Proċedura : 2017/0158(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0308/2018

Testi mressqa :

A8-0308/2018

Dibattiti :

PV 24/10/2018 - 19
CRE 24/10/2018 - 18
CRE 24/10/2018 - 19

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.1
CRE 25/10/2018 - 13.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 12/03/2019 - 9.20

Testi adottati :

P8_TA(2018)0418
P8_TA(2019)0154

RAPPORT     ***I
PDF 1574kWORD 175k
9.10.2018
PE 619.292v02-00 A8-0308/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali

(COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteurs: Alessia Maria Mosca, Daniel Dalton

(Proċedura b'kumitati konġunti – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

Rapporteur għal opinjoni (*):

Santiago Fisas Ayxelà

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali

(COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0375),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0227/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0308/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu24 u d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu25, jenħtieġ li regoli komuni dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi jiġu promulgati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva kontra t-telf tal-beni kulturali, il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-umanità u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu permezz tal-bejgħ ta' patrimonju kulturali sakkeġġat lix-xerrejja fl-Unjoni.

(1)  Fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu24 u d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu25, jenħtieġ li jiġu promulgati regoli komuni dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva kontra t-traffikar, it-telf jew il-qerda tal-beni kulturali, il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-umanità u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus permezz tal-bejgħ lil xerrejja fl-Unjoni ta' patrimonju kulturali misruq.

__________________

__________________

24 COM(2016) 50 final.

24 COM(2016) 50 final.

25 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI; ĠU L 88, 31.3.2017, p.6-21.

25 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI; ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6-21.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fir-rigward tal-impenn tal-Unjoni għal proċessi ġusti u kumpens għall-vittmi, kif ukoll il-kostituzzjoni u l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) dwar il-protezzjoni tal-patrimonju, trid tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-beni kummerċjalizzati, skavati jew miksuba illegalment. Fir-rigward tal-isfruttament tal-popli u t-territorji li normalment iwassal għat-traffikar u l-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali, partikolarment meta dan it-traffikar u l-kummerċ illeċitu joriġinaw f'kuntest ta' kunflitt armat, jenħtieġ li dan ir-Regolament jikkunsidra l-karatteristiċi reġjonali u lokali, aktar milli l-valur fis-suq tal-produzzjoni kulturali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-patrimonju kulturali huwa wieħed mill-elementi bażiċi taċ-ċivilizzazzjoni, jarrikkixxi l-ħajja kulturali tal-popli kollha u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi protett minn approprjazzjoni illegali u sakkeġġ. Jenħtieġ li skont dan l-Unjoni tipprojbixxi d-dħul ta' beni kulturali esportati illegalment minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tal-Unjoni.

(2)  Ħafna drabi, il-beni kulturali jkollhom importanza kulturali, artistika, storika u xjentifika kbira. Il-patrimonju kulturali huwa wieħed mill-elementi bażiċi taċ-ċiviltà, fost l-oħrajn għaliex hu mogħni b'valur simboliku u jirrappreżenta l-memorja kulturali tal-umanità. Jarrikkixxi l-ħajja kulturali tal-popli kollha u jgħaqqad lin-nies fl-għarfien ta' memorja kondiviża u fl-iżvilupp taċ-ċiviltà. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi protett minn approprjazzjoni illegali u sakkeġġ. Is-serq minn siti arkeoloġiċi kien jiġri minn dejjem, iżda issa laħaq skala industrijali. Sakemm ikun possibbli li wieħed jinvolvi ruħu fil-kummerċ ta' beni kulturali skavati illegalment li jħalli ħafna qligħ, u jagħmel profitt mingħajr l-ebda riskju notevoli, tali skavi u serq se jkomplu anke fil-ġejjieni. Il-valur ekonomiku u artistiku tal-patrimonju kulturali joħloq domanda qawwija fis-suq internazzjonali, iżda n-nuqqas ta' miżuri leġiżlattivi internazzjonali b'saħħithom jew l-infurzar tagħhom iwassal għat-trasferiment ta' dawn il-beni fl-ekonomija s-sewda. Is-serq minn siti arkeoloġiċi u l-kummerċ f'patrimonju kulturali skavat illegalment huwa delitt serju li joħloq tbatija sinifikanti lil dawk li jintlaqtu direttament jew indirettament. F'ħafna każijiet, il-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali jikkontribwixxi għat-tkeċċija jew għal omoġenizzazzjoni kulturali furzata, filwaqt li s-serq u s-sakkeġġ ta' beni kulturali jwasslu, fost konsegwenzi oħra, għad-diżintegrazzjoni tal-kulturi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tipprojbixxi l-importazzjoni ta' beni kulturali esportati illegalment minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tagħha, b'enfasi partikolari fuq beni kulturali minn pajjiżi terzi milquta minn kunflitti armati, partikolarment jekk dawn il-beni jkunu ġew esportati minn organizzazzjonijiet terroristiċi jew organizzazzjonijiet kriminali oħrajn.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi mhux dejjem ikollhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex jiġġieldu t-traffikar u l-kummerċ illegali ta' beni kulturali. Jistgħu wkoll ikunu soġġetti għall-korruzzjoni jew għal forom oħra ta' amministrazzjoni ħażina. Meta l-beni kulturali jitneħħew mill-kuntest tagħhom, il-popolazzjoni tiġi mċaħħda mid-drawwiet u mill-beni kulturali tagħha jew minn postijiet ta' tifkira u qima. Il-kuntest storiku u l-valur xjentifiku tal-beni jintilfu jekk il-beni assoċjati jinbiegħu separatament. Fid-dawl tal-insostitwibbiltà tal-beni kulturali u l-interess pubbliku, jenħtieġ li l-pussess ta' dawn l-oġġetti jkun possibbli f'kundizzjonijiet speċifiċi biss. Il-proċedura tal-importazzjoni trid tinkludi l-assigurazzjoni ta' ħżin xieraq, id-dokumentazzjoni, l-aċċessibilità mogħtija lill-istituzzjonijiet akkademiċi u lill-mużewijiet pubbliċi, u l-kooperazzjoni f'każ ta' talbiet ta' restituzzjoni ġustifikati.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fid-dawl tar-regoli differenti li japplikaw fl-Istati Membri fir-rigward tad-dħul ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri biex b'mod partikolari jiżguraw li l-importazzjonijiet ta' beni kulturali jkunu soġġetti għal kontrolli uniformi hekk kif jidħlu.

(3)  Fid-dawl tar-regoli differenti li japplikaw fl-Istati Membri fir-rigward tal-importazzjoni ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri biex b'mod partikolari jiżguraw li ċerti importazzjonijiet ta' beni kulturali jkunu soġġetti għal kontrolli uniformi hekk kif jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, abbażi tal-proċessi, il-proċeduri u l-għodod amministrattivi eżistenti mmirati lejn l-implimentazzjoni uniformi tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jenħtieġ li r-regoli komuni jkopru t-trattament doganali ta' beni kulturali li ma joriġinawx mill-Unjoni li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri kemm ir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni libera, kif ukoll it-tqegħid tagħhom skont proċeduri doganali speċjali għajr it-tranżitu.

(4)  Jenħtieġ li r-regoli komuni jkopru l-introduzzjoni u l-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' beni kulturali li ma joriġinawx minnha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Minħabba l-potenzjal magħruf ta' żoni ħielsa (u 'l hekk imsejħa "portijiet ħielsa") għal finijiet ta' ħżin tal-beni kulturali, jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll li għandhom jiġu stabbiliti jkollhom kamp ta' applikazzjoni kemm jista' jkun wiesa' fir-rigward tal-proċeduri doganali kkonċernati. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-kontrolli ta' miżuri ma jikkonċernawx biss il-beni rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni iżda wkoll il-beni mqiegħda skont il-proċeduri doganali speċjali. Madankollu, jenħtieġ li dan il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ma jmurx kontra l-prinċipju tal-libertà ta' tranżitu tal-beni, u lanqas ma jmur lil hinn mill-objettiv tal-prevenzjoni tal-beni kulturali esportati illeċitament milli jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Minħabba f'dan, filwaqt li jiġu inklużi proċeduri speċjali tad-dwana li skonthom il-beni li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu, jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll jeskludu t-tranżitu.

(5)  Jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll li jridu jiġu stabbiliti fir-rigward ta' żoni ħielsa (u l-hekk imsejħa "portijiet ħielsa") ikollhom kamp ta' applikazzjoni kemm jista' jkun wiesa' f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċeduri doganali kkonċernati, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni bl-isfruttament ta' żoni ħielsa, li jirrappreżentaw żoni bi sfond potenzjali għall-proliferazzjoni kontinwa tal-kummerċ ta' prodotti illegali fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-miżuri ta' kontroll ma jikkonċernawx biss il-beni rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni iżda wkoll il-beni soġġetti għal proċeduri doganali speċjali. Madankollu, jenħtieġ li dan il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ma jmurx lil hinn mill-objettiv tal-prevenzjoni tal-beni kulturali esportati b'mod illeċitu milli jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li l-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini jew mill-pajjiż terz bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Id-definizzjonijiet bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 u l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar is-Serq jew l-Esportazzjoni Illegali ta' Beni Kulturali ffirmata f'Ruma fl-24 ta'Ġunju 1995, li għadd sinifikanti ta' Stati Membri huma parti minnhom, jenħtieġ li jintużaw fir-Regolament meta titqies il-familjarità mad-dispożizzjonijiet tagħhom ta' ħafna pajjiżi terzi u ħafna Stati Membri.

(6)  Jenħtieġ li fir-Regolament jintużaw id-definizzjonijiet ibbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċitu tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 ("il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970") u l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar is-Serq jew l-Esportazzjoni Illegali ta' Beni Kulturali ffirmata f'Ruma fl-24 ta' Ġunju 1995, li għadd sinifikanti ta' Stati Membri huma parti minnhom, meta titqies il-familjarità ta' ħafna pajjiżi terzi u tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri – mad-dispożizzjonijiet tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li l-legalità tal-esportazzjoni tiġi eżaminata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż fejn ikunu nstabu jew inħolqu l-beni kulturali ("pajjiż ta' oriġini"). Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, meta beni kulturali jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz differenti, jenħtieġ li l-persuna li qed tfittex li ddaħħalhom fit-territorju doganali tal-Unjoni turi li ġew esportati minn hemm legalment, meta l-pajjiż terz inkwistjoni huwa Stat Firmatarju tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 u għalhekk pajjiż impenjat fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-beni kulturali. F'każijiet oħra, jenħtieġ li l-persuna tipprova li l-esportazzjoni mill-pajjiż ta' oriġini kienet skont il-liġi.

(7)  Jenħtieġ li l-legalità tal-esportazzjoni tiġi eżaminata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż fejn il-beni kulturali jkunu nħolqu, instabu, inqalgħu, ġew skavati jew insterqu minn fuq l-art jew minn taħt l-ilma, jew il-pajjiż li tant ikollu rabta mill-qrib ma' dawn il-beni kulturali li jipproteġihom bħala proprjetà kulturali nazzjonali u jirregola l-esportazzjoni tagħhom mit-territorju tiegħu meta jinħarġu legalment mill-pajjiż fejn ikunu nħolqu jew instabu ("pajjiż ta' oriġini"). Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, meta beni kulturali jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz differenti, jenħtieġ li l-persuna li tkun qed tfittex li ddaħħalhom fit-territorju doganali tal-Unjoni turi li ġew esportati legalment mill-pajjiż ta' oriġini. F'każijiet eċċezzjonali, jiġifieri meta l-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jkunx jista' jiġi stabbilit b'ċertezza – u dik iċ-ċirkustanza titqies dokumentata tajjeb u sostnuta minn evidenza mill-awtorità kompetenti – jew jekk il-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini qabel l-1970 u jkunu nżammu f'pajjiż terz għal finijiet differenti mill-użu temporanju, it-tranżitu, l-esportazzjoni jew id-dispaċċ qabel ma jkunu ddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni – iżda d-detentur ma jkunx jista' jipprovdi d-dokumenti meħtieġa peress li meta l-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini ma kinux jintużaw dokumenti bħal dawn – l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni u dokumenti ġustifikattivi xierqa li jissostanzjaw li l-beni kulturali kkonċernati jkunu ġew esportati mill-pajjiż terz skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew li jagħtu prova tan-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Il-protezzjoni mill-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment illegali tal-beni kulturali tal-Istati Membri li huma Partijiet fil-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 hija appoġġata mill-miżuri previsti fl-Artikolu 5 ta' dik il-Konvenzjoni, li jgħid li għandu jitwaqqaf tal-inqas servizz nazzjonali wieħed għall-protezzjoni tal-patrimonju kulturali, mgħammar b'għadd suffiċjenti ta' persunal kwalifikat. Il-Konvenzjoni tiffaċilita wkoll il-kollaborazzjoni attiva meħtieġa fil-qasam tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-importazzjoni illegali ta' beni kulturali, speċjalment f'żoni ta' kriżi, mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li huma Partijiet fiha. Jenħtieġ li dawn l-Istati Membri jonoraw l-impenji previsti fil-Konvenzjoni, u li l-Istati Membri li għadhom ma għamlux hekk, jipproċedu biex jirratifikawha b'urġenza.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Fid-dawl tal-fatt li l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 jiddisponi t-twaqqif ta' servizz nazzjonali wieħed jew aktar, mgħammar bl-għadd neċessarju ta' persunal kwalifikat, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-beni kulturali nazzjonali mill-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment illegali, kif ukoll il-ħtieġa ta' kollaborazzjoni attiva mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-importazzjoni illegali ta' beni kulturali, speċjalment f'żoni ta' kriżi, jenħtieġ li l-Istati li huma Partijiet fil-Konvenzjoni jonoraw l-impenji previsti fiha u li dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux hekk, jirratifikawha b'urġenza.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex ma jiġix imfixkel ħafna l-kummerċ ta' beni minn naħa għal oħra tal-fruntiera esterna, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal beni li jiksbu ċertu limitu ta' żmien. Għal dak l-għan, jidher xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien minimu ta' 250 sena għall-kategoriji kollha tal-beni kulturali. Dak il-limitu ta' żmien minimu se jiżgura li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jiffokaw fuq il-beni kulturali l-aktar suxxettibli li jkunu fil-mira ta' ħallelin fiż-żoni ta' kunflitt, mingħajr ma jiġu esklużi beni oħra li hu meħtieġ li jsirilhom kontroll sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.

(8)  Sabiex ma jiġix imfixkel ħafna l-kummerċ ta' beni minn naħa għal oħra tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal beni li jiksbu ċertu limitu ta' żmien u ta' valur. Għal dak l-għan, jidher xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien minimu għall-maġġoranza tal-kategoriji ta' beni kulturali, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 116/2009 u mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 u tal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995, u limitu finanzjarju għal ċerti kategoriji ta' beni kulturali kif stipulat fl-Anness I. Jenħtieġ li ċerti kategoriji ta' beni kulturali ma jkunux soġġetti għal limitu finanzjarju peress li dawn jirrikjedu protezzjoni aktar b'saħħitha minħabba riskju akbar ta' serq, telf jew qerda. Il-limitu ta' żmien minimu jiżgura li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jiffokaw fuq il-beni kulturali l-aktar suxxettibli li jkunu fil-mira ta' ħallelin fiż-żoni ta' kunflitt, mingħajr ma jiġu esklużi beni oħra li hu meħtieġ li jsirilhom kontroll sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Peress li uħud mill-kategoriji tal-beni kulturali, prinċipalment oġġetti arkeoloġiċi, elementi minn monumenti, manuskritti rari u inkunabula huma partikolarment vulnerabbli għas-sakkeġġ u l-qerda, jidher li huwa neċessarju li tiġi prevista sistema għal żieda fl-iskrutinju qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali sistema tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul qabel ma jingħata r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-beni jew it-tqegħid tagħhom skont il-proċedura doganali speċjali għajr it-tranżitu. Persuni li jfittxu li jiksbu tali liċenzja, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovaw l-esportazzjoni legali minn pajjiż ta' oriġini permezz ta' dokumenti ta' prova u evidenza xierqa, b'mod partikolari, ċertifikati jew liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti ta' assigurazzjoni, dokumenti ta' trasport u valutazzjonijiet ta' esperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ liċenzja bla dewmien żejjed, abbażi tal-applikazzjonijiet kompluti u preċiżi.

(10)  Peress li wħud mill-kategoriji tal-beni kulturali prinċipalment oġġetti arkeoloġiċi u elementi minn monumenti huma partikolarment vulnerabbli għas-sakkeġġ u l-qerda, jidher li huwa neċessarju li tiġi prevista sistema għal żieda fl-iskrutinju qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali sistema tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru li fih tkun prevista l-importazzjoni qabel ma dawn il-beni jiġu impurtati fit-territorju doganali tal-Unjoni. Persuni li jfittxu li jiksbu tali liċenzja, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovaw li l-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini jew – f'każijiet eċċezzjonali – mill-pajjiż terż, skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew jagħtu prova tan-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti. Filwaqt li jitqiesu debitament ir-riskju u l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' diliġenza dovuta, l-esportazzjoni leċita mill-pajjiż ta' oriġini jew – f'każijiet eċċezzjonali – mill-pajjiż terz, għandha tiġi pprovata permezz ta' dokumenti ġustifikattivi u evidenza xierqa (ċertifikati jew liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż ta' oriġini, dokument standardizzat ibbażat fuq l-istandard tal-Object ID, li jirrappreżenta l-istandard internazzjonali biex jiġu deskritti l-beni kulturali, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti tal-assigurazzjoni, dokumenti tat-trasport), li jissostanzjaw li l-beni kulturali kkonċernati jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Meta ma jkunx hemm dokumenti ġustifikattivi disponibbli, jenħtieġ li – jekk l-awtorità kompetenti tħoss il-bżonn – l-applikazzjoni tinkludi valutazzjoni ta' espert. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ liċenzja bla dewmien żejjed, abbażi ta' applikazzjonijiet kompluti u preċiżi, u fiż-żmien speċifikat.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Fid-dawl tan-natura speċifika tal-oġġetti, ir-rwol tal-esperti kulturali fl-awtoritajiet doganali huwa estremament rilevanti peress li dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu, fejn ikun hemm bżonn, jirrikjedu informazzjoni addizzjonali mingħand id-dikjarant u janalizzaw il-beni kulturali billi jeżaminawhom fiżikament.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal kategoriji oħra ta' beni kulturali, jenħtieġ li permezz ta' dikjarazzjoni, il-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jiċċertifikaw u jieħdu r-responsabbilità għall-esportazzjoni tagħhom skont il-liġi minn pajjiż terz, u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex dawk il-beni jiġu identifikati mid-dwana. L-informazzjoni dwar il-beni kulturali jenħtieġ li tingħata permezz ta' dokument standardizzat sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Id-dokument standard ta' identifikazzjoni tal-oġġett rakkomandat mill-UNESCO, jenħtieġ li jintuża biex jiddeskrivi l-beni kulturali. Jenħtieġ li d-dwana tirreġistra d-dħul ta' dawk il-beni kulturali, iżomm l-oriġinali u tagħti kopja tad-dokumenti rilevanti lid-dikjarant, sabiex tiġi żgurata t-traċċabbilità wara li l-beni jidħlu fis-suq intern.

(11)  Għal kategoriji oħra ta' beni kulturali, jenħtieġ li permezz ta' dikjarazzjoni elettronika, il-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jiċċertifikaw u jieħdu r-responsabbiltà għall-esportazzjoni legali tagħhom mill-pajjiż ta' oriġini jew – f'każijiet eċċezzjonali – mill-pajjiż terz, u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex dawk il-beni jiġu identifikati mid-dwana. L-informazzjoni dwar il-beni kulturali jenħtieġ li tingħata permezz ta' dokument standardizzat elettroniku sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Biex jiġu deskritti l-beni kulturali jenħtieġ li jintuża dokument standardizzat ibbażat fuq l-istandard tal-Object ID rakkomandat mill-UNESCO. Jenħtieġ li d-dikjarazzjoni elettronika tinkludi wkoll iċ-ċertifikati jew il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż ta' oriġini jew – f'każijiet eċċezzjonali – mill-pajjiż terz, li jagħtu prova li l-beni kulturali kkonċernati jkunu ġew esportati minn dak il-pajjiż skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew li jagħtu prova tan-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti. Jekk il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-pajjiż terz ma tipprevedix il-ħruġ ta' liċenzji jew ċertifikati tal-esportazzjoni, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-importatur tinkludi kwalunkwe dokument ġustifikattiv u evidenza oħra xierqa, inklużi jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti tal-assigurazzjoni u dokumenti tat-trasport. Jenħtieġ li dawk il-beni kulturali jiġu reġistrati elettronikament u li d-dikjarant jingħata kopja tad-dokumenti rilevanti sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà wara li l-beni jidħlu fis-suq intern. Jenħtieġ li l-informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet doganali fl-għamla ta' dikjarazzjoni elettronika tippermettilhom jieħdu azzjoni ulterjuri jekk, abbażi ta' analiżi tar-riskju, jemmnu li dawk il-beni jistgħu jkunu s-suġġett ta' importazzjoni illeċita.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Id-dħul temporanju ta' beni kulturali għal finijiet ta' riċerka edukattiva, xjentifika jew akkademika, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni.

(12)  Jenħtieġ li d-dħul temporanju ta' beni kulturali għal finijiet edukattivi, xjentifiċi jew ta' spettaklu, konservazzjoni, restawr, diġitalizzazzjoni u riċerka akkademika, kif ukoll għall-fini ta' kooperazzjoni bejn mużewijiet jew istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ oħra biex jittellgħu wirjiet kulturali, ma jkunx soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur. Jenħtieġ li l-beni kulturali li jkunu se jiġu ppreżentati waqt fieri kummerċjali u wirjiet tal-arti internazzjonali ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur. Madankollu, jekk il-beni kulturali jiġu akkwistati u jibqgħu fit-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur, skont il-kategorija tal-beni kulturali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-ħżin ta' beni kulturali minn pajjiżi milquta minn kunflitt armat jew li għaddejjin minn diżastru naturali, jenħtieġ li jiġu wkoll permessi mingħajr il-preżentazzjoni ta' liċenzja jew ta' dikjarazzjoni sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-preservazzjoni tagħhom.

(13)  Il-ħżin ta' beni kulturali minn pajjiżi milquta minn kunflitt armat jew li jkunu għaddejjin minn diżastru naturali, bil-ħsieb li dawn il-beni jiġu ritornati lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew il-pajjiż terz li jkunu ġew esportati minnu legalment meta s-sitwazzjoni tkun tippermetti, jenħtieġ li wkoll jiġi permess mingħajr il-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni tal-importatur sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-preservazzjoni tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-modifiki tal-kriterju tal-limitu ta' żmien minimu għal kategoriji differenti ta' beni kulturali, sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-ġeopolitika li qed tinbidel u ta' ċirkustanzi oħra li jqiegħdu f'riskju lill-beni kulturali. Jenħtieġ li dik id-delegazzjoni tippermetti wkoll lill-Kummissjoni biex taġġorna l-Anness wara l-emendi tan-Nomenklatura Magħquda. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201627. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati.

(14)  Jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-modifiki tal-kriterji finanzjarji u tal-limitu ta' żmien minimu għall-kategoriji differenti ta' beni kulturali sabiex jitqiesu l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, it-tibdil fil-ġeopolitika u ċirkustanzi oħra li jqiegħdu f'riskju lill-beni kulturali, mingħajr ma jiġi mfixkel ħafna l-kummerċ ma' pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dik id-delega tippermetti wkoll lill-Kummissjoni taġġorna l-Anness I wara l-emendi tan-Nomenklatura Magħquda u tistabbilixxi t-tieni Anness (l-Anness II) b'lista ta' pajjiżi u kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda bbażati fuq il-Listi Ħomor ta' Beni Kulturali f'Riskju mfassla u modifikati mill-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM). Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet27. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati.

__________________

__________________

27 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

27 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul u l-ħżin temporanju tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-mudelli għall-applikazzjonijiet u l-formoli għal-liċenzja tal-importazzjoni, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-dokumenti mehmuża magħhom, kif ukoll għar-regoli proċedurali ulterjuri dwar il-preżentazzjoni u l-iproċessar tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tagħmel l-arranġamenti għall-istabbiliment ta' bażi tad-dejta elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.

(15)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul u l-ħżin temporanju tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, li jenħtieġ li jsir waqt li jiġu garantiti kundizzjonijiet xierqa ta' konservazzjoni, u filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lin-natura partikolari tal-beni kulturali. Jenħtieġ li dawk l-arranġamenti japplikaw ukoll għall-mudelli standardizzati għall-applikazzjonijiet u l-formoli elettroniċi għal-liċenzja tal-importazzjoni u għal lista tar-raġunijiet li għalihom tista' tiġi rifjutata applikazzjoni, kif ukoll għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-dokumenti mehmuża magħhom, kif ukoll għar-regoli proċedurali ulterjuri dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar elettroniku tagħhom. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tagħmel l-arranġamenti għall-istabbiliment ta' bażi tad-data elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dan jista' jkun jifforma parti mill-programm ta' ħidma stabbilit skont l-Artikolu 280 ta' dak ir-Regolament. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-proċeduri ta' kontroll u verifika doganali huma dawk tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li tinġabar l-informazzjoni rilevanti dwar il-flussi kummerċjali tal-beni kulturali sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tar-Regolament u biex tiġi pprovduta l-bażi għall-valutazzjoni futura tagħha. Ma jistax isir monitoraġġ tal-flussi kummerċjali tal-beni kulturali bil-valur jew il-piż tagħhom biss minħabba li dawn iż-żewġ kejliet jistgħu jitilgħu u jinżlu. Huwa essenzjali li tinġabar l-informazzjoni dwar in-numru ta' oġġetti ddikjarati. Minħabba li fin-Nomenklatura Magħquda ma hemm speċifikata l-ebda unità ta' kejl supplimentari għall-beni kulturali, huwa neċessarju li jintalab li jiġi ddikjarat in-numru ta' oġġetti.

(16)  Jenħtieġ li l-informazzjoni rilevanti dwar il-flussi kummerċjali tal-beni kulturali tinġabar u tinqasam elettronikament bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tar-Regolament u biex tiġi pprovduta l-bażi għall-valutazzjoni futura tagħha. Fl-interess tat-trasparenza u tal-iskrutinju pubbliku, jenħtieġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-akbar ammont possibbli ta' informazzjoni. Ma jistax isir monitoraġġ tal-flussi kummerċjali tal-beni kulturali bil-valur jew il-piż tagħhom biss minħabba li dawn iż-żewġ parametri jistgħu jitilgħu u jinżlu. Huwa essenzjali li l-informazzjoni dwar in-numru ta' oġġetti ddikjarati tinġabar elettronikament. Minħabba li fin-Nomenklatura Magħquda ma hemm speċifikata l-ebda unità ta' kejl supplimentari għall-beni kulturali, huwa neċessarju li jintalab li jiġi ddikjarat in-numru ta' oġġetti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali29 għandha l-għan li -inter alia- ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet doganali sabiex jiżdied ir-rispons għal riskji fiż-żona tal-beni kulturali. Il-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju stipulat fir-Regolament (UE) Nru 952/2013, jenħtieġ li jintuża u l-informazzjoni tar-riskju rilevanti tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet doganali.

(17)  L-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali għandha l-għan li – inter alia – issaħħaħ it-taħriġ u l-kapaċitajiet tal-awtoritajiet doganali sabiex jiżdied ir-rispons għal riskji fiż-żona tal-beni kulturali. Il-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju stipulat fir-Regolament (UE) Nru 952/2013, jenħtieġ li jintuża u l-informazzjoni tar-riskju rilevanti tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet doganali.

__________________

__________________

29 COM/2014/0527 final: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali.

29 COM/2014/0527 final: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Teżisti l-ħtieġa li jinħolqu kampanji ta' sensibilizzazzjoni mmirati lejn ix-xerrejja ta' beni kulturali f'dak li għandu x'jaqsam mar-riskju ta' beni illeċiti u li jassistu lill-atturi tas-suq biex jifhmu u japplikaw dan ir-Regolament. Fit-tixrid ta' din l-informazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jinvolvu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali rilevanti u lil servizzi ta' informazzjoni oħra.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-intrapriżi mikro, żgħar u medji ("MSMEs") jibbenefikaw minn assistenza teknika adegwata u tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni magħhom sabiex dan ir-Regolament jiġi implimentat b'mod effiċjenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-MSMEs stabbiliti fl-Unjoni u li jimpurtaw beni kulturali jibbenefikaw mill-programm COSME stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (COSME) (2014-2020) u jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jikkomunikaw dawk il-penali lill-Kummissjoni.

(18)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jintroduċu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għan-nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jikkomunikaw dawk il-penali lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta japplikaw dawk il-penali. Ix-xewqa hi li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi u approċċ koerenti u għalhekk huwa xieraq li l-penali f'kull Stat Membru jkunu simili fin-natura u l-effett.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Kummissjoni biex tadotta r-regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar il-formoli xierqa li jintużaw għall-applikazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi ppreparata dikjarazzjoni tal-importatur. Minħabba f'dan, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita.

(19)  Jenħtieġ li, bla dewmien, il-Kummissjoni tadotta regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-formoli elettroniċi standardizzati xierqa li jridu jintużaw għall-applikazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi ppreparata dikjarazzjoni tal-importatur.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-introduzzjoni u l-importazzjoni ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament ma japplikax għal beni kulturali li jkunu fi tranżitu fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament japplika għal beni kulturali li jkunu fi tranżitu fit-territorju doganali tal-Unjoni meta l-awtoritajiet doganali jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li l-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini jew mill-pajjiż terz bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "beni kulturali" tfisser kwalunkwe oġġett li huwa ta' importanza arkeoloġika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika, u li huwa parti mill-kategoriji elenkati fit-tabella fl-Anness, u jaqa' fil-limitu ta' żmien minimu speċifikat fih;

(a)  "beni kulturali" tfisser kwalunkwe oġġett ta' importanza arkeoloġika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika li huwa parti mill-kategoriji elenkati fl-Annessi u jaqa' fil-limiti speċifikati fihom mil-lat finanzjarju u ta' żmien minimu;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  "importazzjoni ta' beni kulturali" tfisser:

 

i. ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa kif imsemmi fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

 

ii. it-tqegħid tal-merkanzija f'waħda minn dawn il-kategoriji ta' proċeduri speċjali msemmija fl-Artikolu 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013:

 

a. ħżin, li jinkludi l-ħżin doganali u ż-żoni ħielsa,

 

b. użu speċifiku, li jinkludi d-dħul temporanju u l-użu aħħari,

 

c. proċessar attiv;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "pajjiż ta' oriġini" tfisser pajjiż fit-territorju attwali fejn il-beni kulturali nħolqu jew instabu;

(b)  "pajjiż ta' oriġini" tfisser il-pajjiż fit-territorju attwali fejn il-beni kulturali jkunu nħolqu, instabu, inqalgħu, ġew skavati jew insterqu minn fuq l-art jew minn taħt l-ilma, jew li tant ikollu rabta mill-qrib ma' dawn il-beni kulturali li jipproteġihom bħala proprjetà kulturali nazzjonali u jirregola l-esportazzjoni tagħhom mit-territorju tiegħu meta jinħarġu legalment mill-pajjiż fejn ikunu nħolqu jew instabu;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "pajjiż esportatur" tfisser l-aħħar pajjiż fejn il-beni kulturali inżammu b'mod permanenti skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni;

(c)  "pajjiż terz" tfisser l-aħħar pajjiż – mhux il-pajjiż ta' oriġini – li l-beni kulturali kienu miżmuma fih qabel iddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "b'mod permanenti" tfisser għal perjodu ta' żmien ta' mill-inqas xahar u għal finijiet għajr l-użu temporanju, it-tranżitu, l-esportazzjoni jew id-dispaċċ;

imħassar

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  "Object ID" tfisser l-istandard internazzjonali adottat mill-UNESCO biex jiġu deskritti l-beni kulturali u biex jinġabar sett wieħed ta' data dwar il-beni kulturali;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb)  "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni u jirreġistraw id-dikjarazzjonijiet tal-importaturi;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex temenda t-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness wara l-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u biex temenda l-limitu ta' żmien minimu fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness wara l-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex temenda t-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness I wara l-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u temenda l-limiti ta' żmien u ta' valur minimu fl-Anness fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament (KE) Nru 116/2009.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 sabiex temenda l-Anness II li jelenka l-kategoriji ta' pajjiżi u kategoriji ta' oġġetti li fir-rigward tagħhom jeżisti riskju partikolari ta' traffiku illeċitu, abbażi tal-Bażi tad-Data ta' Listi Ħomor ta' beni kulturali f'riskju ppubblikata mill-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (ICOM). Il-Kummissjoni għandha tara li l-Anness II jiġi aġġornat regolarment.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dħul ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni

Introduzzjoni u importazzjoni ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rilaxx tal-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid ta' beni kulturali skont il-proċedura speċjali għajr it-tranżitu għandhom ikunu permessi biss wara l-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 4 jew ta' dikjarazzjoni tal-importatur magħmula skont l-Artikolu 5.

1.  Hija pprojbita l-introduzzjoni ta' beni kulturali li jkunu ttieħdu mit-territorju ta' pajjiż ta' oriġini bi ksur tad-dritt internazzjonali u l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta' oriġini jew il-pajjiż terz.

 

L-importazzjoni ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun awtorizzata biss wara l-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 4 jew ta' dikjarazzjoni tal-importatur magħmula skont l-Artikolu 5.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-importazzjoni ta' beni kulturali ma għandhiex tiġi interpretata bħala evidenza ta' provenjenza jew sjieda legali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dħul temporanju ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni għal finijiet ta' riċerka edukattivi, xjentifiċi u akkademiċi, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(a)  dħul temporanju ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għal finijiet edukattivi, xjentifiċi jew ta' spettaklu, konservazzjoni, restawr, diġitalizzazzjoni u riċerka akkademika, kif ukoll għall-fini ta' kooperazzjoni bejn mużewijiet jew istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ oħra biex jittellgħu wirjiet kulturali.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Il-beni kulturali li jkunu se jiġu ppreżentati waqt fieri kummerċjali u wirjiet tal-arti internazzjonali ma għandhomx ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur. Madankollu, jekk il-beni kulturali jiġu akkwistati u jibqgħu fit-territorju tal-Unjoni, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur, skont il-kategorija tal-beni kulturali;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ħżin ta' beni kulturali għall-iskop preċiż li tiġi żgurata l-preservazzjoni tagħhom minn awtorità pubblika jew taħt is-superviżjoni tagħha, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 237 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(b)  il-ħżin ta' beni kulturali bl-għan li tiġi żgurata s-sigurtà jew il-preservazzjoni tagħhom minn awtorità pubblika jew taħt is-superviżjoni tagħha, fis-sens tal-Artikolu 237 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, bil-ħsieb li – meta s-sitwazzjoni tkun tippermetti – dawn il-beni jiġu ritornati lejn il-pajjiż ta' oriġini tagħhom jew il-pajjiż terz li jkunu ġew esportati lejh legalment;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  beni kulturali ritornati, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/60/UE;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul temporanju jew il-ħżin ta' beni kulturali msemmija fl-Artikolu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul temporanju jew il-ħżin ta' beni kulturali u beni kulturali ritornati għall-fini tal-protezzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu ta' beni kulturali fl-Unjoni, msemmija fil-punti (c), (d) u (h) tal-Anness, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni lill-awtoritajiet doganali.

1.  L-importazzjoni tal-beni kulturali msemmija fil-punti A1 u A2 tal-Anness I għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni lill-awtoritajiet doganali.

 

Dan l-Artikolu għandu japplika biss għall-beni msemmija fl-ewwel subparagrafu jekk ikunu fil-lista ta' pajjiżi u kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda msemmija fl-Anness II, jekk din il-lista tkun tintuża għall-pajjiż ta' oriġini li minnu jkunu ġew esportati l-beni kulturali u jekk il-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali jkun magħruf.

 

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-beni kulturali li jkunu elenkati fl-Anness II biss u impurtati fit-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiż ta' oriġini jew pajjiż terz.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-detentur tal-beni għandu japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jinhemżu d-dokumenti ta' prova u l-informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali inkwistjoni ġew esportati minn pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Madankollu, meta pajjiż esportatur huwa Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta’ Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 ("il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970"), l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi kwalunkwe dokumenti ta' prova u informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali ġew esportati minn dak il-pajjiż skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

2.  Id-detentur tal-beni għandu japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru li fih tkun prevista l-importazzjoni. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni u dokumenti ġustifikattivi xierqa li jissostanzjaw li l-beni kulturali kkonċernati jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew jagħtu prova tan-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti. L-applikazzjoni għandha tinkludi:

 

- ċertifikati jew liċenzji tal-esportazzjoni;

 

- dokument standardizzat, ibbażat fuq l-istandard tal-Object ID, li jiddeskrivi l-beni kulturali kkonċernati f'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali;

 

- jeddijiet ta' sjieda;

 

- fatturi;

 

- kuntratti ta' bejgħ;

 

- dokumenti tal-assigurazzjoni jew dokumenti tat-trasport.

 

Meta ma jkunx hemm dokumenti ġustifikattivi disponibbli, l-applikazzjoni għandha wkoll – jekk l-awtorità kompetenti tħoss il-bżonn – tinkludi valutazzjoni ta' espert.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, f'każijiet eċċezzjonali meta:

 

a) il-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jkunx jista' jiġi stabbilit b'ċertezza u dik iċ-ċirkustanza titqies dokumentata tajjeb u sostnuta minn evidenza mill-awtorità kompetenti; jew

 

b) il-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini qabel l-1970 u jkunu nżammu f'pajjiż terz għal finijiet differenti mill-użu temporanju, it-tranżitu, l-esportazzjoni jew id-dispaċċ qabel ma jkunu ddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni iżda d-detentur ma jkunx jista' jipprovdi d-dokumenti previsti fil-paragrafu 2 peress li meta l-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini ma kinux jintużaw dokumenti bħal dawn,

 

l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni u dokumenti ġustifikattivi xierqa li jissostanzjaw li l-beni kulturali kkonċernati jkunu ġew esportati mill-pajjiż terz skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew jagħtu prova tan-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti.

 

Id-dokumenti ġustifikattivi għandhom jinkludu:

 

- ċertifikati jew liċenzji tal-esportazzjoni;

 

- dokument standardizzat, ibbażat fuq l-istandard tal-Object ID, li jiddeskrivi l-beni kulturali kkonċernati f'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali;

 

- jeddijiet ta' sjieda;

 

- fatturi;

 

- kuntratti ta' bejgħ; u

 

- dokumenti tal-assigurazzjoni jew dokumenti tat-trasport.

 

Meta ma jkunx hemm dokumenti ġustifikattivi disponibbli, l-applikazzjoni għandha wkoll – jekk l-awtorità kompetenti tħoss il-bżonn – tinkludi valutazzjoni ta' espert.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta. Għandha titlob lill-applikant kwalunkwe informazzjoni jew dokument nieqsa fi żmien 30 jum minn meta tasal l-applikazzjoni.

3.  L-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru li fih tkun prevista l-importazzjoni għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta. Għandha titlob lill-applikant kwalunkwe informazzjoni jew dokument addizzjonali jew nieqsa fi żmien 21 jum minn meta tasal l-applikazzjoni.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti għandha teżamina l-applikazzjoni u tiddeċiedi li toħroġ il-liċenzja tal-importazzjoni jew li tirrifjuta l-applikazzjoni. Tista' tirrifjuta l-applikazzjoni abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:

4.  Fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti għandha teżamina l-applikazzjoni u tiddeċiedi li toħroġ il-liċenzja tal-importazzjoni jew li tirrifjuta l-applikazzjoni. Jekk il-liċenzja tal-importazzjoni tinħareġ, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra dik il-liċenzja b'mod elettroniku. L-awtorità kompetenti għandha tirrifjuta l-applikazzjoni abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  meta l-pajjiż esportatur mhuwiex Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970, ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

(a)  meta ma jintweriex li l-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f'dak il-pajjiż fil-mument tal-esportazzjoni, jew fin-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti; jew, fil-każijiet eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 4(2a), mill-pajjiż terz skont il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ f'dak il-pajjiż fil-mument tal-esportazzjoni, jew fin-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-pajjiż esportatur mhuwiex Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970, ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż esportatur skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

imħassar

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtorità kompetenti għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li d-detentur tal-beni ma ġabhomx skont il-liġi.

(c)  l-awtorità kompetenti jkollha raġunijiet raġonevoli u verifikabbli biex temmen li d-detentur tal-beni ma jkunx ġabhom skont il-liġi.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jekk l-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għal beni kulturali tkun ġiet rifjutata mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor tal-Unjoni fir-rigward ta' dawk l-istess beni kulturali u ma tkunx tressqet evidenza addizzjonali li ma tkunx diġà ġiet ippreżentata b'rabta mal-applikazzjoni rifjutata;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) meta l-esportazzjoni leċita ma tkunx tista' tiġi pprovata direttament mill-pajjiż ta' oriġini permezz ta' dokumenti ġustifikattivi u evidenza xierqa, partikolarment ċertifikati jew liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż esportatur, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, l-Object ID jekk disponibbli, dokumenti tal-assigurazzjoni, dokumenti tat-trasport u valutazzjonijiet ta' esperti.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtorità kompetenti tista' tirrifjuta l-applikazzjoni jekk quddiem il-qrati jkun hemm talbiet pendenti għal ritorn jew ħlas ta' danni ppreżentati mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' oriġini.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Jekk l-applikazzjoni tiġi rifjutata, id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet li tinkludi informazzjoni dwar il-proċedura tal-appell li tiġi kkomunikata lill-applikant affettwat fiż-żmien meta tinħareġ.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c.  L-applikazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni li l-oġġetti qatt ma kienu s-suġġett ta' xi applikazzjoni jew, jekk kienu ġew rifjutati qabel, għandha tindika x'kienu r-raġunijiet għal dak ir-rifjut u tinkludi kwalunkwe evidenza addizzjonali li ma kinitx disponibbli meta ġiet ikkunsidrata l-applikazzjoni.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4d.  Jekk Stat Membru jirrifjuta applikazzjoni elettronika, għandu jikkomunika r-rifjut – kif ukoll ir-raġunijiet li kien ibbażat fuqhom – lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. Jekk ikun hemm suspett ta' traffikar illeċitu, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw ukoll lil awtoritajiet rilevanti oħra bħall-INTERPOL u l-EUROPOL.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan l-Artikolu. Għandhom jikkomunikaw id-dettalji lil dawk l-awtoritajiet, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jaħtru bla dewmien lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan l-Artikolu. Għandhom jikkomunikaw id-dettalji lil dawk l-awtoritajiet, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-mudell għall-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta' tali applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

6.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mudell standardizzat elettroniku għall-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta' tali applikazzjoni u tad-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, li għandhom isiru elettronikament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu ta' beni kulturali fl-Unjoni, msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g), (i), (j), (k) u (l) tal-Anness, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-dħul.

1.  L-importazzjoni tal-beni kulturali msemmija fil-punti minn 3 sa 14 tal-Parti A tal-Anness I fit-territorju doganali tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni elettronika tal-importatur min-naħa tad-detentur tal-beni lill-awtoritajiet doganali tal-ewwel Stat Membru li fih tkun prevista l-importazzjoni.

 

Dan l-Artikolu japplika wkoll għall-beni kulturali msemmija fil-punti A1 u A2 li l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda tagħhom ma jidhrux fl-Anness II.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li l-beni ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Madankollu, meta pajjiż esportatur ikun Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Proprjetà Kulturali, id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li l-beni ġew esportati minn dak il-pajjiż skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

2.  Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tiġi reġistrata elettronikament. Għandha tinkludi:

 

a) dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li tgħid li l-beni jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew tagħti prova tan-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti.

 

b) dokument standardizzat, ibbażat fuq l-istandard tal-Object ID, li jiddeskrivi l-beni kulturali kkonċernati f'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali;

 

c) iċ-ċertifikati jew il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż ta' oriġini li jagħtu prova li l-beni kulturali kkonċernati jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, f'każijiet eċċezzjonali meta:

 

a) il-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jkunx jista' jiġi stabbilit b'ċertezza u dik iċ-ċirkustanza titqies dokumentata tajjeb u sostnuta minn evidenza mill-awtorità kompetenti; jew

 

b) il-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini qabel l-1970 u jkunu nżammu f'pajjiż terz għal finijiet differenti mill-użu temporanju, it-tranżitu, l-esportazzjoni jew id-dispaċċ qabel ma jkunu ddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni iżda d-detentur ma jkunx jista' jipprovdi d-dokumenti previsti fil-paragrafu 2 peress li meta l-beni kulturali jkunu ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini ma kinux jintużaw dokumenti bħal dawn,

 

id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi:

 

a) dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li tgħid li l-beni jkunu ġew esportati mill-pajjiż terz skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew tagħti prova tan-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti;

 

b) dokument standardizzat, ibbażat fuq l-istandard tal-Object ID, li jiddeskrivi l-beni kulturali kkonċernati f'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali; u

 

c) iċ-ċertifikati jew il-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż terz li jagħtu prova li l-beni kulturali kkonċernati jkunu ġew esportati mill-pajjiż terz skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

 

Jekk il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-pajjiż terz ma jipprevedux il-ħruġ ta' liċenzji jew ċertifikati tal-esportazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi wkoll kwalunkwe dokument ġustifikattiv u evidenza oħra xierqa, inklużi jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti tal-assigurazzjoni u dokumenti tat-trasport.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-mudell għad-dikjarazzjoni tal-importatur, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar tad-dikjarazzjoni tal-importatur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell standardizzat elettroniku għad-dikjarazzjoni tal-importatur, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar tad-dikjarazzjoni tal-importatur b'mod elettroniku. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Intrapriżi mikro, żgħar u medji

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-intrapriżi mikro, żgħar u medji (MSMEs) jibbenefikaw minn assistenza teknika u finanzjarja adegwata, li tinkludi l-promozzjoni ta' punti ta' kuntatt nazzjonali f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-ħolqien ta' sit web dedikat li jkun fih l-informazzjoni rilevanti kollha, u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-MSMEs u l-punti ta' kuntatt nazzjonali rilevanti ma' kull talba ta' informazzjoni, sabiex dan ir-Regolament jiġi implimentat b'mod effiċjenti.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

Użu tas-sistema elettronika

 

1. L-iskambji kollha ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u d-dikjaranti skont l-Artikoli 4 u 5, bħal skambju ta' dikjarazzjonijiet, applikazzjonijiet jew deċiżjonijiet, għandhom isiru elettronikament.

 

2. Il-Kummissjoni għandha toħloq is-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1. Hija għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi:

 

- l-arranġamenti għat-tnedija, l-operat u l-manutenzjoni tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1;

 

- regoli dettaljati dwar is-sottomissjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz tas-sistema elettronika.

 

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni fl-iżvilupp, il-manutenzjoni u t-tħaddim tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 1 u fil-ħżin tal-informazzjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament.

 

3. Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament, id-dikjaranti u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament (UE) .../...*

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament imsemmi fid-dokument 2017/0003(COD).

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Kontroll u verifika doganali

 

1.  Il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 jew id-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fl-Artikolu 5, skont xi jkun il-każ, għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità doganali kompetenti biex tirrilaxxa l-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għat-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu.

 

2.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk il-liċenzja tal-importazzjoni tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, fosthom permezz ta' twettieq ta' għarfien espert.

 

3.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk id-dikjarazzjoni tal-importatur hijiex konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 jew abbażi tiegħu, u jekk tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri mingħand id-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, fosthom permezz tal-esperti. Għandhom jirreġistraw id-dikjarazzjoni tal-importatur billi jagħtuha numru serjali u data ta' reġistrazzjoni, u fil-waqt tar-rilaxx tal-beni, lid-dikjarant jagħtuh kopja tad-dikjarazzjoni tal-importatur irreġistrata.

 

4.  Meta tiġi ppreżentata dikjarazzjoni għar-rilaxx ta' beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew it-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu, il-kwantità tal-prodotti għandha tiġi indikata permezz ta' unità supplimentari stabbilita fl-Anness.

 

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jillimitaw l-għadd ta' uffiċċji doganali kompetenti għar-rilaxx ta' beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew it-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu, għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' dawk l-uffiċċji doganali, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-għadd ta' uffiċċji doganali kompetenti għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni ta' beni kulturali. Jekk japplikaw din ir-restrizzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' dawk l-uffiċċji doganali, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw u temporanjament iżommu beni kulturali mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni meta l-beni kulturali inkwistjoni jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3.

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonfiskaw u temporanjament iżommu beni kulturali mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3. Jekk jinżammu xi beni kulturali, għandhom jiġu garantiti kundizzjonijiet xierqa għall-konservazzjoni skont il-kundizzjonijiet u r-responsabbiltajiet għall-ħżin temporanju tal-beni kif imsemmi fl-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, skont in-natura partikolari tal-beni.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta' raġunijiet, li trid tiġi kkomunikata lid-dikjarant, u għandha tkun soġġetta għal rimedju effettiv skont il-proċeduri previsti fil-liġi nazzjonali.

2.  Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-perjodu ta' żamma temporanja għandu jkun limitat strettament għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet l-oħrajn tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġi ddeterminat jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ jiġġustifikawx iż-żamma skont dispożizzjonijiet oħra ta' liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Il-perjodu massimu taż-żamma temporanja skont dan l-Artikolu għandu jkun ta' sitt xhur. Jekk ma ssirx determinazzjoni dwar żamma itwal tal-beni kulturali f'dak il-perjodu, jew jekk issir determinazzjoni li ċ-ċirkostanzi tal-każ ma jiġġustifikawx żamma itwal, il-beni kulturali għandhom jingħataw lid-dikjarant.

3.  Il-perjodu ta' żamma temporanja għandu jkun limitat strettament għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet l-oħrajn tal-infurzar tal-liġi jiddeterminaw jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ jiġġustifikawx iż-żamma skont dispożizzjonijiet oħra tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Il-perjodu massimu taż-żamma temporanja skont dan l-Artikolu għandu jkun ta' sitt xhur, bil-possibbiltà li jiġi estiż bi tliet xhur oħra b'deċiżjoni motivata tal-awtoritajiet doganali. Jekk ma ssirx determinazzjoni dwar żamma itwal tal-beni kulturali f'dak il-perjodu, jew jekk issir determinazzjoni li ċ-ċirkustanzi tal-każ ma jiġġustifikawx żamma itwal, il-beni kulturali għandhom jingħataw lid-dikjarant. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-mument tar-restituzzjoni tal-beni kulturali lill-pajjiż ta' oriġini, dan tal-aħħar ma jkunx milqut minn xi kunflitt armat li ma tippermettix li s-sikurezza tal-beni kulturali tkun garantita. F'każ bħal dan, il-beni kulturali għandhom jibqgħu fl-Unjoni sa ma s-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiġi lura għan-normal.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-awtoritajiet doganali għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-pajjiż ta' oriġini, jew – f'każijiet fejn il-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jkunx jista' jiġi stabbilit b'ċertezza – lill-pajjiż terz, kif ukoll lill-EUROPOL u l-INTERPOL, skont il-każ, wara li jkunu ħadu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li l-beni kulturali fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni setgħu ġew esportati bi ksur tar-regoli u tar-regolamenti tal-pajjiż ta' oriġini, dawn għandhom jordnaw lill-awtoritajiet doganali jikkonfiskaw temporanjament dawk il-beni.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni amministrattiva

Kooperazzjoni amministrattiva u użu tas-sistema elettronika

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(4).

1.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni u l-qsim ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 4(5).

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Tista' tiġi żviluppata sistema elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-liċenzji tal-importazzjoni.

2.  Għandha tiġi żviluppata sistema elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Kwalunkwe sistema ta' dan it-tip għandha tindirizza r-riċezzjoni, l-ipproċessar, il-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-liċenzji tal-importazzjoni.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Is-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun tista' tiġi kkonsultata mill-Istati Membri fl-ipproċessar tat-talbiet ippreżentati b'rabta mal-liċenzji tal-esportazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (KE) Nru 116/2009. Dawn it-talbiet ikunu jistgħu jirreferu direttament għall-informazzjoni miżmuma fis-sistema elettronika.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni,

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni,

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati sa ... [sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-ipproċessar tad-data personali abbażi ta' dan ir-Regolament għandu jsir biss għall-finijiet ta' protezzjoni effettiva kontra t-telf ta' beni kulturali, il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-umanità u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu permezz tal-bejgħ – lil xerrejja fl-Unjoni – ta' patrimonju kulturali misruq.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Id-data personali kollha li tinkiseb skont l-Artikoli 4, 5, u 9 għandha tiġi kkonsultata u pproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet u għandha tkun protetta b'mod xieraq kontra l-aċċess u l-komunikazzjoni mhux awtorizzati.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5, u b'mod partikolari, għad-dikjarazzjonijiet foloz u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni falza sabiex jinkiseb id-dħul tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5 u, b'mod partikolari, għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni falza sabiex jiġu impurtati beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex dawk ir-regoli jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Għall-finijiet ta' kundizzjonijiet ekwi u approċċ koerenti, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali li jkunu simili fin-natura u l-effett. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-ħidma preparatorja tagħhom għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNESCO, l-Interpol, l-Europol, l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (WCO), iċ-Ċentru Internazzjonali għall-Preservazzjoni u r-Restawr tal-Proprjetà Kulturali (ICCROM) u l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet, biex jiġu żgurati taħriġ, attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u kampanji ta' sensibilizzazzjoni effettivi, kif ukoll jiġu kkummissjonati attivitajiet rilevanti ta' riċerka u żvilupp tal-istandards jekk ikun il-każ.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw it-taħriġ u l-attivitajiet ta' bini ta' kapaċità sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament mill-awtoritajiet ikkonċernati. Jistgħu wkoll jużaw kampanji ta' ħolqien ta' sensibilizzazzjoni immirati għal xerrejja partikolari tal-beni kulturali.

Il-Kummissjoni, bil-kooperazzjoni tal-Istati Membri, għandha torganizza:

 

i. taħriġ, attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-awtoritajiet, il-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-professjonisti kkonċernati sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament;

 

ii. azzjonijiet biex titrawwem il-kooperazzjoni effettiva tal-pajjiżi ta' oriġini; u

 

iii. skambju tal-aħjar prattiki bil-ħsieb li titrawwem l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, speċjalment il-prattiki rilevanti tal-Istati Membri li diġà jkollhom leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Tali attivitajiet, kampanji u azzjonijiet għandhom jibnu fuq l-esperjenza tal-programmi eżistenti attwali, inklużi dawk promossi mid-WCO u mill-Kummissjoni.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi

 

Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni mil-lat tekniku u operattiv bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi.

 

Il-Kummissjoni tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi fit-territorji tagħhom.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(2) għandha tiġi konferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [Publications Office is to fill in the date of entry into force of this Act].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 2 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Att]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' … snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-informazzjoni dwar il-ksur ta' dan ir-Regolament;

(b)  l-informazzjoni dwar il-ksur ta' dan ir-Regolament u l-penali applikati;

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-istħarriġ lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom sitt xhur biex jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni.

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-istħarriġ lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom sitt xhur, minn meta jirċievu l-istħarriġ, biex jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Abbażi tat-tweġibiet tal-Istati Membri għall-istħarriġ imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jagħtuha aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Jekk tħoss il-ħtieġa, il-Kummissjoni għandha tikseb aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex tivvaluta jekk ir-Regolament ikunx qed jiġi implimentat b'mod uniformi.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull ħames snin wara dan.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u, imbagħad, kull erba' snin. Dak ir-rapport għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Għandu jinkludi analiżi tal-implimentazzjoni prattika, inkluż l-impatt fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-MSMEs. Ir-rapport għandu jqabbel l-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u jinkludi valutazzjoni tal-livell ta' applikazzjoni uniformi tar-Regolament mid-data tar-rapport preċedenti. Barra minn hekk, dik il-valutazzjoni għandha tikkunsidra d-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu l-penali kif ukoll l-applikazzjoni tagħhom, u kemm dawn jikkontribwixxu għal kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri. Jekk ikun hemm bżonn, ir-rapport jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jindirizza l-implimentazzjoni inadegwata ta' dan ir-Regolament min-naħa tal-Istati Membri.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jikkunsidra l-impatt ta' dan ir-Regolament fil-prattika, inkluż l-impatt tiegħu fuq l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni, fosthom l-MSMEs. Ir-rapport għandu jagħti evidenza tal-livelli differenti ta' prestazzjoni minn pajjiż għal ieħor, jinkludi valutazzjoni tal-uniformità tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-perjodu kkonċernat, u jagħti rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Anness I – subintestatura 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Beni kulturali koperti mill-Artikolu 2(1)

Beni kulturali koperti mill-punt (a) tal-Artikolu 2(1)

Emenda    95

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid)

 

 

Emenda

1.

Oġġetti arkeoloġiċi li għandhom aktar minn 100 sena u li ġejjin minn:

 

 

– skavi u sejbiet fuq l-art jew taħt l-ilma

9705 00 00

 

– siti arkeoloġiċi

9706 00 00

 

– kollezzjonijiet arkeoloġiċi

 

2.

Elementi li jiffurmaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li jkunu ġew żarmati u li għandhom aktar minn 100 sena

9705 00 00 9706 00 00

3.

Stampi u pitturi, ħlief dawk inklużi fil-kategoriji 4 jew 5, magħmula kompletament bl-idejn bi kwalunkwe medium u fuq kwalunkwe materjal1a

9701

4.

Akkwarelli, gwazzi u pastelli magħmula kompletament bl-idejn fuq kwalunkwe materjal1a

9701

5.

Mużajk fuq kwalunkwe materjal magħmul kompletament bl-idejn, ħlief jekk jidħol fil-kategoriji 1 jew 2, u tpinġijiet bi kwalunkwe medium magħmula kompletament bl-idejn fuq kwalunkwe materjal1a

69149701

 

6.

Inċiżjonijiet, prints, serigrafiji u litografiji oriġinali bil-pjanċi rispettivi tagħhom u posters oriġinali1a

Kapitolu 49 9702 00 00 8442 50 99

7.

Skulturi jew statwi oriġinali u kopji magħmula bl-istess proċess bħall-oriġinal1a, minbarra dawk fil-kategorija 1

9703 00 00

8.

Ritratti, films u negattivi tagħhom1a

37043705

3706

4911 91 80

 

9.

Inkunabula u manuskritti, inklużi mapep u partituri mużikali, waħedhom jew f'kollezzjonijiet1a

9702 00 00 9706 00 00 4901 10 00 4901 99 00 4904 00 00 4905 91 00 4905 99 00 4906 00 00

10.

Kotba li għandhom aktar minn 100 sena, waħedhom jew f'kollezzjonijiet

9705 00 00 9706 00 00

11.

Mapep stampati li għandhom aktar minn 200 sena

9706 00 00

12.

Arkivji, u kwalunkwe element tagħhom, ta' kwalunkwe tip jew kwalunkwe medium, u li għandhom aktar minn 50 sena

37043705

3706

4901

4906

9705 00 00 9706 00 00

 

13.

(a) Kollezzjonijiet1b u kampjuni minn kollezzjonijiet żooloġiċi, botaniċi, mineroloġiċi jew anatomiċi;

9705 00 00

 

(b) Kollezzjonijiet1b ta' interess storiku, paleontoloġiku, etnografiku jew numismatiku

9705 00 00

14.

Mezzi ta' trasport li għandhom aktar minn 75 sena

9705 00 00 Kapitoli 86-89

15.

Kwalunkwe oġġett antik ieħor li mhuwiex inkluż fil-kategoriji minn A.1 sa A.14

 

 

(a) bejn 50 u 100 sena

 

 

ġugarelli, logħob

Kapitolu 95

 

oġġetti tal-ħġieġ

7013

 

oġġetti użati mill-arġentiera tad-deheb jew tal-fidda

7114

 

għamara

Kapitolu 94

 

apparat ottiku, fotografiku jew ċinematografiku

Kapitolu 90

 

strumenti mużikali

Kapitolu 92

 

arloġġi, arloġġi tal-idejn u komponenti tagħhom

Kapitolu 91

 

oġġetti tal-injam

Kapitolu 44

 

fuħħar

Kapitolu 69

 

arazzi

5805 00 00

 

twapet

Kapitolu 57

 

wallpaper

4814

 

armi

Kapitolu 93

 

(b) aktar minn 100 sena

9706 00 00

______________

1A Li għandhom aktar minn 50 sena u mhumiex proprjetà tal-oriġinaturi tagħhom.

1B Kif definiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-Kawża 252/84, kif ġej: "Biċċiet ta' kolletturi fl-ambitu tas-sinifikat tal-intestatura Nru 97.05 tat-Tariffi Komuni Doganali huma oġġetti li għandhom il-karatteristici meħtieġa biex jiddaħħlu f'kollezzjoni, jiġifieri, oġġetti li huma relattivament rari, ma jintużawx normalment għall-iskop oriġinali tagħhom, huma s-suġġett ta' tranżazzjonijiet speċjali 'l barra mill-kummerċ normali ta' oġġetti simili utilitarji u huma ta' valur għoli."

Il-beni kulturali fil-kategoriji minn A.1 sa A.15 mhumiex koperti minn dan ir-Regolament ħlief jekk il-valur tagħhom jikkorrispondi għal-limiti finanzjarji msemmija fil-punt B jew jaqbiżhom.

B. Il-limiti finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji fil-punt A (f'euro)

Valur:

1 (Oġġetti arkeoloġiċi)

2 (Monumenti żarmati)

9 (Inkunabula u manuskritti)

12 (Arkivji)

15 000

5 (Mużajk u tpinġijiet)

6 (Inċiżjonijiet)

8 (Ritratti)

11 (Mapep stampati)

30 000

4 (Akkwarelli, gwazzi u pastelli)

50 000

7 (Statwi)

10 (Kotba)

13 (Kollezzjonijiet)

14 (Mezzi ta' trasport)

15 (Kwalunkwe oġġett ieħor)

150 000

3 (Stampi)

Il-valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet li jirreferu għall-valur finanzjarju jkunux issodisfati jew le għandha ssir meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għal liċenzja tal-esportazzjoni. Il-valur finanzjarju hu dak li l-beni kulturali jkollhom fis-suq internazzjonali.

Il-valuri espressi f'euro fl-Anness I għandhom jiġu kkonvertiti u espressi f'muniti nazzjonali bir-rata tal-kambju tal-31 ta' Diċembru 2001 ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan il-kontravalur f'muniti nazzjonali għandu jiġi rivedut kull sentejn b'effett mill-31 ta' Diċembru 2001. Il-kalkolu ta' dan il-kontravalur għandu jkun ibbażat fuq il-medja tal-valur ta' kuljum ta' dawk il-muniti, espress f'euro, matul l-24 xahar li jagħlqu fl-aħħar jum ta' Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru. Fil-prinċipju, dan il-metodu ta' kalkolu għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Beni Kulturali, fuq proposta tal-Kummissjoni, sentejn wara l-ewwel applikazzjoni. Għal kull reviżjoni, il-valuri espressi f'euro u l-valuri tagħhom f'muniti nazzjonali għandhom jiġu ppubblikati perjodikament fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel ġranet tax-xahar ta' Novembru qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ ir-reviżjoni.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Anness Ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Ib

 

Pajjiżi u kategoriji ta' oġġetti li fir-rigward tagħhom jeżisti riskju partikolari ta' traffiku illeċitu

 

[Il-lista għandha titfassal mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 2(2)(a).]


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

L-Unjoni Ewropea (UE) għandha politika kummerċjali bbażata fuq il-valuri, f'konformità mat-Trattati kostituttivi u l-Istrateġija "Kummerċ għal Kulħadd". Wieħed mill-għanijiet tal-UE hu li tiżgura li t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività jimxu id f'id mal-ġustizzja soċjali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Dan l-aħħar, ħareġ li r-regoli ġenerali applikabbli għall-kummerċ tal-merkanzija ma jindirizzawx l-ispeċifiċitajiet kollha tal-importazzjoni ta' beni kulturali. It-traffikar illeċitu ta' beni kulturali hu marbut mal-kriminalità organizzata, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa, u qiegħed anke jwassal għat-telf ta' patrimonju kulturali f'pajjiżi terzi.

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu ġiet imfakkra l-importanza li l-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali tissaħħaħ b'urġenza, u l-Kummissjoni ntalbet tipproponi miżuri leġiżlattivi dwar din il-kwistjoni. Reċentement, fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2347 (2017) u fid-Dikjarazzjoni ta' Firenze, iffirmata mill-Ministri tal-Kultura tal-G7 fil-31 ta' Marzu 2017, reġgħet issemmiet il-ħtieġa tal-ġlieda kontra t-traffikar ta' beni kulturali, b'mod partikolari mill-pajjiżi milquta minn kunflitti u ġlied intern. Barra minn hekk, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-qtugħ tas-sorsi ta' dħul għall-ġiħadisti – nindirizzaw il-finanzjament tat-terroriżmu, adottata fl-1 ta' Marzu 2018, il-Parlament tenna l-ħtieġa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE.

Fil-preżent, il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE tirrigwarda l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali tagħhom stess. Din il-proposta testendi din il-protezzjoni għall-patrimonju kulturali ta' pajjiżi terzi, li mhuwiex armonizzat fil-livell tal-UE. Fir-regolamentazzjoni tal-UE diġà jeżistu regoli komuni dwar l-esportazzjoni ta' beni kulturali. F'dak li għandu x'jaqsam mal-importazzjoni tagħhom, bħalissa fil-livell tal-UE hemm biss żewġ miżuri restrittivi speċifiċi: waħda dwar is-Sirja u waħda dwar l-Iraq.

L-għan ta' din il-proposta hu li tinqata' r-rabta bejn it-traffikar ta' beni kulturali, il-kriminalità organizzata u l-finanzjament tat-terroriżmu, filwaqt li tingħata ċertezza legali lis-suq tal-arti leċitu. Il-proposta tibni fuq il-ħidma preċedenti ta' fora internazzjonali ewlenin, bħall-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċitu tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali, u l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 dwar il-Beni Kulturali Misruqa jew Esportati Illegalment. Sar ukoll ħafna xogħol fil-livell tal-Kunsill tal-Ewropa, bil-Konvenzjoni tiegħu dwar ir-Reati marbutin mal-Proprjetà Kulturali(1), l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana u l-Interpol, bl-unità speċjalizzata tagħha u d-database dwar l-opri tal-arti misruqa.

Il-Kummissjoni fasslet għadd ta' għodod biex jissaħħaħ il-kontroll doganali tal-beni kulturali, u dawn huma:

-  li tinħoloq definizzjoni komuni ta' beni kulturali fil-kuntest tal-importazzjoni;

-  li jiġi żgurat li x-xerrejja u l-importaturi jeżerċitaw id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-legalità tal-beni kulturali li jiddaħħlu fl-UE;

-  li jkun hemm sistema ta' identifikazzjoni standardizzata dwar l-identità tal-beni kulturali;

-  li jiġu previsti miżuri ta' deterrent aktar effettivi kontra t-traffikar ta' beni kulturali;

-  li jitrawwem l-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati fit-tnaqqis tat-traffikar.

Il-Kummissjoni qed tipproponi sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni għal prodotti meqjusa riskjużi ħafna minħabba r-rabtiet tagħhom mal-kriminalità organizzata u l-gruppi terroristiċi, bħal skoperti arkeoloġiċi fuq l-art u taħt l-ilma, elementi ta' monumenti, manuskritti rari u inkunabula li jkollhom mill-inqas 250 sena. Għall-bqija tal-beni kulturali, hi prevista sistema ta' dikjarazzjoni tal-importatur. Hi prevista wkoll l-istandardizzazzjoni tar-rekwiżiti dokumentarji tal-importazzjoni b'rabta mal-identità ta' kull oġġett. Imbagħad, l-awtoritajiet doganali jwettqu l-kontrolli tagħhom abbażi ta' dawn id-dokumenti. L-awtoritajiet doganali jkollhom is-setgħa jikkonfiskaw u jżommu temporanjament kwalunkwe merkanzija li ma tkunx konformi. Hija prevista wkoll sistema ta' penali għall-ksur.

Ħidma parlamentari

L-abbozz ta' rapport dwar din il-proposta ġie fdat lil kumitat konġunt magħmul mill-Membri tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA). Ħidma konġunta għandha tevita approċċ kompartimentalizzat u tagħmel l-aħjar użu mill-għarfien espert disponibbli, peress li l-Kumitat IMCO huwa responsabbli mill-koordinazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-isfera tas-suq intern u l-unjoni doganali fil-livell tal-Unjoni u l-Kumitat INTA huwa responsabbli, fost l-oħrajn, mill-aspetti esterni tad-dispożizzjonijiet u l-ġestjoni doganali. Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT) huwa assoċjat mill-qrib mal-proċedura, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni ta' beni kulturali.

L-għan ewlieni tal-korapporteurs hu li jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-objettiv li titrażżan l-importazzjoni illeċita ta' beni kulturali u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kontrolli proposti u l-obbligi addizzjonali ma joħolqux piż żejjed għall-operaturi ekonomiċi leċiti fis-suq tal-arti u għall-awtoritajiet doganali.

Il-korapporteurs jemmnu li l-intrapriżi mikro, żgħar u medji li joperaw fis-suq tal-arti għandhom jingħataw appoġġ u assistenza teknika adegwati. Flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha wkoll torganizza taħriġ u attivitajiet ta' bini tal-kapaċità biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament. Barra minn hekk, għandhom jiġu previsti azzjonijiet li jrawmu l-kooperazzjoni effettiva tal-pajjiżi mnejn joriġinaw il-beni kulturali.

Il-korapporteurs jenfasizzaw l-importanza li tiġi implimentata sistema elettronika – adattata bis-sħiħ għall-ambjent diġitali attwali – għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u erba' snin minn hemm 'il quddiem, għandhom isiru valutazzjoni u rapport dwar il-funzjonament tar-Regolament biex isir rendikont tal-impatt tiegħu u jiġu indirizzati n-nuqqasijiet li jista' jkun fih.

S'issa l-korapporteurs għadhom ma waslux għal konklużjoni dwar ċerti aspetti essenzjali ta' dan ir-Regolament li jeħtieġu titjib u qed ikomplu bil-konsultazzjonijiet tagħhom mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-komunità kummerċjali qabel ma jipproponu emendi f'dan is-sens.

(1)

https://www.coe.int/en/web/conventions/full-list/-/conventions/treaty/221


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (8.6.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonaliu l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali

(COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Santiago Fisas Ayxelà

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Jiena, bħala Rapporteur, nilqa' l-objettiv tal-proposta li nindirizzaw il-ħasil tal-flus u sorsi alternattivi ta' finanzjament tat-terroriżmu, inkluż is-sakkeġġ u l-kuntrabandu ta' antikitajiet, dejjem filwaqt li wieħed iżomm f'moħħu li l-protezzjoni tal-wirt kulturali trid tkun l-iskop aħħari, speċifikament f'din is-sena attwali peress li l-2018 hija s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali.

F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li jrid ikun hemm bilanċ bejn il-miżuri li għandhom jiġu adottati għall-protezzjoni tal-wirt kulturali u l-miżuri li għandhom jittieħdu favur is-suq tal-arti; jiġifieri, li wieħed ma jimpedix il-kummerċ leċitu ta' beni kulturali bejn il-fruntieri esterni b'mod sproporzjonat.

Bħala Rapporteur, jien favur l-iffissar ta' limitu ta' żmien minimu ta' 250 sena għall-kategoriji kollha ta' beni kulturali billi jidher limitu ta' żmien xieraq f'konformità mal-għan tal-proposta. Barra minn hekk, naqbel mal-fatt li ċerti kategoriji ta' beni kulturali li huma esposti għal riskju akbar ta' sakkeġġ, telf jew qerda jeħtieġu miżuri ta' protezzjoni msaħħa.

Minn naħa, fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati favur is-suq tal-arti, l-ewwel u qabel kollox, il-legalità tal-esportazzjoni għandha tiġi eżaminata fuq il-bażi tal-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni minflok il-pajjiż ta' oriġini peress li nemmen li l-obbligu li jiġu pprovduti dokumenti li jagħtu prova tal-esportazzjoni leċita mill-pajjiż ta' oriġini huwa piż addizzjonali fuq is-suq tal-arti. Konsegwentement, id-distinzjoni li saret bejn l-istati firmatarji u dawk li mhumiex firmatarji tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 rigward l-obbligu li tingħata prova tal-esportazzjoni leċita mill-pajjiż ta' esportazzjoni jew mill-pajjiż ta' oriġini rispettivament trid titneħħa, peress li l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu li jipprovaw li l-esportazzjoni mill-pajjiż terz kienet leċita skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu stess.

It-tieni, għalkemm it-terminu "detentur tal-beni" huwa definit fil-proposta billi ssir referenza għall-Artikolu 5(34) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, nemmen li huwa rilevanti li nkunu ċerti li t-terminu ma jimplikax sjieda peress li min huwa lest li jakkwista liċenzja tal-importazzjoni jaf ikun għadu mhux is-sid tal-beni.

It-tielet, skont il-proposta, id-dħul temporanju ta' beni kulturali għal finijiet edukattivi, xjentifiċi jew ta' riċerka akkademika m'għandux ikun soġġett għall-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni, u nemmen li l-finijiet ta' restawr għandhom ukoll ikunu inklużi f'din l-eċċezzjoni.

Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati favur il-ħarsien tal-wirt kulturali, l-ewwel nett nipproponi li jiżdied il-perjodu ta' żmien ikkunsidrat bħala "permanenti" minn xahar għal għaxar snin għall-kategoriji ta' beni msemmija fil-punti (c), (d) u (h) tal-Anness; u għal sena għall-bqija tal-kategoriji stabbiliti fl-Anness.

It-tieni, nixtieq nenfasizza li meta wieħed iqis in-natura speċjali tal-beni, ir-rwol tal-esperti kulturali fi ħdan l-awtoritajiet doganali huwa estremament rilevanti peress li dawn jistgħu, jekk iqisu li huwa neċessarju, jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand id-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali permezz ta' opinjoni esperta.

It-tielet, f'dak li jirrigwarda l-ħżin tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni fil-każ ta' żamma temporanja, minħabba n-natura speċjali tal-beni, għandu jkun hemm garanziji minimi ta' konservazzjoni.

Sabiex jiġi ffaċilitat l-adattament għal din is-sistema l-ġdida, jiena naqbel kompletament dwar l-organizzazzjoni ta' attivitajiet ta' taħriġ u ta' bini ta' kapaċità mill-Istati Membri għall-awtoritajiet u l-professjonisti kkonċernati, kif ukoll kampanji ta' sensibilizzazzjoni għax-xerrejja. Barra minn hekk, nemmen li l-punti ta' kuntatt ta' informazzjoni għandhom ikunu magħmula disponibbli f'kull Stat Membru sabiex jgħinu lill-atturi tas-suq jimplimentaw dan ir-Regolament. L-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa essenzjali li tissaħħaħ l-amministrazzjoni elettronika permezz tal-użu ta' formoli elettroniċi standardizzati xierqa sabiex jitħejjew id-dikjarazzjonijiet tal-importatur jew biex wieħed japplika għal liċenzji tal-importazzjoni, li għandhom jintbagħtu elettronikament u jiġu rreġistrati billi jingħataw numru serjali u data ta' reġistrazzjoni; flimkien mal-iżvilupp ta' sistema elettronika kompletament operattiva għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, li ċertament se jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-"forum shopping".

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Id-definizzjonijiet bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 u l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar is-Serq jew l-Esportazzjoni Illegali ta' Beni Kulturali ffirmata f'Ruma fl-24 ta' Ġunju 1995, li għadd sinifikanti ta' Stati Membri huma parti minnhom, jenħtieġ li jintużaw fir-Regolament meta titqies il-familjarità mad-dispożizzjonijiet tagħhom ta' ħafna pajjiżi terzi u ħafna Stati Membri.

(6)  Id-definizzjonijiet bbażati fuq dawk tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat, tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 u l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT dwar is-Serq jew l-Esportazzjoni Illegali ta' Beni Kulturali ffirmata f'Ruma fl-24 ta' Ġunju 1995, li għadd sinifikanti ta' Stati Membri huma parti minnhom, jenħtieġ li jintużaw fir-Regolament meta titqies il-familjarità mad-dispożizzjonijiet tagħhom ta' ħafna pajjiżi terzi u ħafna Stati Membri.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li l-legalità tal-esportazzjoni tiġi eżaminata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż fejn ikunu nstabu jew inħolqu l-beni kulturali ("pajjiż ta' oriġini"). Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, meta beni kulturali jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz differenti, jenħtieġ li l-persuna li qed tfittex li ddaħħalhom fit-territorju doganali tal-Unjoni turi li ġew esportati minn hemm legalment, meta l-pajjiż terz inkwistjoni huwa Stat Firmatarju tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 u għalhekk pajjiż impenjat fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-beni kulturali. F'każijiet oħra, jenħtieġ li l-persuna tipprova li l-esportazzjoni mill-pajjiż ta' oriġini kienet skont il-liġi.

(7)  Jenħtieġ li l-legalità tal-esportazzjoni tiġi eżaminata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż fejn ikunu nstabu jew inħolqu l-beni kulturali ("pajjiż ta' oriġini"). Meta beni kulturali jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz differenti, jenħtieġ li l-persuna li qed tfittex li ddaħħalhom fit-territorju doganali tal-Unjoni turi li ġew esportati legalment mill-pajjiżi ta' oriġini. Fil-każijiet meta l-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jkunx jista' jiġi ddeterminat b'mod affidabbli, il-persuna li tfittex li tintroduċihom fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li turi li ġew esportati legalment mill-aħħar pajjiż fejn kienu qed jinżammu qabel ġew mibgħuta lejn l-Unjoni ("pajjiż esportatur") skont il-liġijiet u r-regolamenti tagħha.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Meta jitqies li l-Artikolu 5 tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 jitlob għall-istabbiliment ta' servizz nazzjonali wieħed jew aktar, mgħammar b'persunal ikkwalifikat u b'numru biżżejjed, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-beni kulturali tagħhom stess kontra l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment illegali; meta titqies ukoll il-ħtieġa għal kollaborazzjoni attiva mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà u tal-ġlieda kontra l-importazzjoni illegali tal-beni kulturali, b'mod speċjali fl-oqsma ta' kriżi, l-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 huma mitluba jikkonformaw mal-impenji previsti fil-Konvenzjoni u dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan, huma b'mod urġenti mitluba jirratifikawha.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex ma jiġix imfixkel ħafna l-kummerċ ta' beni minn naħa għal oħra tal-fruntiera esterna, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal beni li jiksbu ċertu limitu ta' żmien. Għal dak l-għan, jidher xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien minimu ta' 250 sena għall-kategoriji kollha tal-beni kulturali. Dak il-limitu ta' żmien minimu se jiżgura li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jiffokaw fuq il-beni kulturali l-aktar suxxettibli li jkunu fil-mira ta' ħallelin fiż-żoni ta' kunflitt, mingħajr ma jiġu esklużi beni oħra li hu meħtieġ li jsirilhom kontroll sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.

(8)  Sabiex ma jiġix imfixkel ħafna l-kummerċ fil-beni minn naħa għal oħra tal-fruntiera esterna tal-Unjoni, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal beni li jiksbu ċertu limitu ta' żmien u ta' valur. Għal dak l-għan, jidher xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien minimu ta' 100 sena għall-kategoriji l-aktar vulnerabbli tal-beni kulturali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954, tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 u tal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995. Dak il-limitu ta' żmien minimu se jiżgura li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jiffokaw fuq il-beni kulturali l-aktar suxxettibli li jkunu fil-mira ta' ħallelin fiż-żoni ta' kunflitt, mingħajr ma jiġu esklużi beni oħra li hu meħtieġ li jsirilhom kontroll sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.

Ġustifikazzjoni

Iż-żmien minimu ta' 250 sena, ma jidhirx li jikkonforma ma' xi trattati internazzjonali (il-Konvenzjoni tal-Aja għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat fl-Artikolu 1, il-Konvenzjoni dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, tal-Esportazzjoni u tat-Trasferiment Illeċitu tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali 1970 fl-Artikolu 1 u l-Konvenzjoni UNIDROIT dwar l-oġġetti kulturali misruqa jew illegalment esportati fl-Artikolu 2).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Peress li uħud mill-kategoriji tal-beni kulturali, prinċipalment oġġetti arkeoloġiċi, elementi minn monumenti, manuskritti rari u inkunabula huma partikolarment vulnerabbli għas-sakkeġġ u l-qerda, jidher li huwa neċessarju li tiġi prevista sistema għal żieda fl-iskrutinju qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali sistema tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul qabel ma jingħata r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-beni jew it-tqegħid tagħhom skont il-proċedura doganali speċjali għajr it-tranżitu. Persuni li jfittxu li jiksbu tali liċenzja, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovaw l-esportazzjoni legali minn pajjiż ta' oriġini permezz ta' dokumenti ta' prova u evidenza xierqa, b'mod partikolari, ċertifikati jew liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti ta' assigurazzjoni, dokumenti ta' trasport u valutazzjonijiet ta' esperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ liċenzja bla dewmien żejjed, abbażi tal-applikazzjonijiet kompluti u preċiżi.

(10)  Peress li uħud mill-kategoriji tal-beni kulturali, prinċipalment oġġetti arkeoloġiċi, elementi minn monumenti, manuskritti rari u inkunabula huma partikolarment vulnerabbli għas-sakkeġġ u l-qerda, jidher li huwa neċessarju li tiġi prevista sistema għal żieda fl-iskrutinju qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali sistema tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul qabel ma jingħata r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-beni jew it-tqegħid tagħhom skont il-proċedura doganali speċjali għajr it-tranżitu. Persuni li jfittxu li jiksbu tali liċenzja, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovaw li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew jipprovaw in-nuqqas ta' dawn il-liġijiet u r-regolamenti. L-esportazzjoni legali minn pajjiż ta' oriġini jenħtieġ li tiġi pprovata permezz ta' dokumenti ta' prova u evidenza xierqa, b'mod partikolari, ċertifikati ta' esportazzjoni jew liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż terz ta' esportazzjoni, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti ta' assigurazzjoni, dokumenti ta' trasport u valutazzjonijiet ta' esperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ liċenzja bla dewmien żejjed, abbażi tal-applikazzjonijiet kompluti u preċiżi. Fil-każijiet meta l-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jistax jiġi ddeterminat b'mod affidabbli, l-applikazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn kwalunkwe dokument u informazzjoni ta' prova, li tagħti evidenza li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż esportatur skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. L-importazzjoni ta' beni kulturali li joriġinaw f'pajjiżi affettwati minn kunflitt jew ta' riskju għoli jenħtieġ li tirrikjedi dejjem il-preżentazzjoni ta' liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru tad-dħul. Persuni li jfittxu li jiksbu tali liċenzja jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovaw li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu, biex b'hekk tiġi eskluża l-possibilità li tingħata prova tal-esportazzjoni legali mill-pajjiż ta' esportazzjoni. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għandha tistabbilixxi lista aġġornata regolarment ta' pajjiżi affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli li permezz tagħha jiġu stabbiliti miżuri restrittivi applikati għal oġġetti kulturali, skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikorri għall-għarfien espert estern, bħall-UNESCO u l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet (IMCO) biex tipprovdi tali lista li jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-Listi Ħomor ippubblikati minn ICOM, fuq il-mudell tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li jikklassifikaw il-kategoriji mhedda ta' oġġetti arkeoloġiċi jew opri tal-arti fl-aktar żoni vulnerabbli tad-dinja sabiex jiġi impedit li dawn jinbiegħu jew jiġu esportati illegalment.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-beni kulturali, ir-rwol tal-esperti kulturali fi ħdan l-awtoritajiet doganali huwa estremament rilevanti peress li dawn għandhom ikunu jistgħu, fejn meħtieġ, jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand id-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali permezz ta' opinjoni esperta.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal kategoriji oħra ta' beni kulturali, jenħtieġ li permezz ta' dikjarazzjoni, il-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jiċċertifikaw u jieħdu r-responsabbilità għall-esportazzjoni tagħhom skont il-liġi minn pajjiż terz, u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex dawk il-beni jiġu identifikati mid-dwana. L-informazzjoni dwar il-beni kulturali jenħtieġ li tingħata permezz ta' dokument standardizzat sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Id-dokument standard ta' identifikazzjoni tal-oġġett rakkomandat mill-UNESCO, jenħtieġ li jintuża biex jiddeskrivi l-beni kulturali. Jenħtieġ li d-dwana tirreġistra d-dħul ta' dawk il-beni kulturali, iżomm l-oriġinali u tagħti kopja tad-dokumenti rilevanti lid-dikjarant, sabiex tiġi żgurata t-traċċabbilità wara li l-beni jidħlu fis-suq intern.

(11)  Għal kategoriji oħra ta' beni kulturali, jenħtieġ li l-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jkunu jistgħu jipprovaw esportazzjoni legali mill-pajjiż ta' oriġini permezz tad-dokumenti ta' prova u evidenza xierqa, b'mod partikolari ċertifikati jew liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti ta' assigurazzjoni, dokumenti ta' trasport u valutazzjonijiet ta' esperti. Akkumpanjati b'dikjarazzjoni elettronika li tiċċertifika u tassumi r-responsabilità tagħhom għall-esportazzjoni legali tagħhom mill-pajjiż ta' oriġini, il-persuni li qegħdin ifittxu li jdaħħlu l-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex dawk il-beni jiġu identifikati mid-dwana. L-informazzjoni dwar il-beni kulturali jenħtieġ li tingħata permezz ta' dokument elettroniku standardizzat sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Id-dokument standard ta' identifikazzjoni tal-oġġett rakkomandat mill-UNESCO, jenħtieġ li jintuża biex jiddeskrivi l-beni kulturali. Dawk il-beni kulturali jenħtieġ li jiġu rreġistrati elettronikament, u d-dikjarant jenħtieġ li jingħata kopja tad-dokumenti rilevanti ppreżentati sabiex tiġi żgurata t-traċċabbilità wara li l-beni jidħlu fis-suq intern.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Id-dħul temporanju ta' beni kulturali għal finijiet ta' riċerka edukattiva, xjentifika jew akkademika, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni.

(12)  Id-dħul temporanju ta' beni kulturali għal finijiet edukattivi (bħal pereżempju l-kultura u l-mużika), xjentifiċi, ta' restawr, ta' konservazzjoni, ta' wirjiet jew ta' riċerka akkademika u għall-fini ta' kooperazzjoni bejn il-mużewijiet jew istituzzjonijiet pubbliċi simili mingħajr skop ta' qligħ biex itellgħu wirjiet kulturali, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-beni kulturali maħsuba biex jiġu ppreżentati waqt fieri kummerċjali u wirjiet tal-arti internazzjonali jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja ta' importazzjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-modifiki tal-kriterju tal-limitu ta' żmien minimu għal kategoriji differenti ta' beni kulturali, sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-ġeopolitika li qed tinbidel u ta' ċirkustanzi oħra li jqiegħdu f'riskju lill-beni kulturali. Jenħtieġ li dik id-delegazzjoni tippermetti wkoll lill-Kummissjoni biex taġġorna l-Anness wara l-emendi tan-Nomenklatura Magħquda. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201627. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati.

(14)  Jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-modifiki tal-kriterju tal-limitu ta' żmien minimu u ta' valur għal kategoriji differenti ta' beni kulturali, sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-ġeopolitika li qed tinbidel u ta' ċirkustanzi oħra li jqiegħdu f'riskju lill-beni kulturali. Jenħtieġ li dik id-delegazzjoni tippermetti wkoll lill-Kummissjoni biex taġġorna l-Anness wara l-emendi tan-Nomenklatura Magħquda. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201627. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati.

__________________

__________________

27 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

27 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul u l-ħżin temporanju tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-mudelli għall-applikazzjonijiet u l-formoli għal-liċenzja tal-importazzjoni, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-dokumenti mehmuża magħhom, kif ukoll għar-regoli proċedurali ulterjuri dwar il-preżentazzjoni u l-iproċessar tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tagħmel l-arranġamenti għall-istabbiliment ta' bażi tad-dejta elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.

(15)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul u l-ħżin temporanju tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, li jenħtieġ li jsir filwaqt li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet adegwati ta' konservazzjoni, u filwaqt li tingħata l-attenzjoni dovuta lin-natura speċifika tal-beni. Dawk il-modalitajiet jenħtieġ li japplikaw ukoll għall-mudelli elettroniċi standardizzati għall-applikazzjonijiet u l-formoli għal-liċenzja tal-importazzjoni, għad-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-importatur u d-dokumenti mehmuża magħhom, kif ukoll għal regoli proċedurali ulterjuri dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar elettroniku tagħhom. Is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tagħmel l-arranġamenti għall-istabbiliment ta' bażi tad-dejta elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. Is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ukoll jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi lista aġġornata regolarment ta' pajjiżi affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli, li permezz tagħha jiġu stabbiliti miżuri restrittivi applikati għal oġġetti kulturali, skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li tinġabar l-informazzjoni rilevanti dwar il-flussi kummerċjali tal-beni kulturali sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tar-Regolament u biex tiġi pprovduta l-bażi għall-valutazzjoni futura tagħha. Ma jistax isir monitoraġġ tal-flussi kummerċjali tal-beni kulturali bil-valur jew il-piż tagħhom biss minħabba li dawn iż-żewġ kejliet jistgħu jitilgħu u jinżlu. Huwa essenzjali li tinġabar l-informazzjoni dwar in-numru ta' oġġetti ddikjarati. Minħabba li fin-Nomenklatura Magħquda ma hemm speċifikata l-ebda unità ta' kejl supplimentari għall-beni kulturali, huwa neċessarju li jintalab li jiġi ddikjarat in-numru ta' oġġetti.

(16)  Jenħtieġ li tinġabar l-informazzjoni rilevanti dwar il-flussi kummerċjali tal-beni kulturali sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tar-Regolament u biex tiġi pprovduta l-bażi għall-valutazzjoni futura tagħha. Ma jistax isir monitoraġġ tal-flussi kummerċjali tal-beni kulturali bil-valur jew il-piż tagħhom biss minħabba li dawn iż-żewġ kejliet jistgħu jitilgħu u jinżlu. Huwa essenzjali li tinġabar informazzjoni elettronikament dwar in-numru ta' oġġetti ddikjarati. Minħabba li fin-Nomenklatura Magħquda ma hemm speċifikata l-ebda unità ta' kejl supplimentari għall-beni kulturali, huwa neċessarju li jintalab li jiġi ddikjarat in-numru ta' oġġetti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali għandha l-għan li -inter alia- ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet doganali sabiex jiżdied ir-rispons għal riskji fiż-żona tal-beni kulturali. Il-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju stipulat fir-Regolament (UE) Nru 952/2013, jenħtieġ li jintuża u l-informazzjoni tar-riskju rilevanti tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet doganali.

(17)  L-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali29 għandha l-għan li -inter alia- ssaħħaħ il-kapaċitajiet u t-taħriġ tal-awtoritajiet doganali sabiex jiżdied ir-rispons għal riskji fiż-żona tal-beni kulturali. Il-qafas komuni għall-ġestjoni tar-riskju stipulat fir-Regolament (UE) Nru 952/2013, jenħtieġ li jintuża u l-informazzjoni tar-riskju rilevanti tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet doganali.

__________________

__________________

29 COM/2014/0527 final: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali.

29 COM/2014/0527 final: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-ġestjoni tar-riskju doganali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Peress li t-traffikar ta' beni kulturali jista' jkun sors ta' finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus, hemm bżonn urġenti li jiġu stabbiliti kampanji ta' sensibilizzazzjoni biex b'mod partikolari jiġu sensibilizzati x-xerrejja ta' beni kulturali; barra minn hekk, sabiex l-atturi tas-suq jiġu megħjuna jimplimentaw dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu magħmula disponibbli punti ta' kuntatt ta' informazzjoni f'kull Stat Membru.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Kummissjoni biex tadotta r-regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar il-formoli xierqa li jintużaw għall-applikazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi ppreparata dikjarazzjoni tal-importatur. Minħabba f'dan, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita.

(19)  Jenħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Kummissjoni biex tadotta regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar il-formoli elettroniċi standardizzati xierqa li jintużaw għall-applikazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi ppreparata dikjarazzjoni tal-importatur. Minħabba f'dan, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għad-dħul ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-importazzjoni ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 1, fejn huma kkonċernati l-għan u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kunċett vag ta' "dħul" għandu jiġi ssostitwit bil-kunċett aktar preċiż ta' "importazzjoni".

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' beni kulturali li jkunu ġew esportati illegalment minn pajjiż terz għandu jkun ipprojbit, meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli għal suspett li l-beni kulturali inkwistjoni tneħħew mit-territorju tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-pajjiż esportatur mingħajr il-kunsens tas-sid leġittimu tagħhom jew tneħħew bi ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti ta' dawk il-pajjiżi.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal reġimi iktar stretti stabbiliti mill-istrumenti fis-seħħ fl-Istati Membri għall-importazzjoni tal-beni kulturali fit-territorju doganali tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "beni kulturali" tfisser kwalunkwe oġġett li huwa ta' importanza arkeoloġika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika, u li huwa parti mill-kategoriji elenkati fit-tabella fl-Anness, u jaqa' fil-limitu ta' żmien minimu speċifikat fih;

(a)  "beni kulturali" tfisser kwalunkwe beni li huwa ta' importanza arkeoloġika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika, u li huwa parti mill-kategoriji elenkati fit-tabella fl-Anness, u jaqa' fil-limitu ta' żmien u ta' valur minimu speċifikat fih;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu  2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "pajjiż ta' oriġini" tfisser pajjiż fit-territorju attwali fejn il-beni kulturali nħolqu jew instabu;

(b)  "pajjiż ta' oriġini" tfisser pajjiż fit-territorju attwali fejn il-beni kulturali nħolqu jew instabu jew li minnu tneħħew, jew fejn sar tħaffir għalihom jew fejn insterqu mill-art jew minn taħt il-baħar tat-territorju attwali ta' dak il-pajjiż, jew il-pajjiż li tant ikun marbut mill-qrib mal-beni kulturali li dan jara l-beni kulturali bħala wirt kulturali tiegħu u jipproteġihom bħala tali, li jfisser li jirregola legalment l-esportazzjoni tagħhom;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  'pajjiż esportatur' tfisser l-aħħar pajjiż fejn il-beni kulturali inżammu b'mod permanenti skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni;

(c)  'pajjiż esportatur' tfisser l-aħħar pajjiż fejn il-beni kulturali inżammu b'mod skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "pajjiżi affettwati minn kunflitt u ta' riskju għoli" tfisser dawk il-pajjiżi elenkati mill-Kummissjoni li huma identifikati bil-preżenza ta' kunflitti armati, vjolenza mifruxa jew riskji oħra ta' ħsara lin-nies jew lill-beni kulturali;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  'b'mod permanenti' tfisser għal perjodu ta' żmien ta' mill-inqas xahar u għal finijiet għajr l-użu temporanju, it-tranżitu, l-esportazzjoni jew id-dispaċċ;

imħassar

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex temenda t-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness wara l-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u biex temenda l-limitu ta' żmien minimu fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness wara l-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex temenda l-kategoriji ta' beni kulturali u l-limitu ta' żmien u ta' valur minimu fl-Anness, fid-dawl tar-riżultati tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex timmodifika l-kategoriji tal-beni li huma soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew il-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur lill-awtoritajiet doganali tal-ewwel Stat Membru tad-dħul, fid-dawl tal-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-ewwel Stat Membru ta' dħul jew il-preżentazzjoni korretta tad-dikjarazzjoni tal-importatur m'għandhomx jitqiesu bħala evidenza ta' provenjenza leċita jew sjieda tal-beni kulturali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dħul temporanju ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni għal finijiet ta' riċerka edukattivi, xjentifiċi u akkademiċi, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(a)  dħul temporanju ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni għal finijiet edukattivi (bħal pereżempju l-kultura u l-mużika), xjentifiċi, ta' restawr, ta' konservazzjoni, ta' wirjiet u ta' riċerka akkademika u għall-fini ta' kooperazzjoni bejn mużewijiet jew istituzzjonijiet pubbliċi mingħajr skop ta' qligħ biex jorganizzaw wirjiet kulturali, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Id-dħul temporanju fit-territorju doganali tal-Unjoni tal-beni kulturali ppreżentati waqt fieri kummerċjali u wirjiet tal-arti internazzjonali, skont it-tifsira fl-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandu jkun permess dment li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tal-importatur skont it-termini tal-Artikolu 5.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Beni kulturali li jkunu ddaħħlu mill-ġdid skont l-Artikolu 203 tar-Regolament 952/2013;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-detentur tal-beni għandu japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jinhemżu d-dokumenti ta' prova u l-informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali inkwistjoni ġew esportati minn pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Madankollu, meta pajjiż esportatur huwa Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 ("il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970"), l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi kwalunkwe dokumenti ta' prova u informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali ġew esportati minn dak il-pajjiż skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

2.  Id-detentur tal-beni kulturali elenkati fil-paragrafu preċedenti għandu japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru tad-dħul. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jinhemżu d-dokumenti ta' prova u l-informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali inkwistjoni ġew esportati minn pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew fin-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti. Fil-każijiet meta l-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jkunx jista' jiġi ddeterminat b'mod affidabbli, l-applikazzjoni għal liċenzja ta' importazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi kwalunkwe dokument ta' prova u informazzjoni, li jipprovdu evidenza li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż esportatur skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

 

Id-detentur tal-beni kulturali li joriġinaw minn pajjiżi affettwati minn kunflitt jew ta' riskju għoli għandu dejjem japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru tad-dħul. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jinhemżu d-dokumenti ta' prova u l-informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali inkwistjoni ġew esportati minn pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta. Għandha titlob lill-applikant kwalunkwe informazzjoni jew dokument nieqsa fi żmien 30 jum minn meta tasal l-applikazzjoni.

3.  L-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru tad-dħul għandha tivverifika jekk l-applikazzjoni tkunx kompluta. Għandha titlob lill-applikant kwalunkwe informazzjoni jew dokument nieqsa fi żmien 30 jum minn meta tasal l-applikazzjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti għandha teżamina l-applikazzjoni u tiddeċiedi li toħroġ il-liċenzja tal-importazzjoni jew li tirrifjuta l-applikazzjoni. Tista' tirrifjuta l-applikazzjoni abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:

4.  Fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta, l-awtorità kompetenti għandha teżamina l-applikazzjoni u tiddeċiedi li toħroġ il-liċenzja tal-importazzjoni jew li tirrifjuta l-applikazzjoni. Jeħtiġilha tirrifjuta l-applikazzjoni abbażi tar-raġunijiet li ġejjin:

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  meta l-pajjiż esportatur mhuwiex Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970, ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

(a)  meta ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew ma jintweriex li l-esportazzjoni mill-pajjiż ta' oriġini saret fin-nuqqas ta' tali liġijiet u regolamenti;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-pajjiż esportatur mhuwiex Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970, ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż esportatur skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

(b)  meta jkun hemm talbiet pendenti għar-restituzzjoni mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' oriġini.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  meta jkun hemm talbiet pendenti għall-ħlas lura mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ta' oriġini;

Ġustifikazzjoni

Fost ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni tista' tiġi rrifjutata mill-awtorità kompetenti, irid jidher ukoll il-każ ta' talba pendenti mill-pajjiż ta' oriġini.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-awtorità kompetenti għandha raġunijiet raġonevoli biex temmen li d-detentur tal-beni ma ġabhomx skont il-liġi.

(c)  l-awtorità kompetenti għandha raġunijiet raġonevoli biex tafferma li d-detentur tal-beni ma ġabhomx skont il-liġi.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jekk it-talba għall-importazzjoni tikkonċerna oġġett kulturali li għalih l-istess applikazzjoni ġiet irrifjutata qabel minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni, rifjut li l-applikant huwa meħtieġ jikkomunika lill-awtorità kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzja tal-importazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Fost ir-raġunijiet li għalihom l-applikazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni tista' tiġi rrifjutata mill-awtorità kompetenti, irid ikun hemm ukoll il-każ li fih l-istess applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata qabel minn Stat Membru ieħor, liema rifjut l-applikant huwa meħtieġ jikkomunika lill-awtorità kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzja tal-importazzjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ li tinħareġ il-liċenzja tal-importazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra dik il-liċenzja b'mod elettroniku.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fil-każ ta' rifjut tal-applikazzjoni, id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni tar-raġunijiet inkluża l-informazzjoni dwar il-proċedura tal-appell li għandha tiġi kkomunikata lill-applikant milqut fiż-żmien meta tinħareġ.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-mudell għall-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta' tali applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

6.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mudell elettroniku standardizzat għall-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar elettroniċi ta' tali applikazzjoni flimkien mad-dokumenti ta' prova rilevanti, li għandu jsir b'mezzi elettroniċi. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu ta' beni kulturali fl-Unjoni, msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g), (i), (j), (k) u (l) tal-Anness, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-dħul.

1.  L-importazzjoni tal-beni kulturali fl-Unjoni, imsemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g), (i), (j), (k) u (l) tal-Anness, għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni elettronika tal-importatur lill-awtoritajiet doganali tal-ewwel Stat Membru tad-dħul.

 

Il-paragrafu preċedenti ma japplikax għall-beni kulturali li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitt jew ta' riskju għoli. Tali beni kulturali jirrikjedu l-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-ewwel Stat Membru tad-dħul skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li l-beni ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Madankollu, meta pajjiż esportatur ikun Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Proprjetà Kulturali, id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li l-beni ġew esportati minn dak il-pajjiż skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

2.  F'każijiet meta l-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali jista' jiġi ddeterminat b'mod affidabbli, id-dikjarazzjoni elettronika tal-importatur għandha tkun tikkonsisti minn:

 

(a)   dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni;

Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dokument standardizzat li jiddeskrivi l-beni kulturali inkwistjoni b'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali.

(b)  dokument elettroniku standardizzat li jiddeskrivi l-beni kulturali inkwistjoni b'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali. kif ukoll

 

(c)  liċenzja jew ċertifikat ta' esportazzjoni maħruġin mill-pajjiż ta' oriġini. F'każijiet meta l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini ma tipprevedix il-ħruġ ta' liċenzji jew ċertifikati tal-esportazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti ta' evidenza u informazzjoni affidabbli li jagħtu prova u li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew li jagħtu prova tan-nuqqas ta' dawn il-liġijiet u regolamenti.

 

F'każijiet meta l-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali ma jkunx jista' jiġi determinat b'mod affidabbli, id-dikjarazzjoni elettronika tal-importatur għandha tkun tikkonsisti minn:

 

(a)  dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni;

 

(b)  dokument elettroniku standardizzat li jiddeskrivi l-beni kulturali inkwistjoni b'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali. kif ukoll

 

(c)  liċenzja jew ċertifikat tal-esportazzjoni maħruġin mill-pajjiż ta' esportazzjoni. F'każijiet meta l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż ta' esportazzjoni ma tkunx tipprevedi l-ħruġ ta' liċenzji jew ċertifikati tal-esportazzjoni, id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tkun akkumpanjata minn dokumenti u informazzjoni ta' prova affidabbli, li jagħtu prova li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' esportazzjoni skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-mudell għad-dikjarazzjoni tal-importatur, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar tad-dikjarazzjoni tal-importatur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta l-mudell elettroniku standardizzat għad-dikjarazzjoni tal-importatur, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar elettroniċi tad-dikjarazzjoni tal-importatur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 jew id-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fl-Artikolu 5, skont xi jkun il-każ, għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità doganali kompetenti biex tirrilaxxa l-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għat-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu.

1.  Il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 jew id-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fl-Artikolu 5, skont xi jkun il-każ, għandha tiġi ppreżentata elettronikament lill-awtorità doganali kompetenti biex tirrilaxxa l-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għat-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk il-liċenzja tal-importazzjoni tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, fosthom permezz ta' twettieq ta' għarfien espert.

2.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk il-liċenzja tal-importazzjoni tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, fosthom permezz ta' twettieq ta' għarfien espert, f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għall-beni kulturali. Il-liċenzja tal-importazzjoni reġistrata elettronikament għandha tingħata numru serjali u data ta' reġistrazzjoni u, fil-waqt tar-rilaxx tal-beni, id-dikjarant jingħata kopja tal-liċenzja tal-importazzjoni rreġistrata.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk id-dikjarazzjoni tal-importatur hijiex konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 jew abbażi tiegħu, u jekk tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri mingħand id-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, fosthom permezz tal-esperti. Għandhom jirreġistraw id-dikjarazzjoni tal-importatur billi jagħtuha numru serjali u data ta' reġistrazzjoni, u fil-waqt tar-rilaxx tal-beni, lid-dikjarant jagħtuh kopja tad-dikjarazzjoni tal-importatur irreġistrata.

3.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk id-dikjarazzjoni tal-importatur hijiex konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 jew abbażi tiegħu, u jekk tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri mingħand id-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, permezz tal-esperti kif previst fil-paragrafu 2. Id-dikjarazzjoni tal-importatur, reġistrata elettronikament, għandha tingħata numru serjali u data ta' reġistrazzjoni u, fil-waqt tar-rilaxx tal-beni, id-dikjarant jingħata kopja tad-dikjarazzjoni tal-importatur irreġistrata.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri jillimitaw l-għadd ta' uffiċċji doganali kompetenti għar-rilaxx ta' beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew it-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu, għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' dawk l-uffiċċji doganali, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jillimitaw l-għadd ta' uffiċċji doganali kompetenti għall-importazzjoni ta' beni kulturali, għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' dawk l-uffiċċji doganali, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, minkejja l-limitu tal-għadd ta' uffiċċji doganali, tingħata aċċessibilità aċċettabbli lid-detentur jew lill-importatur tal-beni.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  F'każ ta' żamma tal-beni kulturali, għandhom jiġu ggarantiti kundizzjonijiet adegwati tal-konservazzjoni skont il-kundizzjonijiet u r-responsabilitajiet għall-ħżin temporanju tal-beni kif imsemmi fl-Artikolu 147 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, wara li tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lin-natura speċifika tal-beni.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-pajjiż ta' oriġini jew lill-pajjiż esportatur, skont kif ikun il-każ, jekk wara li tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, ikun hemm raġunijiet raġonevoli għal suspett li l-beni kulturali inkwistjoni tneħħew mit-territorju tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-pajjiż esportatur mingħajr il-kunsens tas-sid leġittimu tagħhom jew tneħħew bi ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti ta' dawk il-pajjiżi.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Tista' tiġi żviluppata sistema elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-liċenzji tal-importazzjoni.

2.  Għandha tiġi żviluppata sistema elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-liċenzji tal-importazzjoni.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni,

Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni,

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5, u b'mod partikolari, għad-dikjarazzjonijiet foloz u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni falza sabiex jinkiseb id-dħul tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5, u b'mod partikolari, għad-dikjarazzjonijiet foloz u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni falza sabiex jinkiseb id-dħul tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jintrabtu wkoll li jivvalutaw il-possibilità li jistabbilixxu unitajiet operattivi speċifiċi li jispeċjalizzaw fil-ġlieda kontra l-importazzjoni illegali ta' beni kulturali, sakemm mhumiex diġà fis-sistema tagħhom. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw it-taħriġ u l-attivitajiet ta' bini ta' kapaċità sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament mill-awtoritajiet ikkonċernati. Jistgħu wkoll jużaw kampanji ta' ħolqien ta' sensibilizzazzjoni immirati għal xerrejja partikolari tal-beni kulturali.

11.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw it-taħriġ u l-attivitajiet ta' bini ta' kapaċità sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet u l-professjonisti kkonċernati. Għandhom ukoll jużaw kampanji ta' ħolqien ta' sensibilizzazzjoni immirati għal xerrejja partikolari tal-beni kulturali. Barra minn hekk, sabiex jgħinu lill-atturi tas-suq jimplimentaw dan ir-Regolament, għandhom jiġu magħmula disponibbli punti ta' kuntatt ta' informazzjoni f'kull Stat Membru. Fil-ħidma ta' tħejjija tagħhom għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-UNESCO, l-Interpol, l-EUROPOL u l-ICOM, biex jiżguraw taħriġ effettiv, attivitajiet ta' bini ta' kapaċità u kampanji ta' sensibilizzazzjoni.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, lista aġġornata regolarment ta' pajjiżi affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli li permezz tagħha jiġu stabbiliti miżuri restrittivi applikati għal oġġetti kulturali, skont l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

F'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-OECD, il-Kummissjoni għandha tfassal linji gwida mhux vinkolanti f'forma ta' manwal, sabiex toħloq ċarezza u sigurtà u f'dan il-manwal hija għandha tispjega kif il-kriterji għall-identifikazzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitt jew ta' riskju għoli għandhom jiġu applikati bl-aħjar mod. Dak il-manwal għandu jkun ibbażat fuq id-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli kif stipulat fl-Artikolu X ta' dan ir-Regolament u għandu jqis il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta f'dan il-qasam, inklużi riskji oħra tal-katina tal-provvista li jiskattaw allarmi kif definiti fl-Annessi rilevanti għal dik il-Gwida.

 

Il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha fuq esperti esterni li jipprovdu lista indikattiva, mhux eżawrjenti, aġġornata regolarment ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli. Din il-lista għandha tkun imsejsa fuq analiżi tal-esperti esterni tal-manwal imsemmi fil-paragrafu 1 u fuq informazzjoni eżistenti, fost l-oħrajn inkluż mix-xjenza u mis-sistemi ta' konformità mal-obbligi ta' diġilenza dovuta fil-katina tal-provvista. L-importaturi tal-Unjoni li jkollhom is-sors ta' provenjenza tagħhom minn żoni li mhumiex imsemmija fuq dik il-lista għandhom ukoll iżżommu r-responsabilità tagħhom li jikkonformaw mal-obbligi ta' diliġenza dovuta skont dan ir-Regolament.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  in-numru ta' każi meta nżammu l-beni kulturali, u

(e)  in-numru ta' każi meta nżammu l-beni kulturali;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  in-numru ta' każi meta l-beni kulturali ġew abbandunati fl-Istati skont l-Artikolu 199 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(f)  in-numru ta' każi meta beni kulturali ġew abbandunati fl-Istat skont l-Artikolu 199 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  il-pieni kriminali adottati sabiex jiġi implimentat dan ir-Regolament.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Anness – tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[…]

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Anness tal-proposta tal-Kummissjoni għandu jitħassar u jiġi ssostitwit bl-Anness tar-Regolament dwar l-Esportazzjoni tal-beni kulturali 116/2009, adattat għal limitu waħdieni ta' 100 sena u b'xi limiti tal-valur ikkalibrati mill-ġdid. Minħabba raġunijiet proċedurali, ġew proposti żewġ emendi differenti (waħda biex tħassar, l-oħra biex timmodifika l-Anness ta' qabel) u għandu jittieħed vot konġunt dwarhom.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Anness – tabella a (ġdida)

1.  Oġġetti arkeoloġiċi li għandhom aktar minn 100 sena li huma prodotti ta':

 

  skavi u sejbiet fuq l-art jew taħt l-ilma

9705 00 00

  siti arkeoloġiċi

9706 00 00

  kollezzjonijiet arkeoloġiċi

 

2.  Elementi li jiffurmaw parti integrali minn monumenti artistiċi, storiċi jew reliġjużi li jkunu ġew imkissra, li għandhom aktar minn 100 sena

9705 00 00

 

9706 00 00

3.  Stampi u pitturi, ħlief dawk inklużi fil-kategoriji 4 jew 5, magħmulin kompletament bl-idejn b'kull mezz u fuq kull materjal

9701

4.  Akkwarelli, gouasche u pastell eżekwiti kompletament fl-idejn fuq kull tip ta' materjal

9701

5.  Mużajk b'kull tip ta' materjal magħmul kompletament bl-idejn, ħlief dawk li jidħlu fil-kategoriji 1 jew 2, u tpinġijiet b'kull tip ta' mezz magħmulin kompletament bl-idejn fuq kull tip ta' materjal

6914

 

9701

6.  Inċiżjonijiet oriġinali, stampi, serigrafi u litografi bil-plates u posters rispettivi oriġinali tagħhom

Kapitolu 49

 

9702 00 00

 

8442 50 99

7.  Skulturi jew statwarji oriġinali u kopji magħmula bl-istess proċess bħall-oriġinal minbarra dawk fil-kategorija 1

9703 00 00

8.  Ritratti, films u negattivi tagħhom

3704

 

3705

 

3706

 

4911 91 80

9.  Incunabula u manuskritti, inklużi mapep u spartiti mużikali, kemm weħidhom kif ukoll f'kollezzjonijiet

9702 00 00

 

9706 00 00

 

4901 10 00

 

4901 99 00

 

4904 00 00

 

4905 91 00

 

4905 99 00

 

4906 00 00

10.  Kotba ta' aktar minn 100 sena, waħedhom jew f'kollezzjonijiet

9705 00 00

 

9706 00 00

11.  Mapep stampati ta' aktar minn 100 sena

9706 00 00

12.

 

(a)  Kollezzjonijiet u kampjuni minn kollezzjonijiet żooloġiċi, botaniċi, mineroloġiċi jew anatomiċi;

9705 00 00

(b)  Kollezzjonijiet ta' interess storiku, paleontoloġiku, etnografiku jew numismatiku

9705 00 00

13.  Kull oġġett ieħor antik mhux inkluż fil-kategoriji A 1 sa A 12, li għandu aktar minn 100 sena.

97060000

L-oġġetti kulturali fil-kategoriji A.1 sa A.13 huma koperti b'dan ir-Regolament biss jekk il-valur tagħhom jikkorrispondi għal, jew jaqbeż, il-livelli limitu finanzjarji taħt B.

B.

Il-livelli limitu finanzjarji applikabbli għal ċerti kategoriji taħt A (f' euro)

Valur:

Hu x'inhu l-valur

  1 (Beni arkeoloġiċi)

  2 (Monumenti mkissra)

  9 (Inkunabula u manuskritti)

15 000

  5 (Mużajk u tpinġijiet)

  6 (Inċiżjonijiet)

  8 (Ritratti)

  11 (Mapep stampati)

30 000

  4 (Akkwarell, gwazz u pastel)

50 000

  3 (Pitturi)

  7 (Statwi)

  10 (Kotba)

  12 (Kollezzjonijiet)

  13 (Kull oġġett ieħor)

L-istima ta' jekk jew le l-kundizzjonijiet li jirreferu għall-valur finanzjarju jkunux osservati trid issir meta titressaq applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni. Il-valur finanzjarju huwa dak tal-oġġetti kulturali fl-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 2(1)(a).

Għall-Istati Membri li m'għandhomx l-euro bħala l-munita tagħhom, il-valuri espressi f'euro fl-Anness I għandhom jiġu kkonvertiti u espressi f'muniti nazzjonali bir-rata ta' bdil fil-31 ta' Diċembru 2001 ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan il-valur f'muniti nazzjonali għandu jiġi rivedut kull sentejn b'effett mill-31 ta' Diċembru 2001. Il-kalkolu ta' dan il-kontravalur għandu jkun ibbażat fuq il-medja tal-valur ta' kuljum ta' dawk il-muniti, mogħti fl-euro, matul l-24 xahar li jagħlqu fl-aħħar jum ta' Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru. Dan il-metodu ta' kalkulazzjoni għandu jiġi rivedut, fuq proposta mill-Kummissjoni, mill-Kumitat Konsultattiv fuq Oġġetti Kulturali, fil-bidu ta' sentejn wara l-ewwel applikazzjoni. Għal kull reviżjoni, il-valuri espressi f'euro u l-valuri tagħhom f'muniti nazzjonali għandhom jiġu pubblikati perjodikalment f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel ġranet tax-xahar ta' Novembru qabel id-data li fiha tibda r-reviżjoni.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1522064603053&uri=CELEX:32009R0116)

Ġustifikazzjoni

L-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tiggarantixxi l-istess livell ta' protezzjoni rikonoxxut għall-beni kulturali tagħha, inkluż dawk importati minn pajjiżi terzi fit-territorju tagħha. Għal dan il-għan, anke sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament mill-awtoritajiet doganali kompetenti u mill-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, l-anness propost oriġinarjament għandu jiġi ssostitwit b'dak tar-Regolament 116/2009 li jikkonċerna l-esportazzjoni ta' oġġetti kulturali, billi jiġi adattat għal limitu waħdieni ta' 100 sena u xi limiti tal-valur jiġu kkalibrati mill-ġdid, filwaqt li jitqies il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-importazzjoni ta’ beni kulturali

Referenzi

COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.9.2017

IMCO

11.9.2017

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

11.9.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

18.1.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Santiago Fisas Ayxelà

24.10.2017

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

18.1.2018

Data tal-adozzjoni

7.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Damian Drăghici, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Rupert Matthews, Luigi Morgano, John Procter, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Andrzej Zdrojewski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Sylvie Guillaume, Dietmar Köster, Morten Løkkegaard, Martina Michels

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Gabriel Mato, Fernando Ruas

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Morten Løkkegaard

EFDD

Isabella Adinolfi

ENF

Dominique Bilde

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Martina Michels

PPE

Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Gabriel Mato, Fernando Ruas, Sabine Verheyen, Bogdan Andrzej Zdrojewski

S&D

Silvia Costa, Damian Drăghici, Giorgos Grammatikakis, Sylvie Guillaume, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Julie Ward

3

-

ECR

John Flack, Rupert Matthews, John Procter

1

0

VERTS/ALE

Jill Evans

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (4.7.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ InternazzjonaliKumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali

(COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu25, jenħtieġ li regoli komuni dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi jiġu promulgati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva kontra t-telf tal-beni kulturali, il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-umanità u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu permezz tal-bejgħ ta' patrimonju kulturali sakkeġġat lix-xerrejja fl-Unjoni.

(1)  Fid-dawl tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u d-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, jenħtieġ li regoli komuni dwar il-kummerċ mal-pajjiżi terzi jiġu promulgati sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva kontra t-traffikar, it-telf tal-beni kulturali, il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali tal-umanità u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus permezz tal-bejgħ ta' patrimonju kulturali sakkeġġat lix-xerrejja fl-Unjoni.

__________________

__________________

24 COM(2016) 50 final.

24 COM(2016) 50 final.

25 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI; ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6-21.

25 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI; ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6-21.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fir-rigward tal-impenn tal-Unjoni Ewropea għal proċessi ġusti u kumpens għall-vittmi, kif ukoll il-kostituzzjoni u l-konvenzjonijiet tal-UNESCO dwar il-protezzjoni tal-patrimonju, trid tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-beni nnegozjati u/jew skavati jew miksuba illegalment. F'dak li jirrigwarda l-isfruttament tal-popli u t-territorji li normalment iwassal għall-kummerċ illeċitu u għat-traffikar ta' beni kulturali, partikolarment meta joriġinaw f'kuntest ta' kunflitt armat, jenħtieġ li dan ir-regolament jikkunsidra l-karatteristiċi reġjonali u lokali, aktar milli l-valur fis-suq tal-produzzjoni kulturali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-patrimonju kulturali huwa wieħed mill-elementi bażiċi taċ-ċivilizzazzjoni, jarrikkixxi l-ħajja kulturali tal-popli kollha u għaldaqstant jenħtieġ li jiġi protett minn approprjazzjoni illegali u sakkeġġ. Jenħtieġ li skont dan l-Unjoni tipprojbixxi d-dħul ta' beni kulturali esportati illegalment minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tal-Unjoni.

(2)  Il-beni kulturali spiss ikollhom importanza kulturali, artistika, storika, u xjentifika ewlenija. Il-patrimonju kulturali huwa wieħed mill-elementi bażiċi taċ-ċiviltà, fost l-oħrajn għaliex hu mogħni b'valur simboliku u jirrappreżenta l-memorja kulturali tal-umanità. Jarrikkixxi l-ħajja kulturali tal-popli kollha u jgħaqqad lin-nies fl-għarfien ta' memorja kondiviża u fl-iżvilupp taċ-ċiviltà. Għaldaqstant jenħtieġ li jiġi protett minn approprjazzjoni illegali u sakkeġġ. Is-sakkeġġ ta' siti arkeoloġiċi kien jiġri minn dejjem, iżda issa laħaq skala industrijali. Sakemm jibqa' possibbli li persuna tinvolvi ruħha f'kummerċ li jħalli ħafna qligħ ta' beni kulturali skavati illegalment u tagħmel profitt mingħajr l-ebda riskju notevoli, dawn l-iskavi u s-serq se jkomplu fil-ġejjieni. Il-valur ekonomiku u artistiku tal-patrimonju kulturali joħloq domanda qawwija fis-suq internazzjonali, iżda n-nuqqas ta' miżuri leġiżlattivi internazzjonali b'saħħithom u tal-infurzar tagħhom iwassal biex dawn il-beni jgħaddu għall-ekonomija sewda. L-attakk immirat fuq il-patrimonju kulturali huwa delitt serju li joħloq tbatija sinifikanti għal dawk li jintlaqtu direttament jew indirettament. F'bosta każijiet, il-kummerċ illeċitu ta' beni kulturali jikkontribwixxi biex tinkiseb omoġenizzazzjoni kulturali bil-forza u/jew espulsjoni, filwaqt li s-serq u s-sakkeġġ ta' beni kulturali jwasslu, fost konsegwenzi oħra, għad-diżintegrazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li skont dan l-Unjoni tipprojbixxi d-dħul ta' beni kulturali esportati illegalment minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tal-Unjoni, b'enfasi partikolari fuq beni kulturali minn pajjiżi terzi affettwati minn kunflitti armati li jinvolvu, b'mod partikolari, l-esportazzjoni minn organizzazzjonijiet terroristiċi jew minn organizzazzjonijiet kriminali oħrajn.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi mhux dejjem ikollhom il-kapaċitajiet suffiċjenti biex jiġġieldu t-traffikar ta' beni kulturali u l-kummerċ illeċitu jew ikunu soġġetti għall-korruzzjoni jew għal forom oħra ta' amministrazzjoni ħażina. Meta l-beni kulturali jinqalgħu mill-kuntest tagħhom, il-popolazzjoni tiġi mċaħħda mid-drawwiet u mill-beni kulturali tagħha jew mill-postijiet ta' tifkira u ta' qima. Il-kuntest storiku u l-valur xjentifiku tal-beni jintilfu jekk l-elementi assoċjati jinbigħu separatament. Fid-dawl tal-insostitwibbiltà tal-beni kulturali u l-interess tal-pubbliku, il-pussess tagħhom jista' jkun biss kondizzjonali. Il-proċedura tal-importazzjoni trid tinkludi l-assigurazzjoni ta' ħżin xieraq sussegwenti, ta' dokumentazzjoni, ta' aċċessibbiltà mogħtija lill-istituzzjonijiet akkademiċi u lill-mużewijiet pubbliċi, u ta' kooperazzjoni f'każ ta' talbiet ta' restituzzjoni ġustifikati.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fid-dawl tar-regoli differenti li japplikaw fl-Istati Membri fir-rigward tad-dħul ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri biex b'mod partikolari jiżguraw li l-importazzjonijiet ta' beni kulturali jkunu soġġetti għal kontrolli uniformi hekk kif jidħlu.

(3)  Il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali tista' tkun effettiva biss jekk tiġi organizzata kemm fuq bażi nazzjonali kif ukoll fuq bażi internazzjonali bejn l-Istati Membri li jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib. Fid-dawl tar-regoli differenti li japplikaw fl-Istati Membri fir-rigward tad-dħul ta' beni kulturali misruqa u/jew sakkeġġati fit-territorju doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li jiddaħħlu miżuri kondiviżi biex jiġu armonizzati r-regoli, ir-regolamenti u l-proċeduri fost l-Istati Membri b'mod xieraq ħalli jiżguraw li l-importazzjonijiet ta' beni kulturali jkunu soġġetti għal kontrolli uniformi hekk kif jidħlu, filwaqt li jiġu indirizzati il-lakuni fit-tassazzjoni. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jiggarantixxu wkoll li l-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi applikata b'mod xieraq fl-Istati Membri kollha, u wkoll l-irkupru effettiv ta' beni insostitwibbli.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Minħabba l-potenzjal magħruf ta' żoni ħielsa (u 'l hekk imsejħa "portijiet ħielsa") għal finijiet ta' ħżin tal-beni kulturali, jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll li għandhom jiġu stabbiliti jkollhom kamp ta' applikazzjoni kemm jista' jkun wiesa' fir-rigward tal-proċeduri doganali kkonċernati. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-kontrolli ta' miżuri ma jikkonċernawx biss il-beni rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni iżda wkoll il-beni mqiegħda skont il-proċeduri doganali speċjali. Madankollu, jenħtieġ li dan il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ma jmurx kontra l-prinċipju tal-libertà ta' tranżitu tal-beni, u lanqas ma jmur lil hinn mill-objettiv tal-prevenzjoni tal-beni kulturali esportati illeċitament milli jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Minħabba f'dan, filwaqt li jiġu inklużi proċeduri speċjali tad-dwana li skonthom il-beni li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu, jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll jeskludu t-tranżitu.

(5)  Minħabba l-potenzjal magħruf ta' żoni ħielsa (u 'l hekk imsejħa "portijiet ħielsa") għal finijiet ta' ħżin tal-beni kulturali, jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll li għandhom jiġu stabbiliti jkollhom kamp ta' applikazzjoni kemm jista' jkun wiesa' fir-rigward tal-proċeduri doganali kkonċernati, sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni billi jiġu sfruttati ż-żoni ħielsa, li jirrappreżentaw żoni bi sfond potenzjali għal proliferazzjoni kontinwa tal-kummerċ u l-ħżin ta' beni miksuba illegalment fl-UE. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn il-kontrolli ta' miżuri ma jikkonċernawx biss il-beni rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni iżda wkoll il-beni mqiegħda skont il-proċeduri doganali speċjali. Madankollu, jenħtieġ li dan il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ma jikkontradixxix b'mod irraġonevoli l-prinċipju tal-libertà ta' tranżitu tal-beni, u lanqas ma jmur lil hinn mill-objettiv tal-prevenzjoni tal-beni kulturali esportati illeċitament milli jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Minħabba f'dan, filwaqt li jiġu inklużi proċeduri speċjali tad-dwana li skonthom il-beni li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jistgħu jitqiegħdu, jenħtieġ li l-miżuri ta' kontroll jeskludu t-tranżitu, ħlief meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini bi ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew li ġew akkwistati b'mod illeċitu ieħor.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li l-legalità tal-esportazzjoni tiġi eżaminata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż fejn ikunu nstabu jew inħolqu l-beni kulturali ("pajjiż ta' oriġini"). Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, meta beni kulturali jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz differenti, jenħtieġ li l-persuna li qed tfittex li ddaħħalhom fit-territorju doganali tal-Unjoni turi li ġew esportati minn hemm legalment, meta l-pajjiż terz inkwistjoni huwa Stat Firmatarju tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 u għalhekk pajjiż impenjat fil-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu tal-beni kulturali. F'każijiet oħra, jenħtieġ li l-persuna tipprova li l-esportazzjoni mill-pajjiż ta' oriġini kienet skont il-liġi.

(7)  Jenħtieġ li l-legalità tal-esportazzjoni tiġi eżaminata skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż fejn ikunu nstabu jew inħolqu l-beni kulturali ("pajjiż ta' oriġini"). Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni, meta beni kulturali jidħlu fl-Unjoni minn pajjiż terz differenti, jenħtieġ li l-persuna li qed tfittex li ddaħħalhom fit-territorju doganali tal-Unjoni turi li ġew esportati legalment mill-pajjiż ta' oriġini. F'kull każ, il-persuna li qed tfittex li ddaħħalhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li turi li ġew esportati legalment mill-aħħar pajjiż fejn kienu qed jinżammu qabel ġew mibgħuta lejn l-Unjoni ("pajjiż esportatur") bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex ma jiġix imfixkel ħafna l-kummerċ ta' beni minn naħa għal oħra tal-fruntiera esterna, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal beni li jiksbu ċertu limitu ta' żmien. Għal dak l-għan, jidher xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien minimu ta' 250 sena għall-kategoriji kollha tal-beni kulturali. Dak il-limitu ta' żmien minimu se jiżgura li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jiffokaw fuq il-beni kulturali l-aktar suxxettibli li jkunu fil-mira ta' ħallelin fiż-żoni ta' kunflitt, mingħajr ma jiġu esklużi beni oħra li hu meħtieġ li jsirilhom kontroll sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali.

(8)  Sabiex ma jiġix imfixkel ħafna l-kummerċ ta' beni minn naħa għal oħra tal-fruntiera esterna b'mod sproporzjonat, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għal beni li jiksbu ċertu limitu ta' żmien. Għal dak l-għan, jidher xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien minimu ta' 100 sena għall-kategoriji kollha tal-beni kulturali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1954, tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 u tal-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995. Il-limitu ta' żmien minimu se jiżgura li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jiffokaw fuq il-beni kulturali l-aktar suxxettibli li jkunu fil-mira ta' ħallelin fiż-żoni ta' kunflitt, mingħajr ma jiġu esklużi beni oħra li hu meħtieġ li jsirilhom kontroll sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali. Il-beni kulturali li ġew prodotti dan l-aħħar jistgħu wkoll ikunu soġġetti għal traffikar illeċitu u jintużaw minn organizzazzjonijiet kriminali mill-UE jew minn pajjiżi terzi għal skopijiet ta' ħasil tal-flus, ta' finanzjament tat-terroriżmu, ta' traffikar ta' droga jew ta' bnedmin, jew ta' reati oħrajn. Minħabba f'hekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa li jipprevjenu l-importazzjoni illeċita tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Peress li uħud mill-kategoriji tal-beni kulturali, prinċipalment oġġetti arkeoloġiċi, elementi minn monumenti, manuskritti rari u inkunabula huma partikolarment vulnerabbli għas-sakkeġġ u l-qerda, jidher li huwa neċessarju li tiġi prevista sistema għal żieda fl-iskrutinju qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali sistema tirrikjedi l-preżentazzjoni ta' liċenzja maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul qabel ma jingħata r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-beni jew it-tqegħid tagħhom skont il-proċedura doganali speċjali għajr it-tranżitu. Persuni li jfittxu li jiksbu tali liċenzja, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovaw l-esportazzjoni legali minn pajjiż ta' oriġini permezz ta' dokumenti ta' prova u evidenza xierqa, b'mod partikolari, ċertifikati jew liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti ta' assigurazzjoni, dokumenti ta' trasport u valutazzjonijiet ta' esperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ liċenzja bla dewmien żejjed, abbażi tal-applikazzjonijiet kompluti u preċiżi.

(10)  Peress li wħud mill-kategoriji ta' beni kulturali, bħal oġġetti arkeoloġiċi, elementi minn monumenti, biċċiet ta' arti ta' ġojjellerija, oġġetti numismatiċi, artefatti ta' kisbiet teknoloġiċi antiki, manuskritti rari u inkunabula, huma partikolarment vulnerabbli għas-sakkeġġ u l-qerda, jidher li huwa neċessarju li tiġi prevista sistema għal żieda fl-iskrutinju qabel ma jkunu jistgħu jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali sistema tirrikjedi l-produzzjoni ta' liċenzja maħruġa b'mod elettroniku mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul qabel ma jingħata r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawk il-beni jew it-tqegħid tagħhom skont il-proċedura doganali speċjali għajr it-tranżitu. Persuni li jfittxu li jiksbu tali liċenzja, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovaw l-esportazzjoni legali minn pajjiż ta' oriġini bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu permezz ta' dokumenti ta' prova u evidenza xierqa, b'mod partikolari, ċertifikati jew liċenzji ta' esportazzjoni maħruġa mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni, jeddijiet ta' sjieda, fatturi, kuntratti ta' bejgħ, dokumenti ta' assigurazzjoni, dokumenti ta' trasport u valutazzjonijiet ta' esperti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu jekk għandhiex tinħareġ liċenzja bla dewmien żejjed, abbażi tal-applikazzjonijiet kompluti u preċiżi, u b'kunsiderazzjoni xierqa tad-disponibbiltà ta' informazzjoni rilevanti u b'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità Jenħtieġ li persuni li jissottomettu applikazzjoni ma jintalbux jagħmlu ħlas b'rabta mal-applikazzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiġu kkomunikati mingħajr dewmien lill-uffiċċji doganali rilevanti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Storikament, il-każijiet ta' serq marbuta mal-finanzjament tat-terroriżmu jew mal-ħasil tal-flus kienu konnessi ma' pajjiżi jew reġjuni ta' oriġini speċifiċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li b'mod partikolari tikkunsidra l-Listi Ħomor ippubblikati mill-ICOM, li jikklassifikaw il-kategoriji ta' beni arkeoloġiċi jew opri tal-arti mhedda fiż-żoni l-aktar vulnerabbli tad-dinja sabiex jiġi evitat li dawn jinbigħu jew jiġu esportati illegalment. Jenħtieġ li jinħatru esperti kulturali fi ħdan l-awtoritajiet doganali b'kunsiderazzjoni tan-natura partikolari tal-beni kulturali. Ir-rwol tagħhom huwa estremament rilevanti peress li dawn jenħtieġ li jkunu jistgħu, fejn meħtieġ, jirrikjedu informazzjoni addizzjonali mid-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali permezz ta' opinjoni esperta.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal kategoriji oħra ta' beni kulturali, jenħtieġ li permezz ta' dikjarazzjoni, il-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jiċċertifikaw u jieħdu r-responsabbilità għall-esportazzjoni tagħhom skont il-liġi minn pajjiż terz, u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex dawk il-beni jiġu identifikati mid-dwana. L-informazzjoni dwar il-beni kulturali jenħtieġ li tingħata permezz ta' dokument standardizzat sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Id-dokument standard ta' identifikazzjoni tal-oġġett rakkomandat mill-UNESCO, jenħtieġ li jintuża biex jiddeskrivi l-beni kulturali. Jenħtieġ li d-dwana tirreġistra d-dħul ta' dawk il-beni kulturali, iżomm l-oriġinali u tagħti kopja tad-dokumenti rilevanti lid-dikjarant, sabiex tiġi żgurata t-traċċabbilità wara li l-beni jidħlu fis-suq intern.

(11)  Għal kategoriji oħra ta' beni kulturali, jenħtieġ li permezz ta' dikjarazzjoni elettronika, il-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jiċċertifikaw u jieħdu r-responsabbiltà għall-esportazzjoni legali tagħhom minn pajjiż terz, u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed informazzjoni sabiex dawk il-beni jiġu identifikati mid-dwana. L-informazzjoni dwar il-beni kulturali jenħtieġ li tingħata permezz ta' dokument standardizzat elettroniku sabiex tiġi ffaċilitata l-proċedura, kif ukoll għal raġunijiet ta' ċertezza legali. Id-dokument standard ta' identifikazzjoni tal-oġġett rakkomandat mill-UNESCO, jenħtieġ li jintuża biex jiddeskrivi l-beni kulturali. Dawk il-beni kulturali jenħtieġ li jiġu rreġistrati elettronikament, u d-dikjarant jenħtieġ li jingħata kopja tad-dokumenti rilevanti ppreżentati sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà wara li l-beni jidħlu fis-suq intern.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Id-dħul temporanju ta' beni kulturali għal finijiet ta' riċerka edukattiva, xjentifika jew akkademika, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni.

(12)  Id-dħul temporanju ta' beni kulturali għal finijiet ta' riċerka edukattiva, xjentifika jew akkademika jew għal kooperazzjoni bejn il-mużewijiet jew istituzzjonijiet pubbliċi simili mingħajr skop ta' qligħ, jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenzja jew dikjarazzjoni, sakemm ma jkunx hemm evidenza li dawn il-beni jkunu nkisbu b'mod illeċitu.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-ħżin ta' beni kulturali minn pajjiżi milquta minn kunflitt armat jew li għaddejjin minn diżastru naturali, jenħtieġ li jiġu wkoll permessi mingħajr il-preżentazzjoni ta' liċenzja jew ta' dikjarazzjoni sabiex tiġi żgurata s-sikurezza u l-preservazzjoni tagħhom.

(13)  Il-pajjiżi milquta minn kunflitt armat jew minn kriżi rilevanti normalment ma jkunx jistgħu jipproteġu l-patrimonju kulturali tagħhom b'mod suffiċjenti. Il-ħżin ta' beni kulturali minn dawn il-pajjiżi jenħtieġ li jiġu permessi wkoll mingħajr il-preżentazzjoni ta' liċenzja jew ta' dikjarazzjoni, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti jakkumpanjaw u jamministraw il-proċess sar-restituzzjoni tagħhom. Jenħtieġ li ssir valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa fuq il-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fiż-żona doganali tal-Unjoni, b'attenzjoni partikolari għall-potenzjal li l-ħżin ta' beni kulturali mill-pajjiżi esportaturi milquta minn kunflitt armat jew minn kriżi rilevanti oħra jista' jintuża bħala sors ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  L-awtoritajiet doganali jenħtieġ li jkunu kapaċi jikkonfiskaw u jżommu temporanjament il-beni kulturali miġjuba fit-territorju doganali tal-Unjoni meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jkunux issodisfati. Jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji xierqa, b'mod partikolari informazzjoni xierqa lid-dikjarant, rimedji effettivi, u perjodu massimu ta' żamma ta' 6 xhur. Il-konfiska temporanja u ż-żamma tal-beni kulturali jenħtieġ li jkun limitat f'każijiet fejn jirrappreżenta tbatija bla bżonn għall-persuni fiżiċi, fuq il-bażi ta' valutazzjoni xierqa u fuq il-bażi ta' każ b'każ.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiddaħħal il-prinċipju ta' "tbatija bla bżonn" f'dan ir-Regolament meta niġu għaż-żamma temporanja tal-beni kulturali, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet possibbli fejn din iż-żamma jkollha effett sproporzjonat fuq persuna fiżika. Dan il-prinċipju diġà huwa previst fi strumenti oħra tad-dritt tal-Unjoni, partikolarment dwar il-Kontrolli fuq Flus Kontanti u dwar l-Iffriżar u l-Konfiska.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-modifiki tal-kriterju tal-limitu ta' żmien minimu għal kategoriji differenti ta' beni kulturali, sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-ġeopolitika li qed tinbidel u ta' ċirkustanzi oħra li jqiegħdu f'riskju lill-beni kulturali. Jenħtieġ li dik id-delegazzjoni tippermetti wkoll lill-Kummissjoni biex taġġorna l-Anness wara l-emendi tan-Nomenklatura Magħquda. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol tat-tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201627. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati.

(14)  Jenħtieġ li s-setgħa biex jiġu adottati l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex titqies l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-ġeopolitika li qed tinbidel u ta' ċirkustanzi oħra li jqiegħdu f'riskju lill-beni kulturali sabiex jiġu stipulati l-arranġamenti għall-iskjerament, l-operat u ż-żamma tas-sistema elettronika l-ġdida, filwaqt li ma jiġix ostakolat il-kummerċ ma' pajjiżi terzi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol tat-tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201627. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati.

__________________

__________________

27 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

27 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul u l-ħżin temporanju tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-mudelli għall-applikazzjonijiet u l-formoli għal-liċenzja tal-importazzjoni, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-dokumenti mehmuża magħhom, kif ukoll għar-regoli proċedurali ulterjuri dwar il-preżentazzjoni u l-iproċessar tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tagħmel l-arranġamenti għall-istabbiliment ta' bażi tad-dejta elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.

(15)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta, wara konsultazzjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, inkluż fil-livell ta' esperti, il-modalitajiet speċifiċi għad-dħul u l-ħżin temporanju tal-beni kulturali f'kundizzjonijiet ta' konservazzjoni adegwati fit-territorju doganali tal-Unjoni, il-mudelli għall-applikazzjonijiet u l-formoli għal-liċenzja tal-importazzjoni, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-dokumenti mehmuża magħhom, kif ukoll għar-regoli proċedurali ulterjuri dwar il-preżentazzjoni u l-iproċessar tagħhom, sabiex jiġu żgurati l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li tinġabar l-informazzjoni rilevanti dwar il-flussi kummerċjali tal-beni kulturali sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tar-Regolament u biex tiġi pprovduta l-bażi għall-valutazzjoni futura tagħha. Ma jistax isir monitoraġġ tal-flussi kummerċjali tal-beni kulturali bil-valur jew il-piż tagħhom biss minħabba li dawn iż-żewġ kejliet jistgħu jitilgħu u jinżlu. Huwa essenzjali li tinġabar l-informazzjoni dwar in-numru ta' oġġetti ddikjarati. Minħabba li fin-Nomenklatura Magħquda ma hemm speċifikata l-ebda unità ta' kejl supplimentari għall-beni kulturali, huwa neċessarju li jintalab li jiġi ddikjarat in-numru ta' oġġetti.

(16)  Jenħtieġ li tinġabar l-informazzjoni rilevanti dwar il-flussi kummerċjali tal-beni kulturali sabiex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tar-Regolament u biex tiġi pprovduta l-bażi għall-valutazzjoni futura tagħha. Ma jistax isir monitoraġġ effiċjenti tal-flussi kummerċjali tal-beni kulturali bil-valur jew il-piż tagħhom biss minħabba li dawn iż-żewġ kejliet jistgħu jitilgħu u jinżlu. Huwa essenzjali li tinġabar l-informazzjoni b'mod elettroniku dwar in-numru ta' oġġetti ddikjarati. Minħabba li fin-Nomenklatura Magħquda ma hemm speċifikata l-ebda unità ta' kejl supplimentari għall-beni kulturali, huwa neċessarju li jintalab li jiġi ddikjarat in-numru ta' oġġetti.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw kampanji ta' sensibilizzazzjoni sabiex jiskoraġġixxu x-xiri u l-bejgħ ta' beni kulturali li joriġinaw minn kummerċ illeċitu. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta' kuntatt ta' informazzjoni, hotlines u sit web aċċessibbli b'mod faċli u li dawn ikunu disponibbli fl-Istati Membri sabiex jissensibbilizzaw u jinformaw b'mod partikolari lix-xerrejja ta' beni kulturali jew lil partijiet interessati oħrajn.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li jingħata biżżejjed żmien lill-Kummissjoni biex tadotta r-regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar il-formoli xierqa li jintużaw għall-applikazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi ppreparata dikjarazzjoni tal-importatur. Minħabba f'dan, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita.

(19)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta, mingħajr dewmien, regoli li jimplimentaw dan ir-Regolament, b'mod partikolari dawk dwar il-formoli elettroniċi standardizzati xierqa li jintużaw għall-applikazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi ppreparata dikjarazzjoni tal-importatur.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "beni kulturali" tfisser kwalunkwe oġġett li huwa ta' importanza arkeoloġika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika, u li huwa parti mill-kategoriji elenkati fit-tabella fl-Anness, u jaqa' fil-limitu ta' żmien minimu speċifikat fih;

(a)  "beni kulturali" tfisser kwalunkwe oġġett li għal raġunijiet reliġjużi jew sekulari huwa ta' importanza arkeoloġika, preistorika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika sinifikanti, u li huwa parti mill-kategoriji elenkati fit-tabella fl-Anness, u jaqa' fil-limitu ta' żmien minimu speċifikat fih;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "pajjiż esportatur" tfisser l-aħħar pajjiż fejn il-beni kulturali inżammu b'mod permanenti skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni;

(c)  "pajjiż esportatur" tfisser l-aħħar pajjiż fejn il-beni kulturali inżammu skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' dak il-pajjiż qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "b'mod permanenti" tfisser għal perjodu ta' żmien ta' mill-inqas xahar u għal finijiet għajr l-użu temporanju, it-tranżitu, l-esportazzjoni jew id-dispaċċ;

imħassar

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  "awtoritajiet kompetenti" tfisser l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni u biex jirreġistraw id-dikjarazzjonijiet tal-importaturi;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex temenda t-tieni kolonna tat-tabella fl-Anness wara l-emendi fin-Nomenklatura Magħquda u biex temenda l-limitu ta' żmien minimu fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness wara l-esperjenza miksuba waqt l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, inkluż fil-livell tal-esperti, atti delegati skont l-Artikolu 12 sabiex tistipula l-arranġamenti għall-iskjerament, l-operat u ż-żamma tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rilaxx tal-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid ta' beni kulturali skont il-proċedura speċjali għajr it-tranżitu għandhom ikunu permessi biss wara l-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 4 jew ta' dikjarazzjoni tal-importatur magħmula skont l-Artikolu 5.

1.  Id-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni ta' beni kulturali li jkunu ġew esportati b'mod illegali minn pajjiżi terzi huwa pprojbit.

 

Ir-rilaxx tal-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid ta' beni kulturali skont il-proċedura speċjali għajr it-tranżitu għandhom ikunu permessi biss wara l-preżentazzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni maħruġa skont l-Artikolu 4 jew ta' dikjarazzjoni tal-importatur magħmula skont l-Artikolu 5.

 

Il-ħruġ ta' liċenzja ta' importazzjoni mill-awtoritajiet doganali jew il-preżentazzjoni korretta ta' dikjarazzjoni tal-importatur m'għandhomx jitqiesu bħala evidenza ta' provenjenza leċita jew ta' sjieda tal-beni kulturali.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dħul temporanju ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni għal finijiet ta' riċerka edukattivi, xjentifiċi u akkademiċi, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(a)  dħul temporanju ta' beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni għal finijiet ta' riċerka edukattiva, xjentifika, dwar ir-restawr, dwar il-konservazzjoni u akkademika, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 250 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u għall-finijiet ta' kooperazzjoni bejn il-mużewijiet pubbliċi jew istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ pubbliċi bil-għan li jiġu organizzati wirjiet kulturali sakemm ma jkunx hemm evidenza li dawn il-beni jkunu nkisbu b'mod illeċitu.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ħżin ta' beni kulturali għall-iskop preċiż li tiġi żgurata l-preservazzjoni tagħhom minn awtorità pubblika jew taħt is-superviżjoni tagħha, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 237 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(b)  il-ħżin ta' beni kulturali għall-iskop li tiġi żgurata l-protezzjoni u l-preservazzjoni tagħhom minn awtorità pubblika jew taħt is-superviżjoni tagħha, skont it-tifsira fi ħdan l-Artikolu 237 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, wara li ssir valutazzjoni tar-riskju fuq il-persuni li jfittxu li jdaħħluhom fiż-żona doganali tal-Unjoni.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul temporanju jew il-ħżin ta' beni kulturali msemmija fl-Artikolu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-modalitajiet speċifiċi għad-dħul temporanju jew il-ħżin ta' beni kulturali għall-protezzjoni tagħhom imsemmija fl-Artikolu 2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-detentur tal-beni għandu japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jinhemżu d-dokumenti ta' prova u l-informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali inkwistjoni ġew esportati minn pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Madankollu, meta pajjiż esportatur huwa Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Mezzi ta' Projbizzjoni u Prevenzjoni tal-Importazzjoni, Esportazzjoni u Trasferiment Illegali tas-Sjieda tal-Proprjetà Kulturali ffirmata f'Pariġi fl-14 ta' Novembru 1970 (“il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970”), l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi kwalunkwe dokumenti ta' prova u informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali ġew esportati minn dak il-pajjiż skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

2.  Id-detentur tal-beni kulturali elenkati fil-paragrafu preċedenti għandu japplika għal liċenzja tal-importazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-dħul. Ma' din l-applikazzjoni għandhom jinhemżu d-dokumenti ta' prova u l-informazzjoni li jiġġustifikaw li l-beni kulturali inkwistjoni ġew esportati minn pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Fil-każijiet kollha, l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata bi kwalunkwe dokumenti ta' prova u informazzjoni, li joffru evidenza li l-beni kulturali kienu esportati mill-pajjiż esportatur skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Assigurazzjoni ta' ħżin xieraq li tinkludi d-dokumentazzjoni, l-aċċessibbiltà mogħtija lil istituzzjonijiet akkademiċi pubbliċi, lill-mużewijiet pubbliċi jew lil istituzzjonijiet pubbliċi simili migħajr skop ta' qligħ, u wkoll il-kooperazzjoni fil-każ ta' talbiet ta' restituzzjoni ġustifikati trid takkumpanja l-applikazzjoni biex din tikkwalifika għal-liċenzji tal-importazzjoni.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  meta l-pajjiż esportatur mhuwiex Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970, ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

(a)  meta ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-pajjiż esportatur mhuwiex Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970, ma jintweriex li l-beni kulturali ġew esportati mill-pajjiż esportatur skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu;

(b)  l-awtorità kompetenti jkollha bażi raġonevoli biex temmen li d-detentur tal-beni ma akkwisthomx legalment.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Jekk l-applikazzjoni tiġi aċċettata, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tibgħat kopja tal-liċenzja tal-importazzjoni b'mod elettroniku lill-awtoritajiet doganali rilevanti.

 

Jekk l-applikazzjoni tiġi rrifjutata, l-awtorità kompetenti għandha minnufih tinforma lill-awtoritajiet doganali rilevanti kif ukoll lill-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ta' rifjut għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta' raġunijiet għar-rifjut tal-applikazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-proċedura ta' appell, li hija kkomunikata lill-applikant ikkonċernat fil-ħin li tinħareġ.

 

Meta applikazzjoni għal liċenzja tkun tirrigwarda beni kulturali li għalihom tkun ġiet rifjutata applikazzjoni preċedenti, l-applikant għandu jinforma lill-awtorità kompetenti li lilha jkun bagħtilha l-applikazzjoni dwar ir-rifjut preċedenti.

 

L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu r-rifjut ta' applikazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, meta r-rifjut ikun ibbażat fuq id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

 

Meta tkun disponibbli evidenza ġdida li tappoġġja tali applikazzjoni, tista' titressaq applikazzjoni ġdida skont l-Artikolu 4(2). F'każijiet simili, jekk awtorità kompetenti toħroġ ċertifikat, hija għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar dan, u tiddikjara r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha.

 

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra sabiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan l-Artikolu. Għandhom jikkomunikaw id-dettalji lil dawk l-awtoritajiet, kif ukoll kwalunkwe tibdil dwarhom lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom jaħtru mingħajr dewmien l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti biex joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni skont dan l-Artikolu. Huma għandhom jikkomunikaw id-dettalji ta' dawk l-awtoritajiet lill-Kummissjoni, kif ukoll kwalunkwe tibdil li jsir f'dan ir-rigward.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe tibdil dwarhom fis-serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe tibdil dwarhom fis-serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq is-sit web iddedikat imsemmi fl-Artikolu 11.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini tat-trasparenza, il-lista ta' awtoritajiet kompetenti għandha tkun disponibbli pubblikament fuq sit web ospitat mill-Kummissjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi l-mudell għall-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta' tali applikazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

6.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-mudell elettroniku standardizzat għad-dikjarazzjoni tal-importatur u għall-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar ta' tali applikazzjoni, filwaqt mad-dokumenti ta' sostenn rilevanti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dikjarazzjoni tal-importatur

Dikjarazzjoni tal-importatur u assigurazzjoni tal-preservazzjoni

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu ta' beni kulturali fl-Unjoni, msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g), (i), (j), (k) u (l) tal-Anness, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-dħul.

1.  Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa u t-tqegħid skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu ta' beni kulturali fl-Unjoni, msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g), (i), (j), (k) u (l) tal-Anness, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur u assigurazzjoni tal-preservazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tad-dħul.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li l-beni ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. Madankollu, meta pajjiż esportatur ikun Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Proprjetà Kulturali, id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li l-beni ġew esportati minn dak il-pajjiż skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Id-dikjarazzjoni tal-importatur irreġistrata u trażmessa elettronikament għandha, fejn rilevanti, tintbagħat b'mod elettroniku jew fuq karta lill-awtoritajiet kompetenti u għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li tiddikjara li l-beni ġew esportati mill-pajjiż ta' oriġini skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dokument standardizzat li jiddeskrivi l-beni kulturali inkwistjoni b'biżżejjed dettall biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali.

Id-dikjarazzjoni tal-importatur u l-assigurazzjoni tal-preservazzjoni għandhom jinkludu dokument standardizzat f'format elettroniku jew fuq karta li jiddeskrivi l-beni kulturali inkwistjoni f'dettall suffiċjenti biex jiġu identifikati mill-awtoritajiet doganali. Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-konsegwenzi ta' preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni falza.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dikjarazzjoni tal-importatur trid tkun akkumpanjata minn assigurazzjoni obbligatorja li tkopri l-perjodu tat-trasport u l-użu fuq it-territorju tal-UE. Barra minn hekk, il-verżjonijiet oriġinali ta' dokumenti oħra, bħal evalwazzjoni minn espert, fatturi, titoli ta' sjieda, jistgħu jintalbu mill-uffiċjali doganali fil-mument tad-dħul fl-ispazju doganali tal-UE.

 

L-assigurazzjoni tal-preservazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata mid-detentur tal-beni li l-beni se jinħażnu b'mod xieraq matul it-tranżitu u l-bejgħ kif imsemmi fl-Artikolu 4, kif ukoll li se jinbiegħu b'mod esklużiv lix-xerrejja li kapaċi jikkonformaw mar-regolamentazzjoni tal-Istati Membri li tikkonċerna t-trattament xieraq tal-beni kulturali.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-mudell għad-dikjarazzjoni tal-importatur, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar tad-dikjarazzjoni tal-importatur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

3.  Permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta l-mudell elettroniku standardizzat għad-dikjarazzjoni tal-importatur, kif ukoll ir-regoli proċedurali dwar il-preżentazzjoni u l-ipproċessar elettroniku tad-dikjarazzjoni tal-importatur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 jew id-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fl-Artikolu 5, skont xi jkun il-każ, għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità doganali kompetenti biex tirrilaxxa l-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għat-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu.

1.  Il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 jew id-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fl-Artikolu 5, skont xi jkun il-każ, għandha tiġi ppreżentata elettronikament lill-awtorità doganali kompetenti biex tirrilaxxa l-beni kulturali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa jew għat-tqegħid tagħhom skont proċedura speċjali għajr it-tranżitu.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk il-liċenzja tal-importazzjoni tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, fosthom permezz ta' twettieq ta' għarfien espert.

2.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-ħruġ ta' liċenzja tal-importazzjoni biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk il-liċenzja tal-importazzjoni tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali permezz ta' perizja. Il-liċenzja tal-importazzjoni rreġistrata elettronikament għandha tingħata numru serjali u data ta' reġistrazzjoni u, fil-mument tar-rilaxx tal-beni, id-dikjarant jingħata kopja tal-liċenzja tal-importazzjoni rreġistrata.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk id-dikjarazzjoni tal-importatur hijiex konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 jew abbażi tiegħu, u jekk tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri mingħand id-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali, fosthom permezz tal-esperti. Għandhom jirreġistraw id-dikjarazzjoni tal-importatur billi jagħtuha numru serjali u data ta' reġistrazzjoni, u fil-waqt tar-rilaxx tal-beni, lid-dikjarant jagħtuh kopja tad-dikjarazzjoni tal-importatur irreġistrata.

3.  Fir-rigward tal-beni kulturali li jeħtieġu l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni tal-importatur biex jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw jekk id-dikjarazzjoni tal-importatur hijiex konformi mar-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 5 jew abbażi tiegħu, u jekk tikkorrispondix mal-beni ppreżentati. Għal dak l-għan, jistgħu jitolbu informazzjoni ulterjuri mingħand id-dikjarant u jeżaminaw fiżikament il-beni kulturali permezz ta' perizja. Id-dikjarazzjoni tal-importatur, irreġistrata elettronikament, għandha tingħata numru serjali u data ta' reġistrazzjoni u, fil-mument tar-rilaxx tal-beni, id-dikjarant jingħata kopja tad-dikjarazzjoni tal-importatur irreġistrata u d-dikjarazzjoni tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-uffiċċji doganali kompetenti u kwalunkwe tibdil dwarhom fis-serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji tal-uffiċċji doganali kompetenti u kwalunkwe tibdil dwarhom fis-serje "C" ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq sit web iddedikat imsemmi fl-Artikolu 11.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini tat-trasparenza, il-lista ta' awtoritajiet kompetenti għandha tkun pubblikament disponibbli fuq sit web ospitat mill-Kummissjoni.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Jekk il-kontrolli fuq il-fruntiera tal-UE juru li l-beni kulturali qed jiġu importati b'mod illeċitu, l-uffiċċju doganali kompetenti tal-UE għandu jinforma lill-pulizija nazzjonali u lill-uffiċċji doganali tal-pajjiż ta' oriġini tal-beni kulturali miżmuma dwar l-attentat ta' trasport u użu illegali tax-xogħol tal-arti. Jekk il-pajjiż li minnu jkunu qed jiġu ttrasportati b'mod illeċitu l-beni kulturali jkun differenti mill-pajjiż ta' oriġini, l-awtoritajiet nazzjonali taż-żewġ pajjiżi jeħtieġ li jkunu informati.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw u temporanjament iżommu beni kulturali mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni meta l-beni kulturali inkwistjoni jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3.

1.  L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw u temporanjament iżommu beni kulturali mdaħħla fit-territorju doganali tal-Unjoni meta l-beni kulturali inkwistjoni jkunu daħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 3. F'każ ta' sekwestru jew iż-żamma temporanja ta' beni kulturali, għandhom jingħataw garanziji xierqa għall-konservazzjoni ottimali tagħhom, bi qbil mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtoritajiet doganali jistgħu wkoll jiddeċiedu li jissottomettu l-kontrolli doganali u l-verifiki għal skrutinju akbar abbażi ta' approċċ msejjes fuq ir-riskju, b'kooperazzjoni ma' aġenziji rilevanti Ewropej jew nazzjonali oħrajn, fejn xieraq. Meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li l-beni kulturali fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni setgħu ġew esportati bi ksur tar-regoli u tar-regolamenti tal-pajjiż ta' oriġini, jew inkella nkisbu b'mod illeċitu, dawn għandhom jagħtu struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali biex jikkonfiskaw dawk il-beni b'mod temporanju.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta' raġunijiet, li trid tiġi kkomunikata lid-dikjarant, u għandha tkun soġġetta għal rimedju effettiv skont il-proċeduri previsti fil-liġi nazzjonali.

2.  Id-deċiżjoni amministrattiva msemmija fil-paragrafu 1 u 1a għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni ta' raġunijiet, li trid tiġi kkomunikata lid-dikjarant, u għandha tkun soġġetta għal rimedju effettiv skont il-proċeduri previsti fil-liġi nazzjonali.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-perjodu ta' żamma temporanja għandu jkun limitat strettament għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet l-oħrajn tal-infurzar tal-liġi sabiex jiġi ddeterminat jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ jiġġustifikawx iż-żamma skont dispożizzjonijiet oħra ta' liġi tal-Unjoni jew nazzjonali. Il-perjodu massimu taż-żamma temporanja skont dan l-Artikolu għandu jkun ta' sitt xhur. Jekk ma ssirx determinazzjoni dwar żamma itwal tal-beni kulturali f'dak il-perjodu, jew jekk issir determinazzjoni li ċ-ċirkostanzi tal-każ ma jiġġustifikawx żamma itwal, il-beni kulturali għandhom jingħataw lid-dikjarant.

3.  Il-perjodu ta' żamma temporanja għandu jkun limitat strettament għaż-żmien meħtieġ biex l-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet l-oħrajn tal-infurzar tal-liġi jistabbilixxu jekk iċ-ċirkustanzi tal-każ jiġġustifikawx iż-żamma skont dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali. Il-perjodu massimu taż-żamma temporanja skont dan l-Artikolu għandu jkun ta' sitt xhur. Jekk ma ssirx determinazzjoni dwar żamma itwal tal-beni kulturali f'dak il-perjodu, jew jekk issir determinazzjoni li ċ-ċirkostanzi tal-każ ma jiġġustifikawx żamma itwal, il-beni kulturali għandhom jingħataw lid-dikjarant. L-awtoritajiet tal-Istati Membri tal-UE għandhom jiżguraw li fil-mument tar-restituzzjoni tax-xogħlijiet tal-arti lill-pajjiż ta' oriġini, dan tal-aħħar ma jkunx affettwat minn kriżi armata fejn is-sikurezza tal-beni kulturali ma tkunx tista' tiġi ggarantita. Inkella l-beni jkollhom jibqgħu fl-UE sakemm is-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini tiġi stabilizzata.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Assistenza teknika, gwida u skambju ta' informazzjoni

 

L-Istati Membri, jekk meħtieġ bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jistgħu jipprovdu assistenza u gwida teknika jew tip ta' assistenza oħra lill-importaturi filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni tal-impriżi żgħar jew ta' daqs medju, sabiex jgħinuhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

 

L-Istati Membri, bl-assistenza tal-Kummissjoni, għandhom jiffaċilitaw l-iskambju u t-tixrid ta' informazzjoni utli dwar it-traffikar illeċitu tal-beni kulturali, b'mod partikolari sabiex jgħinu lill-importaturi jivvalutaw ir-riskji u biex jikkunsidraw l-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

L-assistenza għandha tingħata b'tali mod li ma jiġux ippreġudikati r-responsabilitajiet tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2(1)(h)(a) u tiġi ppreservata l-indipendenza tagħhom fil-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu l-ġdid huwa ispirat mill-Artikolu 13 tar-Regolament 995/2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ir-Regolament "EUTR") u għandu l-għan li jiffaċilita l-implimentazzjoni tajba ta' dan ir-Regolament.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3(4).

1.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Tista' tiġi żviluppata sistema elettronika għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-liċenzji tal-importazzjoni.

2.  Għandha tiġi żviluppata sistema elettronika, abbażi ta' proposta leġiżlattiva xierqa, għall-ħżin u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet doganali, b'mod partikolari fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-liċenzji tal-importazzjoni. Kwalunkwe data personali maħżuna jew ipproċessata taħt tali sistema elettronika għandha tirrispetta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari l-prinċipji tan-neċessità, il-proporzjonalità u l-limitazzjoni tal-iskop kif ukoll is-superviżjoni xierqa mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  l-arranġamenti għat-tnedija, l-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-sistema elettronika msemmija fil-paragrafu 2;

imħassar

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5, u b'mod partikolari, għad-dikjarazzjonijiet foloz u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni falza sabiex jinkiseb id-dħul tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5, u b'mod partikolari meta beni kulturali jiġu importati fit-territorju tal-Unjoni mingħajr il-liċenzja xierqa, meta liċenzja tintuża għal beni kulturali differenti minn dak li għalih inħarġet il-liċenzja jew għad-dikjarazzjonijiet foloz u l-preżentazzjoni ta' informazzjoni falza sabiex jinkiseb id-dħul tal-beni kulturali fit-territorju doganali tal-Unjoni, u wkoll biex jingħataw riżorsi ekonomiċi lil gruppi kriminali kaġun tal-importazzjoni illeċita ta' beni kulturali. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa , inkluż l-esproprjazzjoni kontra l-proprjetà ta'awturi ta' importazzjoni illeċitu ta' beni kulturali, sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu implimentati b'mod sħiħ . Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli sa 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament u għandhom jgħarrfuha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tolqothom.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw it-taħriġ u l-attivitajiet ta' bini ta' kapaċità sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tar-Regolament mill-awtoritajiet ikkonċernati. Jistgħu wkoll jużaw kampanji ta' ħolqien ta' sensibilizzazzjoni immirati għal xerrejja partikolari tal-beni kulturali.

L-Istati Membri għandhom jorganizzaw it-taħriġ għall-persunal tad-dwana jew għal impjegati kompetenti oħra dwar beni kulturali li jkunu ġew ittraffikati b'mod illeċitu, misruqa u beni kulturali foloz, u jikkooperaw b'mod aktar effettiv fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali u t-traffikar ta' beni kulturali kif ukoll fl-attivitajiet ta' bini ta' kapaċità sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament mill-awtoritajiet u tal-professjonisti kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tospita sit web iddedikat biex dawk kollha kkonċernati jiġu infurmati b'mod ċar dwar l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, l-obbligi, il-lista tal-awtoritajiet kompetenti, il-possibbiltà għal żamma temporanja, il-penali introdotti, id-drittijiet għal rimedju effettiv jew dwar kwistjonijiet rilevanti oħra. L-Istati Membri għandhom jużaw ukoll kampanji ta' ħolqien ta' sensibilizzazzjoni u jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli punti ta' informazzjoni u hotlines aċċessibbli biex jissensibilizzaw u jinformaw, b'mod partikolari lix-xerrejja ta' beni kulturali u partijiet interessati oħrajn. L-assistenza tal-esperti, il-fondi ddedikati u t-tagħmir speċjali għandhom ikunu disponibbli għad-dwana fuq il-fruntieri esterni tal-UE biex jikkonformaw mal-prinċipji u mal-ispirtu ta' dan ir-Regolament.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-ħidma preparatorja tagħhom għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-UNESCO, l-Interpol, il-Europol, l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (WCO) u l-Kunsill Internazzjonali tal-Mużewijiet, biex jiżguraw it-taħriġ, l-attivitajiet ta' bini tal-kapaċità u l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni effettivi.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-informazzjoni dwar il-ksur ta' dan ir-Regolament;

(b)  l-informazzjoni dwar il-ksur ta' dan ir-Regolament u l-penali applikati;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  in-numru ta' każi meta nżammu l-beni kulturali, u

(e)  in-numru ta' każijiet meta nżammu l-beni kulturali, u għal kemm żmien u

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  in-numru ta' każi meta l-beni kulturali ġew abbandunati fl-Istati skont l-Artikolu 199 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

(f)  in-numru ta' każi meta l-beni kulturali ġew abbandunati lill-Istat skont l-Artikolu 199 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-istħarriġ lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom sitt xhur biex jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni.

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-istħarriġ rilevanti lill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom sitt xhur, minn meta jirċievu l-kwestjonarju biex jikkomunikaw l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Abbażi tar-risposti tal-Istati Membri għall-kwestjonarji msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji tal-importazzjoni. L-Istati Membri għandhom jaraw li jipprovdu l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Jekk tqis li jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tikseb aktar informazzjoni rigward l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex tivvaluta l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull ħames snin wara dan.

2.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull ħames snin wara dan. Ir-rapporti għandhom jevalwaw jekk ir-Regolament ikunx qed jiġi implimentat b'mod uniformi, kemm jiffunzja tajjeb u kemm huwa effettiv, u jista' jkun akkumpanjat mill-proposti leġiżlattivi xierqa, jekk meħtieġ.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-importazzjoni ta’ beni kulturali

Referenzi

COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.9.2017

IMCO

11.9.2017

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

11.9.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kostas Chrysogonos

26.2.2018

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

18.1.2018

Eżami fil-kumitat

14.5.2018

28.6.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

28.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ana Gomes, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Ivari Padar, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostas Chrysogonos, Carlos Coelho, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Emilian Pavel, Morten Helveg Petersen, Barbara Spinelli, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karoline Graswander-Hainz, Eduard Kukan, Fernando Ruas, Joachim Schuster, Ramón Luis Valcárcel Siso

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITATLI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Morten Helveg Petersen

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Malin Björk, Kostas Chrysogonos, Barbara Spinelli

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Barbara Kudrycka, Eduard Kukan, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Fernando Ruas, Csaba Sógor, Ramón Luis Valcárcel Siso, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Karoline Graswander-Hainz, Andrejs Mamikins, Ivari Padar, Emilian Pavel, Joachim Schuster, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Judith Sargentini

3

-

ECR

Jussi Halla-aho, Branislav Škripek

ENF

Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-importazzjoni ta’ beni kulturali

Referenzi

COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.7.2017

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

11.9.2017

IMCO

11.9.2017

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

11.9.2017

LIBE

11.9.2017

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

18.1.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Alessia Maria Mosca

11.1.2018

Daniel Dalton

11.1.2018

 

 

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

18.1.2018

Eżami fil-kumitat

21.2.2018

21.3.2018

23.4.2018

4.6.2018

 

18.6.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

56

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Pascal Arimont, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Dita Charanzová, Salvatore Cicu, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Nadja Hirsch, France Jamet, Philippe Juvin, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Marlene Mizzi, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Christel Schaldemose, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Jasenko Selimovic, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Anneleen Van Bossuyt, Iuliu Winkler, Igor Šoltes

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Reimer Böge, Birgit Collin-Langen, Igor Gräzin, Arndt Kohn, Pina Picierno, Fernando Ruas, Paul Rübig, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Ramon Tremosa i Balcells, Sabine Verheyen, Kerstin Westphal

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Angel Dzhambazki, Czesław Hoc, Verónica Lope Fontagné, Nils Torvalds, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Tiemo Wölken, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

9.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

56

+

ALDE

Dita Charanzová, Igor Gräzin, Nadja Hirsch, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Nils Torvalds, Ramon Tremosa i Balcells

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

ENF

Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Martin Schirdewan, Helmut Scholz

NI

David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Pascal Arimont, Reimer Böge, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza Bildt, Christophe Hansen, Philippe Juvin, Verónica Lope Fontagné, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Paul Rübig, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Vladimir Urutchev, Sabine Verheyen, Henna Virkkunen, Iuliu Winkler

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Arndt Kohn, Bernd Lange, David Martin, Marlene Mizzi, Pina Picierno, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Christel Schaldemose, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira, Kerstin Westphal, Tiemo Wölken, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Pascal Durand, Igor Šoltes

4

-

ECR

Angel Dzhambazki, Czesław Hoc, Emma McClarkin, Anneleen Van Bossuyt

3

0

ECR

Daniel Dalton

ENF

France Jamet

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali