Proċedura : 2017/0143(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0278/2018

Testi mressqa :

A8-0278/2018

Dibattiti :

PV 04/04/2019 - 2
CRE 04/04/2019 - 2

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0347

RAPPORT     ***I
PDF 2144kWORD 231k
6.9.2018
PE 618.225v01-00 A8-0278/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sophia in 't Veld

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (2017)0343),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0219/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0278/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2017/0143 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-familji tal-UE huma fost l-ikbar faddala fid-dinja, iżda l-parti l-kbira ta' dan it-tfaddil jinżamm f'kontijiet tal-bank b'maturitajiet qosra. Investiment ikbar fis-swieq kapitali jista' jgħin biex jintlaħqu l-isfidi li jġibu magħhom it-tixjiħ tal-popolazzjoni u r-rati baxxi tal-imgħax.

(1a)  Il-pensjonijiet tax-xjuħija jikkostitwixxu parti essenzjali mill-introjtu ta' persuna rtirata u għal ħafna nies, provvista ta' pensjoni adegwata tagħmel id-differenza bejn xjuħija komda u l-faqar; hija prekundizzjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż fl-Artikolu 25 dwar id-drittijiet tal-anzjani, li jiddikjara: "L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali".

(1b)  L-Unjoni qed tiffaċċja bosta sfidi, inklużi sfidi demografiċi minħabba l-fatt li l-Ewropa hija kontinent b'popolazzjoni li qed tixjieħ. Barra minn hekk, ix-xejriet tal-karriera, is-suq tax-xogħol u d-distribuzzjoni tal-ġid għaddejjin minn bidliet radikali, mhux l-inqas b'riżultat tar-rivoluzzjoni diġitali. Fl-istess ħin, huwa dejjem aktar ċar li s-sistemi ta' sigurtà nazzjonali mhumiex aġġustati għal ekonomija tal-għarfien globalizzata bi fruntieri miftuħa, mobilità tas-suq tax-xogħol u migrazzjoni. Hemm wisq nies li mhumiex koperti mis-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali tradizzjonali, jew inkella li huma koperti b'mod inadegwat, inklużi, fost l-oħrajn, nisa, żgħażagħ, migranti, ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet, ħaddiema li jaħdmu għal rashom u ħaddiema b'kuntratti atipiċi.

(1c)  Parti sostanzjali mill-pensjonijiet tal-irtirar hija pprovduta taħt skemi pubbliċi sabiex ikun hemm konnessjoni diretta bejn is-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Minkejja l-kompetenza nazzjonali esklussiva rigward l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjonijiet kif iddeterminata mit-Trattati, l-adegwatezza tal-introjtu u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali huma kruċjali għall-istabbiltà tal-Unjoni b'mod ġenerali. Bit-trasferiment ta' ammont akbar tat-tfaddil tal-Ewropej mid-depożiti kontanti u bankarji għal prodotti ta' investiment fit-tul, bħal skemi tal-pensjonijiet volontarji, l-impatt għalhekk ikun ta' benefiċċju kemm għall-individwi (li jibbenefikaw minn redditu ogħla u adegwatezza tal-pensjoni mtejba) kif ukoll għall-ekonomija usa'.

(1d)  Fl-2015, 11,3 miljun ċittadin tal-Unjoni fl-età tax-xogħol (bejn 20 u 64 sena) kienu residenti fi Stat Membru li mhux dak taċ-ċittadinanza tagħhom, u 1,3 miljun ċittadin tal-Unjoni kienu qed jaħdmu fi Stat Membru li mhux dak tar-residenza tagħhom.

(1e)  Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) portabbli jżid l-attraenza tiegħu bħala prodott, partikolarment għaż-żgħażagħ, u jgħin biex ikompli jiġi ffaċilitat id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li jgħixu u jaħdmu fl-Unjoni kollha.

(2)  Il-pensjonijiet personali huma importanti fil-ħolqien tar-rabta bejn faddala għal terminu twil ma' opportunitajiet ta' investiment ta' terminu twil. Suq Ewropew ikbar għall-pensjonijiet personali jappoġġa wkoll il-provvista ta' fondi għal investituri istituzzjonali u l-investiment fl-ekonomija reali.

(2b)  Dan ir-Regolament jippermetti l-ħolqien ta' prodott tal-pensjoni li, kemm jista' jkun, ikun sempliċi, sikur, bi prezz raġonevoli, trasparenti, favorevoli għall-konsumatur u portabbli fl-Unjoni kollha, u jikkomplementa s-sistemi eżistenti fl-Istati Membri.

(3)  Bħalissa, is-suq intern għall-pensjonijiet personali ma jiffunzjonax bla xkiel. F'xi Stati Membri għad ma hemmx suq għal prodotti tal-pensjoni. F'oħrajn, il-prodotti tal-pensjoni privati huma disponibbli, iżda hemm livell għoli ta' frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali. B'riżultat ta' dan, il-prodotti tal-pensjoni personali għandhom biss livell limitat ta' portabilità. Dan jista' jirriżulta f'diffikultajiet għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jkunux jistgħu jsibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta' standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

(3a)  Is-suq Ewropew tal-pensjonijiet huwa frammentat u diversifikat ħafna, għalhekk, l-impatt tal-PEPPs se jkun differenti ħafna fl-Istati Membri kollha u l-udjenza fil-mira hija daqstant ieħor varjata. Fl-Istati Membri fejn l-ewwel u t-tieni pilastru mhumiex żviluppati biżżejjed, il-PEPP jista' joffri soluzzjonijiet għal dawk il-persuni li bħalissa ma għandhomx aċċess għal provvedimenti adegwati. Fl-Istati Membri bi swieq tal-pensjonijiet żviluppati ħafna, il-PEPP jista' jwessa' l-għażla tal-konsumatur, jew joffri soluzzjonijiet għaċ-ċittadini mobbli. Madankollu, il-PEPP ma għandux ikollu l-għan li jissostitwixxi sistemi nazzjonali eżistenti tal-pensjoni, peress li huwa prodott addizzjonali u komplementari, u għandha tingħata aktar prijorità lill-iżvilupp, lit-tisħiħ u lir-riforma ulterjuri tal-ewwel u tat-tieni pilastri.

(4)  L-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) se tgħin fil-mobilizzazzjoni tal-kapital fl-Ewropa u tmexxih lejn il-kumpaniji kollha, inklużi l-impriżi żgħar u medji, l-infrastruttura u proġetti sostenibbli fit-tul li jeħtiġuh biex jikbru u joħolqu l-impjiegi. Wieħed mill-objettivi tas-CMU hu li żżid l-investiment u l-għażliet għall-investituri fil-livell tal-konsum billi tqiegħed it-tfaddil tal-Ewropej għal użu aħjar. Għal dan l-iskop, PEPP jirrappreżenta pass 'il quddiem għat-titjib tal-integrazzjoni tas-swieq kapitali minħabba l-appoġġ tiegħu għall-finanzjament fit-tul tal-ekonomija reali.

(5)  Kif imħabbar fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta' CMU(4), f'Settembru 2015, "il-Kummissjoni se tivvaluta l-każ għal qafas ta' politika biex tistabbilixxi suq Ewropew b'suċċess għal pensjonijiet personali sempliċi, effiċjenti u kompetittivi, u tiddetermina jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE hijiex meħtieġa biex issostni dan is-suq."

(6)  Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016(5), il-Parlament Ewropew saħaq li "għandu jitħeġġeġ ambjent li jistimola l-innovazzjoni tal-prodotti finanzjarji, li joħloq aktar diversità u benefiċċji għall-ekonomija reali u jipprovdi inċentivi mtejba għal investimenti, u li jista' jikkontribwixxi wkoll għall-għoti ta' pensjonijiet adegwati, sikuri u sostenibbli, bħal, pereżempju, l-iżvilupp ta' Prodott tal-Pensjoni Pan-Ewropew (PEPP), b'disinn sempliċi u trasparenti".

(7)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta' Ġunju 2016(6), il-Kunsill Ewropew appella għal "progress rapidu u determinat biex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għal finanzjament għan-negozji u jingħata appoġġ għall-investiment fl-ekonomija reali billi tiġi promossa l-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali".

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Settembru 2016, L-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Naċċelleraw ir-Riforma(7), il-Kummissjoni ħabbret li "se tikkunsidra proposti għal prodott tal-pensjoni personali tal-UE sempliċi, effiċjenti u kompetittiv [..] Għażliet li qegħdin jiġu kkunsidrati jinkludu proposta leġiżlattiva possibbli li tista' tiġi ppreżentata fl-2017."

(9)  Fil-Komunikazzjoni tagħha, Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali(8), il-Kummissjoni ħabbret "proposta leġiżlattiva dwar Prodott ta' Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) sa tmien Ġunju 2017. Dan se jipprepara l-pedamenti għal suq sigur, aktar kost-effiċjenti u trasparenti fi tfaddil personali vijabbli u volontarju għall-pensjonijiet li jista' jkun ġestit fuq skala pan-Ewropea. Hija se tgħin biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet tan-nies li jixtiequ itejbu l-adegwatezza tat-tfaddil tagħhom għall-irtirar, jindirizzaw l-isfida demografika, jikkumplementaw il-prodotti u l-iskemi tal-pensjoni eżistenti, u jappoġġaw il-kost-effiċjenza tal-pensjonijiet personali billi joffru opportunitajiet tajba għall-investiment fuq tul ta' żmien ta' pensjonijiet personali".

(10)  Fost il-prodotti tal-pensjoni personali, l-iżvilupp ta' PEPP jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar, speċjalment għall-ħaddiema mobbli, u jistabbilixxi suq tal-UE għall-fornituri tal-PEPP. Madanakollu, jenħtieġ li ma titqiegħedx f'dubju r-responsabbiltà fundamentali tal-Istati Membri li jiggarantixxu livell ta' għajxien minimu diċenti għaċ-ċittadini anzjani tagħhom u l-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ il-kapaċità tas-sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi li tipprovdi protezzjoni soċjali sigura, sostantiva u effikaċi għal kulħadd.

(10a)  L-edukazzjoni finanzjarja tista' tappoġġa l-fehim u l-kuxjenza tal-unitajiet domestiċi dwar l-għażliet tat-tfaddil fil-qasam tal-iskemi tal-pensjoni personali volontarji. Il-faddala jenħtieġ li jkollhom ukoll opportunità ġusta biex jifhmu tajjeb ir-riskji u l-karatteristiċi relatati ma' prodott pan-Ewropew.

(11)  Qafas leġiżlattiv għal PEPP jistabbilixxi l-pedamenti għal suq li jirnexxi fl-investimenti affordabbli u volontarji relatati mal-irtirar li jistgħu jiġu ġestiti fuq skala pan-Ewropea. Billi jikkomplementa l-iskemi u l-prodotti tal-pensjonijiet statutorji u okkupazzjonali eżistenti, dan se jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-ħtiġijiet tan-nies li jixtiequ jsaħħu l-adegwatezza tat-tfaddil għall-irtirar tagħhom, filwaqt li jindirizza l-isfida demografika u jipprovdi sors ġdid b'saħħtu ta' kapital privat għall-investiment ta' terminu twil. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-iskemi nazzjonali eżistenti tal-pensjonijiet personali, lanqas mhu se jaffettwa l-iskemi u l-prodotti tal-pensjonijiet statutorji u okkupazzjonali nazzjonali eżistenti. Il-PEPP mhux se jkun marbut la direttament u lanqas indirettament mal-okkupazzjoni jew mal-istatus tal-impjieg tal-faddal tal-PEPP.

(11a)  Qafas leġiżlattiv għall-PEPPs jenħtieġ li ma jillimitax ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jissodisfaw l-obbligi tagħhom rigward il-provvista ta' pensjoni statali suffiċjenti.

(12)  Ir-Regolament jarmonizza sett ta' karatteristiċi ċentrali għall-PEPP, li jikkonċernaw elementi importanti bħad-distribuzzjoni, il-kuntratti, il-politika ta' investiment, il-bdil tal-fornituri, jew il-provvista u l-portabilità transfruntiera. L-armonizzazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi ewlenin se ttejjeb il-kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri tal-pensjonijiet personali inġenerali u tgħin biex issaħħaħ it-tlestija tas-CMU u l-integrazzjoni tas-suq intern għall-pensjonijiet personali. Din twassal għall-ħolqien ta' prodott pan-Ewropew fil-parti l-kbira standardizzat, disponibbli fl-Istati Membri kollha, li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu użu sħiħ mis-suq intern billi jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom u joffri għażla usa' bejn tipi differenti ta' fornituri, inkluż b'mod transfruntier. B'riżultat ta' inqas ostakli għall-forniment ta' servizzi tal-pensjoni b'mod transfruntier, Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew iżid il-kompetizzjoni bejn il-fornituri fuq bażi pan-Ewropea u joħloq ekonomiji ta' skala li jenħtieġ li jibbenefikaw lill-faddala.

(13)  L-Artikolu 114 tat-TFUE jippermetti l-adozzjoni ta' atti fil-forma ta' Regolamenti jew ta' Direttivi. L-adozzjoni ta' Regolament ġiet ippreferuta peress li dan ikun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, Regolament jippermetti teħid iktar veloċi tal-PEPP u jikkontribwixxi b'mod iktar rapidu għall-indirizzar tal-ħtieġa ta' iktar tfaddil għall-pensjonijiet u investimenti fil-kuntest tas-CMU. Peress li dan ir-Regolament qed jarmonizza l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPPs, dawn ma għandhomx għalfejn ikunu soġġetti għal regoli nazzjonali speċifiċi, u b'hekk jidher li Regolament huwa iktar adattat milli Direttiva f'dan il-każ. Għall-kuntrarju, il-karatteristiċi li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (eż. kundizzjonijiet tal-fażi ta' akkumulazzjoni) huma soġġetti għar-regoli nazzjonali.

(14)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni kollu b'awtorizzazzjoni unika tal-prodott maħruġa mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA"), fuq il-bażi ta' sett wieħed ta' regoli u f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(16)  Sabiex ikun żgurat servizz ta' kwalità għolja u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, jenħtieġ li l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jikkooperaw mill-qrib fl-infurzar tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP iwettqu negozju fi Stati Membri differenti bil-libertà li jipprovdu servizzi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, minħabba r-rabtiet eqreb tagħha mal-fornitur tal-PEPP. Biex jiġi żgurat qsim ġust tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti, jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju ssir taf b'xi ksur tal-obbligi li jseħħ fit-territorju tagħha, jenħtieġ li hi tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li mbagħad jenħtieġ li tieħu l-miżuri xierqa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

(17)  Fil-każ tat-twaqqif ta' fergħa jew ta' preżenza permanenti fi Stat Membru ieħor huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-infurzar tinqasam bejn l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Filwaqt li r-responsabbiltà għall-konformità mal-obbligi li jaffettwaw in-negozju kollu kemm hu – bħar-regoli dwar ir-rekwiżiti professjonali – jenħtieġ li tibqa' tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, taħt l-istess arranġament bħal fil-każ tal-provvista ta' servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jenħtieġ li terfa' r-responsabbiltà għall-infurzar tar-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni u l-kondotta tal-operazzjonijiet fir-rigward tas-servizzi pprovduti fit-territorju tiegħu. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti ssir taf b'xi ksur ta' obbligi li qed iseħħ fit-territorju tagħha, li fir-rigward tagħhom din id-Direttiva ma tqisx li huma responsabbiltà tal-Istat Membru ospitanti, kooperazzjoni msaħħa teżiġi li l-awtorità tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biex din tal-aħħar tieħu l-miżuri adegwati. Dan huwa l-każ b'mod partikolari fir-rigward ta' ksur ta' regoli dwar ir-reputazzjoni tajba, l-għarfien professjonali u rekwiżiti ta' kompetenza. Barra minn hekk, biex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

(18)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dawk il-mezzi kollha meħtieġa biex tkun żgurata t-tmexxija tajba tan-negozju mill-fornituri u mid-distributuri tal-PEPP madwar l-Unjoni, kemm jekk imwettqa skont il-libertà tal-istabbiliment jew skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Sabiex tkun żgurata l-effikaċja tas-superviżjoni, jenħtieġ li l-azzjonijiet kollha li jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti jkunu proporzjonati skont in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju ta' fornitur jew ta' distributur partikolari▐.

(19)  Id-dimensjoni pan-Ewropea tal-PEPP tista' tiġi żviluppata mhux biss fil-livell tal-fornitur, permezz tal-possibbiltajiet għall-attività transfruntiera tiegħu, iżda anki fil-livell tal-faddal tal-PEPP – permezz tal-portabilità tal-PEPP, u b'hekk tikkontribwixxi għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni personali tal-persuni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu skont l-Artikoli 21 u 45 tat-TFUE. Il-portabilità tinvolvi l-bdil tar-residenza mill-faddal tal-PEPP għal Stat Membru ieħor mingħajr ma jbiddel il-fornituri tal-PEPP, filwaqt li l-bdil tal-fornituri tal-PEPP mhux bilfors jinvolvi bdil tar-residenza. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-post ta' residenza ta' faddal ta' PEPP jiddetermina r-reġim tat-taxxa applikabbli għall-faddal.

(20)  Jenħtieġ li PEPP jinkludi kompartimenti nazzjonali, b'kull wieħed minnhom li jakkomoda karatteristiċi tal-prodotti tal-pensjoni personali li jippermettu li l-kontribuzzjonijiet għall-PEPP jikkwalifikaw għal inċentivi. Fil-livell tal-faddal tal-PEPP individwali, jenħtieġ li l-ewwel kompartiment jinħoloq mal-ftuħ ta' PEPP.

(21)  ▌Mat-tnedija ta' PEPP, jenħtieġ li l-fornitur jipprovdi informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih fil-kuntratt. Jekk fornitur ta' PEPP ma jkunx jista' joffri kompartiment nazzjonali fi Stat Membru partikolari, jenħtieġ li huwa jipprovdi għall-faddal ta' PEPP opzjonijiet ta' portabilità alternattivi, bħalma huma l-possibbiltà li jkompli jfaddal f'PEPP permezz ta' ftehim ta' sħubija. Jekk ma jeżistux sħubijiet bħal dawn, il-faddal ta' PEPP jenħtieġ li jkun jista' jbiddel il-fornitur mingħajr ħlas.

(22)  Fid-dawl tan-natura tal-iskema tal-pensjoni stabbilita u l-piż amministrattiv involut, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jipprovdu informazzjoni ċara, faċli li tinftiehem u adegwata lill-faddala u lill-benefiċjarji potenzjali tal-PEPP biex jassistu t-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-irtirar tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jiżguraw ukoll livell għoli ta' trasparenza tul id-diversi fażijiet ta' skema li jinkludu l-prereġistrazzjoni, is-sħubija (inkluż l-irtirar kmieni) u wara l-irtirar. B'mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti tal-pensjoni, il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar, ir-riskji u l-garanziji, inklużi r-riskji relatati mal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, u l-kostijiet. Fejn il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar ikunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll xenarju sfavorevoli, li għandu jkun estrem iżda plawżibbli.

(23)  Qabel ma jissieħbu fi skema tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala potenzjali tal-PEPP jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha biex jagħmlu għażla informata permezz tal-għoti ta' konsulenza li tivvaluta t-talbiet u l-ħtiġijiet tat-tfaddil tagħhom.

(24)  Biex jiżguraw trasparenza ottimali tal-prodotti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għall-PEPPs li huma jimmanifatturaw qabel ma l-prodott ikun jista' jitqassam lill-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-eżattezza tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. ▌

(25)  Sabiex jiġu żgurati t-tixrid u d-disponibbiltà ġenerali tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi għall-pubblikazzjoni mill-fornitur tal-PEPP tad-dokumenti bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP fuq is-sit web tiegħu.

(26)  Il-kalkolaturi tal-prodotti tal-pensjoni diġà qed jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali. Madankollu, biex dawk il-kalkolaturi jkunu utli kemm jista' jkun għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawn ikopru l-kostijiet u t-tariffi imposti mid-diversi fornituri tal-PEPP, flimkien ma' kwalunkwe kost jew tariffa ulterjuri imposti minn intermedjarji jew minn partijiet oħrajn tal-katina tal-investiment, li ma jkunux diġà ġew inklużi mill-fornituri tal-PEPP.

(26a)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat servizz ta' traċċar tal-pensjonijiet tal-Unjoni, li jippermetti liċ-ċittadini jikkalkolaw il-kapital tal-pensjoni akkumulat u l-intitolamenti tal-pensjoni akkumulati tagħhom, sabiex ikollhom ħarsa ġenerali kompleta, bħala kwistjoni ta' urġenza, flimkien mal-iżvilupp ta' prodotti bħall-PEPP.

(28)  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP jenħtieġ li jkun distint u separat b'mod ċar minn kwalunkwe komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni.

(29)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni indirizzat lill-faddala tal-PEPP, biex jippreżentawlhom data personali u ġenerika ewlenija dwar l-iskema tal-PEPP u jiżguraw informazzjoni kontinwa dwarha. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jkun ċar u komprensiv u jenħtieġ li jkun fih informazzjoni rilevanti u xierqa sabiex jiffaċilita l-fehim tad-drittijiet tal-pensjoni matul iż-żmien u minn skema għal oħra u biex jaqdi l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jiġi pprovdut kull sena lill-faddal tal-PEPP.

(30)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jinfurmaw lill-faddala tal-PEPP biżżejjed minn qabel ma jirtiraw dwar l-opzjonijiet tal-ħlas li jkollhom, u tal-anqas sena qabel ma jidħlu fil-fażi ta' dekumulazzjoni. Meta l-benefiċċju tal-irtirar ma jitħallasx skont il-possibbiltajiet applikabbli għall-PEPP Bażiku jew għal PEPP alternattiv bħala vitalizju, jenħtieġ li l-membri li jkunu resqin lejn l-irtirar jirċievu informazzjoni dwar il-prodotti ta' pagament tal-benefiċċji disponibbli, sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar finanzjarju għall-irtirar.

(31)  Fil-fażi li matulha jitħallsu l-benefiċċji tal-irtirar, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP ikomplu jirċievu informazzjoni dwar il-benefiċċji tagħhom u dwar l-opzjonijiet tal-ħlas korrispondenti. Dan hu partikolarment importanti meta jiġġarrab livell sinifikanti tar-riskju ta' investiment mill-benefiċjarji tal-PEPP fil-fażi tal-ħlas. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP jiġu informati wkoll dwar kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-benefiċċji dovuti, qabel l-applikazzjoni ta' kwalunkwe tali tnaqqis, wara li tkun ittieħdet deċiżjoni li tirriżulta fi tnaqqis. ▌Hu rakkomandat li l-fornituri tal-PEPP jikkonsultaw lill-benefiċjarji tal-PEPP qabel ma tittieħed xi deċiżjoni bħal din.

(32)  Biex jiġu protetti b'mod adegwat id-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu kapaċi jagħżlu allokazzjoni tal-assi li tkun taqbel man-natura preċiża u mad-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom, inklużi dawk li għandhom orizzont fit-tul. Għalhekk, huma meħtieġa superviżjoni effiċjenti kif ukoll attitudni lejn regoli ta' investiment li tagħti lill-fornituri tal-PEPP biżżejjed flessibbiltà biex jiddeċiedu fuq il-politika l-aktar sikura u effiċjenti dwar l-investimenti, filwaqt li tobbligahom jaġixxu bi prudenza u f'allinjament mal-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, il-konformità mar-regola tal-persuna prudenti teħtieġ politika ta' investiment adattata għall-istruttura tal-klijenti tal-fornitur individwali tal-PEPP.

(33)  Jekk tiġi ffissata r-regola tal-persuna prudenti bħala l-prinċipju bażi għall-investiment kapitali u jekk isir possibbli li l-fornituri tal-PEPP joperaw bejn il-fruntieri, ir-ridirezzjonar tat-tfaddil fis-settur tal-provvista ta' rtirar personali hu mħeġġeġ, u b'hekk jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali. Ir-regola tal-persuna prudenti jenħtieġ li tqis ukoll b'mod espliċitu r-rwol li għandhom il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fil-proċess tal-investiment.

(34)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura livell xieraq ta' libertà tal-investiment għall-fornituri tal-PEPP. Bħala investituri f'terminu ta' żmien twil ħafna b'riskji baxxi ta' likwidità, il-fornituri tal-PEPP jinsabu f'pożizzjoni li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-CMU billi jinvestu f'assi illikwidi bħal ishma u fi strumenti oħra li għandhom profil ekonomiku fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f'faċilitajiet multilaterali tan-negozjar (MTFs) jew f'faċilitajiet organizzati tan-negozjar (OTFs) fi ħdan limiti prudenti. Jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-vantaġġi ta' diversifikazzjoni internazzjonali. Għalhekk, jenħtieġ li investimenti f'ishma f'muniti oħrajn barra dawk tal-obbligazzjonijiet u fi strumenti oħrajn li għandhom profil ekonomiku fit-tul u li mhumiex innegozjati fi swieq regolati, f'MTFs jew f'OTFs ma jkunux ristretti, skont ir-regola tal-persuna prudenti sabiex jitħarsu l-interessi tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, ħlief fuq bażi prudenzjali.

(35)  Fil-kuntest tal-approfondiment tas-CMU, il-fehim ta' x'jikkostitwixxi strumenti bi profil ekonomiku fit-tul hu wiesa'. Tali strumenti huma titoli mhux trasferibbli u għaldaqstant ma għandhomx aċċess għal-likwidità ta' swieq sekondarji. Spiss, dawn jirrikjedu impenji b'terminu fiss li jirrestrinġu l-kummerċjabbiltà tagħhom u jenħtieġ li jinftiehmu li jinkludu strumenti ta' parteċipazzjoni u ta' dejn fi, u self ipprovdut lil, impriżi mhux elenkati. L-impriżi mhux elenkati jinkludu proġetti ta' infrastruttura, kumpaniji mhux elenkati li jfittxu li jiksbu t-tkabbir, proprjetà immobbli jew assi oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet ta' investiment fit-tul. Il-proġetti ta' infrastruttura b'livell baxx tal-karbonju u li huma reżiljenti għat-tibdil fil-klima, ġeneralment huma assi mhux elenkati u jiddependu fuq krediti fit-tul għall-finanzjament ta' proġetti. Meta wieħed iqis in-natura fit-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom, il-fornituri tal-PEPP huma mħeġġa jallokaw parti suffiċjenti mill-portafoll tal-assi tagħhom għall-investimenti sostenibbli fl-ekonomija reali b'benefiċċji ekonomiċi fit-tul, b'mod partikolari għall-proġetti ta' infrastruttura u l-korporazzjonijiet.

(36)  Fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif hemm riferiment għalihom fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli, huma importanti għas-sistemi ta' politika tal-investiment u ta' mmaniġġar tar-riskju tal-fornituri tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ▌jikkunsidraw fatturi bħal dawn fid-deċiżjonijiet ta' investiment u jieħdu f'kunsiderazzjoni kif huma jifformaw parti mis-sistema ta' mmaniġġar tar-riskju tagħhom sabiex l-assi mitlufa jistgħu jiġu evitati. L-informazzjoni dwar il-fatturi ESG jenħtieġ li tkun disponibbli għall-EIOPA, l-awtoritajiet kompetenti u l-faddal tal-PEPP.

(36a)  Wieħed mill-objettivi tar-regolamentazzjoni tal-PEPP huwa li jinħoloq prodott ta' tfaddil għall-irtirar li jkun sikur, kosteffiċjenti u fit-tul. Peress li l-investimenti li jikkonċernaw il-prodotti tal-pensjoni huma fit-tul, trid tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-konsegwenzi fit-tul tal-allokazzjoni tal-assi. B'mod partikolari, jeħtieġ li jitqiesu l-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza. Il-tfaddil tal-PEPP jenħtieġ li jiġi investit f'konformità mal-objettivi klimatiċi u ta' sostenibbiltà tal-Unjoni kif stipulat fil-ftehim ta' Pariġi, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Prinċipji Gwida dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jadottaw politika ta' esklużjoni tal-investiment sabiex jiżguraw li t-tfaddil ma jiġix investit fl-aktar prodotti kontroversjali u dannużi jew f'tattiċi ta' evitar tat-taxxa.

(37)  Fl-iżgurar tal-konformità mal-obbligu tagħhom li jiżviluppaw politika ta' investiment skont ir-regola tal-persuna prudenti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ma jitħallewx jinvestu f'ġurisdizzjonijiet b'riskju għoli u li ma jikkooperawx li huma identifikati mit-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja, lanqas f'pajjiż li jinsab fil-lista tal-Unjoni ta' ġurisdizzjonijiet fiskali mhux kooperattivi, u lanqas f'pajjiż li jinsab fil-lista tal-Unjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju għoli b'nuqqasijiet strateġiċi fir-reġim tagħhom f'dak li jirrigwardja l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu.

(38)  Fid-dawl tal-objettiv tal-irtirar fit-tul tal-PEPP, jenħtieġ li l-għażliet ta' investiment mogħtija lill-faddala tal-PEPP jitqiegħdu f'qafas, li jkopri l-elementi li jippermettu lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta' investiment ▌.

(39)  Il-PEPP Bażiku jenħtieġ li jkun prodott sempliċi u sikur li jkun jista' jinkiseb faċilment f'kull Stat Membru u jenħtieġ li jaġixxi bħala opzjoni prestabbilita. Jenħtieġ li jfittex il-protezzjoni tal-kapital għall-faddal tal-PEPP, jew billi japplika tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju tul iċ-ċiklu tal-ħajja, inkella permezz ta' garanzija tal-kapital. Il-faddal tal-PEPP jenħtieġ li jingħata parir kemm dwar ir-riskji kif ukoll dwar il-benefiċċji tat-tekniki differenti.

(39a)  F'każijiet ta' raġunijiet ġustifikati, bħal f'każijiet ta' negliġenza ppruvata, ksur tal-liġi jew evitar tat-taxxa, jew meta tiġi rtirata awtorizzazzjoni ta' PEPP, il-faddala tal-PEPP jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu l-fornituri fi kwalunkwe ħin u mingħajr ma jintalbu ħlas jew jintrabtu b'kuntratt.

(40)  Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti teżerċita s-setgħat tagħha filwaqt li żżomm bħala l-objettivi primarji tagħha l-protezzjoni tad-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP u l-istabbiltà u s-sodezza tal-PEPP.

(41)  Meta l-fornitur tal-PEPP ikun istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali jew ditta tal-investiment, jenħtieġ li jaħtar depożitarju b'rabta mas-salvagwardja tal-assi tiegħu. Dan hu neċessarju għall-protezzjoni tal-konsumaturi, peress li l-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli għall-istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali u għad-ditti tal-investiment ma tipprovdix għall-ħatra ta' depożitarju.

(42)  It-trasparenza u l-ekwità tal-kostijiet u tat-tariffi huma essenzjali għall-iżvilupp tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP u jippermettulhom jagħmlu għażliet informati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu ta' metodi ta' pprezzar mhux trasparenti.

(43)  Biex jiġu ssodisfati l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' setgħat ta' intervent mill-EIOPA u mill-awtoritajiet kompetenti. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet opportuni matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, jenħtieġ li tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(44)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta abbozz ta' standards tekniċi regolatorji żviluppat mill-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-preżentazzjoni u tal-kontenut tal-elementi speċifiċi tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP mhux koperti mill-[PRIIPs KID RTS] f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9), tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkomplementa l-ħidma teknika tal-ASE billi twettaq ittestjar tal-konsumatur tal-preżentazzjoni tad-dokument bit-tagħrif ewlieni kif propost mill-ASE.

(45)  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti tal-PEPP li jiftħu kawża fil-qrati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) faċilment aċċessibbli, adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi bejn il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP u l-klijenti tal-PEPP għas-soluzzjoni ta' tilwimiet li jirriżultaw mid-drittijiet u mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(46)  Bl-għan li tiġi stabbilita proċedura effiċjenti u effettiva ta' soluzzjoni għat-tilwim, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jistabbilixxu proċedura tal-ilmenti effettiva li jistgħu jsegwu l-klijenti tagħhom qabel ma t-tilwima tiġi riferita biex tiġi solvuta fi proċedura tal-ADR jew quddiem qorti. Il-proċedura tal-ilmenti jenħtieġ li tinkludi perjodi ta' żmien qosra u definiti b'mod ċar li fihom il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP jenħtieġ li jwieġeb għal ilment. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kapaċità suffiċjenti biex jinvolvu ruħhom b'mod adegwat u effiċjenti fil-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward ta' tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament.

(47)  Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta' proċedura ċara, li ma tiswiex ħafna flus, veloċi u sikura.

(48)  Jenħtieġ li l-proċess tal-bdil ikun sempliċi għall-faddal tal-PEPP. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għat-tnedija u għall-ġestjoni tal-proċess f'isem il-faddal tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jużaw mezzi addizzjonali, bħal soluzzjoni teknika, fuq bażi volontarja meta jistabbilixxu s-servizz tal-bdil. B'kunsiderazzjoni tan-natura pan-Ewropea tal-prodott, il-faddala ta' PEPP jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu mingħajr ħlas meta ma jkunx disponibbli kompartiment fl-Istat Membru li l-faddal tal-PEPP imur jgħix fih.

(49)  Qabel ma jagħti l-awtorizzazzjoni għall-bdil, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP jiġi infurmat dwar il-passi kollha tal-proċedura u l-kostijiet li huma meħtieġa biex jiġi kkompletat il-bdil, sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista' jagħmel deċiżjoni informata dwar is-servizz tal-bdil.

(50)  Il-kooperazzjoni tal-fornitur tal-PEPP trasferitur hi meħtieġa biex il-bdil jirnexxi. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP riċevitur jiġi pprovdut mill-fornitur tal-PEPP trasferitur bl-informazzjoni neċessarja kollha biex jerġa' jibda l-pagamenti fil-kont l-ieħor tal-PEPP. Madankollu, tali informazzjoni jenħtieġ li ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex isir il-bdil.

(51)  Biex jiffaċilita l-bdil transfruntier, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP jitħalla jitlob lill-fornitur tal-PEPP il-ġdid jipprovdi lill-faddal tal-PEPP bl-informazzjoni li tagħti d-dettalji dwar il-kont il-ġdid tal-PEPP, idealment f'laqgħa waħda mal-fornitur il-ġdid tal-PEPP.

(52)  Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ma jkunux soġġetti għal telf finanzjarju, inklużi imposti u imgħax, ikkawżat minn kwalunkwe żball li jsir minn xi fornitur tal-PEPP involut fil-proċess tal-bdil. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ma jġarrbu l-ebda telf finanzjarju kkawżat mill-ħlas ta' tariffi addizzjonali, imgħax jew imposti oħra kif ukoll minn multi, minn penali jew minn kwalunkwe tip ieħor ta' detriment finanzjarju kawża ta' dewmien fit-twettiq tal-bdil.

(53)  Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP jingħataw il-libertà li jiddeċiedu fuq l-abbonament ta' PEPP dwar l-għażla ta' ħlas tagħhom (annwalitajiet, somma f'daqqa, jew oħrajn) fil-fażi tad-dekumulazzjoni, iżda b'possibbiltà li jirrevedu l-għażla tagħhom darba kull tliet snin wara, biex ikunu kapaċi jadattaw bl-aħjar mod l-għażla tal-ħlas tagħhom għall-ħtiġijiet tagħhom meta joqorbu lejn l-irtirar.

(54)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħallew iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP firxa wiesgħa ta' opzjonijiet ta' dekumulazzjoni. Dan l-approċċ jikseb l-għan ta' użu msaħħaħ tal-PEPP permezz ta' flessibbiltà u ta' għażla ikbar għall-faddala tal-PEPP. Jippermetti lill-fornituri jfasslu l-PEPPs tagħhom bl-iktar mod kosteffiċjenti. Hu koerenti ma' politiki oħra tal-UE u hu politikament fattibbli, peress li jżomm biżżejjed flessibbiltà għall-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar liema opzjonijiet ta' dekumulazzjoni jixtiequ jħeġġu. Madankollu, fil-PEPP Bażiku b'garanzija tal-kapital, ċertu ammont (35 %) tal-kapital jenħtieġ li jinħareġ fil-forma ta' annwalitajiet tul il-ħajja f'konformità man-natura marbuta mal-pensjoni tal-prodott. Għalhekk, il-kapaċità li jinħareġ perċentwal mill-ammont totali jenħtieġ li tkun limitata għal 30 % li jista' jinħareġ fl-ewwel sena. Għall-PEPP Bażiku appoġġat tul iċ-ċiklu tal-ħajja, pagament permezz ta' pjan ta' prelevamenti jenħtieġ li jkun obbligatorju.

(55)  Jenħtieġ li tkun iggarantita trasparenza sħiħa dwar il-kostijiet u t-tariffi relatati mal-investiment f'PEPP. Jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur. Ikun hemm informazzjoni komparattiva disponibbli bejn prodotti differenti, u b'hekk jiġi inċentivat l-ipprezzar kompetittiv.

(56)  Għad li s-superviżjoni kontinwa tal-fornituri tal-PEPP għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi, jenħtieġ li l-EIOPA tikkoordina s-superviżjoni fir-rigward tal-PEPPs, biex tiggarantixxi l-applikazzjoni konsistenti ta' metodoloġija superviżorja unifikata, li tikkontribwixxi b'dan il-mod għan-natura pan-Ewropea tal-prodott tal-pensjoni.

(56a)  Sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-konsumatur u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal proċedura tal-ilmenti, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikunu jistgħu, individwalment jew b'mod kollettiv, jippreżentaw l-ilmenti permezz tal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom stess, permezz ta' "one-stop shop". Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti fejn ġie ppreżentat l-ilment tkun responsabbli għall-passi ulterjuri fil-proċedura tal-ilmenti.

(57)  Jenħtieġ li l-EIOPA tikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-konsistenza bejniethom. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-EIOPA taqdi rwol fis-saħħa tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex japplikaw il-miżuri superviżorji permezz tal-forniment ta' evidenza dwar ksur relatat mal-PEPP. Jenħtieġ ukoll li l-EIOPA tipprovdi medjazzjoni vinkolanti f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f'sitwazzjonijiet transfruntieri.

(58)  Biex tiġi żgurata konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mill-impriżi finanzjarji li jimmanifatturaw il-PEPP, kif ukoll mill-impriżi finanzjarji u mill-persuni li jiddistribwixxu l-PEPP, u biex jiġi żgurat li dawn ikunu soġġetti għal trattament simili madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġu pprovduti sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(59)  F'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2010 "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji"(12) u biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati, hu importanti li l-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur ta' dan ir-Regolament ikun soġġett għal penali amministrattivi u għal miżuri adatti.

(60)  Għalkemm l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi u kriminali dwar l-istess ksur, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jiġux mitluba jistabbilixxu regoli għal penali amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament li hu soġġett għal-liġi kriminali nazzjonali. Madankollu, jenħtieġ li ż-żamma ta' penali kriminali minflok penali amministrattivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament ma tnaqqasx jew taffettwa b'xi mod ieħor il-kapaċità tal-awtoritajiet kompetenti li jikkooperaw, jaċċedu u jiskambjaw informazzjoni fil-ħin mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, inkluż wara kwalunkwe riferiment tal-ksur rilevanti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti għal prosekuzzjoni kriminali.

(61)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħat li jimponu sanzjonijiet pekunarji li jkunu għolja biżżejjed biex jibbilanċjaw il-profitti reali jew potenzjali, u li jkunu dissważivi anki għall-impriżi finanzjarji l-kbar u għall-maniġers tagħhom.

(62)  Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tas-sanzjonijiet madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu f'kunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet amministrattivi jew miżuri oħra u l-livell tas-sanzjonijiet pekunarji amministrattivi.

(63)  Biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet dwar il-ksur u l-penali min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti jkollhom effett dissważiv fuq il-pubbliku ġenerali, u biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur billi dan jitwissa dwar il-PEPPs distribwiti bi ksur ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li dawk id-deċiżjonijiet jiġu ppubblikati, bil-kundizzjoni li l-perjodu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' appell ikun għadda u ma jkunx ġie ppreżentat appell, sakemm tali żvelar ma jipperikolax l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni li tkun għaddejja.

(64)  Sabiex jinqabdu l-każijiet potenzjali ta' ksur, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat investigatorji meħtieġa, u jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi biex jippermettu r-rapportar tal-ksur potenzjali jew li tabilħaqq isir.

(64a)  Minħabba n-natura pan-Ewropea tal-PEPP u l-provvediment tal-PEPP, jenħtieġ li l-mekkaniżmi transfruntieri għal rimedju kumpensatorju kollettiv għall-konsumaturi jkunu ugwalment disponibbli.

(65)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġijiet tal-Istati Membri f'dak li jirrigwarda r-reati.

(66)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, il-ħażna ta' data personali fir-reġistru ċentrali miżmum mill-EIOPA, l-ipproċessar ta' data personali mill-fornituri tal-PEPP jew mid-distributuri tal-PEPP jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), mad-Direttiva (EU) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) u ma' Regolament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjoni elettronika u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjoni Elettronika). Jenħtieġ li kwalunkwe skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni mill-ASE jitwettqu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15).

(66a)  Minħabba s-sensittività tad-data finanzjarja personali, il-protezzjoni qawwija tad-data hija ferm importanti. Għalhekk, huwa rakkomandat li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jkunu involuti mill-qrib fl-implimentazzjoni u s-superviżjoni ta' dan ir-Regolament.

(67)  L-inċentivi tat-taxxa jistgħu jieħdu forom differenti u jaqdu rwol importanti fit-tħeġġiġ tal-użu tal-prodotti tal-pensjoni personali (PPPs) f'numru ta' Stati Membri. F'ħafna Stati Membri, il-kontribuzzjonijiet imħallsa għall-PPPs jikkwalifikaw għal xi forma ta' ħelsien mit-taxxa, li jkun espliċitu jew inkella impliċitu.

(68)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jinftehimx bħala obbligu li l-Istati Membri japplikaw l-istess regoli fiskali lill-PEPPs li japplikaw għall-prodotti tal-pensjoni personali paragunabbli skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Madankollu, b'applikazzjoni tal-prinċipju tat-trattament nazzjonali, li jirriżulta mill-Artikoli 21 u 45 tat-TFUE u interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li jkun possibbli li PEPP li hu oġġettivament komparabbli ma' prodott tal-pensjoni personali (PPP) distribwit fi Stat Membru partikolari jibbenefika mill-istess ħelsien mit-taxxa u l-benefiċċji kuntrattwali, bħall-imgħax imwiegħed, mogħtija lill-PPP f'dan l-Istat Membru▐. Dan japplika wkoll jekk il-PEPP jiġi pprovdut minn fornitur minn Stat Membru ieħor.

(69)  Wara t-tnedija tal-PEPP, l-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu f'kunsiderazzjoni r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/... u jestendu l-benefiċċji tal-benefiċċji fuq it-taxxa li jagħtu lill-PPPs nazzjonali għall-PEPP ukoll.

(70)  Trid titwettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, fost l-oħrajn, billi jiġu vvalutati l-iżviluppi tas-suq, bħat-tfaċċar ta' tipi ġodda ta' PEPPs, kif ukoll l-iżviluppi f'oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri. Tali evalwazzjoni jenħtieġ li tieħu f'kunsiderazzjoni l-għanijiet u l-finijiet differenti tal-istabbiliment ta' suq tal-PEPPs li jiffunzjona tajjeb, u b'mod partikolari jenħtieġ li tevalwa jekk dan ir-Regolament ikkontribwiex għall-iżvilupp ta' sistemi tal-pensjoni fuq diversi pilastri fl-Istati Membri u jekk wassalx sabiex aktar ċittadini Ewropej ifaddlu għal pensjonijiet adegwati u sostenibbli.

(70a)  Minħabba l-implikazzjonijiet fit-tul possibbli ta' dan ir-Regolament, huwa essenzjali li jiġu mmonitorjati mill-qrib l-iżviluppi matul il-fażi inizjali tal-applikazzjoni. Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrifletti wkoll l-esperjenzi tal-EIOPA, ta' partijiet ikkonċernati u ta' esperti, u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe osservazzjoni li jista' jkollha.

(71)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-drittijiet tal-anzjani li jkollhom ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta' intrapriża, il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-prinċipju ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(72)  Minħabba li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib fil-protezzjoni tal-faddala tal-PEPP u t-titjib tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP fil-PEPPs, inkluż fejn dawn il-prodotti jiġu distribwiti b'mod transfruntier, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar l-awtorizzazzjoni, il-provvista, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma distribwiti fl-Unjoni taħt id-deżinjazzjoni "prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew" jew "PEPP".

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)   "prodott tal-pensjoni personali" tfisser prodott li:

(a)   hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja u komplementari;

(c)   jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital fit-tul bl-objettiv espliċitu li jipprovdi dħul meta jibda l-irtirar.

(2)   "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP)" tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta' terminu twil, li hu pprovdut skont skema miftiehma tal-PEPP minn impriża finanzjarja regolata awtorizzata skont id-dritt tal-Unjoni u eliġibbli skont l-Artikolu 5(1) għall-immaniġġjar ta' investimenti jew ta' tfaddil kollettivi jew individwali, u li fiha jabbonaw b'mod volontarju faddal individwali tal-PEPP, jew assoċjazzjoni indipendenti tal-faddala tal-PEPPs f'isem il-membri tagħha fid-dawl tal-irtirar, b'tifdija strettament limitata jew mingħajrha;

(3)   "faddal tal-PEPP" tfisser kwalunkwe persuna fiżika;

(4)  "skema tal-PEPP" tfisser kuntratt, ftehim jew att fiduċjarju bejn faddal tal-PEPP u fornitur tal-PEPP li jistipula liema benefiċċji tal-irtirar huma mogħtija u f'liema kundizzjonijiet fuq il-bażi ta' pjan individwali ta' tfaddil għall-irtirar;

(5)   "kont tal-PEPP" tfisser kont tal-pensjoni personali miżmum f'isem faddal tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP li jintuża għall-eżekuzzjoni ta' tranżazzjonijiet li jippermettu lill-faddal tal-PEPP jikkontribwixxi b'mod perjodiku somom għall-irtirar ▐u lill-benefiċjarju tal-PEPP jirċievi l-benefiċċji tal-irtirar▐;

(6)  "provvista tal-PEPP" tfisser il-manifattura u d-distribuzzjoni ta' PEPP;

(6a)  "manifattur tal-PEPP" tfisser fornitur ta' PEPP li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' skema ta' PEPP sabiex jopera kontijiet tal-PEPP f'isem il-faddala u l-benefiċjarji tal-PEPP;

(7)   "benefiċjarju tal-PEPP" tfisser persuna li tirċievi benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP;

(8)   "distribuzzjoni tal-PEPP" tfisser l-attivitajiet ta' konsulenza, ta' proposti jew tat-twettiq ta' xogħol preparatorju ieħor għall-konklużjoni ta' kuntratti għall-forniment ta' PEPP, ta' konklużjoni ta' tali kuntratti, jew ta' għajnuna fl-amministrazzjoni jew fl-eżekuzzjoni ta' dawk il-kuntratti, inkluż l-għoti ta' informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-PEPP wieħed jew iktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti tal-PEPP permezz ta' sit web jew ta' tip ieħor ta' midja u l-kompilazzjoni ta' lista tal-klassifika ta' prodotti tal-PEPP, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta' kuntratt tal-PEPP, meta l-klijent tal-PEPP ikun jista' jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-pensjoni bl-użu ta' sit web jew ta' tip ieħor ta' midja;

(9)   "benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP" tfisser benefiċċji mħallsa b'riferiment għall-ilħiq, jew għall-aspettattiva ta' lħiq, tal-irtirar. Dawn il-benefiċċji jistgħu jieħdu l-forma ta' pagamenti għall-ħajja, pagamenti magħmula għal perjodu temporanju, somma f'daqqa, jew kwalunkwe taħlita ta' dawn;

(10)   "fażi tal-akkumulazzjoni" tfisser il-perjodu li matulu l-assi (pagamenti) jakkumulaw f'kont tal-PEPP u normalment tkompli sal-età tal-irtirar tal-benefiċjarju tal-PEPP;

(11)   "fażi tad-dekumulazzjoni" tfisser il-perjodu li matulu l-assi akkumulati f'kont tal-PEPP jintużaw biex jiffinanzjaw l-irtirar jew rekwiżiti tal-introjtu oħrajn;

(12)   "annwalità" tfisser somma pagabbli f'intervalli speċifiċi tul perjodu, bħall-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP jew ċertu numru ta' snin, b'ritorn għal investiment;

(13)   "pagamenti ta' prelevament" tfisser il-possibbiltà li l-benefiċjarji tal-PEPP jipprelevaw ammonti diskrezzjonali, sa ċertu limitu fuq bażi perjodika;

(13a)  "ammont totali" tfisser l-ammont sħiħ tal-kapital tal-pensjoni akkumulat;

(14)   "fornitur ta' PEPP" tfisser impriża finanzjarja awtorizzata timmanifattura PEPP u tiddistribwih;

(15)   "distributur ta' PEPP" tfisser entità finanzjarja awtorizzata tiddistribwixxi PEPPs mhux manifatturati minnha▐;

(16)   "mezz li jservi għal żmien twil" tfisser kwalunkwe strument li:

(a)   jippermetti lil klijent tal-PEPP jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b'mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(b)   jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

(17)   "awtorità kompetenti" ▐tfisser l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati minn kull Stat Membru għas-superviżjoni fil-qafas ta' dan ir-Regolament;

(18)   "Stat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP" tfisser l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP ikun ġie awtorizzat;

(19)   "Stat Membru ospitanti tal-fornitur tal-PEPP" tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, li fih fornitur tal-PEPP jimmanifattura jew jiddistribwixxi PEPPs;

(20)   "kompartiment" tfisser taqsima li tinfetaħ fi ħdan kull kuntratt qafas individwali tal-PEPP (kont tal-PEPP) għall-użu ta' inċentivi stabbiliti f'livell nazzjonali għall-investiment f'PEPP mill-Istat Membru tal-post tar-residenza tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, individwu jista' jkun faddal ta' PEPP jew benefiċjarju ta' PEPP f'kull kompartiment, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall-fażijiet ta' akkumulazzjoni u ta' dekumulazzjoni;

(21)   "kapital" tfisser kontribuzzjonijiet finanzjarji aggregati u r-redditu fuq l-investiment fuq dawk il-kontribuzzjonijiet, ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b'mod dirett jew indirett mill-investituri;

(22)   "strument finanzjarju" tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;

(23)   "depożitarju" tfisser istituzzjoni inkarigata mis-salvagwardja tal-assi u mis-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-fond u mad-dritt applikabbli;

(24)   "PEPP bażiku" tfisser strateġija ta' investiment kif definita fl-Artikolu 39, li tiġi applikata meta l-faddal tal-PEPP ma jkunx ipprovda struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu investiti l-fondi li jakkumulaw fil-kont tal-PEPP tiegħu jew tagħha;

(25)   "tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju" tfisser tekniki għal tnaqqis sintetiku fil-firxa tal-iskopertura għal riskju u/jew il-probabilità ta' okkorrenza ta' dan;

(26)   "bdil tal-fornituri" tfisser, jekk klijent ta' PEPP jitlob dan, it-trasferiment mingħand fornitur ta' PEPP għal ieħor ta' kwalunkwe bilanċ pożittiv minn kont ta' PEPP lill-ieħor, bl-għeluq tal-kont preċedenti tal-PEPP jew mingħajr;

(27)   "parir" tfisser il-forniment ta' rakkomandazzjoni personali lil faddal tal-PEPP, fuq talba tiegħu jew tagħha jew fuq l-inizjattiva tal-fornitur jew tad-distributur tal-PEPP, fir-rigward ta' kuntratt wieħed jew iktar għall-abbonament għall-PEPP;

(28)   "klijent tal-PEPP" tfisser faddal tal-PEPP, faddal prospettiv tal-PEPP u/jew benefiċjarju tal-PEPP;

(28a)  "sħubijiet" tfisser kooperazzjoni bejn fornituri tal-PEPP biex joffru kompartimenti fi Stati Membri differenti, fid-dawl tas-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikolu 12;

(28b)  "riskji bijometriċi" tfisser riskji marbuta ma' lonġevità, diżabilità u mewt;

(28c)  "fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG)" tfisser l-objettivi klimatiċi u ta' sostenibbiltà tal-Unjoni kif stabbiliti fil-ftehim ta' Pariġi, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u d-definizzjonijiet tal-UNPRI.

Artikolu 3Regoli applikabbli

Il-forniment tal-PEPPs għandu jkun soġġett għal:

(a)   dan ir-Regolament,

(b)   fejn awtorizzat minn dan ir-Regolament, għad-dispożizzjonijiet tal-iskema tal-PEPP,

(c)   fil-każ ta' kwistjonijiet li mhumiex irregolati minn dan ir-Regolament jew, fejn il-kwistjonijiet ikunu parzjalment irregolati minnu, ta' dawk l-aspetti li mhumiex imsemmija fih:

(i)  mid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' miżuri tal-UE li jirrigwardjaw b'mod speċifiku l-PEPP;

(ii)  mid-dispożizzjonijiet tal-liġijiet tal-Istati Membri li jkunu japplikaw għal prodott tal-pensjoni personali komparabbli mmanifatturat u ddistribwit skont id-dritt tal-Istat Membru li fih il-manifattur għandu l-uffiċċju reġistrat tiegħu.

KAPITOLU IIAWTORIZZAZZJONI

Artikolu 4Awtorizzazzjoni

1.  PEPP jista' jiġi mmanifatturat u ddistribwit biss fl-Unjoni fejn ikun ġie awtorizzat mill-EIOPA f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.  L-awtorizzazzjoni ta' PEPP għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha. Tintitola lid-detentur tal-awtorizzazzjoni jimmanifattura u jiddistribwixxi l-PEPP kif awtorizzat mill-EIOPA.

Artikolu 5Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta' PEPP

1.  L-impriżi finanzjarji li ġejjin biss jistgħu japplikaw għall-awtorizzazzjoni ta' PEPP:

(a)   istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16);

(b)  impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17), involuti fl-assigurazzjoni tal-ħajja diretta skont l-Artikolu 2(3) u l-Anness II tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)  istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali reġistrati jew awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2016/2341/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) li ma jistgħux ikopru r-riskji bijometriċi huma stess u ma jagħtux garanzija tal-prestazzjoni tal-investiment jew ċertu livell ta' benefiċċji tal-irtirar. L-assi u l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti għal PEPP għandhom ikunu delimitati mingħajr il-possibbiltà li jiġu trasferiti għan-negozju l-ieħor ta' provvista għall-irtirar tal-istituzzjoni;

(d)  ditti tal-investiment awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE, involuti fil-ġestjoni tal-portafolli jew fil-pariri dwar l-investimenti;

(e)  kumpaniji ta' investiment jew kumpaniji ta' ġestjoni awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2009/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19);

(f)  maniġers ta' fond ta' investiment alternattiv ("AIF") awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20);

(fa)  entitajiet oħra reġistrati jew awtorizzati skont dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali biex jipprovdu prodotti tal-pensjoni personali kif definit fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li dawk id-dispożizzjonijiet jitqiesu suffiċjenti wara valutazzjoni mill-EIOPA, skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5(a).

2.  L-impriżi finanzjarji elenkati fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għall-awtorizzazzjoni ta' PEPP lill-EIOPA. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a)   informazzjoni dwar il-klawżoli standard tal-kuntratt li se jiġu proposti lill-faddala tal-PEPP;

(b)   informazzjoni dwar l-identità tal-applikant u l-istorja u l-esperjenza finanzjarji attwali u preċedenti tiegħu;

(c)   l-identità tal-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-manifattura u/jew tad-distribuzzjoni tal-PEPP;

(d)  informazzjoni dwar l-arranġamenti dwar il-portafoll kif ukoll l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-PEPP inkluża, meta applikabbli, informazzjoni li tiżgura li l-fornitur tal-PEPP ma jinvestix fi produtturi ta' armi nukleari;

(e)  informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-PEPP;

(f)   lista tal-Istati Membri fejn il-PEPP applikanti biħsiebu jqiegħed il-PEPP fis-suq;

(g)   informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju, jekk applikabbli;

(h)   deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-faddala tal-PEPP, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa mill-faddala tal-PEPP;

(i)   prova tal-amministrazzjoni jew tar-reġistrazzjoni tal-applikant f'konformità mal-att leġiżlattiv applikabbli tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1 u l-informazzjoni dwar l-identità tal-awtorità kompetenti li tatha.

3.  L-EIOPA tista' titlob kjarifika u informazzjoni addizzjonali rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1.

4.  L-EIOPA tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-impriża finanzjarja li tapplika għall-awtorizzazzjoni għal kjarifika u għal informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti għandha twieġeb għat-talba fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tirċievi t-talba sottomessa mill-EIOPA.

5.  Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni u fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi notifikata b'mod immedjat lill-EIOPA.

5a  L-awtorità nazzjonali kompetenti għall-entitajiet imsemmija fil-punt (fa) tal-paragrafu (1) għandha titlob lill-EIOPA valutazzjoni tal-konformità ta' tali entitajiet, kif ukoll ir-raġunijiet għaliex l-awtorizzazzjoni hija ġustifikata. L-EIOPA għandha tadotta deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta tirċievi tali talba. Jekk l-awtorità kompetenti ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-EIOPA, għandha tagħti debitament ir-raġunijiet tagħha u għandha tispjega kwalunkwe devjazzjoni minnha.

Artikolu 6Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-PEPPs

1.  Fi żmien xahrejn mid-data ta' preżentazzjoni ta' applikazzjoni sħiħa, kif ivvalidata mill-NCA, l-EIOPA għandha tagħti awtorizzazzjoni tal-PEPP biss jekk l-EIOPA tkun issodisfata għalkollox li huma ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  l-applikant jikkonforma ma' dan ir-Regolament;

(b)  l-applikant ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti tiegħu biex jimmanifattura prodotti li jsegwu l-istrateġiji ta' investiment tat-tip kopert minn dan ir-Regolament;

(c)  il-PEPP propost jissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' dan ir-Regolament;

(d)  il-PEPP propost ikun bbażat fuq strateġija ta' investiment li tippermetti l-eżitu ta' rtirar fir-regoli kuntrattwali proposti.

2.  Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-EIOPA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-applikant.

3.  L-EIOPA għandha tikkomunika lill-applikant ir-raġunijiet għal kwalunkwe rifjut tal-għoti tal-awtorizzazzjoni ta' PEPP.

4.  L-EIOPA għandha tirtira l-awtorizzazzjoni ta' PEPP f'każ li ma jibqgħux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

5.  Fuq bażi trimestrali, l-EIOPA għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-impriżi finanzjarji elenkati fl-Artikolu 5(1) dwar id-deċiżjonijiet li tagħti, tirrifjuta jew tirtira l-awtorizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

6.  Għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-kompiti rispettivi tagħhom, l-EIOPA għandha tiżgura l-koordinazzjoni u tibgħat l-informazzjoni lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) imwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) imwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7Deżinjazzjoni u konverżjoni

1.  Id-deżinjazzjoni "PEPP" jew "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew" b'rabta ma' prodotti tal-pensjoni personali tista' tintuża biss meta l-prodott tal-pensjoni personali jkun ġie awtorizzat mill-EIOPA biex jiġi ddistribwit bid-deżinjazzjoni "PEPP" f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.  Il-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti jistgħu jiġu kkonvertiti f'"PEPPs" wara l-awtorizzazzjoni mill-EIOPA.

3.  Il-fornituri tal-PEPP ma għandhomx jikkonvertu l-"PEPPs" fi prodotti tal-pensjoni personali li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 8Distribuzzjoni ta' PEPP

1.  L-impriżi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li ma mmanifatturawx sakemm din l-attività tkun koperta mill-ambitu tal-awtorizzazzjoni skont il-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti.

2.  L-intermedjarji tal-assigurazzjoni reġistrati f'konformità mad-Direttiva 2016/97/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(21) huma intitolati jiddistribwixxu PEPPs li huma ma jkunux immanifatturaw.

Artikolu 9Reġim prudenzjali applikabbli għal tipi differenti ta' fornituri

Mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw ▌mar-reġim prudenzjali rilevanti applikabbli għalihom f'konformità mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikoli 5(1) u 8(2).

Artikolu 10Reġistru pubbliku ċentrali

L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP awtorizzat skont dan ir-Regolament, il-fornitur ta' dan il-PEPP, id-data tal-awtorizzazzjoni tal-PEPP, il-kompartimenti nazzjonali disponibbli li joffri u l-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f'format elettroniku u għandu jiġi aġġornat minnufih jekk ikun hemm xi bidliet.

KAPITOLU IIIFORNIMENT U PORTABILITÀ TRANSFRUNTIERA TAL-PEPP

TAQSIMA ILIBERTÀ LI JIĠU PPROVDUTI SERVIZZI U LIBERTÀ TAL-ISTABBILIMENT

Artikolu 11Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà tal-istabbiliment mill-fornituri u mid-distributuri tal-PEPP

Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jipprovdu u jiddistribwixxu u d-distributuri tal-PEPP jistgħu jiddistribwixxu PEPPs fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru ospitanti bil-libertà li jipprovdu servizzi jew bil-libertà tal-istabbiliment, dment li jagħmlu dan f'konformità mar-regoli u mal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn jew skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni applikabbli għalihom kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) jew 8(2).

TAQSIMA IIPORTABILITÀ

Artikolu 12Servizz tal-portabilità

1.  Għall-finijiet ta' din it-Taqsima, is-servizz tal-portabilità huwa definit bħala d-dritt tal-faddala tal-PEPP li jkomplu jikkontribwixxu għal PEPP li diġà jkunu kkuntrattaw mal-fornitur tiegħu, filwaqt li jbiddlu l-post tar-residenza tagħhom billi jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor.

2.  F'każ li jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitolati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fl-istess PEPP u għandu jkollhom id-dritt li jfaddlu simultanjament f'aktar minn kompartiment wieħed.

Artikolu 13Forniment tas-servizz tal-portabilità

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu s-servizz tal-portabilità lill-faddala tal-PEPP li jkollhom kont tal-PEPP magħhom u li jitolbu dan is-servizz.

2.  Meta jipproponi PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddala potenzjali tal-PEPP informazzjoni dwar l-opzjonijiet ta' portabilità u dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli, jew permezz tal-fornitur jew minn sieħeb irreġistrat.

3.   Il-kompartimenti disponibbli għandhom jiġu elenkati fl-iskema tal-PEPP. Il-fornitur tal-PEPP għandu jkun obbligat joffri tal-anqas il-kompartimenti elenkati f'dik l-iskema. Meta faddal tal-PEPP ibiddel il-post tar-residenza tiegħu jew tagħha għal Stat Membru ieħor u l-fornitur tal-PEPP ma jkunx jista' joffri kompartiment f'dak l-Istat Membru stess, jew permezz ta' sħubija, il-faddal tal-PEPP għandu jiġi offrut il-possibbiltà li jaqleb għal fornitur ieħor tal-PEPP, mingħajr ħlas.

Artikolu 14Kompartimenti tal-PEPP

▌ Meta l-fornituri tal-PEPP jipprovdu servizz ta' portabilità lill-faddala tal-PEPP skont l-Artikolu 13, għandhom jiżguraw li fi ħdan kull kont tal-PEPP individwali jkun jista' jinfetaħ kompartiment ġdid, jew permezz ta' trasferiment tal-assi akkumulati jew bil-ftuħ ta' kompartiment addizzjonali li jikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu tal-inċentivi stabbiliti f'livell nazzjonali għall-PEPP mill-Istat Membru li fih imur jgħix il-faddal tal-PEPP u li għalih ikun disponibbli kompartiment nazzjonali.

Artikolu 15Ftuħ ta' kompartiment ġdid

1.  ▌Eżatt wara li jirċievi t-talba tal-faddala tal-PEPP li juża s-servizz ta' portabilità, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddala tal-PEPP dwar l-opzjonijiet li huma disponibbli għalihom, inkluża l-possibbiltà li jkomplu jfaddlu f'kompartiment ġdid.

Konsegwentement, jekk ma jkunu disponibbli ebda sħubija jew kompartiment, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar id-dritt li jbiddel mingħajr ħlas.

2.  Meta faddal tal-PEPP jesprimi l-intenzjoni li juża kompartiment fi Stat Membru ieħor, kif ikun offrut mill-fornitur tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jikseb l-informazzjoni li ġejja:

(a)   l-Istat Membru tar-residenza l-ġdid tal-faddal tal-PEPP;

(b)   id-data li minnha jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet jiġu indirizzati lill-kompartiment il-ġdid;

(c)   kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar modifiki possibbli fl-istrateġija ta' investiment adottata jew elementi oħra;

(ca)  jekk il-mobilità tikkonċernax trasferiment jew żieda.

3.  Mhux iktar tard minn tliet xhur wara l-wasla tat-talba skont il-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni sħiħa mingħajr ħlas u pariri skont il-Kapitolu IV, Taqsimiet II u III rigward il-kundizzjonijiet applikabbli għall-kompartiment il-ġdid.

4.  Il-kompartiment il-ġdid għandu jinfetaħ billi jiġi ffirmat kuntratt ġdid, jew billi jiġi emendat dak eżistenti, bejn il-faddal tal-PEPP u l-fornitur tal-PEPP, f'konformità mad-dritt kuntrattwali applikabbli. Id-data tal-ftuħ għandha tiġi ddefinita fil-kuntratt jew, fin-nuqqas ta' stipulazzjoni bħal din, il-kompartiment il-ġdid għandu jitqies miftuħ fid-data tal-iffirmar tal-kuntratt jew tal-emendar tiegħu.

Artikolu 16Trasferiment

tal-assi akkumulati bejn il-kompartimenti tal-PEPP

1.  Fuq it-talba tal-faddal tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jipproponi lill-faddal tal-PEPP biex jirranġa għat-trasferiment sħiħ jew parzjali ta' assi akkumulati u, fejn applikabbli, il-valur ta' ċessjoni, lil kompartimenti oħra tal-kont tal-PEPP.

1a.  Immedjatament wara li jirċievi l-applikazzjoni għat-trasferiment tad-depożiti li saru, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-implikazzjonijiet kollha ta' dan it-trasferiment tal-assi u dwar it-taxxi, l-ispejjeż u t-tariffi applikabbli marbuta mat-trasferiment u dwar il-konsegwenzi finanzjarji li jinżamm il-kompartiment eżistenti.

2.  It-trasferiment tal-assi skont il-paragrafu 1 għandu jkun possibbli mingħajr tpaċija in natura ta' dawn l-assi.

Artikolu 17Għoti ta' informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet nazzjonali

1.  L-arranġamenti kuntrattwali kollha għall-forniment tas-servizz ta' portabilità, kif ukoll kwalunkwe ftehim ta' sħubija kif definit b'dan ir-Regolament għandhom jiġu notifikati mill-fornitur tal-PEPP lill-EIOPA u, meta jkun xieraq, lill-ESMA.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata b'mod elettroniku f'bażi tad-data ċentrali miżmuma mal-EIOPA fi żmien xahar mill-ftuħ tal-kompartiment il-ġdid jew tas-sħubija l-ġdida. Il-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom jirċievu awtomatikament informazzjoni dwar il-kompartimenti lokali fil-każ ta' kwalunkwe bidla kif ukoll id-dettalji ta' kwalunkwe ftehim ta' sħubija eżistenti jew ġdid bejn il-fornituri u tal-inqas għandu jkun fiha:

(a)   l-identifikazzjoni tal-kompartiment (isem tal-faddal tal-PEPP; il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli; id-data tal-ftuħ tal-kompartiment u tas-sħubija);

(b)   l-ammont tal-assi ttrasferiti, jekk dan seħħ;

(c)   il-mod tat-trasferiment (bi tpaċija in natura jew mingħajrha tal-assi ttrasferiti).

KAPITOLU IVREKWIŻITI TA' DISTRIBUZZJONI U TA' INFORMAZZJONI

TAQSIMA IDispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 18Prinċipju ġenerali

Meta jwettqu attivitajiet ta' distribuzzjoni għall-PEPPs, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP dejjem għandhom jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali f'konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tal-PEPP tagħhom.

Artikolu 19Reġim ta' distribuzzjoni applikabbli għal tipi differenti ta' fornituri u ta' distributuri tal-PEPP

Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta' fornituri u ta' distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Kapitolu.

Artikolu 20Inċentivi

Fir-rigward tal-pagament jew tar-riċevuta ta' tariffi jew ta' kummissjonijiet jew tal-forniment jew ir-riċevuta ta' benefiċċji mhux monetarji▐, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP▐ għandhom jikkonformaw mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stabbiliti għad-ditti ta' investiment fl-Artikolu 24(7)(b), (8) u (9) tad-Direttiva 2014/65/UE. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, ir-referenza fl-Artikolu 24(9) tad-Direttiva 2014/65/KE għall-Artikolu 23 ta' dik id-Direttiva għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 21Distribuzzjoni elettronika u mezzi oħra li jservu għal żmien twil

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu pprovduti mingħajr ħlas lill-klijenti tal-PEPP, jew b'mod elettroniku jew fuq talba fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista' jaħżen tali informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. Fuq talba, il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b'xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll.

Artikolu 22Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta' governanza

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom iżommu, joperaw u jirrieżaminaw proċess għall-approvazzjoni ta' kull PEPP, jew adattamenti sinifikanti ta' PEPP eżistenti, qabel ma dan jiġi ddistribwit lill-klijenti tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull PEPP, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-PEPP jiġi ddistribwit lis-suq fil-mira identifikat.

Il-fornitur tal-PEPP għandu jifhem u jirrieżamina fuq bażi regolari l-PEPPs li jipprovdi, filwaqt li jqis kwalunkwe avveniment li jista' materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-inqas jivvaluta jekk il-PEPPs jibqgħux konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta' approprjazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-PEPP.

Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u jifhmu l-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikati ta' kull PEPP.

2.  Il-politiki, il-proċessi u l-arranġamenti msemmija f'dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra kollha skont jew li japplikaw bis-saħħa ta' dan ir-Regolament inklużi dawk b'rabta mad-divulgazzjoni, mal-idoneità u mal-adegwatezza, mal-identifikazzjoni u mal-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, ▌mal-inċentivi u mal-fatturi ESG.

TAQSIMA IIINFORMAZZJONI PREKUNTRATTWALI

Artikolu 23Dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP

1.  Qabel ma PEPP jiġi propost lill-faddala tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għal dak il-prodott f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu u għandu jippubblika d-dokument fuq is-sit web tiegħu.

2.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jikkostitwixxi informazzjoni prekuntrattwali. Dan għandu jkun eżatt, ġust u ċar, u ma għandux jiżgwida. Għandu jipprovdi tagħrif ewlieni u għandu jkun konsistenti ma' kwalunkwe dokument kuntrattwali vinkolanti, mal-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta' offerta u mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-PEPP.

3.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jkun dokument awtonomu, separat b'mod ċar mill-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. Huwa ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal materjal ta' kummerċjalizzazzjoni. Jista' jkun fih kontroreferenzi għal dokumenti oħra inkluż prospett, fejn applikabbli, u biss fejn il-kontroreferenza tkun relatata mat-tagħrif li jeħtieġ li jkun inkluż fid-dokument bit-tagħrif ewlieni.

3a.  B'deroga mill-paragrafu 3b, meta PEPP joffri lill-faddal tal-PEPP firxa ta' opzjonijiet għall-investimenti, b'tali mod li l-informazzjoni kollha fir-rigward ta' kull opzjoni ta' investiment sottostanti ma tkunx tista' tiġi pprovduta f'dokument uniku, konċiż u awtonomu, id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jipprovdi tal-anqas deskrizzjoni ġenerika tal-opzjonijiet ta' investiment sottostanti u jiddikjara fejn u kif tista' tinstab dokumentazzjoni ta' informazzjoni prekuntrattwali aktar dettaljata relatata mal-prodotti ta' investiment li jappoġġaw l-opzjonijiet ta' investiment sottostanti.

3b.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu jinkiteb b'mod konċiż, bl-użu ta' lingwaġġ ċar, konċiż u li jinftiehem u għandu jkun fih it-tagħrif ewlieni li l-faddala tal-PEPP jeħtieġu. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jiġi ppreżentat b'mod li jkun faċli li jinqara u għandu jikkonsisti f'mhux aktar minn tliet faċċati ta' karta daqs A4 meta stampat.

3c.   Minbarra d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala potenzjali tal-PEPP b'sommarju ta' u referenzi għal rapporti rilevanti dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, biex b'hekk dawn ikollhom aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

3d.  Il-faddala potenzjali tal-PEPP għandhom jingħataw ukoll informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-investimenti relatati mal-PEPP, li tkun tkopri s-snin li matulhom kien qed jopera l-PEPP.

3f.  Jekk jintużaw kuluri fid-dokument bit-tagħrif ewlieni, dawn ma għandhomx inaqqsu l-intelliġibilità tal-informazzjoni jekk id-dokument bit-tagħrif ewlieni jiġi stampat jew fotokopjat bl-iswed u l-abjad.

3g  Meta l-markar korporattiv jew il-logo tal-manifattur tal-PEPP jew tal-grupp li għalih jappartjeni jintuża fid-dokument bit-tagħrif ewlieni, dan ma għandux jaljena lill-faddal tal-PEPP mill-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew joskura t-test.

4.  Minbarra d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala potenzjali tal-PEPP referenzi għal kwalunkwe rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, biex b'hekk dawn ikollhom aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

6.  Biex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-EIOPA) ("ASE") għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-ASE, jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifika d-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut ta' kull wieħed mill-elementi ta' informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi ppreżentata din l-informazzjoni f'format standardizzat li jippermetti li jsir tqabbil.

Waqt li jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta' PEPPs, id-differenzi bejniethom u l-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP kif ukoll il-karatteristiċi tal-PEPPs sabiex jippermettu li l-faddal tal-PEPP jagħżel bejn investimenti sottostanti differenti jew opzjonijiet oħra li joffri l-prodott, inkluż fejn din l-għażla tista' sseħħ f'punti taż-żmien differenti, jew fejn tista' tinbidel fil-futur.

L-ASE għandhom jippreżentaw dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … .

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23a

L-informazzjoni fid-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP

1.  It-titolu "Dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP" għandu jidher b'mod prominenti fin-naħa ta' fuq tal-ewwel paġna tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu jiġi ppreżentat fis-sekwenza stabbilita fil-paragrafi 2 u 3.

2.  Immedjatament taħt it-titolu tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandha tidher nota spjegattiva. Din għandha taqra: "Dan id-dokument jagħtik tagħrif ewlieni dwar dan il-prodott tal-pensjoni. Mhuwiex materjal ta' kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, il-kostijiet, il-gwadanji u t-telf potenzjali ta' dan il-prodott u biex tgħinek tqabblu ma' prodotti oħrajn."

3.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu jinkludi, tal-inqas, l-informazzjoni li ġejja:

(a)  fil-bidu tad-dokument, l-isem tal-PEPP, jekk huwiex PEPP bażiku, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP u d-data tad-dokument;

(b)  jekk ikun il-każ, twissija dwar komprensjoni li għandha tgħid: "Se tixtri prodott li mhuwiex sempliċi u li jista' jkun diffiċli biex tifhmu";

(c)  taħt taqsima bit-titolu "X'inhu dan il-prodott?", in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, inkluż:

(i)  deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar u kemm huma ggarantiti, kif ukoll kemm huma soġġetti għal riskji, il-metodu ta' investiment u l-opzjonijiet disponibbli għall-ħlas u dikjarazzjoni li tagħti parir dwar il-ħlas għandhom jiġu pprovduti sena qabel l-irtirar;

(ii)  l-informazzjoni legali dwar l-età tal-irtirar fl-Istat Membru, inkluż jekk hemmx possibbiltà li wieħed jibqa' jikkontribwixxi għall-iskema wara l-irtirar;

(iii)  informazzjoni dwar it-trattament tat-taxxa tal-PEPP;

(iv)  informazzjoni dwar l-opzjonijiet ta' portabilità u s-servizz tal-bdil;

(v)  informazzjoni dwar il-possibbiltajiet u l-konsegwenzi ta' irtirar bikri mill-iskema tal-PEPP;

(vi)  informazzjoni disponibbli b'rabta mal-prestazzjoni tal-investiment tal-PEPP f'termini ta' fatturi ESG;

(vii)  l-objettiv tal-PEPP, inkluża speċifikazzjoni tas-swieq li l-PEPP jinvesti fihom;

(viii)  deskrizzjoni tat-tip ta' faddal ta' pensjoni li l-PEPP hu intiż li jiġi kkummerċjalizzat għalih, b'mod partikolari f'termini tal-kapaċità tiegħu li jkun jiflaħ għat-telf tal-investiment u l-orizzont tal-investiment;

(ix)  meta l-PEPP joffri benefiċċji tal-assigurazzjoni, id-dettalji ta' dawk il-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkostanzi li joħolquhom.

(d)  f'taqsima bit-titolu "X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?", deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li jinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)  indikatur tar-riskju sommarju, supplimentat minn spjegazzjoni narrattiva ta' dak l-indikatur, il-limitazzjonijiet ewlenin tiegħu u spjegazzjoni narrattiva tar-riskji li huma materjalment rilevanti għall-PEPP u li ma jkunux koperti b'mod adegwat mill-indikatur tar-riskju sommarju;

(ii)  it-telf massimu possibbli tal-kapital investit, inkluża informazzjoni dwar:

  xenarji tal-prestazzjoni xierqa u s-suppożizzjonijiet li saru sabiex dawn ġew prodotti;

  jekk ikun il-każ, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għar-redditi għall-faddala tal-PEPP jew il-limiti massimi tal-prestazzjoni inkorporati;

(e)  taħt taqsima bit-titolu "X'jiġri jekk [l-isem tal-manifattur tal-PEPP] ma jkunx jista' jħallas?", deskrizzjoni qasira ta' jekk it-telf relatat huwiex kopert minn skema ta' kumpens jew garanzija mill-investitur u jekk iva, liema skema hija, l-isem tal-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex;

(f)  taħt taqsima bit-titolu "X'inhuma l-kostijiet?", il-kostijiet assoċjati ma' investiment fil-PEPP, li jinkludu kemm il-kostijiet diretti kif ukoll dawk indiretti li għandhom jitħallsu mill-faddal tal-PEPP, inklużi l-kostijiet ta' darba u dawk rikorrenti, ippreżentati permezz ta' indikaturi sommarji ta' dawk il-kostijiet u, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, il-kostijiet aggregati totali espressi f'termini monetarji u perċentwali sabiex jintwerew l-effetti komposti tal-kostijiet totali fuq l-investiment.

Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi indikazzjoni ċara li l-konsulenti, id-distributuri jew kwalunkwe persuna oħra li tagħti pariri dwar il-PEPP jew li tbigħu se jipprovdu l-informazzjoni li tispjega fid-dettall kwalunkwe kost tad-distribuzzjoni li mhuwiex diġà inkluż fil-kostijiet speċifikati hawn fuq, sabiex il-faddala tal-PEPP ikunu jistgħu jifhmu l-effett kumulattiv li dawk il-kostijiet aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment;

(g)  taħt taqsima bit-titolu "Għal kemm żmien għandi nżommu u nista' nieħu l-flus qabel?"

(i)  meta jkun il-każ, jekk hemmx żmien biex wieħed jerġa' jaħsibha jew perjodu ta' kanċellazzjoni għall-PEPP;

(ii)  indikazzjoni tal-perjodu ta' parteċipazzjoni minimu rrakkomandat u, jekk ikun il-każ, dak meħtieġ;

(iii)  il-kapaċità li jsir kwalunkwe diżinvestiment, u l-kundizzjonijiet relatati, qabel il-maturità, inklużi t-tariffi u l-penali applikabbli kollha, filwaqt li jitqies il-profil tar-riskju u tal-gwadanji tal-PEPP u l-evoluzzjoni tas-suq li jimmira lejha;

(iv)  informazzjoni dwar il-konsegwenzi potenzjali ta' ħlas qabel tmiem it-terminu jew il-perjodu ta' parteċipazzjoni rrakkomandat, bħat-telf tal-protezzjoni tal-kapital jew ta' ħlasijiet ta' kontinġenza addizzjonali;

(h)  taħt taqsima bit-titolu "Kif nista' nressaq ilment?", informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista' jressaq ilment dwar il-prodott jew l-imġiba tal-manifattur tal-PEPP jew ta' persuna li tagħti pariri dwar il-prodott jew tbigħu;

(i)  taħt taqsima bit-titolu "Informazzjoni rilevanti oħra", indikazzjoni qasira ta' kwalunkwe dokument ta' informazzjoni addizzjonali li għandu jiġi pprovdut lill-faddal tal-PEPP fl-istadju prekuntrattwali u/jew postkuntrattwali, eskluż kwalunkwe materjal ta' kummerċjalizzazzjoni.

4.  Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni f'saffi meħtieġa skont il-paragrafu 3 għandha tkun permessa, fejn il-partijiet dettaljati tal-informazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta' pop-ups jew links għas-saffi li jakkumpanjawhom, sabiex jiġi żgurat li d-dokument bit-tagħrif ewlieni jkun jista' jissodisfa l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 23(5).

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' dan l-artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta mal-ASE, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji:

(a)  li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni u tal-kontenut ta' kull wieħed mill-elementi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa sabiex dik l-informazzjoni tiġi ppreżentata f'format standardizzat li jippermetti li jsir tqabbil;

(b)  li jispeċifikaw il-metodoloġiji ta' kalkolu meħtieġa għall-informazzjoni skont il-paragrafu 3(d)(i), 3(d)(iii) u 3(f);

(c)  li jispeċifikaw, fejn tkun permessa l-preżentazzjoni tal-informazzjoni f'saffi, liema mill-informazzjoni jenħtieġ li tkun fil-preżentazzjoni ewlenija u liema informazzjoni hija pprovduta fis-saffi addizzjonali ta' dettall.

Waqt li jkunu qed jiżviluppaw l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ASE għandhom jikkunsidraw id-diversi tipi ta' PEPPs, id-differenzi bejniethom u l-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP kif ukoll il-karatteristiċi tal-PEPPs sabiex jippermettu li l-faddal tal-PEPP jagħżel bejn investimenti sottostanti differenti jew opzjonijiet oħra li joffri l-prodott, inkluż fejn din l-għażla tista' sseħħ f'punti taż-żmien differenti, jew fejn tista' tinbidel fil-futur.

Artikolu 23b

Il-lingwa tad-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni tal-PEPP

1.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu jinkiteb bil-lingwi uffiċjali, jew għall-inqas b'waħda mil-lingwi uffiċjali, użati fil-parti tal-Istat Membru fejn jiġi distribwit il-PEPP, jew b'lingwa oħra aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' dak l-Istat Membru, jew fejn ikun inkiteb b'lingwa differenti, dan għandu jiġi tradott f'waħda minn dawn il-lingwi.

It-traduzzjoni għandha tirrifletti b'mod eżatt u preċiż il-kontenut tad-dokument bit-tagħrif ewlieni oriġinali.

2.  Jekk PEPP jiġi promoss fi Stat Membru permezz ta' dokumenti ta' kummerċjalizzazzjoni miktubin b'lingwa uffiċjali waħda jew aktar ta' dak l-Istat Membru, id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu tal-inqas jinkiteb bil-lingwi uffiċjali korrispondenti.

3.  Id-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni tal-PEPP għandu jkun disponibbli fuq talba f'format xieraq għall-faddala tal-PEPP b'indeboliment tal-vista jew tas-smigħ, kif ukoll għall-faddala tal-PEPP illitterati u b'livelli baxxi ta' litteriżmu.

Artikolu 23c

Reviżjoni tad-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni tal-PEPP

1.  Il-manifattur tal-PEPP għandu janalizza l-informazzjoni li tinsab fid-dokument bit-tagħrif ewlieni b'mod regolari u għandu jirrevedi d-dokument fejn l-analiżi tindika li hemm bżonn isir tibdil. Il-verżjoni riveduta għandha ssir disponibbli fil-pront.

2.  Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)  il-kundizzjonijiet għar-rieżami tal-informazzjoni inkluża fid-dokument bit-tagħrif ewlieni;

(b)  il-kundizzjonijiet li taħthom irid jiġi rivedut id-dokument bit-tagħrif ewlieni;

(c)  il-kundizzjonijiet speċifiċi li taħthom trid tiġi analizzata l-informazzjoni inkluża fid-dokument bit-tagħrif ewlieni jew jiġi rivedut id-dokument bit-tagħrif ewlieni meta PEPP ikun disponibbli għall-faddala tal-PEPP b'mod mhux kontinwu;

(d)  iċ-ċirkostanzi li fihom il-faddala tal-PEPP għandhom jiġu infurmati dwar dokument rivedut bit-tagħrif ewlieni għal PEPP mixtri minnhom, kif ukoll il-mezzi li bihom għandhom jiġu infurmati l-faddala tal-PEPP.

L-ASE għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Qiegħda tiġi delegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 23dKomunikazzjoni ta' Kummerċjalizzazzjoni

Il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li fihom informazzjoni speċifika relatata mal-PEPP ma għandhom jinkludu l-ebda dikjarazzjoni li tikkontradixxi l-informazzjoni li tinsab fid-dokument bit-tagħrif ewlieni jew li tnaqqas is-sinifikat tad-dokument bit-tagħrif ewlieni. Il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom jindikaw li d-dokument bit-tagħrif ewlieni huwa disponibbli u jipprovdu informazzjoni dwar kif dan jista' jinkiseb u minn fejn, inkluż is-sit elettroniku tal-manifattur tal-PEPP.

Artikolu 23e

Responsabbiltà ċivili

1.  Il-manifattur tal-PEPP ma għandux isostni responsabbiltà ċivili abbażi biss tad-dokument bit-tagħrif ewlieni, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx żgwidanti, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tad-dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali legalment vinkolanti jew mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23.

2.  Konsumatur tal-PEPP li juri telf li jirriżulta minn dipendenza fuq dokument bit-tagħrif ewlieni fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, meta jkun qed isir investiment fil-PEPP li għalih dak id-dokument bit-tagħrif ewlieni kien prodott, jista' jitlob riżarċiment tad-dannu mill-manifattur tal-PEPP għal dak it-telf f'konformità mal-liġi nazzjonali.

3.  Elementi bħal "telf" jew "dannu" kif imsemmija fil-paragrafu 2, u li mhumiex definiti, għandhom jiġu interpretati u applikati f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli kif determinat mir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat.

4.  Dan l-Artikolu ma jeskludix pretensjonijiet ulterjuri ta' responsabbiltà ċivili f'konformità mal-liġi nazzjonali.

5.  L-obbligi skont dan l-Artikolu la għandhom ikunu limitati u lanqas rinunzjati minn klawżoli kuntrattwali.

Artikolu 23f

Elementi tal-Assigurazzjoni

Meta d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP jikkonċerna kuntratt ta' assigurazzjoni, l-obbligi tal-impriżi tal-assigurazzjoni huma biss lejn id-detentur tal-polza tal-kuntratt tal-assigurazzjoni u mhux lejn il-benefiċjarju tal-kuntratt tal-assigurazzjoni.

Artikolu 23g

Forniment tad-dokument bit-tagħrif ewlieni

1.  Persuna li tagħti pariri dwar PEPP, jew li tbigħu, għandha tipprovdi d-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni lill-faddala tal-PEPP biżżejjed żmien qabel ma dawk il-faddala tal-PEPP jintrabtu b'xi kuntratt jew offerta relatati ma' dak il-PEPP.

2.  Persuna li tagħti pariri dwar PEPP, jew li tbigħu, tista' tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 billi tipprovdi d-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni lil persuna li jkollha mandat bil-miktub sabiex tieħu deċiżjonijiet ta' investiment f'isem faddal tal-PEPP fir-rigward tat-tranżazzjonijiet konklużi fl-ambitu ta' dak il-mandat bil-miktub.

Artikolu 23h

Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-faddala tal-PEPP relatata mad-distribuzzjoni

1.  Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jiżguraw li, fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat ma' PEPP, il-fornituri, l-intermedjarji jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP jew lill-faddala potenzjali tal-PEPP mill-inqas bl-informazzjoni li ġejja:

(a)  jekk ikollhomx parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital f'fornitur partikolari ta' PEPP;

(b)  fir-rigward tal-kuntratti proposti jew li ngħataw pariri dwarhom, jekk:

(i)  fornitur tal-PEPP jew impriża prinċipali ta' fornitur tal-PEPP ikollhomx parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital fl-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP;

(ii)  jagħtux pariri abbażi ta' analiżi ġusta u personali;

(iii)  humiex taħt obbligu kuntrattwali li jwettqu negozju ta' distribuzzjoni esklussivament ma' fornitur wieħed jew aktar tal-PEPP, f'liema każ huma għandhom jipprovdu l-ismijiet ta' dawk il-fornituri tal-PEPP; jew

(iv)  ma jkunux taħt obbligu kuntrattwali li jwettqu negozju ta' distribuzzjoni esklussivament ma' fornitur wieħed jew aktar tal-PEPP u ma jagħtux pariri abbażi ta' analiżi ġusta u personali, f'liema każ huma għandhom jipprovdu l-ismijiet tal-fornituri tal-PEPP li magħhom jistgħu u fil-fatt iwettqu n-negozju tagħhom;

(c)  in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta b'rabta mal-kuntratt;

(d)  jekk b'rabta mal-kuntratt, huma jaħdmux fuq il-bażi ta':

(i)  tariffa, jiġifieri r-rimunerazzjoni mħallsa direttament mill-faddal tal-PEPP;

(ii)  kummissjoni ta' kwalunkwe tip, jiġifieri r-rimunerazzjoni inkluża fil-kostijiet u l-imposti tad-distribuzzjoni tal-PEPP;

(iii)  kwalunkwe tip ieħor ta' rimunerazzjoni, inkluż benefiċċju ekonomiku ta' kwalunkwe tip offrut jew mogħti inkonnessjoni mal-kuntratt; jew

(iv)  kombinazzjoni ta' kwalunkwe tip ta' rimunerazzjoni kif stabbilit fil-punti (i), (ii) u (iii).

2.  Meta t-tariffa titħallas direttament mill-faddal tal-PEPP, l-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-ammont tat-tariffa jew, meta dak ma jkunx possibbli, dwar il-metodu sabiex tiġi kkalkolata t-tariffa.

3.  Jekk xi pagamenti, minbarra l-pagamenti skedati, isiru mill-faddal tal-PEPP skont il-kuntratt wara l-konklużjoni tiegħu, l-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP għandu jagħmel ukoll id-divulgazzjonijiet f'konformità ma' dan l-Artikolu għal kull pagament bħal dan.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta' kuntratt, il-fornitur ta' PEPP jikkomunika lill-faddal tal-PEPP dwar in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta mill-impjegati tiegħu fir-rigward tal-kuntratt.

5.  Jekk xi pagamenti, minbarra l-pagamenti skedati, isiru mill-faddal tal-PEPP skont il-kuntratt wara l-konklużjoni tiegħu, il-fornitur tal-PEPP għandu jagħmel ukoll id-divulgazzjonijiet f'konformità ma' dan l-Artikolu għal kull pagament bħal dan.

6.  Għandha tingħata informazzjoni xierqa, fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta' kuntratt, lil faddala tal-PEPP jew faddala potenzjali tal-PEPP fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-PEPP, u fir-rigward tal-kostijiet kollha u l-kostijiet relatati. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)  meta jingħata parir, jekk l-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP għandux jipprovdi lill-faddala tal-PEPP b'valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-PEPP irrakkomandat lil dawk il-faddala tal-PEPP;

(b)  fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kostijiet kollha u l-kostijiet relatati li għandhom jiġu divulgati, informazzjoni relatata mad-distribuzzjoni tal-PEPP, inkluż il-kost tal-parir, fejn rilevanti, il-kost tal-PEPP irrakkomandat jew ikkummerċjalizzat lill-faddal tal-PEPP u kif il-faddal tal-PEPP jista' jħallas għalih, li tinkludi wkoll kwalunkwe pagament ta' partijiet terzi f'konformità mal-Artikolu 28.

7.  L-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu 3 għandha tiġi pprovduta f'format standardizzat li jippermetti t-tqabbil u f'forma komprensibbli b'tali mod li l-faddala tal-PEPP jkunu kapaċi b'mod raġonevoli jifhmu n-natura u r-riskji li jikkonċernaw il-PEPP offrut u, konsegwentement, jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment fuq bażi informata.

8.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 62 sabiex tispeċifika:

(a)  il-kundizzjonijiet li l-informazzjoni trid tkun konformi magħhom sabiex tkun ġusta, ċara u mhux żgwidanti, inklużi l-kriterji li fuqhom għandu jkun ibbażat il-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 2;

(b)  id-dettalji dwar il-kontenut u l-format tal-informazzjoni lill-faddala tal-PEPP fir-rigward tal-fornituri tal-PEPP, l-intermedjarji u d-distributuri, kif ukoll il-kostijiet u l-kostijiet.

Taqsima IIIPariri ▌

Artikolu 25Speċifikazzjoni tat-talbiet u tal-ħtiġijiet u l-għoti ta' pariri

1.  Qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP ▌ta' dan ir-Regolament għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba mingħand il-fornitur tal-PEPP, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta' dak il-faddal tal-PEPP u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f'forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista' jieħu deċiżjoni informata.

Kwalunkwe kuntratt propost għandu jkun konsistenti mat-talbiet u mal-ħtiġijiet ta' rtirar tal-faddala tal-PEPP, inklużi d-drittijiet tal-pensjoni akkumulati.

2.  Il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP.

3.   Meta fornitur tal-PEPP jew distributur jinforma lill-faddal tal-PEPP li huwa jagħti pariri fuq bażi indipendenti, dan għandu jagħti dak il-parir fuq il-bażi ta' analiżi ta' numru kbir biżżejjed ta' prodotti tal-pensjoni personali disponibbli fis-suq biex ikun jista' jagħmel rakkomandazzjoni personali, f'konformità mal-kriterji professjonali, rigward liema kuntratt relatat mal-PEPP ikun adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP u jinkludi wkoll il-fatturi li jistgħu joħolqu riskju għall-faddal tal-PEPP.

4.  Meta jagħti pariri fi kwalunkwe stadju matul il-kuntratt, il-fornitur tal-PEPP għandu jikseb l-informazzjoni meħtieġa rigward l-għarfien u l-esperjenza tal-faddal tal-PEPP fil-qasam ta' investiment rilevanti għall-PEPP, is-sitwazzjoni finanzjarja ta' dik il-persuna, inkluża l-kapaċità tagħha li ġġarrab telf u l-objettivi ta' investiment tagħha, inkluża t-tolleranza tagħha għar-riskju sabiex il-fornitur, l-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP ikun jista' jirrakkomanda lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP liema huwa l-PEPP adattat għalih u, b'mod partikolari, liema huwa konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju u mal-kapaċità tiegħu li jġarrab telf.

4a.  Fil-każ ta' PEPP Bażiku, faddal tal-PEPP għandu jiġi infurmat dwar l-opzjoni ta' investiment applikabbli.

4b.  Jistgħu jingħataw pariri permezz ta' mezzi diġitali, fir-rigward tar-regoli kollha stipulati f'dan ir-Regolament.

5.  Il-fornituri, id-distributuri u l-intermedjarji tal-PEPP għandhom jiżguraw u juru lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta' dawn, li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri dwar il-PEPPs għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta' tali għarfien u kompetenza.

TAQSIMA IVINFORMAZZJONI MATUL IT-TERMINU TAL-KUNTRATT

Artikolu 27Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom ifasslu dokument konċiż ippersonalizzat li jkun fih it-tagħrif ewlieni għal kull faddal tal-PEPP b'kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u ta' leġiżlazzjoni rilevanti, inklużi l-liġijiet soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali ("Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP"). It-titlu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem "Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP".

2.  Id-data eżatta li għaliha tirreferi l-informazzjoni mniżżla fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tiġi ddikjarata b'mod prominenti.

3.  Barra minn hekk, il-faddal tal-PEPP għandu jinżamm informat tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

(a)   il-kundizzjonijiet tal-polza, kemm ġenerali kif ukoll speċjali;

(b)   l-isem tal-impriża tal-fornitur tal-PEPP, il-forma ġuridika tagħha jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha u, fejn xieraq, tal-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt;

(c)   l-informazzjoni kollha li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 23(2) sa (5) fil-każ ta' tibdil fil-kundizzjonijiet tal-PEPP jew ta' emenda fil-liġi applikabbli għall-kuntratt relatat mal-PEPP;

(d)   informazzjoni dwar kif il-polza ta' investiment tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

3a.  L-informazzjoni inkluża fir-Rapport tal-Benefiċċji tal-PEPP għandha tkun preċiża, aġġornata u titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kull faddal tal-PEPP mingħajr ħlas permezz ta' mezzi elettroniċi, inkluż fuq mezz li jservi għal żmien twil jew permezz ta' sit web, jew f'forma stampata, mill-inqas darba fis-sena. Għandha tiġi pprovduta kopja stampata lill-faddala tal-PEPP fuq talba flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi. Kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni li tinsab fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP meta mqabbla mas-sena preċedenti għandha tiġi indikata b'mod ċar.

Artikolu 28Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP

1.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jinkludi mill-inqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-faddala tal-PEPP:

(a)   id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP, isem il-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni, informazzjoni dwar l-intitolamenti akkumulati jew il-kapital akkumulat, il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza u informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema tal-PEPP▐;

(b)   indikazzjoni ċara tal-età statutorja tal-irtirar tal-faddal tal-PEPP, tal-età tal-irtirar stipulata fl-iskema tal-pensjoni jew stmata mill-fornitur tal-PEPP, jew tal-età tal-irtirar stabbilita mill-faddal tal-PEPP, kif applikabbli u jekk ikun differenti mill-età tal-irtirar, mill-bidu mistenni tal-fażi ta' dekumulazzjoni;

(c)    isem il-fornitur tal-PEPP u l-indirizz tiegħu, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-iskema tal-PEPP tal-faddal;

(d)   informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni bbażati fuq l-età tal-irtirar kif speċifikata fil-punt (b), u dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li dawk il-projezzjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji li jirċievi l-faddal. Jekk il-projezzjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju tal-aħjar stima u xenarju sfavorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema tal-PEPP;

(e)   informazzjoni dwar l-intitolamenti akkumulati jew il-kapital akkumulat, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema tal-PEPP;

(ea)  informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet imħallsa minn kwalunkwe parti terza u mill-faddal tal-PEPP, tal-inqas matul l-aħħar 12-il xahar, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema tal-PEPP;

(eb)  informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-iskema tal-PEPP kollha kemm hi jew, fejn ikun rilevanti, tal-għażla ta' investiment tal-faddal tal-PEPP, ippreżentata f'tabella li tkopri l-prestazzjoni għal kwalunkwe snin disponibbli;

(ec)  diżaggregazzjoni tal-kostijiet imnaqqsa mill-fornitur tal-PEPP tal-inqas tul l-aħħar 12-il xahar, li tindika l-kostijiet tal-amministrazzjoni, il-kostijiet tas-salvagwardja tal-assi, il-kostijiet relatati mat-tranżazzjonijiet f'portafoll u kostijiet oħra, kif ukoll stima tal-impatt tal-kostijiet fuq il-benefiċċji finali;

(ed)  informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema tal-PEPP kollha kemm hi;

(ef)  informazzjoni dwar il-politika ta' investiment marbuta ma' fatturi ESG.

2.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni għandu jispeċifika fejn u kif tista' tinkiseb l-informazzjoni supplimentari, inkluża: informazzjoni prattika ulterjuri dwar l-għażliet offruti lill-faddala tal-PEPP fil-qafas tal-iskema tal-PEPP.

3.  F'konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew u mas-superviżuri nazzjonali, l-EIOPA għandha tadotta abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-regoli li jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni msemmija fil-punt (a), il-preżentazzjoni tal-prestazzjoni fl-imgħoddi msemmija fil-punt (eb) u l-preżentazzjoni tal-kostijiet imsemmija fil-punt (ec) tal-paragrafu 1. Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati mill-fornituri tal-PEPP biex jiddeterminaw, fejn rilevanti, ir-rata annwali ta' redditu nominali fuq l-investiment, ir-rata annwali ta' inflazzjoni u t-tendenza tal-pagi fil-futur.

L-EIOPA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... . Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 29Informazzjoni supplimentari

1.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jispeċifika fejn u kif tista' tinkiseb l-informazzjoni supplimentari, inklużi:

(a)   informazzjoni prattika ulterjuri dwar l-opzjonijiet offruti lill-faddala tal-PEPP fil-qafas tal-iskema tal-PEPP, inklużi l-opzjonijiet ta' portabilità;

(b)   informazzjoni dwar il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-fornitur tal-PEPP, b'kunsiderazzjoni ta' kull skema tal-PEPP operata minn dak il-fornitur u, fejn applikabbli, il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali għal kull skema tal-PEPP;

(d)   fejn applikabbli, informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet użati għall-ammonti espressi f'annwalitajiet, b'mod partikolari fir-rigward tar-rata tal-annwalità, tat-tip ta' fornitur tal-PEPP u tad-durata tal-annwalità;

(e)   informazzjoni dwar il-livell ta' benefiċċji, fil-każ ta' tifdija bikrija.

2.  Fir-rigward tal-iskemi tal-PEPP li fihom il-faddala tal-PEPP iġarrbu riskju tal-investiment u fejn tiġi imposta fuq il-faddal tal-PEPP għażla ta' investiment b'regola partikolari speċifikata fl-iskema tal-PEPP, ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jindika fejn hemm iktar informazzjoni disponibbli.

2a.  Fir-rigward tal-iskemi tal-PEPP li fihom il-faddala tal-PEPP iġarrbu riskju tal-investiment u fejn tiġi imposta fuq il-faddal tal-PEPP opzjoni ta' investiment b'regola partikolari speċifikata fl-iskema tal-PEPP, ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jindika fejn hemm iktar informazzjoni disponibbli.

2b.  L-informazzjoni għandha tkun faċilment disponibbli permezz ta' mezzi elettroniċi u mingħajr ħlas.

2c.  Fuq it-talba ta' faddal tal-PEPP jew ta' benefiċjarju tal-PEPP jew tar-rappreżentanti tagħhom, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

(a)  il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, jew meta fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għal iktar minn skema tal-PEPP waħda, il-kontijiet u r-rapporti li jirrigwardaw l-iskema tal-PEPP partikolari tagħhom;

(b)  id-dikjarazzjoni tal-prinċipji tal-politika ta' investiment, imsemmija fil-punt (ef) tal-Artikolu 28(1);

(c)  kull informazzjoni addizzjonali dwar is-suppożizzjonijiet użati biex jiġu ġġenerati l-projezzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 28(1).

2d.  L-informazzjoni għandha tkun faċilment disponibbli permezz ta' mezzi elettroniċi u mingħajr ħlas.

3.  L-EIOPA, wara l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u f'dan l-Artikolu.

L-EIOPA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [fi żmien 9 xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 30Informazzjoni li għandha tingħata lill-faddala tal-PEPP matul il-fażi ta' qabel l-irtirar u lill-benefiċjarji tal-PEPP matul il-fażi ta' dekumulazzjoni

1.  Minbarra r-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu lil kull faddal tal-PEPP, tal-inqas sena qabel l-età tal-irtirar kif speċifikata fl-Artikolu 30, jew fuq talba tal-faddal tal-PEPP, informazzjoni dwar l-għażliet disponibbli għall-ħlas tal-benefiċċji meta jieħdu l-benefiċċji tal-irtirar tagħhom.

2.  Sena qabel il-fażi tal-irtirar, għandha tintbagħat komunikazzjoni lill-faddal tal-PEPP sabiex jiġi informat dwar il-bidu sussegwenti tal-fażi ta' dekumulazzjoni u l-formoli possibbli ta' pagament.

TAQSIMA VRAPPORTAR LILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI

Artikolu 32Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtorità tal-Istat Membru tad-domiċilju u, jekk ikun il-każ, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, l-informazzjoni li hi neċessarja għall-finijiet tas-superviżjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni neċessarja biex jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin meta jitwettaq proċess tar-rieżami superviżorju:

(a)   għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-fornituri tal-PEPP, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta' valutazzjoni applikati għall-finijiet tas-solvibbiltà, ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta' immaniġġjar tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(b)   biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa li jirriżultaw mit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi superviżorji tagħhom.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a)   li jiddeterminaw in-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li huma jeħtieġu li l-fornituri tal-PEPP jippreżentaw fil-mumenti li ġejjin:

(i)   f'perjodi stipulati minn qabel;

(ii)   mas-seħħ ta' avvenimenti stipulati minn qabel;

(iii)   matul inkjesti rigward is-sitwazzjoni ta' fornitur tal-PEPP;

(b)   biex jiksbu mingħand il-fornituri tal-PEPP kwalunkwe informazzjoni dwar kuntratti li huma miżmuma mill-fornituri tal-PEPP jew rigward kuntratti li jidħlu fihom ma' partijiet terzi; u

(c)   biex jitolbu informazzjoni mingħand esperti esterni, bħal awdituri u attwarji.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)   elementi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(b)   elementi storiċi, attwali jew prospettivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(c)   data minn għejun interni jew esterni, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom.

4.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha:

(a)   tirrefletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-fornitur tal-PEPP ikkonċernat, u b'mod partikolari r-riskji inerenti f'dak in-negozju;

(b)   tkun aċċessibbli, sħiħa f'kull aspett materjali, kumparabbli u konsistenti matul iż-żmien;

(c)   tkun rilevanti, affidabbli u komprensibbli.

5.  Il-fornituri tal-PEPP għandu jkollhom sistemi u strutturi xierqa fis-seħħ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 kif ukoll politika miktuba, approvata mill-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-fornitur tal-PEPP, biex jiżguraw l-adegwatezza kontinwa tal-informazzjoni ppreżentata.

6.  Fuq talba indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti, l-EIOPA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni ppreżentata mill-fornituri tal-PEPP.

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 62 li jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, bl-għan li tiżgura l-konverġenza sal-punt xieraq tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar għall-konsumatur, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa … [fi żmien disa' (9) xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

KAPITOLU VFAŻI TA' AKKUMULAZZJONI

TAQSIMA IREGOLI TA' INVESTIMENT GĦALL-FORNITURI TAL-PEPP

Artikolu 33Regoli ta' investiment

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom jinvestu f'konformità mar-regola tal-"persuna prudenti" u b'mod partikolari f'konformità mar-regoli li ġejjin:

(a)   l-assi li jikkorrispondu għall-PEPP għandhom jiġu investiti fl-aħjar interessi fuq terminu twil tal-faddala tal-PEPP inġenerali. Fil-każ ta' kunflitt ta' interessi potenzjali, il-fornitur tal-PEPP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tiegħu, għandhom jiżguraw li l-investiment isir fl-interess uniku tal-faddala tal-PEPP;

(aa)  l-assi li jikkorrispondu għall-PEPP għandhom jiġu investiti b'mod li jimmitiga r-riskji relatati ma' fatturi ESG u li jqis l-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment fuq fatturi ESG.

(b)   l-assi għandhom ikunu investiti b'mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;

(c)   l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f'assi li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq finanzjarju regolat għandu f'kull każ jinżamm f'livelli prudenti;

(d)   investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta' investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont tal-assi sottostanti, u inklużi fil-valwazzjoni tal-assi ta' fornitur tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jevitaw ukoll milli kontroparti waħda u operazzjonijiet derivattivi oħra jiġu skoperti eċċessivament għar-riskji;

(e)  l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b'tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta' impriżi u akkumulazzjonijiet ta' riskju fil-portafolli kollha kemm huma. Investimenti f'assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-fornitur tal-PEPP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta' riskji;

(f)  l-assi ma għandhomx jiġu investiti f'ġurisdizzjoni ta' riskju għoli u li ma tikkooperax identifikata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2017 dwar il-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa jew f'ġurisdizzjonijiet ta' riskju għoli u li ma jikkooperawx identifikati mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1675;

(g)  il-fornitur tal-PEPP ma għandux jiskopri lilu nnifsu għal riskji li jirriżultaw minn ingranaġġ eċċessiv u minn trasformazzjoni ta' maturità eċċessiva.

2.  Ir-regoli stipulati fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 japplikaw biss sa fejn ma jkun hemm ebda dispożizzjoni iktar strinġenti fil-leġiżlazzjoni settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP.

TAQSIMA IIREGOLI TA' INVESTIMENT GĦALL-FADDALA TAL-PEPP

Artikolu 34Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom joffru PEPP Bażiku u jistgħu joffru opzjonijiet alternattivi ta' investiment.

3.  L-opzjonijiet ta' investiment kollha għandhom jitfasslu mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jiżguraw protezzjoni suffiċjenti għall-faddala tal-PEPP.

Artikolu 35Għażla minn fost l-opzjoni ta' investiment mill-faddal tal-PEPP

Il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel opzjoni ta' investiment wara li jirċievi l-informazzjoni, il-pariri u l-istrument ta' appoġġ għad-deċiżjonijiet rilevanti, mal-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP.

Artikolu 36Kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta' investiment magħżula

1.  It-termini għall-modifika tal-opzjoni ta' investiment għandhom jiġu elenkati fil-kuntratt tal-PEPP.

Artikolu 37

Il-PEPP Bażiku

1.  Il-PEPP bażiku għandu jkun prodott sikur u kosteffiċjenti li jkun jista' jinkiseb faċilment, anki b'mezzi diġitali, f'kull Stat Membru. Jirrappreżenta l-opzjoni prestabbilita ta' investiment.

1a.  It-teknika ta' mitigazzjoni tar-riskji applikata għall-PEPP bażiku għandha tkun konsistenti mal-objettiv li l-faddal tal-PEPP ikun jista' jirkupra l-kapital investit.

2.  Il-kostijiet u t-tariffi ġenerali għall-PEPP Bażiku ma għandhomx jaqbżu l-1 % tal-kapital akkumulat kull sena.

Artikolu 39Att delegat dwar l-opzjonijiet ta' investiment

1.  L-użu ta' tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għandu jiżgura li l-istrateġija ta' investiment għall-PEPP titfassal b'tali mod li jinbena dħul individwali stabbli u adegwat wara l-irtirar fil-ġejjieni mill-PEPP u jiġi żgurat trattament ġust tal-ġenerazzjonijiet kollha ta' faddala tal-PEPP. It-tekniki applikabbli tal-mitigazzjoni tar-riskju għandhom jinkludu dispożizzjonijiet (a) jew (b), jew kombinazzjoni tagħhom, u jistgħu jiġu kkomplementati bid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'(c):

(a)  dispożizzjonijiet għall-adattament gradwali tal-allokazzjoni tal-investiment sabiex jiġu mmitigati r-riskji finanzjarji tal-investimenti għal koorti li jikkorrispondu għat-tul ta' żmien li fadal (ċiklu tal-ħajja);

(b)  dispożizzjonijiet li jistabbilixxu riżervi minn kontribuzzjonijiet jew redditi ta' investiment, li għandhom jiġu allokati lill-faddala tal-PEPP b'mod ġust u trasparenti, biex jiġi mmitigat it-telf mill-investiment (garanzija kapitali);

(c)  dispożizzjonijiet għall-użu ta' garanziji finanzjarji xierqa sabiex jipproteġu kontra t-telf mill-investiment.

2.  Jekk PEPP taħt l-Artikolu 37 ta' din id-Direttiva jiġi offrut mingħajr ir-rekwiżit tal-punt (a) jew abbażi ta' kombinazzjoni tad-dispożizzjonijiet taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jispjega b'mod ċar l-eżistenza ta' PEPP ibbażat unikament fuq il-garanziji tal-kapital, ir-raġunijiet għar-rakkomandazzjoni ta' PEPP ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet tal-punti (b) u (c) jew kombinazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, u juri b'mod ċar kwalunkwe riskju addizzjonali li dawn jistgħu jinvolvu meta mqabbel ma' tali PEPP ibbażati fuq garanzija tal-kapital, f'format miktub.

3.  Sabiex jiġu stabbiliti kriterji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju effikaċi li jistgħu jiġu applikati b'mod konsistenti, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tad-dispożizzjonijiet għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju. L-EIOPA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [xxx wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10-14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

TAQSIMA IIIASPETTI OĦRA TAL-FAŻI TA' AKKUMULAZZJONI

Artikolu 40Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta' akkumulazzjoni

Sakemm ma jiġux speċifikati f'dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta' akkumulazzjoni ▐għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, u ma għandhomx ikunu inqas favorevoli mir-regoli nazzjonali applikabbli.

KAPITOLU VI

PROTEZZJONI TAL-INVESTITUR

Artikolu 41Id-depożitarju

1.  Meta l-fornitur tal-PEPP ikun istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali jew ditta tal-investiment kif imsemmi fl-Artikolu 5(1), dan jista' jaħtar depożitarju wieħed jew iktar għas-salvagwardja tal-assi u għad-dmirijiet ta' sorveljanza.

2.  Għall-ħatra tad-depożitarju u għall-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu, l-Artikolu 33(5), (6) u (7) tad-Direttiva 2016/2341/UE għandu jiġi applikat kif xieraq.

3.  Għas-salvagwardji tal-assi u tal-obbligazzjoni tad-depożitarju, l-Artikolu 34(1) u (2) tad-Direttiva 2016/2341/UE għandu jiġi applikat kif xieraq. Id-depożitarju għandu jkun responsabbli fir-rigward tal-fornitur tal-PEPP u tal-faddala tal-PEPP għal kwalunkwe telf imġarrab minnhom minħabba n-nuqqas inġustifikabbli min-naħa tiegħu li jwettaq l-obbligi tiegħu jew l-eżekuzzjoni mhux xierqa min-naħa tiegħu ta' dawn. Ir-responsabbiltà tad-depożitant ma għandhiex tkun affettwata mill-fatt li dan ikun inkariga lil parti terza l-assi kollha jew uħud mill-assi li għandu taħt is-salvagwardja tiegħu.

4.  Għad-dmirijiet ta' sorveljanza ta' depożitarju, l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2016/2341/UE għandu jiġi applikat kif xieraq.

Artikolu 42

Kopertura tar-riskji bijometriċi

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, il-fornituri tal-PEPP jistgħu joffru PEPPs b'għażla supplementari li tiżgura l-kopertura tar-riskju għal riskji bijometriċi. ▌

Artikolu 43Ilmenti

1.  Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jimplimentaw u japplikaw proċeduri adegwati u effettivi għar-riżoluzzjoni ta' tilwim għas-soluzzjoni ta' lmenti ppreżentati minn klijenti tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.  Dawk il-proċeduri għandhom jiġu applikati f'kull Stat Membru fejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP joffri s-servizzi tiegħu u għandhom ikunu disponibbli b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti kif magħżula mill-klijent tal-PEPP, jew b'lingwa oħra jekk din tkun maqbula bejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP.

3.  Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, fuq mezz stampat jew, jekk dan ikun maqbul bejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP, fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, għall-ilmenti tal-klijenti tal-PEPP. It-tweġiba għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perjodu adegwat u mhux iktar tard minn fi żmien 15-il jum ta' xogħol minn meta jkun ġie riċevut l-ilment. F'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta' xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur jew tad-distributur tal-PEPP, hu għandu jkun obbligat jibgħat tweġiba provviżorja, li tindika b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-klijent tal-PEPP għandu jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż il-35 jum ta' xogħol.

4.  Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinformaw lill-klijent tal-PEPP dwar tal-inqas entità waħda ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li hi kompetenti biex tindirizza t-tilwimiet li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tal-PEPP skont dan ir-Regolament.

5.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandha tissemma b'mod ċar, li jinftiehem u li hu faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-fornitur jew tad-distributur tal-PEPP, fil-fergħa, u fil-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP. Din għandha tispeċifika kif tista' tiġi aċċessata informazzjoni ulterjuri dwar l-entità kkonċernata tal-ADR u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.

6.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-klijenti tal-PEPP u lil partijiet interessati oħra, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-allegat ksur ta' dan ir-Regolament min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri tal-PEPP. Fil-każijiet kollha, min jagħmel ilment għandu jirċievi risposta.

6a.   L-awtorità kompetenti tal-istabbiliment prinċipali jew tal-istabbiliment waħdieni tal-fornitur jew tad-distributur għandha tkun kompetenti biex taġixxi bħala awtorità kompetenti ewlenija għall-forniment transfruntier tal-PEPPs.

6b.   F'każijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-ilmentatur jista' jagħżel li jressaq l-ilment tiegħu permezz tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tiegħu stess, irrispettivament minn fejn ikun seħħ il-ksur. Għaldaqstant, u minkejja l-paragrafu 6a, kull awtorità kompetenti għandha tkun kompetenti biex tittratta lment imressaq lilha jew ksur possibbli ta' dan ir-Regolament, jekk is-suġġett ikun jirrigwarda stabbiliment fl-Istat Membru tagħha jew jekk dan jaffettwa b'mod sostanzjali lill-faddala tal-PEPP fl-Istat Membru tagħha. F'każijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ewlenija mingħajr dewmien dwar dik il-kwistjoni.

6c.   F'każ li ma jkun hemm l-ebda ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, għandha tapplika l-proċedura ta' soluzzjoni tat-tilwim prevista fl-Artikolu 56.

KAPITOLU VIIBDIL TAL-FORNITURI TAL-PEPP

Artikolu 45Forniment tas-servizz tal-bdil

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu servizz tal-bdil li, fuq talba tal-faddal tal-PEPP, jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv minn kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tat-trasferiment għal kont ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur riċevitur, bl-għeluq tal-kont tal-PEPP preċedenti.

Is-servizz tal-bdil jista' jiġi pprovdut mill-fornituri tal-PEPP stabbiliti fl-istess Stat Membru (bdil domestiku) jew fi Stati Membri differenti (bdil transfruntier).

Fil-każ ta' bdil domestiku, il-fornituri tal-PEPP huma obbligati li jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar kwalunkwe servizz tal-bdil li jipprovdu lill-faddala tal-PEPP. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom jimmonitorjaw il-konformità tal-fornituri tal-PEPP ma' dan il-Kapitolu fuq bażi regolari.

Fil-każ ta' bdil transfruntier, il-fornituri tal-PEPP huma meħtieġa jinfurmaw lill-EIOPA bi kwalunkwe servizz tal-bdil li huma jipprovdu lill-faddala tal-PEPP. L-EIOPA għandha timmonitorja l-konformità tal-fornituri tal-PEPP ma' dan il-Kapitolu fuq bażi regolari.

2.  It-termini għall-bidla tal-fornituri tal-PEPP għandhom jiġu elenkati fil-kuntratt tal-PEPP. Fi kwalunkwe każ, il-faddal tal-PEPP għandu d-dritt li jbiddel fil-mument tal-irtirar.

Artikolu 46

Is-servizz tal-bdil

1.  Fuq it-talba tal-faddal tal-PEPP, is-servizz tal-bdil għandu jinbeda mill-fornitur tal-PEPP riċevitur. ▌

2.  Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jniedi s-servizz tal-bdil malli jirċievi t-talba mingħand il-faddal tal-PEPP.

It-talba għandha titfassal b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz tal-bdil qed jitnieda jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet.

It-talba għandha tippermetti lill-faddal tal-PEPP li jipprovdi kunsens speċifiku għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP li jittrasferixxi ta' kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 3 u li jipprovdi kunsens speċifiku għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP riċevitur ta' kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 5.

It-talba għandha tippermetti lill-faddal tal-PEPP jidentifika b'mod speċifiku l-portafolli tal-assi u/jew l-ammonti li għandhom jinqelbu. It-talba għandha tippermetti wkoll li l-faddala tal-PEPP jispeċifikaw id-data li minnha għandhom jiġu eżegwiti l-pagamenti għall-kont tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur. Dik id-data għandha tkun tal-inqas sitt ijiem ta' xogħol wara d-data li fiha l-fornitur tal-PEPP riċevitur jirċievi d-dokumenti ttrasferiti mingħand il-fornitur tal-PEPP trasferitur skont il-paragrafu 4. L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li t-talba mill-faddal tal-PEPP tkun bil-miktub u li kopja tat-talba tiġi pprovduta lill-faddal tal-PEPP.

3.  Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mir-riċevuta tat-talba msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jitlob lill-fornitur tal-PEPP trasferitur iwettaq il-kompiti li ġejjin, jekk dan ikun stipulat fit-talba tal-faddal tal-PEPP:

(a)   jibgħat lill-fornitur tal-PEPP riċevitur u, jekk dan ikun mitlub b'mod speċifiku mill-faddal tal-PEPP fit-talba, lill-faddal tal-PEPP, lista tal-assi eżistenti li għalihom qed jinbidel il-fornitur;

(b)   jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv fil-kont tal-PEPP miftuħ jew miżmum mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP; u

(c)   jagħlaq il-kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tal-PEPP trasferitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP.

4.  Mar-riċevuta ta' talba mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin, jekk dan ikun stipulat fl-awtorizzazzjoni tal-faddal tal-PEPP:

(a)   jibgħat il-fornitur tal-PEPP riċevitur l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol;

(b)   meta l-fornitur tal-PEPP trasferitur ma jipprovdix sistema għar-ridirezzjoni awtomatizzata tal-pagamenti deħlin fil-kont tal-PEPP miftuħ mill-faddal tal-PEPP mal-fornitur tal-PEPP riċevitur, jieqaf jaċċetta pagamenti deħlin fil-kont tal-PEPP b'effett mid-data speċifikata fit-talba. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-fornitur tal-PEPP trasferitur jinforma lill-faddal tal-PEPP bir-raġuni għaliex ma aċċettax pagamenti deħlin;

(c)   jittrasferixxi l-bilanċ pożittiv li jifdal mill-kont tal-PEPP fil-kont il-ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata fit-talba;

(d)   jagħlaq il-kont tal-PEPP fid-data speċifikata fit-talba jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollu ebda obbligu pendenti fuq dak il-kont tal-PEPP u dment li twettqu l-azzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu. Il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta t-tali obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-faddal tal-PEPP.

5.  Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mir-riċevuta tal-informazzjoni mitluba mingħand il-fornitur tal-PEPP trasferitur kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, kif u jekk stipulat fit-talba u sa fejn l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew mill-faddal tal-PEPP tippermetti lill-fornitur tal-PEPP riċevitur jagħmel dan, iwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)   iwettaq kwalunkwe tħejjija meħtieġa biex jaċċetta pagamenti deħlin u jaċċettahom b'effett mid-data speċifikata fit-talba;

(b)   jinforma lil dawk li jagħmlu l-pagamenti li jkunu speċifikati fl-awtorizzazzjoni dwar id-dettalji tal-kont tal-PEPP tal-fornitur tal-PEPP mal-fornitur tal-PEPP riċevitur u jibgħat lil dawk li jagħmlu l-pagamenti kopja tat-talba tal-faddal tal-PEPP.

Jekk il-fornitur tal-PEPP riċevitur ma jkollux l-informazzjoni kollha li għandu bżonn biex jinforma lil dawk li jħallsu kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, dan għandu jistaqsi lill-faddal tal-PEPP jew lill-fornitur tal-PEPP trasferitur biex jipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

Meta l-faddal tal-PEPP jagħżel li personalment jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu lil dawk li jħallsu minflok ma jipprovdi kunsens speċifiku f'konformità mal-paragrafu 2 lill-fornitur tal-PEPP riċevitur biex jagħmel dan, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'ittri standard li jipprovdu d-dettalji tal-kont tal-PEPP u d-data tal-bidu speċifikata fit-talba fi ħdan l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 47Faċilitazzjoni tal-bdil domestiku u transfruntier għall-faddala tal-PEPP

1.  Meta faddal tal-PEPP jindika lill-fornitur tal-PEPP tiegħu li hu jixtieq jiftaħ kont tal-PEPP ma' fornitur tal-PEPP li jinsab fl-istess Stat Membru jew f'ieħor, il-fornitur tal-PEPP li miegħu l-faddal tal-PEPP għandu kont tal-PEPP għandu, malli jirċievi tali talba, jipprovdi l-assistenza li ġejja lill-faddal tal-PEPP:

(a)   jipprovdi lill-faddal tal-PEPP l-informazzjoni disponibbli mingħajr ħlas dwar il-pagamenti rikorrenti li daħlu fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP fl-aħħar 13-il xahar;

(b)   jittrasferixxi l-bilanċ pożittiv li jifdal fil-kont tal-PEPP miżmum mill-faddal tal-PEPP fil-kont tal-PEPP miftuħ mill-faddal tal-PEPP mal-fornitur tal-PEPP riċevitur, dment li t-talba tinkludi dettalji sħaħ li jippermettu l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-PEPP riċevitur u tal-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP;

(c)   jagħlaq il-kont tal-PEPP miżmum mill-faddal tal-PEPP.

2.  Jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollu ebda obbligu pendenti fil-kont tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP li miegħu l-faddal tal-PEPP iżomm il-kont tal-PEPP għandu jipprovdi l-assistenza msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP, li għandha tkun tal-inqas sitt ijiem ta' xogħol wara li l-fornitur tal-PEPP jirċievi t-talba tal-faddal tal-PEPP sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor bejn il-partijiet. Il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta l-obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-PEPP tiegħu.

Artikolu 48Tariffi u miżati marbuta mas-servizz tal-bdil

1.  Il-faddala tal-PEPP għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni personali tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew riċevitur mingħajr ħlas.

2.  Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-fornitur tal-PEPP riċevitur skont il-punt (a) tal-Artikolu 46(4) mingħajr ma jitlob ħlas mingħand il-faddal tal-PEPP jew mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur.

3.  It-tariffi u l-miżati totali mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur mingħand il-faddal tal-PEPP għall-għeluq tal-kont tal-PEPP miżmum miegħu għandhom ikunu limitati għal mhux iktar minn 0,5 % tal-bilanċ pożittiv li għandu jiġi ttrasferit lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

4.  ▌Il-fornitur tal-PEPP riċevitur jista' jitlob biss il-kostijiet attwali tas-servizz tal-bdil.

Artikolu 49Protezzjoni tal-faddala tal-PEPP kontra telf finanzjarju

1.  Kwalunkwe telf finanzjarju, inklużi tariffi, miżati u mgħax, imġarrab mill-faddal tal-PEPP u li jirriżulta direttament min-nuqqas ta' konformità ta' fornitur tal-PEPP involut fil-proċess tal-bdil mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 46 għandu jintradd lura minn dak il-fornitur tal-PEPP mingħajr dewmien.

2.  Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fil-każijiet ta' ċirkostanzi anormali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tal-fornitur tal-PEPP li jitlob l-applikazzjoni ta' dawk iċ-ċirkostanzi, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi kollha biex dan ma jiġrix, jew fejn il-fornitur tal-PEPP ikun marbut b'obbligi legali oħra koperti minn atti leġiżlattivi tal-Unjoni jew nazzjonali.

3.  Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skont ir-rekwiżiti legali applikabbli f'livell nazzjonali.

4.  Il-faddal tal-PEPP għandu jġarrab il-kostijiet u kwalunkwe riskju ta' telf finanzjarju marbut mat-tifdija in natura tal-assi miżmuma fil-kont tal-PEPP għall-fini tat-trasferiment tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

5.  Il-faddal tal-PEPP għandu jġarrab il-kostijiet u kwalunkwe riskju ta' telf finanzjarju konness mal-protezzjoni tal-kapital pprovduta mill-fornitur tal-PEPP trasferitur. Din il-protezzjoni tal-kapital, li tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit u tipprovdi mekkaniżmu ta' indiċjar tal-inflazzjoni, għandha tiġi kkonsmata fil-mument tal-bdil tal-fornituri.

5a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwaqqfu mekkaniżmi transfruntieri ta' lmentar u rimedju, li jippermettu rimedju kumpensatorju individwali kif ukoll kollettiv bejn il-fruntieri.

Artikolu 50Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil:

(a)   ir-rwoli tal-fornitur tal-PEPP trasferitur u dak riċevitur għal kull pass tal-proċess tal-bdil, kif indikat fl-Artikolu 46;

(b)   il-perjodu ta' żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;

(c)   it-tariffi u l-miżati mitluba għall-proċess tal-bdil;

(d)   kwalunkwe informazzjoni li l-faddal tal-PEPP jintalab jipprovdi;

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu wkoll informazzjoni oħra, inkluża, fejn applikabbli, l-informazzjoni neċessarja għall-identifikazzjoni tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti, l-iskema ta' kumpens għall-investituri jew l-iskema ta' protezzjoni tal-pensjoni fi ħdan l-Unjoni li l-fornitur tal-PEPP hu membru fiha. "Skema ta' protezzjoni tal-pensjoni" tfisser arranġament biex jitħallas kumpens lill-faddala tal-PEPP jew lill-benefiċjarji tal-PEPP fil-każ ta' insolvenza tal-fornitur tal-PEPP.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli f'forma elettronika fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP f'kull ħin, għandha tkun disponibbli b'xejn fuq verżjoni stampata jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil fil-bini kollu tal-fornitur tal-PEPP aċċessibbli għall-faddala tal-PEPP, u għandha tiġi pprovduta lill-faddala tal-PEPP fuq talba.

KAPITOLU VIIIFAŻI TA' DEKUMULAZZJONI

Artikolu 51Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta' dekumulazzjoni

1.  Sakemm ma jiġux speċifikati f'dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet ▌relatati mal-fażi ta' dekumulazzjoni tal-PEPP għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, u ma għandhomx ikunu inqas favorevoli mir-regoli nazzjonali applikabbli.

Artikolu 52Formoli tal-pagamenti maħruġa

1.  Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP formola waħda jew iktar minn fost dawn il-formoli tal-pagamenti maħruġa li ġejjin:

(a)   annwalitajiet;

(b)   ammont totali;

(c)   pagamenti ta' prelevament;

(d)   taħlitiet ta' dawn ta' hawn fuq.

2.  Għall-PEPP Bażiku, fl-ewwel sena għandu jiġi permess massimu ta' 30 % tal-ammont totali. Il-kapital li jifdal jista' jkun pagamenti ta' prelevament, annwalitajiet jew kombinazzjoni tagħhom. Fil-każ ta' PEPP Bażiku b'garanzija ta' kapital bħala l-għażla ta' investiment, minimu ta' 35 % tal-ħlas dovut se jkun ta' annwalitajiet tul il-ħajja.

2a.  Meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi individwali tal-faddal tal-PEPP u l-valur relattiv tal-kapital akkumulat mal-valuri tal-annwalità attwali, l-annwalitajiet fil-PEPP Bażiku jistgħu jieħdu l-forma ta' ammont totali jew minflok ta' pagamenti ta' prelevament. Sabiex tistabbilixxi proċessi u kriterji konsistenti biex tivvaluta tali ċirkostanzi u tidentifika l-valur xieraq relattiv tal-kapital akkumulat, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji.

L-EIOPA għandha tissottometti dak l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

2b.  Il-faddala tal-PEPP għandhom jagħżlu l-forma tal-pagamenti ħames snin qabel il-bidu tal-fażi ta' dekumulazzjoni.

KAPITOLU IXSUPERVIŻJONI

Artikolu 53Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti u monitoraġġ mill-EIOPA

1.  L-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP għandha tissorvelja l-konformità ma' dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Għandha tkun responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-fornitur tal-PEPP, u tal-adegwatezza u tal-organizzazzjoni tiegħu bil-kompiti li jrid iwettaq meta jipprovdi PEPP.

2.  L-EIOPA għandha tivverifika li l-"PEPP" ma jintużax, sakemm ma jkunx awtorizzata skont u f'konformità ma' dan ir-Regolament▌.

3.  F'koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej l-oħrajn, l-EIOPA għandha tirrieżamina l-pjanijiet annwali għas-superviżjoni tal-fornituri tal-PEPP adottati mill-awtoritajiet kompetenti.

Artikolu 54Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 55Il-kooperazzjoni

u l-konsistenza

1.  Kull awtorità kompetenti għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tar-Regolament madwar l-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma' xulxin f'konformità mar-Regolament 575/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(22), mad-Direttiva 2009/138/KE, mad-Direttiva 2016/2341/UE, mad-Direttiva 2014/65/UE, mad-Direttiva 2009/65/KE u mad-Direttiva 2011/61/UE.

3.  L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jikkooperaw ma' xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.  L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, b'mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta' dan ir-Regolament.

5.  Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal-mekkaniżmu għall-konsistenza, għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta' informazzjoni, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi ppreżentata l-informazzjoni ta' hawn fuq f'format standardizzat biex ikun jista' jsir tqabbil.

L-EIOPA għandha tippreżenta standards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni sa … [fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 56Soluzzjoni għal nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti f'sitwazzjonijiet transfruntieri

1.  Meta awtorità kompetenti ta' fornitur jew ta' distributur tal-PEPP ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-EIOPA, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew iktar tista' tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu qbil f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

F'każijiet li jinvolvu sitwazzjonijiet transfruntieri, u meta n-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri differenti jkun jista' jiġi identifikat fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, l-EIOPA, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) jew tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), tista' tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fl-ilħuq ta' ftehim f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

2.  L-EIOPA għandha tistabbilixxi terminu perentorju għall-konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien, kif ukoll il-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'dak l-istadju l-EIOPA għandha taġixxi bħala medjatur.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jilħqux ftehim fil-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-EIOPA tista', f'konformità mal-proċedura mniżżla fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li huma jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni biex isolvu l-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, biex jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-EIOPA, u b'hekk tonqos milli tiżgura li fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP jikkonforma mar-rekwiżiti li japplikaw direttament għalih bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, l-EIOPA tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP li teħtieġu jieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien minn kwalunkwe prattika.

4.  Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 4 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 3 jew 4 għandha tkun kompatibbli ma' dawk id-deċiżjonijiet.

5.  Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, il-President tal-EIOPA għandu jistipula n-natura u t-tip tan-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta' qbil.

KAPITOLU XSANZJONIJIET

Artikolu 57Sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta' rimedju

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-Istati Membri jipprovdu għal u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta' rimedju applikabbli għal sitwazzjonijiet li fihom:

(a)  impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) tkun kisbet awtorizzazzjoni ta' PEPP permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa jew xi mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikoli 5 u 6;

(b)  impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 5(1) tipprovdi, tiddistribwixxi rispettivament, prodotti bid-deżinjazzjoni "PEPP" jew "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew" mingħajr l-awtorizzazzjoni meħtieġa;

(c)  fornitur tal-PEPP kiser l-Artikolu 7(3) ▌jew naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu IV, fil-Kapitolu V, fl-Artikolu 43 u fil-Kapitolu VII;

(d)  depożitarju naqas milli jissodisfa d-dmirijiet ta' sorveljanza tiegħu skont l-Artikolu 42.

2.  Dawk is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u, tal-inqas, għandhom jinkludu:

(a)  dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 59;

(b)  ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;

(c)  projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-impriża finanzjarja jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jkunu responsabbli minn funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;

(d)  multi amministrattivi massimi ta' tal-inqas EUR 5 000 000, jew fl-Istati Membri fejn il-munita mhijiex l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(e)  jew fil-każ ta' persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (d) jistgħu jkunu sa 10 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(23), il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta' fatturat b'konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi relevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża prinċipali finali;

(f)  multi amministrattivi massimi li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (d) u (e).

3.  Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu japplikaw għall-persuni ġuridiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju stabbiliti fil-paragrafu 2 għal membri tal-korp maniġerjali, u għal individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont id-dritt nazzjonali.

4.  Kwalunkwe deċiżjoni li timponi s-sanzjonijiet amministrattivi jew il-miżuri ta' rimedju stipulati fil-paragrafu 2 għandha tkun motivata kif xieraq u tkun soġġetta għad-dritt ta' appell quddiem tribunal.

Artikolu 58Eżerċizzju tas-setgħa biex jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi u miżuri ta' rimedju

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu s-sanzjonijiet u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 57 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom:

(a)  direttament;

(b)  f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħra;

(c)  permezz ta' applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.  Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta' sanzjoni amministrattiva jew ta' miżura ta' rimedju imposta skont l-Artikolu 57, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi relevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:

(a)  il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b)  il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c)  is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b'mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)  l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)  it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista' jiġi stabbilit;

(f)  il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)  il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Artikolu 59Pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed fuq is-siti web uffiċjali tagħhom kwalunkwe deċiżjoni ta' impożizzjoni ta' sanzjoni amministrattiva jew ta' miżura ta' rimedju għall-ksur ta' dan ir-Regolament wara li d-destinatarju tas-sanzjoni jew tal-miżura tas-sanzjoni jew tal-miżura jkun ġie nnotifikat b'dik id-deċiżjoni.

2.  Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni fuq it-tip u l-għamla tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u s-sanzjonijiet jew il-miżuri imposti.

3.  Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, f'każ ta' persuni ġuridiċi, jew l-identità u d-data personali, f'każ ta' persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni każ b'każ jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tat-tali data, jew meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta' investigazzjoni kontinwa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew:

(a)  jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta' pubblikazzjoni; jew

(b)  jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju, waqt li jħallu barra għal perjodu ta' żmien raġonevoli l-identità u d-data personali tad-destinatarju, jekk ikun imbassar li f'dak iż-żmien ir-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu u dment li din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew

(c)  ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi s-sanzjoni amministrattiva jew il-miżura ta' rimedju f'każ li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i)  li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii)  il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet fir-rigward ta' miżuri li jitqiesu ta' natura minuri.

4.  Fil-każ ta' deċiżjoni ta' pubblikazzjoni ta' sanzjoni jew ta' miżura fuq bażi anonima kif imsemmi fil-paragrafu 3(b), il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi posposta. Meta deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom idaħħlu minnufih fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta' tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tħassar deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura ta' rimedju għandha tiġi ppubblikata wkoll.

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data biss.

Artikolu 60Obbligu li tiġi ppreżentata informazzjoni lill-EIOPA b'rabta ma' sanzjonijiet amministrattivi u ma' miżuri ta' rimedju

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EIOPA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri oħra kollha imposti imma mhux ippubblikati skont l-Artikolu 59(1).

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-EIOPA b'informazzjoni aggregata rigward is-sanzjonijiet amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju kollha imposti skont l-Artikolu 57.

L-EIOPA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f'rapport annwali.

3.  Fejn l-awtorità kompetenti tkun żvelat sanzjoni amministrattiva jew miżura oħra lill-pubbliku, hija għandha, fl-istess ħin, tirrapporta dak il-fatt lill-EIOPA.

KAPITOLU XIDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 61L-ipproċessar ta' data personali

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament, il-fornituri tal-PEPP u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-fini ta' dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, u Regolament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali f'komunikazzjonijiet elettroniċi u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (ir-Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi). Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-EIOPA fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-EIOPA għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 62Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 26(3), fl-Artikolu 28(2), fl-Artikolu 32(7) u fl-Artikolu 39 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3.  Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 26(3), fl-Artikolu 28(2), fl-Artikolu 32(7) u fl-Artikolu 39 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 28(2), l-Artikolu 32(7) u l-Artikolu 39 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 63Evalwazzjoni u rapport

1.  Kull ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u, wara li tikkonsulta mal-EIOPA, tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.  ▌Ir-rapport għandu jkopri l-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw il-funzjonament tar-Regolament, b'mod partikolari dawn li ġejjin:

(a)  il-portabilità;

(b)  l-iżvilupp tal-kompartimenti u tas-sħubijiet;

(c)  il-mekkaniżmu tal-bdil;

(d)  l-adozzjoni tal-PEPP bażiku;

(e)  il-proċedura tal-ilmenti;

(f)  l-applikazzjoni madwar l-Unjoni kollha;

(g)  l-integrazzjoni tal-fatturi ESG fil-politika ta' investiment tal-PEPP;

(h)  il-limitu massimu ta' 1 % msemmi fl-Artikolu 37(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha twaqqaf bord b'partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex jimmonitorja kontinwament l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PEPP. Dan il-bord għandu jinkludi tal-inqas l-EIOPA, is-superviżuri nazzjonali, ir-rappreżentanti tal-industrija u tal-konsumaturi u esperti indipendenti.

Is-segretarjat tal-bord għandu jkun l-EIOPA.

Artikolu 64Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti delegati previsti mir-Regolament.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,  

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C , , p. .

(4)

  Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni Ewropea, 30 ta' Settembru 2015 (COM(2015) 468 final).

(5)

  Il-Parlament Ewropew, Riżoluzzjoni tad-19 ta' Jannar 2016 dwar analiżi u sfidi tar-Regolament tal-UE dwar is-Servizzi Finanzjarji: l-impatt u t-triq 'il quddiem lejn qafas tal-UE aktar effiċjenti u effikaċi għal Regolamentazzjoni Finanzjarja u Unjoni tas-Swieq Kapitali, 2015/2106(INI), punt 20.

(6)

  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016, EUCO 26/16, punt 11.

(7)

  COM(2016) 601 final, p. 4.

(8)

  COM(2017) 292 final, p. 6.

(9)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(10)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(11)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(12)

  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji", 8 ta' Diċembru 2010, COM(2010) 716 final.

(13)

  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(14)

  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(15)

  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(16)

  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(17)

  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(18)

  Id-Direttiva 2016/2341/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (riformulazzjoni) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(19)

  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(20)

(21)

  Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26 2.2.2016, p. 19).

(22)

  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(23)

  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (29.6.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Heinz K. Becker

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-familji tal-UE huma fost l-ikbar faddala fid-dinja, iżda l-parti l-kbira ta' dan it-tfaddil jinżamm f'kontijiet tal-bank b'maturitajiet qosra. Investiment ikbar fis-swieq kapitali jista' jgħin biex jintlaħqu l-isfidi li jġibu magħhom it-tixjiħ tal-popolazzjoni u r-rati baxxi tal-imgħax.

(1)  Il-familji tal-UE huma fost l-ikbar faddala fid-dinja, iżda l-parti l-kbira ta' dan it-tfaddil jinżamm f'kontijiet tal-bank b'maturitajiet qosra u redditi baxxi. Madankollu, ir-rati ta' tfaddil tal-unitajiet domestiċi jvarjaw b'mod sinifikanti fost il-pajjiżi tal-UE u d-differenzi persistenti fost l-istati membri tal-UE jista' jkollhom impatt fuq l-investiment u t-tkabbir peress li t-tfaddil tal-unitajiet domestiċi huwa sors importanti ta' finanzjament importanti għall-investiment pubbliku u privat. Investiment ikbar fis-swieq kapitali jista' jgħin biex jintlaħqu l-isfidi li jġibu magħhom it-tixjiħ tal-popolazzjoni, ir-rati baxxi tal-imgħax u l-livelli baxxi ta' investiment fit-tul.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Sabiex jiżguraw standards ta' għajxien deċenti għall-pensjonanti attwali u futuri, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-iżvilupp, it-tisħiħ u r-riforma ulterjuri tal-ewwel (pubbliku) u t-tieni (okkupazzjonali) pilastri tas-sistemi tal-pensjoni nazzjonali. Dawn iż-żewġ pilastri għadhom ta' importanza kbira għall-introjtu fix-xjuħija u s-sostenibbiltà tal-iskemi nazzjonali. Jenħtieġ li l-PEPPs ma jissostitwixxu jew idgħajfu l-iskemi tal-ewwel u t-tieni pilastru. Biex jikkonsolidaw ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa għal dawn il-pilastri, jeħtieġ li l-Istati Membri jindirizzaw ukoll kemm il-qgħad kif ukoll ix-xogħol mhux iddikjarat u mhux assigurat. Madankollu, fid-dawl tat-tnaqqis imminenti tal-popolazzjoni attiva minn proporzjon ta' 1:4 għal 1:2, huwa kruċjali li jkun hemm approċċ għall-pensjonijiet fuq diversi pilastri. Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew volontarju u fit-tul jikkomplementa u jsaħħaħ it-tfaddil pensjonistiku eżistenti, billi jżid l-adegwatezza tagħhom u l-kopertura għal kategoriji ta' persuni li qabel kienu ffaċċjati b'nuqqas, jew b'nuqqas parzjali, ta' kopertura adegwata, bħan-nisa, iż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu għal rashom u l-persuni f'forom ta' impjieg atipiċi jew ġodda.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Fl-2015, 11,3 miljun ċittadin tal-UE-28 fl-età tax-xogħol (bejn 20 u 64 sena) kienu residenti fi Stat Membru li mhux dak taċ-ċittadinanza tagħhom, u 1,3 miljun ċittadin tal-UE-28 kienu qed jaħdmu fi Stat Membru li mhux dak tar-residenza tagħhom.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  Il-pensjonijiet tax-xjuħija jikkostitwixxu parti essenzjali mill-introjtu ta' persuna rtirata, biex ikun żgurat livell ta' għajxien deċenti u jiġi miġġieled il-faqar fix-xjuħija. Dan hu prekundizzjoni għall-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż fl-Artikolu 25 dwar id-drittijiet tal-anzjani, li jgħid: "L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali", kif ukoll id-drittijiet minquxa fir-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-anzjani tal-Kunsill tal-Ewropa1a.

 

__________________

 

1a Rakkomandazzjoni CM/Rec(2014)2 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-anzjani

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  Il-PEPP jenħtieġ li jipprovdi għażla volontarja addizzjonali għat-tfaddil għall-irtirar liċ-ċittadini tal-Unjoni u se jsaħħaħ il-portabilità tal-intitolamenti taċ-ċittadini. Se jikkomplementa wkoll is-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u d-Direttiva 2014/50/UE.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 1e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e)  It-tixjiħ tas-soċjetà u t-tnaqqis fir-rati tat-twelid huma sfidi demografiċi sinifikanti għall-Unjoni, u dan jhedded kemm l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet kif ukoll is-solidarjetà interġenerazzjonali. Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni u l-bidliet fis-suq tax-xogħol x'aktarx ikomplu jiggravaw il-problema u jżidu l-pressjoni fuq il-pensjonijiet tal-ewwel u t-tieni pilastru.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 1f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1f)  Fl-Unjoni għadha teżisti diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi, ikkawżata wkoll minn kontribuzzjonijiet irregolari lill-iskemi tal-pensjonijiet minħabba interruzzjonijiet tax-xogħol jew tal-kontribuzzjonijiet minħabba l-maternità jew il-kura tat-tfal. Il-pensjoni ta' mara rtirata bejn l-età ra’ 65 u 79 sena fl-Unjoni, bħala medja hija kważi 40 % inqas minn dik ta' raġel fl-istess sitwazzjoni. Il-PEPP jista' jipprovdilhom għażla oħra biex jakkumulaw pensjoni adegwata.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 1g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1g)  Fil-preżent, skont l-EIOPA, 67 miljun ruħ biss, jew 27 % tal-popolazzjoni totali tal-UE tal-età ta' bejn 25 u 59 sena, għażlu li jissottoskrivu volontarjament għal prodotti finanzjarji b'objettiv ta' pensjoni fit-tul, u dan hu kkonċentrat fi ftit Stati Membri biss.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 1h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1h)  Jenħtieġ li l-PEPP primarjament ikun strument ta' appoġġ fit-tul bil-għan li jiġi żgurat livell ta' għajxien tajjeb wara l-irtirar, b'mod speċjali għaċ-ċittadini żgħażagħ tal-Unjoni. Il-PEPP jista' jtejjeb b'mod effikaċi l-kapaċità li jiġu koperti l-kostijiet meħtieġa biex jinżamm l-istandard tal-għajxien individwali wara l-irtirar.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 1i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1i)  L-Unjoni qed tiffaċċja sfida demografika tikber, li eventwalment se twassal biex il-proporzjon ta' dipendenza tax-xjuħija kurrenti ta' 1:4 jonqos għal 1:2 sal-2060. Għal kull ċittadin ta' 65 sena jew aktar, hemm 4 persuni bejn il-15 u l-64 sena u sal-2060 se jkun hemm 2 persuni bejn dawk l-etajiet għal kull ċittadin ta' 65 sena jew aktar.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 1j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1j)  Il-portabilità tal-PEPP tagħmlu aktar attraenti bħala prodott, partikolarment għaż-żgħażagħ, u tgħin biex ikompli jiġi ffaċilitat id-dritt taċ-ċittadini li jgħixu u jaħdmu fl-Unjoni kollha.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 1k (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1k)  Il-PEPP bħala qafas Ewropew għall-pensjonijiet personali huwa speċifikament meħtieġ u utli għal dawk li ma jikkwalifikawx għal pensjoni adegwata jew li jixtiequ jkollhom pjan ta' tfaddil komplementari għall-iskemi nazzjonali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Bħalissa, il-funzjonament tas-suq intern għall-pensjonijiet personali hu mxekkel mill-grad għoli ta' frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali u l-grad limitat ta' portabilità tal-prodotti tal-pensjoni personali. Dan jista' jirriżulta f'diffikultajiet għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jkunux jistgħu jsibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta' standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

(3)  Bħalissa, il-funzjonament tas-suq intern għall-pensjonijiet personali hu mxekkel mill-grad għoli ta' frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali u l-grad limitat ta' portabilità tal-prodotti tal-pensjoni personali. Dan jista' jirriżulta f'diffikultajiet għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jitħallewx ifittxu jew isibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta' standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4 a)  Minħabba l-kontribuzzjoni li PEPP mistenni jagħmel fl-implimentazzjoni tas-CMU u fit-twassil ta' kapitali lejn l-ekonomija reali u proġetti sostenibbli fit-tul, il-faddala jeħtieġ jiġu involuti fil-proċess li jagħmilhom konxji mill-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji tagħhom u mir-relazzjoni reċiproka bejn il-prestazzjoni tal-prodott u l-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza. L-effikaċja ta' dan il-proċess hija marbuta ma' livell għoli ta' trasparenza u divulgazzjoni kif ukoll mal-involviment adegwat tal-faddala.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9 a)  Persuni b'introjtu iktar baxx u dawk li jkunu qattgħu inqas żmien fis-suq tax-xogħol għandhom inqas spazju finanzjarju biex jinvestu fi prodotti tal-pensjoni personali, u dan iwassal għal żieda fl-inugwaljanza fl-introjtu fix-xjuħija. Dan hu l-każ, b'mod partikolari, għan-nisa inġenerali minħabba d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa li taffettwahom tul il-karriera professjonali tagħhom, u billi huma jqattgħu aktar żmien barra mis-suq tax-xogħol biex jassumu responsabbiltajiet ta' indukrar, mingħajr introjtu jew b'introjtu baxx ħafna.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Fost il-prodotti tal-pensjoni personali, l-iżvilupp ta' PEPP se jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar u jistabbilixxi suq tal-UE għall-fornituri tal-PEPP. Hu se jipprovdi lill-unitajiet domestiċi b'għażliet aħjar biex jilħqu l-miri tal-irtirar tagħhom.

(10)  Fost il-prodotti tal-pensjoni personali, l-iżvilupp ta' PEPP se jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar u jistabbilixxi suq tal-UE għall-fornituri tal-PEPP. Hu jenħtieġ li jipprovdi lill-unitajiet domestiċi b'għażliet aħjar, regolati tajjeb, sikuri, soċjalment responsabbli u sostenibbli biex jilħqu l-miri tal-irtirar tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-preferenzi tagħhom.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Dan ir-Regolament dwar il-PEPP ma jwaqqaf bl-ebda mod lill-Istati Membri milli jkomplu jorganizzaw skemi tal-pensjonijiet tax-xjuħija fuq bażi kollettiva.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Qafas leġiżlattiv għal PEPP jistabbilixxi l-pedamenti għal suq li jirnexxi fl-investimenti affordabbli u volontarji relatati mal-irtirar li jistgħu jiġu ġestiti fuq skala pan-Ewropea. Billi jikkomplimenta l-prodotti u l-iskemi tal-pensjonijiet eżistenti, dan se jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-ħtiġijiet tan-nies li jixtiequ jsaħħu l-adegwatezza tat-tfaddil għall-irtirar tagħhom, filwaqt li jindirizza l-isfida demografika u jipprovdi sors ġdid b'saħħtu ta' kapital privat għall-investiment ta' terminu twil. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-iskemi nazzjonali eżistenti tal-pensjonijiet personali.

(11)  Qafas leġiżlattiv għal PEPP jistabbilixxi l-pedamenti għal suq li jirnexxi fl-investimenti affordabbli u volontarji relatati mal-irtirar li jistgħu jiġu ġestiti fuq skala pan-Ewropea. Il-PEPP se jikkontribwixxi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tan-nies li jixtiequ jsaħħu l-adegwatezza tat-tfaddil għall-irtirar tagħhom, u jassisti biex tiġi indirizzata l-isfida demografika u d-distakk eżistenti fil-pensjonijiet, billi jipprovdi sors ġdid b'saħħtu ta' kapital privat għal investiment fit-tul u sostenibbli, inkluż l-investiment soċjali. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-prodotti tal-pensjonijiet personali jew l-iskemi okkupazzjonali nazzjonali eżistenti.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni kollu b'awtorizzazzjoni unika tal-prodott maħruġa mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA"), fuq il-bażi ta' sett wieħed ta' regoli.

(14)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni kollu b'awtorizzazzjoni unika tal-prodott maħruġa mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA"), fuq il-bażi ta' sett wieħed ta' regoli u f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14 a)  Il-mod li bih l-istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) huma organizzati u rregolati jvarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. F'xi Stati Membri, dawn l-istituzzjonijiet jitħallew iwettqu biss attivitajiet relatati mal-pensjonijiet okkupazzjonali filwaqt li fi Stati Membri oħra jitħallew iwettqu attivitajiet relatati mal-pensjonijiet okkupazzjonali u personali. Dan mhux biss wassal għal strutturi organizzattivi differenti fil-livell tal-IORPs iżda huwa wkoll akkumpanjat minn superviżjoni differenti fil-livell nazzjonali. B'mod partikolari, is-superviżjoni prudenzjali tal-IORPs li jwettqu attivitajiet relatati mal-pensjonijiet okkupazzjonali u personali hija usa' minn ta' dawk l-IORPs li jwettqu biss attivitajiet relatati mal-pensjonijiet okkupazzjonali. Sabiex ma tiġix ipperikolata l-istabilità finanzjarja u biex jitqiesu d-differenzi fl-istruttura organizzattiva u fis-superviżjoni, jenħtieġ li dawk l-IORPs li, skont il-liġi nazzjonali, huma awtorizzati u ssorveljati b'mod adegwat biex jipprovdu prodotti tal-pensjoni personali biss jitħallew jipprovdu PEPPs. Barra minn hekk, u sabiex tiġi salvagwardjata aktar l-istabilità finanzjarja, jenħtieġ li l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti għan-negozju tal-forniment tal-PEPP ikunu delimitati, ġestiti u organizzati b'mod separat mill-attivitajiet l-oħra ta' negozju fil-qasam tal-provvista ta' rtirar okkupazzjonali, mingħajr ebda possibilità ta' trasferiment.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15 a)  Jenħtieġ li r-reġim tat-taxxa applikabbli għall-PEPP jiġi definit mil-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru fejn faddal ikun ikkontribwixxa għall-PEPP. Għaldaqstant, il-prodott tal-PEPP jiġi intaxxat f'kull Stat Membru fejn faddal tal-PEPP ikun ikkontribwixxa b'mod proporzjonali skont il-livell ta' kontribuzzjoni f'kull Stat Membru rispettivament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20 a)  Il-pensjonijiet tul il-ħajja u sigurtà finanzjarja addizzjonali biex tkopri riskji bħad-diżabilità, il-mewt jew il-kura fit-tul huma karatteristiċi essenzjali ta' prodott tal-pensjoni komplet. Il-prodotti tal-pensjoni jenħtieġ li jipprovdu lill-klijent introjtu addizzjonali sikur u stabbli fit-tul wara l-irtirar.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20 b)  Il-pjanijiet tal-kontribuzzjonijiet jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn pronjożijiet li jiffukaw fuq il-valur tal-fondi, ir-redditu fuq l-investiment, l-inflazzjoni stmata u t-tkabbir ekonomiku.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Biex tkun tista' ssir tranżizzjoni mingħajr intoppi għall-fornituri tal-PEPP, l-obbligu ta' forniment tal-PEPPs li jinkludu kompartimenti għal kull Stat Membru se japplika għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, mat-tnedija ta' PEPP, jenħtieġ li l-fornitur jipprovdi informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih, biex jiġi evitat tqarriq possibbli tal-konsumaturi.

(21)  Mat-tnedija ta' PEPP, jenħtieġ li l-fornitur jipprovdi informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih fil-kuntratt. Meta faddal ta' PEPP ibiddel id-domiċilju tiegħu għal Stat Membru ieħor fejn il-fornitur tal-PEPP ma joffrix kompartiment disponibbli fil-pront, il-bidla tal-fornitur għandha tkun mingħajr ħlas għall-klijenti kollha. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP ikunu jistgħu jirċievu l-ħlasijiet tal-PEPP irrispettivament mill-Istat Membru fejn jirrisjedu.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21 a)  Sabiex jiġu ffaċilitati d-dispożizzjonijiet għall-ftuħ ta' kompartimenti nazzjonali fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jidħlu fi sħubijiet ma' fornituri oħrajn tal-PEPP.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Fid-dawl tan-natura tal-iskema tal-pensjoni stabbilita u l-piż amministrattiv involut, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jipprovdu informazzjoni ċara u adegwata lill-faddala u lill-benefiċjarji potenzjali tal-PEPP biex jassistu t-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-irtirar tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jiżguraw ukoll livell għoli ta' trasparenza tul id-diversi fażijiet ta' skema li jinkludu l-prereġistrazzjoni, is-sħubija (inkluż l-irtirar kmieni) u wara l-irtirar. B'mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti tal-pensjoni, il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar, ir-riskji u l-garanziji, u l-kostijiet. Fejn il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar ikunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll xenarju sfavorevoli, li għandu jkun estrem iżda plawżibbli.

(22)  Fid-dawl tan-natura tal-iskema tal-pensjoni stabbilita u l-piż amministrattiv involut, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jipprovdu informazzjoni ċara u adegwata lill-faddala u lill-benefiċjarji potenzjali tal-PEPP biex jassistu t-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-irtirar tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jiżguraw ukoll livell għoli ta' trasparenza tul id-diversi fażijiet ta' skema li jinkludu l-prereġistrazzjoni, is-sħubija (inkluż l-irtirar kmieni) u wara l-irtirar. B'mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti tal-pensjoni, il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar, ir-riskji u l-garanziji, il-kostijiet u l-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza. Il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar għandhom ikunu bbażati, fost affarijiet oħra, fuq xenarji ekonomiċi, inkluż xenarju sfavorevoli.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Qabel ma jissieħbu fi skema tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala potenzjali tal-PEPP jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha biex jagħmlu għażla informata.

(23)  Qabel ma jissieħbu fi skema tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala potenzjali tal-PEPP jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha biex jagħmlu għażla informata bl-għoti ta' pariri li jivvalutaw it-talbiet u l-ħtiġijiet tat-tfaddil tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Parir jista' jkun għodda sinifikanti sabiex il-konsumaturi jkunu konxji mill-għażliet tagħhom.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Bex jiżguraw trasparenza ottimali tal-prodotti, jenħtieġ li l-manifatturi tal-PEPP ifasslu dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għall-PEPPs li huma jimmanifatturaw qabel ma l-prodott ikun jista' jitqassam lill-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-eżattezza tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP jenħtieġ li jieħu post u jadatta d-dokument bit-tagħrif ewlieni għal prodotti ta' investiment għall-konsumatur u bbażati fuq l-assigurazzjoni pprovduti f'pakkett skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 li ma jkollhomx jiġu pprovduti għall-PEPPs.

(24)  Sabiex jiżguraw trasparenza ottimali tal-prodotti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għall-PEPPs li huma jimmanifatturaw qabel ma l-prodott ikun jista' jitqassam lill-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-eżattezza tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP jenħtieġ li jieħu post u jadatta d-dokument bit-tagħrif ewlieni għal prodotti ta' investiment għall-konsumatur u bbażati fuq l-assigurazzjoni pprovduti f'pakkett skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ma jkollhomx jiġu pprovduti għall-PEPPs.

__________________

__________________

33 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.

33 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs), ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)   Il-kalkolaturi tal-prodotti tal-pensjoni diġà qed jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali. Madankollu, biex dawk il-kalkolaturi jkunu utli kemm jista' jkun għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawn ikopru l-kostijiet u t-tariffi imposti mid-diversi manifatturi tal-PEPP, flimkien ma' kwalunkwe kost jew tariffa ulterjuri imposti minn intermedjarji jew minn partijiet oħrajn tal-katina tal-investiment, li ma jkunux diġà ġew inklużi mill-manifatturi tal-PEPP.

(26)  Il-kalkolaturi tal-prodotti tal-pensjoni diġà qed jiġu żviluppati fil-livell nazzjonali. Madankollu, biex dawk il-kalkolaturi jkunu utli kemm jista' jkun għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawn ikopru l-kostijiet u t-tariffi imposti mid-diversi fornituri tal-PEPP, flimkien ma' kwalunkwe kost jew tariffa ulterjuri imposti minn intermedjarji jew minn partijiet oħrajn tal-katina tal-investiment, li ma jkunux diġà ġew inklużi mill-fornituri tal-PEPP.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  L-investituri jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà – permezz ta' applikazzjoni speċifika – li jikkalkulaw il-livelli tal-provvista matul il-perjodu tad-dekumulazzjoni.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Il-komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li tisfrutta l-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni u tippreżenta l-karatteristiċi tal-PEPP b'mod sempliċi, li jinftiehem malajr u faċli għall-utent, f'konformità sħiħa mal-Artikolu 9 tar-Regolament 1286/2014 (ir-Regolament dwar il-PRIIPs).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni indirizzat lill-faddala tal-PEPP, biex jippreżentawlhom data personali u ġenerika ewlenija dwar l-iskema tal-PEPP u jiżguraw informazzjoni kontinwa dwarha. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jkun ċar u komprensiv u jenħtieġ li jkun fih informazzjoni rilevanti u xierqa sabiex jiffaċilita l-fehim tad-drittijiet tal-pensjoni matul iż-żmien u minn skema għal oħra u biex jaqdi l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

(29)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni indirizzat lill-faddala tal-PEPP, biex jippreżentawlhom data personali u ġenerika ewlenija dwar l-iskema tal-PEPP u jiżguraw informazzjoni kontinwa dwarha. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jkun indirizzat ukoll lill-benefiċjarji tal-PEPP jekk ikun hemm qbil dwar dan min-naħa tal-faddal tal-PEPP. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jkun ċar, aġġornat, sempliċi u komprensiv u jenħtieġ li jkun fih informazzjoni rilevanti u xierqa sabiex jiffaċilita l-fehim tad-drittijiet tal-pensjoni supplementari matul iż-żmien u minn skema għal oħra u biex jaqdi l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Biex jiġu protetti b'mod adegwat id-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu kapaċi jagħżlu allokazzjoni tal-assi li tkun taqbel man-natura preċiża u mad-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom. Għalhekk, huma meħtieġa superviżjoni effiċjenti kif ukoll attitudni lejn regoli ta' investiment li tagħti lill-fornituri tal-PEPP biżżejjed flessibbiltà biex jiddeċiedu fuq il-politika l-aktar sikura u effiċjenti dwar l-investimenti, filwaqt li tobbligahom jaġixxu bi prudenza. Għalhekk, il-konformità mar-regola tal-persuna prudenti teħtieġ politika ta' investiment adattata għall-istruttura tal-klijenti tal-fornitur individwali tal-PEPP.

(32)  Biex jiġu protetti b'mod adegwat id-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu kapaċi jagħżlu allokazzjoni tal-assi li tkun taqbel man-natura preċiża u mad-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom. Għalhekk, huma meħtieġa superviżjoni effiċjenti kif ukoll attitudni lejn regoli ta' investiment li tagħti lill-fornituri tal-PEPP biżżejjed flessibbiltà biex jiddeċiedu fuq il-politika l-aktar sikura u effiċjenti dwar l-investimenti, filwaqt li tobbligahom jaġixxu bi prudenza u f'allinjament mal-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, il-konformità mar-regola tal-persuna prudenti teħtieġ politika ta' investiment adattata għall-istruttura tal-klijenti tal-fornitur individwali tal-PEPP.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Jekk tiġi ffissata r-regola tal-persuna prudenti bħala l-prinċipju bażi għall-investiment kapitali u jekk isir possibbli li l-fornituri tal-PEPP joperaw bejn il-fruntieri, ir-ridirezzjonar tat-tfaddil fis-settur tal-provvista ta' rtirar personali hu mħeġġeġ, u b'hekk jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali.

(33)  Jekk tiġi ffissata r-regola tal-persuna prudenti bħala l-prinċipju bażi għall-investiment kapitali u jekk isir possibbli li l-fornituri tal-PEPP joperaw bejn il-fruntieri, ir-ridirezzjonar tat-tfaddil fis-settur tal-provvista ta' rtirar personali hu mħeġġeġ, u b'hekk jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku, soċjali u ambjentali.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Fil-kuntest tal-approfondiment tas-CMU, il-fehim ta' x'jikkostitwixxi strumenti bi profil ekonomiku fit-tul hu wiesa'. Tali strumenti huma titoli mhux trasferibbli u għaldaqstant ma għandhomx aċċess għal-likwidità ta' swieq sekondarji. Spiss, dawn jirrikjedu impenji b'terminu fiss li jirrestrinġu l-kummerċjabbiltà tagħhom u jenħtieġ li jinftiehmu li jinkludu strumenti ta' parteċipazzjoni u ta' dejn fi, u self ipprovdut lil, impriżi mhux elenkati. L-impriżi mhux elenkati jinkludu proġetti ta' infrastruttura, kumpaniji mhux elenkati li jfittxu li jiksbu t-tkabbir, proprjetà immobbli jew assi oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet ta' investiment fit-tul. Il-proġetti ta' infrastruttura b'livell baxx tal-karbonju u li huma reżiljenti għat-tibdil fil-klima, ġeneralment huma assi mhux elenkati u jiddependu fuq krediti fit-tul għall-finanzjament ta' proġetti. Meta wieħed iqis in-natura fit-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom, il-fornituri tal-PEPP huma mħeġġa jallokaw parti suffiċjenti mill-portafoll tal-assi tagħhom għall-investimenti sostenibbli fl-ekonomija reali b'benefiċċji ekonomiċi fit-tul, b'mod partikulari għall-proġetti ta' infrastruttura u l-korporazzjonijiet.

(35)  Fil-kuntest tal-approfondiment tas-CMU, il-fehim ta' x'jikkostitwixxi strumenti bi profil ekonomiku fit-tul hu wiesa'. Tali strumenti huma titoli mhux trasferibbli u għaldaqstant ma għandhomx aċċess għal-likwidità ta' swieq sekondarji. Spiss, dawn jirrikjedu impenji b'terminu fiss li jirrestrinġu l-kummerċjabbiltà tagħhom u jenħtieġ li jinftiehmu li jinkludu strumenti ta' parteċipazzjoni u ta' dejn fi, u self ipprovdut lil, impriżi mhux elenkati. L-impriżi mhux elenkati jinkludu proġetti ta' infrastruttura, kumpaniji mhux elenkati li jfittxu li jiksbu t-tkabbir, proprjetà immobbli jew assi oħra li jistgħu jkunu adattati għal skopijiet ta' investiment fit-tul. Il-proġetti ta' infrastruttura b'livell baxx tal-karbonju u li huma reżiljenti għat-tibdil fil-klima, ġeneralment huma assi mhux elenkati u jiddependu fuq krediti fit-tul għall-finanzjament ta' proġetti. Meta wieħed iqis in-natura fit-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom, il-fornituri tal-PEPP huma mħeġġa jallokaw parti suffiċjenti mill-portafoll tal-assi tagħhom għall-investimenti sostenibbli fl-ekonomija reali b'benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali fit-tul, b'mod partikulari għall-proġetti ta' infrastruttura u l-korporazzjonijiet.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif hemm riferiment għalihom fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli, huma importanti għas-sistemi ta' politika tal-investiment u ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-fornituri tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħeġġu jikkunsidraw fatturi bħal dawn fid-deċiżjonijiet ta' invesitment u jieħdu f'kunsiderazzjoni kif huma jifformaw parti mis-sistema ta' mmaniġġar tar-riskju tagħhom.

(36)  Fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif hemm riferiment għalihom fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli huma importanti għas-sistemi ta' politika tal-investiment u ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-fornituri tal-PEPP. Għaldaqstant, il-fornitur tal-PEPP jenħtieġ li jieħu f'kunsiderazzjoni l-potenzjal tal-konsegwenzi ambjentali, soċjali u ta' governanza tal-investimenti kapitali. Din il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll kemm għall-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jikkunsidraw fatturi bħal dawn fid-deċiżjonijiet ta' invesitment u jieħdu f'kunsiderazzjoni kif huma jifformaw parti mis-sistema ta' mmaniġġar tar-riskju tagħhom.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36 a)  Wieħed mill-objettivi ta' dan ir-regolament huwa li jidderieġi l-kapital lejn l-investimenti Ewropej fit-tul fl-ekonomija reali. Il-fornituri tal-PEPP jenħtieġ li jintegraw il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) fid-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 36b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36b)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jikkomunikaw regolarment mal-klijenti tagħhom biex jiżguraw li t-tħassib u l-preferenzi tagħhom, inkluż fir-rigward tal-fatturi ESG, ikunu integrati kif xieraq fid-deċiżjonijiet ta' investiment.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 36c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36 c)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jadottaw politika ta' esklużjoni ta' investiment sabiex jiżguraw li t-tfaddil ma jkunx investit fi prodotti kontroversjali ħafna u ta' ħsara bħal pereżempju l-enerġija bbażata fuq il-faħam, l-armi nukleari, munizzjonijiet dispersivi, il-produzzjoni tat-tabakk, jew jintuża b'appoġġ għal kondotti li jagħmlu l-ħsara bħal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol, ħsara severa ambjentali jew klimatika, korruzzjoni u evitar tat-taxxa.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Fl-iżgurar tal-konformità mal-obbligu tagħhom li jiżviluppaw politika ta' investiment skont ir-regola tal-persuna prudenti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ma jitħallewx jinvestu f'ġurisdizzjonijiet b'riskju għoli u li ma jikkooperawx li huma identifikati mit-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja.

(37)  Fl-iżgurar tal-konformità mal-obbligu tagħhom li jiżviluppaw politika ta' investiment skont ir-regola tal-persuna prudenti, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ma jitħallewx jinvolvu ruħhom fi strateġiji ta' evitar tat-taxxa aggressivi u jinvestu f'ġurisdizzjonijiet b'riskju għoli u li ma jikkooperawx li huma identifikati mit-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja u r-regolament delegat tal-Kummissjoni li jidentifika pajjiżi terzi b'riskju għoli b'nuqqasijiet strateġiċi u l-ġurisdizzjonijiet fil-lista komuni tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi għal finijiet ta' taxxa.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Fid-dawl tal-objettiv tal-irtirar fit-tul tal-PEPP, jenħtieġ li l-għażliet ta' investiment mogħtija lill-faddala tal-PEPP jitqiegħdu f'qafas, li jkopri l-elementi li jippermettu lill-investituri jieħdu deċiżjoni ta' investiment, inkluż in-numru ta' għażliet ta' investiment li jistgħu jagħżlu minnhom. Wara l-għażla inizjali li ssir mal-abbonament ta' PEPP, jenħtieġ li faddal tal-PEPP ikollu l-possibbiltà li jimmodifika din l-għażla b'intervalli raġonevoli (kull ħames snin), sabiex tiġi offruta biżżejjed stabbiltà għall-fornituri għall-istrateġija ta' investiment ta' terminu twil tagħhom filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata protezzjoni għall-investituri.

(38)  Fid-dawl tal-objettiv tal-irtirar fit-tul tal-PEPP, jenħtieġ li l-għażliet ta' investiment offruti lill-faddala tal-PEPP jkunu deskritti b'mod ċar, filwaqt li jkunu koperti l-elementi li jippermettu lill-investituri jallinjaw mal-preferenzi u l-ħtiġijiet fit-tul tal-klijenti tagħhom, u jieħdu deċiżjoni ta' investiment informata, inkluż in-numru ta' għażliet ta' investiment li jistgħu jagħżlu minnhom. Wara l-għażla inizjali li ssir mal-abbonament ta' PEPP, jenħtieġ li faddal tal-PEPP ikollu l-possibbiltà li jimmodifika din l-għażla b'intervalli raġonevoli (kull ħames snin), sabiex tiġi offruta biżżejjed stabbiltà għall-fornituri għall-istrateġija ta' investiment ta' terminu twil tagħhom filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata protezzjoni għall-investituri.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  L-għażla ta' investiment prestabbilita jenħtieġ li tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit. Barra minn hekk, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jinkludi mekkaniżmu ta' indiċjar tal-inflazzjoni biex ikopru l-inflazzjoni tal-inqas b'mod parzjali.

(39)  L-għażla ta' investiment prestabbilita, li tiġi offruta minn kull fornitur tal-PEPP, jenħtieġ li tiżgura protezzjoni tal-kapital għall-faddal tal-PEPP permezz ta' garanzija kapitali. Barra minn hekk, il-fornituri tal-PEPP jenħtieġ li jinkludu mekkaniżmu ta' indiċjar tal-inflazzjoni biex l-inflazzjoni tiġi koperta bl-aqwa mod possibbli.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti tal-PEPP li jiftħu kawża fil-qrati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) faċilment aċċessibbli, adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi bejn il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP u l-klijenti tal-PEPP għas-soluzzjoni ta' tilwimiet li jirriżultaw mid-drittijiet u mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(45)  Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-klijenti tal-PEPP li jiftħu kawża fil-qrati, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) faċilment aċċessibbli, adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi bejn il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP u l-klijenti tal-PEPP u, fejn ikun rilevanti, il-benefiċjarji, għas-soluzzjoni ta' tilwimiet li jirriżultaw mid-drittijiet u mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Bl-għan li tiġi stabbilita proċedura effiċjenti u effettiva ta' soluzzjoni għat-tilwim, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jistabbilixxu proċedura effettiva ta' lmentar li jistgħu jsegwu l-klijenti tagħhom qabel ma t-tilwima tiġi riferita biex tiġi solvuta fi proċedura tal-ADR jew quddiem qorti. Il-proċedura tal-ilmenti jenħtieġ li tinkludi perjodi ta' żmien qosra u definiti b'mod ċar li fihom il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP jenħtieġ li jwieġeb għal ilment. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kapaċità suffiċjenti biex jinvolvu rwieħhom b'mod adegwat u effiċjenti fil-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward ta' tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament.

(46)  Bl-għan li tiġi stabbilita proċedura effiċjenti u effettiva ta' soluzzjoni għat-tilwim, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jistabbilixxu proċedura effettiva ta' lmentar li jistgħu jsegwu l-klijenti tagħhom u l-benefiċjari tal-PEPP qabel ma t-tilwima tiġi riferita biex tiġi solvuta fi proċedura tal-ADR jew quddiem qorti. Il-proċedura tal-ilmenti jenħtieġ li tinkludi perjodi ta' żmien qosra u definiti b'mod ċar li fihom il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP jenħtieġ li jwieġeb għal ilment. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom kapaċità suffiċjenti biex jinvolvu rwieħhom b'mod adegwat u effiċjenti fil-kooperazzjoni transfruntiera fir-rigward ta' tilwim dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw skont dan ir-Regolament.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta' proċedura ċara, veloċi u sikura.

(47)  Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta' proċedura ċara, veloċi, sikura u trasparenti.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta' proċedura ċara, veloċi u sikura.

(47)  Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta' proċedura ċara, veloċi, li ma tantx tiswa' flus u sikura.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Jenħtieġ li l-proċess tal-bdil ikun sempliċi għall-faddal tal-PEPP. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għat-tnedija u għall-ġestjoni tal-proċess f'isem il-faddal tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jużaw mezzi addizzjonali, bħal soluzzjoni teknika, fuq bażi volontarja meta jistabbilixxu s-servizz tal-bdil.

(48)  Jenħtieġ li l-proċess tal-bdil ikun sempliċi għall-faddal tal-PEPP. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għat-tnedija u għall-ġestjoni tal-proċess f'isem il-faddal tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jużaw mezzi addizzjonali, bħal soluzzjoni teknika, fuq bażi volontarja meta jistabbilixxu s-servizz tal-bdil. Il-bdil għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas f'każijiet ta' portabilità limitata, ta’ rtirar tal-awtorizzazzjoni u fuq talba tal-faddal tal-PEPP.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Jenħtieġ li tkun iggarantita trasparenza sħiħa dwar il-kostijiet u t-tariffi relatati mal-investiment f'PEPP. Jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur. Ikun hemm informazzjoni komparattiva disponibbli bejn prodotti differenti, u b'hekk jiġi inċentivat l-ipprezzar kompetittiv.

(55)  Jenħtieġ li tkun iggarantita trasparenza sħiħa dwar il-kostijiet u t-tariffi relatati mal-investiment f'PEPP. Jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur. Għandu jkun hemm informazzjoni komparattiva disponibbli bejn prodotti differenti, biex b'hekk jiġi inċentivat l-ipprezzar kompetittiv.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)  Għad li s-superviżjoni kontinwa tal-fornituri tal-PEPP għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi, jenħtieġ li l-EIOPA tikkoordina s-superviżjoni fir-rigward tal-PEPPs, biex tiggarantixi l-applikazzjoni ta' metodoloġija superviżorja unifikata, li tikkontribwixxi b'dan il-mod għan-natura pan-Ewropea tal-prodott tal-pensjoni.

(56)  Għad li s-superviżjoni kontinwa tal-fornituri tal-PEPP għandha tiġi eżerċitata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivi, jenħtieġ li l-EIOPA tikkoordina s-superviżjoni fir-rigward tal-PEPPs, biex tiggarantixi l-applikazzjoni konsistenti ta' metodoloġija superviżorja unifikata, li tikkontribwixxi b'dan il-mod għan-natura pan-Ewropea tal-prodott tal-pensjoni.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 67a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(67 a)  Fl-UE, 14,6 % tal-persuni fl-età ta' 65 sena jew aktar jinsabu f'riskju ta' faqar. Peress li d-dħul kapitali għandu t-tendenza li jkun ikkonċentrat fl-ogħla kategoriji ta' dħul, l-inċentivi tat-taxxa għal pensjonijiet privati jistgħu jirriżultaw f'rati tat-taxxa effettivi li jkunu negattivi, u rigressivi. Dan id-dħul tat-taxxa mitluf jintefaq aħjar jekk jintuża biex itejjeb is-sostenibbiltà u l-adegwatezza tas-sistemi tal-ewwel pilastru. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu limitu massimu u jiddirezzjonaw l-inċenitivi tat-taxxa lejn prodotti tal-pensjoni privata inkluż PEPPs għal gruppi speċifiċi b'aċċess limitat għal proviżjonamenti tal-pensjonijiet komplementarji oħrajn, bħall-gruppi bi dħul baxx, dawk li jaħdmu għal rashom u l-persuni b'interruzzjonijiet twal fil-perjodi tagħhom ta' kontribuzzjoni.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 68a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(68 a)  Il-PEPP huwa strument ġdid u komplementari għall-iskemi tal-pensjoni għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Fis-sistemi nazzjonali tat-taxxa, il-PEPP jenħtieġ li jibbenefika mill-aktar trattament favorevoli fir-rigward tat-taxxa li japplika għall-prodotti nazzjonali ta' tfaddil għall-pensjonijiet.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)  Wara t-tnedija tal-PEPP, l-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu f'kunsiderazzjoni r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/... u jestendu l-benefiċċji tal-benefiċċji fuq it-taxxa li jagħtu lill-PPPs nazzjonali għall-PEPP ukoll.

(69)  Wara t-tnedija tal-PEPP, l-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa jieħdu f'kunsiderazzjoni r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/... u jestendu l-benefiċċji tal-benefiċċji fuq it-taxxa li jagħtu lill-PPPs nazzjonali għall-PEPP ukoll.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 69a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(69a)  L-Istati Membri huma mħeġġa jipprovdu qafas tal-PEPP xieraq.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70)  Trid titwettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, fost l-oħrajn, billi jiġu vvalutati l-iżviluppi tas-suq, bħat-tfaċċar ta' tipi ġodda ta' PEPPs, kif ukoll l-iżviluppi f'oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri.

(70)  Trid titwettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, fost l-oħrajn, billi jiġu vvalutati l-iżviluppi tas-suq, bħat-tfaċċar ta' tipi ġodda ta' PEPPs, kif ukoll l-iżviluppi f'oqsma oħra tad-dritt tal-Unjoni u l-esperjenzi tal-Istati Membri. Tali evalwazzjoni jenħtieġ li tieħu f'kunsiderazzjoni l-għanijiet u l-finijiet differenti tal-istabbiliment ta' suq tal-PEPP li jiffunzjonaw tajjeb, u b'mod partikolari jenħtieġ li tevalwa jekk dan ir-Regolament ikkontribwixxiex għall-iżvilupp ta' sistemi tal-pensjoni fuq diversi pilastri fl-Istati Membri u jekk wassalx sabiex aktar ċittadini Ewropej ifaddlu għal pensjonijiet adegwati u sostenibbli.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta' intrapriża, il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-prinċipju ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

(71)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiżgura r-rispett tad-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-drittijiet tal-anzjani li jkollhom ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-proprjetà, il-libertà ta' intrapriża, il-prinċipju ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-prinċipju ta' livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja;

(a)  ikun bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja u komplementarja;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP)" tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta' terminu twil, li hu pprovdut skont skema miftiehma tal-PEPP minn impriża finanzjarja regolata awtorizzata skont id-dritt tal-Unjoni għall-immaniġġjar ta' investimenti jew ta' tfaddil kollettivi jew individwali, u li fiha jabbona b'mod volontarju faddal individwali tal-PEPP għall-irtirar, b'tifdija strettament limitata jew mingħajrha;

(2)  "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP)" tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil, sostenibbli u soċjalment reponsabbli ta' terminu twil, li hu pprovdut skont skema miftiehma tal-PEPP minn impriża finanzjarja regolata awtorizzata skont id-dritt tal-Unjoni għall-immaniġġjar ta' investimenti jew ta' tfaddil kollettivi jew individwali, u li fiha jabbona b'mod volontarju faddal individwali tal-PEPP jew minn assoċjazzjoni indipendenti tal-faddala tal-PEPP f'isem il-membri tagħha għall-irtirar, b'tifdija strettament limitata jew mingħajrha;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  klijent mhux professjonali kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41;

(a)  klijent mhux professjonali kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41, jiġifieri klijent li ma jkunx klijent professjonali;

__________________

__________________

41 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

41 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  assoċjazzjoni indipendenti li tissottoskrivi prodotti tal-PEPP għall-membri tagħha;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12 a)  "somma f'daqqa" tfisser il-ħlas sħiħ tal-kapital akkumulat fi tmiem il-fażi tal-akkumulazzjoni;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19 a)  "Stat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP" tfisser l-Istat Membru fejn id-distributur tal-PEPP għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Importanti li tiġi pprovduta ċ-ċertezza tad-dritt dwar liema awtorità nazzjonali kompetenti se tkun responsabbli mis-superviżjoni kontinwa tal-fornituri u d-distributuri tal-PEPP f'sitwazzjonijiet transfruntiera, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar id-distribuzzjoni u r-rekwiżiti ta' informazzjoni.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19 b)  "Stat Membru ospitanti tad-distributur tal-PEPP" tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju, fejn distributur tal-PEPP jiddistribwixxi l-PEPPs;

Ġustifikazzjoni

Importanti li tiġi pprovduta ċ-ċertezza tad-dritt dwar liema awtorità nazzjonali kompetenti se tkun responsabbli mis-superviżjoni kontinwa tal-fornituri u d-distributuri tal-PEPP f'sitwazzjonijiet transfruntiera, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar id-distribuzzjoni u r-rekwiżiti ta' informazzjoni.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "kapital" tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b'mod dirett jew indirett tal-investituri;

(21)  "kapital" tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli qabel ma jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b'mod dirett jew indirett mill-investituri;

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  "opzjoni ta' investiment prestabbilita" tfisser strateġija ta' investiment applikata meta l-faddal tal-PEPP ma jkunx ipprovda struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu investiti l-fondi li jakkumulaw fil-kont tal-PEPP tiegħu;

(24)  "opzjoni ta' investiment prestabbilita" tfisser strateġija ta' investiment fejn il-faddal tal-PEPP jirkupra tal-anqas il-kapital li jkun investa u li tingħażel jew mill-faddal tal-PEPP jew tkun applikata meta l-faddal tal-PEPP ma jkunx ipprovda struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu investiti l-fondi li jakkumulaw fil-kont tal-PEPP tiegħu;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28 a)  "Il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG)" jinkludu l-objettivi klimatiċi u ta' sostenibilità tal-Unjoni kif stipulati fil-ftehim ta' Pariġi, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u d-definizzjonijiet tal-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli fejn il-fatturi ambjentali jinkludu t-tibdil fil-klima, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, it-tnaqqis tar-riżorsi (inklużi l-ilma mormi u t-tniġġis) u d-deforestazzjoni; il-fatturi soċjali jinkludu d-Drittijiet tal-Bniedem, il-kundizzjonijiet tax-xogħol (inklużi l-iskjavitù u t-tħaddim tat-tfal), il-komunitajiet lokali (inklużi l-komunitajiet indiġeni), il-kunflitti, is-saħħa u s-sikurezza, ir-relazzjonijiet bejn l-impjegati u d-diversità; il-fatturi ta' governanza jinkludu l-ħlas, it-tixħim u l-korruzzjoni ta' persunal eżekuttiv, id-donazzjonijiet u l-lobbjar ta' natura politika, l-istruttura u d-diversità tal-bord u l-istrateġija tat-taxxa.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)  "Riskji bijometriċi" tfisser riskji marbuta ma' lonġevità, diżabilità, kura fit-tul u mewt.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c)  "sħubija ta' kompartiment" tfisser kooperazzjoni bejn fornituri tal-PEPP sabiex joffru kompartimenti fi Stati Membri differenti fid-dawl tas-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikolu 12. Ir-responsabilità f'dawn is-sħubijiet tibqa', fil-każijiet kollha, tal-fornitur primarju.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  PEPP jista' jiġi mmanifatturat u ddistribwit biss fl-Unjoni fejn ġie awtorizzat mill-EIOPA f'konformità ma' dan ir-Regolament.

1.  PEPP jista' jiġi ġġenerat u ddistribwit biss fl-Unjoni fejn ġie awtorizzat u ingħata l-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mill-awtorità superviżorja kompetenti, l-EIOPA.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni dwar l-arranġamenti dwar il-portafoll kif ukoll l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-PEPP;

(d)  informazzjoni dwar l-arranġamenti dwar il-portafoll kif ukoll l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-PEPP, inklużi r-rwol tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fil-proċess ta' investiment kif ukoll l-impatt fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment;

Ġustifikazzjoni

Peress li l-fatturi ESG mistennija jkollhom impatt fuq id-deċiżjonijiet ta' investiment fit-tul bħal dawk li jikkonċernaw PEPP, jidher xieraq li jiġi żvelat il-mod kif inhuma meqjusa fis-sistema ta' ġestjoni tar-riskju tal-fornitur u li jiġu kkunsidrati bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa biex issir l-applikazzjoni għall-ksib ta' awtorizzazzjoni biex jiġi pprovdut dan il-prodott.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-PEPP;

(e)  informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-PEPP, inkluż l-integrazzjoni tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza u b'mod partikolari kif l-istrateġija ta' investiment hija allinjata mal-objettivi klimatiċi u ta' sostenibilità kif stipulat fil-ftehim ta' Pariġi, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  informazzjoni dwar il-politika ta' esklużjoni ta' investiment b'rabta ma' ħsara ambjentali gravi, ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema u l-produzzjoni tal-armi;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f a)  informazzjoni dwar kwalunkwe sħubija bejn il-fornituri tal-PEPP biex joffru kompartimenti fi Stati Membri differenti;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-faddala tal-PEPP, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa mill-faddala tal-PEPP;

(h)  deskrizzjoni tal-informazzjoni li tkun disponibbli għall-faddala tal-PEPP u l-benefiċjarji relatati, li tinkludi deskrizzjoni tal-arranġamenti biex jiġu ttrattati l-ilmenti mressqa mill-faddala tal-PEPP u l-benefiċjarji relatati;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-applikant ikun adotta u ppubblika politika ta' esklużjoni ta' investiment kredibbli relatata ma' ħsara ambjentali gravi, ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem inklużi d-drittijiet tal-ħaddiema, u l-produzzjoni tal-armi;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d a)  il-PEPP propost effettivament jintegra l-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fl-istrateġija ta' investiment u l-immaniġġjar tar-riskju tiegħu u jiżgura li l-immaniġġjar tal-portafoll tiegħu jkun allinjat mal-objettivi klimatiċi u ta' sostenibilità tal-Unjoni kif stipulat fil-ftehim ta' Pariġi, l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, u l-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-EIOPA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-applikant.

2.  Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-EIOPA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-applikant billi tipprovdilha kopja tal-applikazzjoni u l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-konsultazzjoni biex jiġi vverifikat jekk hemmx xi oġġezzjoni biex tintlaqa' l-applikazzjoni.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-EIOPA għandha tirtira l-awtorizzazzjoni ta' PEPP f'każ li ma jibqgħux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

4.  L-EIOPA għandha tirtira l-awtorizzazzjoni ta' PEPP f'każ li ma jibqgħux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jitolbu lill-EIOPA tikkunsidra l-irtirar ta' awtorizzazzjoni tal-PEPP billi jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti li timmotiva din it-talba. F'każ ta' rtirar tal-awtorizzazzjoni, il-faddala tal-PEPP jiġu informati b’mod ċar u għandhom id-dritt li jibdlu l-fornitur tal-PEPP mingħajr ħlas irrispettivament mill-frekwenza tal-bdil stipulata fl-Artikolu 45.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.  Meta tiġi rtirata awtorizzazzjoni ta' PEPP, l-EIOPA għandha tikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu ssalvagwardati l-faddala tal-PEPP li jkollhom kuntratt mal-fornitur tal-PEPP li l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun ġiet irtirata.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP awtorizzata skont dan ir-Regolament, il-fornitur ta' dan il-PEPP u l-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f'format elettroniku.

L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP awtorizzat skont dan ir-Regolament, il-fornitur ta' dan il-PEPP, l-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP, id-data ta' awtorizzazzjoni tal-PEPP u l-għadd ta' kompartimenti nazzjonali disponibbli. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f'format elettroniku u għandu jiġi aġġornat minnufih jekk ikun hemm xi bidliet.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-servizz tal-portabilità jippermetti lill-faddala tal-PEPP ikomplu jikkontribwixxu għall-PEPP li diġà jkunu kkuntrattaw mal-fornitur tiegħu, filwaqt li jbiddlu d-domiċilju tagħhom billi jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor.

1.  Is-servizz tal-portabilità jippermetti lill-faddala tal-PEPP ikomplu jikkontribwixxu għall-PEPP li diġà jkunu kkuntrattaw mal-fornitur tiegħu, filwaqt li jbiddlu d-domiċilju tagħhom billi jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-tneħħija tat-tariffa f'każ li dak li jkun ibiddel il-fornitur bħala inċentiv. Fi kwalunkwe każ, l-ispejjeż għandhom ikunu raġonevoli u kkomunikati dejjem meta jsir il-kuntratt.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ li jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitoilati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fl-istess PEPP.

2.  F'każ li jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitolati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fl-istess PEPP. Il-kostijiet tal-użu tas-servizz tal-portabilità għandhom ikunu raġonevoli.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'sitwazzjonijiet fejn faddal tal-PEPP ibiddel id-domiċilju billi jmur joqgħod fi Stat Membru ieħor u ma jkun offrut ebda kompartiment mill-fornitur tal-PEPP f'dak l-Istat Membru, il-faddal tal-PEPP għandu jiġi offrut il-possibbiltà li jaqleb għal fornitur ieħor mingħajr ħlas.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Min jirċievi PEPP għandu jiżgura li l-benefiċjarji jistgħu jirċievu l-ħlasijiet tal-PEPP, irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza tagħhom.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jipproponi PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovi lill-faddala potenzjali tal-PEPP informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih.

2.  Meta jipproponi PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddala potenzjali tal-PEPP informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih, jew mill-fornitur tal-PEPP jew minn sieħeb irreġistrat.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sa mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull PEPP għandu joffri kompartimenti nazzjonali għall-Istati Membri kollha fuq talba indirizzata lill-fornitur tal-PEPP.

3.  Il-faddal tal-PEPP u l-fornitur tal-PEPP għandhom jelenkaw il-kompartimenti disponibbli fil-kuntratt tagħhom. Il-fornitur tal-PEPP għandu joffri tal-anqas il-kompartimenti elenkati fil-kuntratt. Faddal tal-PEPP li jkun irid jibdel id-domiċilju billi jmur joqgħod fi Stat Membru ieħor jista' jeżerċita fi kwalunkwe każ id-dritt tiegħu tal-mobilità billi jibdel il-fornitur tal-PEPP meta l-kompartiment nazzjonali li l-faddal ikun irid jiftaħ ma jkunx sar disponibbli la mill-fornitur tal-PEPP u lanqas minn sieħeb irreġistrat. M'għandu jkun hemm l-ebda tariffa u imposta applikati f'dawn il-każijiet għall-konsumaturi kollha.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-iskadenza skont l-Artikolu 13(3), il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li fi ħdan kull kont tal-PEPP individwali jkun jista' jinfetaħ kompartiment ġdid, li jikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu tal-inċentivi stabbiliti f'livell nazzjonali għall-PEPP mill-Istat Membru li fih imur jgħix il-faddal tal-PEPP.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li fi ħdan kull kont tal-PEPP individwali jkun jista' jinfetaħ kompartiment ġdid, permezz ta' trasferiment jew żieda, li jikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu tal-inċentivi stabbiliti f'livell nazzjonali għall-PEPP tal-Istat Membru fejn għandu jinfetaħ il-kompartiment.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jidħlu fi sħubija ta' kompartiment ma' fornituri tal-PEPP oħra bil-għan li jiffaċilitaw il-ftuħ ta' kompartimenti fl-Istati Membri kollha.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-iskadenza skont l-Artikolu 13(3), eżatt wara li jiġi informat dwar l-intenzjoni tal-faddal tal-PEPP li jeżerċita d-dritt tiegħu ta' mobilità bejn l-Istati Membri, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibbiltà li jiftaħ kompartiment ġdid fi ħdan il-kont individwali tal-faddal tal-PEPP u dwar l-iskadenza li sa din ikun jista' jinfetaħ tali kompartiment.

1.  Eżatt wara li jiġi informat dwar l-intenzjoni tal-faddal tal-PEPP li jeżerċita d-dritt tiegħu ta' mobilità bejn l-Istati Membri, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibbiltà li jiftaħ kompartiment ġdid fi ħdan il-kont individwali tal-faddal tal-PEPP u dwar l-iskadenza li sa din ikun jista' jinfetaħ tali kompartiment.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar modifiki possibbli fl-istrateġija ta' investiment adottata jew elementi oħra.

imħassar

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq it-talba tal-faddal tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jipproponi lill-faddal tal-PEPP biex jirranġa għat-trasferiment ta' assi akkumulati bejn kompartimenti differenti tal-kont tal-PEPP individwali, sabiex l-assi kollha jkunu jistgħu jiġu kkonsolidati f'kompartiment wieħed.

1.  Fuq it-talba tal-faddal tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jipproponi lill-faddal tal-PEPP biex jagħmel arranġamenti għat-trasferiment ta' assi akkumulati bejn kompartimenti differenti tal-kont tal-PEPP individwali, sabiex l-assi kollha jkunu jistgħu jiġu kkonsolidati f'kompartiment wieħed. L-ispejjeż assoċjati ma' dan it-trasferiment iridu jkunu ġew stipulati meta ġie konkluż il-kuntratt.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għoti ta' informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet nazzjonali

Għoti ta' informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet kompetenti

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-arranġamenti kuntrattwali kollha għall-forniment tas-servizz ta' portabilità għandhom jiġu notifikati mill-fornitur tal-PEPP lill-awtorità nazzjonali rispettiva li teżerċita superviżjoni prudenzjali fuqu.

1.  L-arranġamenti kuntrattwali kollha għall-forniment tas-servizz ta' portabilità għandhom jiġu notifikati mill-fornitur tal-PEPP lill-EIOPA.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata b'mod elettroniku f'bażi tad-data ċentrali miżmuma mal-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali fi żmien xahar mill-ftuħ tal-kompartiment il-ġdid u tal-inqas għandu jkun fiha:

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata b'mod elettroniku f'bażi tad-data ċentrali miżmuma mal-EIOPA fi żmien xahar mill-ftuħ tal-kompartiment il-ġdid. L-EIOPA għandha tagħmel il-bażi tad-data aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li awtomatikament għandhom jiġu notifikati u jirċievu informazzjoni dwar il-kompartimenti lokali fil-każ ta' kwalunkwe bidla. Il-bażi tad-data tal-inqas għandu jkun fiha:

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-identifikazzjoni tas-sieħeb irreġistrat, jekk ikun hemm;

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti tal-PEPP b'mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista' jaħżen tali informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. Fuq talba, il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b'xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll.

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti tal-PEPP b'mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista' jaħżen tali informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. Fuq talba, il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b'xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll, inkluż f'forma stampata, u f'format aċċessibbli għall-faddala tal-PEPP b'diżabilità kif ukoll verżjoni faċli biex tinqara għall-faddala tal-PEPP li ftit li xejn huma familjari mal-qasam finanzjarju.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Qabel ma PEPP jiġi propost lill-faddala tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għal dak il-prodott f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu u għandu jippubblika d-dokument fuq is-sit web tiegħu.

1.  Qabel ma PEPP jiġi propost lill-faddala tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għal dak il-prodott li jkun fih l-informazzjoni prekuntrattwali f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-Kapitolu u għandu jippubblika d-dokument fuq is-sit web tiegħu.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 5(2), u 6 sa 18 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

2.  Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom japplikaw ir-rekwiżiti mniżżla fl-Artikoli 5(2), u 6 sa 18 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 meta jfasslu d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u bil-għan li jiġu kkumplementati d-dispożizzjonijiet l-oħra msemmija hawn fuq, id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu:

 

(a)  Jitfassal b'mod li jinftiehem mill-klijent u għandu jippermetti tqabbil ġust tal-prodotti. Barra minn hekk, il-karatteristiċi tal-prodott ta' prodott tal-pensjoni għandhom ikunu ċari;

 

(b)  Jiġi ppreżentat u strutturat b'mod li jkun ċar u faċli biex jinqara, bl-użu ta' tipa ta' daqs li tinqara;

 

(c)  Jinqara bl-istess mod fil-każ li minħabba li jkun oriġinarjament ġie prodott bil-kulur, jiġi stampat jew fotokopjat bl-abjad u l-iswed;

 

(d)  Jinkiteb fil-lingwi uffiċjali, jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali, użati fil-parti tal-Istat Membru fejn il-PEPP huwa offrut jew, jekk ikun hemm qbil mill-faddal tal-PEPP u d-distributur tal-PEPP, f'lingwa oħra;

 

(e)  Ikun mingħajr ħlas;

 

(f)  ma jkunx qarrieqi jew mhux preċiż;

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  l-età tal-irtirar;

(iii)  Informazzjoni dwar (a) l-età tal-irtirar kif proposta mill-iskema tal-PEPP u (b) l-età tal-irtirar standard tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu tkun applikabbli;

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża informazzjoni dwar il-kompartimenti;

(iv)  informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża informazzjoni dwar il-kompartimenti, is-sħab irreġistrati - jekk ikun hemm, u l-iżborżi fi Stati Membri oħra;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 (ir-Regolament dwar il-PRIIPS), id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu jiġi ppreżentat fis-sekwenza stabbilita fil-paragrafi li ġejjin:

 

(a)  L-intestatura "Dokument bit-Tagħrif Ewlieni dwar il-PEPP" fil-parti ta' fuq tal-ewwel paġna trid tiġi segwita immedjatament bl-informazzjoni li ġejja:

 

(i)  It-tip tal-PEPP

 

(ii)  L-isem tal-PEPP

 

(iii)  L-isem u d-dettalji ta' kuntatt u, jekk xieraq, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-fornitur tal-PEPP mill-awtorità nazzjonali kompetenti u -ċertifikazzjoni mill-EIOPA;

 

(iv)  L-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP;

 

(v)  Id-data tad-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni dwar il-PEPP

 

(vi)  Dettalji dwar l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 4;

 

(vii)   Informazzjoni relatata mal-politika ta' investiment tal-PEPP f'termini tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza;

 

(viii)   Informazzjoni dwar kwalunkwe impatt li l-għażla taż-żmien tal-irtirar jista' jkollha fuq ir-riskji u l-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP;

 

(ix)   Deskrizzjoni tal-għażliet ta' dekumulazzjoni u dikjarazzjoni li jista' jkun prudenti li jiġu kkunsidrati pariri dwar dawn l-għażliet qabel l-irtirar.

 

(b)  Direttament wara l-informazzjoni ta' taħt it-titolu tad-dokument bit-tagħrif ewlieni dwar il-PEPP irid jkun hemm nota spjegattiva. Din għandha taqra: "Dan id-dokument jipprovdilek informazzjoni ewlenija dwar dan il-PEPP. Dan mhuwiex materjal ta' kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, l-ispejjeż, il-gwadanji u t-telf potenzjali ta' dan il-prodott u biex tgħinek tipparagunah ma' prodotti oħrajn.";

 

(c)  F'taqsima intitolata "X'inhu dan il-prodott?", minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 23(3) ta' dan ir-regolament [dwar il-PEPP], in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, inkluż:

 

(i)   Informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-portabilità - "Aħna noffru servizz tal-portabilità fl-Istati Membri li ġejjin tal-Unjoni Ewropea:" - u lista tal-Istati Membri kkonċernati;

 

(ii)  Informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-bdil: "Inti tista' taqleb il-fornituri u l-għażliet ta' investiment kull 5 snin rispettivament. Għal dan, aħna nitolbuk ħlas ta' [x] % tal-kapital akkumulat sal-punt tal-bdil.";

 

(iii)  Meta l-PEPP joffri benefiċċji tal-assigurazzjoni waqt il-fażi tal-akkumulazzjoni, id-dettalji ta' dawk il-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkostanzi li jiskattawhom;

 

(iv)  Informazzjoni disponibbli relatata mal-istrateġija ta' investiment fid-dawl tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza;

 

(v)  Il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li tingħażel;

 

(d)  Taħt taqsima intitolata "X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?", deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li tinkludi l-elementi li ġejjin:

 

(i)  indikatur tar-riskju sommarju;

 

(ii)  L-ammont ta' protezzjoni tal-kapital kontra r-riskji tas-suq - espress f'perċentwal tal-kapital imħallas - fit-tmiem tal-fażi tal-akkumulazzjoni;

 

(iii)  Fejn applikabbli, dettalji dwar l-ammont totali mħallas sal-età ta' 80, 90 u 100 sena tal-faddal tal-PEPP abbażi ta' tliet xenarji ta' prestazzjoni - 1 %, 2 % u 3 % - matul il-fażi tad-dekumulazzjoni, inkluż rata medja ta' inflazzjoni ta' 4 % fis-sena;

 

(iv)  Dettalji dwar il-ħlas minimu ggarantit tul il-ħajja kull xahar għal kull EUR 10 000 ta' kapital imħallas;

 

(v)  Dikjarazzjoni fil-qosor li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-faddal tal-PEPP jista' jkollha impatt fuq l-iżborż innifsu;

 

(e)  Taħt taqsima intitolata "X'jiġri jekk [l-isem tal-fornitur tal-PEPP] ma jkunx jista' jagħti żborż?", deskrizzjoni qasira dwar jekk it-telf relatat huwiex kopert minn skema ta' garanzija jew kumpens għall-investituri u, jekk dan ikun il-każ, liema skema hi, u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex;

 

(f)  Taħt taqsima intitolata "X'inhuma l-ispejjeż?", l-ispejjeż diretti u indiretti probabbli assoċjati ma' investiment tal-PEPP, aggregati u espressi bħala perċentwal tal-assi investiti sabiex tiġi żgurata paragunabilità diretta. Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-ispejjeż, għandha tiġi preżunta żieda annwali kostanti ta' 2 % tal-assi investiti;

 

(g)  Taħt taqsima intitolata "Għal kemm żmien għandi nżomm il-PEPP u nista' nagħmel prelevament bikri tal-flus?":

 

(i)  Indikazzjoni tal-perjodu ta' żamma rrakkomandat, abbażi tal-età tal-pensjoni, u, fejn ikun xieraq, kwalunkwe perjodu ta' żamma minimu obbligatorju;

 

(ii)  Il-possibbiltà ta' terminazzjoni bikrija tal-kuntratt tal-PEPP u l-kundizzjonijiet biex dan isir, inklużi l-ispejjeż u t-tariffi applikabbli kollha;

 

(iii)  Informazzjoni dwar il-konsegwenzi potenzjali tat-terminazzjoni tal-kuntratt qabel tmiem il-fażi ta' akkumulazzjoni jew il-perjodu ta' żamma rrakkomandat, bħat-telf tal-protezzjoni tal-kapital jew tariffi ta' kontinġenza addizzjonali;

 

(h)  Taħt taqsima intitolata "Kif nista' nressaq ilment?", informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista' jressaq ilment dwar il-prodott jew l-imġiba tal-fornitur tal-PEPP jew ta' persuna li tagħti pariri dwar il-prodott jew tbigħu;

 

(i)  Taħt taqsima intitolata "Informazzjoni rilevanti oħra", referenza fil-qasor għal kwalunkwe dokument ta' informazzjoni addizzjonali, bħal kwalunkwe rapport dwar is-solvenza u l-pożizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe materjal ta' kummerċjalizzazzjoni;

 

(j)   Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jkun faċilment disponibbli fuq is-sit web tal-fornitur, b'aċċess tat-tniżżil.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-faddala potenzjali tal-PEPP għandhom jiġu pprovduti wkoll b'informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-investimenti relatati mal-iskema tal-PEPP li tkopri minimu ta' ħames snin jew, meta l-iskema tkun ilha topera inqas minn ħames snin, li tkopri s-snin kollha kemm ilha topera l-iskema, kif ukoll b'informazzjoni dwar l-istruttura tal-kostijiet imġarrba mill-faddala tal-PEPP u mill-benefiċjarji tal-PEPP.

5.  Il-faddala potenzjali tal-PEPP għandhom jiġu pprovduti wkoll b'informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-investimenti relatati mal-iskema tal-PEPP li tkopri minimu ta' 20 sena b'ċifri għal kull sena individwali, jew, meta l-iskema tkun ilha topera inqas minn 20 sena, li tkopri s-snin kollha kemm ilha topera l-iskema, kif ukoll b'informazzjoni ċara dwar l-istruttura tal-kostijiet u t-tariffi kollha mġarrba mill-faddala tal-PEPP u mill-benefiċjarji tal-PEPP. F'każ li l-informazzjoni ma tkunx tista' tiġi pprovduta minħabba li l-iskema tal-PEPP tkun ilha teżisti inqas minn sena, il-faddala tal-PEPP mill-inqas għandu jkollhom aċċess għall-prestazzjoni ta' skema ta' investimenti komparabbli.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 9 sa 18 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Speċifikazzjoni tat-talbiet u tal-ħtiġijiet u l-għoti ta' pariri

Speċifikazzjoni tat-talbiet, tal-ħtiġijiet u tal-preferenzi u l-għoti ta' pariri

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba mingħand il-fornitur tal-PEPP, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta' dak il-faddal tal-PEPP u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f'forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista' jieħu deċiżjoni informata.

Qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba mingħand il-fornitur tal-PEPP, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet u l-preferenzi, inklużi l-preferenzi relatati mal-ESG ta' dak il-faddal tal-PEPP u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f'forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista' jieħu deċiżjoni informata.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-għan tal-parir għandu jkun li jivvaluta l-averżjoni għar-riskju u l-ħiliet finanzjarji ta' faddal tal-PEPP kif ukoll li jgħinu jkun f'pożizzjoni li jagħżel l-investiment li jikkorrispondi l-aħjar għall-profil tar-riskju tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi speċifikat x'inhu l-għan tal-parir, b'kunsiderazzjoni partikolari għall-evalwazzjoni ta' profil tar-riskju ta' faddal tal-PEPP.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Permezz ta' parir, faddal tal-PEPP għandu jiġi informat dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi evalwat aħjar il-profil tar-riskju ta' faddal tal-PEPP, informazzjoni dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP hija adattata.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jingħata parir qabel il-konklużjoni ta' xi kuntratt speċifiku, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP.

2.  Parir għandu jingħata qabel il-konklużjoni ta' xi kuntratt speċifiku. Il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-preferenzi tal-faddal tal-PEPP. Il-faddal tal-PEPP għandu jirċievi wkoll informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta' governanza ta' dik ir-rakkomandazzjoni personali.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jagħti pariri dwar il-PEPPs, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jikkonforma mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stipulati fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u ma' kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni direttament applikabbli adottata skont l-Artikolu 25(8) ta' dik id-Direttiva relatata ma' dawk ir-regoli.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu stabbilit fil-paragrafu preċedenti, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jikkonforma mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stipulati fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u ma' kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni direttament applikabbli adottata skont l-Artikolu 25(8) ta' dik id-Direttiva relatata ma' dawk ir-regoli.

Ġustifikazzjoni

Under Article 22(2) of Directive (EU) 2016/97 (IDD), Member States have a national option to make the provision of advice mandatory by insurance distributors prior to the conclusion of any insurance contract. Where a PEPP distributor is an insurance intermediary registered under IDD, Article 19(a) of the PEPP Regulation provides that Chapters V and VI of IDD apply: the national option for mandatory advice (covered by Chapter V) will therefore apply. In some Member States, PEPP contracts distributed by insurance intermediaries will therefore always be sold with prior advice. This will not be the case where PEPP contracts are distributed by investment firms authorized under MiFID II or by any other type of financial undertaking allowed as PEPP provider under Article 5(1) of the PEPP Regulation. This is because neither MiFID II nor the proposed PEPP Regulation currently contains a national option to make the provision of advice mandatory prior to the conclusion of a PEPP contract. This will result in PEPP savers being treated differently depending on the legal status of the PEPP distributor with whom they will deal. These amendments solve this issue and ensure a higher standard for the protection of the PEPP saver.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 26

imħassar

Konklużjoni ta' kuntratt għal PEPP mingħajr parir

 

1.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), il-faddal tal-PEPP jista' jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri b'rabta mal-konklużjoni ta' kuntratt għall-għażla prestabbilita ta' investiment.

 

Meta l-faddal tal-PEPP jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandhom, meta jwettqu attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-PEPP, jitolbu lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP jipprovdi informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-persuna fil-qasam ta' investiment rilevanti għall-PEPP offrut jew mitlub biex il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP ikun jista' jivvaluta jekk il-PEPP previst huwiex adattat għall-faddal tal-PEPP.

 

Meta l-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament iqis, fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott mhuwiex xieraq għall-faddal tal-PEPP jew għall-faddal potenzjali tal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jwissi lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP dwar dan. Dik it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

 

Fejn il-faddala tal-PEPP jew il-faddala potenzjali tal-PEPP ma jipprovdux l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, jew fejn ma jipprovdux biżżejjed informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza tagħhom, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jwissihom li hu mhuwiex f'qagħda li jiddetermina jekk il-PEPP previst hux xieraq għalihom. Dik it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

 

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), meta l-faddal tal-PEPP ikun irrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi parir b'rabta mal-għażla prestabbilita ta' investiment, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament jista' jwettaq attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-PEPP mingħajr il-bżonn li jikseb informazzjoni jew jagħmel id-determinazzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(a)  l-attivitajiet huma relatati mal-kuntratti tal-PEPP li jikkonċernaw l-għażla prestabbilita ta' investiment li jipprovdu biss skopertura ta' investiment għall-istrumenti finanzjarji meqjusa mhux kumplessi skont l-Artikolu 25(4)(a) tad-Direttiva 2014/65/UE u ma jinkorporawx struttura li tagħmilha diffiċli għall-faddal tal-PEPP biex jifhem ir-riskji involuti;

 

(b)  id-distribuzzjoni tal-PEPP issir fuq l-inizjattiva tal-faddal tal-PEPP jew tal-faddal potenzajli tal-PEPP;

 

(c)  il-faddal tal-PEPP jew il-faddal potenzajli tal-PEPP ġie informat biċ-ċar li, meta jwettaq l-attività ta' distribuzzjoni tal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP mhuwiex meħtieġ jivvaluta l-adegwatezza tal-PEPP jew tal-attività ta' distribuzzjoni tal-PEPP ipprovduti jew offruti u li l-faddal tal-PEPP jew il-faddal potenzajli tal-PEPP ma jibbenefikax mill-protezzjoni korrispondenti tar-regoli rilevanti tal-kondotta tal-operazzjonijiet. Tali twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat;

 

(d)  il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont ir-regoli applikabbli għalih, f'konformità ma' dan il-Kapitolu, rigward kunflitti ta' interess relatati mal-attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-PEPP.

 

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 62 biex tispeċifika b'mod ulterjuri kif il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament iridu jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti f'dan l-Artikolu meta jwettqu attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-PEPP, inkluż fir-rigward tal-informazzjoni li jridu jiksbu meta jivvalutaw l-adegwatezza tal-PEPPs għall-klijenti tagħhom u l-kriterji għall-valutazzjoni ta' kuntratti mhux kumplessi relatati mal-PEPP għall-finijiet tal-punt (ii) tal-paragrafu 2(a) ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom iqisu:

 

(a)   in-natura tas-servizzi offruti jew ipprovduti lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzajli tal-PEPP, b'kunsiderazzjoni tat-tip, tal-oġġett, tad-daqs u tal-frekwenza tat-tranżazzjonijiet; u

 

(b)   in-natura tal-prodotti offerti jew ikkunsidrati, inklużi tipi differenti ta' strumenti finanzjarji.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tħassar il-possibbiltà li faddal tal-PEPP jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi parir li, fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jingħata lill-konsumaturi tal-PEPP.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom ifasslu dokument konċiż ippersonalizzat li jkun fih it-tagħrif ewlieni għal kull faddal tal-PEPP b'kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u tal-liġi soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali rilevanti ("Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP"). It-titlu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem "Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP".

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom ifasslu dokument ippersonalizzat konċiż, ċar u komprensibbli li jkun fih it-tagħrif ewlieni għal kull faddal tal-PEPP u għall-benefiċjarji tal-PEPP jekk ikun hemm qbil dwar dan min-naħa tal-faddal tal-PEPP, b'kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u tal-liġi soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali rilevanti ("Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP"). It-titlu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem "Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP".

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Barra minn hekk, il-faddal tal-PEPP għandu jinżamm informat tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

3.  Barra minn hekk, il-faddal u l-benefiċjarji tal-PEPP għandhom jinżammu informati tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni dwar kif il-polza ta' investiment tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

(d)  informazzjoni dwar kif il-politika ta' investiment tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, inkluż ir-rwol li jaqdu fil-proċess ta' investiment kif ukoll l-impatt fit-tul u l-esternalitajiet tad-deċiżjoniijet tal-investiment.

Ġustifikazzjoni

Il-faddala tal-PEPP jeħtieġ li jiġu informati dwar l-esternalitajiet li d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom għandhom fuq is-soċjetà.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jinkludi mill-inqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-faddala tal-PEPP:

1.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas, kull sena u jinkludi mill-inqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-faddala tal-PEPP u għall-benefiċjarji tal-PEPP jekk ikun hemm qbil dwar dan min-naħa tal-faddal tal-PEPP:

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP, isem il-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni, informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat, il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza u informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema tal-PEPP, li għalihom għandu jiġi applikat l-Artikolu 39, paragrafi 1(a), (b), (d), (e), (f) u (h) tad-Direttiva 2016/2341/UE, fejn il-"membru" tfisser il-faddal tal-PEPP, l-"IORP" tfisser il-fornitur tal-PEPP, "skema ta' pensjoni" tfisser l-iskema tal-PEPP u "l-impriża sponsor" tfisser kwalunkwe parti terza għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(a)  id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP, isem il-fornitur tal-PEPP u l-informazzjoni ta' kuntatt tiegħu, identifikazzjoni tal-iskema tal-faddal tal-PEPP, informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni, informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat, il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza u informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema tal-PEPP, li għalihom għandu jiġi applikat l-Artikolu 39, paragrafi 1(a), (b), (d), (e), (f) u (h) tad-Direttiva 2016/2341/UE, fejn il-"membru" tfisser il-faddal tal-PEPP, l-"IORP" tfisser il-fornitur tal-PEPP, "skema ta' pensjoni" tfisser l-iskema tal-PEPP u "l-impriża sponsor" tfisser kwalunkwe parti terza għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e a)  sommarju dwar il-prinċipji tal-politika ta' investiment tal-fornitur tal-PEPP li huma deskritti f'aktar dettall fl-informazzjoni supplimentari skont l-Artikolu 29(c) ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-aktar informazzjoni rilevanti dwar il-prinċipji tal-politika ta' investiment tal-fornituri tal-PEPP jeħtieġ li tiġi stabbilita fir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP, filwaqt li dettalji ulterjuri jitħallew għall-informazzjoni supplimentari deskritta fl-Artikolu 29.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  informazzjoni dwar il-previżjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni abbażi tal-età tal-pensjoni kif speċifikat fil-punt (a), u dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà li dawk il-projezzjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji riċevuti.Dawn għandhom jintwerew fuq il-bażi ta' xenarji ekonomiċi, inkluż xenarju tal-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema tal-PEPP.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ec (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ec)  informazzjoni dwar l-intitolamenti tal-pensjoni akkumulati jew il-kapital tal-pensjoni akkumulat, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-iskema tal-PEPP;

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ed (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ed)  Informazzjoni dwar x'jiġri fil-każ ta' mewt tal-faddal jew ta' benefiċjarju tal-PEPP

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni li għandha tingħata lill-faddala tal-PEPP matul il-fażi ta' qabel l-irtirar u lill-benefiċjarji tal-PEPP matul il-fażi ta' dekumulazzjoni

Informazzjoni li għandha tingħata lill-faddala u lill-benefiċjarji tal-PEPP matul il-fażi ta' qabel l-irtirar u lill-benefiċjarji tal-PEPP matul il-fażi ta' dekumulazzjoni

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-faddala tal-PEPP għandhom jirċievu informazzjoni matul il-fażi ta' qabel l-irtirar kif stipulat fl-Artikolu 42 tad-Direttiva 2016/2341/UE.

1.  Il-faddala u l-benefiċjarji tal-PEPP fuq it-talba tal-faddala tal-PEPP jew fuq ordni tal-qorti, għandhom jirċievu informazzjoni matul il-fażi ta' qabel l-irtirar kif stipulat fl-Artikolu 42 tad-Direttiva 2016/2341/UE. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-inqas sena qabel l-età tal-irtirar u tkun tinkludi informazzjoni dwar il-bidu imminenti tal-fażi ta' dekumulazzjoni u l-forom possibbli ta' ħlasijiet.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-fornituri tal-PEPP, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta' valutazzjoni applikati għall-finijiet tas-solvibbiltà, ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta' mmaniġġjar tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(a)  għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-fornituri tal-PEPP, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta' valutazzjoni applikati għall-finijiet tas-solvibbiltà, ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta' mmaniġġjar tar-riskju, inkluża l-integrazzjoni tar-riskji relatati mal-ESG, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  li jiksbu mill-fornituri tal-PEPP kwalunkwe informazzjoni dwar il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza skont l-Artikolu 31a;

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)  skont ir-regola tal-persuna prudenti, il-fornituri tal-PEPP għandhom iqisu l-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment fuq il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta' investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont tal-assi sottostanti, u inklużi fil-valwazzjoni tal-assi ta' fornitur tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jevitaw ukoll milli kontroparti waħda u operazzjonijiet derivattivi oħra jiġu skoperti eċċessivament għar-riskji;

imħassar

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-assi ma għandhomx ikunu investiti f'ġurisdizzjoni ta' riskju għoli u li ma tikkooperax identifikata mit-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja;

(f)  Investiment f'ġurisdizzjoni ta' riskju għoli u li ma tikkooperax identifikata mit-Task Force tal-Azzjoni Finanzjarja huwa pprojbit;

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom joffru sa ħames opzjonijiet ta' investiment lill-faddala tal-PEPP.

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom joffru tal-anqas il-PEPP prestabbilit u/jew diversi opzjonijiet ta' investiment lill-faddala tal-PEPP.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel opzjoni ta' investiment mal-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP.

Il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel waħda mid-diversi opzjonijiet ta' investiment mal-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-faddal tal-PEPP għandu jkun kapaċi jagħżel opzjoni ta' investiment differenti darba kull ħames snin ta' akkumulazzjoni fil-PEPP.

1.  It-termini għall-modifika tal-opzjoni ta' investiment għandhom jiġu elenkati fil-kuntratt tal-PEPP. Fi kwalunkwe każ, il-faddaltal-PEPP għandu jkun kapaċi jagħżel opzjoni ta' investiment differenti darba kull ħames snin ta' akkumulazzjoni fil-PEPP

Ġustifikazzjoni

Il-faddala tal-PEPP jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu l-opzjonijiet ta' investiment darba kull ħames snin jew anke aktar kmieni, jekk dan ikun permess mill-kuntratt tal-PEPP tagħhom.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 37

Artikolu 37

Opzjoni prestabbilita ta' investiment

Opzjoni prestabbilita ta' investiment

1.  L-opzjoni prestabbilita ta' investiment għandha tiżgura protezzjoni tal-kapital għall-faddal tal-PEPP, fuq il-bażi ta' teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li tirriżulta fi strateġija sikura ta' investiment.

1.  Il-fornitur tal-PEPP għandu jiggarantixxi lill-faddal tal-PEPP taħt l-għażla prestabbilita li l-kapital akkumulat sal-bidu tal-fażi tal-ħlas mill-anqas se jkun daqs il-kontribuzzjonijiet imħallsa inklużi l-ispejjeż u t-tariffi kollha flimkien ma' kumpens għall-inflazzjoni skont l-indiċi applikabbli, iżda mhux aktar minn medja ta' inflazzjoni annwali ta' 4 %. L-opzjoni prestabbilita ta' investiment għandha tkun prodott sempliċi u sikur li jkun jista' jinftiehem u jinkiseb faċilment, inkluż b'mezzi diġitali, f'kull Stat Membru.

2.  Il-protezzjoni tal-kapital għandha tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit.

2.  Il-protezzjoni tal-kapital għandha toffri garanzija tal-kapital li tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit, inklużi t-tariffi, il-kostijiet u l-kumpens għall-inflazzjoni.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk il-fornituri tal-PEPP joffru opzjonijiet alternattivi ta' investiment, tal-inqas waħda minnhom għandha toffri opzjoni ta' investiment kosteffiċjenti lill-faddala tal-PEPP.

1.  Jekk il-fornituri tal-PEPP joffru opzjonijiet alternattivi ta' investiment, kollha għandhom joffru opzjoni prestabbilita lill-faddala tal-PEPP.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tal-PEPP jistgħu joffru PEPPs b'għażla li tiżgura l-kopertura tar-riskju għal riskji bijometriċi. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, "riskji bijometriċi" tfisser riskji marbuta mal-lonġevità, mad-diżabilità u mal-mewt.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jinkludu garanzija fuq il-kapital investit għal mewt u diżabbiltà permanenti tal-faddal tal-PEPP waqt il-fażi ta' akkumulazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tat-terminu tmexxiet għall-Artikolu 2.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizz tal-bdil jista' jiġi pprovdut mill-fornituri tal-PEPP stabbiliti fl-istess Stat Membru (bdil domestiku) jew fi Stati Membri differenti (bdil transfruntier).

It-termini għall-bdil tal-fornituri tal-PEPP għandhom jiġu elenkati fil-kuntratt tal-PEPP. Fi kwalunkwe każ, il-faddal tal-PEPP għandu jkun kapaċi jbiddel il-fornitur tal-PEPP darba kull ħames snin ta' akkumulazzjoni fil-PEPP.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi żmien jumejn ta' xogħol mir-riċevuta tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jitlob lill-fornitur tal-PEPP trasferitur iwettaq il-kompiti li ġejjin, jekk dan ikun stipulat fl-awtorizzazzjoni tal-faddal tal-PEPP:

3.  Fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mir-riċevuta tat-talba tal-PEPP imsemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jitlob lill-fornitur tal-PEPP trasferitur iwettaq il-kompiti li ġejjin, jekk dan ikun stipulat fit-talba tal-faddal tal-PEPP:

a)  jibgħat lill-fornitur tal-PEPP riċevitur u, jekk dan ikun mitlub b'mod speċfiku mill-faddal tal-PEPP, lill-faddal tal-PEPP, lista tal-ammonti eżistenti li għalihom qed jinbidel il-fornitur;

a)  jibgħat lill-fornitur tal-PEPP riċevitur u, anki lill-faddal tal-PEPP, fuq talba speċifika tagħhom, lista tal-ammonti eżistenti li għalihom qed jinbidel il-fornitur;

b)   jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv fil-kont tal-PEPP miftuħ jew miżmum mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP; u

(b)  jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv li jifdal fil-kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tal-PEPP riċevitur mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP; u

c)   jagħlaq il-kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tal-PEPP trasferitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP.

(c)  jagħlaq il-kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tal-PEPP trasferitur mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-tariffi u l-miżati totali mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur mingħand il-faddal tal-PEPP għall-għeluq tal-kont tal-PEPP miżmum miegħu għandhom ikunu limitati għal mhux iktar minn 1,5 % tal-bilanċ pożittiv li għandu jiġi ttrasferit lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

3.  It-tariffi u l-miżati totali mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur mingħand il-faddal tal-PEPP għall-għeluq tal-kont tal-PEPP miżmum miegħu għandhom ikunu limitati għal mhux iktar minn 0,5 % tal-bilanċ pożittiv li għandu jiġi ttrasferit lill-fornitur tal-PEPP riċevitur. Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rinunzja tat-tariffa għall-bidla tal-fornituri bħala inċentiv biex jiġi promoss il-prodott tal-PEPP.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tariffi u l-miżati, jekk jeżistu, mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew riċevitur lill-faddal tal-PEPP għal kwalunkwe servizz ipprovdut skont l-Artikolu 46, għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, għandhom ikunu raġonevoli u konformi mal-kostijiet attwali ta' dak il-fornitur tal-PEPP.

4.  Fil-kuntest tal-proċess tal-bdil, is-servizzi mogħtija mill-fornitur tal-PEPP riċevitur għandhom ikunu mingħajr ħlas.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil:

Il-fornituri tal-PEPP riċevituri għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil:

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b'mod partikolari l-issettjar tal-età tal-irtirar, ta' rabta obbligatorja bejn l-ilħuq tal-età tal-irtirar u l-bidu tal-fażi ta' dekumulazzjoni, ta' perjodu minimu ta' appartenenza għal skema tal-PEPP, ta' perjodu massimu qabel l-ilħuq tal-età tal-irtirar għad-dħul fi skema tal-PEPP, kif ukoll tal-kundizzjonijiet tat-tifdija fil-każ ta' diffikultà partikolari.

2.  Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jinkludu b'mod partikolari l-issettjar tal-età tal-irtirar, ta' rabta obbligatorja bejn l-ilħuq tal-età tal-irtirar u l-bidu tal-fażi ta' dekumulazzjoni, ta' perjodu minimu ta' appartenenza għal skema tal-PEPP, ta' perjodu massimu qabel l-ilħuq tal-età tal-irtirar għad-dħul fi skema tal-PEPP, kif ukoll tal-kundizzjonijiet tat-tifdija fil-każ ta' diffikultà partikolari.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP formola waħda jew iktar minn fost dawn il-formoli ta' ħlas li ġejjin:

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP formola waħda jew iktar minn fost dawn il-formoli ta' ħlas li ġejjin:

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għażla tal-forma tal-ħlasijiet għall-fażi ta' dekumulazzjoni għandha tiġi eżerċitata mill-faddala tal-PEPP mal-konklużjoni ta' kuntratt tal-PEPP u tista' tinbidel darba kull ħames snin wara matul il-fażi ta' akkumulazzjoni, jekk applikabbli.

2.  L-għażla tal-forma tal-ħlasijiet għall-fażi ta' dekumulazzjoni għandha tiġi eżerċitata mill-faddala tal-PEPP mal-konklużjoni ta' kuntratt tal-PEPP u tista' tinbidel darba kull ħames snin wara u matul l-aħħar sena tal-fażi ta' akkumulazzjoni. Din il-possibbiltà tal-bdil għandha tkun mingħajr ħlas.

Ġustifikazzjoni

Matul l-aħħar sena tal-fażi ta' akkumulazzjoni, il-klijent jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jbiddel l-għażla tiegħu għall-fażi ta' dekumulazzjoni.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Meta l-Istati Membri ma jkunux imponew rabta obbligatorja bejn l-ilħuq tal-età tal-irtirar u l-bidu tal-fażi ta' dekumulazzjoni, il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-għażla li jiddiferixxu l-bidu tal-fażi ta' dekumulazzjoni għal data wara li jkunu laħqu l-età tal-irtirar.

Ġustifikazzjoni

Il-klijenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jużaw il-PEPP tagħhom aktar tard matul l-irtirar tagħhom.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Fir-rigward tal-opzjoni prestabbilita ta' investiment, minimu ta' 25 % tal-ħlasijiet fil-forma ta' annwalitajiet għandhom ikunu obbligatorji.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Meta, mal-bidu tal-fażi ta' dekumulazzjoni, il-valur globali tal-assi akkumulati f'kont ta' PEPP ma jaqbiżx ammont li għandu jiġi stabbilit u rivedut kull sena minn kull Stat Membru, il-faddal tal-PEPP għandu jkollu d-dritt li jillikwida l-kont tal-PEPP u jirċievi pagament f'somma waħda.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament jenħtieġ li jippermetti lill-PEPPs żgħar jiġu likwidati permezz ta' pagament f'somma waħda mal-irtirar.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP għandha tissorvelja l-konformità ma' dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Għandha tkun responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-fornitur tal-PEPP, u tal-adegwatezza u tal-organizzazzjoni tiegħu bil-kompiti li jrid iwettaq meta jipprovdi PEPP.

1.  L-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tissorvelja l-konformità ma' dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa. Għandha tkun responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-fornitur tal-PEPP, u tal-adegwatezza u tal-organizzazzjoni tiegħu bil-kompiti li jrid iwettaq meta jipprovdi PEPP.

 

B'deroga għall-ewwel subparagrafu, il-konformità mill-fornitur tal-PEPP u mid-distributur tal-PEPP mal-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament għandha tiġi sorveljata fuq bażi kontinwa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tal-fornitur tal-PEPP u tad-distributur tal-PEPP.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tipprovdi ċertezza legali fir-rigward ta' liema NCA hija responsabbli għas-superviżjoni kontinwa tal-fornituri u tad-distributuri tal-PEPP f'sitwazzjonijiet transfruntieri, b'mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar id-distribuzzjoni u r-rekwiżiti ta' informazzjoni stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u, wara li tikkonsulta mal-EIOPA, tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

Kull ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u, wara li tikkonsulta mal-EIOPA, tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Meta tabbozza r-rapport, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u, wara li tikkonsulta mal-EIOPA, tippreżenta Rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

 

Din l-evalwazzjoni partikolari għandha tqis b'mod partikolari l-valur miżjud tal-PEPP fl-eliminazzjoni tad-diskrepanza fil-pensjonijiet u l-valur miżjud għal investimenti fit-tul. B'mod aktar speċifiku, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tipprovdi data li tippermetti verifika ta' jekk il-ħolqien ta' suq tal-PEPP ikkontribwixxiex biex aktar ċittadini Ewropej ikollhom aċċess għal pensjonijiet adegwati.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha twaqqaf bord mal-partijiet ikkonċernati rilevanti għas-sorveljanza kontinwa tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PEPP. Dak il-bord għandu jinkludi mill-inqas l-EIOPA, is-superviżuri nazzjonali, rappreżentanti tal-industrija u tal-klijenti u l-esperti indipendenti, inkluż mill-inqas espert wieħed tal-ESG. Is-segretarjat tal-bord għandu jkun l-EIOPA.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew

Referenzi

COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

11.9.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

11.9.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Heinz K. Becker

3.10.2017

Eżami fil-kumitat

25.4.2018

19.6.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

28.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Michael Detjen, Geoffroy Didier, Martina Dlabajová, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Siôn Simon, Marita Ulvskog

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Dieter-Lebrecht Koch, Eduard Kukan, Edouard Martin, Ivari Padar, Sven Schulze, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin

ECR

Czesław Hoc, Anthea McIntyre

PPE

Georges Bach, David Casa, Geoffroy Didier, Krzysztof Hetman, Dieter-Lebrecht Koch, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Eduard Kukan, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Dennis Radtke, Sven Schulze, Tom Vandenkendelaere

S&D

Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Edouard Martin, Ivari Padar, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Siôn Simon, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Jean Lambert, Terry Reintke

4

-

GUE/NGL

Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

2

0

EFDD

Laura Agea, Tiziana Beghin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (6.7.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(COM(2017)0343 – C8-0219/2017 – 2017/0143(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Birgit Collin-Langen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni għal Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew u l-proposta sabiex iċ-ċittadini tal-Ewropa jitħeġġu jagħmlu arranġamenti għall-pensjonijiet privati tagħhom. Huwa fl-interess ta' kulħadd li jiġi indirizzat l-impatt li l-bidla demografika għandha fuq il-politika dwar l-irtirar ta' kull Stat Membru u li jiġu introdotti skemi ta' tfaddil privat minn età żgħira. Dan japplika b'mod partikolari għall-ġenerazzjoni żagħżugħa u n-nies b'livell baxx ta' dħul.

Bħalissa m'hemm ebda suq uniku għall-pensjonijiet privati. F'xi Stati Membri bħalissa huma ftit jew xejn il-prodotti tal-pensjoni privati li huma disponibbli, u s-swieq nazzjonali eżistenti huma wisq frammentati. Mhuwiex possibbli li prodott jittieħed fi Stat Membru ieħor jew isir prodott tal-pensjoni fi Stat Membru ieħor sabiex jinkiseb vantaġġ fiskali. Prodott pan-Ewropew standardizzat itejjeb din is-sitwazzjoni. Il-proposta tippreżenta modi adegwati u xierqa sabiex jitneħħew l-ostakoli għall-arranġamenti tal-pensjoni transkonfinali u għat-tmexxija ta' prodotti tal-pensjoni bejn il-fruntieri. Il-proposta hija proporzjonata, billi l-ostakoli għall-portabbiltà ta' prodott fi Stat Membru ieħor ma jistgħux jitneħħew minn wieħed mill-Istati Membri meta jaġixxi waħdu, anki jekk is-swieq tal-pensjonijiet privati huma rregolati mill-ġurisdizzjoni nazzjonali.

L-objettiv huwa li jeżisti prodott tal-pensjoni li jkun volontarju, sempliċi, sikur, trasparenti, favorevoli għall-konsumatur u bi prezz raġonevoli.

B'hekk biss jista' jirnexxi l-kunċett ta' prodott tal-pensjoni Pan-Ewropew li jkun portabbli.

In-nies jixtru l-PEPPs sabiex jaħsbu għal xjuħithom. Għaldaqstant, bħala norma, dan il-ħsieb għandu jieħu s-sura ta' annwalità pagabbli sal-mewt ta' persuna.

Kundizzjoni meħtieġa sabiex il-PEPP jirnexxi ser ikun appoġġ mill-Istati Membri, billi huma biss jistgħu jipprovdu l-istess inċentivi fiskali u benefiċċji kif huma disponibbli f'prodotti nazzjonali simili.

Ġew proposti diversi emendi u kjarifiki li ser jiggarantixxu livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur.

Obbligi ta' informazzjoni: Wieħed mis-suġġerimenti huwa li d-dispożizzjonijiet dwar ir-reklamar u l-informazzjoni prekuntrattwali (PEPP-KID) jiġu ttrattati fir-Regolament innifsu u li r-referenza għar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 (ir-Regolament PRIIPS) għandha titneħħa. Din jipprevedi aktar ċarezza u ċertezza legali.

Portabbiltà: Ir-rapporteur jilqa' l-għan ambizzjuż li l-PEPPs ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha. Madankollu, l-iskeda ta' żmien tidher wisq qasira; l-iskadenza għall-istabbiliment tal-kompartimenti trid tiġi estiża għal ħames snin. Ser jiġu introdotti wkoll is-sħubiji tal-kompartimenti sabiex il-fornituri tal-PEPP jiġu megħjuna jagħmlu l-prodotti tagħhom disponibbli fl-Istati Membri kollha.

Għażliet tal-investiment: Ir-rapporteur huwa prodott tal-pensjoni li jkun sempliċi, sikur, trasparenti, favorevoli għall-konsumatur u bi prezz raġonevoli. L-għażla standard għandha tippermetti lin-nies jikkonkludu l-kuntratt mingħajr ma jieħdu parir. Bosta konsumaturi m'għandhomx biżżejjed għarfien biex jagħmlu deċiżjonijiet finanzjarji estensivi bħal dawn. Biex tiġi żgurata bażi informata tajjeb għad-deċiżjonijiet tal-konsumaturi, ser tiġi pprovduta ġerarkija tad-deċiżjonijiet. Din ser tiġi żviluppata mill-EIOPA u mhux ser toffri rakkomandazzjonijiet; din ser tgħin lill-konsumaturi tal-PEPP jiddeċiedu jekk fir-realtà li jiksbu PEPP jipprovdilhomx tip ta' pensjoni tajba. Ser ikun hemm ukoll preżentazzjoni tad-diversi disinji tal-għażla standard b'tali mod li l-konsumatur ikun jista' josserva kif dawn ivarjaw u jasal għal deċiżjoni informata.

Id-disinn tal-għażla tal-investiment ser jiżgura lill-faddal li fil-bidu tal-fażi tad-dekumulazzjoni, il-kapital akkumulat tiegħu mill-inqas ser ikun ugwali għall-kontribuzzjonijiet imħallsa tiegħu, inklużi l-ispejjeż u t-tariffi kollha.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-pensjonijiet tax-xjuħija jikkostitwixxu parti essenzjali mill-introjtu ta' persuna rtirata u, għal ħafna nies, provvista ta' pensjoni adegwata tagħmel id-differenza bejn xjuħija komda jew il-faqar; hija prekundizzjoni għall-eżerċitar tad-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż fl-Artikolu 25 dwar id-drittijiet tal-anzjani, li jiddikjara: "L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-drittijiet tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali"; kif ukoll id-drittijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni anzjani tal-Kunsill tal-Ewropa1a.

 

_________________

 

1a Rakkomandazzjoni CM/Rec(2014)2 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ta' persuni anzjani

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Parti sostanzjali mill-pensjonijiet tax-xjuħija hija pprovduta taħt skemi pubbliċi, sabiex ikun hemm konnessjoni diretta bejn is-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali u s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi. Minkejja l-kompetenza nazzjonali esklussiva rigward l-organizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjonijiet kif iddeterminata mit-Trattati, l-adegwatezza tal-introjtu u s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali huma kruċjali għall-istabbiltà tal-Unjoni b'mod ġenerali. Billi ammont akbar tat-tfaddil tal-Ewropej mid-depożiti kontanti u bankarji jiġi ffokat fuq prodotti ta' investiment fit-tul, bħal skemi tal-pensjonijiet volontarji, l-impatt għalhekk ikun ta' benefiċċju kemm għall-individwi (li jibbenefikaw minn redditu ogħla u adegwatezza tal-pensjoni mtejba) kif ukoll għall-ekonomija usa'.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  L-Unjoni qed tiffaċċja bosta sfidi, inklużi sfidi demografiċi minħabba l-fatt li l-Ewropa hija kontinent b'popolazzjoni li qed tixjieħ. Barra minn hekk, ix-xejriet tal-karriera, is-suq tax-xogħol u d-distribuzzjoni tal-ġid għaddejjin minn bidliet radikali, mhux l-inqas bħala riżultat tar-rivoluzzjoni diġitali. Fl-istess ħin, huwa dejjem aktar ċar li s-sistemi ta' sigurtà nazzjonali mhumiex aġġustati għal ekonomija tal-għarfien globalizzata bi fruntieri miftuħa, mobbiltà tas-suq tax-xogħol u migrazzjoni. Hemm wisq nies li mhumiex koperti mis-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali tradizzjonali, jew inkella li huma koperti b'mod inadegwat, inklużi, fost l-oħrajn, nisa, żgħażagħ, migranti, ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet, ħaddiema li jaħdmu għal rashom u ħaddiema b'kuntratti atipiċi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)  Huwa mistenni li s-sehem tal-ewwel pilastru tal-pensjonijiet pubbliċi taħt l-iskema "ħallas waqt li tkun għaddej", bħala parti mir-rata ta' kollokament, se jonqos. Dan jista' jkun parzjalment ikkumpensat minn intitolamenti tal-pensjoni akkumulati minn skemi ffinanzjati mit-tieni pilastru. Iżda t-tielet pilastru żviluppat tajjeb għandu jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-titjib tal-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet nazzjonali eżistenti. Għalhekk il-Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) għandu jikkomplementa u jsaħħaħ is-suq għal prodotti tal-pensjoni individwali madwar l-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-approfondiment tas-suq intern għall-prodotti tal-pensjoni, billi jiġu indirizzati l-ostakoli transfruntiera, iżid il-kompetizzjoni, u b'hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kwalità mtejba tal-prodotti u prezzijiet aktar baxxi, filwaqt li l-produtturi jkunu jistgħu jibbenefikaw minn ekonomija ta' skala. Bħala tali, anke l-Istati Membri fejn ix-xejriet demografiċi huma favorevoli u li s-sistemi tal-pensjonijiet tagħhom huma ffinanzjati sew, jistgħu jibbenefikaw minn suq intern aktar effettiv għall-prodotti tal-pensjoni personali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Il-proposta għal Regolament ser tippermetti l-ħolqien ta' prodott tal-pensjoni li, kemm jista' jkun, se jkun sempliċi, sikur, bi prezz raġonevoli, trasparenti, favorevoli għall-konsumatur u portabbli madwar l-UE u se jikkomplementa s-sistemi eżistenti fl-Istati Membri.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Bħalissa, il-funzjonament tas-suq intern għall-pensjonijiet personali hu mxekkel mill-grad għoli ta' frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali u l-grad limitat ta' portabilità tal-prodotti tal-pensjoni personali. Dan jista' jirriżulta f'diffikultajiet għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jkunux jistgħu jsibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta' standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

(3)  Bħalissa, is-suq intern għall-pensjonijiet personali ma jiffunzjonax bla xkiel. F'xi Stati Membri għad ma hemmx suq għal prodotti tal-pensjoni. F'oħrajn, il-prodotti tal-pensjoni privati huma disponibbli, iżda hemm livell għoli ta' frammentazzjoni bejn is-swieq nazzjonali. B'riżultat ta' dan, il-prodotti tal-pensjoni personali għandhom biss livell limitat ta' portabbiltà. Dan jista' jirriżulta f'diffikultajiet għall-individwi biex jużaw il-libertajiet bażiċi tagħhom. Pereżempju, dawn jaf ma jkunux jistgħu jsibu impjieg jew jirtiraw fi Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, il-possibbiltà għall-fornituri li jużaw il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà ta' forniment ta' servizzi hi mxekkla min-nuqqas ta' standardizzazzjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Kif imħabbar fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta' CMU28, f'Settembru 2015, "il-Kummissjoni se tivvaluta l-każ għal qafas ta' politika biex tistabbilixxi suq Ewropew b'suċċess għal pensjonijiet personali sempliċi, effiċjenti u kompetittivi, u tiddetermina jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE hijiex meħtieġa biex issostni dan is-suq."

imħassar

__________________

 

28 Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-Kummissjoni Ewropea, 30 ta' Settembru 2015 (COM(2015) 468 final).

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-28 ta' Ġunju 201630, il-Kunsill Ewropew appella għal "progress rapidu u determinat biex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għal finanzjament għan-negozji u jingħata appoġġ għall-investiment fl-ekonomija reali billi tiġi promossa l-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali."

imħassar

__________________

 

30 Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016, EUCO 26/16, il-punt 11.

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-14 ta' Settembru 2016 L-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Naċċelleraw ir-Riforma31, il-Kummissjoni ħabbret li hi "se tikkunsidra proposti għal prodott tal-pensjoni personali tal-UE sempliċi, effiċjenti u kompetittiv [..] Għażliet li qegħdin jiġu kkunsidrati jinkludu proposta leġiżlattiva possibbli li tista' tiġi ppreżentata fl-2017."

imħassar

__________________

 

31COM(2016) 601 final, p. 5.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Fil-Komunikazzjoni tagħha Rieżami ta' Nofs it-Terminu tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali32, il-Kummissjoni ħabbret "proposta leġiżlattiva dwar Prodott ta' Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) sa tmien Ġunju 2017. Dan se jipprepara l-pedamenti għal suq sigur, aktar kost-effiċjenti u trasparenti fi tfaddil personali vijabbli u volontarju għall-pensjonijiet li jista' jkun ġestit fuq skala pan-Ewropea. Hija se tgħin biex ikunu sodisfatti l-bżonnijiet tan-nies li jixtiequ itejbu l-adegwatezza tat-tfaddil tagħhom għall-irtirar, jindirizzaw l-isfida demografika, jikkumplementaw il-prodotti u l-iskemi tal-pensjoni eżistenti, u jappoġġaw il-kost-effiċjenza tal-pensjonijiet personali billi joffru opportunitajiet tajba għall-investiment fuq tul ta' żmien ta' pensjonijiet personali".

imħassar

__________________

 

32 COM(2017) 292 final, p. 7.

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Fost il-prodotti tal-pensjoni personali, l-iżvilupp ta' PEPP se jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar u jistabbilixxi suq tal-UE għall-fornituri tal-PEPP. Hu se jipprovdi lill-unitajiet domestiċi b'għażliet aħjar biex jilħqu l-miri tal-irtirar tagħhom.

(10)  Fost il-prodotti tal-pensjoni personali, l-iżvilupp ta' PEPP se jikkontribwixxi biex jiżdiedu l-għażliet għat-tfaddil għall-irtirar u jistabbilixxi suq tal-UE għall-fornituri tal-PEPP. Hu se jipprovdi lill-unitajiet domestiċi b'għażliet addizzjonali biex jilħqu l-miri tal-irtirar tagħhom.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  L-arranġamenti ta' impjieg mhux sigur u l-bidliet fil-liġi jfissru li r-rati tal-pensjoni qegħdin dejjem jonqsu. Għaldaqstant, huwa partikolarment importanti li l-ġenerazzjoni żagħżugħa u n-nies b'livell baxx ta' dħul ikunu jistgħu jiżguraw il-livell ta' għajxien tagħhom fix-xjuħija. Dan ifisser li l-PEPPs jridu jkunu attraenti u aċċessibbli b'mod partikolari għal dawn il-gruppi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  L-edukazzjoni finanzjarja tista' tappoġġja l-fehim u s-sensibilizzazzjoni tal-għażliet ta' tfaddil tal-familji fil-qasam tal-iskemi tal-pensjoni personali volontarji. Il-faddala għandu jkollhom ukoll opportunità ġusta biex jifhmu tajjeb ir-riskji u l-karatteristiċi relatati ma' prodott pan-Ewropew.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Qafas leġiżlattiv għal PEPP jistabbilixxi l-pedamenti għal suq li jirnexxi fl-investimenti affordabbli u volontarji relatati mal-irtirar li jistgħu jiġu ġestiti fuq skala pan-Ewropea. Billi jikkomplimenta l-prodotti u l-iskemi tal-pensjonijiet eżistenti, dan se jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-ħtiġijiet tan-nies li jixtiequ jsaħħu l-adegwatezza tat-tfaddil għall-irtirar tagħhom, filwaqt li jindirizza l-isfida demografika u jipprovdi sors ġdid b'saħħtu ta' kapital privat għall-investiment ta' terminu twil. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-iskemi nazzjonali eżistenti tal-pensjonijiet personali.

(11)  Qafas leġiżlattiv għal PEPP jistabbilixxi l-pedamenti għal suq li jirnexxi fl-investimenti affordabbli u volontarji relatati mal-irtirar li jistgħu jiġu ġestiti fuq skala pan-Ewropea. Billi jikkomplementa l-iskemi u l-prodotti tal-pensjonijiet statutorji u okkupazzjonali eżistenti, dan se jikkontribwixxi għall-issodisfar tal-ħtiġijiet tan-nies li jixtiequ jsaħħu l-adegwatezza tat-tfaddil għall-irtirar tagħhom, filwaqt li jindirizza l-isfida demografika u jipprovdi sors ġdid b'saħħtu ta' kapital privat għall-investiment ta' terminu twil. Dan il-qafas mhuwiex se jieħu post jew jarmonizza l-iskemi nazzjonali eżistenti tal-pensjonijiet personali, lanqas mhu se jaffettwa l-iskemi u l-prodotti tal-pensjonijiet statutorji u okkupazzjonali nazzjonali eżistenti. Il-PEPP mhux se jkun marbut la direttament u lanqas indirettament mal-okkupazzjoni jew mal-istatus tal-impjieg tal-faddal tal-PEPP.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Dan il-qafas leġiżlattiv ma jrid jillimita l-ebda responsabbiltà tal-Istati Membri sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom rigward il-provvista ta' pensjoni statali suffiċjenti.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-Regolament jarmonizza sett ta' karatteristiċi ċentrali għall-PEPP, li jikkonċernaw elementi importanti bħad-distribuzzjoni, il-politika ta' investiment, il-bdil tal-fornituri, jew il-provvista u l-portabilità transfruntiera. L-armonizzazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi ewlenin se ttejjeb il-kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri tal-pensjonijiet personali inġenerali u tgħin biex issaħħaħ it-tlestija tas-CMU u l-integrazzjoni tas-suq intern għall-pensjonijiet personali. Din se twassal għall-ħolqien ta' prodott pan-Ewropew fil-parti l-kbira standardizzat, disponibbli fl-Istati Membri kollha, li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu użu sħiħ mis-suq intern billi jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom u joffri għażla usa' bejn tipi differenti ta' fornituri, inkluż b'mod transfruntier. Bħala riżultat ta' inqas ostakli għall-forniment ta' servizzi tal-pensjoni b'mod transfruntier, Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew iżid il-kompetizzjoni bejn il-fornituri fuq bażi pan-Ewropea u joħloq ekonomiji ta' skala li jenħtieġ li jibbenefikaw lill-faddala.

(12)  Ir-Regolament jarmonizza sett ta' karatteristiċi ċentrali għall-PEPP, li jikkonċernaw elementi importanti bħad-distribuzzjoni, il-kuntratti, il-politika ta' investiment, il-bdil tal-fornituri, jew il-provvista u l-portabilità transfruntiera. L-armonizzazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi ewlenin se ttejjeb il-kundizzjonijiet ekwi għall-fornituri tal-pensjonijiet personali inġenerali u tgħin biex issaħħaħ it-tlestija tas-CMU u l-integrazzjoni tas-suq intern għall-pensjonijiet personali. Din se twassal għall-ħolqien ta' prodott pan-Ewropew fil-parti l-kbira standardizzat, disponibbli fl-Istati Membri kollha, li jagħti s-setgħa lill-konsumaturi biex jagħmlu użu sħiħ mis-suq intern billi jittrasferixxu d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom u joffri għażla usa' bejn tipi differenti ta' fornituri, inkluż b'mod transfruntier. Bħala riżultat ta' inqas ostakli għall-forniment ta' servizzi tal-pensjoni b'mod transfruntier, Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew iżid il-kompetizzjoni bejn il-fornituri fuq bażi pan-Ewropea u joħloq ekonomiji ta' skala li jenħtieġ li jibbenefikaw lill-faddala.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Jenħtieġ li l-EIOPA tagħti awtorizzazzjoni għall-PEPP f'konformità ma' dan ir-Regolament. Awtorizzazzjoni m'għandha qatt tingħata b'mod retroattiv.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni kollu b'awtorizzazzjoni unika tal-prodott maħruġa mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA"), fuq il-bażi ta' sett wieħed ta' regoli.

(14)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikollhom aċċess għas-suq tal-Unjoni kollu b'awtorizzazzjoni unika tal-prodott maħruġa mill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA"), fuq il-bażi ta' sett wieħed ta' regoli u f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. L-awtorizzazzjoni se tiżgura li fis-suq ikunu jistgħu jinkisbu biss prodotti ta' investiment sikuri u verifikati, deskritti bħala PEPPs. L-EIOPA għandha tivverifika l-kondizzjonijiet kuntrattwali tal-PEPPs sabiex tiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament huma ssodisfati.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex ikun żgurat servizz ta' kwalità għolja u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, jenħtieġ li l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jikkooperaw mill-qrib fl-infurzar tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP iwettqu negozju fi Stati Membri differenti bil-libertà li jipprovdu servizzi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, minħabba r-rabtiet eqreb tagħha mal-fornitur tal-PEPP. Biex jiġi żgurat qsim ġust tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti, jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju ssir taf b'xi ksur tal-obbligi li jseħħ fit-territorju tagħha, jenħtieġ li hi tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li mbagħad jenħtieġ li jieħu l-miżuri xierqa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

(16)  Sabiex ikun żgurat servizz ta' kwalità għolja u protezzjoni tal-konsumatur effikaċi, jenħtieġ li l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti tal-fornitur u tad-distributuri ta' PEPPs jikkooperaw mill-qrib fl-infurzar tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP iwettqu negozju fi Stati Membri differenti bil-libertà li jipprovdu servizzi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tkun responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, minħabba r-rabtiet eqreb tagħha mal-fornitur tal-PEPP. Biex jiġi żgurat qsim ġust tar-responsabilitajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti, jekk l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tad-domiċilju ssir taf b'xi ksur tal-obbligi li jseħħ fit-territorju tagħha, jenħtieġ li hi tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju li mbagħad jenħtieġ li jieħu l-miżuri xierqa. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Fil-każ tat-twaqqif ta' fergħa jew ta' preżenza permanenti fi Stat Membru ieħor huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-infurzar tinqasam bejn l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Filwaqt li r-responsabbiltà għall-konformità mal-obbligi li jaffettwaw in-negozju kollu kemm hu – bħar-regoli dwar ir-rekwiżiti professjonali – jenħtieġ li tibqa' tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, taħt l-istess arranġament bħal fil-każ tal-provvista ta' servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha terfa' r-responsabbiltà għall-infurzar tar-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni u l-kondotta tal-operazzjonijiet fir-rigward tas-servizzi pprovduti fit-territorju tiegħu. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti ssir taf b'xi ksur ta' obbligi li qed iseħħ fit-territorju tagħha, li fir-rigward tagħhom din id-Direttiva ma tqisx li huma responsabbiltà tal-Istat Membru ospitanti, kooperazzjoni msaħħa tesiġi li l-awtorità tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biex din tal-aħħar tieħu l-miżuri adegwati. Dan huwa l-każ b'mod partikolari fir-rigward ta' ksur ta' regoli dwar ir-reputazzjoni tajba, l-għarfien professjonali u rekwiżiti ta' kompetenza. Barra minn hekk, biex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

(17)  Fil-każ tat-twaqqif ta' fergħa jew ta' preżenza permanenti fi Stat Membru ieħor huwa xieraq li r-responsabbiltà għall-infurzar tinqasam bejn l-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti. Filwaqt li r-responsabilità għall-konformità mal-obbligi li jaffettwaw in-negozju kollu kemm hu – bħar-regoli dwar ir-rekwiżiti professjonali – jenħtieġ li tibqa' tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju, taħt l-istess arranġament bħal fil-każ tal-provvista ta' servizzi, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha terfa' r-responsabilità għall-infurzar tar-regoli dwar ir-rekwiżiti ta' informazzjoni, reklamar u l-kondotta tal-operazzjonijiet fir-rigward tas-servizzi pprovduti fit-territorju tiegħu. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti ssir taf b'xi ksur ta' obbligi li qed iseħħ fit-territorju tagħha, li fir-rigward tagħhom dan ir-Regolament ma tqisx li huma responsabilità tal-Istat Membru ospitanti, kooperazzjoni msaħħa tesiġi li l-awtorità tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biex din tal-aħħar tieħu l-miżuri adegwati. Dan huwa l-każ b'mod partikolari fir-rigward ta' ksur ta' regoli dwar ir-reputazzjoni tajba, l-għarfien professjonali u rekwiżiti ta' kompetenza. Barra minn hekk, biex jiġu protetti l-konsumaturi, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ospitanti tkun intitolata tintervjeni, jekk l-Istat Membru tad-domiċilju jonqos milli jieħu miżuri adegwati jew jekk il-miżuri meħuda ma jkunux biżżejjed.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt jakkwistaw jew jixtru PEPP fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru tar-residenza tagħhom u jenħtieġ li jkollhom id-dritt li fl-istess waqt ifaddlu f'aktar minn kompartiment wieħed filwaqt li l-inċentivi tat-taxxa applikati għal prodott tal-PEPP għandhom ikunu dawk tal-Istat Membru fejn faddal tal-PEPP ikun residenti sabiex jiġi evitat kwalunkwe abbuż tat-taxxa minħabba sistemi differenti ta' tassazzjoni nazzjonali.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  L-irtirar ta' awtorizzazzjoni ta' PEPP mill-EIOPA ma għandu jaffettwa l-ebda obbligu tal-fornitur tal-PEPP lejn il-faddal tal-PEPP jew il-benefiċjarju tal-PEPP.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Biex tkun tista' ssir tranżizzjoni mingħajr intoppi għall-fornituri tal-PEPP, l-obbligu ta' forniment tal-PEPPs li jinkludu kompartimenti għal kull Stat Membru se japplika għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Madankollu, mat-tnedija ta' PEPP, jenħtieġ li l-fornitur jipprovdi informazzjoni dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih, biex jiġi evitat tqarriq possibbli tal-konsumaturi.

(21)  Biex tkun tista' ssir tranżizzjoni mingħajr intoppi għall-fornituri tal-PEPP, l-obbligu ta' forniment tal-PEPPs li jinkludu kompartimenti għal kull Stat Membru se japplika għal ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-fornituri tal-PEPP għandhom ikunu jistgħu jidħlu fi sħubiji tal-kompartimenti jekk ikunu jistgħu jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Madankollu, mat-tnedija ta' PEPP, jenħtieġ li l-fornitur jipprovdi informazzjoni fil-kuntratt dwar liema kompartimenti nazzjonali huma disponibbli minnufih, biex jiġi evitat tqarriq possibbli tal-konsumaturi. Meta l-portabilità għadha mhux disponibbli, il-faddal tal-PEPP jenħtieġ li jitħalla jbiddel mingħajr ħlas sabiex tiġi żgurata portabilità.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Meta faddal tal-PEPP jiċċaqlaq lejn Stat Membru ieħor u juża s-servizz tal-portabilità biex jiftaħ kompartiment ġdid, jenħtieġ li huwa jibbenefika minn vantaġġi fiskali ekwivalenti bħall-faddala tal-PEPP lokali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b)  Fil-perjodu tranżitorju ta' ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, meta l-faddal tal-PEPP ibiddel id-domiċilju tiegħu billi jiċċaqlaq lejn Stat Membru li lilu fornitur tal-PEPP mhuwiex f'pożizzjoni li joffrilu kompartiment, il-faddal tal-PEPP għandu jkun jista' jbiddel il-fornitur tal-PEPP mingħajr ħlas.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Fid-dawl tan-natura tal-iskema tal-pensjoni stabbilita u l-piż amministrattiv involut, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jipprovdu informazzjoni ċara u adegwata lill-faddala u lill-benefiċjarji potenzjali tal-PEPP biex jassistu t-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-irtirar tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jiżguraw ukoll livell għoli ta' trasparenza tul id-diversi fażijiet ta' skema li jinkludu l-prereġistrazzjoni, is-sħubija (inkluż l-irtirar kmieni) u wara l-irtirar. B'mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti tal-pensjoni, il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar, ir-riskji u l-garanziji, u l-kostijiet. Fejn il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar ikunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll xenarju sfavorevoli, li għandu jkun estrem iżda plawżibbli.

(22)  Fid-dawl tan-natura tal-iskema tal-pensjoni stabbilita u l-piż amministrattiv involut, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jipprovdu informazzjoni ċara, faċli li tinftiehem u adegwata lill-faddala u lill-benefiċjarji potenzjali tal-PEPP biex jassistu t-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom dwar l-irtirar tagħhom. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-fornituri u d-distributuri tal-PEPP jiżguraw ukoll livell għoli ta' trasparenza tul id-diversi fażijiet ta' skema li jinkludu l-prereġistrazzjoni, is-sħubija (inkluż l-irtirar kmieni) u wara l-irtirar. B'mod partikolari, jenħtieġ li tingħata informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti tal-pensjoni, il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar, ir-riskji u l-garanziji, inklużi r-riskji relatati mal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, u l-kostijiet. Fejn il-livelli proġettati tal-benefiċċji tal-irtirar ikunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll xenarju sfavorevoli, li għandu jkun estrem iżda plawżibbli.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Qabel ma jissieħbu fi skema tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala potenzjali tal-PEPP jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha biex jagħmlu għażla informata.

(23)  Qabel ma jissieħbu fi skema tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala potenzjali tal-PEPP jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha biex jagħmlu għażla informata. Fil-każ tal-għażla prestabbilita, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP jikkonsultaw ġerarkija tad-deċiżjonijiet li tgħinhom jagħmlu din l-għażla.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Biex jiżguraw trasparenza ottimali tal-prodotti, jenħtieġ li l-manifatturi tal-PEPP ifasslu dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għall-PEPPs li huma jimmanifatturaw qabel ma l-prodott ikun jista' jitqassam lill-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-eżattezza tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP jenħtieġ li jieħu post u jadatta d-dokument bit-tagħrif ewlieni għal prodotti ta' investiment għall-konsumatur u bbażati fuq l-assigurazzjoni pprovduti f'pakkett skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 li ma jkollhomx jiġu pprovduti għall-PEPPs.

(24)  Biex jiżguraw trasparenza ottimali tal-prodotti, jenħtieġ li l-manifatturi tal-PEPP ifasslu dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għall-PEPPs li huma jimmanifatturaw qabel ma l-prodott ikun jista' jitqassam lill-faddala tal-PEPP. Jenħtieġ li jkunu responsabbli wkoll għall-eżattezza tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP.

__________________

__________________

33 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

33 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Id-dettalji tat-tagħrif li għandu jiddaħħal fid-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP minbarra l-elementi diġà pprovduti fid-dokument bit-tagħrif ewlieni għall-prodotti ta' investiment għall-konsumatur u bbażati fuq l-assigurazzjoni pprovduti f'pakkett skont ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 u jenħtieġ li l-preżentazzjoni ta' dan it-tagħrif tiġi armonizzata b'mod ulterjuri permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jikkomplimentaw l-istandards tekniċi regolatorji stabbiliit mir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 201734, b'kunsiderazzjoni tar-riċerka eżistenti u kurrenti dwar l-imġiba tal-konsumaturi, inklużi r-riżultati mill-ittestjar tal-effikaċja tal-modi differenti ta' preżentazzjoni tat-tagħrif mal-konsumaturi.

(27)  Id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija tal-PEPP u l-preżentazzjoni ta' din l-informazzjoni għandhom jiġu armonizzati iżjed permezz ta' standards tekniċi regolatorji li jikkunsidraw ir-riċerka eżistenti u kontinwa dwar l-imġiba tal-konsumaturi, inkluż ir-riżultati tal-ittestjar tal-effettività ta' modi differenti ta' kif tiġi ppreżentata l-informazzjoni lill-konsumaturi.

__________________

 

34 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kontenut, ir-rieżami u r-reviżjoni tad-dokumenti bl-informazzjoni ewlenija u l-kundizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li dawn id-dokumenti jingħataw.

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Jenħtieġ li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun magħmul minn żewġ partijiet. L-ewwel parti, ġenerali, jenħtieġ li toffri informazzjoni ġenerali dwar il-PEPP. It-tieni parti, dettaljata, jenħtieġ li tiddeskrivi l-informazzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri, bħall-età tal-irtirar.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni indirizzat lill-faddala tal-PEPP, biex jippreżentawlhom data personali u ġenerika ewlenija dwar l-iskema tal-PEPP u jiżguraw informazzjoni kontinwa dwarha. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jkun ċar u komprensiv u jenħtieġ li jkun fih informazzjoni rilevanti u xierqa sabiex jiffaċilita l-fehim tad-drittijiet tal-pensjoni matul iż-żmien u minn skema għal oħra u biex jaqdi l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol.

(29)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ifasslu Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni indirizzat lill-faddala tal-PEPP, biex jippreżentawlhom data personali u ġenerika ewlenija dwar l-iskema tal-PEPP u jiżguraw informazzjoni kontinwa dwarha. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni jenħtieġ li jkun ċar u komprensiv u jenħtieġ li jkun fih informazzjoni rilevanti u xierqa sabiex jiffaċilita l-fehim tad-drittijiet tal-pensjoni matul iż-żmien u minn skema għal oħra u biex jaqdi l-mobbiltà tal-forza tax-xogħol. Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-Pensjoni għandu jiġi pprovdut kull sena lill-faddal tal-PEPP.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Il-fornituri tal-PEPP jenħtieġ li jipprovdu lill-faddala tal-PEPP skedi ta' kontribuzzjonijiet u previżjonijiet dwar il-valur tal-flus, ir-redditu, stima tal-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jinfurmaw lill-faddala tal-PEPP biżżejjed minn qabel ma jirtiraw, dwar l-għażliet tal-ħlas li jkollhom. Meta l-benefiċċju tal-irtirar ma jitħallasx bħala vitalizju, jenħtieġ li l-membri li jkunu resqin lejn l-irtirar jirċievu informazzjoni dwar il-prodotti ta' pagament tal-benefiċċji disponibbli, sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar finanzjarju għall-irtirar.

(30)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jinfurmaw lill-faddala tal-PEPP biżżejjed minn qabel ma jirtiraw, dwar l-għażliet tal-ħlas li jkollhom. Barra minn hekk, il-faddala tal-PEPP jenħtieġ li jiġu mfakkra dwar il-possibilità li jibdlu l-għażla tal-ħlas. L-għażla prestabbilita jenħtieġ li tippermetti ħlas ta' ammont f'daqqa ta' mhux aktar minn 30 % u l-bqija tal-ammont jenħtieġ li jitħallas bħala vitalizju. Jenħtieġ li jkun hemm tfakkira finali sena qabel l-irtirar. Meta l-benefiċċju tal-irtirar ma jitħallasx bħala vitalizju, jenħtieġ li l-membri li jkunu resqin lejn l-irtirar jirċievu informazzjoni dwar il-prodotti ta' pagament tal-benefiċċji disponibbli, sabiex jiġi ffaċilitat l-ippjanar finanzjarju għall-irtirar.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Fil-fażi li matulha jitħallsu l-benefiċċji tal-irtirar, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP ikomplu jirċievu informazzjoni dwar il-benefiċċji tagħhom u dwar l-għażliet ta' ħlas korrispondenti. Dan hu partikolarment importanti meta jiġġarrab livell sinifikanti tar-riskju ta' investiment mill-benefiċjarji tal-PEPP fil-fażi tal-ħlas. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP jiġu informati wkoll dwar kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-benefiċċji dovuti, qabel l-applikazzjoni ta' kwalunkwe tali tnaqqis, wara li tkun ittieħdet deċiżjoni li tirriżulta fi tnaqqis. Bħala kwistjoni tal-aħjar prassi, hu rakkomandat li l-fornituri tal-PEPP jikkonsultaw lill-benefiċjarji tal-PEPP qabel ma tittieħed xi deċiżjoni bħal din.

(31)  Fil-fażi li matulha jitħallsu l-benefiċċji tal-irtirar, jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP ikomplu jirċievu informazzjoni dwar il-benefiċċji tagħhom u dwar l-għażliet ta' ħlas korrispondenti. Dan hu partikolarment importanti meta jiġġarrab livell sinifikanti tar-riskju ta' investiment mill-benefiċjarji tal-PEPP fil-fażi tal-ħlas. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-PEPP jiġu informati wkoll dwar kwalunkwe tnaqqis fil-livell tal-benefiċċji dovuti, qabel l-applikazzjoni ta' kwalunkwe tali tnaqqis, wara li tkun ittieħdet deċiżjoni li tirriżulta fi tnaqqis. Hu rakkomandat li l-fornituri tal-PEPP jikkonsultaw lill-benefiċjarji tal-PEPP qabel ma tittieħed xi deċiżjoni bħal din.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Biex jiġu protetti b'mod adegwat id-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu kapaċi jagħżlu allokazzjoni tal-assi li tkun taqbel man-natura preċiża u mad-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom. Għalhekk, huma meħtieġa superviżjoni effiċjenti kif ukoll attitudni lejn regoli ta' investiment li tagħti lill-fornituri tal-PEPP biżżejjed flessibbiltà biex jiddeċiedu fuq il-politika l-aktar sikura u effiċjenti dwar l-investimenti, filwaqt li tobbligahom jaġixxu bi prudenza. Għalhekk, il-konformità mar-regola tal-persuna prudenti teħtieġ politika ta' investiment adattata għall-istruttura tal-klijenti tal-fornitur individwali tal-PEPP.

(32)  Biex jiġu protetti b'mod adegwat id-drittijiet tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP, jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu kapaċi jagħżlu allokazzjoni tal-assi li tkun taqbel man-natura preċiża u mad-durata tal-obbligazzjonijiet tagħhom, inklużi obbligazzjonijiet fit-tul. Għalhekk, huma meħtieġa superviżjoni effiċjenti kif ukoll attitudni lejn regoli ta' investiment li tagħti lill-fornituri tal-PEPP biżżejjed flessibilità biex jiddeċiedu fuq il-politika l-aktar sikura u effiċjenti dwar l-investimenti, filwaqt li tobbligahom jaġixxu bi prudenza, filwaqt li jkun permess l-allinjament mal-obbligazzjonijiet fit-tul tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, il-konformità mar-regola tal-persuna prudenti teħtieġ politika ta' investiment adattata għall-istruttura tal-klijenti tal-fornitur individwali tal-PEPP.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Jekk tiġi ffissata r-regola tal-persuna prudenti bħala l-prinċipju bażi għall-investiment kapitali u jekk isir possibbli li l-fornituri tal-PEPP joperaw bejn il-fruntieri, ir-ridirezzjonar tat-tfaddil fis-settur tal-provvista ta' rtirar personali hu mħeġġeġ, u b'hekk jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali.

(33)  Jekk tiġi ffissata r-regola tal-persuna prudenti bħala l-prinċipju bażi għall-investiment kapitali u jekk isir possibbli li l-fornituri tal-PEPP joperaw bejn il-fruntieri, ir-ridirezzjonar tat-tfaddil fis-settur tal-provvista ta' rtirar personali hu mħeġġeġ, u b'hekk jikkontribwixxi għall-progress ekonomiku u soċjali. Ir-regola tal-persuna prudenti għandha tqis ukoll ir-rwol tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fil-proċess ta' investiment.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif hemm riferiment għalihom fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli, huma importanti għas-sistemi ta' politika tal-investiment u ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-fornituri tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħeġġu jikkunsidraw fatturi bħal dawn fid-deċiżjonijiet ta' invesitment u jieħdu f'kunsiderazzjoni kif huma jifformaw parti mis-sistema ta' mmaniġġar tar-riskju tagħhom.

(36)  Fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, kif hemm riferiment għalihom fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli, huma importanti għas-sistemi ta' politika tal-investiment u ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-fornituri tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħeġġu jikkunsidraw fatturi bħal dawn fid-deċiżjonijiet ta' invesitment u jieħdu f'kunsiderazzjoni kif huma jifformaw parti mis-sistema ta' mmaniġġar tar-riskju tagħhom. Din il-valutazzjoni tar-riskju jenħtieġ li ssir disponibbli wkoll għall-EIOPA u għall-awtoritajiet kompetenti kif ukoll għall-faddala tal-PEPP.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Jekk fornitur ma jistax joffri għażla tal-investiment partikolari għax ma jistax jipprovdi dik l-għażla jew għax ma jistax jipprovdiha fi Stat Membru wieħed biss, jenħtieġ li jkun jista' joffri l-għażla fil-kuntest ta' sħubija ta' prodotti.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  L-għażla ta' investiment prestabbilita jenħtieġ li tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit. Barra minn hekk, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jinkludu mekkaniżmu ta' indiċjar tal-inflazzjoni biex ikopru l-inflazzjoni tal-inqas b'mod parzjali.

(39)  L-għażla ta' investiment prestabbilita jenħtieġ li tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital reali investit qabel ma jitnaqqsu t-tariffi u l-kostijiet akkumulati u wara li titqies l-inflazzjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)  F'każijiet ta' raġunijiet ġustifikati, bħal f'każijiet ta' negliġenza ppruvata, ksur tal-liġi jew evitar tat-taxxa, jew meta tiġi rtirata awtorizzazzjoni ta' PEPP, il-faddala tal-PEPP jenħtieġ li jkunu jistgħu jbiddlu l-fornituri fi kwalunkwe ħin u mingħajr ma jintalbu ħlas jew jintrabtu f'kuntratt.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  It-trasparenza tal-kostijiet u tat-tariffi hija essenzjali għall-iżvilupp tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP u tippermettilhom jagħmlu għażliet informati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu ta' metodi ta' pprezzar mhux trasparenti.

(42)  It-trasparenza u l-ġustizzja tal-kostijiet u tat-tariffi huma essenzjali għall-iżvilupp tal-fiduċja tal-faddala tal-PEPP u tippermettilhom jagħmlu għażliet informati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi pprojbit l-użu ta' metodi ta' pprezzar mhux trasparenti.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppat mill-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-preżentazzjoni u tal-kontenut tal-elementi speċifiċi tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP mhux koperti mill-[PRIIPs KID RTS] f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37. Il-Kummissjoni għandha tikkumplimenta l-ħidma teknika tal-ASE billi twettaq ittestjar tal-konsumatur tal-preżentazzjoni tad-dokument bit-tagħrif ewlieni kif propost mill-ASE.

imħassar

__________________

 

35 Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

 

36 Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

 

37 Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a)  L-entitajiet ikkwalifikati jenħtieġ li jkunu intitolati li jfittxu azzjonijiet rappreżentattivi mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-faddala tal-PEPP u tal-benefiċjarji tal-PEPP f'konformità mad-dritt tal-UE.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta' proċedura ċara, veloċi u sikura.

(47)  Biex isibu kundizzjonijiet aħjar għall-investimenti tagħhom, u b'hekk jistimolaw ukoll il-kompetizzjoni fost il-fornituri tal-PEPP, jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP ikollhom id-dritt li jbiddlu l-fornituri matul il-fażijiet tal-akkumulazzjoni u tad-dekumulazzjoni, permezz ta' proċedura ċara, veloċi u sikura. Fir-rigward tal-għażla prestabbilita, jenħtieġ li din tkun biss possibbli matul il-fażi ta' akkumulazzjoni billi, għal raġunijiet ta' protezzjoni tal-konsumatur, l-għan huwa jiġu żgurati annwalitajiet affidabbli u t-tibdil jaf ikollu impatt finanzjarju negattiv.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Jenħtieġ li l-proċess tal-bdil ikun sempliċi għall-faddal tal-PEPP. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għat-tnedija u għall-ġestjoni tal-proċess f'isem il-faddal tal-PEPP. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jużaw mezzi addizzjonali, bħal soluzzjoni teknika, fuq bażi volontarja meta jistabbilixxu s-servizz tal-bdil.

(48)  Jenħtieġ li l-proċess tal-bdil ikun sempliċi għall-faddal tal-PEPP. Għalhekk, jenħtieġ li l-fornitur tal-PEPP ikun responsabbli għat-tnedija u għall-ġestjoni tal-proċess f'isem il-faddal tal-PEPP, fuq talba tiegħu. Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP ikunu jistgħu jużaw mezzi addizzjonali, bħal soluzzjoni teknika, fuq bażi volontarja meta jistabbilixxu s-servizz tal-bdil.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Qabel ma jagħti l-awtorizzazzjoni għall-bdil, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP jiġi infurmat dwar il-passi kollha tal-proċedura li huma meħtieġa biex jiġi kompletat il-bdil.

(49)  Qabel ma jagħti l-awtorizzazzjoni għall-bdil, jenħtieġ li l-faddal tal-PEPP jiġi infurmat dwar il-passi kollha tal-proċedura u l-ispejjeż li huma meħtieġa biex jiġi kompletat il-bdil, sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista' jagħmel deċiżjoni informata dwar is-servizz tal-bdil.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 51a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(51a)  Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP, f'każ ta' tibdil, jiġu informati dwar it-telf potenzjali ta' inċentivi fiskali u konsegwenzi finanzjarji oħra f'każ ta' tibdil u trasferiment ta' assi lil fornitur tal-PEPP soġġett għal reġimi differenti ta' inċentivi fiskali; l-awtoritajiet kompetenti, bħala parti mill-proċess tal-iffaċilitar tat-tibdil u t-trasferiment ta' assi f'każ ta' rtirar tal-PEPP, jenħtieġ li f'każ bħal dan jinformaw lill-faddala tal-PEPP dwar id-disponibilità ta' fornituri alternattivi tal-PEPP u prodotti alternattivi tal-PEPP li jibbenefikaw minn inċentivi fiskali simili jew komparabbli sabiex jiġi minimizzat it-telf finanzjarju.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP jingħataw il-libertà li jiddeċiedu fuq l-abbonament ta' PEPP dwar l-għażla ta' ħlas tagħhom (annwalitajiet, somma f'daqqa, jew oħrajn) fil-fażi tad-dekumulazzjoni, iżda b'possibbiltà li jirrevedu l-għażla tagħhom darba kull ħames snin wara, biex ikunu kapaċi jadattaw bl-aħjar mod l-għażla tal-ħlas tagħhom għall-ħtiġijiet tagħhom meta joqorbu lejn l-irtirar.

(53)  Jenħtieġ li l-faddala tal-PEPP jingħataw il-libertà li jiddeċiedu fuq l-abbonament ta' PEPP dwar l-għażla ta' ħlas tagħhom (pagamenti perjodiċi tal-pensjoni, somma f'daqqa, jew oħrajn) fil-fażi tad-dekumulazzjoni, iżda b'possibilità li jirrevedu l-għażla tagħhom darba kull ħames snin wara, biex ikunu kapaċi jadattaw bl-aħjar mod l-għażla tal-ħlas tagħhom għall-ħtiġijiet tagħhom meta joqorbu lejn l-irtirar.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħallew iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP firxa wiesgħa ta' għażliet ta' dekumulazzjoni. Dan l-approċċ jikseb l-għan ta' użu msaħħaħ tal-PEPP permezz ta' flessibilità u ta' għażla ikbar għall-faddala tal-PEPP. Jippermetti lill-fornituri jfasslu l-PEPPs tagħhom bl-iktar mod kosteffiċjenti. Hu koerenti ma' politiki oħra tal-UE u hu politikament fattibbli, peress li jżomm biżżejjed flessibilità għall-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar liema għażliet ta' dekumulazzjoni jixtiequ jħeġġu.

(54)  Jenħtieġ li l-fornituri tal-PEPP jitħallew iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP firxa suffiċjenti ta' għażliet ta' dekumulazzjoni matul il-fażi ta' dekumulazzjoni. Dan l-approċċ jikseb l-għan ta' użu msaħħaħ tal-PEPP permezz ta' flessibilità u ta' għażla ikbar għall-faddala tal-PEPP. Jippermetti lill-fornituri jfasslu l-PEPPs tagħhom bl-iktar mod kosteffiċjenti. Hu koerenti ma' politiki oħra tal-UE u hu politikament fattibbli, peress li jżomm biżżejjed flessibilità għall-Istati Membri biex jiddeċiedu dwar liema għażliet ta' dekumulazzjoni jixtiequ jħeġġu.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Premessa 54a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(54a)  Skont l-għażla prestabbilita, ammont fiss ta' 70 % ta' pagamenti maħruġa fil-forma ta' annwalitajiet jenħtieġ li jkun obbligatorju.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trasmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 u jenħtieġ li kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta' informazzjoni mill-ASE jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.

(66)  Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq fil-qafas ta' dan ir-Regolament, bħall-iskambju jew it-trasmissjoni ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti, il-ħażna ta' data personali fir-reġistru ċentrali miżmum mill-EIOPA, l-ipproċessar ta' data personali mill-fornituri tal-PEPP jew mid-distributuri tal-PEPP, jenħtieġ li jitwettaq f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39, mad-Direttiva (EU) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39a u mar-Regolament dwar ir-rispett għal ħajja privata u l-protezzjoni ta' data personali f'komunikazzjonijiet elettroniċi u li jħassar id-Direttiva 2002/58/KE (Regolament dwar il-Privatezza u l-Komunikazzjonijiet Elettroniċi). Jenħtieġ li kwalunkwe skambju jew trasmissjoni ta' informazzjoni mill-ASE jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40.

_________________

_________________

39 Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

39 Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

39a Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

40 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

40 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda    53

Proposta għal regolament

Premessa 66a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(66a)  Minħabba s-sensittività tad-data finanzjarja personali, il-protezzjoni qawwija tad-data hija ferm importanti. Għalhekk, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data jkunu involuti mill-qrib fl-implimentazzjoni u s-superviżjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Premessa 70a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(70a)  Minħabba l-implikazzjonijiet fit-tul possibbli ta' dan ir-Regolament, huwa essenzjali li jiġu mmonitorjati mill-qrib l-iżviluppi matul il-fażi inizjali tal-applikazzjoni. Meta twettaq l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrifletti wkoll l-esperjenzi tal-EIOPA, ta' partijiet ikkonċernati u ta' esperti u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, u lill-Kunsill kwalunkwe osservazzjoni li jista' jkollha.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar l-awtorizzazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma distribwiti fl-Unjoni taħt id-deżinjazzjoni "prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew" jew "PEPP".

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar l-awtorizzazzjoni, l-irtirar tagħha, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma distribwiti fl-Unjoni taħt id-deżinjazzjoni "prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew" jew "PEPP".

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital sal-irtirar b'possibbiltajiet limitati għal prelevament bikri qabel l-irtirar;

(c)  jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital sal-irtirar;

Ġustifikazzjoni

Minħabba dak li l-PEPPs jirrappreżentaw, l-akkumulazzjoni sal-irtirar għanda tkun obbligatorja irrispettivament mill-għażla tal-investiment.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jipprovdi introjtu mal-irtirar;

(d)  jipprovdi benefiċċju tal-irtirar mal-irtirar;

Ġustifikazzjoni

Għall-konformità mal-punt 9.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP)" tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta' terminu twil, li hu pprovdut skont skema miftiehma tal-PEPP minn impriża finanzjarja regolata awtorizzata skont id-dritt tal-Unjoni għall-immaniġġjar ta' investimenti jew ta' tfaddil kollettivi jew individwali, u li fiha jabbona b'mod volontarju faddal individwali tal-PEPP għall-irtirar, b'tifdija strettament limitata jew mingħajrha;

(2)  "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP)" tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta' terminu twil, li hu pprovdut skont skema miftiehma tal-PEPP minn impriża finanzjarja, kif elenkat fl-Artikolu 5, awtorizzata skont id-dritt tal-Unjoni għall-immaniġġjar ta' investimenti jew ta' tfaddil kollettivi jew individwali, u li fiha jabbona b'mod volontarju faddal individwali tal-PEPP għall-irtirar, b'tifdija strettament limitata jew mingħajrha;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  "faddal tal-PEPP" tfisser:

3.  "faddal tal-PEPP" tfisser persuna fiżika li tagħti b'kuntratt PEPP lil fornitur jew distributur tal-PEPP;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  klijent mhux professjonali kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41;

imħassar

__________________

 

41 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

 

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  klijent fit-tifsira tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42, fejn dak il-klijent ma jikkwalifikax bħala klijent professjonali kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

imħassar

__________________

 

42 Id-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta'  Diċembru 2002 dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni (ĠU L 9, 15.1.2003, p. 3).

 

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "fażi tal-akkumulazzjoni" tfisser il-perjodu li matulu l-assi (pagamenti) jakkumulaw f'kont tal-PEPP u normalment tkompli sal-età tal-irtirar tal-benefiċjarju tal-PEPP;

(10)  "fażi tal-akkumulazzjoni" tfisser il-perjodu li matulu l-assi (pagamenti) jakkumulaw f'kont tal-PEPP u normalment tkompli sa meta tibda l-fażi ta' dekumulazzjoni tal-PEPP;

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni relatata mal-Artikolu 2(1)(c).

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "annwalità" tfisser somma pagabbli f'intervalli speċifiċi tul perjodu, bħall-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP jew ċertu numru ta' snin, b'ritorn għal investiment;

(12)  "annwalità" tfisser somma pagabbli f'intervalli speċifiċi tul il-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP b'ritorn għal investiment;

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' pensjoni huwa li tipprovdi benefiċċju għax-xjuħija u protezzjoni kontra l-faqar fix-xjuħija. Għaldaqstant għandu jkun hemm ħlas tul il-ħajja.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  "somma f'daqqa" tfisser il-ħlas tal-kapital akkumulat fi tmiem il-fażi tal-akkumulazzjoni;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  "kompartiment" tfisser taqsima li tinfetaħ fi ħdan kull kont individwali tal-PEPP u li tikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu ta' inċentivi stabbiliti f'livell nazzjonali għall-investiment f'PEPP mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, individwu jista' jkun faddal ta' PEPP jew benefiċjarju ta' PEPP f'kull kompartiment, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall-fażijiet ta' akkumulazzjoni u ta' dekumulazzjoni;

(20)  "kompartiment" tfisser taqsima nazzjonali li tinfetaħ fi ħdan kull kont individwali tal-PEPP u li tikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu ta' inċentivi stabbiliti f'livell nazzjonali għall-investiment f'PEPP mill-Istat Membru tad-domiċilju tal-faddal tal-PEPP. Għalhekk, individwu jista' jkun faddal ta' PEPP jew benefiċjarju ta' PEPP f'kull kompartiment, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall-fażijiet ta' akkumulazzjoni u ta' dekumulazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Emenda għal finijiet ta' kjarifika.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "kapital" tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha akkarigu dirett jew indirett tal-investituri;

(21)  "kapital" tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati abbażi tal-ammonti investibbli qabel li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha akkarigu dirett jew indirett tal-investituri;

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda huwa li jiġi preservat il-kapital.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  "protezzjoni tal-kapital" tfisser garanzija għall-kapital akkumulat investit qabel it-tnaqqis ta' tariffi, imposti u spejjeż u wara li titqies l-inflazzjoni;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  "opzjoni ta' investiment prestabbilita" tfisser strateġija ta' investiment applikata meta l-faddal tal-PEPP ma jkunx ipprovda struzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu investiti l-fondi li jakkumulaw fil-kont tal-PEPP tiegħu;

(24)  "opzjoni prestabbilita" tfisser prodott tal-pensjoni li kull fornitur irid joffri f'konformità ma' strateġija ta' investiment stabbilita fl-Artikolu 37;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  "riskji bijometriċi" tfisser riskji marbuta ma' lonġevità, diżabilità jew mewt;

Ġustifikazzjoni

Peress li PEPP jista' jkopri wkoll riskji bijometriċi, jenħtieġ li dawn jiġu ddefiniti b'mod uniformi.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  "Sħubija tal-Kompartimenti" tfisser il-kooperazzjoni bejn id-diversi fornituri ta' PEPP biex jipprovdu kompartimenti fl-Istati Membri kollha;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)  "Sħubija tal-prodotti" tfisser il-kooperazzjoni bejn il-fornituri tal-PEPP, li hija meħtieġa meta fornitur ma joffrix opzjoni ta' investiment jew ma joffrix opzjoni ta' investiment fi Stat Membru partikolari;

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  maniġers ta' fond ta' investiment alternattiv ("AIF") awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill47 .

imħassar

__________________

 

47 Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

 

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar l-identità tal-applikant u l-istorja u l-esperjenza finanzjarji attwali u preċedenti tiegħu;

(b)  informazzjoni dwar l-identità tal-applikant fosthom l-isem sħiħ, il-post, in-numru tal-entrata fir-reġistru kummerċjali nazzjonali, u l-kapital tal-ishma, u l-istorja u l-esperjenza finanzjarji attwali u preċedenti tiegħu;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-identità tal-persuni li effettivament iwettqu n-negozju tal-manifattura u/jew tad-distribuzzjoni tal-PEPP;

imħassar

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-PEPP;

(e)  informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' investiment, il-profil tar-riskju u karatteristiċi oħra tal-PEPP, inkluż ir-rwol tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fil-proċess ta' investiment kif ukoll ir-riperkussjonijiet u l-impatt fit-tul tad-deċiżjonijiet ta' investiment;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-EIOPA tista' titlob kjarifika u informazzjoni addizzjonali rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1.

3.  L-EIOPA tista' titlob mill-impriżi finanzjarji kif definit fil-paragrafu 1, kjarifika u informazzjoni addizzjonali rigward id-dokumentazzjoni u l-informazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-EIOPA tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-impriża finanzjarja li tapplika għall-awtorizzazzjoni għal kjarifika u għal informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti għandha twieġeb għat-talba fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tirċievi t-talba sottomessa mill-EIOPA.

4.  L-EIOPA għandha tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' PEPP. L-EIOPA tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-impriża finanzjarja li tapplika għall-awtorizzazzjoni għal kjarifika u għal informazzjoni dwar id-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti għandha twieġeb għat-talba fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data li fiha tirċievi t-talba sottomessa mill-EIOPA.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni u fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi notifikata b'mod immedjat lill-EIOPA.

5.  Kwalunkwe modifika sussegwenti fid-dokumentazzjoni u fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tiġi notifikata b'mod immedjat lill-EIOPA mill-impriżi finanzjarji.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-PEPP propost huwa bbażat fuq strateġija ta' investiment li tiddikjara sa liema punt il-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza jiġu inklużi fis-sistema ta' mmaniġġjar tar-riskju proposta tal-fornitur.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-EIOPA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-applikant.

2.  Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, l-EIOPA għandha tikkonsulta lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-applikant. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista' tippreżenta oġġezzjoni fir-rigward ta' applikant u f'dan il-każ l-awtorità kompetenti għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni, li għandhom jiġu kkunsidrati mill-EIOPA.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fil-każ ta' rtirar ta' awtorizzazzjoni tal-PEPP mill-EIOPA, l-EIOPA għandha minnufih tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar dan; u l-EIOPA, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri, tikkoordina u tiffaċilita t-tibdil u t-trasferiment ta' assi f'konformità mal-Kapitolu VII ta' dan ir-Regolament, u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom immedjatament jinformaw lill-faddala tal-PEPP dwar il-konsegwenzi tal-irtirar; fil-każ ta' rtirar ta' awtorizzazzjoni tal-PEPP, il-faddala tal-PEPP għandu jkollhom id-dritt li jibdlu l-fornitur tal-PEPP mingħajr ħlas, irrispettivament mill-frekwenza tal-bdil kif imsemmija fl-Artikolu 48.

 

jekk il-faddal tal-PEPP ma jieħux vantaġġ mis-servizz ta' tibdil kif imsemmi fil-paragrafu 4a, il-faddal tal-PEPP għandu jkun intitolat biex itemm il-kuntratt tal-PEPP mingħajr ebda ħlas permezz ta' dikjarazzjoni inekwivoka li tistabbilixxi d-deċiżjoni tiegħu jew tagħha biex itemm/ittemm il-kuntratt fil-każ ta' rtirar tal-PEPP mill-EIOPA. Il-fornitur tal-PEPP għandu jirrimborża lill-faddal tal-PEPP is-somom kollha rċevuti u l-assi akkumulati addizzjonali kollha mingħajr dewmien żejjed.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fuq bażi trimestrali, l-EIOPA għandha tinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-impriżi finanzjarji elenkati fl-Artikolu 5(1) dwar id-deċiżjonijiet li tagħti, tirrifjuta jew tirtira l-awtorizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

5.  L-EIOPA għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti tal-impriżi finanzjarji elenkati fl-Artikolu 5(1) dwar id-deċiżjonijiet li tagħti, tirrifjuta jew tirtira l-awtorizzazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti jistgħu jiġu kkonvertiti f'"PEPPs" wara l-awtorizzazzjoni mill-EIOPA.

2.  Il-prodotti tal-pensjoni personali eżistenti jistgħu jiġu kkonvertiti f'"PEPPs" wara l-awtorizzazzjoni mill-EIOPA. F'dan il-każ, huwa meħtieġ il-kunsens tal-konsumaturi fir-rigward ta' din il-konverżjoni.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-impriżi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li ma mmanifatturawx malli jirċievu l-awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom.

1.  L-impriżi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 5(1) jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li ma mmanifatturawx bil-kundizzjoni li tali attività tiġi awtorizzata skont ir-regoli settorjali applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EIOPA dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni jew kwalunkwe rifjut biex tingħata awtorizzazzjoni.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP awtorizzata skont dan ir-Regolament, il-fornitur ta' dan il-PEPP u l-awtorità kompetenti tal-fornitur tal-PEPP. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f'format elettroniku.

L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP awtorizzata skont dan ir-Regolament, b'informazzjoni dwar il-kompartimenti nazzjonali u s-sħubiji tal-kompartimenti disponibbli ta' kull PEPP, il-fornitur u d-distributur ta' dan il-PEPP u l-awtorità kompetenti tal-fornitur jew id-distributur tal-PEPP. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f'format elettroniku.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-servizz tal-portabilità jippermetti lill-faddala tal-PEPP ikomplu jikkontribwixxu għall-PEPP li diġà jkunu kkuntrattaw mal-fornitur tiegħu, filwaqt li jbiddlu d-domiċilju tagħhom billi jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor.

1.  Is-servizz tal-portabilità jippermetti lill-faddala tal-PEPP ikomplu jikkontribwixxu għall-PEPP li diġà jkunu kkuntrattaw mal-fornitur tagħhom, filwaqt li jbiddlu d-domiċilju tagħhom billi jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor u għandu jkollu d-dritt li fl-istess waqt ifaddlu f'aktar minn kompartiment wieħed, jew billi jiftħu kompartiment ġdid addizzjonali u jżommu dak eżistenti, jew billi jiftħu kompartiment ġdid filwaqt li jagħlqu dak eżistenti.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ li jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitoilati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fl-istess PEPP.

2.  F'każ li jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitolati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fil-PEPP tiegħu.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-portabilità f'kompartimenti oħra għandha tiġi prevista jew mill-fornitur tal-PEPP jew fl-ambitu ta' sħubija bejn il-kompartimenti.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sa mhux iktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull PEPP għandu joffri kompartimenti nazzjonali għall-Istati Membri kollha fuq talba indirizzata lill-fornitur tal-PEPP.

3.  Sa mhux iktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, kull PEPP għandu joffri kompartimenti nazzjonali għall-Istati Membri kollha fuq talba indirizzata lill-fornitur tal-PEPP.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Matul il-perjodu tranżitorju kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-faddala tal-PEPP għandhom ikunu jistgħu jibdlu l-fornitur tal-PEPP mingħajr ħlas, jekk huma jiċċaqalqu lejn Stat Membru fejn għad m'hemmx kompartiment għall-PEPP tagħhom.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Sħubiji bejn il-Kompartimenti bejn fornituri tal-PEPP awtorizzati għall-provvista ta' kompartimenti nazzjonali.

 

1.  Il-fornituri tal-PEPP, kif elenkati fl-Artikolu 5, jistgħu jiffurmaw sħubiji bejn il-kompartimenti għall-provvista ta' kompartimenti nazzjonali sabiex jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 13.

 

2.  L-EIOPA għandha tiġi informata dwar ftehimiet ta' sħubiji bejn il-kompartimenti bejn il-fornituri tal-PEPP.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-iskadenza skont l-Artikolu 13(3), eżatt wara li jiġi informat dwar l-intenzjoni tal-faddal tal-PEPP li jeżerċita d-dritt tiegħu ta' mobilità bejn l-Istati Membri, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibbiltà li jiftaħ kompartiment ġdid fi ħdan il-kont individwali tal-faddal tal-PEPP u dwar l-iskadenza li sa din ikun jista' jinfetaħ tali kompartiment.

1.  Mingħajr ħsara għall-iskadenza skont l-Artikolu 13(3), eżatt wara li jiġi informat dwar l-intenzjoni tal-faddal tal-PEPP li jeżerċita d-dritt tiegħu ta' mobilità bejn l-Istati Membri, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibilità li jiftaħ, mingħajr ħlas, kompartiment addizzjonali ġdid fi ħdan il-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP, filwaqt li jinżamm il-kompartiment eżistenti, u dwar l-iskadenza li sa din ikun jista' jinfetaħ tali kompartiment għall-faddal tal-PEPP.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-data li minnha jenħtieġ li l-investimenti jiġu indirizzati lill-kompartiment miftuħ ġdid;

(b)  f'każ ta' trasferiment, id-data li minnha jenħtieġ li d-depożiti kollha li saru jiġu indirizzati lill-kompartiment miftuħ ġdid;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mhux iktar tard minn tliet xhur wara r-riċevuta tat-talba skont il-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni sħiħa mingħajr ħlas u pariri skont il-Kapitolu IV, Taqsimiet II u III rigward il-kundizzjonijiet applikabbli għall-kompartiment il-ġdid.

3.  Mhux iktar tard minn xahar wara r-riċevuta tat-talba skont il-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni sħiħa mingħajr ħlas u pariri skont il-Kapitolu IV, Taqsimiet II u III rigward il-kundizzjonijiet applikabbli għall-kompartiment il-ġdid.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  B'mod immedjat wara li jirċievi l-applikazzjoni għat-trasferiment tad-depożiti li saru, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-implikazzjonijiet kollha ta' dan it-trasferiment tal-assi u dwar it-taxxi, l-ispejjeż u t-tariffi applikabbli marbuta mat-trasferiment u dwar il-konsegwenzi finanzjarji li jinżamm il-kompartiment eżistenti.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għoti ta' informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet nazzjonali

Għoti ta' informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-arranġamenti kuntrattwali kollha għall-forniment tas-servizz ta' portabilità għandhom jiġu notifikati mill-fornitur tal-PEPP lill-awtorità nazzjonali rispettiva li teżerċita superviżjoni prudenzjali fuqu.

1.  L-arranġamenti kuntrattwali kollha għall-forniment tas-servizz ta' portabilità għandhom jiġu notifikati mill-fornitur tal-PEPP lill-EIOPA.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata b'mod elettroniku f'bażi tad-data ċentrali miżmuma mal-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali fi żmien xahar mill-ftuħ tal-kompartiment il-ġdid u tal-inqas għandu jkun fiha:

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppreżentata b'mod elettroniku fir-reġistru pubbliku ċentrali miżmum mill-EIOPA fi żmien xahar mill-ftuħ tal-kompartiment il-ġdid. Ir-reġistru pubbliku ċentrali għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom jirċievu awtomatikament informazzjoni dwar il-kompartimenti lokali fil-każ ta' kwalunkwe bidla, kif ukoll dettalji ta' kwalunkwe arranġament ta' sħubija bejn il-kompartimenti eżistenti jew ġdid bejn il-fornituri. Ir-reġistru pubbliku ċentrali għandu tal-inqas ikun fih:

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta' fornituri u ta' distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:

Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta' fornituri u ta' distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin f'dan il-Kapitolu::

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-Kapitolu għandhom jiġu pprovduti lill-klijenti tal-PEPP b'mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista' jaħżen tali informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna. Fuq talba, il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b'xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll.

Id-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f'dan il-Kapitolu jistgħu jiġu aċċessati faċilment fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP u dawn għandhom jiġu pprovduti bla ħlas u fil-format mixtieq lill-klijenti tal-PEPP, jew b'mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista' jaħżen tali informazzjoni b'mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna, jew bil-miktub.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull PEPP, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-PEPP jiġi ddistribwit lis-suq fil-mira identifikat.

imħassar

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornitur tal-PEPP għandu jifhem u jirrieżamina fuq bażi regolari l-PEPPs li jipprovdi, filwaqt li jqis kwalunkwe avveniment li jista' materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-inqas jivvaluta jekk il-PEPPs jibqgħux konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta' distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.

imħassar

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta' approprjazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-PEPP.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta' approprjazzjoni tal-prodott.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – subparagrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u jifhmu l-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikati ta' kull PEPP.

Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Kapitolu 4 – taqsima 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

INFORMAZZJONI PREKUNTRATTWALI

REKLAMAR U INFORMAZZJONI PREKUNTRATTWALI

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza fl-Artikolu 23(2) għall-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 8 sa 18 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 twassal għal inċertezza legali. Ikun aħjar li r-rekwiżiti dwar ir-reklamar u l-informazzjoni kuntrattwali jiġu regolati direttament fir-Regolament.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mal-Artikoli 5(2), u 6 sa 18 tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014.

imħassar

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Kull Stat Membru jista' jirrikjedi n-notifika ex ante tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija mill-fornitur tal-PEPP jew mill-persuna li toffri PEPP lill-awtorità kompetenti għall-PEPPs kummerċjalizzati f'dak l-Istat Membru.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jikkostitwixxi tagħrif prekuntrattwali. Dan għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jipprovdi tagħrif ewlieni u għandu jkun konsistenti ma' kwalunkwe dokument kuntrattwali vinkolanti, bil-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta' offerta u bit-termini u l-kundizzjonijiet tal-PEPP.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Għandu jkun ipprovdut mingħajr ħlas lill-faddala tal-PEPP perjodu ta' żmien suffiċjenti qabel il-konklużjoni ta' kuntratt tal-PEPP.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jkun dokument awtonomu, separat b'mod ċar mill-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. Huwa ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal materjal ta' kummerċjalizzazzjoni. Jista' jkun fih kontroreferenzi għal dokumenti oħrajn inkluż prospectus fejn applikabbli, u biss fejn il-kontroreferenza hija relatata mal-informazzjoni rekwiżita li għandha tiġi inkluża fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija dwar il-PEPP minn dan ir-Regolament.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2e.  Kull dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jinkludi opzjoni ta' investiment.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2f.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b'mod konċiż u għandu jkun jikkonsisti minn massimu ta' tliet faċċati ta' karta A4 meta jiġi stampat, li jippromwovi l-komparabilità u, meta jitwassal bl-użu ta' mezz durabbli għajr il-karta, jista' jiġi ppreżentat f'saffi sabiex tiġi kkunsidrata l-prattiċità tad-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP. Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu:

 

(a)  jiġi ppreżentata u strutturat b'mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta' tipa ta' daqs li jinqara;

 

(b)  jiffoka fuq l-informazzjoni ewlenija meħtieġa mill-faddala tal-PEPP;

 

(c)  jiġi espress b'mod ċar u miktub b'lingwaġġ u stil li jikkomunikaw b'mod li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni, b'mod partikolari b'lingwaġġ li jkun ċar, fil-qosor u komprensibbli.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2g.  Jekk jintużaw kuluri fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, dawn ma għandhomx inaqqsu l-intelliġibilità tal-informazzjoni jekk id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jiġi stampat jew fotokopjat fl-iswed u l-abjad.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2h.  Fejn il-marka korporattiva jew il-logo tal-manifattur tal-PEPP jew tal-grupp li minnu jagħmel parti jintużaw fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija, dan ma għandux itellef mill-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew joskura t-test.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014, it-taqsima intitolata "X'inhu dan il-prodott?" għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

imħassar

(i)  deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar u kemm huma ggarantiti;

 

(ii)  kwalunkwe perjodu minimu jew massimu għall-appartenenza għall-iskema tal-PEPP;

 

(iii)  l-età tal-irtirar;

 

(iv)  informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-portabbiltà, inkluża informazzjoni dwar il-kompartimenti;

 

(v)  informazzjoni ġenerali dwar is-servizz tal-bdil, u referenza għall-informazzjoni speċifika dwar is-servizz tal-bdil disponibbli skont l-Artikolu 50;

 

(vi)  informazzjoni disponibbli relatata mal-prestazzjoni tal-polza ta' investiment f'termini tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza;

 

(vii)  il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li tingħażel.

 

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Minbarra d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala potenzjali tal-PEPP referenzi għal kwalunkwe rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, biex b'hekk dawn ikollhom aċċess faċli għal din l-informazzjoni.

4.  Minbarra d-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala potenzjali tal-PEPP referenzi għal kwalunkwe rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, biex b'hekk dawn ikollhom aċċess faċli għal din l-informazzjoni bla ħlas.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-faddala potenzjali tal-PEPP għandhom jiġu pprovduti wkoll b'informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-investimenti relatati mal-iskema tal-PEPP li tkopri minimu ta' ħames snin jew, meta l-iskema tkun ilha topera inqas minn ħames snin, li tkopri s-snin kollha kemm ilha topera l-iskema, kif ukoll b'informazzjoni dwar l-istruttura tal-kostijiet imġarrba mill-faddala tal-PEPP u mill-benefiċjarji tal-PEPP.

5.  Il-faddala potenzjali tal-PEPP għandhom jiġu pprovduti wkoll b'informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-investimenti relatati mal-iskema tal-PEPP li tkopri minimu ta' għaxar snin jew, meta l-iskema tkun ilha topera inqas minn għaxar snin, li tkopri s-snin kollha kemm ilha topera l-iskema, kif ukoll b'informazzjoni dwar l-istruttura tal-kostijiet imġarrba mill-faddala tal-PEPP u mill-benefiċjarji tal-PEPP mingħajr ħlas.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Reklamar

 

Il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu rikonoxxibbli biċ-ċar bħala tali. Il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni li fihom informazzjoni speċifika relatata mal-PEPP ma għandhom jinkludu l-ebda dikjarazzjoni li tikkontradixxi l-informazzjoni li tinsab fid-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew li tnaqqas is-sinifikat tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija. Il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom jindikaw li dokument bl-informazzjoni ewlenija huwa disponibbli u jipprovdu informazzjoni dwar kif u minn fejn jista' jinkiseb, inkluż is-sit web tal-fornitur tal-PEPP.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 23b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23b

 

Rekwiżiti lingwistiċi tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija

 

1.  Id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu jinkiteb bil-lingwi uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali użati fl-Istat Membru fejn jiġi distribwit il-PEPP.

 

2.  Jekk PEPP jiġi promoss fi Stat Membru permezz ta' dokumenti ta' kummerċjalizzazzjoni miktubin b'lingwa uffiċjali waħda jew aktar ta' dak l-Istat Membru, id-dokument bl-informazzjoni ewlenija għandu tal-inqas jinkiteb bil-lingwi uffiċjali korrispondenti.

 

3.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni tal-PEPP għandu jiġi magħmul disponibbli fuq talba f'format xieraq għall-faddala tal-PEPP b'indeboliment tal-vista jew tas-smigħ, kif ukoll għall-faddala tal-PEPP illitterati u b'livelli baxxi ta' litteriżmu.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 23c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23c

 

Forma u kontenut tad-dokument bit-tagħrif ewlieni

 

1.  It-titolu "Dokument bit-Tagħrif Ewlieni" għandu jidher b'mod prominenti fuq in-naħa ta' fuq tal-ewwel paġna tad-dokument bit-tagħrif ewlieni. Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jiġi ppreżentat fis-sekwenza stipulata fil-paragrafi 2 u 3.

 

2.  Nota spjegattiva għandha tidher direttament taħt it-titolu tad-dokument bit-tagħrif ewlieni. Din għandha taqra: "Dan id-dokument jipprovdilek informazzjoni ewlenija dwar dan il-prodott ta' pensjoni. Dan mhuwiex materjal ta' kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, l-ispejjeż, il-gwadanji u t-telf potenzjali ta' dan il-prodott u biex tgħinek tqabblu ma' prodotti oħrajn".

 

3.  Id-dokument dokument bit-tagħrif ewlieni huwa magħmul minn żewġ partijiet. Fl-ewwel parti ġenerali għandha tingħata deskrizzjoni tat-tagħrif ġenerali dwar il-PEPP. Fit-tieni parti speċifika, għandu jingħata tagħrif dwar dawk l-affarijiet li huma differenti f'kull Stat Membru.

 

4.  Id-dokument bit-tagħrif ewlieni għandu jinkludi din l-informazzjoni ġenerali li ġejja:

 

(a)   fil-bidu tad-dokument, l-isem tal-PEPP u jekk huwiex l-għażla prestabbilita, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-manifattur tal-PEPP, informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti tal-manifattur tal-PEPP u d-data tad-dokument;

 

(b)   jekk dan ma jkunx jittratta l-prodott standard, għandha tingħata twissija ta' komprensjoni li għandha tinqara: "Se tixtri prodott li mhuwiex sempliċi u li jista' jkun diffiċli biex tifhmu.";

 

(c)   taħt taqsima bit-titolu "X'inhu dan il-prodott u x'jiġri meta nirtira?", in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, inklużi:

 

(i)  l-għażla ta' investiment, inkluża l-għażla prestabbilita;

 

(ii)  meta l-PEPP joffri benefiċċji tal-assigurazzjoni, id-dettalji ta' dawk il-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkostanzi li joħolquhom;

 

(iii)  deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar u kemm huma ggarantiti;

 

(iv)  informazzjoni dwar l-inċentivi attwali tat-taxxa jew benefiċċji oħra;

 

(v)  fejn applikabbli, jekk hemmx żmien biex wieħed jerġa' jaħsibha jew perjodu ta' kanċellazzjoni għall-PEPP;

 

(vi)  kwalunkwe perjodu minimu jew massimu għall-appartenenza għall-iskema tal-PEPP;

 

(vii)  l-età statutorja tal-irtirar tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli;

 

(viii)  deskrizzjoni ta' għażliet ta' dekumulazzjoni u d-dritt ta' tibdil tal-forma magħżula tal-pagamenti maħruġa sal-bidu tal-fażi ta' dekumulazzjoni;

 

(ix)  informazzjoni dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża informazzjoni dwar il-kompartimenti;

 

(x)  informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil, u referenza għall-informazzjoni speċifika dwar is-servizz tal-bdil disponibbli skont l-Artikolu 50;

 

(xi)  informazzjoni relatata mal-prestazzjoni tal-polza ta' investiment f'termini tal-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza;

 

(xii)  taħt taqsima bit-titolu "X'inhuma r-riskji u x'nista' niggwadanja?", deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li jinkludi l-elementi li ġejjin:

 

-  indikatur tar-riskju sommarju, issupplementat minn spjegazzjoni narrattiva ta' dak l-indikatur, il-limitazzjonijiet ewlenin tiegħu u spjegazzjoni narrattiva tar-riskji li huma materjalment rilevanti għall-PEPP u li mhumiex koperti b'mod adegwat mill-indikatur tar-riskju sommarju;

 

-  it-telf massimu possibbli tal-kapital investit, inkluża informazzjoni dwar:

 

•  jekk il-faddal tal-PEPP jistax jitlef il-kapital investit kollu, jew

 

•  jekk il-faddal tal-PEPP huwiex fir-riskju li jsostni impenji jew obbligi finanzjarji addizzjonali, inklużi obbligazzjonijiet kontinġenti minbarra l-kapital investit fil-PEPP, u

 

•  fejn applikabbli, jekk il-PEPP jinkludix protezzjoni tal-kapital kontra r-riskju tas-suq u d-dettalji tal-kopertura u l-limitazzjonijiet tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla taż-żmien ta' meta dan japplika;

 

-  xenarji tal-prestazzjoni xierqa u s-suppożizzjonijiet li saru sabiex dawn ġew prodotti;

 

-  fejn applikabbli, informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għar-redditi għall-faddala tal-PEPP jew il-limiti massimi tal-prestazzjoni inkorporati;

 

-  dikjarazzjoni li l-leġiżlazzjoni fiskali tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-faddal tal-PEPP jista' jkollha impatt fuq l-iżborż innifsu;

 

(xiii)  taħt it-titolu "X'inhuma l-ispejjeż?", l-ispejjeż assoċjati mal-investiment fil-PEPP, li jinkludu kemm l-ispejjeż diretti kif ukoll dawk indiretti, inklużi l-ispejjeż ta' darba u dawk rikorrenti, ippreżentati permezz ta' indikaturi sommarji ta' dawn l-ispejjeż u, biex tkun żgurata l-paragunabilità, l-ispejjeż totali espressi f'termini monetarji u perċentwali, biex jintwerew l-effetti totali tal-ispejjeż fuq l-investiment.

 

(xiv)  indikazzjoni ċara li dawk li jagħtu l-pariri, id-distributuri jew kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-pariri jew tbiegħ il-PEPP se tipprovdi l-informazzjoni li tagħti d-dettalji dwar kwalunkwe spiża tad-distribuzzjoni li mhijiex diġà inkluża fl-ispejjeż speċifikati hawn fuq, sabiex l-investitur fil-livell tal-konsumatur ikun jista' jifhem l-effett kumulattiv li dawn l-ispejjeż aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment;

 

(xv)  informazzjoni dwar il-forom ta' pagament u l-fażijiet tad-dekumulazzjoni;

 

(xvi)  l-indikazzjoni li bidla fil-forma ta' pagament jista' jkollha impatt fuq l-inċentivi tat-taxxa jew il-benefiċċji;

 

(xvii)  taħt taqsima bit-titolu "Kif nista' nressaq ilment?", informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista' jressaq ilment dwar il-prodott jew l-imġiba tal-fornitur tal-PEPP jew ta' persuna li tagħti pariri dwar il-prodott jew tbigħu;

 

(xviii)  taħt taqsima bit-titolu "Informazzjoni rilevanti oħra", indikazzjoni qasira ta' kwalunkwe dokument ta' informazzjoni addizzjonali li għandu jiġi pprovdut lill-faddal tal-PEPP fl-istadju prekuntrattwali u/jew postkuntrattwali, eskluż kwalunkwe materjal ta' kummerċjalizzazzjoni.

 

5.   Il-manifattur tal-PEPP għandu janalizza l-informazzjoni li tinsab fid-dokument bit-tagħrif ewlieni b'mod regolari u għandu jirrevedi d-dokument fejn l-analiżi tindika li hemm bżonn isir tibdil. Il-verżjoni riveduta għandha ssir disponibbli fil-pront għall-konsumaturi tal-PEPP.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 23d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23d

 

Pretensjonijiet tar-responsabilità prekuntrattwali

 

1.   Il-manifattur tal-PEPP ma għandux isostni responsabilità ċivili abbażi tad-dokument bit-tagħrif ewlieni biss, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm ma jkunx żgwidanti, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tad-dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali legalment vinkolanti jew mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23.

 

2.   Faddal tal-PEP jista' jagħmel talba għad-danni mill-manifattur tal-PEPP f'konformità mal-liġi nazzjonali fil-każ ta' telf li jirriżulta minn dipendenza fuq dokument bit-tagħrif ewlieni taħt iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, meta jagħmel investiment fil-PEPP li għalih ikun ġie prodott dak id-dokument bit-tagħrif ewlieni. Il-manifattur tal-PEPP m'għandux isostni responsabilità ċivili meta juri li jew l-informazzjoni ma kinitx żgwidanti jew mhux preċiża u lanqas inkonsistenti jew li t-telf tal-faddal tal-PEPP ma jirriżultax minn dipendenza fuq dokument bit-tagħrif ewlieni.

 

3.   Elementi bħal "telf" jew "danni", kif imsemmija fil-paragrafu 2, li mhumiex definiti, għandhom jiġu interpretati u applikati f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli kif stabbilit mir-regoli rilevanti ta' dritt internazzjonali privat.

 

4.   Dan l-Artikolu ma jeskludix talbiet ulterjuri għal responsabilità ċivili f'konformità mal-liġi nazzjonali.

 

5.   L-obbligi taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati u lanqas irrinunzjati minn klawżoli kuntrattwali.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 23e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23e

 

Għoti tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija

 

1.   Persuna li tagħti pariri dwar PEPP jew li tbigħu għandha tipprovdi lill-konsumaturi tal-PEPP d-dokument bl-informazzjoni ewlenija fi żmien suffiċjenti u bla ħlas qabel ma dawk il-konsumaturi tal-PEPP ikunu marbuta b'xi kuntratt jew offerta relatati ma' dak il-PEPP.

 

Fejn id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jkun ġie rivedut skont l-Artikolu 10, il-verżjonijiet preċedenti għandhom ukoll jingħataw fuq it-talba tal-konsumaturi tal-PEPP.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 23f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23f

 

Divulgazzjoni tal-informazzjoni lill-faddala tal-PEPP relatata mad-distribuzzjoni

 

1.  Żmien suffiċjenti qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat ma' PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP jew lill-faddala potenzjali tal-PEPP mill-inqas bl-informazzjoni li ġejja:

 

(a)  jekk ikollux parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital f'fornitur partikolari ta' PEPP;

 

(b)  fir-rigward tal-kuntratti proposti jew li ngħataw pariri dwarhom, jekk:

 

(i)  fornitur tal-PEPP jew impriża prinċipali ta' fornitur tal-PEPP ikollhomx parteċipazzjoni, diretta jew indiretta, li tirrappreżenta 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital fl-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP;

 

(ii)  jagħtix pariri abbażi ta' analiżi ġusta u personali;

 

(iii)  huwiex taħt obbligu kuntrattwali li jwettaq negozju ta' distribuzzjoni esklussivament ma' fornitur wieħed jew aktar tal-PEPP, f'liema każ huwa għandu jipprovdi l-ismijiet ta' dawk il-fornituri tal-PEPP; jew

 

(iv)  ma jkunx taħt obbligu kuntrattwali li jwettaq negozju ta' distribuzzjoni esklussivament ma' fornitur wieħed jew aktar tal-PEPP u ma jagħtix pariri abbażi ta' analiżi ġusta u personali, f'liema każ huwa għandu jipprovdi l-ismijiet tal-fornituri tal-PEPP li magħhom jista' u fil-fatt iwettaq in-negozju tiegħu;

 

(c)  in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta b'rabta mal-kuntratt;

 

(d)  jekk b'rabta mal-kuntratt, huwa jaħdimx:

 

(i)  abbażi ta' tariffa, jiġifieri r-rimunerazzjoni mħallsa direttament mill-faddal tal-PEPP;

 

(ii)  abbażi ta' kummissjoni ta' kwalunkwe tip, jiġifieri r-rimunerazzjoni inkluża fl-ispejjeż u l-imposti tad-distribuzzjoni tal-PEPP;

 

(iii)  abbażi ta' kwalunkwe tip ieħor ta' rimunerazzjoni, inkluż benefiċċju ekonomiku ta' kwalunkwe tip offrut jew mogħti inkonnessjoni mal-kuntratt; jew

 

(iv)  abbażi ta' kombinazzjoni ta' kwalunkwe tip ta' rimunerazzjoni kif stabbilit fil-punti (i), (ii) u (iii).

 

2.  Meta t-tariffa titħallas direttament mill-faddal tal-PEPP, id-distributur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-ammont tat-tariffa jew, meta dak ma jkunx possibbli, dwar il-metodu sabiex tiġi kkalkolata t-tariffa.

 

3.  Jekk xi pagamenti, minbarra l-ħlasijiet skedati, isiru mill-faddal tal-PEPP skont il-kuntratt wara l-konklużjoni tiegħu, id-distributur tal-PEPP għandu jagħmel ukoll id-divulgazzjonijiet f'konformità ma' dan l-Artikolu għal kull pagament bħal dan.

 

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi żmien debitu qabel il-konklużjoni ta' kuntratt, fornitur ta' PEPP jikkomunika lill-faddal tal-PEPP dwar in-natura tar-rimunerazzjoni rċevuta mill-impjegati tiegħu fir-rigward tal-kuntratt.

 

5.  Jekk xi pagamenti, minbarra l-pagamenti skedati, isiru mill-faddal tal-PEPP skont il-kuntratt wara l-konklużjoni tiegħu, il-fornitur tal-PEPP għandu jagħmel ukoll id-divulgazzjonijiet f'konformità ma' dan l-Artikolu għal kull pagament bħal dan.

 

6.  Għandha tingħata informazzjoni xierqa, żmien suffiċjenti qabel il-konklużjoni ta' kuntratt, lil faddala tal-PEPP jew faddala potenzjali tal-PEPP fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-PEPP, u fir-rigward tal-kostijiet kollha u l-ispejjeż relatati. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi mill-inqas dawn li ġejjin:

 

(a)  meta jingħata parir, jekk l-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP għandux jipprovdi lill-faddala tal-PEPP b'valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza tal-PEPP irrakkomandat lil dawk il-faddala tal PEPP;

 

(b)  fir-rigward tal-informazzjoni dwar il-kostijiet kollha u l-ispejjeż relatati li għandhom jiġu divulgati, informazzjoni relatata mad-distribuzzjoni tal-PEPP, inkluż il-kost tal-parir, fejn rilevanti, il-kost tal-PEPP irrakkomandat jew ikkummerċjalizzat lill-faddal tal-PEPP u kif il-faddal tal-PEPP jista' jħallas għalih, li tinkludi wkoll kwalunkwe ħlas ta' partijiet terzi f'konformità mal-Artikolu 32(1)(e)(ii).

 

7.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta f'format standardizzat li jippermetti li jsir tqabbil u f'forma komprensibbli b'tali mod li l-faddala tal-PEPP ikunu kapaċi b'mod raġonevoli jifhmu n-natura u r-riskji li jikkonċernaw il-PEPP offrut u, konsegwentement, jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment fuq bażi informata.

 

8.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 62 sabiex tispeċifika:

 

(a)  il-kundizzjonijiet li l-informazzjoni trid tkun konformi magħhom sabiex tkun ġusta, ċara u mhux żgwidanti, inklużi l-kriterji li fuqhom għandu jkun ibbażat il-format standardizzat imsemmi fil-paragrafu 7

 

(b)  id-dettalji dwar il-kontenut u l-format tal-informazzjoni lill-faddala tal-PEPP fir-rigward tal-fornituri tal-PEPP, l-intermedjarji u d-distributuri tal-PEPP, kif ukoll il-kostijiet u l-ispejjeż.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP jew lill-faddala potenzjali tal-PEPP b'tal-inqas l-informazzjoni relatata mal-kuntratt tal-PEPP u magħhom infushom stabbilita fl-Artikolu 19 u fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 b'rabta mal-kuntratti tal-assigurazzjoni u mal-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

1.  Fi żmien xieraq qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP jew lill-faddala potenzjali tal-PEPP b'tal-inqas bid-dokument u l-informazzjoni ewlenija relatati mal-kuntratt tal-PEPP u magħhom infushom stabbilita fl-Artikolu 19 u fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 b'rabta mal-kuntratti tal-assigurazzjoni u mal-intermedjarji tal-assigurazzjoni.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta f'format standardizzat li jippermetti t-tqabbil u f'forma komprensibbli b'tali mod li l-faddala tal-PEPP jkunu kapaċi b'mod raġonevoli jifhmu n-natura u r-riskji li jikkonċernaw il-PEPP offrut u, konsegwentement, jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment fuq bażi informata.

2.  L-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta f'format standardizzat li jippermetti t-tqabbil u f'forma komprensibbli b'tali mod li l-faddala tal-PEPP jkunu kapaċi b'mod raġonevoli jifhmu n-natura u r-riskji u l-kostijiet li jikkonċernaw il-PEPP offrut u, konsegwentement, jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment fuq bażi informata.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Permezz ta' parir, il-faddal tal-PEPP għandu jiġi infurmat dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 25 - paragrafu 1 - subparagrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-parir għandu l-għan li jivvaluta l-averżjoni għar-riskju u l-għarfien finanzjarju ta' faddal tal-PEPP, il-kapaċità tiegħu li jġarrab it-telf, kif ukoll l-iffaċilitar tal-għażla mill-faddal tal-għażla ta' investiment li tikkorrispondi l-aħjar għall-profil ta' riskju tiegħu.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba mingħand il-fornitur tal-PEPP, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta' dak il-faddal tal-PEPP u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f'forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista' jieħu deċiżjoni informata.

Qabel il-konklużjoni ta' kuntratt relatat mal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni miksuba mingħand il-fornitur tal-PEPP, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta' dak il-faddal tal-PEPP u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f'forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista' jieħu deċiżjoni informata, sabiex il-fornitur, l-intermedjarju jew id-distributur tal-PEPP ikun jista' jirrakkomanda lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP liema huwa l-PEPP adattat għalih u, b'mod partikolari, liema huwa konformi mat-tolleranza tiegħu għar-riskju u mal-kapaċità tiegħu li jġarrab telf.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jingħata parir qabel il-konklużjoni ta' xi kuntratt speċifiku, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP.

2.  Meta jingħata parir qabel il-konklużjoni ta' xi kuntratt speċifiku, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 5 u l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b'rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jagħti pariri dwar il-PEPPs, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandu jikkonforma mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stipulati fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u ma' kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni direttament applikabbli adottata skont l-Artikolu 25(8) ta' dik id-Direttiva relatata ma' dawk ir-regoli.

3.  Meta jagħti pariri dwar il-PEPPs, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandu jikkonforma mal-liġijiet nazzjonali applikabbli li jdaħħlu fis-seħħ ir-regoli stipulati fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2014/65/UE u ma' kwalunkwe leġislazzjoni tal-Unjoni direttament applikabbli adottata skont l-Artikolu 25(8) ta' dik id-Direttiva relatata ma' dawk ir-regoli.

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta fornitur jew distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament jinforma lill-faddal tal-PEPP li hu jagħti pariri fuq bażi indipendenti, dan għandu jagħti dak il-parir fuq il-bażi ta' analiżi ta' numru kbir biżżejjed ta' prodotti tal-pensjoni personali disponibbli fis-suq biex ikun jista' jagħmel rakkomandazzjoni personali, f'konformità mal-kriterji professjonali, rigward liema kuntratt relatat mal-PEPP ikun adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP. Tali parir ma jistax ikun limitat għal kuntratti relatati mal-PEPP ipprovduti mill-fornitur jew mid-distributur tal-PEPP stess, minn entitajiet b'konnessjonijiet mill-qrib mal-fornitur jew mad-distributur tal-PEPP jew minn entitajiet oħra li magħhom il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu relazzjonijiet legali jew ekonomiċi mill-qrib, inklużi relazzjonijiet kuntrattwali, b'tali mod li jkun hemm riskju li tiġi indebolita l-bażi indipendenti tal-parir ipprovdut.

4.  Meta fornitur jew distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament jinforma lill-faddal tal-PEPP li hu jagħti pariri fuq bażi indipendenti, dan għandu jagħti dak il-parir fuq il-bażi ta' analiżi ta' numru kbir biżżejjed ta' prodotti tal-pensjoni personali disponibbli fis-suq biex ikun jista' jagħmel rakkomandazzjoni personali, f'konformità mal-kriterji professjonali, rigward liema kuntratt relatat mal-PEPP ikun adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP. Tali parir ma jistax ikun limitat għal kuntratti relatati mal-PEPP ipprovduti mill-fornitur jew mid-distributur tal-PEPP stess, minn entitajiet b'konnessjonijiet mill-qrib mal-fornitur jew mad-distributur tal-PEPP jew minn entitajiet oħra li magħhom il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu relazzjonijiet legali jew ekonomiċi mill-qrib, inklużi relazzjonijiet kuntrattwali, b'tali mod li jkun hemm riskju li tiġi indebolita l-bażi indipendenti tal-parir ipprovdut.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandhom jiżguraw u juru lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta' dawn, li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri dwar il-PEPPs għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta' tali għarfien u kompetenza.

5.  Il-fornituri u d-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandhom jiżguraw u juru lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta' dawn, li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri dwar il-PEPPs għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta' tali għarfien u kompetenza.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25a

 

Ġerarkija tad-deċiżjonijiet

 

1.  Il-fornitur jew distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-klijent tal-PEPP b'ġerarkija tad-deċiżjonijiet standardizzata li għandha tiġi stabbilita mill-EIOPA biex jiġu megħjuna l-faddala potenzjali tal-PEPP fil-fażi inizjali ta' interess, biex jiġi vvalutat liema prodott tal-PEPP, l-għażla prestabbilita jew l-għażla alternattiva ta' investiment oħra jkunu xierqa għalihom. Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet għandha tkopri l-karatteristiċi essenzjali ta' PEPP u għandha tfittex li tiċċara li l-għażla prestabbilita offruta mill-fornitur jaf tkun differenti mill-għażliet prestabbiliti offruti minn fornituri oħra sabiex il-konsumaturi tal-PEPP ikunu jistgħu jikkonsultaw din l-informazzjoni qabel ma jikkonkludu kuntratt tal-PEPP.

 

2.  Id-dijagramma deċiżjonali għandha tkun aċċessibbli f'forma stampata jew bl-użu ta' mezz durabbli, u l-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jiżgura li l-konsumaturi tal-PEPP ikunu eżaminaw id-dijagramma deċiżjonali qabel ma dan jikkonkludi kuntratt.

 

3.  Il-ġerarkija tad-deċiżjonijiet m'għandhiex tikkostitwixxi rakkomandazzjoni personali u m'għandhiex tieħu post kwalunkwe talba għal parir dwar għażliet oħra ta' investiment minflok l-għażla prestabbilita.

 

4.  Sabiex tiżgura li d-dijagramma deċiżjonali standardizzata tiġi applikata b'mod uniformi kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji:

 

a)  li jispeċifikaw il-kontenut u l-preżentazzjoni tad-dijagramma deċiżjonali standardizzata, inklużi d-definizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-PEPPs u t-tipi ta' għażliet prestabbiliti offruti minn fornituri differenti f'konformità mal-istandards regolatorji, li għandhom jiġu ttrattati fid-dijagramma deċiżjonali;

 

b)  li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet skont liema d-dijagramma deċiżjonali standardizzata tista' tiġi aċċessata fuq verżjoni stampata jew fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil u għandha tiġi adattata għal dan il-għan; Fl-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji, l-EIOPA għandha twettaq ittestjar għall-konsumaturi u tqis dan li ġej:

 

i)  it-tipi differenti ta' PEPPs;

 

ii)  id-differenzi bejn il-PEPPs;

 

iii)  il-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP kif ukoll il-karatteristiċi tal-PEPPs;

 

iv)  implimentazzjonijiet tekniċi interattivi, inkluż bl-użu ta' siti web u applikazzjonijiet għall-apparati mobbili jew applikazzjonijiet ta' forma oħra għall-provvista u s-supplimentar tad-dijagramma deċiżjonali; kif ukoll

 

v)  il-ħtieġa li jiġi żgurat li d-dijagramma deċiżjonali ma tikkostitwixxix rakkomandazzjoni personali.

 

L-EIOPA għandha tissottometti dak l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni wara l-pubblikazzjoni. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji għal dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), il-faddal tal-PEPP jista' jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri b'rabta mal-konklużjoni ta' kuntratt għall-għażla prestabbilita ta' investiment.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(1), il-faddal tal-PEPP jista' jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri b'rabta mal-konklużjoni ta' kuntratt għall-għażla prestabbilita ta' investiment wara li jlesti l-ġerarkija tad-deċiżjonijiet u billi jikkonferma li ġie offrut parir u li rrinunzja d-dritt tiegħu li jirċevih.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-faddal tal-PEPP jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament għandhom, meta jwettqu attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-PEPP, jitolbu lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP jipprovdi informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-persuna fil-qasam ta' investiment rilevanti għall-PEPP offrut jew mitlub biex il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP ikun jista' jivvaluta jekk il-PEPP previst huwiex adattat għall-faddal tal-PEPP.

Meta l-faddal tal-PEPP jirrinunzja d-dritt tiegħu li jirċievi pariri, il-fornituri jew id-distributuri tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandhom, meta jwettqu attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-PEPP, jitolbu lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP jipprovdi informazzjoni dwar l-għarfien u l-esperjenza tal-persuna fil-qasam ta' investiment rilevanti għall-PEPP offrut jew mitlub biex il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP ikun jista' jivvaluta jekk il-PEPP previst huwiex adattat għall-faddal tal-PEPP.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 19(c) ta' dan ir-Regolament iqis, fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott mhuwiex xieraq għall-faddal tal-PEPP jew għall-faddal potenzjali tal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jwissi lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP dwar dan. Dik it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

Meta l-fornitur jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament iqis, fuq il-bażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-ewwel subparagrafu, li l-prodott mhuwiex xieraq għall-faddal tal-PEPP jew għall-faddal potenzjali tal-PEPP, il-fornitur jew id-distributur tal-PEPP għandu jwissi lill-faddal tal-PEPP jew lill-faddal potenzjali tal-PEPP dwar dan. Dik it-twissija tista' tiġi pprovduta f'format standardizzat.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Kapitolu IV – taqsima IIIa (ġdida) – Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima IIIa

 

Il-Kuntratt tal-PEPP

 

Artikolu 26a

 

Informazzjoni obbligatorja inkluża fil-kuntratt

 

Il-kuntratt tal-PEPP huwa magħmul mid-dokument bl-informazzjoni ewlenija tal-PEPP u mill-informazzjoni li ġejja:

 

a)  it-tip ta' PEPP;

 

b)  id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP, ismu u l-indirizz tiegħu;

 

c)  id-dettalji tal-benefiċċji offruti mill-investiment magħżul; Mal-bidu tal-pensjoni, skont l-opzjoni prestabbilita, il-pensjoni se tibda titħallas f'forma ta' pagament tul il-ħajja minn dik id-data. Fid-data dovuta għall-ewwel pagament, jista' jsir ukoll pagament prinċipali ta' 30 %. Jekk dan jitħallas, se tiġi kkalkulata annwalità kurrenti mill-kapital li jifdal.

 

d)  il-benefiċċji fil-każ ta' mewt qabel l-irtirar skont l-għażla prestabbilita; F'każ li l-faddal tal-PEPP imut qabel il-bidu tal-pensjoni miftiehma, il-pagamenti kollha mħallsa għandhom jingħataw lura lill-eredi bla ħlas. Huwa possibbli għall-faddal tal-PEPP li, matul ħajtu, jikkonkludi kuntratt għall-benefiċċju ta' partijiet terzi.

 

e)  il-livell u d-dati dovuti għall-kontribuzzjonijiet u informazzjoni dwar jekk u kif wieħed jista' jissospendi l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet u dwar jekk jistgħux isiru pagamenti addizzjonali;

 

f)  il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-eżerċizzju tad-dritt għat-terminazzjoni tal-kuntratt;

 

g)  l-eżistenza jew in-nuqqas ta' eżistenza ta' dritt għal terminazzjoni;

 

h)  l-informazzjoni dwar il-possibilità li wieħed jaqleb minn investiment għal ieħor;

 

i)  l-indikazzjoni dwar il-lingwa li biha l-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi r-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP;

 

j)  l-informazzjoni dwar il-proċeduri għar-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim;

 

k)  l-informazzjoni speċifika li tvarja skont l-Istat Membru, bħal informazzjoni dwar l-età tal-irtirar u l-benefiċċji u l-inċentivi fiskali;

 

l)  l-informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż kollha relatati mal-prodott tal-PEPP;

 

m)  l-informazzjoni u l-proċedura għall-ftuħ ta' kompartiment nazzjonali ġdid;

 

n)  il-kundizzjonijiet għal dispożizzjonijiet supplimentari bħal riskju bijometriku;

 

o)  it-termini għall-bdil tal-fornitur.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini ta' ċertezza legali, jenħtieġ li l-informazzjoni obbligatorja, li għandha tkun inkluża f'kuntratt tal-PEPP, tiġi regolata fir-Regolament.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju għandu jiġi pprovdut tal-inqas kull sena u mingħajr ħlas lill-faddal tal-PEPP.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  informazzjoni dwar kif il-polza ta' investiment tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

(d)  informazzjoni dwar il-prinċipji tal-politika ta' investiment tal-fornitur tal-PEPP, u b'mod partikolari dwar kif il-polza ta' investiment tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, inkluż ir-rwol li għandhom fil-proċess ta' investiment kif ukoll l-impatt fit-tul u l-esternalitajiet tad-deċiżjonijiet ta' investiment.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP, isem il-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni, informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat, il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza u informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema tal-PEPP, li għalihom għandu jiġi applikat l-Artikolu 39, paragrafi 1(a), (b), (d), (e), (f) u (h) tad-Direttiva 2016/2341/UE, fejn il-"membru" tfisser il-faddal tal-PEPP, l-"IORP" tfisser il-fornitur tal-PEPP, "skema ta' pensjoni" tfisser l-iskema tal-PEPP u "l-impriża sponsor" tfisser kwalunkwe parti terza għall-finijiet ta' dan ir-Regolament;

(a)  id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP, informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni, informazzjoni dwar l-intitolamenti dovuti jew il-kapital akkumulat skont il-kompartiment, il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza u informazzjoni dwar il-livell ta' finanzjament tal-iskema tal-PEPP, li għalihom għandu jiġi applikat l-Artikolu 39, paragrafi 1(a), (b), (d), (e), (f) u (h) tad-Direttiva 2016/2341/UE, fejn il-"membru" tfisser il-faddal tal-PEPP, l-"IORP" tfisser il-fornitur tal-PEPP, "skema ta' pensjoni" tfisser l-iskema tal-PEPP u "l-impriża sponsor" tfisser kwalunkwe parti terza għall-finijiet ta' dan ir-Regolament; informazzjoni dwar il-kapital akkumulat jew dwar il-kontribuzzjonijiet għandha tvarja skont il-kompartiment;

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  indikazzjoni ċara tal-età statutorja tal-irtirar tal-faddal tal-PEPP, tal-età tal-irtirar stipulata fl-iskema tal-pensjoni jew stmata mill-fornitur tal-PEPP, jew tal-età tal-irtirar stabbilita mill-faddal tal-PEPP, kif applikabbli;

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  data dettaljata tal-portafoll tal-pjan tal-pensjoni inklużi l-kompożizzjoni u l-piż tal-assi;

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabilità li dawk il-projezzjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji mogħtija;

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  diżaggregazzjoni tal-ispejjeż imnaqqsa mill-fornitur tal-PEPP tal-inqas tul l-aħħar 12-il xahar, li tindika l-ispejjeż tal-amministrazzjoni, l-ispejjeż tas-salvagwardja tal-assi, l-ispejjeż relatati mat-tranżazzjonijiet f'portafoll u spejjeż oħra, kif ukoll stima tal-impatt tal-ispejjeż fuq il-benefiċċji finali.

(e)  il-kostijiet totali mitluba lill-investitur fil-livell tal-konsum matul l-aħħar 12-il xahar permezz tal-proporzjon totali tal-ispejjeż, diżaggregazzjoni tal-ispejjeż imnaqqsa mill-fornitur tal-PEPP tal-inqas tul l-aħħar 12-il xahar, li tindika l-ispejjeż tal-amministrazzjoni, l-ispejjeż tas-salvagwardja tal-assi, l-ispejjeż relatati mat-tranżazzjonijiet f'portafoll u spejjeż oħra, kif ukoll stima tal-impatt tal-ispejjeż fuq il-benefiċċji finali;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  investiment f'assi li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq finanzjarju regolat.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jispeċifika fejn u kif tista' tinkiseb l-informazzjoni supplimentari, inklużi:

1.  Ir-Rapport tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jispeċifika fejn u kif tista' tinkiseb l-informazzjoni supplimentari L-informazzjoni għandha tkun faċilment disponibbli permezz ta' mezzi elettroniċi u mingħajr ħlas, inklużi:

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  dikjarazzjoni bil-miktub tal-prinċipji tal-politika ta' investiment tal-fornitur tal-PEPP li tal-inqas ikun fiha kwistjonijiet bħalma huma l-metodi tal-kejl tar-riskju ta' investiment, il-proċessi implimentati tal-immaniġġjar tar-riskju u l-allokazzjoni strateġika tal-assi fir-rigward tan-natura u tad-durata tal-obbligazzjonijiet tal-PEPP, kif ukoll kif il-politika ta' investiment tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

(c)  dikjarazzjoni bil-miktub tal-prinċipji tal-politika ta' investiment tal-fornitur tal-PEPP kif stabbilita fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2016/2341/UE, li tal-inqas ikun fiha kwistjonijiet bħalma huma l-metodi tal-kejl tar-riskju ta' investiment, il-proċessi implimentati tal-immaniġġjar tar-riskju u l-allokazzjoni strateġika tal-assi fir-rigward tan-natura u tad-durata tal-obbligazzjonijiet tal-PEPP, kif ukoll kif il-politika ta' investiment tieħu f'kunsiderazzjoni fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIOPA, wara l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar għall-konsumaturi, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u f'dan l-Artikolu.

L-EIOPA, wara l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur u abbażi tal-ittestjar għall-konsumaturi, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u f'dan l-Artikolu.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIOPA għandha tippreżenta standards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni sa … [fi żmien 9 xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

L-EIOPA għandha tippreżenta standards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni sa … [fi żmien 6 xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-faddala tal-PEPP għandhom jirċievu informazzjoni matul il-fażi ta' qabel l-irtirar kif stipulat fl-Artikolu 42 tad-Direttiva 2016/2341/UE.

1.  Il-faddala tal-PEPP għandhom jirċievu informazzjoni matul il-fażi ta' qabel l-irtirar kif stipulat fl-Artikolu 42 tad-Direttiva 2016/2341/UE. Għandu jkun obbligatorju li jiġu pprovduti pariri sena qabel il-fażi tal-irtirar.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Sena qabel l-irtirar, il-faddal tal-PEPP għandu jiġi infurmat dwar il-bidu li jmiss tal-fażi ta' dekumulazzjoni u dwar l-għażliet tal-ħlas tal-benefiċċju disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-faddal tal-PEPP jenħtieġ li jiġi infurmat sena qabel l-irtirar dwar l-għażliet tal-ħlas u jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jikkonferma l-għażla/għażliet tal-ħlas mixtieqa.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 62 li jispeċifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, bl-għan li tiżgura l-konverġenza sal-punt xieraq tar-rapportar superviżorju.

imħassar

L-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali u wara l-ittestjar għall-konsumatur, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni rigward il-format tar-rapportar superviżorju.

 

L-EIOPA għandha tippreżenta standards tekniċi ta' implimentazzjoni abbozzati lill-Kummissjoni sa … [fi żmien 9 xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

 

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

 

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f'assi li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq finanzjarju regolat għandu f'kull każ jinżamm f'livelli prudenti;

(c)  l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f'assi li mhumiex ammessi għan-negozju f'suq finanzjarju regolat m'għandux jaqbeż l-20 %;

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom joffru sa ħames opzjonijiet ta' investiment lill-faddala tal-PEPP.

1.  Il-fornituri tal-PEPP għandhom joffru tal-inqas opzjoni prestabbilita waħda. Jistgħu joffru wkoll opzjonijiet ta' investiment addizzjonali.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-opzjonijiet ta' investiment għandhom jinkludu għażla prestabbilita ta' investiment u jistgħu jinkludu opzjonijiet alternattivi ta' investiment.

imħassar

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Irrispettivament mill-għażla ta' investiment, il-PEPP irid ikun kosteffikaċi.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel opzjoni ta' investiment mal-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP.

Il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel opzjoni ta' investiment wara li jirċievi l-informazzjoni, il-pariri u l-istrument ta' appoġġ għad-deċiżjonijiet rilevanti, mal-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP.

Ġustifikazzjoni

Il-faddala tal-PEPP jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-faddal tal-PEPP għandu jkun kapaċi jagħżel opzjoni ta' investiment differenti darba kull ħames snin ta' akkumulazzjoni fil-PEPP.

1.  Matul il-fażi tal-akkumulazzjoni, il-faddal tal-PEPP jista' jagħżel opzjoni ta' investiment differenti darba kull ħames snin ta' akkumulazzjoni fil-PEPP, wara li jikkonkludi kuntratt tal-PEPP. Tibdiliet ulterjuri huma permessi biss ħames snin wara l-aħħar bidla. Il-fornitur tal-PEPP jista' jippermetti tibdiliet aktar frekwenti fuq bażi kuntrattwali.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fuq talba tal-faddal tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jħejji l-bidla u jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-effetti possibbli marbuta mal-bidla, pereżempju dwar it-telf ta' garanzija kapitali u r-riskji bijometriċi.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Opzjoni prestabbilita ta' investiment

Opzjoni prestabbilita

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-opzjoni prestabbilita ta' investiment għandha tiżgura protezzjoni tal-kapital għall-faddal tal-PEPP, fuq il-bażi ta' teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li tirriżulta fi strateġija sikura ta' investiment.

1.  Fl-għażla prestabbilita, il-fornitur tal-PEPP għandu jiggarantixxi lill-faddal tal-PEPP, fuq il-bażi ta' teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju, li l-kapital akkumulat sal-bidu tal-fażi tal-ħlas ser tal-inqas ikun daqs il-kontribuzzjonijiet imħallsa, inklużi l-ispejjeż u l-imposti kollha u wara li titqies l-inflazzjoni, irrispettivament mill-istrateġija ta' investiment li l-fornitur tal-PEPP joffri bħala l-għażla prestabbilita tiegħu. It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għandhom jirriżultaw fi strateġija ta' investiment sikura, f'konformità mal-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti mill-EIOPA.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-protezzjoni tal-kapital għandha tippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital investit.

imħassar

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sabiex jikkonforma mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, il-fornitur tal-PEPP jista' jidħol fi sħubijiet tal-prodotti tal-PEPP.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-ispejjeż u t-tariffi kollha m'għandhomx jaqbżu 0,75 % tal-kapital akkumulat.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk il-fornituri tal-PEPP joffru opzjonijiet alternattivi ta' investiment, tal-inqas waħda minnhom għandha toffri opzjoni ta' investiment kosteffiċjenti lill-faddala tal-PEPP.

1.  Jekk il-fornituri tal-PEPP joffru opzjonijiet alternattivi ta' investiment, kollha kemm huma għandhom joffru opzjoni ta' investiment kosteffiċjenti lill-faddala tal-PEPP.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-opzjonijiet alternattivi ta' investiment għandhom jinkludu tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li jridu jiġu ddefiniti mill-fornituri tal-PEPP.

2.  L-opzjonijiet alternattivi ta' investiment għandhom jinkludu tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju li jridu jiġu ddefiniti mill-fornituri tal-PEPP, f'konformità mal-istandards tekniċi regolatorji stabbiliti mill-EIOPA.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju biex tiġi żgurata protezzjoni tal-kapital skont l-opzjoni prestabbilita ta' investiment;

(a)  it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju biex jiġi żgurat kapital skont l-opzjoni prestabbilita ta' investiment;

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-EIOPA, flimkien mal-awtoritajiet superviżjorji l-oħra Ewropej, għandha tappoġġja lill-Kummissjoni mil-lat tekniku sabiex tissodisfa t-twettiq tal-kompiti stipulati f'dan l-Artikolu.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jiġu stabbiliti kriterji għal tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju effettivi li jistgħu jiġu applikati b'mod konsistenti, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tad-dispożizzjonijiet għat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju. L-EIOPA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [xxx wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'konformità mal-Artikolu 3(b), il-kundizzjonijiet tal-PEPP relatati mal-fażi ta' akkumulazzjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri sakemm ma jkunux speċifikati f'dan ir-Regolament.

1.  Sakemm ma jiġux speċifikati f'dan ir-Regolament, il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta' akkumulazzjoni tal-PEPP għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, u ma għandhomx ikunu inqas favorevoli mir-regoli nazzjonali applikabbli;

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b'mod partikolari limiti tal-età għall-bidu tal-fażi ta' akkumulazzjoni, id-durata minima tal-fażi ta' akkumulazzjoni, l-ammont massimu u minimu ta' pagamenti u l-kontinwità tagħhom, kif ukoll il-kundizzjonijiet għat-tifdija qabel l-età tal-irtirar fil-każ ta' diffikultà partikolari.

2.  Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b'mod partikolari limiti tal-età għall-bidu tal-fażi ta' akkumulazzjoni, id-durata minima tal-fażi ta' akkumulazzjoni, l-ammont massimu u minimu ta' pagamenti, il-kontinwità tagħhom u l-età minima għall-irtirar, kif ukoll il-kundizzjonijiet għat-tifdija qabel l-età tal-irtirar fil-każ ta' diffikultà partikolari.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess kundizzjonijiet relatati mal-fażi tal-akkumulazzjoni tal-prodotti tal-PEPP bħal fil-każ ta' prodotti nazzjonali komparabbli oħra.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu