Proċedura : 2017/0293(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0287/2018

Testi mressqa :

A8-0287/2018

Dibattiti :

PV 02/10/2018 - 15
CRE 02/10/2018 - 15
PV 26/03/2019 - 18
CRE 26/03/2019 - 18

Votazzjonijiet :

PV 03/10/2018 - 9.5
CRE 03/10/2018 - 9.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 27/03/2019 - 18.5

Testi adottati :

P8_TA(2018)0370
P8_TA(2019)0304

RAPPORT     ***I
PDF 1339kWORD 142k
18.9.2018
PE 619.135v02-00 A8-0287/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni)

(COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Miriam Dalli

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni)

(COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0676),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0395/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(1),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-14 ta' Marzu 2018 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0287/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi16 tistabbilixxi ambizzjoni ċara: sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ li jonqsu b'60 % mil-livelli tal-1990 u jkunu fit-triq it-tajba biex jinżlu għal żero. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu għas-saħħa tagħna jenħtieġ li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030.

(3)  It-trasport huwa l-uniku settur ewlieni fl-Unjoni fejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għadhom jiżdiedu. Sabiex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni ħadet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC), li saret f'Pariġi fl-2015, jeħtieġ li titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur kollu tat-trasport u jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jkunu sew fit-triq it-tajba biex jinżlu għal emissjoni żero sa nofs is-seklu. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu sinifikanti għas-saħħa tagħna jeħtieġ ukoll li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-iżvilupp tal-istrateġiji ta' riċerka, provvista, ipproċessar u produzzjoni fi żviluppi tal-konstruzzjoni ta' komponenti ħfief huwa kruċjali għall-avvanz lejn tranżizzjoni b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-settur awtomobilistiku. Hemm korp ta' riċerka dejjem jikber f'materja prima tal-fibra naturali u l-komposti tagħha bħala parti minn rwol emerġenti usa' għall-bijoekonomija u l-prodotti rinnovabbli, riċiklabbli u sostenibbli li tista' tipproduċi. Dawn l-iżviluppi jeħtieġ li jiġu bbażati fuq fehim tal-limitazzjonijiet li jikkonċernaw ir-riżorsi naturali, id-disponibbiltà tal-art u għaldaqstant il-ħtieġa li jiġu offruti soluzzjonijiet sostenibbli tat-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-kuntest newtrali għat-teknoloġija, huma l-vetturi elettriċi li jidhru bħala soluzzjoni għal tranżizzjoni lejn emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-settur. Il-piż ħafif ta' dawn il-vetturi huwa element kruċjali u bijokomponenti u komponenti bijokomposti joffru dawn l-attribwiti.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  It-tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero sa nofs is-seklu teħtieġ bidliet fil-katina tal-valur tal-karozzi kollha, filwaqt li jitqies l-effett negattiv potenzjali fuq iċ-ċittadini u r-reġjuni fl-Istati Membri kollha. Huwa importanti li jitqiesu l-effetti soċjali tat-tranżizzjoni u li jkunu indirizzati minn qabel l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għalhekk, huwa ta' importanza kbira li l-miżuri attwali jkunu wkoll akkumpanjati minn programmi mmirati fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema, kif ukoll f'inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tfittix ta' impjieg f'komunitajiet u reġjuni milquta b'mod negattiv imwettqa fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Tranżizzjoni b'suċċess lejn mobilità b'emissjonijiet żero teħtieġ qafas ta' politika komuni għall-vetturi, l-infrastrutturi u l-grilji tal-elettriku, il-produzzjoni sostenibbli ta' batteriji, il-provvista u r-riċiklaġġ, fejn inċentivi ekonomiċi u tal-impjiegi jkunu qed jaħdmu flimkien fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali u jkunu appoġġati minn strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni aktar b'saħħithom.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 appoġġaw tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi 30 % sal-2030 meta mqabbla mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mis-sistema tal-Unjoni Ewropea għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet. It-trasport bit-triq jipprovdi kontribut kbir għall-emissjonijiet f'dawk is-setturi u l-emissjonijiet tiegħu għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet mit-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, se jpattu għat-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

(6)  L-emissjonijiet tat-trasport bit-triq għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990, u jpattu għat-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Evalwazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 fl-2015 ikkonkludiet li dawk ir-Regolamenti kienu rilevanti, ġeneralment koerenti u ġġeneraw iffrankar sinifikanti fl-emissjonijiet, filwaqt li kienu aktar kosteffikaċi milli kien antiċipat oriġinarjament. Iġġeneraw ukoll valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni li ma setax jinkiseb daqstant permezz ta' miżuri nazzjonali.

(9)  Evalwazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 fl-2015 ikkonkludiet li dawk ir-Regolamenti kienu rilevanti, ġeneralment koerenti u ġġeneraw iffrankar sinifikanti fl-emissjonijiet, filwaqt li kienu aktar kosteffikaċi milli kien antiċipat oriġinarjament. Iġġeneraw ukoll valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni li ma setax jinkiseb daqstant permezz ta' miżuri nazzjonali. Madankollu, dik l-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li l-iffrankar attwali tas-CO2 milħuq huwa konsiderevolment inqas minn dak issuġġerit mir-rendiment tat-test tal-approvazzjoni tat-tip u li d-"distakk tal-emissjonijiet" bejn it-test tal-approvazzjoni tat-tip u r-rendiment f'użu reali konsiderevolment immina l-effikaċja tal-istandards ta' rendiment tas-CO2 kif ukoll il-fiduċja tal-konsumaturi fl-iffrankar potenzjali tal-fjuwil ta' karozzi ġodda.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinkiseb taħt kundizzjonijiet li wieħed jiltaqa' magħhom waqt l-operat u l-użu normali tal-vettura. Huwa għalhekk xieraq li tiġi inkluża projbizzjoni stretta ta' apparat ta' manipulazzjoni f'dan ir-Regolament u li l-awtoritajiet jiġu pprovduti bil-mezzi biex tiġi żgurata konformità ma' din il-projbizzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa importanti li d-determinazzjoni ta’ rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet ta' CO2 tibqa' tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fil- fl-Unjoni kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotot/flotta kollha tal- karozzi u tal-vetturi kummerċjali fil- fl-Unjoni .

(12)  Id-determinazzjoni ta' rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet tas-CO2 tibqa' tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fl-Unjoni kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotot il-ġodda kollha tal-karozzi u tal-vetturi kummerċjali ħfief tagħhom fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-elementi koperti minn din l-emenda huma marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)   L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil1a fl-2016 identifikat ħtieġa ta' aktar kjarifika u simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, li tista' żżid ir-rilevanza, l-effikaċja, l-effiċjenza u l-koerenza tagħha. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/9481b għandha l-għan li tinkoraġġixxi applikazzjoni armonizzata tad-Direttiva 1999/94/KE. Madankollu, rekwiżiti tal-Unjoni mfassla aħjar u aktar armonizzati dwar it-tikkettar tal-karozzi li jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni komparabbli, affidabbli u faċli għall-utenti dwar il-benefiċċji ta' karozzi b'emissjonijiet baxxi, inkluża informazzjoni dwar it-tniġġis tal-arja u l-ispejjeż operattivi flimkien mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, jistgħu jappoġġaw l-użu ta' karozzi bl-aktar fjuwil effiċjenti u favur l-ambjent fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina d-Direttiva 1999/94/KE mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 u tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti. Barra minn hekk, simili għall-karozzi tal-passiġġieri, is-settur tal-vetturi kummerċjali ħfief jista' jibbenefika wkoll mill-introduzzjoni ta' tali tikketta dwar l-ekonomija tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza wkoll dawk l-għażliet għal dak is-settur, u fejn xieraq, tressaq proposti leġiżlattivi rilevanti.

 

_______________

 

1a Id-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16).

 

1b Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/948 tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-użu tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 approvati għat-tip u mkejla skont il-Proċedura tat-Test Dinji Armonizzat għall-Vetturi Ħfief meta din l-informazzjoni tingħata lill-konsumaturi b'konformità mad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 100).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-livelli ta' tnaqqis għall-flotot tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni kollha għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-2030. Dan l-approċċ fi stadji jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija awtomobilistika biex ma tittardjax fl-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero.

(13)  Il-livelli ta' tnaqqis għall-flotot tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ fi stadji jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija awtomobilistika biex ma tittardjax fl-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero. Barra minn hekk, sabiex jinżamm il-momentum tat-tnaqqis tal-emissjonijiet lil hinn mill-2030, mill-inqas l-istess perkors ta' tnaqqis tal-emissjonijiet jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2031 u b'hekk jippermetti d-dekarbonizzazzjoni tas-settur b'konformità mal-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ewlenin ta' vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta' quddiem fit-tmexxija teknoloġika f'dan is-settur, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u s-settur awtomobilistiku globali qiegħed jinbidel malajr permezz ta' innovazzjonijiet ġodda f'sistemi ta' motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi inċentiv partikolari fil-qasam ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li joħloq suq domestiku kbir u li jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.

(14)  Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ewlenin ta' vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta' quddiem fit-tmexxija teknoloġika f'dan is-settur, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u s-settur awtomobilistiku globali qiegħed jinbidel malajr permezz ta' innovazzjonijiet ġodda f'sistemi ta' motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobilità kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Jekk l-industrija tal-Unjoni ddum biex tinvolvi ruħha fit-tranżizzjoni tal-enerġija meħtieġa fis-settur tat-trasport, din tirriskja li titlef ir-rwol mexxej tagħha. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi mekkaniżmu ta' politika partikolari fil-qasam ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li joħloq suq domestiku kbir u li jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  L-għan fit-tul ta' mobilità tal-Unjoni kompletament dekarbonizzata mhux se jkun jista' jintlaħaq mingħajr innovazzjoni teknoloġika u progress tekniku. F'dan is-sens, u fid-dawl ta' kompetizzjoni teknoloġika internazzjonali ħarxa, huwa essenzjali li l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jkomplu fl-isforzi tagħhom sabiex jesploraw u jiżviluppaw l-inizjattivi li jsaħħu s-sinerġiji possibbli tas-settur, bħall-Union Batteries Alliance reċenti, u jappoġġaw l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u fl-innovazzjoni tal-industrija tal-karozzi tal-Unjoni, sabiex it-teknoloġija tal-Unjoni tibqa' fil-quċċata ta' dan is-settur u tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-għodda industrijali, filwaqt li tinżamm effiċjenti u kompetittiva fis-suq dinji.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta' inċentiv dedikat biex jiffaċilita tranżizzjoni bla intoppi lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dan il-mekkaniżmu ta' kreditu jenħtieġ li jiġi ddiżinjat b'tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni.

(15)  Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta' politika dedikat biex jiffaċilita u jaċċellera tranżizzjoni bla intoppi lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dan il-mekkaniżmu ta' kreditu u ta' dejn jenħtieġ li jiġi ddiżinjat b'tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni u li jiżgura ċertezza tal-investiment biex tkun introdotta fil-ħin u b'mod adegwat l-infrastruttura meħtieġa tal-iċċarġjar.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-istabbiliment ta' punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-UE, flimkien ma' mekkaniżmu ddiżinjat tajjeb għall-aġġustament tal-mira tas-CO2 speċifika għall-manifattur, abbażi tas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero li jkollu manifattur fil-flotta tiegħu, huma maħsuba li jipprovdu sinjal b'saħħtu u kredibbli għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' vetturi bħal dawn filwaqt li jippermetti t-titjib tal-effiċjenza tal-magni b'kombusjoni interna konvenzjonali.

(16)  L-istabbiliment ta' punt ta' riferiment b'saħħtu għas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta tal-UE, flimkien ma' mekkaniżmu ddiżinjat tajjeb għall-aġġustament tal-mira tas-CO2 speċifika għall-manifattur, abbażi tas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero li jkollu manifattur fil-flotta tiegħu, huma maħsuba li jipprovdu sinjal b'saħħtu u kredibbli għall-iżvilupp, l-introduzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' vetturi bħal dawn filwaqt li jippermetti t-titjib tal-effiċjenza tal-magni b'kombusjoni interna konvenzjonali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Fid-determinazzjoni tal-krediti għall-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, huwa xieraq li titqies id-differenza fl-emissjonijiet tas-CO2 bejn il-vetturi. Il-mekkaniżmu ta' aġġustament jenħtieġ li jiżgura li manifattur li jaqbeż il-livell ta' referenza jkun jibbenefika minn mira speċifika ogħla ta' emissjonijiet tas-CO2. Biex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għal-livell ta' aġġustament possibbli fi ħdan dak il-mekkaniżmu. Dan ikun jipprevedi ċerti inċentivi u b'hekk iħeġġeġ l-introduzzjoni f'waqtha tal-infrastruttura għaċ-ċarġjar u tal-fjuwil u jrendi benefiċċji kbar għall-konsumaturi, għall-kompetittività u għall-ambjent.

(17)  Fid-determinazzjoni tal-punti ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, huwa xieraq li titqies id-differenza fl-emissjonijiet tas-CO2 bejn il-vetturi. Il-mekkaniżmu ta' aġġustament jenħtieġ li jiżgura li manifattur li jaqbeż il-livell ta' referenza jkun jibbenefika minn mira speċifika ogħla ta' emissjonijiet tas-CO2, għalkemm manifattur li ma jilħaqx il-punt ta' riferiment ikollu jikkonforma ma' mira tas-CO2 aktar stretta. Biex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat, jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għal-livell ta' aġġustament possibbli fi ħdan dak il-mekkaniżmu. Dan se jipprevedi ċerti inċentivi u b'hekk iħeġġeġ l-introduzzjoni f'waqtha tal-infrastruttura għaċ-ċarġjar u tal-fjuwil u jrendi benefiċċji kbar għall-konsumaturi, għall-kompetittività u għall-ambjent.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) L-investimenti f'waqthom u suffiċjenti jenħtieġ li jsiru kemm fil-produzzjoni kif ukoll fl-introduzzjoni ta' vetturi b'emissjonijiet żero u baxxi u fl-infrastruttura ta' appoġġ globali li hija meħtieġa, inkluż il-produzzjoni, il-provvista u r-riċiklaġġ sostenibbli tal-batteriji. Strumenti ta' appoġġ differenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak tal-Istati Membri jeħtieġ li jaħdmu flimkien b'mod effettiv filwaqt li jimmobilizzaw u jinċentivaw għadd ġmielu ta' investiment pubbliku u privat. Jeħtieġ li l-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment tiddaħħal malajr kemm jista' jkun sabiex tipprovdi fiduċja lill-konsumaturi u ċertezza tan-negozju għall-manifatturi tal-vetturi. Għalhekk, jenħtieġ li tiġi appoġġata l-manifattura tal-batterija u taċ-ċelloli tal-batteriji fl-Unjoni, possibbilment, viċin is-siti tal-manifattura tal-vetturi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom intwera effett ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fil-proċedura tat-test uffiċjali. B'konsegwenza, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista' jqis għall-finijiet ta' konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà tirrevedi l-livell ta' limitu, biex b'mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura tat-test uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.

(23)  Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom intwera effett ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fil-proċedura tat-test uffiċjali. B'konsegwenza, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista' jqis għall-finijiet ta' konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà tirrevedi l-livell ta' limitu u taġġustah 'l isfel, biex b'mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura tat-test uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Fil-każijiet fejn għal vetturi kummerċjali ħfief tqal (kategorija N1 Klassi III) l-inklużjoni ta' batterija elettrika tista' żżid il-piż tal-vettura sal-punt li din tiġi kklassifikata mill-ġdid fil-kategorija N2, din il-problema teknika jenħtieġ li tiġi indirizzata.

Ġustifikazzjoni

L-elettrifikazzjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief tista' żżid il-piż tagħhom minħabba l-piż tal-batteriji. Jekk il-piż akbar iwassal biex jiżdied il-limitu tal-piż tal-klassi tiegħu, l-isforzi taż-żieda fin-numru ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi u żero fi flotta ma jistgħux jitqiesu skont dan ir-regolament. Mod kif dan jista' jiġi indirizzat jista' jkun li jiġi estiż il-limitu tal-piż għal din il-klassi f'dawk il-każijiet fejn iż-żieda tal-piż tkun marbuta b'mod ċar mal-isforzi tat-tnaqqis fl-emissjonijiet permezz ta' sistema ta' propulsjoni alternattiva.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-proċedura biex jingħataw derogi mill-mira ta' 95 g CO2/km għall-flotta kollha għal manifatturi tal-karozzi speċjalizzati żgurati li l-isforz ta' tnaqqis meħtieġ mill-manifatturi speċjalizzati huwa konsistenti ma' dak ta' volum kbir ta' manifatturi fir-rigward ta' dik il-mira. Madankollu l-esperjenza turi, li l-manifatturi speċjalizzati għandhom l-istess potenzjal bħal dak tal-manifatturi l-kbar biex jilħqu l-miri ta' CO2 u fir-rigward tal-miri stabbiliti mill-2025 'il quddiem mhuwiex ikkunsidrat xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk iż-żewġ kategoriji ta' manifatturi.

(28)  L-esperjenza turi, li l-manifatturi speċjalizzati għandhom l-istess potenzjal bħal dak tal-manifatturi l-kbar biex jilħqu l-miri tas-CO2, u għalhekk, m'għadux ikkunsidrat xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk iż-żewġ kategoriji ta' manifatturi.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-elementi koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  L-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief jitkejlu fuq bażi armonizzata fl-Unjoni konformement mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu jenħtieġ li titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda u vetturi kummerċjali ħfief fil- fl-Unjoni miġbura mill-Istati Membri u rrapurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' din id-data jenħtieġ li jiġu armonizzati kemm jista' jkun. Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li tipprovdi data korretta u sħiħa għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata b'mod ċar, flimkien mal-ħtieġa għal kooperazzjoni effikaċi bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' kwalità tad-data.

(37)  L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief jitkejlu fuq bażi armonizzata fl-Unjoni konformement mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Sabiex il-piż amministrattiv taħt dan ir-Regolament jitnaqqas kemm jista' jkun, il-konformità miegħu jenħtieġ li titkejjel permezz ta' referenza għad-data dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda u vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni miġbura mill-Istati Membri u rrapurtata lill-Kummissjoni. Biex tiġi żgurata l-konsistenza tad-data li tintuża għall-valutazzjoni tal-konformità, ir-regoli għall-ġbir u r-rappurtar ta' din id-data jenħtieġ li jiġu armonizzati. Ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti li jipprovdi data korretta u sħiħa għalhekk jenħtieġ li tiġi ddikjarata b'mod ċar, flimkien mal-ħtieġa għal kooperazzjoni effikaċi bejn dawk l-awtoritajiet u l-Kummissjoni fl-indirizzar ta' kwistjonijiet ta' kwalità tad-data.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-elementi koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)   Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta' kull sena kalendarja. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni .

(38)   Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta' kull sena kalendarja. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u jintużaw biex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw ukoll biex jikkomplementaw programmi mmirati għal taħriġ mill-ġdid, titjib tal-ħiliet u edukazzjoni tal-ħaddiema affettwati minn bidliet strutturali fis-settur tal-karozzi, u inizjattivi ta' riallokazzjoni tal-ħaddiema u ta' tfittxija ta' impjieg fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali, il-komunitajiet u l-awtoritajiet kompetenti fir-reġjuni affettwati mit-tranżizzjoni tal-impjiegi.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura tat-test uffiċjali tkun rappreżentattiva. Skont l-Opinjoni tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM)23 u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku24, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat li tiżgura li data bħal din tkun pubblikament disponibbli, u, fejn meħtieġ, tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn.

(41)  L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura tat-test uffiċjali tkun rappreżentattiva. Skont l-Opinjoni tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM)23 u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku24, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. L-aktar mod affidabbli biex tkun żgurata rappreżentanza tal-użu reali tal-valuri tal-approvazzjoni tat-tip huwa billi jkun introdott test tal-emissjonijiet tas-CO2 f'użu reali. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li permezz ta' atti delegati, u b'kunsiderazzjoni tal-adegwatezza tal-użu tal-PEMS, tiżviluppa test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali u tintroduċih l-aktar tard sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madankollu, sakemm dak it-test isir applikabbli, il-konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi żgurata bl-użu ta' data mill-miters tal-konsum tal-fjuwil irrappurtati mill-manifatturi u flimkien ma' limitu, stabbilit għal kull manifattur fl-2021 bħala perċentwali ta' differenza li ma għandhiex tinqabeż. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat li tiżgura li data tal-konsum tal-fjuwil tkun pubblikament disponibbli, u li tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għar-rapportar ta' tali data meħtieġa għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa f'każ li l-manifatturi ma jkunux konformi mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali skont dan ir-Regolament.

__________________

__________________

23 Opinjoni Xjentifika 1/2016 tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi, "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing"

23 Opinjoni Xjentifika 1/2016 tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi, "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing"

24 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2908 (RSP))

24 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2908 (RSP))

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a)  Fil-preżent, m'hemmx mod armonizzat sabiex jiġu vvalutati l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vetturi ħfief. Huwa xieraq li l-Kummissjoni tipprovdi analiżi bħal din sa tmiem l-2026 biex tippreżenta stampa wiesgħa tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-settur ta' vetturi ħfief. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa, permezz ta' atti delegati, metodoloġija komuni tal-Unjoni għal rapportar konsistenti ta' data, mill-2025, mill-manifatturi dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-tipi kollha ta' fjuwils u ta' vetturi bil-motopropulsjoni li huma jqiegħdu fis-suq. Tali metodoloġija jenħtieġ ukoll li tkun konformi mal-istandards ISO rilevanti u tirrappreżenta l-potenzjal ta' tisħin globali (GWP) ta' vettura mill-produzzjoni sal-utilizzazzjoni, mit-tank sar-rota, u l-emissjonijiet tal-produzzjoni u dawk fi tmiem il-ħajja. L-analiżi tal-Kummissjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq id-data rrapportata mill-manifatturi kif ukoll fuq kwalunkwe data rilevanti oħra disponibbli.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Sabiex jiġu emendati jew supplementati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat- it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' għall-emendar tal-Annessi II u III fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data, li jissupplementaw ir-regoli dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibilità għal derogi minn miri tal-emissjonijiet speċifiċi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal deroga u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta' programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2, l-aġġustament taċ-ċifra ta' M0 u TM0 , imsemmija fl-Artikolu 13 , il-limitu ta' 7 g CO2/km imsemmi fl-Artikolu 11, u l-aġġustament tal-formuli fl-Anness I imsemmija fl-Artikolu 14(3) . Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni tagħmel il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-fażi tal-ħidma ta' tħejjija, inkluż fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet . B'mod partikolari biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom ukoll l-esperti tal-Istati Membri u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(46)  Sabiex jiġu emendati jew supplementati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-Annessi II u III fir-rigward tar-rekwiżiti tad-data u l-parametri tad-data, li jistabbilixxu r-rekwiżiti biex tkun żgurata l-konformità mal-projbizzjoni tal-apparat ta' manipulazzjoni u l-kontenut mitlub tal-pakkett ta' dokumentazzjoni estiż imsemmi fl-Artikolu 4(3c), li jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri għar-rapportar tal-emissjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fl-Artikolu 7(8a), li jissupplementaw ir-regoli dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji ta' eliġibilità għal derogi minn miri tal-emissjonijiet speċifiċi, dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal deroga u dwar il-kontenut u l-valutazzjoni ta' programmi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2, l-aġġustament taċ-ċifra ta' M0 u TM0, imsemmija fl-Artikolu 13, il-limitu ta' 7 g CO2/km imsemmi fl-Artikolu 11, li jiżviluppaw test tal-emissjonijiet tas-CO2 f'użu reali kif imsemmi fl-Artikolu 12(1a) u l-aġġustament tal-formuli fl-Anness I imsemmija fl-Artikolu 14(3). Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet . B'mod partikolari biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti rilevanti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Ġustifikazzjoni

Aġġustament meħtieġ minħabba s-setgħat delegati ġodda fl-Artikolu 7(8a) u l-Artikolu 12(1a) – ara l-ġustifikazzjonijiet hemmhekk.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment tal-emmissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u biex tikkonforma mal-impenji tagħha dwar il-klima fil-livell internazzjonali, b'mod li jkun konsistenti mal-funzjonament korrett tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mill-1 ta' Jannar 2025 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

4.  Mill-1 ta' Jannar 2025 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;

(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 20 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;

(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I;

(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 20 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mill-1 ta' Jannar 2025, punt ta' referenza ugwali għal 20 % mis-sehem tas-suq tal-bejgħ ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2025, għandu japplika għas-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jew żero, li għandu jkun determinat b'konformità mal-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I u l-punt 6.3 tal-Parti B tal-Anness I rispettivament.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Mill-1 ta' Jannar 2030 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin:

5.  Mill-1 ta' Jannar 2030 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin:

(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 30 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti A tal-Anness I;

(a)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 45 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti A tal-Anness I;

(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 30 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti B tal-Anness I.

(b)  għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 45 % tal-medja tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi fl-2021, determinata skont il-punt 6.1.2 tal-Parti B tal-Anness I.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mill-1 ta' Jannar 2030 punt ta' referenza ugwali għal 40 % mis-sehem tas-suq tal-bejgħ ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-2030, għandu japplika għas-sehem ta' vetturi b'emissjonijiet baxxi jew żero, li għandu jiġi determinat skont il-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I u l-punt 6.3 tal-Parti B tal-Anness I rispettivament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ("vetturi kummerċjali ħfief") li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni ("vetturi kummerċjali ħfief ġodda").

(b)  tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża b'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ("vetturi kummerċjali ħfief") li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni ("vetturi kummerċjali ħfief ġodda"). B'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li taġġorna, jekk ikun meħtieġ, il-limitu tal-massa ta' referenza (2 610 kg) għall-vetturi kummerċjali ħfief li jużaw fjuwils alternattivi li jeħtieġu piż addizzjonali minħabba sistemi ta' propulsjoni u ta' ħażna tal-enerġija (eż. batteriji) itqal minn dawk użati fil-vetturi konvenzjonali.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi b'massa massima awtorizzata ta' aktar minn 3 500 kg iżda li ma taqbiżx l-4 250 kg, dment li l-massa żejda ta' 3 500 kg tkun esklussivament dovuta għall-eċċess tal-massa tas-sistema ta' propulsjoni meta mqabbla mas-sistema ta' propulsjoni ta' vettura tal-istess dimensjonijiet mgħammra b'magna b'kombustjoni interna konvenzjonali bi tqabbid pożittiv jew bi tqabbid bil-kompressjoni.

Ġustifikazzjoni

L-elettrifikazzjoni ta' vetturi kummerċjali ħfief tista' żżid il-piż tagħhom minħabba l-piż tal-batteriji. Jekk il-piż akbar iwassal biex jiżdied il-limitu tal-piż tal-klassi tiegħu, l-isforzi taż-żieda fin-numru ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi u żero fi flotta ma jistgħux jitqiesu skont dan ir-regolament. Mod kif dan jista' jiġi indirizzat jista' jkun li jiġi estiż il-limitu tal-piż għal din il-klassi f'dawk il-każijiet fejn iż-żieda tal-piż tkun marbuta b'mod ċar mal-isforzi tat-tnaqqis fl-emissjonijiet permezz ta' sistema ta' propulsjoni alternattiva.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  "apparat ta' manipulazzjoni" tfisser element tad-disinn li jħoss it-temperatura, il-veloċità tal-vettura, id-dawrien tal-magna (RPM), il-ger tat-trasmissjoni, il-vakwu fil-manifold jew parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta' xi sistema jew parti minn sistema li żżid l-emissjonijiet tas-CO2 taħt kundizzjonijiet li wieħed raġonevolment jistenna li jiltaqa' magħhom waqt it-tħaddim u l-użu normali ta' vettura.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet koperti minn din l-emenda huma marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-manifattur għandu jattrezza l-vetturi b'mod li s-sistemi u l-komponenti li jistgħu jaffettwaw l-emissjonijiet jiġu ddisinjati, mibnija u assemblati bil-għan li jippermettu li l-vetturi tal-passiġġieri jew il-vetturi kummerċjali ħfief tal-manifattur, fl-użu normali, jikkonformaw mal-miri ta' emissjonijiet speċifiċi u rekwiżiti oħra skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-użu ta' apparat ta' manipulazzjoni għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika fejn:

 

(a)  il-bżonn tal-apparat huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' protezzjoni tal-magna minn ħsara jew inċidenti u għat-tħaddim sikur tal-vettura;

 

(b)  l-apparat ma jaħdimx lil hinn mill-ħtiġijiet tat-tqabbid tal-magna; jew

 

(c)  il-kundizzjonijiet huma sostanzjalment inklużi fil-proċeduri tat-test skont l-Artikolu 1.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jkunu jistgħu jivvalutaw il-konformità mal-paragrafi 3a u 3b, il-manifattur għandu jipprovdi pakkett ta' dokumentazzjoni estiż. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat b'konformità mal-Artikolu 16 biex tissupplementa dan ir-Regolament b'rekwiżiti li jiżguraw il-konformità mal-projbizzjoni ta' apparat ta' manipulazzjoni u l-kontenut meħtieġ tal-pakkett ta' dokumentazzjoni estiż.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għas- kull sussegwenti, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida u kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Partiijiet A tal-Annessi II u III. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità.

1.  Għal kull sena kalendarja, kull Stat Membru għandu jirreġistra informazzjoni għal kull karozza tal-passiġġieri ġdida u kull vettura kummerċjali ħafifa ġdida li tiġi rreġistrata fit-territorju tiegħu skont il-Partiijiet A tal-Annessi II u III. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-manifatturi u l-importaturi jew ir-rappreżentanti nominati tagħhom f'kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tar-rappurtaġġ jaħdmu b'mod trasparenti. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li ma jkollhomx l-approvazzjoni tat-tip konformement mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 jitkejlu u jiġu reġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament, inkluż f'format diġitali.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 5 - subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifatturi jistgħu, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żbalji fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.

Il-manifatturi għandhom, fi żmien tliet xhur minn meta jiġu nnotifikati dwar il-kalkolu proviżorju taħt il-paragrafu 4, jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe żball fid-data, fejn jispeċifikaw l-Istat Membru li fih iqisu li jkun seħħ l-iżball.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 510/2011 jipprevedi reviżjoni tal-miri u l-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-modalitajiet koperti minn din l-emenda huma intrinsikament marbuta mal-objettiv ta' dan ir-Regolament u mal-kisba tal-miri stabbiliti fih.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 8 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' devjazzjonijiet bħal dawn u biex dawn jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' devjazzjonijiet bħal dawn u biex dawn jitqiesu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. Dawk il-proċeduri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Mill-1 ta' Jannar 2025 'il quddiem il-manifatturi għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, abbażi ta' metodoloġija armonizzata tal-Unjoni, dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi ġodda kollha tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief li huma jqiegħdu fis-suq minn dik id-data. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022, atti delegati skont l-Artikolu 16 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar taċ-ċiklu tal-ħajja globali tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-tipi kollha ta' fjuwils u vetturi bil-motopropulsjoni reġistrati fis-suq tal-Unjoni.

 

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja globali tal-emissjonijiet minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda fl-Unjoni, inkluża analiżi tal-għażliet għal miżuri regolatorji possibbli, sabiex tidderieġi aħjar l-isforzi futuri tal-politika tat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur. Dik l-analiżi għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni .

4.   L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw il-miżuri tal-Unjoni u dawk nazzjonali, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, biex jippromwovu l-formazzjoni tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tal-karozzi fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni, sabiex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobilità b'emissjonijiet żero.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 tiegħu u b'konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. L-applikazzjoni għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tal-ewwel sena li fiha għandha tapplika d-deroga.

3.  Fejn il-Kummissjoni tqis li manifattur ikun eliġibbli għal deroga li għaliha saret applikazzjoni taħt il-paragrafu 1 u tkun sodisfatta li l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi proposta mill-manifattur hija konsistenti mal-potenzjal għat-tnaqqis tiegħu, inkluż il-potenzjal ekonomiku u teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tiegħu u b'konsiderazzjoni għall-karatteristiċi tas-suq għat-tip ta' karozza tal-passiġġieri jew ta' vettura kummerċjali ħafifa manifatturata, il-Kummissjoni għandha tagħti deroga lill-manifattur. L-applikazzjoni għandha titressaq sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru tal-ewwel sena li fiha għandha tapplika d-deroga.

Ġustifikazzjoni

Korrezzjoni ta' ommissjoni fil-proposta.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli.

Tali teknoloġiji għandhom jiġu kkunsidrati biss jekk il-metodoloġija użata biex tivvalutahom tkun kapaċi tipproduċi riżultati verifikabbli, ripetibbli u komparabbli, u biss sakemm il-valur imkejjel skont id-WLTP ma jkunx komplimentat jew sostitwit b'data oħra li tkun aktar rappreżentattiva tal-emissjonijiet f'użu reali.

Ġustifikazzjoni

Inevitabbli għal-loġika interna tat-test.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien 12-il xahar mill-approvazzjoni ta' teknoloġija innovattiva jew pakkett ta' teknoloġija innovattiva, il-fornitur jew il-manifattur ta' tali teknoloġija innovattiva jew pakkett ta' teknoloġija innovattiva għandu jipprovdi evidenza bbażata fuq ir-riżultati minn testijiet tal-emissjonijiet f'sewqan fl-użu reali fuq vetturi tal-produzzjoni biex tiġi vvalidata l-kontribuzzjoni ta' tali teknoloġija jew pakkett ta' teknoloġija.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' taġġusta l-limitu mill-2025 'il quddiem. Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 16.

Il-Kummissjoni tista' taġġusta l-limitu 'l isfel mill-2025 'il quddiem. Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 16.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni. Mill-1 ta' Jannar 2025, dan il-kriterju m'għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata.

(d)  it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni. Mill-1 ta' Jannar 2025, dan il-kriterju m'għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata u tat-tisħin.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien.

1.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Sabiex tiġi żgurata r-rappreżentanza msemmija fil-paragrafu 1, il-konformità ma' dan ir-Regolament, sa mill-1 ta' Jannar 2023, għandha titkejjel permezz ta' test tal-emissjonijiet tas-CO2 f'użu reali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16, l-aktar tard sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tiżviluppa test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali bl-użu tal-PEMS.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.   Sakemm it-test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali jsir applikabbli, il-konformità ma' dan ir-Regolament għandha titkejjel abbażi tad-data mill-miters tal-konsum tal-fjuwil u suġġett għal limitu stabbilit għal kull manifattur fl-2021 bħala differenza perċentwali li ma għandhiex tinqabeż, bejn dik id-data u l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi li jkunu mkejla għall-fini ta' proċeduri ta' ċertifikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip mibdija mill-2021 'il quddiem b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.   Meta l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur jaqbżu l-limitu stabbilit fil-paragrafu 1b, il-mira speċifika tal-emissjonijiet tas-CO2 għal dak il-manifattur, li tintuża għall-fini tal-konformità ma' dan ir-Regolament, għandha tiġi aġġustata mal-limitu maqbuż identifikat.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif ir-rappreżentanza f'użu reali msemmija fil-paragrafu 1 tevolvi maż-żmien.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Meta ma jkunux disponibbli standards xierqa ta' preċiżjoni għal tagħmir abbord li jkejjel il-konsum tal-fjuwil, il-Kummissjoni għandha tagħti l-mandat biex issir ħidma sabiex ikun hemm qbil dwar standards tekniċi u tintroduċihom fid-dritt tal-UE sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020.

Ġustifikazzjoni

Attwalment, standards xierqa ta' preċiżjoni għal tagħmir li jkejjel il-konsum tal-fjuwil ta' vetturi tal-elettriku tal-batterija, vetturi biċ-ċelluli tal-fjuwil u LPG mhumiex disponibbli.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta l-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rappurtar ta' data mill-miters tal-konsum tal-fjuwil. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u tista', fejn xieraq, tirrevedi il-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet ta' CO2 hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b'mod adegwat ir-rendiment reali tal-emmissjonijiet ta'CO2 tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u tista', fejn xieraq, tirrevedi l-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet tas-CO2 hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b'mod adegwat ir-rendiment reali tal-emmissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief, inkluż bl-użu tal-PEMS u t-telerilevament.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.   Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tirrieżami d-Direttiva 1999/94/KE, u fejn xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti sabiex tipprovdi lill-konsumaturi informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil, tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri fis-suq.

 

Fil-kuntest tar-rieżami msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha wkoll tevalwa l-għażliet biex tintroduċi tikketta tal-ekonomija tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u, fejn xieraq, tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti għal dak il-għan.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tistabbilixxi miri addizzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda mill-1 ta' Jannar 2031 bil-ħsieb li tal-inqas iżżomm it-trajettorja ta' tnaqqis tal-emissjonijiet miksuba fil-perjodu sal-2030.

Ġustifikazzjoni

Marbuta b'mod intrinsiku ma' emendi oħrajn.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa biex tadotta atti delegati msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), Artikolu 13(2) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) għal perjodu ta' żmien indefinit minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] .

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3a), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7) u (8a), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12(1a), l-Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] .

 

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar 'il quddiem speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

2.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3c), fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 7(8a), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12(1a), l-Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Att delegat adottat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1) , Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn ta' notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

4.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3c), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(7), l-Artikolu 7(8a), l-Artikolu 10(8), ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 11(1) , l-Artikolu 12(1a), l-Artikolu 13(2) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma' jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 11a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 biex tiddetermina l-proċedura għall-verifika tal-konformità fis-servizz tal-vetturi ħfief fir-rigward tal-valuri ċertifikati tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati skont l-Artikolu 14a biex tiddetermina l-proċedura għall-verifika tal-konformità fis-servizz tal-vetturi ħfief fir-rigward tal-valuri ċertifikati tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ma ġiex adattat skont it-Trattat ta' Lisbona. Madankollu l-PE esprima l-pożizzjoni ċara tiegħu fil-kuntest tar-rapport Dess u r-rakkomandazzjonijiet tal-EMIS li l-Atti Delegati jkunu l-unika proċedura xierqa għad-determinazzjoni tal-proċeduri tat-test.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 14 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 14a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 11a(2) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 11a(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 11a(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

___________________

 

* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.".

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 ma ġiex adattat skont it-Trattat ta' Lisbona. Madankollu l-PE esprima l-pożizzjoni ċara tiegħu fil-kuntest tar-rapport Dess u r-rakkomandazzjonijiet tal-EMIS li l-Atti Delegati jkunu l-unika proċedura xierqa għad-determinazzjoni tal-proċeduri tat-test.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6 – punt 6.3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' din il-formula, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-2021 kif iddefinita fil-punt 4 għandha tiġi kkoreġuta sabiex titqies id-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP imkejla u l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP iddikjarati.

 

Għal manifatturi ġodda, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tiżviluppa formula għall-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi rilevanti tal-2021 għal kull manifattur.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6.3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jewkif meħtieġ

Għall-perjodu 2025 sa 2029, fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05. jekk din is-somma tkun bejn 1.0 u 0.98, il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.0, jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0.95, il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 0.95;

 

Mill-2030 'il quddiem, fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 0.95, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 0.95, kif meħtieġ

Emenda    64

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6.3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

x huwa 15% fis-snin 2025 sa 2029 u 30% fl-2030 'il quddiem.

x huwa 20 % fis-snin 2025 sa 2029 u 40 % fl-2030 'il quddiem.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – punt 6.3 – punt 6.3.1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' din il-formula, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-2021 kif iddefinita fil-punt 4 għandha tiġi kkoreġuta sabiex titqies id-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP imkejla u l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP iddikjarati.

 

Għal manifatturi ġodda, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tiżviluppa formula għall-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi rilevanti tal-2021 għal kull manifattur.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6.3.1 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 1.0, kif meħtieġ

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05; jekk din is-somma tkun bejn 1.0 u 0.98, il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.0, jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0.95, il-fattur ŻLEV għandu jkun stabbilit għal 0.95.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6.3.1 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

x huwa 15%

x huwa 20 %

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – punt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet tal-kalkolu ta' din il-formula, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tal-2021 kif iddefinita fil-punt 4 għandha tiġi kkoreġuta sabiex titqies id-differenza bejn l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP imkejla u l-emissjonijiet tas-CO2 WLTP iddikjarati.

 

Għal manifatturi ġodda, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 16 sabiex temenda dan ir-Regolament billi tiżviluppa formula għall-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi rilevanti tal-2021 għal kull manifattur.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6.3.2 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 1.0 kif meħtieġ

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 0.95, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 0.95, kif meħtieġ

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6.3.2 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

x huwa 30%

x huwa 40 %

(1)

  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Standards ta' rendiment imtejjeb tal-emissjonijiet għal karozzi ġodda tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 filwaqt li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjoni tal-gassijiet serra u l-mitigazzjoni tat-titbdil fil-klima. Fl-istess waqt, standards xierqa jistgħu jwasslu għal iffrankar konsiderevoli ta' fjuwil lill-konsumaturi u jistgħu jwasslu wkoll għal titjib fil-kwalità tal-arja għaċ-ċittadini tagħna.

Ir-rapporteur tqis li hu fundamentali li jkollna l-miri tas-CO2 l-ġusti għall-vetturi għal bidla lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi. Dan huwa neċessarju sabiex l-Unjoni tikkontribwixxi s-sehem ġust tagħha għall-isforzi globali, filwaqt li tiżgura l-kompetittività tal-industrija tal-manifattura Ewropea tal-vetturi.

Qed isseħħ bidla b'rata mgħaġġla fix-xena globali tal-karozzi tal-lum. Enfasi akbar fuq l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda se jgħinu lill-industrija Ewropea tadatta għal ħtiġiet li dejjem qed jinbidlu. Barra minn hekk, żviluppi konsistenti fit-teknoloġija tal-batterija u taċ-ċelloli tal-fjuwil huma mistennija li jirriżultaw f'żieda aktar mgħaġġla fl-ishma tas-suq globali għal vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero għas-snin li ġejjin.

Ir-rapporteur tirrikonoxxi li s'issa kienu l-istandards ambizzjużi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet li diġà jeżistu li ħeġġew għal iktar innovazzjoni. Barra minn hekk, l-industrija awtomobilistika hija settur ekonomiku fejn it-teknoloġiji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet affordabbli diġà jeżistu, u dawn jistgħu jippermettu aktar trasformazzjoni kosteffikaċi u estensiva. B'hekk, il-miri tas-CO2 u livell ta' referenza għal vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero stabbilit f'dan ir-regolament iridu jkunu ambizzjużi biżżejjed biex ikunu konformi mal-objettivi klimatiċi tal-Unjoni u jgħinu biex isostnu tranżizzjoni teknoloġika effettiva lejn ekonomika b'livell baxx ta' karbonju.

Hu importanti li jkollna l-miri tas-CO2 l-ġusti u l-mekkaniżmi ta' politika rikjesti li jappoġġaw vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero biex tinkiseb teknoloġija newtrali, tiġi evitata d-distorsjoni fis-suq u tiġi stimolata l-produzzjoni teknoloġika u l-iżvilupp fi ħdan l-UE. Biex inkunu żguri li ninsabu konformi mal-impenji klimatiċi tagħna filwaqt li nissalvagwardjaw il-kompetittività tal-industrija awtomobilistika tal-UE it-tnaqqis tas-CO2 jeħtieġ li jkun tassew funzjonabbli sal-2025. Jekk inħallu l-miri ta' tnaqqis sal-2030 dan iwassal biex ikollna biss tnaqqis teoretiku. Għalhekk, ir-Regolament attwali jeħtieġ li jistabbilixxi tnaqqis tas-CO2 u miri ZLEV aktar qawwija u ambizzjużi biex niżguraw li l-UE tkun konformi mal-impenji klimatiċi tagħha fuq terminu twil u twassal il-benefiċċji liċ-ċittadini u l-konsumaturi tagħna.

Ir-rapporteur temmen li miri ta' tnaqqis tas-CO2 ambizzjużi għal vetturi ħfief u suq b'saħħtu u stabbli għall-ZLEVs se jgħinu biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku filwaqt li jsaħħu l-kompetittività tal-industrija Ewropea. Il-bidla mid-dipendenza fuq iż-żejt importat u prodotti petroliferi lejn l-enerġija u l-elettriku prodotti internament hija mistennija tirriżulta f'żieda fil-PDG u f'impjiegi domestiċi fil-provvista tal-elettriku u s-setturi relatati tagħha. It-tranżizzjoni lejn il-mobilità b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju se tgħin biex iġib it-tkabbir fil-katina tal-provvista ta' vetturi bil-mutur u se tgħin biex tingħata spinta lill-impjiegi f'setturi industrijali rilevanti. Minkejja spiża inizjali preżunta u temporanjament ogħla għax-xiri ta' vetturi, fuq perjodu twil, il-konsumaturi, kemm jekk ikunu l-ewwel sidien kif ukoll jekk ikunu s-sidien tal-vettura użata, se jibbenefikaw minn tnaqqis sinifikanti fl-ispiża totali tas-sjieda ta' karozzi, peress li se jħallsu anqas għall-fjuwil u għaż-żamma tal-vetturi tagħhom. Dan huwa mistenni li jħalli aktar flus disponibbli għall-konsumaturi li jistgħu jintużaw għax-xiri ta' oġġetti u servizzi oħra u b'hekk tingħata spinta lid-dħul reali, lill-infiq tal-konsumatur u jkompli jiżdied il-PDG.

It-tranżizzjoni lejn sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi għandhom jiġu assoċjati ma' bidliet strutturali fil-katina tal-valur tal-karozzi. Għal din ir-raġuni, huwa essenzjali li l-impatti soċjali inevitabbli tat-tranżizzjoni lejn emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-settur tal-karozzi jkunu kkunsidrati b'mod serju. Huwa daqstant importanti li l-Unjoni Ewropea tkun proattiva fl-indirizzar tal-implikazzjonijiet tal-impjiegi li se jkunu l-aktar evidenti fl-aktar reġjuni milquta. Il-miżuri ta' politika attwali għaldaqstant għandhom jiġu akkumpanjati minn programmi mmirati għal riallokazzjoni, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema. Il-programmi edukattivi u inizjattivi ta' tfittix ta' impjieg għandhom isiru fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali rilevanti kollha. Tali sforzi għandhom ikunu kkofinanzjati permezz tad-dħul assenjat miġbur tal-primjums imħallsa għal emissjonijiet addizzjonali taħt dan ir-Regolament.

Tranżizzjoni ta' suċċess tal mobilità lejn emissjonijiet baxxi u żero tirrikjedi qafas ta' politika koerenti għal vetturi, infrastrutturi, netwerks tal-elettriku, programmi ta' impjieg u inċentivi ekonomiċi madwar l-UE, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali. Dan imur id f'id mal-installazzjoni xierqa ta' fjuwils alternattivi. Din l-infrastruttura għandha tiġi stabbilita mingħajr dewmien biex tingħata fiduċja lill-konsumaturi u lix-xerrejja potenzjali ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet zero jew baxxi. Konsegwentement, skemi ta' appoġġ differenti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri jeħtieġ li jaħdmu flimkien b'mod effettiv biex jimmobilizzaw għadd ġmielu ta' investiment pubbliku u privat.

Ir-rapporteur tenfasizza li l-konsumaturi jesiġu valuri realistiċi tal-konsum tal-fjuwil biex jieħdu deċiżjonijiet b'mod infurmat qabel jixtru. Min-naħa l-oħra, tali informazzjoni se tgħin biex iġedded il-fiduċja tal-konsumatur. Rekwiżiti tal-Unjoni mfassla aħjar u aktar armonizzati dwar it-tikkettar tal-karozzi se jgħinu biex jipprovdu lill-konsumaturi b'informazzjoni komparabbli, affidabbli u faċli għall-utent dwar il-benefiċċji ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi u żero. Tali tikkettar għandu jinkludi informazzjoni dwar is-sustanzi niġġieża fl-arja, l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil flimkien mal-ispejjeż operattivi. Tikkettar xieraq tal-karozzi se jgħin ukoll biex isostni l-użu tal-fjuwil l-aktar effiċjenti u għal karozzi ekoloġiċi fl-Unjoni Ewropea.

Id-distakk li qed jikber bejn ċifri uffiċjali tal-approvazzjoni tat-tip u emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali għal karozzi ġodda tal-passiġġieri hu allarmanti; kien ta' 42 % fl-2015 u għadu qed jikber. Ir-rapporteur tinsab imħassba li dan id-distakk inaqqas b'mod sinifikanti l-effikaċja tar-regolamenti tas-CO2 attwali u jirrikjedi attenzjoni immedjata għar-regolamenti ta' wara l-2020. Filwaqt li l-bidla minn NEDC għal WLTP aktarx tħalli ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-approvazzjoni tat-tip aktar rappreżentattivi, mhijiex mistennija li tagħlaq id-distakk tal-emissjonijiet fid-dinja reali. Dan id-distakk li qed jikber għandu implikazzjonijiet sinifikanti għall-konsumaturi, għall-kwalità tal-arja u għal dawk li jfasslu l-politika u jeħtieġ li jkun indirizzat b'mod serju u effettiv.

L-opinjoni tar-rapporteur hi li l-aktar mod affidabbli biex tkun żgurata rappreżentanza tal-valuri tal-approvazzjoni tat-tip fl-użu reali hu billi jkun introdott test tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali, li l-Kummissjoni jeħtieġ li tingħata s-setgħa li tiżviluppa. Madankollu, sadattant u sakemm test fl-użu reali jidħol fis-seħħ u jsir applikabbli, il-konformità trid tiġi żgurata bl-użu ta' data mill-miters tal-konsum li jkunu rapportati mill-manifatturi flimkien ma' limitu li ma għandux jinqabeż u li għandu jkun fiss.

Fuq terminu twil, l-idea tar-rapporteur hi li tiżgura li jkun hemm fehim ċar tat-tul taċ-ċiklu tal-ħajja tad-diversi tipi ta' fjuwil tal-vetturi. Permezz ta' tali informazzjoni t-tfassil tal-politika fil-futur f'dan is-settur jista' jiġi mmudellat filwaqt li jiġi żgurat tnaqqis serju fl-emissjonijiet tul il-katina tal-valur kollha.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2018)16997

Is-Sa Adina-Ioana VĂLEAN

President, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

ASP 13E102

Brussell

Suġġett:  Proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni)

COM(2017)0676 - C8-0395/2017 - 2017/0293 (COD)

Sur President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet iridu jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizz Legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta' dan l-aħħar, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, wara li ddiskutieha fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta' April 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 21 vot favur u 2 astensjonijiet(1), qed jirrakkomanda li l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Angel Dzhambazki, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka, Kosma Złotowski, Luis de Grandes Pascual.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, 14 ta' Marzu 2018

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni)

COM(2017) 676 final tat-8.11.2017 - 2017/0293 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-23 u t-30 ta' Jannar 2018 ltaqa' biex jeżama l-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawk il-laqgħat(1), b'riżultat ta' eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief wasslet biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi qbil komuni, dan li ġej:

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi:

- fil-Premessa 22, it-tħassir tal-kliem "jqis";

- fil-Premessa 29, iż-żieda tal-kliem "u vetturi kummerċjali ħfief ġodda" u "u vetturi kummerċjali ħfief" u s-sostituzzjoni tal-kelma "karozzi" b'"vetturi" u tal-kliem "karozzi tal-passiġġieri" b'"vetturi ħfief";

- fil-Premessa 38, it-tħassir tat-tielet u r-raba' sentenza tal-Premessa 27 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011;

- it-tħassir tal-Premessa 30 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009;

- fl-Artikolu 1(1), it-tħassir tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 510/2011;

- fl-Artikolu 4(2), it-tħassir tal-kliem introduttorju tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 510/2011;

- fil-kliem introduttorju tal-Artikolu 9(1), iż-żieda tal-kliem "permezz ta' atti ta' implimentazzjoni" u t-tħassir tal-kliem finali "għal kull manifattur";

- fl-Artikolu 14(2), it-tħassir tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (UE) Nru 443/2009;

fil-punt 2 tal-Parti A tal-Anness I, is-sostituzzjoni tal-kliem "sena kalendarja" b'"2020";

- fil-punt 4 tal-Parti A tal-Anness I, iż-żieda tal-kliem "f'kundizzjoni li taħdem";

- fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, it-tħassir tal-kliem "imkejla fi grammi kull kilometru";

- fl-Anness II, it-tħassir tat-tielet sentenza tal-punt 2 tal-Parti A, tal-punt 3(e) tal-Parti A u tat-test kollu tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009;

- fl-Anness III, it-tħassir tat-tielet sentenza tal-punt A(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2011.

2. Fil-Premessa 19 kellha tkun preżenti t-tieni sentenza tal-Premessa 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ("Biex niddeskrivu din l-utilità, il-massa parametru tajjeb li tipprovdi korrelazzjoni sodisfaċenti mal-emissjonijiet attwali u għalhekk tirriżulta f'miri aktar realistiċi u kompetittivament newtrali"), u t-tħassir propost tagħha kellu jiġi mmarkat b'tipa ta' kulur griż.

3. Fil-Premessa 28, iż-żieda tal-kelma "jiżgura" kellha tiġi identifikata bħala adattament formali li sar għat-test eżistenti tal-Premessa 9 tar-Regolament (UE) Nru 333/2014.

4. Fl-Artikolu 3(1)(h), it-tħassir tat-terminu "CO2" qabel il-kliem "l-emissjonijiet CO2 minn karozza tal-passiġġieri", is-sostituzzjoni tat-terminu "l-massa ta' emissjonijiet" bi "l-massa ta' emissjoni", iż-żieda tal-kelma "tal-vetturi" wara "fiċ-ċertifikat ta' konformità" u t-tħassir tal-kliem "għall-karozzi tal-passiġġieri" wara l-kelma "kif speċifikata" kellhom jiġu identifikati bħala adattamenti formali li saru għall-kliem eżistenti tal-Artikolu 3(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

5. Fil-Premessa 1 tal-Parti A tal-Anness I, it-tħassir tal-indikazzjoni "(c)" qabel il-kelma "Mill-2020" kellu jiġi identifikat bħala adattament formali li sar għall-kliem eżistenti tal-punt 1(c) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. Il-kaxxa tar-referenza li tindika li t-test rilevanti joriġina mir-Regolament (UE) Nru 333/2014 kellha tiġi qabel il-kliem imħassar "(c) Mill-2020".

6. Fil-punt 3 tal-Parti A u l-punt 3 tal-Parti B tal-Anness I, il-kliem finali "ta' dan l-Anness" għandu jitħassar.

7. Fil-punt 1 tal-Parti B tal-Anness I, it-tħassir tal-indikazzjoni "(c)" qabel il-kelma "mill-2020" kellu jiġi identifikat bħala adattament formali li sar għall-kliem eżistenti tal-punt 1(c) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 510/2011.

8. Fil-punt 5 tal-Parti B tal-Anness I, ir-referenza li saret għall-Artikolu 11 għandha tiġi adattata biex tinqara bħala referenza għall-Artikolu 10.

L-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-att eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (4.9.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni)

(COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Karima Delli

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Istrateġija Ewropea għall-Mobbiltà b'Emissjonijiet baxxi16 tistabbilixxi ambizzjoni ċara: sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ li jonqsu b'60 % mil-livelli tal-1990 u jkunu fit-triq it-tajba biex jinżlu għal żero. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu għas-saħħa tagħna jenħtieġ li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030.

(3)  L-Istrateġija Ewropea għall-Mobbiltà b'Emissjonijiet baxxi16 tistabbilixxi ambizzjoni ċara: sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ li jonqsu b'60 % mil-livelli tal-1990 u jkunu fit-triq it-tajba biex jinżlu għal żero. L-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja prodotti mit-trasport li huma ta' dannu għas-saħħa tagħna jenħtieġ li jitnaqqsu b'mod drastiku bla dewmien. L-emissjonijiet mill-magni tal-kombustjoni konvenzjonali jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu wara l-2020. Il-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero jeħtieġ li jidħlu u jżidu s-sehem tagħhom fis-suq sal-2030, filwaqt li nżommu f'moħħna wkoll politiki favur l-industrija tal-karozzi. Sabiex jintlaħqu l-impenji tal-Unjoni tal-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC), li saret f'Pariġi fl-2015, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport trid tkun aċċellerata u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-karozzi tal-passiġġieri u mill-vetturi kummerċjali ħfief għandhom ikunu sewwa fit-triq lejn emissjonijiet żero sa nofs is-seklu. L-ambizzjonijiet jenħtieġ li jinżammu f'livell realistiku sabiex jippermettu lill-industrija tal-karozzi tadatta u sabiex ma jżidux l-ispejjeż għall-manifatturi tal-karozzi, għax dan jiskoraġġixxi l-manifattura u x-xiri ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda tal-passiġġieri fl-Unjoni u jkollu impatt, fost affarijiet oħra, fuq l-impjiegi. Bl-istess mod, jekk jiġu proposti miri ambizzjużi żżejjed u l-emissjonijiet tat-trasport ma jitnaqqsux biżżejjed, dan jojoħloq ir-riskju li ma jintlaħqux il-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra stabbiliti skont il-Ftehim ta' Pariġi.

_________________

_________________

16 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Ewropea għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, (COM(2016) 501 final).

16 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Ewropea għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, (COM(2016) 501 final).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva"17 u "Inwettqu politika tal-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tiddefendi l-industrija tagħha u tal-ħaddiema"18 jenfasizzaw li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief huma impetu qawwi għall-innovazzjoni u l-effiċjenza u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija awtomobilistika u jwittu t-triq għall-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero b'mod teknoloġikament newtrali.

(4)  Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni "L-Ewropa Attiva"17 u "Inwettqu politika tal-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tiddefendi l-industrija tagħha u tal-ħaddiema"18 jenfasizzaw li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief huma impetu qawwi għall-innovazzjoni u l-effiċjenza u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-industrija awtomobilistika u jwittu t-triq għall-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero b'mod teknoloġikament newtrali. Madankollu, is-sehem mis-suq tal-vetturi nodfa għadu żgħir u l-maġġoranza kbira tal-karozzi fl-Unjoni għadhom jaħdmu b'magni petrol jew diżil. Għal dawn ir-raġunijiet, se jkun jeħtieġ approċċ olistiku biex il-konsumaturi tal-Unjoni jiġu pprovduti b'għażliet sostenibbli u bi prezz li jintlaħaq, u dan jinkludi appoġġ għall-adozzjoni tal-vetturi nodfa kemm fis-settur privat kif ukoll f'dak pubbliku, kif ukoll l-aċċellerazzjoni tal-mobilizzazzjoni tal-infrastruttura alternattiva.

_________________

_________________

17 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-Ewropa Attiva Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd (COM(2017)283 final).

17 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-Ewropa Attiva Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd (COM(2017)283 final).

18 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni […]

18 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni […]

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  It-tranżizzjoni strutturali lejn sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi se tkun assoċjata ma' bidliet strutturali f'katini tal-valur awtomobilistiku. Dan iqajjem mistoqsijiet dwar fejn jiġu prodotti l-komponenti u minn fejn ikunu ġejjin, u kif il-fornituri tal-Unjoni jibqgħu kompetittivi. F'dan il-kuntest, l-inizjattivi tal-Kummissjoni, bħall-Union Batteries Alliance, huma milqugħa, iżda jeżiġu li l-Kummissjoni timmonitorja l-iżviluppi fuq bażi kontinwa.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Fil-perspettiva tal-inċertezzi inerenti tal-iżviluppi teknoloġiċi u soċjoloġiċi futuri fis-settur,aktar milli tingħata prijorità radikali, fi stadju bikri, lil waħda jew aktar mill-għażliet tekniċi li jistgħu jkunu b'mod ġenerali inqas rilevanti fil-ġejjieni, hu preferibbli li jiġi esplorat il-potenzjal, u s-sinerġiji possibbli, tad-diversi teknoloġiji disponibbli attwalment. F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar il-prinċipju fundamentali tan-newtralità teknoloġika li l-Unjoni hija impenjata lejh u marbuta li timxi miegħu.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Għalhekk huwa xieraq li l-għanijiet ta' dawk ir-Regolamenti jkomplu jissegwew bl-istabbiliment ta' miri ġodda għat-tnaqqis tas-CO2 għall-flotta kollha ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief għall-UE kollha sal-2030. Fid-definizzjoni tal-livelli ta' tnaqqis, tqieset l-effikaċja tagħhom fit-twassil ta' kontribut kosteffikaċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi [.../...] sal-2030, il-kostijiet u l-iffrankar li jirriżultaw għas-soċjetà, għall-manifatturi u għall-utenti tal-vetturi, kif ukoll l-implikazzjonijiet diretti u indiretti tagħhom għall-impjiegi, għall-kompetittività u l-innovazzjoni u l-kobenefiċċji ġġenerati f'termini ta' tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u sigurtà tal-enerġija.

(10)  Għalhekk huwa xieraq li l-għanijiet ta' dawk ir-Regolamenti jkomplu jissegwew bl-istabbiliment ta' miri ġodda għat-tnaqqis tas-CO2 għall-flotta kollha ta' karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief għall-UE kollha sal-2030. Fid-definizzjoni tal-livelli ta' tnaqqis, tqieset l-effikaċja tagħhom fit-twassil ta' kontribut kosteffikaċi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi koperti mir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi [.../...] sal-2030, il-kostijiet u l-iffrankar li jirriżultaw għas-soċjetà, għall-manifatturi u għall-utenti tal-vetturi, kif ukoll l-implikazzjonijiet diretti u indiretti tagħhom għall-impjiegi, għall-kompetittività u l-innovazzjoni u l-kobenefiċċji ġġenerati f'termini ta' tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u sigurtà tal-enerġija. L-użu ta' fjuwils defossilizzati rinnovabbli (enfasi fuq il-fjuwils sintetiċi li jsegwu definizzjoni(jiet) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED) II bi fjuwils rinnovabbli avvanzati (l-Anness IX tad-RED II) skont kriterji ta' sostenibbiltà) jista' joffri tnaqqis tas-CO2sinifikanti f'termini mill-estrazzjoni sal-użu, fil-flotta l-ġdida u f'dik eżistenti. Biex jiġi inkoraġġit l-iżvilupp tat-teknoloġija u jiżdied is-sehem ta' dawn il-fjuwils fis-suq, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' fjuwils defossilizzati rinnovabbli fil-mira ta' emissjonijiet speċifiċi ta' manifatturi fil-każ ta' impenn volontarju ta' manifattur.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandha l-għan li tnaqqas b'mod sinifikanti l-użu tal-enerġija bbażata fuq il-karbonju għall-propulsjoni tal-vetturi tal-passiġġieri ħfief u tal-vetturi kummerjali ħfief. Għaldaqstant din ir-reviżjoni għandha tliet għanijiet: skop ambjentali, jiġifieri li tiġġieled t-tisħin tal-klima u timminimizza l-emissjonijiet li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem, skop tas-sostenibbiltà, jiġifieri li tnaqqas l-użu tal-fjuwils fossili, u skop ekonomiku, jiġifieri li ttejjeb il-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-karozzi mingħajr ma toħloq ħsara irreversibbli lill-industrija.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Għalkemm, meta mqabbla maċ-Ċiklu ta' Sewqan Ewropew Ġdid (NEDC), l-introduzzjoni tal-proċedura ta' ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) il-ġdida għandha tippermetti li tnaqqas id-differenza bejn il-valuri tal-emissjonijiet ta' CO2 iddikjarati u dawk reali tal-vetturi, din id-differenza xorta waħda se tippersisti. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jissoktaw l-isforzi biex jiġu żviluppati u jinkisbu testijiet kemm jista' jkun realistiċi fil-laboratorju u barra mil-laboratorju billi jitkejjel il-konsum tal-enerġija effettiv u l-emissjonijiet f'kundizzjonijiet reali tas-sewqan. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni jenħtieġ li tintroduċi dawn it-testijiet fil-qafas regolatorju malli jiġu finalizzati.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa importanti li d-determinazzjoni ta' rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijet ta' CO2 tibqa' tipprovdi prevedibbiltà u sigurtà tal-ippjanar fil- fl-Unjoni kollha għall-manifatturi tal-vetturi fil-flotot/flotta kollha tal- karozzi u tal-vetturi kummerċjali fil- fl-Unjoni .

(12)  Huwa stabbilit li d-diskrepanza bejn ir-rati ta' emissjonijiet tas-CO2 iddikjarati u dawk f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali twessgħet b'mod sostanzjali sa mid-dħul fis-seħħ tal-ewwel leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-istandards tas-CO2 għall-vetturi kummerċjali ħfief, u għalkemm id-WLTP jenħtieġ li tirrifletti aktar mill-qrib il-kundizzjonijiet tipiċi tas-sewqan tad-dinja reali mill-NEDC, din xorta waħda se tkun limitata għal proċedura ta' test f'laboratorju, li jfisser li d-diskrepanza tista' terġa' tikber wara ftit snin, iżda wkoll li l-użu illegali ta' apparati ta' manipulazzjoni jibqa' possibbli u jista' jibqa' mhux identifikat.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Huwa essenzjali li din ir-reviżjoni li temenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 tkun kontinwazzjoni u tara li żżomm ċerta stabbiltà u prevedibbiltà għad-diversi atturi tas-settur fl-Unjoni, b'mod partikolari l-manifatturi tal-karozzi, għall-flotot tal-vetturi ġodda kollha tagħhom u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda fit-territorju tal-Unjoni. Għaldaqstant għandhom jissoktaw l-isforzi billi jitjiebu l-elementi tar-Regolament inizjali filwaqt li jiġu adattati għall-ħtiġijiet ambjentali u għall-kapaċitajiet teknoloġiċi ġodda tas-settur, mingħajr iżda ma jinħoloq żbilanċ fis-setturi l-kbar tal-Unjoni, anzi, jiġu appoġġati l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-livelli ta' tnaqqis għall-flotot tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief fl-Unjoni kollha għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-2030. Dan l-approċċ fi stadji jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija awtomobilistika biex ma tittardjax fl-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero.

(13)  Għalhekk, huwa kruċjali li titkompla l-ħidma għall-istabbiliment ta' ttestjar tas-CO2 aktar affidabbli u realistiku, speċjalment li titfassal metodoloġija tal-ittestjar għal miżuri ta' Emissjonijiet f'Sewqan Reali; għal dan il-għan, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jenħtieġ li jistudja u jqabbel diversi metodoloġiji tal-ittestjar, li jkopru wkoll diskrepanzi potenzjali relatati mal-kundizzjonijiet fiżiċi u mal-imġiba tas-sewqan. Huwa importanti wkoll li l-proċedura tal-ittestjar tinżamm taħt reviżjoni regolari.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  It-trasport bit-triq jeħtieġ li jkun kompletament dekarbonizzat sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-miri tal-klima tagħha għall-2050. Għaldaqstant, karozzi u vetturi kummerċjali ħfief li b'emissjonijiet ta' CO2 jenħtieġ li jiġu eliminati gradwalment sa mhux aktar tard mill-2040. Il-Kummissjoni jeħtieġ li tevalwa kif se tqis il-vettura fit-triq, permezz ta' għodod ta' sorveljanza tas-suq iżda wkoll inċentivi għall-modifika tal-vetturi, meta din l-għażla tkun effiċjenti u kostkompetittiva. Għal dan il-għan, ikun siewi li jsiru aktar studji esploratorji biex jgħinu t-tfassil ta' qafas Ewropew għat-teknoloġiji ta' modifika. L-enerġija rinnovabbli għandha wkoll rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport tal-Unjoni, għaldaqstant huwa vitali li jitqiesu l-forom kollha ta' enerġija rinnovabbli u ta' fjuwils inqas intensivi fir-rigward tal-karbonju u li jinħolqu inċentivi biex jikkontribwixxu b'mod effettiv għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport tal-Unjoni u għall-modifika ta' vetturi fit-triq. Dan ir-Regolament ma jqisx il-kontenut ta' enerġija rinnovabbli tal-fjuwils likwidi u/jew gassużi tat-trasport bit-triq użati, għax fl-istadju tal-kejl ma ssirx distinzjoni bejn is-CO2 li toriġina minn trasportaturi tal-enerġija mhux rinnovabbli u rinnovabbli. L-iżvilupp ta' metodoloġija li tippermetti li jitqies il-kontenut tal-enerġija rinnovabbli tal-fjuwils likwidi u/jew gassużi tat-trasport bit-triq fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għall-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief ġodda jeħtieġ li jiġi żviluppat.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ewlenin ta' vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta' quddiem fit-tmexxija teknoloġika f'dan is-settur, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u s-settur awtomobilistiku globali qiegħed jinbidel malajr permezz ta' innovazzjonijiet ġodda f'sistemi ta' motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi inċentiv partikolari fil-qasam ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li joħloq suq domestiku kbir u li jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.

(14)  Filwaqt li l-Unjoni hija fost l-akbar manifatturi ewlenin ta' vetturi motorizzati fid-dinja u qiegħda minn ta' quddiem fit-tmexxija teknoloġika f'dan is-settur, il-kompetizzjoni qiegħda tiżdied u s-settur awtomobilistiku globali qiegħed jinbidel malajr permezz ta' innovazzjonijiet ġodda f'sistemi ta' motopropulsjoni elettrifikati kif ukoll fil-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata. Jekk l-industrija tal-Unjoni ddum biex tinvolvi ruħha fit-tranżizzjoni tal-enerġija meħtieġa fis-settur tat-trasport, din se titlef ir-rwol ewlieni tagħha. Biex iżżomm il-kompetittività globali tagħha kif ukoll l-aċċess għas-swieq, l-Unjoni teħtieġ qafas regolatorju li jinkludi inċentiv partikolari fil-qasam ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, li joħloq suq domestiku kbir u li jappoġġa l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  L-għan fit-tul ta' mobilità tal-Unjoni kompletament dekarbonizzata mhux se jkun jista jintlaħaq mingħajr innovazzjoni teknoloġika u progress tekniku. F'dan is-sens, u fid-dawl ta' kompetizzjoni teknoloġika internazzjonali ħarxa, huwa essenzjali li l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jkomplu fl-isforzi tagħhom sabiex jesploraw u jiżviluppaw l-inizjattivi li jsaħħu s-sinerġiji possibbli tas-settur, bħall-Union Batteries Alliance reċenti, u jappoġġaw l-investimenti pubbliċi u privati fir-riċerka u fl-innovazzjoni tal-karozzi tal-Unjoni, sabiex it-teknoloġija tal-Unjoni tibqa' fil-quċċata ta' dan is-settur u tiġi żgurata s-sostenibbiltà fit-tul tal-għodda industrijali, effiċjenti u kompetittiva tagħha fis-suq dinji.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Huwa ta' importanza kritika li jitqiesu l-impatti soċjali u ambjentali tat-tranżizzjoni u li wieħed ikun proattiv fl-indirizzar tal-qerda tal-impjiegi inevitabbli kkawżata mit-tranżizzjoni industrijali profonda; f'dan il-kuntest, ir-rilokazzjoni, il-ksib ta' ħiliet ġodda u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni, l-inizjattivi għat-tfittxija ta' impjiegi fi djalogu mas-sħab soċjali jenħtieġ li jkunu prijorità ewlenija qabel ma jseħħu danni soċjali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta' inċentiv dedikat biex jiffaċilita tranżizzjoni bla intoppi lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dan il-mekkaniżmu ta' kreditu jenħtieġ li jiġi ddiżinjat b'tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni.

(15)  Jenħtieġ li jiddaħħal mekkaniżmu ta' inċentiv dedikat biex jiffaċilita tranżizzjoni bla intoppi u f'waqtha lejn mobilità b'emissjonijiet żero. Dan il-mekkaniżmu ta' kreditu jenħtieġ li jiġi ddiżinjat b'tali mod li jippromwovi l-iżvilupp tal-vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni. Dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun newtrali lejn it-teknoloġiji jew il-fjuwils innovattivi kollha.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Il-mobilizzazzjoni b'ħeffa u adegwata tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u ta' forniment għall-fjuwils alternattivi hija essenzjali għall-iżvilupp tas-suq tal-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi, speċjalment biex jipprovdu kunfidenza lill-konsumaturi; huwa vitali li l-investiment fil-mobilizzazzjoni tal-infrastruttura jitkompla u jiżdied, permezz ta' strumenti ta' appoġġ differenti fil-livell tal-Unjoni kif ukoll dak tal-Istati Membri, biex jingħata kontribut għall-kisba ta' pajsaġġ komprensiv li jippermetti, li jinkludi wkoll skemi affidabbli ta' tikkettar tal-karozzi, infurzar qawwi tal-istandards tal-kwalità tal-arja u tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u skemi ta' appoġġ sodi għall-ħaddiema fl-industrija tal-karozzi. Il-kwistjoni tal-forniment hija intrinsikament marbuta mal-livell ta' awtonomija tal-vetturi - aktar ma din tal-aħħar tkun tiżdied, tonqos il-frekwenza tal-bżonn tal-forniment - u b'hekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra l-iżviluppi teknoloġiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-awtonomija tal-batteriji, li jolqtu l-mobilizzazzjoni tal-infrastrutturi.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  It-tikkettar tal-karozzi mfassal aħjar li jipprovdi lill-konsumaturi b'informazzjoni komparabbli, affidabbli u faċli għall-utenti dwar il-benefiċċji ta' karozzi b'emissjonijiet baxxi, inkluża informazzjoni dwar is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-ispejjeż operazzjonali flimkien mal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, jista' jappoġġa l-adozzjoni użu tal-aqwa karozzi f'termini ta' effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u ta' kunsiderazzjonijiet ambjentali fl-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrieżamina d-Direttiva 1999/94/KE mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 u tressaq proposta leġiżlattiva rilevanti.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta' CO2 jenħtieġ li jkunu ddefiniti abbażi tal-utilità tal-karozzi vetturi fuq bażi lineari. Iż-żamma tal-massa bħala parametru ta' utilità titqies bħala koerenti mar-reġim eżistenti. Biex il-massa tal-vetturi kif jintużaw fit-triq tiġi riflessa b'mod aħjar, il-parametru jenħtieġ li jinbidel minn massa fi stat ta' tħaddim għall-massa tat-test tal-vettura kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017, b'effett mill-2025.

(19)  Sabiex tinżamm id-diversità tas-suq tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief u l-kapaċità tiegħu li jindirizza ħtiġijiet ta' konsumaturi diversi, il-miri ta' CO2 jenħtieġ li jkunu ddefiniti abbażi tal-utilità tal-karozzi vetturi fuq bażi lineari. Iż-żamma tal-massa bħala parametru ta' utilità titqies bħala koerenti mar-reġim eżistenti. Biex il-massa tal-vetturi kif jintużaw fit-triq tiġi riflessa b'mod aħjar, il-parametru jenħtieġ li jinbidel minn massa fi stat ta' tħaddim għall-massa tat-test tal-vettura kif speċifikat fir-Regolament (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017, b'effett mill-2030.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li jiġi evitat li l-miri għall-flotta kollha tal-UE jinbidlu minħabba tibdiliet fil-massa medja tal-flotta. It-tibdil fil-massa medja għalhekk jenħtieġ li jiġi rifless mingħajr dewmien fil-kalkoli tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, u li l-aġġustamenti li jintużaw għall-valur tal-massa medja għal dan l-għan għalhekk jenħtieġ li jsiru kull sentejn mill-2025 'il quddiem.

(20)  Jenħtieġ li jiġi evitat li l-miri għall-flotta kollha tal-UE jinbidlu minħabba tibdiliet fil-massa medja tal-flotta. It-tibdil fil-massa medja għalhekk jenħtieġ li jiġi rifless mingħajr dewmien fil-kalkoli tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi, u li l-aġġustamenti li jintużaw għall-valur tal-massa medja għal dan l-għan għalhekk jenħtieġ li jsiru kull sentejn mill-2030 'il quddiem.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Biex l-isforz fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jitqassam b'mod li huwa kompetittivament newtrali u ġust u li jirrifletti d-diversità tas-suq għall-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief, u fid-dawl tal-bidla fil-miri tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tal-WLTP fl-2021, huwa xieraq li tiġi determinata l-inklinazzjoni tal-kurva tal-valuri ta' limitu abbażi tal-emissjonijiet speċifiċi tal-vetturi ġodda rreġistrati kollha f'dik is-sena, u li titqies il-bidla fil-miri għall-flotta kollha tal-UE bejn l-2021, l-2025 u l-2030 bil-għan li jiġi żgurat sforz ta' tnaqqis ugwali għall-manifatturi kollha. Fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief, għall-manifatturi tal-vannijiet eħfef, idderivati mill-karozzi, jenħtieġ li japplika l-istess approċċ bħal fil-każ tal-manifatturi tal-karozzi, filwaqt li għall-manifatturi ta' vetturi f'oqsma itqal, jenħtieġ li tiġi stabbilita inklinazzjoni ogħla u fissa għall-perjodu ta' mira kollu.

(21)  Biex l-isforz fit-tnaqqis tal-emissjonijiet jitqassam b'mod li huwa kompetittivament newtrali u ġust u li jirrifletti d-diversità tas-suq għall-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief, u fid-dawl tal-bidla fil-miri tal-emissjonijiet speċifiċi abbażi tal-WLTP fl-2021, huwa xieraq li tiġi determinata l-inklinazzjoni tal-kurva tal-valuri ta' limitu abbażi tal-emissjonijiet speċifiċi tal-vetturi ġodda rreġistrati kollha f'dik is-sena, u li titqies il-bidla fil-miri għall-flotta kollha tal-UE bejn l-2021 u l-2030 bil-għan li jiġi żgurat sforz ta' tnaqqis ugwali għall-manifatturi kollha. Fir-rigward ta' vetturi kummerċjali ħfief, għall-manifatturi tal-vannijiet eħfef, idderivati mill-karozzi, jenħtieġ li japplika l-istess approċċ bħal fil-każ tal-manifatturi tal-karozzi, filwaqt li għall-manifatturi ta' vetturi f'oqsma itqal, jenħtieġ li tiġi stabbilita inklinazzjoni ogħla u fissa għall-perjodu ta' mira kollu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jinħolqu inċentivi biex l-industrija awtomobilistika tinvesti f'teknoloġiji ġodda. Dan ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jipprovdi mekkaniżmu li huwa għandu jkun kapaċi jagħraf l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. L-esperjenza wriet li l-ekoinnovazzjoni tal-kontribut b'suċċess għall-kosteffikaċja tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali. Din il-modalità għalhekk jenħtieġ li tinżamm u l-kamp ta' applikazzjoni jenħtieġ li jiġi estiż bħala inċentiv għat-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kundizzjonata.

(22)  L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li tippermetti tnaqqis fl-emissjonijiet fid-dinja reali, billi jinħolqu inċentivi għall-industrija awtomobilistika biex tinvesti f'teknoloġiji ġodda u tnaqqas l-emissjonijiet fid-dinja reali, filwaqt li tinżamm in-newtralità teknoloġika. Dan ir-Regolament jippromwovi attivament l-eko-innovazzjoni u jipprovdi mekkaniżmu li huwa għandu jkun kapaċi jagħraf l-iżviluppi teknoloġiċi tal-ġejjieni. L-esperjenza wriet li l-ekoinnovazzjoni tal-kontribut b'suċċess għall-kosteffikaċja tar-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fl-użu reali. Din il-modalità għalhekk jenħtieġ li tinżamm u l-kamp ta' applikazzjoni jenħtieġ li jiġi estiż bħala inċentiv għat-titjib fl-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kundizzjonata u tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2 u NOx, u għandu jqis il-modifika tal-magni, u jqis il-materjal użat għall-produzzjoni, il-manifattura u l-istadji ta' tmiem il-ħajja taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vettura.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  L-emissjonijiet tas-CO2 għal karozzi ġodda u vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni jitkejlu skont ir-Regolament (KE) 715/2007, mingħajr ma ssir ebda distinzjoni fl-istadju tal-kejl bejn is-CO2 li joriġina minn trasportaturi tal-enerġija mhux rinnovabbli u dawk rinnovabbli. Jenħtieġ li tiġi żviluppata metodoloġija li tqis il-kontenut tal-enerġija rinnovabbli tal-fjuwils likwidi u/jew gassużi tat-trasport bit-triq fid-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 għall-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief ġodda.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b)  L-użu ta' ċerti fjuwils alternattivi jista' joffri tnaqqis sinifikanti ta' CO2 mill-estrazzjoni sal-użu, madankollu għadha mhijiex disponibbli metodoloġija robusta li tikkunsidra dan; għalhekk huwa rrakkomandat li l-Kummissjoni tappoġġja riċerka esploratorja f'dik id-direzzjoni, sabiex tinkludiha malajr kemm jista' jkun fil-qafas regolatorju.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 22c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22c)  Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament hu li jnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 fid-dinja reali, teknoloġiji mhux attivi (off-cycle) mhux koperti miċ-ċiklu normali tal-ittestjar u li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-mekkaniżmu tal-innovazzjonijiet ekoloġiċi jenħtieġ li jiġu kkunsidrati u meqjusa wkoll mill-Kummissjoni, jekk juru tnaqqis li jista' jitkejjel, jintwera u jiġi verifikat fl-emissjonijiet tas-CO2.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 22d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22d)  Filwaqt li titqies l-inċertezza dwar l-adozzjoni fis-suq ta' vetturi mħaddma b'enerġija alternattiva, il-mobilizzazzjoni tal-infrastruttura rilevanti u t-tibdil fid-domanda min-naħa tal-konsumaturi, il-livell ta' ambizzjoni jeħtieġ li jiġi mmodifikat b'mod trasparenti. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi tipprovdi gwida għall-ħtiġijiet tal-infrastruttura alternattiva.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 22e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22e)  L-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' propulsjoni innovattivi jenħtieġ li jitħeġġeġ b'mod partikolari, billi dawn jirriżultaw f'emissjonijiet sinifikantement aktar baxxi meta mqabbla mal-karozzi tradizzjonali tal-passiġġieri. B'dan il-mod tiġi promossa l-kompetittività fit-tul tal-industrija tal-Unjoni, u jinħolqu aktar impjiegi ta' kwalità għolja.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom intwera effett ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fil-proċedura tat-test uffiċjali. B'konsegwenza, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista' jqis għall-finijiet ta' konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà tirrevedi l-livell ta' limitu, biex b'mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura tat-test uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.

(23)  Madankollu, jenħtieġ li jiġi żgurat bilanċ bejn l-inċentivi li jingħataw għall-ekoinnovazzjonijiet u dawk it-teknoloġiji li għalihom intwera effett ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fil-proċedura tat-test uffiċjali. B'konsegwenza, huwa xieraq li jinżamm limitu fuq l-iffrankar mill-ekoinnovazzjonijiet li manifattur jista' jqis għall-finijiet ta' konformità mal-miri. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi l-livell ta' limitu, biex b'mod partikolari, tqis l-effetti tal-bidla fil-proċedura tat-test uffiċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat kif jenħtieġ li jiġi kkalkulat l-iffrankar għall-finijiet tal-konformità mal-miri.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-proċedura biex jingħataw derogi mill-mira ta' 95 g CO2/km għall-flotta kollha għal manifatturi tal-karozzi speċjalizzati żgurati li l-isforz ta' tnaqqis meħtieġ mill-manifatturi speċjalizzati huwa konsistenti ma' dak ta' volum kbir ta' manifatturi fir-rigward ta' dik il-mira. Madankollu l-esperjenza turi, li l-manifatturi speċjalizzati għandhom l-istess potenzjal bħal dak tal-manifatturi l-kbar biex jilħqu l-miri ta' CO2 u fir-rigward tal-miri stabbiliti mill-2025 'il quddiem mhuwiex ikkunsidrat xieraq li jkun hemm distinzjoni bejn dawk iż-żewġ kategoriji ta' manifatturi.

(28)  Il-proċedura biex jingħataw derogi mill-mira ta' 95 g CO2/km għall-flotta kollha għal manifatturi tal-karozzi speċjalizzati żgurati li l-isforz ta' tnaqqis meħtieġ mill-manifatturi speċjalizzati huwa konsistenti ma' dak ta' volum kbir ta' manifatturi fir-rigward ta' dik il-mira.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a)  Is-sistemi ta' propulsjoni alternattivi, li jinkludu sistemi ta' propulsjoni ibridi, huma dawk li, għall-fini ta' propulsjoni mekkanika, jieħdu l-enerġija tagħhom minn fjuwil li jiġi kkunsmat u/jew batterija jew tagħmir ieħor elettriku jew mekkaniku għall-ħażna tal-enerġija. L-użu tagħhom għal vetturi kummerċjali ħfief jista' jiġġenera piż żejjed iżda jnaqqas it-tniġġis. Dak il-piż żejjed m'għandux jingħadd bħala parti mit-tagħbija effettiva tal-vettura, billi dan jippenalizza s-settur tat-trasport bit-triq f'termini ekonomiċi. Madankollu, il-piż żejjed lanqas ma għandu jirriżulta fiż-żieda fil-kapaċità ta' tagħbija tal-vettura. Jeħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tanalizza sa fejn il-vetturi kummerċjali ħfief ġodda li jużaw fjuwil ta' sostituzzjoni (li jinkludu sistemi ta' propulsjoni aktar tqal minn dawk użati fil-vetturi li jużaw fjuwil konvenzjonali) jistgħu wkoll jibbenefikaw minn permess ta' piż addizzjonali, mingħajr madankollu ma jikkomprometti l-għanijiet globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 imsemmija f'dan ir-Regolament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Sabiex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-effiċjenza tal-fjuwil ta' vetturi kkompletati huma rappreżentattivi, il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq proċedura speċifika u tqis li tirrevedi l-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip u li tistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sorveljanza tas-Suq tat-Trasport bit-Triq, li tkun inkarigata mill-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq, speċjalment fil-kwistjoni ta' emissjonijiet tas-CO2, u jkollha s-setgħa li torganizza programmi ta' sejħa lura mal-Ewropa kollha u li tirtira l-approvazzjoni tat-tip meta jkun xieraq; barra minn hekk, l-Aġenzija jenħtieġ li tibda test jew spezzjoni wara l-preżentazzjoni ta' riżultati tal-ivverifikar tat-test ta' parti terza, li juru evidenza ta' mġiba suspettuża tal-emissjonijiet.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta' kull sena kalendarja. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni .

(38)  Il-konformità tal-manifatturi mal-miri skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi vvalutata fil-livell tal-Unjoni. Il-manifatturi li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tagħhom jaqbżu dawk l-emissjonijiet permessi skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jħallsu primjum għall-emissjonijiet eċċessivi fir-rigward ta' kull sena kalendarja. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul li primarjament għandu jiġi allokat għas-settur tat-trasport bit-triq tal-Unjoni, biex jippermetti t-tranżizzjoni ġusta lejn mobilità b'livell baxx ta' karbonju, u biex jikkontribwixxi għar-riċerka u l-iżvilupp fl-industrija tal-karozzi, fuq teknoloġiji bħal sistemi ta' awtopropulsjoni, fjuwils u testijiet ġodda, u għas-sikurezza tat-triq. Dan id-dħul jenħtieġ li jintuża wkoll biex jindirizza b'mod proattiv l-impatti soċjali inevitabbli ta' tranżizzjoni lejn livell baxx tal-karbonju fis-settur tal-karozzi, li se jkunu partikolarment qawwija fir-reġjuni l-aktar milquta. Huwa importanti ħafna għalhekk li l-miżuri attwali li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn emissjonijiet baxxi tal-karbonju jkunu wkoll akkumpanjati minn programmi mmirati għal riallokazzjoni, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, kif ukoll inizjattivi ta' edukazzjoni u ta' titfix ta' impjieg imwettqa fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura tat-test uffiċjali tkun rappreżentattiva. Skont l-Opinjoni tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM)23 u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku24, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat li tiżgura li data bħal din tkun pubblikament disponibbli, u, fejn meħtieġ, tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn.

(41)  L-effikaċja tal-miri stabbiliti f'dan ir-Regolament biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fil-fatt tistrieħ ħafna fuq kemm il-proċedura tat-test uffiċjali tkun rappreżentattiva. Skont l-Opinjoni tal-Mekkaniżmu għall-Pariri Xjentifiċi (SAM)23 u r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew, wara l-inkjesta tiegħu dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku24, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu għall-valutazzjoni ta' kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. L-aktar mod affidabbli biex tiġi żgurata r-rappreżentanza tad-dinja reali tal-valuri tal-approvazzjoni tat-tip hu l-introduzzjoni ta' test tal-emissjonijiet ta' CO2 fid-dinja reali, għaldaqstant iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka jenħtieġ li jingħata l-mandat biex jibda jaħdem fuq il-fattibilità tiegħu, biex jippermetti li tali ttestjar jiġi inkluż fil-qafas regolatorju mill-aktar fis possibbli. L-emissjonijiet tad-dinja reali tal-vetturi jenħtieġ li jkunu f'limitu li ma għandux jinqabeż (NTE), ta' massimu ta' 15% ogħla mill-valuri tal-approvazzjoni tat-tip imkejla mill-2021 bl-użu tat-test WLTP, stabbilit għal kull manifattur fl-2021 fir-rigward tal-miri tal-emissjonijiet tagħhom għall-2025 u għall-2030. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat li tiżgura li data bħal din tkun pubblikament disponibbli, u mill-miters tal-konsum tal-fjuwil, kif ukoll, fejn meħtieġ, tiżviluppa l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għat-twettiq ta' valutazzjonijiet bħal dawn.

__________________

__________________

23 Opinjoni Xjentifika 1/2016 tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi, "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing"

23 Opinjoni Xjentifika 1/2016 tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi, "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing"

24 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2908 (RSP))

24 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2908 (RSP))

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a)  Għalkemm dan ir-Regolament għandu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet ta' CO2 tal-vetturi ħfief, jenħtieġ li ma jinsiex il-bilanċ tal-karbonju globali taċ-ċiklu "kostruzzjoni - użu - skrappjar" tal-vetturi konċernati kif ukoll iċ-ċiklu "estrazzjoni/produzzjoni - trasport - konsum" tal-fjuwil użat (mill-estrazzjoni sar-rota). Bħala tali, il-Kummissjoni jeħtieġ li tiżviluppa metodoloġija armonizzata li tikkunsidra r-rapport bejn il-karbonju taċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawn il-vetturi u l-enerġija kkunsmata sabiex tinkiseb viżjoni globali tal-impatti ambjentali tagħhom, biex tiġi żgurata l-koerenza tal-mezzi mobilizzati fl-insegwiment tal-għanijiet tal-Unjoni għall-klima.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Huwa previst li fl-2024 jiġi eżaminat il-progress li sar skont [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u d-Direttiva dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet]. Għalhekk huwa xieraq li tiġi vvalutata l-effikaċja ta' dan ir-Regolament fl-istess sena biex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni koordinata u koerenti tal-miżuri implimentati skont dawn l-istrumenti kollha.

(42)  Huwa previst li fl-2024 jiġi eżaminat il-progress li sar skont [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi u d-Direttiva dwar l-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet]. Fl-2023, il-proċedura l-ġdida tal-ittestjar tal-emissjonijiet se tkun ilha sentejn li daħlet fis-seħħ għall-vetturi kummerċjali ħfief kollha. Għalhekk, huwa possibbli u xieraq li tiġi vvalutata l-effikaċja ta' dan ir-Regolament fl-istess sena u li tiġi kkonfermata l-mira tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-flotta kollha għall-2030, flimkien mal-parametru referenzjarju għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi, biex ikun jista' jkun hemm valutazzjoni koordinata u koerenti tal-miżuri implimentati skont dawn l-istrumenti kollha, u, malajr kemm jista' jkun, biex jitqiesu l-emissjonijiet mis-sors u dawk inkorporati. Il-kalkolu tal-impatt ambjentali ta' kull vettura jenħtieġ li jqis it-tip ta' tagħbija relatata mal-ammont ta' emissjonijiet, u l-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra l-ħolqien ta' metodoloġija armonizzata tat-tip "x g CO2/km kull passiġġier/kull tunnellata ta' merkanzija" biex tnaqqas is-sewqan vojt mill-vetturi ħfief, kemm jekk iġorru passiġġieri u kemm jekk merkanzija.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment tal-emmissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jiġi żgurat il-ksib tal-impenji u l-ilħuq tal-miri tal-klima tal-Unjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Dan ir-Regolament ser jiġi komplementat sal-31 ta' Diċembru 2024 minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 10g CO2/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni msemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-200727.

3.  Dan ir-Regolament ser jiġi komplementat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 10g CO2/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni msemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tal-200727.

_________________

_________________

27 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2007 Ir-riżultati tar-reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (COM(2007) 19 final).

27 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2007 Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (COM(2007) 19 final).

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ("vetturi kummerċjali ħfief") li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni ("vetturi kummerċjali ħfief ġodda").

(b)  tal-kategorija N1 kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE b'massa ta' referenza li ma teċċedix l-2 610 kg u kategorija N1 li għalihom l-approvazzjoni tat-tip hija estiża f'konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ("vetturi kummerċjali ħfief") li jiġu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba u li ma ġewx irreġistrati qabel barra l-Unjoni ("vetturi kummerċjali ħfief ġodda"). Il-Kummissjoni, skont l-objettivi ta' dan ir-Regolament, għandha s-setgħa li taġġorna, jekk ikun meħtieġ, il-limitu tal-massa ta' referenza (2 610 kg) għal vetturi kummerċjali ħfief li jużaw fjuwils alternattivi li jkunu jeħtieġu piż addizzjonali għax jużaw sistema tal-motopropulsjoni u sistemi tal-ħżin tal-enerġija (pereżempju batteriji) li jkunu itqal minn dawk użati f'vetturi konvenzjonali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  "modifika retroattiva" tfisser modifiki ta' partijiet minn magna vettura b'teknoloġiji li jnaqqsu t-tniġġis u/jew li jiffrankaw il-fjuwil. Dawn jinkludu teknoloġiji għall-iffrankar tal-fjuwil bħall-ibridizzazzjoni jew modifiki aktar estensivi għal teknoloġiji elettriċi jew teknoloġiji oħra li jużaw fjuwils alternattivi kif definit fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-manifattur għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tiegħu ma jaqbżux il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi i ġejjin:

1.  Bil-għan li tiġi determinata l-konformità minn manifattur mal-mira speċifika tal-emissjonijiet tiegħu msemmija f'dan l-Artikolu, l-emissjoni speċifika medja tas-CO2 għandha titnaqqas, jekk il-fjuwils defossilizzati rinnovabbli bl-effett li jnaqqsu s-CO2 ikunu ġew introdotti fis-suq tal-fjuwils mill-manifattur fis-sena tar-reġistrazzjoni tal-vetturi ġodda. L-effett tas-CO2 li jitnaqqas għandu jiġi dokumentat skont id-definizzjoni fil-verżjoni rilevanti tal-mekkaniżmu tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED). Il-manifattur għandu jirrapporta l-ammont tal-enerġija ta' fjuwils defossilizzati ssupplimentati differenti (Fjuwili1a), li ddaħħlu fis-suq, għas-sena operattiva lil awtorità nominata mill-Kummissjoni. Il-fjuwil defossilizzat ma jistax jgħodd għal mira tas-CO2 f'Regolamenti oħra (RED II jew ETS) biex jiġi evitat kwalunkwe tip ta' għadd doppju. Il-manifattur għandu jiżgura li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tiegħu ma jaqbżux il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi i ġejjin:

 

 

_________________

 

1a Valuri li għandhom jiġu rrapportati: Fjuwili = l-ammont ta' enerġija tal-fjuwil defossilizzat rinnovabbli introdott fis-suq (MJ)

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għal kull sena kalendarja mill-2021 sal-2024, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu determinata konformement mal-punti 3 u 4 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I kif xieraq jew, meta manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga u l-punt 5 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I;

(b)  għal kull sena kalendarja mill-2021 sal-2029, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tiegħu determinata konformement mal-punti 3 u 4 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I kif xieraq jew, meta manifattur jingħata deroga skont l-Artikolu 10, konformement ma' dik id-deroga u l-punt 5 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għall-kull sena kalendarja, mill-2025 'il quddiem, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi determinati skont il-punt 6.3 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I.

(c)  għall-kull sena kalendarja, mill-2030 'il quddiem, il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi determinati skont il-punt 6.3 tal-Partijiet A jew B tal-Anness I.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-kategorija ta' vetturi rreġistrati bħala M1 jew N1, li għalihom japplika l-konsorzju.

(d)  il-kategorija ta' vetturi rreġistrati bħala M1 u N1, li għalihom japplika l-konsorzju.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Sabiex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet M1 u N1 speċifiċi medji tas-CO2 ta' kull manifattur, meta manifattur jilħaq il-mira M1 jew N1 tas-CO2 b'mod eċċessiv, ir-rendiment tiegħu għandu jitqies għall-istess manifattur jew għal manifattur(i) ieħor(oħra). F'dan il-każ, id-differenza bejn il-miri tal-emissjonijiet speċifiċi M1 jew N1 tal-manifattur u l-emissjonijiet medji speċifiċi tiegħu għandha titnaqqas mill-emissjonijiet speċifiċi medji tiegħu tas-CO2 għall-miri speċifika M1 jew N1, ippeżata bil-volumi ta' reġistrazzjoni. Il-kontribuzzjoni totali ta' dawk it-trasferimenti ta' krediti bejn il-manifatturi M1 jew N1 tista' tkun sa 10g CO2/km għal kull manifattur.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament.

Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament, fosthom f'format diġitali.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Mill-2025 'il quddiem, il-manifatturi għandhom jirrapportaw dwar l-emissjonijiet tas-CO2 matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tipi ta' vetturi li huma jqiegħdu fis-suq wara l-1 ta' Jannar 2025 abbażi ta' metodoloġija armonizzata tal-Unjoni, għal skopijiet ta' rappurtar u ta' monitoraġġ sal-2030. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022, permezz ta' atti delegati, metodoloġija armonizzata affidabbli u rappreżentattiva dwar l-emissjonijiet tas-CO2 matul iċ-ċiklu tal-ħajja tat-tipi kollha ta' fjuwils u ta' sistemi ta' motopropulsjoni tal-vetturi li jinsabu fis-suq tal-Unjoni. Din il-metodoloġija jenħtieġ li tkun konformi mal-istandards ISO rilevanti u tirrappreżenta l-potenzjal ta' tisħin globali (GWP) tal-emissjonijiet tal-produzzjoni, tal-forniment tal-materja prima, l-estrazzjoni sar-rota, u tar-riċiklaġġ u l-iżmontar tal-vettura.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  Matul il-fażi tal-monitoraġġ u rapportar, l-ammont ta' bijofjuwils avvanzati likwidi u gassużi mibjugħa fil-pompi tal-petrol għandu jitqies u għandu jiġi mnaqqas mill-emissjonjiet ta' CO2 rrapportat fil-fażi tal-approvazzjoni tat-tip. Dawn il-valuri jintużaw għall-kalkolu tal-Fattur ta' Korrezzjoni tal-Karbonju (CCF)

Il-Fattur ta' Korrezzjoni tal-Karbonju (CCF) jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja:

CCF = sehem nazzjonali ta' bijofjuwils avvanzati likwidi u gassużi użati.

Il-kalkolu kkoreġut ta' CO2 tal-flotta għandu għaldaqstant jitkejjel kif ġej:

CO2 tal-flotta = (CO2 tal-approvazzjoni tat-tip)*(1-CCF)

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni .

4.  Fejn applikabbli, l-ammonti tal-primjum għal emissjonijiet eċċessivi għandhom jitqiesu bħala dħul għat-tranżizzjoni ġusta fir-reġjuni milquta, inkluż it-taħriġ mill-ġdid u t-tqassim mill-ġdid tal-ħaddiema fis-settur tal-karozzi, il-mobilizzazzjoni ta' mobilità nadifa u ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, l-infrastrutturi tat-trasport, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-kopertura ta' esternalitajiet negattivi tat-trasport bit-triq u s-sikurezza fit-toroq .

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-miri għall-2025 u għall-2030 għall-flotta kollha tal-UE msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5) kkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punti 6.1.1 u 6.1.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I;

(a)  il-miri għall-2030 għall-flotta kollha tal-UE msemmija fl-Artikolu 1(4) kkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punti 6.1. tal-Partijiet A u B tal-Anness I;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-valuri għal a2021, a2025 u a2030 ikkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I.

(b)  il-valuri għal a2021 u a2030 ikkalkulati mill-Kummissjoni f'konformità mal-punt 6.2 tal-Partijiet A u B tal-Anness I.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub permezz tal-użu ta' teknoloġiji innovattivi jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi ("pakkett ta' teknoloġija innovattiva").

Fuq applikazzjoni minn fornitur jew manifattur, għandu jiġi kkunsidrat l-iffrankar ta' CO2 miksub permezz tal-użu ta' teknoloġiji innovattivi (bħall-modifika) jew taħlita ta' teknoloġiji innovattivi ("pakkett ta' teknoloġija innovattiva").

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur jista' jkun sa 7 g CO2/km.

Il-kontribut totali ta' dawk it-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur jista' jkun sa 9 g CO2/km.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' taġġusta l-limitu mill-2025 'il quddiem. Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 16.

Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-limitu mill-2021 'il quddiem, sabiex jiġi rifless il-kalkolu tad-WLTP. Dawk l-aġġustamenti għandhom isiru permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 16.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal- Unjoni . Mill-1 ta' Jannar 2025, dan il-kriterju m'għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata.

(d)  it-teknoloġiji innovattivi m'għandhomx ikunu koperti minn dispożizzjonijiet obbligatorji minħabba miżuri addizzjonali kumplimentari li jikkonformaw mat-tnaqqis ta' 10 g CO2/km imsemmija fl-Artikolu 1 jew ikunu obbligatorji taħt dispożizzjonijiet oħra tal-liġi tal-Unjoni. Dan il-kriterju m'għandux japplika fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien.

1.  Il-Kummissjoni għandha tissorvelja u tivvaluta kemm il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi u l-konsum tal-enerġija mill-vetturi determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151 huma fil-fatt rappreżentattivi tal-użu reali. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien, u għandha tniedi aktar investigazzjonijiet lejn ċerti manifatturi wara l-identifikazzjoni ta' emissjonijiet tas-CO2 eċċessivi sinifikanti.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà mill-manifatturi jew mill-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u dwar il-konsum tal-enerġija fl-użu reali ta' karozzi tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief.

2.  Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli pubblikament u f'format li jista' jitfittex diġitalment, skont il-każ, data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet ta' CO2 u dwar il-konsum tal-enerġija fl-użu reali ta' karozzi tal-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali ħfief, mingħand il-manifatturi u l-awtoritajiet nazzjonali.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Biex jiġi żgurat it-tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet ta' CO2 koperti mill-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, it-testijiet WLTP għandhom jintużaw sabiex jiġu ddeterminati l-livelli tal-emissjonijiet sakemm il-Kummissjoni tiżviluppa testijiet f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali aktar allinjati mar-realtà biex jeħdulhom posthom.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-2024, l-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm hu effikaċi dan ir-Regolament, fejn xieraq, flimkien ma' proposta biex ir-Regolament jiġi emendat. Dan ir-rapport jikkunsidra, inter alia, kemm huma rappreżentattivi tal-użu reali l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, il-mobilizzazzjoni ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni u l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil irrapurtati skont id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

1.  Fl-2023, l-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm hu effikaċi dan ir-Regolament, fejn xieraq, flimkien ma' proposta biex ir-Regolament jiġi emendat. Il-Kummissjoni tista' tiġi megħjuna minn esperti indipendenti li se jivvalutaw il-parametri kollha ewlenin li jinfluwenzaw iż-żieda ta' sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi. Dan ir-rapport se jikkunsidra, inter alia:

 

- kemm huma rappreżentattivi tal-użu reali l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija determinati skont ir-Regolament (UE) 2017/1151, u jinkludi fih valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-vetturi u l-impatt tal-emissjonijiet mill-estrassjoni sar-rota fil-każ tal-fjuwils;

 

- il-mobilizzazzjoni ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fis-suq tal-Unjoni u l-introduzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil irrapurtati skont id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill29.

 

Għal dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, billi tikkunsidra l-indikaturi li ġejjin:

 

- Il-firxa ta' vetturi offruti (vetturi tal-elettriku tal-batterija [BEV], vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli [PHEV], vetturi elettriċi biċ-ċelloli tal-fjuwil [FCEV], eċċ.);

 

- Il-prezzijiet taż-żejt, tal-fjuwil u tal-enerġija.

__________________

__________________

29 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)

29 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u tista', fejn xieraq, tirrevedi il-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet ta' CO2 hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b'mod adegwat ir-rendiment reali tal-emmissjonijiet ta'CO2 tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief.

2.  Il-Kummissjoni għandha tqis il-valutazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 12 u tista', fejn xieraq, tirrevedi il-proċeduri għall-kejl tal-emissjonijiet ta' CO2 hekk kif stabbilit taħt ir-Regolament (KE) Nru 715/2007. Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tagħmel proposti xierqa biex tadatta l-proċeduri biex jirriflettu b'mod adegwat ir-rendiment reali tal-emmissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi u vetturi kummerċjali ħfief, inkluż bl-użu ta' Sistema Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet u t-telerilevament.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tagħmel rieżami tad-Direttiva 1999/94/KE, u fejn xieraq, tressaq proposta rilevanti sabiex tipprovdi lill-konsumaturi b'informazzjoni preċiża, robusta u komparabbli dwar il-konsum tal-fjuwil, tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri fis-suq.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness I – part1 A – punt 6 – sottopunt 6.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2030 'il quddiem

Emenda    61

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6 – sottopunt 6.3 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 determinata skont il-punt 6.2.1 għall-perjodu 2025 sal-2029 u 6.2.2 għall-2030 'il quddiem

Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 determinata skont il-punt 6.2 għall-2030 'il quddiem

Emenda    62

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6 – sottopunt 6.3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 1.0, kif meħtieġ

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.15 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.15 jew 1.0, kif meħtieġ

Emenda    63

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6 – sottopunt 6.3 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

y huwa s-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' karozzi tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti

y huwa s-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' karozzi tal-passiġġieri rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti ZLEV specific = 1 - [(emissjonijiet speċifiċi x 0,5) / 50]

Emenda    64

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6 – sottopunt 6.3 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

null

imħassar

Emenda    65

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – punt 6 – sottopunt 6.3 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

x huwa 15% fis-snin 2025 sa 2029 u 30% fl-2030 'il quddiem.

x huwa 20 % fl-2030 'il quddiem.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għas-snin kalendarji 2021 sal-2024, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

4.  Għas-snin kalendarji 2021 sal-2029, il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għal manifattur għandha tkun ikkalkulata kif ġej:

Emenda    67

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – sottopunt 6.3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.3.  Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2025 'il quddiem

6.3.  Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi mill-2030 'il quddiem

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – sottopunt 6.3 – punt 6.3.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.3.1.  Mill-2025 sal-2029

imħassar

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = (il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi – (ø targets – – il-mira tal-flotta kollha tal-UE2025)) - Fattur ZLEV

 

Fejn,

 

Mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi hija l-mira tal-emissjonijiet speċifiċi għall-manifattur determinata skont il-punt 6.2.1

 

øtargets hija l-medja, abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kullha ddeterminati skont il-punt 6.2.1

 

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 1.0, kif meħtieġ

 

Fejn,

 

y huwa s-sehem ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero fil-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala n-numru totali ta' vetturi b'livell ta' emissjonijiet baxxi jew żero, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi kummerċjali ħfief irreġistrati fis-sena kalendarja

 

rilevanti

 

x 15 %.

 

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – sottopunt 6.3 – punt 6.3.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = (il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi - (øtargets – il-mira tal-flotta kollha tal-UE2030)) - Fattur ZLEV

Il-mira tal-emissjonijiet speċifiċi = il-mira ta' referenza tal-emissjonijiet speċifiċi Fattur ZLEV

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – sottopunt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

øtargets hija l-medja, abbażi tal-għadd ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati għal kull manifattur individwali, tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi kullha ddeterminati skont il-punt 6.2.2

imħassar

Emenda    71

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – sottopunt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.05 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.05 jew 1.0, kif meħtieġ

Fattur ZLEV huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1.15 jew iżgħar minn 1.0, f'liema każ il-fattur ZLEV għandu jkun stabbilit għal 1.15 jew 1.0, skont il-każ

Emenda    72

Proposta għal regolament

Anness I – parti B – punt 6 – sottopunt 6.3 – punt 6.3.2 – paragrafu 4 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

x huwa 30%

x huwa 15%

Emenda    73

Proposta għal regolament

Anness II – parti A – punt 1 – paragrafu 1 – punt ta (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ta)  emissjonijiet tas-CO2 taċ-ċiklu tal-ħajja tal-familja tal-vettura, fejn disponibbli.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.2.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

5.2.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Karima Delli

16.1.2018

Eżami fil-kumitat

25.4.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

18

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn, Evžen Tošenovský, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

18

-

ECR

Peter Lundgren

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Marie-Christine Arnautu

GUE/NGL

Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Karoline Graswander-Hainz, Anna Hedh, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

2

0

ENF

Georg Mayer

S&D

Maria Grapini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.2.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.2.2018

IMCO

5.2.2018

TRAN

5.2.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

4.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Miriam Dalli

16.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.5.2018

20.6.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

10.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

23

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Lukas Mandl, Jiří Maštálka, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Michel Dantin, Jørn Dohrmann, Eleonora Evi, Eleonora Forenza, Elena Gentile, Christophe Hansen, Rebecca Harms, Martin Häusling, Jan Huitema, Norbert Lins, Christel Schaldemose

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jacques Colombier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Kathleen Van Brempt, Julie Ward, Joachim Zeller

Data tat-tressiq

18.9.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker, Jørn Dohrmann

EFDD

Evi Eleonora, Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Lynn Boylan, Stefan Eck, Eleonora Forenza

PPE

José Inácio Faria

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Elena Gentile, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Kathleen Van Brempt, Julie Ward, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Rebecca Harms, Martin Häusling, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

23

-

ECR

Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin Langen, Michel Dantin, Angélique Delahaye, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Lukas Mandl, Miroslav Mikolášik, Adina Ioana Vălean, Joachim Zeller

7

0

ENF

Dominique Bilde, Jacques Colombier, Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Jiří Maštálka

PPE

Karl Heinz Florenz, Annie Schreijer Pierik

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Settembru 2018Avviż legali