust fil-passat (pereżempju bejn il-Eurojust u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Eurojust u l-Istati Uniti tal-Amerka, il-Eurojust u n-Norveġja, il-Eurojust u l-Iżvizzera, eċċ.). L-iskop ta' tali ftehimiet hu li titrawwem kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja, speċjalment il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Huma jiddisponu, inter alia, għal uffiċjali ta' kollegament, punti ta' kuntatt u skambju ta' informazzjoni. Ftehimiet ta' kooperazzjoni bħal dawn huma bbażati fuq l-Artikolu 26a(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja. Skont in-NU u l-Europol, gruppi kriminali Albaniżi huma fost l-ewlenin fil-livell internazzjonali fit-traffikar tal-eroina, tal-kokaina, u tal-kannabis (Rapport tal-2017 tal-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità; ara wkoll l-"EU Serious and Organised Crime Threat Assessment 2017" ("il-Valutazzjoni ta' Theddid mill-Kriminalità Serja u Organizzata 2017 tal-UE"). U skont, pereżempju, id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti, il-kriminalità organizzata għadha l-kawża ta' tħassib għall-biċċa l-kbira tal-Albaniżi b'netwerk ta' organizzazzjonijiet kriminali involuti fit-traffikar tad-droga, l-estorsjoni, it-tixħim, il-ħasil tal-flus, il-prostituzzjoni, u t-traffikar tal-bnedmin. Għalhekk, ftehim bħal dan jista' jsaħħaħ il-ġlieda kontra l-kriminalità u huwa fl-interess tal-Albanija u tal-Istati Membri tal-UE peress li l-kriminalità organizzata hija problema transnazzjonali.

Barra minn hekk, l-Albanija ilha mill-2014 pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE. Skont ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2018 (SWD(2018)151 final) rigward is-suġġett tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, "meta wieħed iqis ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti, sar xi ftit tal-progress fl-allinjament tal-leġiżlazzjoni rilevanti mal-istandards Ewropej u l-aħjar prattiki. L-Albanija adottat emendi għall-Liġi Kontra l-Mafja u l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali biex tagħmel l-investigazzjonijiet kriminali aktar effettivi. Sar xi ftit tal-progress ukoll fl-ikkonfiskar ta' assi kriminali, relatat l-aktar ma' qbid preventiv. Il-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija, speċjalment mal-Istati Membri tal-UE, intensifikat. Il-kooperazzjoni bejn il-pulizija, il-prosekuzzjoni u aġenziji u korpi oħra rilevanti għandha bżonn tittejjeb. Hemm il-ħtieġa li jsiru aktar sforzi biex jiġu indirizzati b'mod determinat il-ħasil tal-flus, l-assi kriminali u l-ġid mhux ġustifikat". B'kunsiderazzjoni ta' dan li jissemma hawn fuq, il-Ftehim ta' Kooperazzjoni mal-Eurojust huwa pass solidu 'l quddiem favur it-tisħiħ tal-Albanija fil-qasam imsemmi. Wieħed għandu jsemmi wkoll li ftehim simili rigward il-kooperazzjoni tal-pulizija kien diġà ġie ffirmat fid-9 ta' Diċembru 2013 bejn l-Albanija u l-Europol dwar il-kooperazzjoni operazzjonali u strateġika.

B'konformità mad-Deċiżjoni kurrenti tal-Eurojust, tali ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn il-Eurojust u pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' data personali jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-entità kkonċernata tkun soġġetta għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 jew wara valutazzjoni li tikkonferma l-eżistenza ta' livell adegwat ta' protezzjoni tad-data żgurat minn dik l-entità. F'dak ir-rigward, irid jiġi enfasizzat li fl-2005 l-Albanija rratifikat il-Konvenzjoni msemmija kif ukoll il-Protokoll Addizzjonali tal-2001 tagħha. Barra minn hekk, il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza tal-Eurojust tas-17 ta' Lulju 2017 ta opinjoni pożittiva f'dak ir-rigward. Ir-Regolament il-ġdid tal-Eurojust previst (2013/0256(COD)), li jinsab fil-proċess ta' adozzjoni finali wara l-ftehim milħuq bejn il-PE u l-Kunsill f'Ġunju 2018, jiddisponi għall-possibilità li tali ftehimiet jikkostitwixxu waħda mill-bażijiet possibbli għat-trasferiment tad-data personali, permezz ta' liema bażi għandhom jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali għat-trasferiment ta' data personali operazzjonali lil pajjiżi terzi (ara f'dan ir-rigward l-Artikoli 38 u 43 tal-verżjoni konsolidata proviżorja tar-regolament imsemmi). Dan ifisser li ladarba r-Regolament il-ġdid jidħol fis-seħħ u jkollu jiġi applikat, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fir-rigward tat-trasferiment ta' data personali jridu jkunu allinjati miegħu, inkluż il-ftehim attwali.

Konsegwentement, minħabba dak kollu li ssemma hawnhekk, ir-Rapporteur tapprova l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-abbozz ta' Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u r-Repubblika tal-Albanija.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Albanija

Referenzi

08688/2018 – C8-0251/2018 – 2018/0807(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

4.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

9.7.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Laura Ferrara

9.7.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.8.2018

3.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Monika Beňová, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Romeo Franz, Ana Gomes, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Bodil Valero, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dennis de Jong, Gérard Deprez, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Emil Radev, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Françoise Grossetête, Nadja Hirsch, Peter Kouroumbashev, Vladimir Urutchev

Data tat-tressiq

6.9.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Gérard Deprez, Nadja Hirsch, Cecilia Wikström

ECR

Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Giancarlo Scottà

PPE

Asim Ademov, Françoise Grossetête, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Roberta Metsola, Emil Radev, Csaba Sógor, Jaromír Štětina, Vladimir Urutchev

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Peter Kouroumbashev, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Judith Sargentini, Bodil Valero

1

-

ENF

Auke Zijlstra

3

0

GUE/NGL

Cornelia Ernst, Dennis de Jong, Barbara Spinelli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Settembru 2018Avviż legali