Proċedura : 2018/0150(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0283/2018

Testi mressqa :

A8-0283/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2018 - 9.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0367

RAPPORT     *
PDF 580kWORD 53k
10.9.2018
PE 625.397v02-00 A8-0283/2018

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

(COM(2018)0298 – C8‑0265/2018 – 2018/0150(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sirpa Pietikäinen

(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

(COM(2018)0298 – C8‑0265/2018 – 2018/0150(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0298),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0265/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0283/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

L-għan ta' din il-proposta huwa li jestendi: 1) il-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw il-mekkaniżmu tar-reverse charge biex tiġi miġġielda il-frodi li qed issir fil-provvista ta' merkanzija u servizzi li hemm imniżżla fl-Artikolu 199a(1) tad-Direttiva tal-VAT u 2) il-possibbiltà li jintuża l-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida (MRR) kontra l-frodi.

L-Artikolu 199a tad-Direttiva tal-VAT jippermetti lill-Istati Membri jagħżlu li jużaw il-mekkaniżmu tar-reverse charge għall-ħlas tal-VAT fuq provvisti ta' merkanzija u servizzi definiti minn qabel, li huma suxxettibbli għall-frodi, u b'mod partikolari, għall-Frodi Intra-Komunitarja b'Negozjant Nieqes (MTIC).

Jekk Stat Membru jixtieq japplika l-mekkaniżmu tar-reverse charge għal provvisti oħrajn minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 199a tad-Direttiva tal-VAT, tista' tingħata deroga abbażi tal-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-VAT sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura tal-ġbir tal-VAT jew sabiex jiġu evitati ċerti forom ta' evażjoni u evitar tat-taxxa. Madankollu, l-adozzjoni tad-deroga bbażata fuq dan l-artikolu tirrikjedi proposta min-naħa tal-Kummissjoni u l-adozzjoni unanima mill-Kunsill, proċess li jieħu bosta xhur (sa massimu ta' tmien xhur skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva tal-VAT). F'każijiet fejn Stat Membru isib ruħu f'daqqa waħda qed iħabbat wiċċu ma' frodi massiva, it-tul tal-proċedura biex tinkiseb deroga bbażata fuq l-Artikolu 395, jista' jirriżulta f'telf importanti ta' dħul mill-VAT. L-MRR inkluż fl-Artikolu 199b tad-Direttiva tal-VAT jinkludi proċedura aktar rapida biex tippermetti lill-Istati Membri, taħt ċerti kundizzjonijiet stretti, jintroduċu l-mekkaniżmu tar-reverse charge, u b'hekk lill-Istati Membri jipprovdilhom reazzjoni iktar xierqa u effettiva għal frodi għal għarrieda u massiva.

L-għan tal-miżuri previsti fl-Artikoli 199a u 199b huwa li jippermettu lill-Istati Membri jindirizzaw malajr il-problemi tal-frodi MTIC: fl-Artikolu 199a, billi jingħataw il-possibbiltà li japplikaw il-mekkaniżmu tar-reverse charge għall-provvisti elenkati u fl-Artikolu 199b billi jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom proċedura aktar mgħaġġla għall-introduzzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge f'każ ta' frodi għal għarrieda u massiva. Iż-żewġ Artikoli jiskadu fil-31 ta' Diċembru 2018.

Minn dan ta' hawn fuq jidher li l-miżuri inklużi fl-Artikoli 199a u 199b tad-Direttiva tal-VAT huma utli bħala miżuri temporanji u mmirati. L-iskadenza tagħhom fil-31 ta' Diċembru 2018 tkun iċċaħħad lill-Istati Membri minn għodda effiċjenti fil-ġlieda kontra l-frodi.

Għalhekk jixraq li l-miżuri inklużi fl-Artikoli 199a u 199b, jiġu estiżi sat-30 ta' Ġunju 2022, id-data li fiha s-sistema definittiva għall-kummerċ tal-provvisti ta' merkanzija B2B għandha tidħol fis-seħħ.

Il-proposta mhi se jkollha l-ebda implikazzjoni negattiva għall-baġit tal-Unjoni.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-perjodu ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge fakultattiv fir-rigward ta' provvisti ta' ċerti merkanzija u servizzi suxxettibbli għall-frodi u tal-Mekkaniżmu ta' Reazzjoni Rapida kontra l-frodi tal-VAT

Referenzi

COM(2018)0298 – C8-0265/2018 – 2018/0150(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sirpa Pietikäinen

20.6.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

3.9.2018

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.9.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

10.9.2018

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2018Avviż legali