Proċedura : 2018/0005(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0279/2018

Testi mressqa :

A8-0279/2018

Dibattiti :

PV 02/10/2018 - 16
CRE 02/10/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2018 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0371

RAPPORT     *
PDF 774kWORD 84k
6.9.2018
PE 621.118v02-00 A8-0279/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

(COM(2018)0020 – C8-0023/2018 – 2018/0005(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Tibor Szanyi

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

(COM(2018)0020 – C8-0023/2018 – 2018/0005(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0020),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0023/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0279/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Ir-regoli dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kif inhuma stipulati attwalment fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE27 għandhom l-għan li jippreservaw il-funzjonament tas-suq intern u li jevitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Ir-regoli tfasslu aktar minn għoxrin sena ilu abbażi tal-prinċipju tal-oriġini. Fil-Pjan ta' Azzjoni tal-VAT28 tagħha u fis-segwitu ta' dan il-pjan29, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li taġġusta dawk ir-regoli għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntiera bejn negozju u ieħor (B2B, business-to-business) ta' oġġetti bejn l-Istati Membri li jkun ibbażat fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

(1)  Ir-regoli dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) kif inhuma stipulati attwalment fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE27 għandhom l-għan li jippreservaw il-funzjonament tas-suq intern u li jevitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Ir-regoli tfasslu aktar minn għoxrin sena ilu abbażi tal-prinċipju tal-oriġini u ma għadhomx adatti għall-iskop maħsub għalihom. Fil-Pjan ta' Azzjoni tal-VAT28 tagħha u fis-segwitu ta' dan il-pjan29, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li taġġusta dawk ir-regoli għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntier bejn negozju u ieħor (B2B, business-to-business) ta' oġġetti bejn l-Istati Membri li jkun ibbażat fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' destinazzjoni.

_________________

_________________

27 ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

27 ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.

28 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016) 148 final tas-7 ta' April 2016)

28 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016) 148 final tas-7 ta' April 2016)

29 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017) 566 final tal-4 ta' Ottubru 2017)

29 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew Dwar is-segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-VAT Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Wasal iż-żmien li naġixxu (COM(2017) 566 final tal-4 ta' Ottubru 2017)

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'sistema definittiva fejn il-provvista ta' oġġetti u servizzi tkun intaxxata fl-Istat Membru ta' destinazzjoni, il-fornituri ma jieħdu l-ebda benefiċċju jekk ikunu stabbiliti fi Stat Membru li jkollu rati aktar baxxi. B'sistema bħal din, diversità akbar fir-rati tal-VAT ma tfixkilx il-funzjonament tas-suq uniku u lanqas toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. F'dawk iċ-ċirkostanzi jkun xieraq li tingħata aktar flessibilità lill-Istati Membri fl-iffissar tar-rati.

(2)  B'sistema definittiva fejn il-provvista ta' oġġetti u servizzi tkun intaxxata fl-Istat Membru ta' destinazzjoni, il-fornituri jieħdu inqas benefiċċju jekk ikunu stabbiliti fi Stat Membru li jkollu rati aktar baxxi. B'sistema bħal din, diversità akbar fir-rati tal-VAT huwa mistenni li tkun inqas ta' tfixkil għall-funzjonament tas-suq uniku u ma toħloqx distorsjoni tal-kompetizzjoni. F'dawk iċ-ċirkostanzi, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jingħataw ċerta flessibilità fl-iffissar tar-rati. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jinjorawx l-għan li tiġi żgurata aktar konverġenza fir-rati tal-VAT.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  It-tneħħija tar-restrizzjonijiet flimkien mad-dħul fis-seħħ tal-arranġamenti definittivi għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri jenħtieġ li tippermetti lill-Istati Membri jkomplu japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT li attwalment jingħataw bħala derogi skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE u li kieku jiskadu bid-dħul fis-seħħ ta' dawk l-arranġamenti.

(3)  It-tneħħija tar-restrizzjonijiet flimkien mad-dħul fis-seħħ tal-arranġamenti definittivi għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri jenħtieġ li tippermetti lill-Istati Membri jkomplu japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT minflok id-derogi mogħtija skont il-Kapitolu 4 tat-Titolu VIII tad-Direttiva 2006/112/KE u l-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE, li kieku jiskadu bid-dħul fis-seħħ ta' dawk l-arranġamenti.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  F'sistema definittiva tal-VAT l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jiġu ttrattati indaqs u għalhekk jenħtieġ li jkollhom l-istess restrizzjonijiet fl-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT, li jentħieġ li tibqa' eċċezzjoni għar-rata standard. It-tali trattament indaqs mingħajr ir-restrizzjoni tal-flessibilità attwali tal-Istati Membri fl-iffissar tal-VAT jista' jinkiseb billi kollha kemm huma jitħallew japplikaw rata mnaqqsa li għaliha ma japplikax ir-rekwiżit minimu, kif ukoll eżenzjoni bid-dritt li titnaqqas il-VAT fuq ix-xiri, flimkien ma' massimu ta' żewġ rati mnaqqsa ta' minimu ta' 5 %.

(4)  F'sistema definittiva tal-VAT l-Istati Membri kollha jenħtieġ li jiġu ttrattati indaqs u għalhekk jenħtieġ li jkollhom l-istess restrizzjonijiet fl-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tal-VAT, li jenħtieġ li jibqgħu eċċezzjoni għar-rata standard, sabiex tiġi evitata frammentazzjoni sproporzjonata tas-sistema tal-VAT fis-suq intern. Filwaqt li jitqies l-interess ġenerali bħall-effetti kulturali, soċjali jew ambjentali pożittivi ta' servizzi u oġġetti differenti u mingħajr restrizzjoni tal-flessibilità attwali tal-Istati Membri fl-iffissar tal-VAT, tali trattament indaqs jista' jinkiseb billi kollha kemm huma jitħallew japplikaw rata mnaqqsa li għaliha ma japplikax ir-rekwiżit minimu, kif ukoll eżenzjoni bid-dritt li titnaqqas il-VAT fuq ix-xiri, flimkien ma' massimu ta' żewġ rati mnaqqsa ta' minimu ta' 5 %. Fil-limiti previsti minn din id-Direttiva, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jżommu r-rati mnaqqsa tal-VAT eżistenti jew jintroduċu rati ġodda. Din id-Direttiva żżid is-sussidjarjetà fis-sistema tal-VAT u tippermetti lill-Istati Membri jakkomodaw il-kundizzjonijiet, il-preferenzi u t-tradizzjonijiet lokali, jew jagħżlu rata tat-taxxa sempliċi u uniformi. Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw l-użu ta' rati mnaqqsa tal-VAT għal prodotti dannużi jew lussużi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Bi qbil mal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali tal-Kummissjoni1a, u sabiex jibqgħu aġġornati mal-progress teknoloġiku f'ekonomija diġitali, jistimolaw l-innovazzjoni, il-ħolqien, l-investiment u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid u jiffaċilitaw it-tagħlim diġitali, it-trasferiment tal-għarfien u l-aċċess għall-kultura fl-ambjent diġitali, u l-promozzjoni tagħha, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jallinjaw ir-rati tal-VAT għall-pubblikazzjonijiet ipprovduti elettronikament mar-rati tal-VAT aktar baxxi għall-pubblikazzjonijiet fuq mezz fiżiku.

 

_________________

 

1a COM(2015) 0192 final

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Il-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rati mnaqqsa – inklużi rati mnaqqsa mingħajr soll minimu – għall-pubblikazzjonijiet stampati u għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi, jenħtieġ li tiżgura t-trasferiment tal-benefiċċji ekonomiċi lill-konsumaturi, biex b'hekk jiġi promoss il-qari, u lill-pubblikaturi, biex b'hekk jitħeġġeġ l-investiment f'kontenut ġdid u, fil-każ ta' gazzetti u rivisti, tnaqqas id-dipendenza fuq ir-reklamar.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Filwaqt li titqies l-importanza li jkun iffaċilitat l-aċċess għall-kotba, għall-gazzetti u għall-perjodiċi għal persuni għomja, b'vista batuta jew b'diffikultajiet oħra biex jaqraw materjal stampat, jenħtieġ li kotba, gazzetti u perjodiċi adattati u awdjoelettroniċi, jitqiesu bħala li ma jikkonsistux kompletament jew primarjament f'kontenut mużikali jew viżiv. Għalhekk, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu applikati rati mnaqqsa tal-VAT għall-pubblikazzjonijiet f'dawk il-formati.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jistgħu jinħolqu meta l-mekkaniżmu użat għat-tassazzjoni ma jkunx ibbażat fuq il-prinċipju tad-destinazzjoni. Dan huwa partikolarment il-każ għall-faċilitajiet tal-ivvjaġġar ipprovduti bħala servizz uniku fl-iskema tal-marġni għall-aġenti tal-ivvjaġġar u l-oġġetti pprovduti skont l-arranġamenti speċjali għall-oġġetti użati, ix-xogħlijiet tal-arti, l-oġġetti tal-kollezzjoni u l-antikitajiet iżda wkoll f'ċerti każijiet li jinvolvu oġġetti jew servizzi, bħal pereżempju s-servizzi finanzjarji, li huma eżentati mingħajr id-dritt ta' tnaqqis iżda li għalihom jista' jingħata d-dritt ta' tassazzjoni. Sabiex jittaffew dawn id-distorsjonijiet, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' provvisti ta' oġġetti u servizzi soġġetti għar-rata standard tal-VAT ("il-lista negattiva") abbażi tal-klassifikazzjoni statistika tal-prodotti skont l-attività. Jenħtieġ li jsir rieżami ta' din il-lista kull ħames snin.

(5)  Jistgħu jinħolqu distorsjonijiet tal-kompetizzjoni meta l-mekkaniżmu użat għat-tassazzjoni ma jkunx ibbażat fuq il-prinċipju tad-destinazzjoni. Dan huwa partikolarment il-każ għall-faċilitajiet tal-ivvjaġġar ipprovduti bħala servizz uniku fl-iskema tal-marġni għall-aġenti tal-ivvjaġġar u l-oġġetti pprovduti skont l-arranġamenti speċjali għall-oġġetti użati, ix-xogħlijiet tal-arti, l-oġġetti tal-kollezzjoni u l-antikitajiet iżda wkoll f'ċerti każijiet li jinvolvu oġġetti jew servizzi, bħal pereżempju s-servizzi finanzjarji, li huma eżentati mingħajr id-dritt ta' tnaqqis iżda li għalihom jista' jingħata d-dritt ta' tassazzjoni. Sabiex jittaffew dawn id-distorsjonijiet, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' provvisti ta' oġġetti u servizzi soġġetti għar-rata standard tal-VAT ("il-lista negattiva") abbażi tal-klassifikazzjoni statistika tal-prodotti skont l-attività. Kull sentejn, jenħtieġ li jsir rieżami ta' din il-lista permezz ta' att ta' implimentazzjoni, abbażi tal-evidenza pprovduta mill-Kummissjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex tiġi evitata l-kumplessità mhux meħtieġa u sussegwenti fl-ispejjeż tan-negozju, b'mod partikolari għall-kummerċ intra-Komunitarju, l-oġġetti u s-servizzi li jistgħu jintużaw biss bħala input intermedju għal attività ekonomika jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għar-rati mnaqqsa f'sistema definittiva tal-VAT. It-tali rati jenħtieġ li jiġu applikati biss għall-benefiċċju tal-konsumaturi finali u l-iffissar tat-tali rati jenħtieġ li jiżgura trattament indaqs ta' oġġetti u servizzi simili pprovduti minn persuni taxxabbli differenti. Għalhekk dawn jenħtieġ li jiġu applikati biex jilħqu għan ta' interess ġenerali b'mod konsistenti.

(6)  Il-frammentazzjoni attwali tas-sistema tal-VAT fis-suq uniku diġà toħloq ostakli għall-iżvilupp tal-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Sabiex tiġi evitata aktar kumplessità mhux meħtieġa u żieda sussegwenti fl-ispejjeż tan-negozju, b'mod partikolari għall-kummerċ intra-Komunitarju, l-oġġetti u s-servizzi li jistgħu jintużaw biss bħala input intermedju għal attività ekonomika jenħtieġ li ma jkunux eliġibbli għar-rati mnaqqsa f'sistema definittiva tal-VAT. It-tali rati jenħtieġ li jiġu applikati għall-benefiċċju tal-konsumaturi finali u l-iffissar tat-tali rati jenħtieġ li jiżgura trattament indaqs ta' oġġetti u servizzi simili pprovduti minn persuni taxxabbli differenti. Għalhekk dawn jenħtieġ li jiġu applikati biex jilħqu għan ta' interess ġenerali b'mod konsistenti.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  B'enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet tal-SMEs involuti f'kummerċ transfruntier intra-Komunitarju u sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u tiżdied iċ-ċertezza tad-dritt fis-suq uniku, il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li tistabbilixxi, għall-intrapriżi, portal web tal-Unjoni ta' informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv u aċċessibbli għall-pubbliku. Dan il-portal multilingwi jenħtieġ li jipprovdi aċċess malajr, aġġornat u preċiż għal informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tal-VAT fl-Istati Membri differenti u, b'mod partikolari, dwar ir-rati tal-VAT korretti għal oġġetti u servizzi differenti fl-Istati Membri differenti, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rata żero. Tali portal jista' jgħin ukoll biex jiġi indirizzat id-distakk attwali fir-rigward tal-VAT.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Għadd ta' attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni ffukaw fuq l-iżvilupp sostenibbli bbażat fuq ekonomija aktar ambjentali, minn naħa waħda, u fuq tkabbir inklużiv, min-naħa l-oħra. Tali oqsma huma ta' importanza fundamentali fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u mbiegħda, u jikkontribwixxu għat-tiġdid ekonomiku u soċjali taż-żoni rurali. Minħabba r-rabta mill-qrib tagħhom ma' kwistjonijiet soċjali, tas-saħħa, ambjentali, nutrizzjonali, kulturali u ta' ugwaljanza bejn is-sessi, l-attivitajiet speċifiċi tagħhom huma kompletament konformi mal-ambizzjonijiet tal-Istrateġija 2020 u mal-objettivi tal-Kummissjoni. F'dan ir-rigward, għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtfu l-opportunitajiet offruti mill-Artikolu 98(1) u (2) ta' din id-Direttiva, dment li jirrispettaw il-prinċipji tagħha, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-implikazzjonijiet għall-finanzi pubbliċi tagħhom u għall-baġit tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri jibqgħu b'saħħithom u sabiex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, jenħtieġ li jiġi żgurat livell xieraq ta' dħul. Minħabba li l-VAT hija sors importanti ta' dħul, huwa essenzjali, bħala salvagwardja tal-baġits nazzjonali, li jiġi ffissat minimu għall-medja ponderata tar-rata li għandu jiġi rispettat f'kull ħin mill-Istati Membri.

(7)  Biex il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri jibqgħu b'saħħithom u sabiex jiġu evitati żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi, jenħtieġ li jiġi żgurat livell xieraq ta' dħul. Minħabba li l-VAT hija sors importanti ta' dħul, huwa essenzjali li, bħala salvagwardja tal-baġits nazzjonali u tal-baġit tal-Unjoni, jiġi ffissat minimu għall-medja ponderata tar-rata li għandu jiġi rispettat f'kull ħin mill-Istati Membri.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Filwaqt li l-applikazzjoni ta' rati differenti f'ċerti żoni remoti għadha possibbli, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-rata standard tirrispetta l-minimu ta' 15 %

(8)  Filwaqt li l-applikazzjoni ta' rati differenti f'ċerti żoni remoti għadha possibbli, jeħtieġ jiġi żgurat li r-rata standard tirrispetta l-minimu ta' 15 % u l-massimu ta' 25 %.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 97 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 97, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Ir-rata standard ma għandhiex tkun inqas minn 15 %.

"Ir-rata standard għandha tibqa' b'mod permanenti għall-inqas 15 % u ma għandhiex taqbeż 25 %."

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 98 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, minbarra ż-żewġ rati mnaqqsa l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata mnaqqsa aktar baxxa mill-minimu ta' 5 % u eżenzjoni bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, minbarra ż-żewġ rati mnaqqsa l-Istati Membri jistgħu japplikaw rata aktar baxxa mill-minimu ta' 5 % u eżenzjoni bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 98 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet applikati skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom jibbenefikaw biss lill-konsumatur finali u għandhom ikunu applikati biex, b'mod konsistenti, jintlaħaq għan ta' interess ġenerali.

Ir-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet applikati skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jibbenefika minnhom il-konsumatur finali u għandhom ikunu applikati biex, b'mod konsistenti, jintlaħaq għan ta' interess ġenerali. Għandha tingħata prijorità lil oġġetti jew servizzi li jkollhom impatt pożittiv fuq l-interess ġenerali, bħal benefiċċji kulturali, soċjali jew ambjentali.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 100 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li temenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness IIIa permezz ta' att ta' implimentazzjoni, meta jkun meħtieġ u dment li jkun hemm evidenza relatata mad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tiġġustifika l-aġġornament tal-lista ta' provvisti ta' oġġetti u servizzi.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 100 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Diċembru 2026 u kull ħames snin minn din id-data, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Kunsill dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness IIIa, flimkien ma' kwalunkwe proposta biex jiġi emendat dak l-Anness, fejn meħtieġ.

Sal-31 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn minn din id-data, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness IIIa, flimkien ma' kwalunkwe proposta biex jiġi emendat dak l-Anness, fejn meħtieġ.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 100a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 100a

 

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi Portal Web tal-Unjoni ta' Informazzjoni dwar il-VAT li jkun komprensiv, multilingwi u aċċessibbli għall-pubbliku, li fih l-intrapriżi u l-konsumaturi jistgħu jiksbu informazzjoni eżatta, malajr u b'mod effikaċi dwar ir-rati tal-VAT – fosthom liema oġġetti jew servizzi jibbenefikaw minn rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet – u l-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT fl-Istati Membri differenti."

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2006/112/KE

Anness IIIa – ringiela 5 – kolonna B

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.01

11.01

11.02

11.02

11.03

11.03

 

11.04

11.05

11.05

47.00.25

47.00.25

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2006/112/KE

Anness IIIa – ringiela 7 – kolonni C u D

 

Test propost mill-Kummissjoni

Il-provvista, il-kiri, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' roti, prammijiet tat-tfal u siġġijiet bir-roti

30.92

33.17.19

47.00.65

 

47.00.75

 

77.21.10

 

77.29.19

 

95.29.12

Il-provvista ta' vetturi bil-mutur u vetturi bil-mutur oħra li prinċipalment huma ddisinjati għat-trasport ta' <10 persuni, inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq, għajr għal dawk il-vetturi b'magna ta' tqabbid bl-ispark biss jew b'magna li titqabbad b'kompressjoni b'pistuni b'kombustjoni interna (diżil jew semidiżil) biss

29.10.24

45.11.2

45.11.3

 

 

Emenda

 

Il-provvista, il-kiri, il-manutenzjoni u t-tiswija ta' roti, prammijiet tat-tfal u siġġijiet tar-roti

30.92

33.17.19

47.00.65

 

47.00.75

 

77.21.10

 

77.29.19

 

95.29.12

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Anness

Direttiva 2006/112/KE

Anness IIIa – ringiela 10 – kolonni C u D

 

Test propost mill-Kummissjoni

Ebda

Ebda

Emenda

 

Pacemakers; hearing aids

26.60.14


NOTA SPJEGATTIVA

Il-frammentazzjoni tas-sistema tal-VAT ħolqot xkiel kbir għall-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku. Huwa għalhekk li tenħtieġ regolamentazzjoni tal-VAT fil-livell tal-UE li tissostitwixxi l-ftehimiet tranżizzjonali eżistenti u tiggarantixxi trattament ugwali għall-Istati Membri kollha.

Is-sistema definittiva tal-VAT proposta mill-Kummissjoni għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri hija bbażata fuq il-prinċipju tat-tassazzjoni fl-Istat Membru destinatarju. Dan l-approċċ jgħin biex tinħoloq żona soda unika Ewropea tal-VAT billi jiżgura li l-Istati Membri jiġu ttrattati b'mod ugwali – anke fir-rigward tar-rati mnaqqsa tal-VAT.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-flessibilità attwali tal-Istati Membri fl-istabbiliment tal-VAT mhija ristretta xejn mill-proposta. Għall-kuntrarju, ir-regoli armonizzati u inqas restrittivi jippermettu lill-Istati Membri kollha japplikaw rata mnaqqsa oħra ta' bejn ħamsa u żero fil-mija, minbarra ż-żewġ rati mnaqqsa ta' minimu ta' ħamsa fil-mija u eżenzjoni bil-possibbiltà ta' tnaqqis tal-VAT imħallsa fl-istadju preċedenti permessi attwalment. Barra minn hekk, minflok ma tiġi estiża l-lista diġà estensiva tal-oġġetti u s-servizzi li għalihom jistgħu jiġu applikati r-rati mnaqqsa, l-Anness III jiġi sostitwit b'lista negattiva li għaliha ma jistgħux jiġu applikati r-rati mnaqqsa.

Ir-rapporteur jemmen li huwa importanti li jiġi enfasizzat li r-rati mnaqqsa u l-eżenzjonijiet għandhom ikunu ta' benefiċċju għall-konsumatur finali u għandhom jiġu applikati biex, b'mod konsistenti, jintlaħaq objettiv ta' interess ġenerali, filwaqt li tingħata prijorità lil oġġetti jew servizzi li jkollhom effetti soċjali u ambjentali pożittivi.

L-istess kunsiderazzjoni mmotivat lir-rapporteur meta ppropona l-emenda li tistieden lill-Istati Membri jevitaw l-użu ta' rati mnaqqsa għal prodotti dannużi jew lussużi u l-emenda li tispeċifika li filwaqt li r-rata standard ma tistax tkun inqas minn 15 %, lanqas tista' tkun ogħla minn 25 %. Il-VAT proporzjonalment għandha impatt ikbar fuq iċ-ċittadini bi dħul baxx, għalhekk ir-rapporteur jemmen li rata massima ta' 25 % hija raġonevoli u li sorsi oħra ta' dħul bħat-taxxi korporattivi għandhom jintużaw ukoll. Barra minn hekk, dan il-limitu jgħin biex jiġu evitati każijiet bħal dak li seħħ fl-Ungerija, fejn il-gvern impona l-ogħla rata ta' VAT fl-UE (27 %) fuq iċ-ċittadini tiegħu.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar ir-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud

Referenzi

COM(2018)0020 – C8-0023/2018 – 2018/0005(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

5.2.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

8.2.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

8.2.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

24.1.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Tibor Szanyi

23.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.5.2018

2.7.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pervenche Berès, Esther de Lange, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Herbert Dorfmann, Bas Eickhout, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Michel Reimon, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Christophe Hansen, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Helga Stevens, Csaba Sógor, Sabine Verheyen, Kristina Winberg

Data tat-tressiq

6.9.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck, Sophia in 't Veld

ECR

Amjad Bashir, Ashley Fox, Bernd Lucke, Helga Stevens, Kristina Winberg

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

PPE

Herbert Dorfmann, Christophe Hansen, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Csaba Sógor, Romana Tomc, Sabine Verheyen, Esther de Lange

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Dietmar Köster, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Alex Mayer, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Bas Eickhout, Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon

4

-

EFDD

Bernard Monot

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni

PPE

Fulvio Martusciello

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2018Avviż legali