Proċedura : 2017/0171(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0305/2018

Testi mressqa :

A8-0305/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2018 - 7.6

Testi adottati :

P8_TA(2018)0390

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 589kWORD 55k
2.10.2018
PE 616.777v02-00 A8-0305/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

(12383/2017 – C8‑0174/2018 – 2017/0171(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Emilian Pavel

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

(12383/2017 – C8‑0174/2018 – 2017/0171(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12383/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir (12382/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 77(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0174/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0305/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta' Antigua u Barbuda.


NOTA SPJEGATTIVA

Dan il-ftehim emendatorju dwar eżenzjoni mill-viża għas-soġġorni qosra fl-istess ħin jikkostitwixxi l-milja tal-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda, li għandu sinifikat politiku kbir fil-kuntest tal-Ftehim ta' Cotonou. Il-ftehim emendatorju jiżgura koerenza legali, kif ukoll armonizzazzjoni fost l-Istati Membri, billi jaderixxi mad-definizzjoni l-ġdida ta' soġġorn qasir kif previst mill-emenda tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen, li tipprovdi interpretazzjoni aktar ċara ta' "soġġorn qasir".

Antigua u Barbuda huma membru tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, tal-Assoċjazzjoni tal-Istati tal-Karibew, tal-Komunità tal-Karibew, tal-Moviment Mhux Allineat, tal-Assoċjazzjoni tal-Istati tal-Karibew tal-Lvant, tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Mil-lat politiku, Antigua u Barbuda huma monarkija kostituzzjonali, li tagħraf lir-Reġina Eliżabetta II bħala kap tal-istat. Ir-Reġina hija rappreżentata minn Gvernatur Ġenerali maħtur fuq parir tal-Prim Ministru. Il-gvern huwa demokrazija parlamentari b'leġiżlatura bikamerali. Huwa magħmul minn Kamra tar-Rappreżentanti, eletta b'mod dirett, u Senat. Il-Kostituzzjoni tiggarantixxi d-drittijiet u l-libertajiet individwali.

Id-djalogu politiku tal-UE ma' kull wieħed mill-pajjiżi AKP tal-Paċifiku u ma' Antigua u Barbuda b'mod partikolari, qiegħed jiżdied gradwalment. Dan il-ftehim jista' jippermettilna nissoktaw is-sħubija tagħna f'qafas ġuridiku ċar. L-emendar tal-eżenzjoni tal-viża ser jkompli jibgħat messaġġ pożittiv ta' appoġġ lil dan il-pajjiż u l-isforzi li qed jagħmel.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jenfasizza l-impatt mhux negliġibbli li l-eżenzjoni mill-viża ser ikollha fuq it-tqarrib bejn il-popli Ewropej u dawk ta' Antigua u Barbuda. Il-ftehim ġdid ta' eżenzjoni mill-viża sejjer jippermetti li ċ-ċittadini mhux biss igawdu bis-sħiħ mis-sħubija AKP-UE, iżda wkoll li jkomplu jipparteċipaw fiha billi jivvjaġġaw bi prezz imraħħas, ekonomiku u prattiku f'qafas ġuridiku aktar ċar u koerenti.

F'dan il-kuntest ir-rapporteur jilqa' r-rwol tal-membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, li kkontribwew bil-kbir għall-konklużjoni ta' dan il-ftehim li, barra minn hekk, ser jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Is-sitwazzjoni partikolari tar-Renju Unit u tal-Irlanda titqies fil-preambolu. Għalhekk, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex sejrin jipparteċipaw fil-ftehim konkluż u mhumiex suġġetti għad-dispożizzjonijiet tiegħu.

L-involviment mill-qrib tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen huwa rifless ukoll f'dikjarazzjoni konġunta annessa għall-Ftehim. Id-dikjarazzjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' dawn il-pajjiżi jikkonkludu mill-aktar fis possibbli ftehimiet bilaterali ma' Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir b'kundizzjonijiet simili għal dawk ta' dan il-Ftehim.

**

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Membri tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament jagħtu l-appoġġ tagħhom lil dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u Antigua u Barbuda li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u Antigua u Barbuda dwar l-eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir

Referenzi

12383/2017 – C8-0174/2018 – COM(2017)03922017/0171(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

30.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.5.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Emilian Pavel

25.9.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.11.2017

20.2.2018

27.9.2018

 

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Rachida Dati, Tanja Fajon, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Helga Stevens, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra, Sophia in ‘t Veld

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Pál Csáky, Jeroen Lenaers, Innocenzo Leontini, Andrejs Mamikins, Emilian Pavel, John Procter, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ilhan Kyuchyuk, Georg Mayer, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

2.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Ilhan Kyuchyuk, Cecilia Wikström

ECR

Daniel Dalton, John Procter, Helga Stevens

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Carlos Coelho, Pál Csáky, Rachida Dati, Kinga Gál, Barbara Kudrycka, Jeroen Lenaers, Innocenzo Leontini, Csaba Sógor, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Traian Ungureanu, Sabine Verheyen

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Emilian Pavel, Birgit Sippel

VERTS/ALE

Judith Sargentini, Bodil Valero

1

-

ENF

Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Ottubru 2018Avviż legali