Proċedura : 2017/2138(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0300/2018

Testi mressqa :

A8-0300/2018

Dibattiti :

PV 23/10/2018 - 19
CRE 23/10/2018 - 19

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2018 - 11.6

Testi adottati :

P8_TA(2018)0405

IT-TIENI RAPPORT     
PDF 673kWORD 55k
2.10.2018
PE 623.715v02-00 A8-0300/2018

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

(2017/2138(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Marco Valli

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

(2017/2138(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (COM(2017)0365 – C8-0249/2017)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2016, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2016, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018(5) li jiddifferixxi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2016, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318, 319 u 335 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0300/2018),

1.  Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2016;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif ukoll lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill

(2017/2138(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0300/2018),

A.  billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni;

B.  billi r-rwol tal-Parlament fir-rigward tal-kwittanza baġitarja huwa speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u fir-Regolament Finanzjarju;

1.  Ifakkar li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom awtonomija amministrattiva fi kwistjonijiet relatati mal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom u jissottolinja l-importanza tagħhom li jaġixxu b'mod responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom;

2.  Jissottolinja r-rwol tal-Parlament fil-proċedura ta' kwittanza, kif regolat mit-TFUE, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;

3.  Jiddispjaċih li l-Kunsill ma rrispondiex għall-kummenti magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu tat-18 ta' April 2018(7), wara x-xejra mis-snin preċedenti;

4.  Jiddispjaċih ħafna li r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament ma ngħataw l-ebda segwitu u li ma ngħatat la motivazzjoni u lanqas ġustifikazzjoni; jinsisti li l-Kunsill jimplimenta l-kummenti magħmula fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta' April 2018 (P8_TA-PROV(2018)0125), b'mod partikolari l-kummenti ta' hawn taħt, u jirreaġixxi minnufih għall-kummenti;

5.  Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-bidla fundamentali li rnexxiet lejn ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni fl-ippjanar tal-baġit min-naħa tal-Kummissjoni, introdotta f'Settembru 2015 bħala parti mill-inizjattiva "Baġit tal-UE ffukat fuq ir-Riżultati"; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill japplikaw il-metodu għall-proċedura ta' ppjanar tal-baġit tagħhom stess;

Kwistjonijiet pendenti

6.  Jiddispjaċih li t-talba li l-baġit tal-Kunsill Ewropew jiġi sseparat minn dak tal-Kunsill, magħmula mill-Parlament f'riżoluzzjonijiet ta' kwittanza preċedenti, ma ġietx ikkunsidrata;

7.  Jinnota li l-Kunsill għadu qed jelabora tweġiba għar-rapport strateġiku tal-Ombudsman Ewropew dwar "It-trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill" (OI/2/2017/TE), minkejja l-fatt li l-Ombudsman Ewropew talbet tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti tagħha għal titjib sad-9 ta' Mejju 2018; jirrikonoxxi li l-Kunsill qed jinvolvi ruħu f'riċerka serja u dettaljata fit-tħejjija tat-tweġiba tiegħu iżda, madankollu, iħeġġeġ lill-Kunsill biex jirrispetta t-talba tal-Ombudsman; ifakkar li l-Ombudsman Ewropew bagħtet ukoll is-sejbiet tagħha lill-Parlament u li tnejn mill-kumitati tiegħu bħalissa qed jaħdmu fuq rapport dwar is-sejbiet u għaldaqstant il-Kunsill huwa mitlub jibgħat it-tweġiba u s-sejbiet tiegħu lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

8.  Jiddispjaċih li, minkejja l-iskambju okkażjonali ta' informazzjoni bejn id-dipartimenti immobiljari taż-żewġ istituzzjonijiet, il-Kunsill għadu mhux jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar il-politika immobiljari tiegħu fir-rapport finanzjarju annwali tiegħu; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-politika immobiljari tiegħu u l-infiq relatat u jitlob li jkun hemm aċċess pubbliku sħiħ għal din l-informazzjoni bħala sinjal ta' trasparenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

9.  Itenni l-appell tiegħu għal rapporti ta' progress dwar il-proġetti immobiljari u għal analiżi dettaljata tal-ispejjeż imġarrba s'issa; jieħu nota tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kunsill dwar l-Attivitajiet Finanzjarji tal-2017, li fih ġie ddikjarat li l-binja Europa se tiswa EUR 312 143 710,53;

10.  Itenni t-talba tiegħu li l-istampa ġenerali tar-riżorsi umani tkun analizzata skont il-kategorija, il-grad, is-sess, in-nazzjonalità u t-taħriġ;

11.  Jilqa' n-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin bħalissa biex isaħħu r-reġistru ta' trasparenza tal-Unjoni; itenni l-appell tiegħu għal eżitu b'suċċess tan-negozjati li jwasslu lill-Kunsill biex jissieħeb fir-reġistru;

12.  Itenni t-talba tiegħu li l-Kunsill jiċċara x'miżuri ħa biex isib tarf in-nomina irregolari ta' imħallef għall-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea(8);

13.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; josserva li f'dan l-istadju ma tista' ssir l-ebda previżjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji, amministrattivi, umani u oħrajn relatati mal-ħruġ; jitlob lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt u jinformaw lill-Parlament dwar ir-riżultati sa tmiem l-2018.

Il-qagħda kurrenti

14.  Jilqa' l-iskambji informali li saru bejn il-Parlament u l-Kunsill sabiex jiġu diskussi soluzzjonijiet għall-istall kurrenti fir-rigward tal-proċedura ta' kwittanza; Jinnota li l-Kunsill wieġeb il-proposta tal-Parlament dwar il-proċedura għall-eżerċizzju tal-kwittanza tal-Kunsill fit-2 ta' Mejju 2018 bi proposta emendata, u li wara laqgħa informali bejn il-Parlament u l-Kunsill fl-10 ta' Lulju, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit bagħat ir-reazzjoni tiegħu għall-proposta emendata tal-Kunsill fil-21 ta' Lulju 2018; iħeġġeġ lill-Kunsill jirreaġixxi malajr għall-aħħar proposti mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, biex b'hekk l-arranġamenti l-ġodda għall-eżerċizzju ta' kwittanza jkunu jistgħu jiġu applikati mill-aktar fis possibbli;

15.  Jiddispjaċih bid-diffikultajiet li tfaċċaw b'mod ripetut sal-lum fil-proċeduri ta' kwittanza, li kienu minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jirrimarka li l-Parlament ċaħad l-għoti ta' kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011(9), tal-25 ta' Ottubru 2011(10), tal-10 ta' Mejju 2012(11), tat-23 ta' Ottubru 2012(12), tas-17 ta' April 2013(13), tad-9 ta' Ottubru 2013(14), tat-3 ta' April 2014(15), tat-23 ta' Ottubru 2014(16), tas-27 ta' Ottubru 2015(17), tas-27 ta' Ottubru 2016(18) u tal-25 ta' Ottubru 2017(19) u ddifferixxa d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2016 għar-raġunijiet stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018;

16.  Jinnota l-fehma tal-Kummissjoni, kif espressa f'Jannar 2014, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-kummenti magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju tal-kwittanza, u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza;

17.  Jinnota li l-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġit tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-fatt li twieġeb mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni biex timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit;

18.  Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qiegħed jonqos milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-Parlament;

19.  Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill trid tgħaddi minn skrutinju bl-istess mod bħal dik tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-elementi fundamentali ta' dan l-iskrutinju huma stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet ta' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew;

20.  Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 tat-TFUE, f'konformità mal-interpretazzjoni u l-prassi tal-lum, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika lill-kontribwenti tal-Unjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Jonathan Bullock, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Wolf Klinz, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Joachim Zeller, Dennis de Jong

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

EFDD

Jonathan Bullock, Marco Valli

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

PPE

Richard Ashworth, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Miroslav Poche

VERTS/ALE

Bart Staes

NI

Cătălin Sorin Ivan

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

  ĠU L 48, 24.2.2016.

(2)

  ĠU C 323, 28.9.2017, p. 1.

(3)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 1.

(4)

  ĠU C 322, 28.9.2017, p. 10.

(5)

  Testi adottati, P8_TA(2018)0125.

(6)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)

  Testi adottati, P8_TA(2018)0125.

(8)

  Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) tat-23 ta' Jannar 2018, FV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, T-639/16 P, ECLI:EU:T:2018:22.

(9)

  ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.

(10)

  ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.

(11)

  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.

(12)

  ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.

(13)

  ĠU L 308, 16.11.2013, p. 22.

(14)

  ĠU L 328, 7.12.2013, p. 97.

(15)

  ĠU L 266, 5.9.2014, p. 26.

(16)

  ĠU L 334, 21.11.2014, p. 95.

(17)

  ĠU L 314, 1.12.2015, p. 49.

(18)

  ĠU L 333, 8.12.2016, p. 50.

(19)

  ĠU L 318, 2.12.2017, p. 25.

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Ottubru 2018Avviż legali