Proċedura : 2017/0251(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0280/2018

Testi mressqa :

A8-0280/2018

Dibattiti :

PV 02/10/2018 - 16
CRE 02/10/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2018 - 9.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0366

RAPPORT     *
PDF 876kWORD 107k
7.9.2018
PE 621.119v01-00 A8-0280/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

(COM(2017)0569 – C8‑0363/2017 – 2017/0251(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Jeppe Kofod

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

(COM(2017)0569 – C8‑0363/2017 – 2017/0251(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0569),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0363/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0280/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-1967, meta l-Kunsill adotta s-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 67/227/KEE42 u 67/228/KEE43, sar impenn sabiex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT li topera fi ħdan il-Komunità Ewropea bl-istess mod li kieku topera bih fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kondizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji b'rabta mal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE44, li bħalissa tinsab fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji għandhom jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi.

(1)  Fl-1967, meta l-Kunsill adotta s-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) permezz tad-Direttivi tal-Kunsill 67/227/KEE42 u 67/228/KEE43, sar impenn sabiex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT li topera fi ħdan il-Komunità Ewropea bl-istess mod li kieku topera bih fi Stat Membru wieħed. Peress li l-kundizzjonijiet politiċi u tekniċi ma kinux lesti għal sistema ta' dan it-tip, meta l-fruntieri fiskali bejn l-Istati Membri ġew eliminati sa tmiem l-1992, ġew adottati arranġamenti tranżitorji b'rabta mal-VAT. Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE44, li bħalissa tinsab fis-seħħ, tistipula li dawn ir-regoli tranżitorji għandhom jiġu sostitwiti b'arranġamenti definittivi. Madankollu, dawk ir-regoli ilhom fis-seħħ għal diversi għexieren ta' snin u wasslu għal sistema ta' VAT kumplessa u tranżitorja suxxettibbli għal frodi tal-VAT transfruntiera intra-Unjoni. Dawk ir-regoli tranżitorji fihom bosta nuqqasijiet, u jwasslu biex is-sistema tal-VAT la tkun kompletament effiċjenti u lanqas kompatibbli mar-rekwiżiti ta' suq uniku veru.

_________________

_________________

42 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).

42 L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE tal-11 ta' April 1967 fuq l-armonizazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1301).

43 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul minn negozju - L-istruttura u l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).

43 It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE tal-11 ta' April 1967 dwar l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar it-taxxi fuq id-dħul minn negozju - L-istruttura u l-proċeduri għall-applikazzjoni ta' sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (traduzzjoni mhux uffiċjali) (ĠU 71, 14.4.1967, p. 1303).

44 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

44 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fil-Komunikazzjoni tagħha tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji", il-Kummissjoni identifikat il-kumplessità tar-regolamenti kurrenti dwar il-VAT bħala wieħed mill-ostakli maġġuri għat-tlestija tas-suq uniku. Fl-istess ħin, id-diskrepanza fil-VAT, iddefinita bħala d-differenza bejn l-ammont ta' dħul mill-VAT attwalment miġbur u l-ammont teoretiku li huwa mistenni li jinġabar, kienet qed tiżdied, u fl-2015 laħqet EUR 151,5 biljun fl-UE-28. Din turi l-bżonn ta' riforma urġenti u komprensiva tas-sistema tal-VAT li twassal għal sistema definittiva tal-VAT li tiffaċilita u tissimplifika l-kummerċ intra-Unjoni transfruntier u tagħmel is-sistema aktar reżiljenti għall-frodi.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-ħolqien ta' żona unika tal-VAT fl-UE huwa kruċjali biex jitnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji, biex jitnaqqsu r-riskji ta' frodi transfruntiera tal-VAT u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri relatati mal-VAT. Is-sistema definittiva tal-VAT se ssaħħaħ is-Suq Uniku u toħloq kundizzjonijiet kummerċjali aħjar għall-kummerċ transfruntier. Jenħtieġ li tinkludi l-bidliet meħtieġa minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u d-diġitalizzazzjoni, il-bidliet fil-mudelli kummerċjali u l-globalizzazzjoni tal-ekonomija.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT45, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntiera minn negozju għal negozju (B2B) li tkun ibbażata fuq it-tassazzjoni ta' provvista transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(2)  Is-sistema tal-VAT tal-UE li ġiet introdotta fl-1993 hija simili għas-sistema doganali Ewropea. Madankollu, il-kontrolli ekwivalenti għadhom lura, fatt li jagħmilha mira ta' frodi transfruntiera. Is-sistema attwali tal-VAT jenħtieġ li tinbidel fundamentalment fil-mod kif tiġi ntaxxata l-provvista ta' merkanzija minn Stat Membru għal ieħor bħallikieku kienu pprovduti u akkwistati fi Stat Membru wieħed. Fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha dwar il-VAT45, il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta li tistabbilixxi l-prinċipji għal sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ transfruntiera minn negozju għal negozju (B2B) li tkun ibbażata fuq it-tassazzjoni ta' provvista transfruntiera ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Huwa mistenni li dik il-bidla tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-frodi transfruntiera relatati mal-VAT b'EUR 40 biljun fis-sena.

_________________

_________________

45 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)148 final tas-7.4.2016).

45 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar pjan ta' azzjoni dwar il-VAT, Lejn żona unika tal-VAT fl-UE – Iż-żmien biex niddeċiedu (COM(2016)148 final tas-7.4.2016).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan jeħtieġ li s-sistema attwali, li tikkonsisti minn provvista eżentata fl-Istat Membru tat-tluq tal-merkanzija u minn akkwist intra-Komunitarju ntaxxat ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, tiġi sostitwita b'sistema ta' provvista unika ntaxxata skont ir-rati tal-VAT tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Bħala regola, il-VAT tiġi imposta mill-fornitur, li se jkun jista' jivverifika r-rata applikabbli tal-VAT ta' kull Stat Membru onlajn permezz ta' portal tal-internet. Madankollu, meta x-xerrej tal-merkanzija jkun persuna taxxabbli ċertifikata (kontribwent affidabbli rikonoxxut bħala tali mill-Istati Membri), għandu japplika l-mekkaniżmu tar-reverse charge u l-persuna taxxabbli ċertifikata għandha tkun soġġetta għall-ħlas tal-VAT fuq il-provvista intra-Unjoni. Is-sistema definittiva tal-VAT se tkun ibbażata wkoll fuq il-kunċett ta' skema ta' reġistrazzjoni unika (Punt Uniku ta' Servizz) għan-negozji, li permezz tagħha jistgħu jsiru l-ħlas u t-tnaqqis tal-VAT dovuta.

(3)  Dan jeħtieġ li s-sistema attwali, li tikkonsisti minn provvista eżentata fl-Istat Membru tat-tluq tal-merkanzija u minn akkwist intra-Komunitarju ntaxxat ta' merkanzija fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, tiġi sostitwita b'sistema ta' provvista unika ntaxxata skont ir-rati tal-VAT tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Bħala regola, il-VAT tiġi imposta mill-fornitur, li se jkun jista' jivverifika r-rata applikabbli tal-VAT ta' kull Stat Membru onlajn permezz ta' portal tal-internet. Is-sistema definittiva tal-VAT se tkun ibbażata wkoll fuq il-kunċett ta' skema ta' reġistrazzjoni unika (Punt Uniku ta' Servizz) għan-negozji, li permezz tagħha jistgħu jsiru l-ħlas u t-tnaqqis tal-VAT dovuta. Il-Punt Uniku ta' Servizz huwa l-qalba tas-sistema l-ġdida bbażata fuq id-destinazzjoni li mingħajrha l-kumplessità u l-piż amministrattiv tas-sistema tal-VAT jiżdiedu b'mod sinifikanti. Għalhekk, l-estensjoni tal-Punt Uniku ta' Servizz Żgħir (MOSS) biex ikopri s-servizzi B2B u l-bejgħ ta' oġġetti kollha jenħtieġ li sseħħ fil-limiti tat-titjib propost fis-sistema attwali.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, il-faċilità tal-użu u l-prevenzjoni futura tal-frodi, il-Punt Uniku ta' Servizz għan-negozji jenħtieġ li jopera b'sistema transfruntiera u armonizzata tal-IT ibbażata fuq standards komuni u li tippermetti l-irkupru u l-input awtomatiċi ta' data, pereżempju permezz tal-użu ta' formoli standard unifikati.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Dawn il-prinċipji għandhom jiġu stabbiliti f'din id-Direttiva u għandhom jieħu post il-kunċett attwali li skontu l-arranġamenti definittivi għandhom ikunu bbażati fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini.

(4)  Dawn il-prinċipji jenħtieġ li jiġu stabbiliti f'din id-Direttiva u jenħtieġ li jieħdu post il-kunċett attwali li skontu l-arranġamenti definittivi għandhom ikunu bbażati fuq it-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' oriġini b'sistema definittiva tal-VAT. Dawk il-prinċipji l-ġodda jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu aħjar il-frodi tal-VAT, speċjalment il-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC), li huwa stmat li tammonta għal tal-anqas EUR 50 biljun fis-sena.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 201646, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni ttejjeb ċerti regoli tal-Unjoni dwar il-VAT b'rabta ma' tranżazzjonijiet transfruntiera, fir-rigward tar-rwol tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fil-kuntest tal-eżenzjoni għal provvisti intra-Komunitarji, arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat, tranżazzjonijiet f'serje u l-prova ta' trasport għall-finijiet tal-eżenzjoni għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.

(5)  Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-8 ta' Novembru 201646, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni ttejjeb ċerti regoli tal-Unjoni dwar il-VAT b'rabta ma' tranżazzjonijiet transfruntiera, fir-rigward ta' erba' oqsma: ir-rwol tan-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT fil-kuntest tal-eżenzjoni għal provvisti intra-Komunitarji, l-arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat, it-tranżazzjonijiet f'serje u l-prova ta' trasport għall-finijiet tal-eżenzjoni għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji.

_________________

_________________

46 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2016 "Dwar Titjib fir-regoli attwali tal-UE dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera" (Nru 14257/16 FISC 190 ECOFIN 1023 tad-9 ta' Novembru 2016).

46 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2016 "Dwar Titjib fir-regoli attwali tal-UE dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera" (Nru 14257/16 FISC 190 ECOFIN 1023 tad-9 ta' Novembru 2016).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Minħabba din id-domanda, u billi għad iridu jgħaddu diversi snin qabel tiġi implimentata s-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-Unjoni, dawn il-miżuri speċifiċi, li huma maħsuba biex jarmonizzaw u jissimplifikaw ċerti arranġamenti għan-negozji, huma xierqa.

(6)  Minħabba din id-domanda u l-fatt li għad trid tiġi implimentata kif suppost is-sistema definittiva tal-VAT għall-kummerċ intra-Unjoni, dawn il-miżuri speċifiċi, li huma maħsuba biex jarmonizzaw u jissimplifikaw ċerti arranġamenti għan-negozji, huma xierqa biss b'mod tranżitorju.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-ħolqien tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata huwa meħtieġ għall-applikazzjoni b'mod effiċjenti tat-titjib fir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera, kif ukoll għat-tranżizzjoni gradwali lejn is-sistema definittiva għall-kummerċ intra-Unjoni.

(7)  Il-ħolqien tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata huwa meħtieġ għall-applikazzjoni b'mod effiċjenti tat-titjib fir-regoli tal-Unjoni dwar il-VAT għal tranżazzjonijiet transfruntiera, kif ukoll għat-tranżizzjoni gradwali lejn is-sistema definittiva għall-kummerċ intra-Unjoni. Madankollu, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji stretti, applikati b'mod armonizzat mill-Istati Membri kollha, biex jiġi ddeterminat liema intrapriżi jistgħu jibbenefikaw mill-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata u jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli u dispożizzjonijiet komuni li jwasslu għal multi u penali għal dawk li ma jikkonformawx magħhom.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fis-sistema attwali ma ssir l-ebda distinzjoni bejn persuni taxxabbli affidabbli u inqas affidabbli fir-rigward tar-regoli dwar il-VAT li għandhom jiġu applikati. L-għoti ta' status ta' persuna taxxabbli ċertifikata abbażi ta' ċerti kriterji oġġettivi għandu jippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk il-persuni taxxabbli affidabbli. Dan l-istatus jagħtihom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta' ċerti regoli li huma sensittivi għall-frodi li mhumiex applikabbli għal persuni taxxabbli oħrajn.

(8)  Fis-sistema attwali ma ssir l-ebda distinzjoni bejn persuni taxxabbli affidabbli u inqas affidabbli fir-rigward tar-regoli dwar il-VAT li għandhom jiġu applikati. L-għoti ta' status ta' persuna taxxabbli ċertifikata abbażi ta' ċerti kriterji oġġettivi, li għandhom jiġu applikati b'mod armonizzat mill-Istati Membri, jenħtieġ li jippermetti l-identifikazzjoni ta' dawk il-persuni taxxabbli affidabbli u dawk li ma jikkonformawx għalkollox mal-kriterji. Dan l-istatus jagħtihom il-possibbiltà li jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta' ċerti regoli ssimplifikati u faċli biex jintużaw li mhumiex applikabbli għal persuni taxxabbli oħrajn.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-aċċess għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandu jkun ibbażat fuq kriterji armonaizzati fil-livell tal-Unjoni, u għalhekk, ċertifikazzjoni mogħtija minn Stat Membru wieħed għandha tkun valida fl-Unjoni kollha.

(9)  L-aċċess għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata jenħtieġ li jkun ibbażat fuq kriterji definiti b'mod ċar u jkun disponibbli għan-negozji, inklużi l-SMEs. Dawk il-kriterji jenħtieġ li jkunu armonizzati fil-livell tal-Unjoni u, għalhekk, ċertifikazzjoni mogħtija minn Stat Membru wieħed jenħtieġ li tkun valida fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta atti ta' implimentazzjoni u linji gwida komprensivi u faċli biex jintużaw, li jiffaċilitaw l-armonizzazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u jiżguraw l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri filwaqt li jivverifikaw l-applikazzjoni xierqa mill-Istati Membri ta' tali kriterji armonizzati madwar l-Unjoni. Dawk il-linji gwida jenħtieġ li jkunu allinjati mill-qrib mal-kriterji tal-Operatur Ekonomiku Awtorizzat skont il-Kodiċi Doganali tal-UE, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u jiġu żgurati implimentazzjoni u konformità uniformi fl-Istati Membri kollha.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  B'enfasi partikolari fuq l-ispejjeż ogħla ta' konformità għall-SMEs, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta proċeduri amministrattivi simplifikati biex l-SMEs jiksbu l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  L-informazzjoni dwar jekk operatur ekonomiku huwiex persuna taxxabbli ċertifikata jenħtieġ li tkun aċċessibbli permezz tas-sistema VIES.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Ċerti persuni taxxabbli koperti minn arranġamenti partikolari li jeskluduhom mir-regoli ġenerali dwar il-VAT, jew li jwettqu attivitajiet ekonomiċi biss fuq bażi okkażjonali, ma għandhomx jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata sa fejn huma kkonċernati dawk l-arranġamenti partikolari jew attivitajiet ta' natura okkażjonali. Jekk isir mod ieħor, l-applikazzjoni bla xkiel tal-bidliet proposti tista' tiġi mfixkla.

(10)  Ċerti persuni taxxabbli koperti minn arranġamenti partikolari li jeskluduhom mir-regoli ġenerali dwar il-VAT jenħtieġ li ma jingħatawx l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata sa fejn huma kkonċernati dawk l-arranġamenti partikolari jew attivitajiet ta' natura okkażjonali. Jekk isir mod ieħor, l-applikazzjoni bla xkiel tal-bidliet proposti tista' tiġi mfixkla. Barra minn hekk, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-SMEs ma jitqegħdux fi żvantaġġ kompetittiv meta mqabbla mal-intrapriżi l-kbar fir-rigward tal-kisba tal-istatus ta' persuni taxxabbli ċertifikati.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-proġett pilota tal-UE rigward id-deċiżjoni transfruntiera tal-VAT jenħtieġ li jkun il-bażi għal għodda tal-Unjoni żviluppata b'mod sħiħ biex ma jkunx hemm kunflitti bejn ir-regoli tal-VAT f'tilwim dwar it-taxxa u biex jiġu solvuti każijiet ta' tilwim transfruntier u intra-Unjoni f'każijiet relatati mal-VAT. Il-mekkaniżmi nazzjonali ser ikomplu japplikaw għal tilwim tat-taxxa intern relatat mal-VAT bejn il-kontribwent ikkonċernat u l-awtorità nazzjonali tat-taxxa.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Din id-Direttiva tipprevedi arranġamenti proviżorji qabel ma l-Istati Membri jadottaw sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, u jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn regolamenti ta' implimentazzjoni u linji gwida korrispondenti. Din id-Direttiva, l-atti ta' implimentazzjoni u l-linji gwida jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ fl-istess ħin.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura sistema ta' informazzjoni trasparenti u diretta li tinnotifika awtomatikament lill-kontribwenti dwar aġġornamenti u bidliet fir-rati tal-VAT tal-Istati Membri. Tali mekkaniżmu jenħtieġ li jkun ibbażat fuq standards armonizzati u formoli ta' rappurtar, u b'hekk jiżgura rappurtar uniformi u rkupru tad-data fost l-Istati Membri. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jiżguraw li l-informazzjoni kollha rigward ir-rati tal-VAT nazzjonali tagħhom tkun korretta u aġġornata. L-Istati Membri jenħtieġ li, barra minn hekk, jiżguraw li kwalunkwe bidla fir-rati nazzjonali tal-VAT tkun notifikata permezz ta' sistema bħal din fi żmien raġonevoli minn meta jiġu adottati u, fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bidliet isiru applikabbli.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Fid-dawl tal-interess ġenerali taċ-ċittadini u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-informaturi jenħtieġ li jgawdu minn protezzjoni legali effikaċi sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni ta' kull tip ta' frodi.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe persuna taxxabbli li għandha post tan-negozju jew stabbiliment fiss fil-Komunità jew, fin-nuqqas ta' post ta' negozju u stabbiliment fiss, ikollha l-indirizz permanenti jew ir-residenza abitwali tagħha fil-Komunità u li, bħala parti mit-twettiq tal-attività ekonomika tagħha twettaq, jew tkun beħsiebha li twettaq, kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17a, 20 u 21, jew tranżazzjonijiet skont il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 138, tista' tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata mal-awtoritajiet tat-taxxa.

Kwalunkwe persuna taxxabbli li għandha post tan-negozju jew stabbiliment fiss fil-Komunità u li, bħala parti mit-twettiq tal-attività ekonomika tagħha twettaq, jew tkun beħsiebha li twettaq, kwalunkwe waħda mit-tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17a, 20 u 21, jew tranżazzjonijiet skont il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 138 u 138a, tista' tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata mal-awtoritajiet tat-taxxa.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali, għandu jitqies li l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ikunu ġew issodisfati.

Meta l-applikant ikun persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat għal għanijiet doganali biss, il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom jitqiesu bħala ssodisfati.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-nuqqas ta' kwalunkwe ksur serju jew ta' ksur ripetut tar-regoli tat-tassazzjoni u tal-leġiżlazzjoni doganali, u n-nuqqas ta' kwalunkwe rekord ta' reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tal-applikant;

(a)  in-nuqqas ta' kwalunkwe ksur serju jew ta' ksur ripetut tar-regoli tat-tassazzjoni u tal-leġiżlazzjoni doganali fl-aħħar 3 snin ta' attività ekonomika, in-nuqqas ta' kull aġġustament serju tat-taxxa mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa, jew l-ebda rekord ta' reati kriminali serji marbuta mal-attività ekonomika tiegħu jew tagħha, irrispettivament minn jekk l-attività tkunx saret fl-Unjoni jew xi mkien ieħor;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  in-nuqqas ta' kwalunkwe rekord ta' reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika tal-applikant, bħal, iżda mhux limitati għal:

 

 

 

(i)  ħasil tal-flus;

 

(ii)  evażjoni u frodi tat-taxxa;

 

(iii)  abbuż tal-fondi u l-programmi tal-Unjoni;

 

(iv)  falliment jew insolvenza frawdolenti;

 

(v)  frodi tal-assigurazzjoni jew frodi finanzjarju ieħor;

 

(vi)  tixħim u/jew korruzzjoni;

 

 

 

(vii)  ċiberkriminalità;

 

(viii)  parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali;

 

(ix)  reati fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni;

 

(x)  involviment dirett jew indirett f'attivitajiet terroristiċi;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-wiri min-naħa tal-applikant, ta' livell għoli ta' kontroll fuq l-operazzjonijiet tiegħu u fuq il-fluss tal-merkanzija, jew permezz ta' sistema ta' ġestjoni ta' rekords kummerċjali u, fejn xieraq, ta' rekords tat-trasport, li jippermetti li jsiru kontrolli xierqa tat-taxxa, jew permezz ta' rekord intern tal-verifika li jkun affidabbli jew ċertifikat;

(b)  il-wiri min-naħa tal-applikant ta' livell għoli ta' kontroll fuq l-operazzjonijiet tiegħu u fuq il-fluss tal-merkanzija, jew permezz ta' sistema ta' ġestjoni ta' rekords kummerċjali u, fejn xieraq, ta' rekords tat-trasport, li tippermetti li jsiru kontrolli xierqa tat-taxxa, jew permezz ta' rekord intern tal-verifika li jkun affidabbli jew ċertifikat, skont ir-regolamenti ta' implimentazzjoni u l-linji gwida li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, li għandha titqies bħala li ġiet pruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni, minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli.

(c)  prova tas-solvenza finanzjarja tal-applikant, matul l-aħħar tliet snin, li għandha titqies bħala li ġiet ippruvata meta l-applikant ikollu pożizzjoni finanzjarja tajba li tippermettilu li jonora l-impenji tiegħu, b'konsiderazzjoni xierqa tal-karatteristiċi tat-tip ta' attività kummerċjali kkonċernata, jew permezz tal-preżentazzjoni ta' garanziji pprovduti minn impriżi tal-assigurazzjoni jew istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew minn partijiet terzi oħra ekonomikament affidabbli. L-applikant għandu jkollu fil-pussess tiegħu kont bankarju f'istituzzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a - paragrafu 2 - subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk l-applikant ikun ġie miċħud l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat f'konformità mal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni matul l-aħħar tliet snin, huwa ma għandux jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sabiex tiġi żgurata interpretazzjoni armonizzata fl-għoti tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, aktar linji gwida għall-Istati Membri dwar l-evalwazzjoni ta' dawk il-kriterji, li għandhom ikunu validi fl-Unjoni kollha. L-ewwel att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni u linji gwida b'konnessjoni mill-qrib mal-atti ta' implimentazzjoni u mal-linji gwida għall-operatur ekonomiku awtorizzat għal skopijiet doganali.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Il-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 għandhom ikunu applikati b'mod komuni mill-Istati Membri kollha abbażi ta' regoli u proċeduri definiti b'mod ċar u preċiż fl-att ta' implimentazzjoni.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  persuni taxxabbli li ma għandhomx, jew ma jibqax ikollhom, numru ta' reġistrazzjoni tal-VAT validu;

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, il-persuni taxxabbli msemmija fil-punti (a) sa (d) jistgħu jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għall-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn li jwettqu.

Madankollu, il-persuni taxxabbli msemmija fil-punti (a) sa (d) jistgħu jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għall-attivitajiet ekonomiċi l-oħrajn li jwettqu, bil-prekundizzjoni li r-riżultati ta' dawk l-attivitajiet ma jinterferux mal-attivitajiet li jkunu eskludew lil dawk il-persuni taxxabbli milli jingħataw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata fl-ewwel lok.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni.

Persuna taxxabbli li tapplika għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tagħti l-informazzjoni kollha mitluba mill-awtoritajiet tat-taxxa, sabiex dawn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri amministrattivi simplifikati biex l-SMEs jiksbu l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu;

(a)  l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../...; ta' ... dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (BKTK)* u fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK)**, kif ukoll fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti*** u fid-Direttiva tal-Kunsill (UE) .../... ta' ... dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali****;

 

_________________

 

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2016/0337 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.

 

** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2016/0336 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.

 

*** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2018/0072 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.

 

**** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tad-Direttiva li tinsab fid-dokument 2018/0073 (CNS) u daħħal in-numru, id-data, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' dik id-Direttiva fin-nota f'qiegħ il-paġna.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru fejn l-applikant ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti, fejn huwa la jkollu post ta' negozju u lanqas stabbiliment fiss.

imħassar

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Meta jingħata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, dik l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tas-sistema VIES. Bidliet f'dak l-istatus għandhom jiġu aġġornati fis-sistema mingħajr dewmien.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni.

5.  Meta l-applikazzjoni tiġi rifjutata, ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom jiġu notifikati lill-applikant mill-awtoritajiet tat-taxxa flimkien mad-deċiżjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikant jingħata d-dritt ta' appell kontra kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni. Permezz ta' att ta' implimentazzjoni, sal-1 ta' Ġunju 2020 għandha tiġi stabbilita proċedura ta' appell armonizzata fil-livell tal-Unjoni li tinkludi l-obbligu li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra b'dak ir-rifjut u r-raġunijiet li jakkumpanjaw dik id-deċiżjoni permezz tal-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom. Il-proċedura ta' appell għandha tinbeda fi żmien raġonevoli wara li titħabbar id-deċiżjoni lill-applikant, li għandha tiġi determinata mill-att ta' implimentazzjoni, u għandha tqis kwalunkwe proċedura ta' rimedju implimentata.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, mingħajr dewmien, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus fiskali meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati.

6.  Il-persuna taxxabbli li tkun ingħatat l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandha tinforma lill-awtoritajiet tat-taxxa, fi żmien xahar, rigward kwalunkwe fattur li jista' jinqala' wara li tittieħed id-deċiżjoni u li tista' taffettwa l-kontinwazzjoni ta' dak l-istatus jew tinfluwenzaha. L-awtoritajiet tat-taxxa għandhom jirtiraw l-istatus tat-taxxa meta l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jibqgħux jiġu ssodisfati. L-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri li jkunu taw l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandhom jirrieżaminaw dik id-deċiżjoni, tal-anqas kull sentejn, biex jiżguraw li l-kundizzjonijiet ikunu għadhom issodisfati. Jekk il-persuna taxxabbli ma tkunx infurmat lill-awtoritajiet tat-taxxa dwar xi fattur li possibbilment jaffettwa l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata kif stabbilit fl-att ta' implimentazzjoni jew tkun ħbietu apposta, hi għandha tkun soġġetta għal sanzjonijiet proporzjonati, effiċjenti u dissważivi, inkluż it-telf tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Persuna taxxabbli li tkun ġiet irrifjutata l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, jew li tkun infurmat lill-awtorità tat-taxxa, fuq l-inizjattiva tagħha stess, li hi ma tkunx għadha tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2, tista' terġa' tapplika għal status ta' persuna taxxabbli ċertifikata, mhux aktar kmieni minn sitt xhur mid-data tar-rifjut jew l-irtirar ta' dak l-istatus, dment li jkunu ssodisfati l-kriterji rilevanti kollha.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 6b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  Persuna taxxabbli ċertifikata li ma jibqax ikollha numru ta' identifikazzjoni tal-VAT għandu jkollha l-istatus tagħha bħala persuna taxxabbli ċertifikata rtirat awtomatikament.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 13a – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 a.  Proċeduri li jirrigwardaw applikazzjonijiet irrifjutati, bidliet fis-sitwazzjoni tal-persuna taxxabbli, proċeduri ta' appell u proċeduri ta' applikazzjoni mill-ġdid għall-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata għandhom jiġu definiti f'regolament ta' implimentazzjoni u għandhom jiġu applikati b'mod komuni fl-Istati Membri kollha.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 138 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-persuna taxxabbli jew il-persuna ġuridika mhux taxxabbli li għaliha ssir il-provvista hija identifikata għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru differenti minn dak li minnu tkun intbagħtet il-merkanzija jew li minnu jkun beda t-trasport tal-merkanzija;

(b)  il-persuna taxxabbli jew il-persuna ġuridika mhux taxxabbli li għaliha ssir il-provvista hija identifikata għall-finijiet tal-VAT fi Stat Membru differenti minn dak li minnu tkun intbagħtet il-merkanzija jew li minnu jkun beda t-trasport tal-merkanzija u li tippossjedi numru ta' identifikazzjoni tal-VAT aċċessibbli permezz tal-VIES;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 138a – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "operatur intermedjarju" tfisser fornitur fil-katina li mhuwiex l-ewwel fornitur, li jibgħat jew li jittrasporta l-merkanzija huwa stess jew permezz ta' parti terza li taġixxi f'ismu;

(b)  "operatur intermedjarju" tfisser fornitur fil-katina li mhuwiex l-ewwel fornitur jew l-aħħar riċevitur/konsumatur, li jibgħat jew li jittrasporta l-merkanzija huwa stess jew permezz ta' parti terza li taġixxi f'ismu;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 243 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull persuna taxxabbli ċertifikata li tirċievi provvisti ta' merkanzija bħala parti mill-arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru ta' dik il-merkanzija.

Kull persuna taxxabbli ċertifikata li tirċievi provvisti ta' merkanzija bħala parti mill-arranġamenti għal stokk f'kunsinna kuntrattat imsemmija fl-Artikolu 17a għandha żżomm reġistru diġitalizzat ta' dik il-merkanzija aċċessibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa."

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 262 - paragrafu 1 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta dikjarazzjoni rikapitulattiva ta' dan li ġej:

1.  Kull persuna taxxabbli identifikata għall-finijiet tal-VAT għandha tippreżenta lill-awtorità tat-taxxa kompetenti dikjarazzjoni rikapitulattiva ta' dan li ġej:

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 262 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet tat-taxxa kollha involuti permezz tas-sistema VIES.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Titolu XIV – Kapitolu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-Kapitolu li ġej jiddaħħal fit-Titolu XIV:

 

"Kapitolu 2a

 

Mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT

 

Artikolu 398a

 

1.  Sal-1 ta' Ġunju 2020 għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT biex isolvi t-tilwim bejn l-Istati Membri rigward pagamenti transfruntiera tal-VAT li jkun ġew iddikjarati jew ikklassifikati jew issuspettati li huma żbaljati, u għandu jiġi applikat meta l-Proċedura ta' Ftehim Reċiproku ma twassalx għal riżultat fi żmien sentejn.

 

2.  Il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

 

3.  Il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT ma għandux jipprekludi l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali meta jkun neċessarju għall-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa, tal-frodi tat-taxxa jew tal-abbuż.

 

4.  Il-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT għandu jinkludi wkoll pjattaforma online għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT bil-għan li l-Istati Membri jkunu jistgħu jsolvu tilwim mingħajr l-intervent dirett tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim u tal-awtoritajiet kompetenti, billi jistabbilixxi approċċi ċari dwar kif jista' jittaffa t-tilwim meta jseħħ, u proċeduri biex it-tilwim jiġi solvut."

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Titolu III – Kapitolu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Il-Kapitolu li ġej jiddaħħal fit-Titolu XIV:

 

"Kapitolu 2b

 

Mekkaniżmu għal notifika awtomatizzata

 

Artikolu 398b

 

Sal-1 ta' Ġunju 2020 għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu għal notifika awtomatizzata. Dak il-mekkaniżmu għandu jiżgura li l-kontribwenti jirċievu notifiki awtomatiċi dwar il-bidliet u l-aġġornamenti fir-rati tal-VAT tal-Istati Membri. Tali notifiki awtomatiċi għandhom jiġu attivati qabel ma l-bidla ssir applikabbli u mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni."

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Direttiva 2006/112/KE

Artikoli 403 u 404

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-Artikoli 403 u 404 jitħassru.

(9)  L-Artikolu 403 huwa mħassar.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 404

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  L-Artikolu 404 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 404

"Artikolu 404

Kull erba' snin li jibdew mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, tippreżenta rapport kull erba' snin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat tas-sistema komuni tal-VAT fl–Istati Membri u, b'mod partikolari, dwar l-operat ta' l-arranġamenti transitorji għall-intaxxar tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn hu xieraq, bi proposti li jikkonċernaw l-arranġamenti definittivi.

Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-iskema ta' eżenzjonijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi u l-kompatibbiltà tagħha mal-qafas Ewropew u dwar il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati terzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi. Sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-prattiki nazzjonali dwar l-impożizzjoni ta' penali amministrattivi u kriminali fir-rigward ta' persuni ġuridiċi jew fiżiċi misjuba ħatja ta' frodi tal-VAT. Il-Kummissjoni għandha taħdem mal-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej kompetenti biex, jekk ikun xieraq, isegwu r-rakkomandazzjonijiet maħsuba biex jiżguraw livell minimu ta' armonizzazzjoni."

(http://www.at4am.ep.parl.union.eu/at4am/ameditor.html?documentID=23009&locale=en#stv!lCnt=1&langISO0=fr&crCnt=1&crID0=4338)

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 404a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Jiddaħħal l-Artikolu 404a li ġej:

 

"Artikolu 404a

 

Kull tliet snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta rapport ta' evalwazzjoni dwar l-effikaċja tas-sistema ta' sorveljanza tal-frodi tal-VAT lill-Kummissjoni, li mbagħad għandha tibagħtu lill-OLAF."

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2019.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet, flimkien mar-regolamenti ta' implimentazzjoni u l-linji gwida, mill-1 ta' Jannar 2019.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sa ... [id-data tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' informazzjoni miksuba mill-Istati Membri, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-kriterji biex tiġi definita persuna taxxabbli ċertifikata fl-Istati Membri u, b'mod partikolari, dwar l-impatt li jista' jkollha fuq il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, meta jkun xieraq, bi proposta għal att leġiżlattiv.


NOTA SPJEGATTIVA

Din il-proposta, ippreżentata mill-Kummissjoni f'Ottubru 2017, tintroduċi serje ta' prinċipji fundamentali jew "pedamenti" għas-sistema futura definittiva tal-VAT, u erba' "soluzzjonijiet ta' malajr" biex jitjieb il-funzjonament ta' kuljum tas-sistema tal-VAT kurrenti, waqt li jiġu indirizzati n-numru ta' identifikazzjoni tal-VAT, tranżazzjonijiet f'serje, sitwazzjonijiet ta' stokk f'kunsinna kuntrattat u prova ta' kunsinna intra-Komunitarja.

Skont il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-ħidma biex tiġi stabbilita sistema definittiva tal-VAT, il-bidliet u l-pedamenti proposti hawnhekk huma pass importanti ħafna biex il-frodi tal-VAT transfruntiera titnaqqas b'aktar minn EUR 41 biljun u, fl-istess ħin, l-ispejjeż ta' konformità għan-negozji jitnaqqsu b'EUR 1 biljun. Dawn il-pedamenti se jiġu segwiti aktar tard din is-sena minn proposta oħra li se tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tekniċi ddettaljati meħtieġa biex joperaw is-sistema definittiva tal-VAT.

Din il-proposta tintroduċi wkoll b'mod partikolari l-kunċett il-ġdid ta' persuna taxxabbli ċertifikata (CTP), b'analoġija mal-"operatur ekonomiku awtorizzat" fil-Kodiċi Doganali tal-UE. Negozju jista' japplika għand l-awtorità tat-taxxa nazzjonali u jsir CTP billi jagħti prova tal-konformità ma' kriterji predefiniti bħall-ħlas regolari tat-taxxi, il-kontrolli interni, u prova ta' solvenza. Ladarba tiġi ċċertifikata, il-kumpanija titqies bħala kontribwent affidabbli. Kemm is-CTP kif ukoll il-kumpaniji li jagħmlu negozju mas-CTPs se jkollhom aċċess għal numru ta' proċeduri ssimplifikati għad-dikjarazzjoni u għall-ħlas tal-VAT transfruntiera. L-istatus ta' CTP se jkun rikonoxxut b'mod reċiproku mill-Istati Membri kollha tal-UE.

Ir-rapporteur jilqa' bis-sħiħ din il-proposta mill-Kummissjoni, inklużi "l-pedamenti" għal sistema definittiva tal-VAT, "is-soluzzjonijiet ta' malajr" u l-introduzzjoni tal-"persuna taxxabbli ċertifikata" l-ġdida.

Fl-emendi proposti minnu, ir-rapporteur jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika u tispeċifika ulterjorment il-kunċett u l-kriterji tas-CTP, permezz ta' regolamenti ta' implimentazzjoni u linji gwida komprensivi futuri, u tallinjaha mill-qrib mal-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat taħt il-Kodiċi Doganali tal-UE.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jitlob li jiġi introdott mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT biex isolvi t-tilwim bejn l-Istati Membri. Dan se jkun stabbilit abbażi tal-proġett pilota kurrenti tal-UE rigward id-deċiżjoni transfruntiera tal-VAT fi ħdan il-Forum tal-UE dwar il-VAT, u se jopera flimkien ma' mekkaniżmi nazzjonali għat-tilwim dwar it-taxxa tal-VAT intern bejn il-kontribwenti u l-awtorità tat-taxxa nazzjonali tagħhom. B'hekk jipprovdi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-VAT li jiffunzjona u li jista' jiżgura l-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri f'każijiet ta' tilwim.

Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim bla xkiel, effiċjenti u validu għall-futur tas-sistema definittiva tal-VAT, ir-rapporteur jipproponi l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' notifika awtomatizzata. Dan il-mekkaniżmu jeħtieġ ikun jista' jipprovdi lill-kontribwenti b'notifiki awtomatiċi dwar bidliet u aġġornamenti fir-rati tal-VAT applikabbli fl-Istati Membri, u jissottolinja l-ħtieġa li tali mekkaniżmu jkun ibbażat fuq formati u oqsma tad-data miftuħa u standardizzati sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur iħeġġeġ lill-Istati Membri fil-Kunsill biex jadottaw u jimplimentaw din il-proposta mill-aktar fis possibbli, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għan-negozji Ewropej u titnaqqas id-diskrepanza tal-VAT fl-UE.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u l-introduzzjoni tas-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri

Referenzi

COM(2017)0569 – C8-0363/2017 – 2017/0251(CNS)

Date of consulting Parliament

23.10.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

26.10.2017

 

 

 

Committees asked for opinions

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

26.10.2017

 

 

 

Not delivering opinions

       Data tad-deċiżjoni

JURI

20.11.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jeppe Kofod

14.12.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.5.2018

2.7.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

0

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Pervenche Berès, Esther de Lange, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Dimitrios Papadimoulis, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Herbert Dorfmann, Bas Eickhout, Ashley Fox, Sophia in ‘t Veld, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Michel Reimon, Romana Tomc, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Christophe Hansen, Dietmar Köster, Juan Fernando López Aguilar, Helga Stevens, Csaba Sógor, Sabine Verheyen, Kristina Winberg

Data tat-tressiq

7.9.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Sophia in 't Veld, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan

PPE

Herbert Dorfmann, Christophe Hansen, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Csaba Sógor, Romana Tomc, Sabine Verheyen, Esther de Lange

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Dietmar Köster, Olle Ludvigsson, Juan Fernando López Aguilar, Alex Mayer, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Bas Eickhout, Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon

0

-

 

 

10

0

ALDE

Caroline Nagtegaal

ECR

Amjad Bashir, Ashley Fox, Bernd Lucke, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Marco Zanni

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2018Avviż legali