Proċedura : 2018/0181(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0285/2018

Testi mressqa :

A8-0285/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2018 - 9.3

Testi adottati :

P8_TA(2018)0368

RAPPORT     *
PDF 578kWORD 52k
11.9.2018
PE 625.396v01-00 A8-0285/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistru elettroniku

(COM(2018)0349 – C8‑0371/2018 – 2018/0181(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Ivana Maletić

(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistru elettroniku

(COM(2018)0349 – C8‑0371/2018 – 2018/0181(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0349),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0371/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0285/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistru elettroniku tistabbilixxi l-bażi ġuridika għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri.

Dan għandu x'jaqsam mal-awtomatizzazzjoni tas-superviżjoni tal-movimenti ta' prodotti soġġetti għas-sisa li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru wieħed u li jkunu qed jiġu trasferiti lejn Stat Membru ieħor biex jitwasslu għal finijiet kummerċjali f'dak l-Istat Membru. L-arranġamenti l-ġodda jirrikjedu r-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jmexxu l-prodotti msemmija fil-Kapitolu V tad-Direttiva XXX/KE fir-reġistru tal-operaturi ekonomiċi li bħalissa huwa limitat għall-operaturi ekonomiċi li jużaw l-arranġamenti fil-Kapitoli III u IV tad-Direttiva XXX/KE. Din il-proposta timplimenta dan ir-rekwiżit fir-Regolament (UE) Nru 389/2012.

L-għan tal-proposta huwa li tintroduċi l-obbligu ta' reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jmexxu l-prodotti msemmija fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu V tad-Direttiva XXX/KE. Fin-nuqqas ta' dik il-proposta, mhux se tkun tista' ssir l-awtomatizzazzjoni sħiħa tal-movimenti ta' prodotti li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum. Barra minn hekk, din il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt għall-privatezza permezz tad-dispożizzjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tad-data li tinsab fir-Regolament (UE) Nru 389/2012.

L-impatt fuq il-baġit bl-iżvilupp u l-operat ċentrali ta' servizz ġdid estiż se jkun kopert mill-baġit tal-programm FISCALIS fl-approprjazzjonijiet diġà previsti fl-ipprogrammar finanzjarju uffiċjali. Ma hemm bżonn l-ebda riżorsa addizzjonali mill-baġit tal-UE. Barra minn hekk, din l-inizjattiva mhix beħsiebha tippreġudika l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

Il-proposta temenda l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament biex tinkludi żewġ kategoriji ġodda ta' operaturi ekonomiċi: spedituri ċċertifikati, li huma rreġistrati bħala spedituri għall-prodotti soġġetti għas-sisa li jkunu diġà ġew irrilaxxati għall-konsum u destinatarji ċċertifikati li huma rreġistrati bħala destinatarji għall-prodotti soġġetti għas-sisa li jkunu diġà ġew irrilaxxati għall-konsum. Il-magazzinieri awtorizzati u l-ispedituri rreġistrati se jkollhom il-possibbiltà li jaġixxu bħala spedituri ċċertifikati filwaqt li l-magazzinieri awtorizzati u d-destinatarji rreġistrati se jkunu jistgħu jaġixxu bħala destinatarji rreġistrati. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jridu jiġu infurmati dwar dak il-fatt u jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi inkluża wkoll fir-reġistru.

Barra minn hekk, skont il-proposta, ir-reġistru elettroniku se jinkludi informazzjoni dwar id-dritt tal-ispeditur irreġistrat li ma jimlix l-entrati tad-destinazzjoni fl-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku f'każ ta' moviment ta' prodotti tal-enerġija taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju bil-baħar jew bil-passaġġi fuq l-ilma interni. Skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva XXX/KE, il-magazzinier awtorizzat u l-ispeditur irreġistrat jistgħu jħallu barra l-entrata tad-destinazzjoni. Bħalissa, fir-Regolament (UE) Nru 389/2012, ir-reġistru ċentrali jinkludi din l-informazzjoni dwar l-entrata tad-destinazzjoni vojta fil-każ ta' magazzinier awtorizzat biss.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa rigward il-kontenut tar-reġistru elettroniku

Referenzi

COM(2018)0349 – C8-0371/2018 – 2018/0181(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

12.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ivana Maletić

20.6.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata – data tad-deċiżjoni

29.8.2018

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.9.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

11.9.2018

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Settembru 2018Avviż legali