Proċedura : 2018/0082(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0309/2018

Testi mressqa :

A8-0309/2018

Dibattiti :

PV 11/03/2019 - 20
CRE 11/03/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.3
CRE 25/10/2018 - 13.3
PV 12/03/2019 - 9.18
CRE 12/03/2019 - 9.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0152

RAPPORT     ***I
PDF 1751kWORD 196k
10.10.2018
PE 623.672v02-00 A8-0309/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

(COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: Paolo De Castro

Rapporteur għal opinjoni (*): Marc Tarabella

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

(COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0173),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0139/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, kif ukoll il-kontribut mis-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp, u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0309/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-2010, il-Forum ta' Livell Għoli dwar it-Titjib tal-Funzjonament tal-Katina tal-Provvista tal-Ikel approva sett ta' prinċipji ta' prattika tajba f'relazzjonijiet vertikali fil-katina tal-provvista alimentari miftiehma minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-operaturi fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dawn il-prinċipji saru l-bażi tal-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista li tnediet fl-2013.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Fl-2011, l-OECD adottat il-Linji Gwida aġġornati għall-Intrapriżi Multinazzjonali dwar Imġiba Responsabbli tan-Negozju, li jirrappreżentaw l-aktar sett komprensiv eżistenti ta' rakkomandazzjonijiet promossi mill-gvernijiet u li jkopru l-oqsma kollha ewlenin tal-etika tan-negozju.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti tal-ikel mill-"farm sal-furketta". Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, u prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel.

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-bejgħ bl-imnut u l-bejgħ lill-konsumaturi finali ta' prodotti agrikoli u tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti. Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti agrikoli u tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala prodotti agrikoli u tal-ikel.

 

(Il-bidla minn "katina tal-provvista tal-ikel" għal "katina tal-provvista agrikola u tal-ikel" tapplika għat-test kollu. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta' konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma b'mod partikolari ta' ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, huma fil-biċċa l-kbira ta' daqs żgħir u medju.

(5)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta' konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma saħansitra ta' ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel kemm ġewwa l-Unjoni kif ukoll barra minnha. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, spiss huma ta' daqs żgħir u medju, iżda l-fornituri kollha, irrispettivament mid-daqs, huma suxxettibbli għal prattiki kummerċjali inġusti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Irrispettivament mid-daqs tal-operaturi, differenzi fis-saħħa tan-negozjar jikkorrispondu mad-dipendenza, partikolarment id-dipendenza ekonomika, tal-fornitur fuq ix-xerrej.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta' għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li jibbenefika lill-prodotturi kollha tal-agrikoltura jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-prodotturi, sakemm dawk il-persuni kollha jissodisfaw id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji kif stabbilit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE12. Dawk il-fornituri mikro, żgħar u medji huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti u l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Billi l-pressjoni finanzjarja fuq l-intrapriżi żgħar u medji kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji żgħar u medji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b'mod partikolari f'termini ta' żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta' għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li dan jibbenefika lill-prodotturi kollha tal-agrikoltura jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni prodotti agrikoli u tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet u kooperattivi tal-produtturi. Billi l-pressjoni finanzjarja kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, u għaldaqstant ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b'mod partikolari f'termini ta' żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati.

_________________

 

12 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

 

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Peress li l-post ta' stabbiliment ta' xerrej mhuwiex dejjem l-istess post fejn il-prodotti agrikoli u tal-ikel jiġu konsenjati u mqiegħda fis-suq, ir-regoli rilevanti jenħtieġ li japplikaw għax-xerrejja kollha, indipendentement mill-post ta' stabbiliment tagħhom, meta l-prodotti li jixtru huma intenzjonati għall-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel tal-Unjoni. Sabiex jissaħħu l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' din id-Direttiva minn operaturi stabbiliti barra l-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi klawsoli speċifiċi fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali tal-Unjoni ma' pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva dawk l-operaturi li, għalkemm stabbiliti barra l-UE, jixtru u jbigħu prodotti fis-suq tal-UE, u li jiġi evitat li xerrej ikun jista' jaħrab mid-dispożizzjonijiet sempliċement billi jċaqlaq il-post ta' stabbiliment tiegħu barra mill-UE.

Din l-emenda għandha l-għan li tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva dawk l-operaturi li, għalkemm stabbiliti barra mill-UE, jixtru u jbigħu prodotti fis-suq tal-UE. Sabiex jissaħħu l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni qed tintalab tinkludi klawsoli speċifiċi fil-ftehimiet kummerċjali bilaterali tal-UE ma' pajjiżi terzi.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Jenħtieġ li s-servizzi anċillari marbutin mal-ipproċessar u d-distribuzzjoni fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Servizzi bħat-trasport, id-diżinfezzjoni jew il-fatturazzjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala anċillari għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli u tal-ikel u għalhekk jenħtieġ li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti tal-ikel lil xerrejja stabbiliti fl-Unjoni sabiex jevitaw l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

(8)  Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti agrikoli u tal-ikel lil xerrejja sabiex jiġu evitati l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Is-sehem dejjem jonqos ta' dħul li jasal għand il-produtturi tal-ikel fuq skala żgħira u l-ħaddiema f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li jiffaċċjaw bħala konsegwenza tal-prattiki kummerċjali inġusti jimminaw il-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u l-għanijiet tagħha taħt l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-iżbilanċ tas-setgħat fil-katina tal-provvista u l-prattiki kummerċjali inġusti ta' supermarkets għandhom konsegwenzi serji, peress li dawn jiġġeneraw u jamplifikaw impatti soċjali u ambjentali sinifikanti fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi produtturi ta' prodotti agrikoli u dawk fqar, inkluża ċ-ċaħda tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, id-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-inkapaċità li persuni jaqilgħu pagi li jiggarantixxu għajxien u sigħat twal ta' xogħol.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-regoli rilevanti jenħtieġ li japplikaw għall-imġiba kummerċjali minn operaturi akbar, jiġifieri mhux ta' daqs żgħir jew medju, fil-katina tal-provvista tal-ikel billi dawn huma dawk li normalment għandhom saħħa ta' negozjar relattiva aktar b'saħħitha meta jinnegozjaw ma' fornituri żgħar u medji.

(9)  Ir-regoli rilevanti jenħtieġ li japplikaw għall-operaturi tan-negozju kollha fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm diverġenti, huwa xieraq li tintuża l-għodda ta' Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jinkiseb reġim koeżiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli fit-territorju tagħhom jadottaw u japplikaw liġijiet nazzjonali aktar stretti sabiex jipproteġu fornituri u xerrejja żgħar u medji kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, suġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern.

(10)  Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm diverġenti, huwa xieraq li tintuża l-għodda ta' Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jinkiseb reġim koeżiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli fit-territorju tagħhom jadottaw u japplikaw liġijiet nazzjonali aktar stretti sabiex jipproteġu l-fornituri u x-xerrejja kollha irrispettivament mid-daqs tagħhom kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, suġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Billi l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott tal-ikel, jiġifieri qabel, waqt jew wara tranżazzjoni ta' bejgħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għal tali prattiki kull meta jseħħu.

(11)  billi l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott agrikolu jew tal-ikel, jiġifieri qabel, waqt jew wara tranżazzjoni ta' bejgħ, jew b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi li huma anċillari għall-bejgħ ta' dak il-prodott mix-xerrej jew minn grupp ta' xerrejja, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw għal tali prattiki kull meta jseħħu.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fid-deċiżjoni dwar jekk prattika kummerċjali partikolari tiġix meqjusa bħala inġusta, huwa importanti li jitnaqqas ir-riskju li jiġi limitat l-użu ta' ftehimiet ġusti u ta' ħolqien tal-effiċjenza li jkunu maqbula bejn il-partijiet. B'riżultat ta' dan, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prattiki li jkunu previsti f'termini ċari u mhux ambigwi fi ftehimiet ta' forniment bejn il-partijiet u l-prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-tranżazzjoni mingħajr ma jkunu ġew miftiehma minn qabel f'termini ċari u mhux ambigwi, sabiex jiġu pprojbiti biss bidliet unilaterali u retrospettivi għal dawk it-termini rilevanti tal-ftehim ta' forniment. Madankollu, ċerti prattiki kummerċjali huma meqjusa bħala inġusti min-natura tagħhom stess u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet li jiddevjaw minnhom.

(12)  Fid-deċiżjoni dwar jekk prattika kummerċjali partikolari tiġix meqjusa bħala inġusta, huwa importanti li jitnaqqas ir-riskju li jiġi limitat l-użu ta' ftehimiet ġusti u ta' ħolqien tal-effiċjenza li jkunu miftiehma bejn il-partijiet. B'riżultat ta' dan, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prattiki li ma jirriżultawx mill-isfruttament ta' dipendenza ekonomika tal-fornitur fuq ix-xerrej u li jkunu previsti f'termini ċari u mhux ambigwi fi ftehimiet ta' forniment bejn il-partijiet, u l-prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-tranżazzjoni mingħajr ma jkunu ġew miftiehma minn qabel f'termini ċari u mhux ambigwi, sabiex jiġu pprojbiti biss bidliet unilaterali għal dawk it-termini rilevanti tal-ftehim ta' forniment. Madankollu, ċerti prattiki kummerċjali huma meqjusa bħala inġusti min-natura tagħhom stess u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet li jiddevjaw minnhom.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Meta lment jiġi ppreżentat lil awtorità tal-infurzar, l-oneru tal-prova li l-ftehim ta' forniment ikopri l-prattika tan-negozjar inkwistjoni f'termini ċari u mhux ambigwi għandu jkun fuq ix-xerrej.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Ħlas minn xerrej lil fornitur lil hinn minn skadenza ta' żmien raġonevoli, li jenħtieġ li jiġi stabbilit f'din id-Direttiva, jenħtieġ li jitqies bħala prattika ta' negozjar inġusta u din il-prattika tiġi pprojbita. Dik il-projbizzjoni jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar it-termini ta' ħlas stipulati fl-istatut ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi kooperattivi, jekk dak l-istatut ikun fih regoli li jippermettu lill-membri jiskrutinizzaw b'mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha, jew għal ftehimiet, deċiżjonijiet u prattiki konġunti fi ħdan organizzazzjonijiet interprofessjonali, li l-għan tagħhom huwa li jimmodifikaw it-termini ta' ħlas relatati ma' prodotti agrikoli u tal-ikel li jaqgħu fl-ambitu ta' skema ta' kwalità tal-Unjoni;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  L-użu ta' kuntratti bil-miktub fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel isaħħaħ ir-responsabbiltà tal-operaturi u jgħin biex jiġu evitati ċerti prattiki kummerċjali inġusti, u jżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-bżonn li jittieħed kont aħjar tas-sinjali tas-suq, biex titjieb it-trażmissjoni tal-prezzijiet u biex il-provvista tiġi adattata mad-domanda. Sabiex jiġi inċentivat l-użu ta' tali kuntratti, il-fornituri jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jitolbu kuntratt bil-miktub. Ir-rifjut minn xerrej li jidħol f'kuntratt bil-miktub ma' fornitur minkejja li l-fornitur ikun talab kuntratt bħal dan f'konformità ma' din id-Direttiva, meta jkun intlaħaq qbil dwar termini bejniethom, jenħtieġ li jitqies bħala prattika kummerċjali inġusta u din il-prattika tiġi ipprojbita.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d)  Skemi ta' tikkettar dwar in-nutrizzjoni imposti unilateralment minn xerrejja fuq fornituri, li ma jipprovdux lill-konsumaturi b'informazzjoni komprensiva, jistgħu jkunu qed jiddiskriminaw bejn il-produtturi u jqarrqu lill-konsumaturi fl-għażla tagħhom ta' prodotti. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-impożizzjoni ta' tali skemi titqies li taqa' taħt id-definizzjoni ta' prattika kummerċjali inġusta.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiżguraw infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità li tkun fdata bl-infurzar tagħhom. L-awtorità jenħtieġ li tkun kapaċi taġixxi fuq inizjattiva proprja tagħha jew permezz ta' lmenti mill-partijiet affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel. Fejn ilmentatur jitlob li l-identità tiegħu tibqa' kunfidenzjali minħabba l-biża' ta' ritaljazzjoni, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jonoraw tali talba.

(13)  Sabiex jiżguraw infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità li tkun fdata bl-infurzar tagħhom. L-awtorità jenħtieġ li tkun kapaċi taġixxi fuq inizjattiva proprja tagħha jew permezz ta' lmenti mill-partijiet affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Kull meta jiġi rreġistrat ilment, l-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru kkonċernat jenħtiġilha, minħabba l-biża' ta' ritaljazzjoni, tiggarantixxi, f'konformità mal-liġi nazzjonali, li l-identità tal-ilmentatur tibqa' anonima.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm infurzar effettiv tal-projbizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti, l-awtoritajiet tal-infurzar maħtura jenħtieġ li jkollhom disponibbli r-riżorsi, il-persunal u l-għarfien espert kollha meħtieġa.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta' membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-fornituri jew minn assoċjazzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet, inklużi organizzazzjonijiet rappreżentattivi b'għarfien tal-prattiki kummerċjali fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta' membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-identità tal-ilmentaturi u ta' vittmi oħra ta' prattiki jekk l-awtorità ssegwi l-obbligu li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha f'konformità ma' din id-Direttiva.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji li jippermettulhom jiġbru b'mod effettiv kwalunkwe informazzjoni fattwali permezz ta' talbiet għall-informazzjoni. Jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jordnaw it-terminazzjoni ta' prattika pprojbita, fejn applikabbli. L-eżistenza ta' deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti multi u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet, tista' tinkoraġġixxi bidla fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu informazzjoni u jassistu f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

(15)  L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji li jippermettulhom jiġbru b'mod effettiv kwalunkwe informazzjoni fattwali permezz ta' talbiet għall-informazzjoni. Jenħtieġ li jkunu korpi imparzjali mingħajr ebda kunflitt ta' interess ma' operaturi fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel u jkollhom għarfien profond tal-funzjonament tal-provvista agrikola u tal-ikel. Dawn jenħtieġ li jiggarantixxu l-funzjonament ġust u xieraq tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel u jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li x-xerrej itemm minnufih prattika pprojbita, fejn applikabbli. L-eżistenza ta' deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti multi jew sanzjonijiet oħra ugwalment effettivi u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet, tista' tinkoraġġixxi bidla fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Il-ksur ripetut jenħtieġ li jitqies meta tiġi ddeterminata s-sanzjoni li għandha tiġi applikata; Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-multi u s-sanzjonijiet. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu l-informazzjoni kollha rilevanti u jassistu f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  L-awtorità tal-infurzar jenħtieġ li tinforma lill-ilmentatur, f'limitu ta' żmien raġonevoli, dwar id-deċiżjoni tagħha li taġixxi jew li ma taġixxix fuq l-ilment. Deċiżjoni li jiġi miċħud l-ilment jenħtieġ li tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju. Meta l-awtorità tal-infurzar tqis li hemm biżżejjed raġunijiet biex taġixxi fuq ilment, hija jenħtieġ li tmexxi investigazzjoni li għandha tiġi konkluża fi żmien raġonevoli. Fejn ikun stabbilit ksur ta' din id-Direttiva, l-awtorità tal-infurzar jenħtieġ li tobbliga lix-xerrej itemm minnufih il-prattika ta' negozjar projbita u timponi multa pekunarja u sanzjonijiet finanzjarji ugwalment effettivi, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Din il-multa u sanzjonijiet oħra jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati għall-ħsara kkawżata u dissważivi, b'kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur. Il-ksur ripetut mill-istess xerrej jenħtieġ li jitqies meta tiġi ddeterminata l-multa u/jew jiġu ddeterminati sanzjonijiet oħra li għandhom jiġu applikati; L-awtorità tal-infurzar jenħtieġ li tkun kapaċi tastjeni milli tieħu kwalunkwe miżura, jekk tali deċiżjoni tirriskja li tiżvela l-identità ta' lmentatur jew tikxef kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu, bil-kundizzjoni li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni. L-awtorità tal-infurzar jenħtieġ li tkun tista' tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha rigward is-sanzjonijiet imposti.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b)  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tal-awtoritajiet tal-infurzar tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jippromwovu l-użu ta' proċeduri ta' medjazzjoni effettivi u indipendenti jew ta' mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fil-każ ta' tilwima bejn fornitur u xerrej minħabba prattika kummerċjali inġusta kif definit f'din id-Direttiva. L-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternat għat-tilwim jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' fornitur li jressaq ilment. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta' prattiki pprovati li jikkonċernaw l-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiv għat-tilwim fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 15c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c)  Huwa meħtieġ li jinħoloq Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar ("in-Netwerk"), ospitat mill-Kummissjoni, bil-għan li jikkoordina u jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-esperjenza tal-infurzar tal-Istati Membri b'mod ikkoordinat u sistematiku sabiex jiġi żgurat approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li n-Netwerk jgħin ukoll biex jitjieb il-fehim komuni dwar liema tipi speċifiċi ta' prattiki kummerċjali jenħtieġ li jitqiesu bħala prattiki kummerċjali inġusti u biex jiġu indirizzati aħjar prattiki kummerċjali transfruntiera potenzjali inġusti.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex tiffaċilita l-infurzar effettiv, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin torganizza laqgħat bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri, fejn jistgħu jiġu skambjati l-aqwa prattiki u tiġi kondiviża informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi u ġġestixxi sit web sabiex tiffaċilita dawk l-iskambji.

(16)  Sabiex tiffaċilita l-infurzar effettiv, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tan-Netwerk, fejn jistgħu jiġu skambjati l-aqwa prattiki u tiġi kondiviża informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi u ġġestixxi sit web sabiex tiffaċilita dawk l-iskambji.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jnaqqsux il-possibbiltà li l-Istati Membri jżommu regoli eżistenti li jkunu aktar komprensivi jew li jadottaw tali regoli fil-ġejjieni, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-regoli japplikaw flimkien ma' regoli ta' governanza volontarji.

(17)  Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jnaqqsux il-possibbiltà li l-Istati Membri jżommu regoli eżistenti li jkunu aktar stretti fir-rigward tal-prattiki ta' negozjar inġusti identifikati f'din id-Direttiva jew ta' oħrajn addizzjonali, jew li jadottaw tali regoli fil-ġejjieni, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern, b'mod partikolari l-prinċipji tal-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi, il-libertà tal-istabbiliment, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju imparzjali u indipendenti. Ir-regoli jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċedura ta' notifika minn qabel u japplikaw flimkien ma' miżuri ta' governanza volontarji.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rieżami jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-protezzjoni tax-xerrejja żgħar u medji ta' prodotti tal-ikel fil-katina ta' provvista – flimkien mal-protezzjoni tal-fornituri żgħar u medji - tkunx ġustifikata fil-futur,

(19)  Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi lista minima ta' prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti bejn ix-xerrejja u l-fornituri fil-katina tal-provvista tal-ikel u tistabbilixxi regoli minimi rigward l-infurzar tagħhom u arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar.

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi lista minima ta' prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti bejn ix-xerrejja u l-fornituri fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel u tistabbilixxi regoli minimi rigward l-infurzar tagħhom u arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar.

 

Il-bidla minn "katina tal-provvista tal-ikel" għal "katina tal-provvista agrikola u tal-ikel" tapplika għat-test kollu.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tipproteġi lil kull bidwi u li testendi l-kamp ta' applikazzjoni għall-prodotti kollha inklużi fl-Anness I għat-Trattat, peress li l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jaffettwaw ukoll dawk il-produtturi li jbigħu prodotti agrikoli mhux ipproċessati li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem (eż. fjuri maqtugħin, għalf u oħrajn).

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti tal-ikel minn fornitur li jkun intrapriża żgħira u medja lil xerrej li ma jkunx intrapriża żgħira u medja.

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u tal-ikel minn fornitur lil xerrej, kif ukoll għas-servizzi relatati mogħtija minn fornitur, li huma anċillari għall-bejgħ ta' prodotti agrikoli u tal-ikel.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  "prattika kummerċjali inġusta" tfisser kwalunkwe prattika li:

 

- tiddevja b'mod qawwi minn imġiba kummerċjali tajba, hija kuntrarja għall-bona fide u tranżazzjoni ġusta u hija imposta b'mod unilaterali minn sieħeb kummerċjali wieħed fuq ieħor;

 

- timponi jew tipprova timponi trasferiment inġustifikat u sproporzjonat ta' riskju ekonomiku ta' xerrej lill-fornitur; jew

 

- timponi jew tipprova timponi żbilanċ sinifikanti tad-drittijiet u l-obbligi fuq il-fornitur fir-relazzjoni kummerċjali qabel, matul jew wara l-kuntratt;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "xerrej" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tixtri prodotti tal-ikel bħala kummerċ. It-terminu "xerrej" jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

(a)  "xerrej" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment ta' dik il-persuna, li tixtri prodotti agrikoli u tal-ikel li jitwasslu fi ħdan l-Unjoni għal skopijiet kummerċjali u/jew tipprovdi servizzi anċillari għall-bejgħ ta' dawk il-prodotti. It-terminu "xerrej" jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "fornitur" tfisser kwalunkwe produttur agrikolu jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom, li jbigħu prodotti tal-ikel. It-terminu "fornitur" jista' jinkludi grupp ta' tali produtturi agrikoli jew tali persuni fiżiċi u ġuridiċi, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(b)  "fornitur" tfisser kwalunkwe produttur agrikolu jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom, li jbigħu prodotti agrikoli u tal-ikel. It-terminu "fornitur" jista' jinkludi grupp ta' tali produtturi agrikoli jew tali persuni fiżiċi u ġuridiċi, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet u kooperattivi tal-produtturi;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "dipendenza ekonomika" tfisser relazzjoni bejn fornitur u xerrej b'saħħa ta' negozjar differenti, li fiha l-fornitur jiddependi fuq ix-xerrej minħabba r-reputazzjoni tax-xerrej, is-sehem tiegħu mis-suq, l-assenza ta' biżżejjed possibbiltajiet ta' bejgħ alternattivi jew għaliex is-somma totali li għaliha l-fornitur ikun ħareġ fattura lix-xerrej tkopri ammont sinifikanti tad-dħul tal-fornitur;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  "ftehim ta' forniment" tfisser ftehim bil-miktub bejn fornitur u xerrej li b'mod ċar u trasparenti jkopri l-elementi rilevanti tal-ftehim kummerċjali, inklużi l-ismijiet tal-partijiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, il-prezz, it-tul ta' żmien, it-termini tal-konsenja, it-termini tal-ħlas, kif ukoll il-kawża, l-eżekuzzjoni tal-kuntratt u l-effett tat-terminazzjoni tal-kuntratt.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "intrapriża żgħira u medja" tfisser intrapriża skont it-tifsira tad-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju stabbilita fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE14;

imħassar

_________________

 

14 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

 

Ġustifikazzjoni

Peress li emenda preċedenti qed tħassar l-intrapriżi żgħar u medji mit-test, id-definizzjoni tagħhom issir obsoleta.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "prodotti tal-ikel" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat maħsuba għall-użu bħala ikel kif ukoll il-prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness, iżda pproċessati minn dawk il-prodotti għall-użu bħala ikel;

(d)  "prodotti agrikoli u tal-ikel" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat maħsuba għall-użu bħala ikel kif ukoll il-prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness, iżda pproċessati minn dawk il-prodotti għall-użu bħala ikel;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  "prodotti tal-ikel b'tikketta privata" tfisser prodotti tal-ikel li jinbiegħu taħt ditti ta' bejjiegħa bl-imnut;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "prodotti tal-ikel li jitħassru" tfisser prodotti tal-ikel li ma jibqgħux tajbin għall-konsum mill-bniedem sakemm ma jinħażnux, jiġu ttrattati, ippakkjati jew konservati mod ieħor bħala prevenzjoni kontra t-tħassir.

(e)  "prodotti agrikoli u tal-ikel li jitħassru" tfisser prodotti agrikoli u tal-ikel li huma adattati b'mod naturali għall-kummerċjalizzazzjoni u għall-użu xieraq għal perjodu ta' mhux aktar minn tletin jum li jitħassru rapidament minħabba l-karatteristiċi naturali tagħhom, b'mod partikolari fl-assenza ta' kundizzjonijiet ta' ħżin xierqa;

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tipprovdi kjarifika.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  "prodotti li ma jitħassrux" tfisser prodotti għajr dawk indikati fil-punt (e).

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti li ġejjin:

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  xerrej iħallas lil fornitur għal prodotti tal-ikel li jitħassru aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara li jirċievi l-fattura tal-fornitur jew aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara d-data ta' konsenja tal-prodotti tal-ikel li jitħassru, skont liema tkun l-aħħar. Din il-projbizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju:

(a)  xerrej iħallas lil fornitur aktar tard minn:

 

-  30 jum tal-kalendarju li jibdew mill-aħħar jum tax-xahar meta tasal il-fattura tal-fornitur għal prodotti agrikoli u tal-ikel li jitħassru, jew aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara d-data miftiehma kontrattwalment tal-konsenja tal-prodotti agrikoli u tal-ikel li jitħassru; jew

 

-  60 jum tal-kalendarju li jibdew mill-aħħar jum tax-xahar meta tasal il-fattura tal-fornitur għall-prodotti agrikoli u tal-ikel, jew aktar tard minn 60 jum tal-kalendarju wara d-data tal-konsenja miftiehma kontrattwalment ta' prodotti agrikoli u tal-ikel li ma jitħassrux.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi tranżazzjonijiet ta' bejgħ u għal servizzi pprovduti fejn ix-xerrej huwa awtorità pubblika, dawk il-prattiki jkunu ugwalment ipprojbiti.

 

Dawn il-projbizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju:

- għall-konsegwenzi tal-ħlasijiet tard u r-rimedji kif stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE;

-  għall-konsegwenzi tal-ħlasijiet tard u r-rimedji kif stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE;

 

-  għar-regoli dwar it-termini ta' ħlas stipulati fl-istatut ta' organizzazzjoni tal-produtturi jew ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi, inklużi kooperattivi, li produttur agrikolu jkun membru jew fornitur tagħhom, jekk dak l-istatut ikun fih regoli li jippermettu lill-membri jiskrutinizzaw b'mod demokratiku l-organizzazzjoni tagħhom u d-deċiżjonijiet tagħha;

- għall-opzjoni ta' xerrej u fornitur li jaqblu dwar klawżola ta' kondiviżjoni tal-valur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 172 a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15.

-  għall-opzjoni ta' xerrej u fornitur li jaqblu dwar klawżola ta' kondiviżjoni tal-valur fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 172a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15.

 

-  għall-ftehimiet, id-deċiżjonijiet u l-prattiki miftiehma ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali taħt l-Artikolu 157 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li l-għan tagħhom huwa li jiġu modifikati t-termini ta' ħlas għal tranżazzjonijiet relatati ma' prodotti agrikoli u tal-ikel li jaqgħu taħt skema ta' kwalità stabbilita f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

____________

_______________

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

15 Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti tal-ikel li jitħassru malajr fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti;

(b)  xerrej b'mod unilaterali jikkanċella ordnijiet ta' prodotti agrikoli u tal-ikel li jitħassru mingħajr ma jiftiehem fuq kumpens sħiħ mal-fornitur, b'avviż ta' inqas minn 60 jum mid-data miftiehma kuntrattwalment għall-konsenja tal-prodotti;

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiddefinixxi aħjar il-kunċett ta' "avviż qasir" (meta xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti tal-ikel li jitħassru) b'limitu ta' żmien fiss ta' 60 jum.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  xerrej jibdel b'mod unilaterali u retroattiv it-termini tal-ftehim ta' forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità jew il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel;

(c)  xerrej jimponi b'mod unilaterali bidliet fit-termini tal-ftehim ta' forniment fir-rigward tal-frekwenza, il-mod, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità, it-termini ta' ħlas jew il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli u tal-ikel jew is-servizzi anċillari għall-bejgħ ta' dawk il-prodotti;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  xerrej itemm b'mod unilaterali l-ftehim ta' forniment;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  xerrej itemm b'mod unilaterali ftehimiet ta' forniment bħala rispons għal prezzijiet li jaqgħu.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  xerrej jikseb jew jipprova jikseb mingħand fornitur xi tip ta' benefiċċju mingħajr ma jipprovdi ebda kumpens jew servizz lura, jew jekk il-benefiċċju jkun b'mod ċar sproporzjonat għall-valur tal-kumpens jew servizz ipprovdut;

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jiżdied, bħala prattika kummerċjali inġusta (jew tentattivi biex jinkiseb) xi tip ta' benefiċċju mingħajr ma jiġi pprovdut ebda kumpens jew servizz lura, jew meta l-benefiċċju jkun b'mod ċar sproporzjonat għall-valur tal-kumpens jew servizz ipprovdut.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)  xerrej, sussegwentement, jitlob ħlasijiet mingħajr l-ebda servizz lura;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ce)  xerrej iġiegħel lil fornitur - jew jipprova jġiegħel lil fornitur - jagħti lil dak ix-xerrej kundizzjonijiet speċjali taħt it-theddida ta' tneħħija ta' ħażniet parzjali jew totali tal-prodotti agrikoli jew tal-oġġetti tal-ikel tal-fornitur;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tikkwalifika, bħala prattika ta' kummerċ inġust, il-prattika li fornitur jiġi mġiegħel - jew li fornitur jipprova jiġi mġiegħel - joffri kundizzjonijiet speċjali taħt it-theddida ta' tneħħija ta' ħażniet parzjali jew totali tal-prodotti agrikoli jew tal-oġġetti tal-ikel tal-fornitur.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cf (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cf)  xerrej jimponi jew jipprova jimponi fuq il-fornitur żbilanċ sinifikanti ta' drittijiet u obbligi fir-relazzjoni kummerċjali qabel, matul jew wara l-kuntratt;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cg)  xerrej jimponi jew jipprova jimponi trasferiment mhux ġustifikat jew sproporzjonat tar-riskji ekonomiċi tax-xerrej fuq il-fornitur;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ch (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ch)  xerrej b'mod unilaterali jittrasferixxi r-riskju tal-bejgħ fuq il-fornitur;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ci (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ci)  xerrej jimponi skemi ta' skont u drittijiet ta' elenkar;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cj (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cj)  xerrej juża rkantijiet elettroniċi inversi, jew irkanti b'żewġ stadji, biex ibaxxi l-prezzijiet. Dawn mhumiex regolati u jonqsu milli jiżguraw it-trasparenza tan-negozjati, l-ipprezzar u l-offerenti fix-xiri ta' prodotti agrikoli u tal-ikel ta' kwalità u oriġini ċċertifikati tal-UE kif ukoll prodotti mhux ċertifikati;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt cl (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cl)  fużjonijiet jiġu applikati biex jiġu ffurmati gruppi tax-xiri bl-imnut u bl-ingrossa;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fornitur iħallas għall-ħela ta' prodotti tal-ikel li tokkorri għand il-bejjiegħ u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur.

(d)  xerrej jobbliga lill-fornitur iħallas għall-ħela ta' prodotti agrikoli u tal-ikel li jkunu ġew konsenjati fil-ħin u bil-kwalità miftiehma kontrattwalment, li tokkorri meta dawk il-prodotti jkunu fis-sjieda tax-xerrej u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew it-tort tal-fornitur;

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  meta t-termini jkunu ġew miftiehma bejn xerrej u fornitur u x-xerrej jirrifjuta li jidħol f'kuntratt bil-miktub ma' dak il-fornitur minkejja li l-fornitur ikun talab tali kuntratt f'konformità mal-Artikolu 3a, jew ix-xerrej jirrifjuta li jipprovdi lill-fornitur b'informazzjoni dettaljata biżżejjed u mhux ambigwa dwar il-ftehim ta' forniment kif definit fil-punt (bb) tal-Artikolu 2.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  xerrej jaqsam ma' partijiet terzi, jew juża ħażin, intenzjonalment jew mod ieħor, informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-kuntratt ta' forniment, inkluża informazzjoni kummerċjali sensittiva li l-fornitur jaqsam max-xerrej.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  xerrej iwettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni jew promozzjonali jew jimplimenta politiki kummerċjali li - inkluż minħabba t-tul tagħhom - huma, jew jistgħu jkunu ta' dannu għar-reputazzjoni tal-prodotti li għandhom indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Regolament (UE) Nru 110/2008 jew ir-Regolament (UE) Nru 251/2014;

Ġustifikazzjoni

Prodotti li jkollhom indikazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi ħafna drabi huma soġġetti għal firxa wiesgħa ta' prattiki promozzjonali (bħal bejgħ taħt il-livell tal-prezz, irkantijiet bi prezz li jitbaxxa jew promozzjonijiet li jdumu wisq), li jħassru r-reputazzjoni ta' dawk il-prodotti f'termini ekonomiċi jew kummerċjali. Din il-miżura se tippermetti lill-fornituri jieħdu azzjoni mhux biss kontra l-falsifikazzjoni iżda wkoll biex jiġġieldu dawn il-prattiki kummerċjali ta' ħsara u inġusti.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)  xerrej jirritalja jew jhedded li jirritalja kummerċjalment kontra l-fornitur, permezz ta' prattiki bħal tneħħija mill-elenkar tal-prodotti, twaqqif tas-servizzi għall-kondiviżjoni tad-data, promozzjonijiet eċċessivi, ħlasijiet tard, tnaqqis unilaterali u/jew imblukkar ta' promozzjonijiet, sabiex jikseb kundizzjonijiet aħjar skont il-kuntratti eżistenti jew meta jinnegozja kuntratt ġdid;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt de (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(de)  xerrej jhedded li juża jew iwettaq ritaljazzjoni kummerċjali kontra l-fornitur, meta l-fornitur jeżerċita d-drittijiet kuntrattwali u legali tiegħu, inkluż it-tressiq ta' lment u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt df (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(df)  xerrej jhedded li jieħu miżuri kummerċjali jekk fornitur jeżerċita d-drittijiet kuntrattwali tiegħu, inkluż it-tressiq ta' lment u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar, jew jhedded lill-fornitur b'miżuri korrispondenti;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dg)  xerrej jimponi b'mod unilaterali standards ta' kwalità li mhumiex ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni attwali, skemi ta' kwalità, prattiki xjentifiċi jew attwali, li jista' jkollhom effett ta' distorsjoni fuq il-kummerċ;

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dh (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dh)  xerrej jistipula dispożizzjonijiet rigward il-protezzjoni ambjentali u l-istandards tal-benessri tal-annimali li huma aktar stretti mid-dispożizzjonijiet legali rilevanti fis-seħħ;

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt di (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(di)  xerrej juża kriterji stretti ż-żejjed għall-iskadenza wara l-wasla sabiex jirrifjuta ordni miftiehma minn qabel, jew biex jirrifjuta ordni li, għal raġunijiet mhux relatati mal-fornitur, ma tkunx ġiet ipproċessata malajr biżżejjed;

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dj (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dj)  xerrej jipproċedi għal debitu unilaterali li jkun relatat ma', jew jikkostitwixxi bidla retroattiva, għalkemm mhux kuntrattwali, fil-kundizzjonijiet stipulati fil-kuntratti ta' forniment, kif ukoll it-tnaqqis ta' ammonti, mingħajr il-kunsens minn qabel tal-parti l-oħra, fuq il-valuri ta' fatturazzjoni dovuti għall-provvista ta' prodotti jew servizzi;

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dk (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dk)  xerrej jagħmel il-konklużjoni ta' forniment dipendenti fuq il-ħlas ta' tariffa annwali u japplika dan b'mod retroattiv;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dl (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dl)  xerrej jagħmel il-kooperazzjoni kummerċjali u l-konklużjoni ta' ftehim ta' forniment kundizzjonali għall-kumpens f'oġġetti u servizzi;

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dm (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dm)  xerrej jimponi tariffa għall-inklużjoni tal-prodotti agrikoli jew tal-ikel tal-fornitur;

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dn (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dn)  xerrej jimponi tariffa għall-ħżin u t-trattament wara l-konsenja tal-prodott agrikolu jew tal-ikel;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt do (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(do)  xerrej jimponi tariffa għal servizzi mhux ipprovduti , jew għal servizzi mogħtija għalkemm mhux ipprovdut għalihom kuntrattwalment bejn il-partijiet kontraenti;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dp (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dp)  xerrej jimponi tariffa għal dħul, bejgħ jew marġni tal-fornitur imnaqqsa minħabba inqas bejgħ ta' prodott agrikolu jew tal-ikel partikolari;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dq (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dq)  xerrej jagħmel il-konklużjoni ta' ftehim ta' forniment u kooperazzjoni kummerċjali kundizzjonali għall-imponiment tal-obbligu ta' parteċipazzjoni fi skontijiet jew roħs billi jnaqqas il-prezz tax-xiri għas-spejjeż tal-fornitur;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dr (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dr)  ix-xerrej jimponi tariffa għall-konklużjoni ta' ftehim ta' forniment mal-fornitur li tkun sproporzjonata għall-ispejjeż amministrattivi li għandu jġorr il-fornitur;

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ds (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ds)  xerrej inaqqas, b'mod mhux trasparenti, il-kwantità u/jew il-valur ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel ta' kwalità standard;

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dt (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dt)  xerrej jirrifjuta li jagħti lill-fornitur deskrizzjoni ta' kwalunkwe trattament differenzjat tal-fornitur meta mqabbel ma' ditti proprji.

 

dik id-deskrizzjoni tista' tinkludi tal-anqas kull mument ta' trattament differenzjat fis-sens ta' miżuri jew proċeduri speċifiċi b'konnessjoni ma':

 

(a) aċċess għal data personali jew data oħra miġbura b'konnessjoni max-xiri ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel;

 

(b) elenkar, wiri, klassifikar jew fatturi oħra li jaffettwaw deċiżjonijiet ta' xiri tal-konsumaturi;

 

(c) remunerazzjoni diretta jew indiretta għall-użu ta' servizzi pprovduti mix-xerrej;

 

(d) aċċess għall-kundizzjonijiet għall-użu ta' servizzi direttament relatati mal-ftehim ta' forniment;

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt du (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(du)  xerrej jimponi sanzjonijiet kuntrattwali sproporzjonatament għoljin meta mqabbla mal-valur u s-sinifikat tas-suġġett tal-obbligu;

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dv (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dv)  ix-xerrej jitlob trasferiment sħiħ, parzjali jew minn qabel tal-ħlasijiet diretti tal-fornitur li għalih dan tal-aħħar huwa intitolat taħt ir-Regulament (UE) Nru 1307/2013.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tipprojbixxi t-trasferimenti ta' pagamenti diretti. Dan huwa konformi mal-intervent tal-Kummissjoni fil-każijiet Harms, C-434/08, u Arts, C-227/16. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tiddikjara li trasferiment ta' intitolament għall-ħlas jevita l-objettiv ġenwin tas-sussidji agrikoli.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dw (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dw)  fornitur jitneħħa mil-lista mingħajr avviż raġonevoli, spjegazzjoni bil-miktub tad-deċiżjoni u mingħajr raġunijiet kummerċjali ġenwini;

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dx (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dx)  xerrej jobbliga lill-fornitur iħallas lill-persunal għas-sistemazzjoni tal-bini għall-bejgħ jew għall-manipulazzjoni tal-prodotti agrikoli u tal-ikel;

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dy (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dy)  xerrej jitlob kumpens mill-fornitur għall-ispejjeż tal-eżami tal-ilmenti tal-klijenti relatati mal-prodotti tiegħu;

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dz (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dz)  xerrej jobbliga lill-fornituri jġorru l-kostijiet kollha mġarrba bħala riżultat ta' kwalunkwe żball ta' previżjoni, sakemm:

 

- ix-xerrej ma jkunx ħejja dawk il-previżjonijiet in bona fide u b'attenzjoni xierqa, u wara konsultazzjoni mal-fornitur;

 

- il-ftehim ta' forniment ma jinkludix dispożizzjoni espressa u mhux ambigwa li kumpens sħiħ mhuwiex xieraq;

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt daa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(daa)  xerrej, permezz ta' ftehim ta' forniment, jobbliga lill-fornitur ma jbigħx prodotti agrikoli jew tal-ikel lil xerrejja u/jew proċessuri oħra bi prezzijiet aktar baxxi minn dawk imħallsa mix-xerrej u/jew mill-proċessur;

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dab)  xerrej jhedded, direttament jew indirettament, li jikkanċella prodotti ta' fornitur mil-lista jekk il-fornitur ma jċedix għat-talbiet tax-xerrej għal tnaqqis fil-prezz;

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dac (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dac)  xerrej iġiegħel fornitur jimmanifattura l-istess prodott li għandu jinbiegħ taħt id-ditta stess tal-bejjiegħ bl-imnut bl-istess prezz jew bi prezz aktar baxx mill-prodott tad-ditta tal-fornitur;

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dad (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dad)  xerrej jirritorna prodotti tal-ikel mhux mibjugħa lil fornitur, bi spejjeż għall-fornitur u mingħajr ħlas għal dawk il-prodotti tal-ikel mhux mibjugħin.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali li ġejjin ikunu pprojbiti, meta ma jkunux maqbula f'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali li ġejjin ikunu pprojbiti, meta ma jkunux maqbula f'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment jew fi kwalunkwe ftehim sussegwenti bejn ix-xerrej u l-fornitur matul il-validità tal-ftehim ta' forniment, jew jekk ikunu r-riżultat ta' abbuż tad-dipendenza ekonomika tal-fornitur fuq ix-xerrej, li jkun ippermetta li x-xerrej jimponi dawk it-termini:

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  xerrej jirritorna prodotti tal-ikel mhux mibjugħa lil fornitur;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Trasferit għal 3(1)

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  ix-xerrej ineħħi prodotti mil-lista ta' prodotti kkuntrattati li l-fornitur jikkonsenja lill-klijent jew inaqqas b'mod sinifikanti ordni ta' prodott agrikolu jew tal-ikel partikolari mingħajr avviż bil-miktub minn qabel ipprovdut fil-perjodu ta' żmien speċifikat fil-kuntratt, jew f'limitu ta' żmien li ma jistax ikun iqsar minn 30 jum f'każijiet fejn l-iskadenza ma tkunx stipulata fil-kuntratt;

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fornitur iħallas għall-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel mibjugħa mix-xerrej. Qabel promozzjoni u jekk dik il-promozzjoni tinbeda mix-xerrej, ix-xerrej għandu jispeċifika l-perjodu tal-promozzjoni u l-kwantità mistennija tal-prodotti tal-ikel li għandha tiġi ordnata;

(c)  fornitur iħallas għall-promozzjoni jew ir-reklamar ta' prodotti tal-ikel mibjugħa mix-xerrej. Qabel promozzjoni u jekk dik il-promozzjoni tinbeda mix-xerrej, ix-xerrej għandu jispeċifika l-perjodu tal-promozzjoni u l-kwantità mistennija tal-prodotti tal-ikel li għandha tiġi ordnata;

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)   xerrej ibigħ prodotti agrikoli u tal-ikel taħt il-prezz tax-xiri skont il-fattura, nieqes il-parti proporzjonali tal-iskontijiet inklużi fil-fattura, flimkien mal-ispejjeż tat-trasport u t-taxxi imposti fuq it-tranżazzjoni, bħala mekkaniżmu ta' kummerċjalizzazzjoni, u t-telf jew l-ispiża fl-aħħar mill-aħħar jinġarru mill-fornitur;

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  xerrej jgħaddi l-ispejjeż imġarrba fit-trasport u l-ħżin tal-prodotti fuq il-fornitur;

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  xerrej jobbliga lill-fornitur jikkonsenja l-prodotti biss lill-pjattaformi tal-fornitur;

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 ikunu pprojbiti jekk il-ħlasijiet li jirriżultaw mill-fornitur lix-xerrej ma jkunux relatati mal-ispejjeż imġarrba mix-xerrej.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Meta lment relatat ma' prattika msemmija fil-paragrafu 2 jiġi ppreżentat lil awtorità tal-infurzar, l-oneru tal-prova li l-ftehim ta' forniment ikopri l-prattika kummerċjali inkwistjoni f'termini ċari u mhux ambigwi għandu jkun fuq ix-xerrej.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu kwalunkwe prattika kummerċjali inġusta, kif definit fil-punt (-a) tal-Artikolu 2, lil hinn minn dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara l-possibbiltà li l-Istati Membri jkollhom approċċ aktar ambizzjuż fir-rigward tan-numru ta' prattiki kummerċjali inġusti li jkollhom l-intenzjoni li jipprojbixxu.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk jintalab ħlas mix-xerrej għas-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2, ix-xerrej għandu, jekk jintalab mill-fornitur, jipprovdi lill-fornitur stima tal-ħlasijiet għal kull unità jew globali, skont liema tkun xierqa, u sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 2, stima wkoll tal-kostijiet u l-bażi għal tali stima.

3.  Jekk jintalab ħlas mix-xerrej għas-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2, ix-xerrej għandu jipprovdi lill-fornitur stima tal-ħlasijiet għal kull unità jew globali, skont liema tkun xierqa, u sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjonijiet deskritti fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 2, stima wkoll tal-kostijiet u l-bażi għal tali stima. Dawk l-istimi għandhom jiġu pprovduti bil-miktub mix-xerrej, u l-fornitur ikun qabel magħhom qabel il-forniment tas-servizz ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tagħti lill-fornituri aktar ċertezza u trasparenza rigward is-servizzi li huma jħallsu għalihom.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti li japplikaw għal kwalunkwe sitwazzjoni li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mid-dritt li kieku kien ikun applikabbli għall-ftehim ta' forniment bejn il-partijiet.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti li japplikaw għal kwalunkwe sitwazzjoni li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mid-dritt li kieku kien ikun applikabbli għall-ftehim ta' forniment bejn il-partijiet. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli li jmorru lil hinn mill-projbizzjonijiet stabbiliti għal kull prattika kummerċjali inġusta msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara l-possibilità li l-Istati Membri jkollhom approċċ aktar ambizzjuż fir-rigward tal-projbizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 3.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-termini jew il-prattiki kuntrattwali li jeskludu l-interessi għal ħlas tard ikunu pprojbiti f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/7/UE.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Relazzjonijiet kuntrattwali

 

1.  Fornitur jista' jesiġi li kwalunkwe konsenja tal-prodotti agrikoli u tal-ikel tiegħu lil xerrej tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mingħand l-ewwel xerrej.

 

2.   Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmija fil-paragrafu 1 għandha:

 

(a)issir qabel ma ssir il-konsenja;

 

(b)  issir bil-miktub; u

 

(c)  tinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

 

(i)   il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

 

– ikun statiku u jiġi stabbilit fil-kuntratt, u/jew

 

– jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli kkonsenjati;

 

(ii)   il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati li jistgħu jew iridu jiġu kkonsenjati u l-għażla tal-mument ta' dawn il-konsenji;

 

(iii)   it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta' terminazzjoni;

 

(iv)   dettalji rigward il-perjodi u l-proċeduri ta' ħlas;

 

(v)   arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u

 

(vi)   regoli applikabbli f'każ ta' force majeure.

 

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 125, 148 u 168 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

 

4.   L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, jikkondividu u jippromwovu l-aħjar prattiki fir-rigward ta' kuntratti fit-tul, immirati lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-produtturi fi ħdan il-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità pubblika sabiex tinforza l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-livell nazzjonali ("awtorità tal-infurzar").

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità pubblika waħda jew aktar sabiex tinforza l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-livell nazzjonali ("awtorità tal-infurzar") u jinforma lill-Kummissjoni dwar il-ħatra.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Jekk Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità ta' infurzar waħda fit-territorju tiegħu, għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed għall-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar u għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Awtorità kompetenti tal-infurzar

 

1.   L-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit xerrej li jkun issuspettat li huwa involut fi prattika kummerċjali pprojbita, għandha tkun kompetenti biex tinvestiga prattiki kummerċjali inġusti mwettqa mix-xerrej.

 

2.   Jekk fornitur jikkonsenja l-prodotti tiegħu lil riċevitur relatat max-xerrej iżda stabbilit fi Stat Membru li ma jikkorrispondix mal-post tal-istabbiliment tax-xerrej issuspettat li huwa involut fi prattika kummerċjali pprojbita, l-awtorità tal-infurzar ta' dak l-Istat Membru għandha tkun kompetenti biex tinvestiga prattiki kummerċjali inġusti mwettqa mix-xerrej. Ir-riċevitur tal-prodotti għandu jitqies bħala responsabbli b'mod konġunt għall-ksur imwettaq.

 

3.   Meta x-xerrej ikun stabbilit barra mill-Unjoni, l-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru fejn il-fornitur huwa stabbilit għandha tkun kompetenti biex tinvestiga prattiki kummerċjali inġusti mwettqa kontra l-fornitur.

 

4.   L-awtorità kompetenti għandha wkoll tkun kompetenti biex tinvestiga prattiki kummerċjali inġusti fir-rigward tal-forniment ta' servizzi marbuta mal-ftehim ta' forniment. Ix-xerrej għandu jitqies responsabbli b'mod konġunt għal kwalunkwe ksur imwettaq minn fornitur terz tas-servizzi relatati.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

1.  L-ilmenti għandhom jiġu indirizzati lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita. Meta x-xerrej ikun stabbilit barra mill-Unjoni, l-ilment għandu jiġi indirizzat lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih jinsab il-fornitur. Dik l-awtorità tal-infurzar għandha tieħu azzjoni.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fornitur jista' jressaq ilment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih il-fornitur ikun stabbilit. L-awtorità tal-infurzar ta' dak l-Istat Membru għandha tgħaddi l-ilment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ix-xerrej li jkun issuspettat li huwa involut fi prattika kummerċjali pprojbita jkun stabbilit. Dik l-awtorità tal-infurzar għandha tieħu azzjoni.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment.

2.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-fornituri jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-fornituri, l-organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-produtturi b'għarfien ta' prattiki kummerċjali fil-katina agrikola u tal-ikel, u organizzazzjonijiet rappreżentattivi, li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita għandu jkollhom id-dritt li jressqu lment u li jkunu involuti b'mod xieraq fil-proċedimenti.

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura, jekk tintalab dan mill-ilmentatur, il-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur u kwalunkwe informazzjoni oħra, li l-ilmentatur iħoss li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni f'talba possibbli għall-kunfidenzjalità.

3.  L-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur u kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iħoss li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni f'talba possibbli għall-kunfidenzjalità. Matul il-proċedura, l-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tal-proċess u ta' kwalunkwe informazzjoni sensittiva, filwaqt li tipproteġi d-drittijiet proċedurali taż-żewġ partijiet.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta tali informazzjoni tkun madankollu ppubblikata, ix-xerrej ma għandu, abbażi ta' dik l-informazzjoni, iwettaq l-ebda att detrimentali fir-rigward tal-fornitur. Jekk ix-xerrej jikser dik il-projbizzjoni, ix-xerrej għandu jkun responsabbli għal kumpens għall-ħsara kkawżata lill-fornitur, inkluż it-telf, it-telf ta' profitt u l-ħsara fir-reputazzjoni.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-awtorità tal-infurzar tqis li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex taġixxi fuq ilment, għandha tinforma lill-ilmentatur dwar ir-raġunijiet.

imħassar

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha tfassal gwida multilingwi, li għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha, li tispjega kif għandu jiġi abbozzat ilment u liema tip ta' informazzjoni trid tingħata lill-awtoritajiet tal-infurzar rispettivi fl-Unjoni kollha biex jiddeċiedu jekk tistax tinfetaħ investigazzjoni formali.

Ġustifikazzjoni

L-SMEs ħafna drabi ma jkollhomx l-għarfien espert u l-kompetenza biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom. Dan huwa partikolarment minnu għall-SMEs fid-dinja li qed tiżviluppa. Għalhekk, il-pariri u l-appoġġ tal-Kummissjoni huma indispensabbli għall-SMEs biex jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-infurzar tkun mgħammra tajjeb u għandhom jagħtuha s-setgħat li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar tagħhom ikunu mgħammra tajjeb u jkollhom ir-riżorsi meħtieġa, inkluż biżżejjed baġit u għarfien espert, sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq u ġust tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Huma għandhom jagħtuhom is-setgħat li ġejjin:

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li tibda u twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja jew abbażi ta' lment;

(a)  li tibda proattivament u twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja abbażi ta' suspett raġonevoli jew ta' lment, inklużi lmenti anonimi jew ilmenti minn informaturi;

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  li twettaq spezzjonijiet għall-għarrieda fuq il-post fil-qafas tal-investigazzjonijiet tagħha;

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li tieħu deċiżjoni li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u tirrikjedi li x-xerrej iwaqqaf il-prattika kummerċjali pprojbita. L-awtorità tista' tastjeni milli tieħu kwalunkwe deċiżjoni bħal din, jekk tali deċiżjoni tirriskja li tiżvela l-identità ta' lmentatur jew tikxef kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu, bil-kundizzjoni li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 5(3);

(c)  li tieħu deċiżjoni li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u tagħti lill-fornitur perjodu intermedjarju biex iwaqqaf il-prattika kummerċjali inġusta, u tobbliga lix-xerrej iwaqqaf il-prattika kummerċjali pprojbita, kif ukoll iħassar il-klawsoli jew il-kuntratti illegali rilevanti. L-awtorità tista' tastjeni milli tieħu kwalunkwe deċiżjoni bħal din, jekk tali deċiżjoni tirriskja li tiżvela l-identità ta' lmentatur jew tikxef kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu, bil-kundizzjoni li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 5(3);

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li timponi multa pekunarja fuq l-awtur tal-ksur. Il-multa għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva b'kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur;

(d)  li timponi multa pekunarja u/jew sanzjonijiet oħra ugwalment effettivi fuq il-persuna fiżika jew ġuridika misjuba li tkun wettqet ksur ta' din id-Direttiva, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-multa u sanzjonijiet oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati għall-ħsara kkawżata u dissważivi, b'kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur. Il-ksur ripetut mill-istess xerrej għandu jitqies meta jiġu ddeterminati l-multa pekunarja u s-sanzjonijiet l-oħra li għandhom jiġu applikati;

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  li tirranġa għal kumpens għad-danni mill-awtur ta' ksur f'każijiet fejn il-kunfidenzjalità tkun intalbet mill-ilmentatur;

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-punti (c) u (d);

(e)  li tippubblika b'mod sistematiku d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-punti (c) u (d);

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tippermetti l-pubblikazzjoni sistematika tad-deċiżjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet tal-infurzar. Għaldaqstant, il-kumpaniji ħatja ta' prattiki kummerċjali inġusti għandhom jissemmew b'isimhom pubblikament.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li tinforma lix-xerrejja u lill-fornituri dwar l-attivitajiet tagħha, permezz ta' rapporti annwali, li fost l-oħrajn għandhom jiddeskrivu l-għadd ta' lmenti riċevuti u l-investigazzjonijiet mibdija u magħluqin minnha. Għal kull investigazzjoni, ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni sommarja tal-kwistjoni u l-eżitu tal-investigazzjoni.

(f)  li tippubblika ġabra tal-azzjonijiet ta' infurzar u l-attivitajiet tagħha, permezz ta' rapporti annwali, li fost l-oħrajn għandhom jiddeskrivu l-karatteristiċi tal-prattiki kummerċjali inġusti identifikati u l-għadd ta' lmenti riċevuti u l-investigazzjonijiet mibdija u magħluqin minnha, u dawk li għadhom għaddejjin, kif ukoll lista ta' intrapriżi li nstab li kienu qed jużaw tali prattiki. Għal kull investigazzjoni, ir-rapport għandu jkun fih deskrizzjoni sommarja tal-kwistjoni, il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni u l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedura, kif ukoll id-deċiżjoni meħuda, f'konformità mar-regoli ta' kunfidenzjalità stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-iskop ta' din l-emenda huwa li tiġi żgurata l-kunfidenzjalità tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-infurzar u tal-investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin, f'konformità mar-regoli ta' kunfidenzjalità nazzjonali.

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eżerċitar ta' dawk is-setgħat ikun soġġett għal salvagwardji xierqa fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża, f'konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż meta l-ilmentatur jitlob trattament kunfidenzjali tal-informazzjoni skont l-Artikolu 5(3).

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-ilmenti anonimi, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati r-regoli nazzjonali dwar it-trasparenza tal-proċessi u l-proċedimenti legali. Il-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur hija importanti. Madankollu, huwa meħtieġ ukoll li jiġi żgurat li ma jkunx hemm kontradizzjoni mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Obbligi tal-awtorità tal-infurzar

 

1.   L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jikkontrollaw u jiżguraw il-funzjonament xieraq u ġust tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel fl-Unjoni.

 

2.   Fi żmien 30 jum minn meta jasal ilment, l-awtorità tal-infurzar għandha tinforma lill-ilmentatur dwar id-deċiżjoni tagħha li taġixxi jew li ma taġixxix fuq l-ilment.

 

3.   Meta l-awtorità tal-infurzar tqis li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex taġixxi fuq ilment, hija għandha tadotta deċiżjoni formali motivata li tiċħad l-ilment u tinforma lill-ilmentatur dwar dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għal sħarriġ ġudizzjarju.

 

4.   Meta l-awtorità tal-infurzar tqis li hemm raġunijiet suffiċjenti biex taġixxi dwar ilment, hija għandha tibda u twettaq investigazzjoni, li għandha tiġi konkluża fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. F'każijiet debitament ġustifikati, il-perjodu ta' sitt xhur jista' jiġi estiż b'perjodu addizzjonali ta' sitt xhur. L-awtorità tal-infurzar għandha tinforma lill-ilmentatur b'din l-estensjoni u bir-raġunijiet warajha.

 

5.   Meta, bħala riżultat tal-investigazzjoni, jiġi stabbilit ksur ta' din id-Direttiva, l-awtorità tal-infurzar għandha tirrikjedi li x-xerrej itemm il-prattika kummerċjali pprojbita u jimponi multa pekunarja u/jew sanzjonijiet oħra ugwalment effettivi fuq il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun l-awtur tal-ksur, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-multa u sanzjonijiet oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati għall-ħsara kkawżata u dissważivi, filwaqt li titqies in-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur. Il-ksur ripetut mill-istess xerrej għandu jitqies meta tiġi ddeterminata l-multa pekunarja u s-sanzjonijiet l-oħra li għandhom jiġu applikati;

 

6.   L-awtorità tal-infurzar tista' tastjeni milli tieħu kwalunkwe deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, jekk tali deċiżjoni tirriskja li tiżvela l-identità ta' lmentatur jew tikxef kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu, bil-kundizzjoni li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(3);

 

7.   L-awtorità tal-infurzar tista' tiddeċiedi li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha relatati mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Artikolu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6b

 

Atti delegati

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu kriterji u metodoloġija komuni għall-użu mill-awtoritajiet tal-infurzar meta jiġi determinat l-ammont ta' multi pekunarji, wara li jitqiesu mill-inqas l-elementi li ġejjin: id-dħul tal-kontraventur, il-benefiċċji akkumulati mill-kontraventur mill-prattika kummerċjali inġusta, l-għadd u l-istatus tal-vittmi tal-ksur, u l-użu ripetut ta' prattiki kummerċjali inġusti minn xerrej.

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Artikolu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6c

 

Medjazzjoni jew mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim

 

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tal-awtoritajiet tal-infurzar stabbiliti fl-Artikoli 6 u 6a, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-użu ta' proċeduri ta' medjazzjoni effettivi u indipendenti jew mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fil-każ ta' tilwima bejn fornitur u xerrej minħabba prattika kummerċjali inġusta kif definit fil-punt (-a) tal-Artikolu 2.

 

2.   L-użu ta' medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornitur li jressaq ilment, kif stabbilit fl-Artikolu 5.

 

3.   Il-Kummissjoni tista' tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju ta' prattiki pprovati li jikkonċernaw l-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar

Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin fl-investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

1.  B'dan qed jiġi stabbilit Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar ("in-Netwerk").

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiltaqgħu darba fis-sena biex jiddiskutu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-aqwa prattiki fil-qasam li tkopri. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawk il-laqgħat.

2.  L-iskop tan-Netwerk huwa li jservi bħala pjattaforma għal kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jissimplifika l-prattiki tal-awtoritajiet tal-infurzar fi ħdan l-Unjoni.

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u ġġestixxi sit web li jipprovdi l-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u l-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-laqgħat annwali.

imħassar

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkollha mailbox li tiffunzjona disponibbli fuq is-sit web tagħha biex tappoġġa l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha sabiex jiġu protetti u infurzati d-drittijiet tagħhom kontra prattiki kummerċjali inġusti, billi tipprovdi informazzjoni dwar il-proċeduri. L-informazzjoni rilevanti kollha għandha tiġi pprovduta fil-lingwi kollha tal-Unjoni.

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Kompożizzjoni tan-Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar

 

1. In-Netwerk għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull awtorità tal-infurzar imsemmija fl-Artikolu 4, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni u s-sostituti rispettivi tagħhom.

 

2. In-Netwerk għandu jiltaqa' f'intervalli regolari u, jekk ikun hemm bżonn, fuq talba debitament ġustifikata tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru.

 

3. In-Netwerk għandu jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti fid-diskussjoni tal-applikazzjoni tad-direttiva, bil-għan li jiffaċilita djalogu u skambju tal-aħjar prattiki u jippromwovi approċċ komuni.

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Kompiti koordinati ta' infurzar

 

1. In-Netwerk għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

 

(a) li jiddiskuti l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 9(1);

 

(b) li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni dwar suġġetti rilevanti, inkluż dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u dwar każijiet ġodda ta' prattiki kummerċjali inġusti;

 

(c) li jikkoordina u jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-esperjenza tal-infurzar tal-Istati Membri b'mod ikkoordinat u sistematiku sabiex jitjieb il-fehim komuni dwar liema tipi speċifiċi ta' prattiki kummerċjali għandhom jitqiesu bħala prattiki kummerċjali inġusti u biex jiġu indirizzati aħjar il-prattiki kummerċjali inġusti transfruntiera potenzjali;

 

(d) li jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex iħeġġeġ applikazzjoni konsistenti, inkluż billi joħloq metodoloġija komuni għad-definizzjoni u l-iffissar tal-penali;

 

(e) li jippromwovi u jiffaċilita kollaborazzjoni ma' netwerks u gruppi oħra rilevanti, b'mod partikolari l-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista.

 

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:

 

(a) li tistabbilixxi u timmaniġġja sit web li jipprovdi l-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar u l-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-laqgħat annwali;

 

(b) li tiffaċilita l-organizzazzjoni ta' programmi ta' taħriġ komuni u skambji tal-persunal bejn l-awtoritajiet tal-infurzar, u fejn xieraq, mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-pajjiżi terzi;

 

(c) li torganizza l-laqgħat tan-Netwerk imsemmija fl-Artikolu 7a(2);

 

(d) li tiffaċilita għarfien espert tekniku jew xjentifiku għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni amministrattiva għall-infurzar.

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli mfassla sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 6 u 7, bil-kundizzjoni li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

1.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu regoli mfassla sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, li jkunu aktar stretti minn dawk stipulati f'din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern, inkluż il-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju imparzjali u indipendenti.

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe regola nazzjonali ġdida li tkun aktar stretta minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li għandhom l-għan li jikkumbattu prattiki kummerċjali inġusti li mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, bil-kundizzjoni li tali regoli jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.  Il-proċedimenti b'relazzjoni mal-punti (c) sa (e) tal-Artikolu 6 għandhom ikunu konformi mal-proċedimenti amministrattivi u legali u mal-prinċipji fl-Istat Membru speċifiku.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-ilmenti anonimi, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati r-regoli nazzjonali dwar it-trasparenza tal-proċessi u l-proċedimenti legali.

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Osservatorji nazzjonali dwar il-funzjonament tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel

 

1.  Sabiex iżommu lill-atturi ekonomiċi u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri infurmati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu osservatorji nazzjonali dwar il-funzjonament tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-osservatorji nazzjonali tagħhom ikunu mgħammra b'mod xieraq u għandhom jagħtuhom is-setgħat li ġejjin:

 

(a) il-ġbir tad-data statistika kollha disponibbli meħtieġa għall-analiżi tal-mekkaniżmi tal-formazzjoni tal-prezzijiet u l-marġnijiet fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel u l-eżistenza ta' prattiki kummerċjali inġusti;

 

(b)   l-analiżi tal-informazzjoni miġbura u t-twettiq jew l-ikkummissjonar ta' riċerka meħtieġa għall-attività tagħha;

 

(c)   il-produzzjoni ta' rapporti sommarji dwar is-setturi studjati u t-tixrid regolari tax-xogħol tagħha;

 

(d)   il-kontribut u/jew l-għajnuna tagħha lill-awtorità ta' implimentazzjoni, fit-tfassil tar-rapport dwar prattiki kummerċjali inġusti f'relazzjonijiet bejn il-kumpaniji fi ħdan il-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, kif stipulat fl-Artikolu 9.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jwaqqfu osservatorji nazzjonali dwar il-funzjonament tal-katina tal-provvista agroalimentari, bil-għan li l-atturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jinżammu infurmati dwar il-funzjonament tal-katina tal-provvista agroalimentari.

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, id-dejta rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru konċernat fis-sena preċedenti.

1.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, id-dejta rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva, kif ukoll dwar l-effikaċja tal-miżuri implimentati mill-awtorità tal-infurzar fl-Istat Membru konċernat fis-sena preċedenti. L-Istat Membru għandu jiżgura djalogu mal-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, dwar il-funzjonament tal-katina tal-provvista fit-territorju tagħhom.

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Fi żmien tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq l-ewwel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-evalwazzjoni għandha tivvaluta, iżda m'għandhiex tkun limitata:

 

(a)   għall-effikaċja fil-protezzjoni tal-atturi l-aktar dgħajfa fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel minn prattiki kummerċjali inġusti;

 

(b)   għall-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar u jekk hemmx bżonn ta' koordinazzjoni biex tiġi infurzata u mmonitorjata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti

 

 

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Abbażi tar-riżultati tar-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Rappurtar dwar l-effetti fuq il-konsumaturi

 

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni biex tistabbilixxi jekk prattiki kummerċjali speċifiċi li huma inġusti għandhomx effetti negattivi fuq il-konsumaturi, u għandha tippreżenta rapport dwar ir-riżultati ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

 

2.   Abbażi tar-riżultati tar-rapport tagħha, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-kuntratti eżistenti ta' provvista li ġew konklużi qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], l-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodu tranżitorju ta' mhux aktar minn sitt xhur wara... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] għall-konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond tal-proposta tal-Kummissjoni

F'kuntest ta' politika agrikola li sar dejjem aktar orjentat lejn is-suq, il-governanza tajba u ġusta tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel saret kruċjali għall-atturi kollha involuti, u speċjalment għall-produtturi agrikoli. Dawn tal-aħħar huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti għaliex spiss ma jkollhomx is-saħħa tan-negozjar li tlaħħaq ma' dik tas-sħab tagħhom li jixtru l-prodotti tagħhom. Dan huwa dovut prinċipalment għall-alternattivi limitati li għandhom biex iwasslu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi finali, kif ukoll għad-dgħufija strutturali tas-sistema tal-biedja meta mqabbla mal-imsieħba downstream tagħha.

Il-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jpoġġu l-profitti u l-marġni tal-operaturi taħt pressjoni, li jista' jwassal biex atturi li altrimenti jkunu vijabbli u kompetittivi joħorġu 'l barra min-negozju. Pereżempju, it-tnaqqis unilaterali tal-kwantità kuntrattwali għal oġġetti li jitħassru jammonta għal dħul mitluf għal operatur li jista' ma jsibx żbokk alternattiv faċilment għal dawn l-oġġetti. Il-ħlasijiet tard għal prodotti li jitħassru malajr wara li jkunu ġew ikkonsenjati u nbiegħu mix-xerrej jikkostitwixxu spiża finanzjarja addizzjonali għall-fornitur. L-obbligi possibbli għall-fornituri biex jieħdu lura prodotti li ma jkunux inbiegħu mix-xerrej jistgħu jikkostitwixxu trasferiment mhux xieraq tar-riskju lill-fornituri. Li wieħed ikun sfurzat jikkontribwixxi għall-attivitajiet promozzjonali ġeneriċi tad-distributuri fil-ħwienet mingħajr ma jieħu benefiċċju ġust jista' jnaqqas b'mod eċċessiv il-marġni ta' fornitur.

Hemm qbil ġenerali li l-UTPs iseħħu tul il-katina tal-provvista tal-ikel. Hija karatteristika li mhux inqas minn tliet komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2009 iffukaw fuq il-katina tal-provvista tal-ikel, inklużi l-UTPs. F'Ġunju 2016, il-Parlament adotta riżoluzzjoni fejn talab lill-Kummissjoni tressaq proposta għal qafas legali tal-Unjoni rigward il-UTPs. F'Diċembru 2016, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt bil-ħsieb li tipproponi qafas legali tal-Unjoni jew miżuri mhux leġiżlattivi sabiex tindirizza l-UTPs.

Jeżistu diġà regoli speċifiċi dwar il-UTPs f'20 Stat Membru. Madankollu, l-eteroġeneità tagħhom hija sinifikanti. F'ċerti Stati Membri, ma hemm l-ebda protezzjoni speċifika, jew hemm biss protezzjoni speċifika ineffettiva kontra l-UTP. Strument ieħor eżistenti huwa l-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista (SCI) volontarja, li hija inizjattiva tal-industrija privata li tfittex li tirregola l-UTPs u tipprovdi forum għal soluzzjoni ta' tilwim bikrija u mhux kontenzjuża. Madankollu, l-SCI probabbilment ma tiżviluppax f'qafas komprensiv ta' governanza. Dan għaliex il-parteċipazzjoni fl-SCI hija volontarja, u l-SCI s'issa ma tkoprix l-operaturi kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel. Pereżempju, filwaqt li l-bejjiegħa bl-imnut huma membri tal-SCI, l-"alleanzi tax-xiri tal-bejjiegħa bl-imnut" ma jipparteċipawx fl-SCI, u lanqas l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-produtturi agrikoli; dawn tal-aħħar ma ssiħbux fl-SCI għaliex, fil-fehma tagħhom, din ma tiżgurax kunfidenzjalità suffiċjenti għall-partijiet li jressqu lmenti u ma tipprovdix għal investigazzjonijiet indipendenti jew sanzjonijiet.

Għal dawn ir-raġunijiet, il-proposta preżenti tal-Kummissjoni dwar il-UTPs tikkorrispondi għal talba qawwija li l-komunità tal-biedja Ewropea ilha li għamlet, u l-konvinzjoni li l-bdiewa għandhom ikunu protetti aħjar kontra prattiki abbużivi minn proċessuri u bejjiegħa bl-imnut. Jista' jiġi argumentat li n-nuqqas, sa issa, ta' qafas komuni dwar il-UTPs jikkuntrasta ma' oqsma oħra li tirregola l-PAK, u li għandhom rilevanza diretta għall-operaturi, bħar-regoli tal-kompetizzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat u l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni. F'dawn l-oqsma, l-organizzazzjoni komuni tas-swieq (ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013) tistabbilixxi regoli komuni rilevanti għall-kundizzjonijiet tas-suq li jiffaċċaw l-operaturi fl-UE, sabiex tikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali, kif ukoll għal kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq uniku.

Għalhekk, din il-proposta għal Direttiva għandha l-għan li tnaqqas l-okkorrenza tal-UTPs fil-katina tal-provvista tal-ikel billi tintroduċi standard minimu komuni ta' protezzjoni madwar l-UE li jikkonsisti minn lista qasira ta' UTPs speċifiċi li huma pprojbiti. Il-protezzjoni tkopri l-fornituri fil-katina tal-provvista tal-ikel sa fejn dawn ibigħu prodotti tal-ikel lil xerrejja li ma jkunux żgħar u medji. L-għan huwa li jingħata kontribut għal livell ġust ta' għajxien għall-komunità agrikola, li huwa objettiv tal-Politika Agrikola Komuni taħt l-Artikolu 39 TFUE.

L-Artikolu 43 tat-TFUE, li huwa l-bażi legali prinċipali tal-PAK, iservi bħala bażi ġuridika unika tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-miżuri previsti fil-proposta jirrigwardaw il-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ ta' prodotti li joriġinaw minn produtturi agrikoli. Għandu jiġi nnutat li, skont l-Artikolu 38(2) u (3) tat-TFUE, il-PAK tkopri primarjament il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness 1 tat-TFUE. Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kkonfermat espliċitament li l-prodotti tal-ikel mhux elenkati fl-Anness I tat-TFUE (il-prodotti tal-Anness I huma kkunsidrati bħala "prodotti agrikoli" skont it-Trattat) jistgħu wkoll jiġu koperti minn atti adottati skont l-Artikolu 43 tat-TFUE jekk dan jikkontribwixxi għall-kisba ta' wieħed jew aktar mill-objettivi tal-PAK u l-prodotti agrikoli huma prinċipalment koperti(1).

Barra minn hekk, approċċ li jipproteġi lill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (kooperattivi u organizzazzjonijiet oħra tal-produtturi) irid jikkunsidra wkoll l-effetti negattivi indiretti li dawn jistgħu jsofru minħabba UTPs li jokkorru downstream fil-katina tal-provvista tal-ikel, jiġifieri minn operaturi li mhumiex bdiewa iżda li l-pożizzjoni ta' negozjar dgħajfa tagħhom fil-katina downstream tagħmilhom vulnerabbli għall-UTPs. Il-protezzjoni mill-UTPs li japplikaw għall-fornituri downstream tipprevjeni l-konsegwenzi mhux intenzjonati għall-bdiewa minħabba d-devjazzjoni tal-kummerċ lejn il-kompetituri tagħhom li jkunu proprjetà tal-investituri – pereżempju fil-fażi tal-ipproċessar – li ma jkollhomx protezzjoni (eż. anqas riskju legali għax-xerrejja li jiġu kkonfrontati b'akkużi ta' UTP).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri proposti huma komplementari għall-miżuri eżistenti fl-Istati Membri u l-kodiċi ta' mġiba tal-SCI.

Pożizzjoni tar-rapporteur u emendi proposti

Ir-rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni bħala strument leġiżlattiv li ilu mistenni għad-difiża tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-produtturi agrikoli fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel; strument li jista' finalment jikkomplementa l-miżuri introdotti permezz tar-Regolament (UE) 2017/2393, l-hekk imsejjaħ Regolament Omnibus, immirat lejn it-tisħiħ tal-prerogattivi ta' negozjar tal-bdiewa fl-UE. Għandu jiġi mfakkar li l-konvinzjoni dwar il-ħtieġa ta' tali strument kien appoġġat bil-konklużjonijiet tat-Task Force dwar is-Swieq Agrikoli li nħareġ f'Novembru 2016, u dan ġie kondiviż mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu adottata fis-7 ta' Ġunju 2016, kif ukoll mill-Ministri tal-Agrikoltura tal-UE li adottaw konklużjonijiet unanimi f'dan ir-rigward fil-Kunsill Informali tagħhom tat-12-13 ta' Diċembru 2016 fi Bratislava.

Ir-rapporteur jissottolinja li t-tlestija tal-proċedura leġiżlattiva dwar il-prattiki kummerċjali inġusti proposta qabel tmiem il-mandat parlamentari attwali, biex b'hekk din il-leġiżlazzjoni l-ġdida saret "riżultat konkret" għall-bdiewa Ewropej, hija objettiv kemm importanti kif ukoll realistiku għal dan il-Parlament. Min-naħa tal-koleġiżlatur l-ieħor, il-Presidenza Awstrijaka indikat b'mod ċar l-intenzjoni tagħha li tagħti l-ogħla prijorità lill-proposta tal-prattiki kummerċjali inġusti, kif indikat f'ittra tal-4 ta' Ġunju 2018 tal-Ministru Awstrijak għas-Sostenibbiltà u t-Turiżmu, Elisabeth Köstinger, lill-President tal-Kumitat AGRI. L-ittra indikat il-proposta tal-UTPs bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin għall-Presidenza Awstrijaka u fakkret li kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill kienu talbu ripetutament leġiżlazzjoni biex tipproteġi lill-bdiewa li huma l-aktar ħolqa dgħajfa fil-katina tal-provvista, qabel ma kkonkludiet li "wasal iż-żmien biex jiġu armonizzati għoxrin regolament nazzjonali differenti u biex jiġu stabbiliti standards minimi għall-Istati Membri kollha" sabiex "jiġu solvuti l-problemi tal-bdiewa li jiġu trattati inġustament minn sħab oħra, aktar b'saħħithom, fil-katina tal-provvista".

Emendi proposti mir-rapporteur

Filwaqt li appoġġa b'mod wiesa' l-proposta, ir-rapporteur jipproponi madankollu numru ta' emendi biex tittejjeb l-effiċjenza tagħha. Il-proposti huma dawn li ġejjin:

•  Estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għall-fornituri fil-katina tal-provvista tal-ikel li mhumiex SMEs, sabiex jinkludu l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u jiġu evitati devjazzjonijiet lil hinn mill-SMEs;

•  Estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni għall-prodotti agrikoli kollha, jiġifieri, mhux biss il-prodotti tal-ikel, sabiex jinkludu s-settur tal-ortikultura, l-industrija tal-għalf, u setturi agrikoli oħra li ma jaqgħux taħt il-produzzjoni tal-ikel;

•  Estensjoni tad-definizzjoni ta' "xerrej" biex tinkludi dawk l-operaturi li, għalkemm stabbiliti barra l-UE, jixtru u jbigħu prodotti fis-suq tal-UE. L-għan huwa li jiġi evitat li xerrej jista' jaħrab mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva sempliċement billi jċaqlaq il-post ta' stabbiliment tiegħu barra mill-UE;

•  Għal darb'oħra, fir-rigward tad-definizzjoni ta' "xerrej", il-provvista ta' servizzi relatati għandha tiddaħħal fil-kamp ta' applikazzjoni, flimkien mal-ipproċessar, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ bl-imnut ta' prodotti agrikoli u tal-ikel;

•  Inklużjoni ta' definizzjoni ta' "prattika kummerċjali inġusta" (fis-sens li prinċipju globali), skont il-linji tad-definizzjoni mogħtija mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-12 ta' Diċembru 2016, li huwa rifless fil-premessa 1 tad-Direttiva proposta;

•  Inklużjoni ta' definizzjoni ta' "dipendenza ekonomika" bħala relazzjoni tas-saħħa bejn fornitur u xerrej;

•  Introduzzjoni ta' terminu ta' żmien ta' pagament għal prodotti li ma jitħassrux ta' 60 jum minn meta tasal il-fattura, kif previst ukoll fid-Direttiva 2011/7/UE dwar il-ħlas tard;

•  Eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet dwar it-termini ta' pagament għall-kontribuzzjonijiet kollha mill-bdiewa li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-kooperattivi tagħhom, kif ukoll għal ftehimiet ta' organizzazzjonijiet interprofessjonali meta dawn il-ftehimiet jikkonċernaw prodotti ta' kwalità;

•   Definizzjoni tal-kunċett ta' "avviż qasir" (meta xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti tal-ikel li jitħassru) b'terminu ta' żmien fiss (60 jum);

•  Titjib tas-sentenza introduttorja fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 (l-hekk imsejħa "grey UTPs") permezz tal-inklużjoni tal-kunċett ta' "dipendenza ekonomika";

•  Introduzzjoni tal-possibbiltà li l-Istati Membri jipprojbixxu kwalunkwe UTP oħra (jiġifieri li jmorru lil hinn mill-projbizzjonijiet tal-Artikolu 3), ibbażata fuq id-definizzjoni ta' "prattika kummerċjali inġusta" miżjuda fl-Artikolu 2;

•  Inklużjoni ta' kuntratti bil-miktub obbligatorji fuq talba ta' fornitur, kif stipulat - permezz tar-"Regolament Omnibus" - fl-Artikolu 168 tal-OKS Unika, u tal-possibbiltà li l-Istati Membri jinkoraġġixxu żieda ta' kuntratti bejn l-atturi differenti fil-katina tal-provvista;

•  Inklużjoni tal-possibbiltà li l-ilmentaturi jressqu lment quddiem l-awtoritajiet barranin permezz tal-awtoritajiet nazzjonali tagħhom;

•  Estensjoni għal assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tad-dritt tat-tressiq ta' lment f'isem wieħed jew aktar mill-membri tagħhom;

•  Inklużjoni tal-obbligu li l-awtorità tal-infurzar tibda investigazzjoni fi żmien 60 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment, u tikkonkludiha fi żmien 6 xhur. F'każijiet debitament ġustifikati, 6 xhur jistgħu jiġu estiżi b'6 xhur oħra (b'hekk, l-investigazzjoni sħiħa trid tiġi konkluża fi żmien 14-il xahar mill-ilment);

•  Inklużjoni tal-obbligu li l-awtorità tal-infurzar, fil-każ li jkun ġie stabbilit ksur, tesiġi li x-xerrej itemm il-prattika kummerċjali inġusta;

•  Introduzzjoni tal-possibbiltà li l-Istati Membri jippromwovu l-użu tal-medjazzjoni jew mekkaniżmu ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim;

•  Introduzzjoni tal-obbligu li l-Istati Membri jinkludu fir-rapport annwali tagħhom lill-Kummissjoni evalwazzjoni dwar l-effikaċja tal-miżuri implimentati sabiex il-prattiki kummerċjali inġusti jiġu pprojbiti.

(1)

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, C-343/07, 2 ta' Lulju 2009, il-paragrafi 50-51.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (26.9.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

(COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marc Tarabella

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

B'mod ġenerali, ir-rapporteur jilqa' l-approċċ propost mill-Kummissjoni bħala l-ewwel pass biex jiġu regolati l-prattiki kummerċjali inġusti (UTP) fil-katina tal-provvista tal-ikel. Madankollu, jemmen li għadd ta' punti fil-proposta jeħtieġ jiġu ċċarati u jsirilhom titjib.

Il-bidliet ewlenin introdotti mir-rapporteur huma dawn li ġejjin:

1. Estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni fuq 3 assi:

• Twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni tal-prodotti agrikoli sabiex jiġu protetti l-fornituri kollha, inklużi l-produtturi agrikoli li jfornu l-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat u li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-produtturi mhumiex f'sitwazzjoni differenti mill-produtturi li jfornu prodotti tal-ikel. Il-fatt li dawn jiġu ttrattati b'mod differenti jikkostitwixxi diskriminazzjoni, li hi pprojbita mit-Trattat u mill-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali.

• Twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni għall-katina tal-provvista kollha, biex il-projbizzjoni jibbenefikaw minnha l-produtturi u x-xerrejja kollha. Il-proposta jeħtieġ tipprovdi mezz ta' azzjoni għall-aktar atturi vulnerabbli u li jkollhom saħħa ta' negozjar limitata ħafna. Bl-istess mod, l-għażla li l-projbizzjoni tkun għal ċerti operaturi biss hija problematika. Jekk dawn il-prattiki huma inġusti, iridu jiġu pprojbiti għall-operaturi kollha. Il-kumpaniji kollha għandhom jirrispettaw ir-regoli ta' prattika kompetittiva tajba, bona fede u lealtà fir-relazzjonijiet kuntrattwali. Għal darb'oħra, dawn id-differenzi fit-trattament mhumiex ġustifikati minn differenzi f'sitwazzjonijiet oġġettivi u, għalhekk, jikkostitwixxu diskriminazzjoni.

• Twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni għax-xerrejja kollha li jixtru u jbigħu fis-suq domestiku, inklużi dawk li l-post tan-negozju tagħhom ikun barra mill-UE. Dan it-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni huwa konformi ma' protezzjoni akbar għall-aktar fornituri vulnerabbli.

2. Definizzjoni u projbizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti

Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tagħtix definizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti minn negozju għal negozju. Għalhekk, hemm bżonn tiġi proposta definizzjoni wiesgħa biżżejjed. Tali definizzjoni hija partikolarment utli f'sitwazzjonijiet li ma jikkorrispondux għal dawk stabbiliti fil-lista eżawrjenti ta' prattiki kummerċjali.

Peress li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għad m'għandhiex qafas legali għal termini inġusti minn negozju għal negozju, jeħtieġ li l-fornituri, li f'ħafna każijiet ikunu bdiewa jew SMEs u allura l-"partijiet dgħajfa" fil-kuntratt, jingħataw attenzjoni u jiġi implimentat reġim ta' protezzjoni. Din il-protezzjoni għandha tikkoreġi l-bilanċ tas-setgħa fin-negozjati kuntrattwali max-xerrejja. Ir-rapporteur hu tal-fehma li l-prattiki kummerċjali inġusti bejn ix-xerrejja u l-fornituri għandhom jiġu pprojbiti bħala kwistjoni ta' prinċipju, u mhux biss fil-każijiet koperti mil-lista restrittiva proposta mill-Kummissjoni. Dan hu s-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva proposta. Din il-lista m'għandhiex tipprekludi s-sanzjonar ta' prattiki inġusti oħra u li mhux bilfors jidhru hemmhekk. Iridu jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti kollha, kif ukoll l-isfruttament tal-istat ta' dipendenza ekonomika, inkella d-direttiva titlef kwalunkwe sinifikat reali. Ir-rapporteur jipproponi wkoll li mal-lista ta' prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti jiżdied ir-rifjut li jiġi konkluż kuntratt bil-miktub ma' fornitur jew ir-rifjut li fornitur jingħata tagħrif dwar il-kundizzjonijiet ġenerali tal-bejgħ jew li dan ma jingħatax informazzjoni dettaljata jew ċara biżżejjed dwar it-termini kuntrattwali tax-xiri. Fl-aħħar nett, mal-lista ta' prattiki kummerċjali inġusti li għandhom jiġu pprojbiti jekk ma jkunx intlaħaq ftehim dwarhom f'termini ċari u diretti fil-konklużjoni tal-ftehim tax-xiri, ir-rapporteur iżid il-projbizzjoni tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel b'telf, ħlief fil-każ ta' prodotti li d-data tal-iskadenza tagħhom tkun jumejn wara d-data tal-bejgħ.

3. Ilmenti mill-fornitur fil-post fejn ikun stabbilit ix-xerrej jew il-fornitur

Il-proposta tal-Kummissjoni li l-fornitur għandu jressaq kwalunkwe lment quddiem l-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattiki kummerċjali pprojbiti, ma tipproteġix biżżejjed lill-fornitur, li jkollu jikteb l-ilment tiegħu b'lingwa li mhijiex tiegħu u b'mod li ma jkunx jista' jifhem. Ikun aktar protettiv għalih jekk jiġi previst li dan jindirizza lill-awtorità tal-Istat Membru fejn ikun qed jopera u li din l-awtorità tittrasferixxi l-ilment lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit ix-xerrej.

4. Medjazzjoni jew mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim

Ir-rapporteur jipproponi Artikolu ġdid dwar l-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmi oħra f'każ ta' tilwim bejn fornitur u xerrej minħabba prattiki kummerċjali inġusti.

5. Jinħoloq "Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar"

Ir-rapporteur jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar – li jista' jieħu l-forma ta' Netwerk – sabiex titrawwem koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tal-infurzar, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-atturi rilevanti fil-katina tal-provvista. Ir-rapporteur jixtieq iżid dimensjoni tassew Ewropea fin-Netwerk billi jagħtih is-setgħa jikkoordina u jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-esperjenza tal-infurzar tal-Istati Membri b'mod ikkoordinat u sistematiku sabiex jitjieb il-fehim komuni dwar liema tipi speċifiċi ta' prattiki kummerċjali għandhom jitqiesu bħala UTP. Fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni jeżisti mekkaniżmu simili (in-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni) li jikkontribwixxi għall-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u d-diskussjoni bbażata fuq l-evidenza u l-applikazzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-2010, il-Forum ta' Livell Għoli mmexxi mill-Kummissjoni approva sett ta' prinċipji ta' prattika tajba fir-relazzjonijiet vertikali fil-katina tal-provvista tal-ikel maqbula mal-organizzazzjonijiet tan-negozju li jirrappreżentaw il-ħoloq kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel, inklużi l-bdiewa. Dawn il-prinċipji saru l-bażi tal-Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista, varata fl-2013.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti tal-ikel mill-"farm sal-furketta". Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, u prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel.

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvistaagrikola u tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti agrikoli u tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għall-konsenja tal-prodotti. Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti agrikoli jew tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat, prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel, u prodotti agrikoli.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta' konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma b'mod partikolari ta' ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, huma fil-biċċa l-kbira ta' daqs żgħir u medju.

(5)  Il-libertà kuntrattwali hija element fundamentali ta' kwalunkwe relazzjoni bejn in-negozji fl-ekonomija tas-suq, u jenħtieġ li l-partijiet ikunu jistgħu jfasslu l-kuntratti li jkunu l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tagħhom. Madankollu, l-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel. Għaldaqstant, id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta' konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma partikolarment ta' ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, huma fil-biċċa l-kbira ta' daqs żgħir u medju.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-maġġoranza tal-Istati Membri kollha, iżda mhux kollha, għandhom regoli nazzjonali speċifiċi li jipproteġu l-fornituri kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jseħħu fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Fejn huwa possibbli li wieħed jirrikorri għad-dritt kuntrattwali jew għal inizjattivi awtoregolatorji, il-biża' ta' ritaljazzjoni kontra l-ilmentatur jillimita l-valur prattiku ta' dawn il-forom ta' rimedju. Ċerti Stati Membri, li għandhom fis-seħħ regoli speċifiċi dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalhekk jafdaw l-infurzar tagħhom f'idejn l-awtoritajiet amministrattivi. Madankollu, ir-regoli tal-Istati Membri dwar il-prattiki kummerċjali inġusti - sa fejn jeżistu - huma kkaratterizzati minn diverġenza sinifikanti.

(6)  Il-maġġoranza tal-Istati Membri, iżda mhux kollha, għandhom regoli nazzjonali speċifiċi li jipproteġu l-fornituri kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jseħħu fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-biża' ta' ritaljazzjoni kontra l-ilmentatur sikwit tissemma bħala ostaklu fit-tfittxija għal rimedju. Ċerti Stati Membri, li għandhom fis-seħħ regoli speċifiċi dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalhekk jafdaw l-infurzar tagħhom f'idejn l-awtoritajiet amministrattivi. Madankollu, ir-regoli tal-Istati Membri dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fejn jeżistu huma kkaratterizzati minn diverġenza sinifikanti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta' għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li jibbenefika lill-prodotturi kollha tal-agrikoltura jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-prodotturi, sakemm dawk il-persuni kollha jissodisfaw id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji kif stabbilit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE1. Dawk il-fornituri mikro, żgħar u medji huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti u l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Billi l-pressjoni finanzjarja fuq l-intrapriżi żgħar u medji kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji żgħar u medji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b'mod partikolari f'termini ta' żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta' għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li jibbenefikaw minnu l-produtturi agrikoli kollha jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti agrikoli jew tal-ikel, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Dawk il-fornituri huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti u l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Billi l-pressjoni finanzjarja kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b'mod partikolari f'termini ta' żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

____________________

 

1 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

 

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni billi tipprojbixxi l-prattiki kummerċjali inġusti għall-benefiċċju tal-produtturi u x-xerrejja kollha. Il-proposta jeħtieġ tipprovdi mezz ta' azzjoni għall-aktar atturi vulnerabbli u li jkollhom saħħa ta' negozjar limitata ħafna. Jekk dawn il-prattiki huma inġusti, iridu jiġu pprojbiti għall-operaturi kollha. Il-kumpaniji kollha għandhom jirrispettaw ir-regoli ta' prattika kompetittiva tajba, bona fede u lealtà fir-relazzjonijiet kuntrattwali. Id-differenzi fit-trattament mhumiex ġustifikati minn differenzi f'sitwazzjonijiet oġġettivi u suffiċjenti u, għalhekk, jikkostitwixxu diskriminazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Jenħtieġ li s-servizzi marbutin mal-ipproċessar u d-distribuzzjoni fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li servizzi bħat-trasport, id-diżinfezzjoni jew il-fatturazzjoni ma jkunux fost dawn is-servizzi, peress li mhumiex marbutin mal-ipproċessar u d-distribuzzjoni fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Peress li s-sede prinċipali ta' xerrej mhux dejjem tkun l-istess bħall-post fejn jiġu kkonsenjati u kkumerċjalizzati l-prodotti agrikoli u tal-ikel, jenħtieġ li r-regoli rilevanti japplikaw għax-xerrejja kollha, irrispettivament mis-sede prinċipali tagħhom, meta l-prodotti li jixtru jkunu maħsuba għall-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel fl-UE.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva lix-xerrejja kollha li jixtru u jbigħu fis-suq intern, inklużi dawk li s-sede prinċipali tagħhom tkun barra mill-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn dawn jistgħu jevitaw li jkunu koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti tal-ikel lil xerrejja stabbiliti fl-Unjoni sabiex jevitaw l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

(8)  Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti agrikoli u tal-ikel lix-xerrejja sabiex jiġu evitati l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jistgħu jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Is-sehem ta' dħul dejjem inqas li qed jasal għand il-produtturi tal-ikel fuq skala żgħira u l-ħaddiema fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jiffaċċjaw minħabba prattiki kummerċjali inġusti, jimminaw il-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u l-objettivi tagħha fl-ambitu tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm diverġenti, huwa xieraq li tintuża l-għodda ta' Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jinkiseb reġim koeżiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli fit-territorju tagħhom jadottaw u japplikaw liġijiet nazzjonali aktar stretti sabiex jipproteġu fornituri u xerrejja żgħar u medji kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, suġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern.

(10)  Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm diverġenti, huwa xieraq li tintuża l-għodda ta' Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jinkiseb reġim koeżiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli fit-territorju tagħhom jadottaw u japplikaw liġijiet nazzjonali aktar stretti sabiex jipproteġu fornituri u xerrejja kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Billi l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott tal-ikel, jiġifieri qabel, waqt jew wara tranżazzjoni ta' bejgħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għal tali prattiki kull meta jseħħu.

(11)  Billi l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott tal-ikel, jiġifieri qabel, waqt jew wara tranżazzjoni ta' bejgħ, jew b'konnessjoni mal-għoti ta' servizzi mix-xerrej lill-fornitur, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw għal tali prattiki kull meta jseħħu.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta' membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-fornituri, jew minn assoċjazzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet, kif ukoll minn organizzjonijiet li jaħdmu mal-produtturi jew li jkollhom għarfien espert ippruvat fil-prattiki kummerċjali fil-katina agrikola u tal-provvista tal-ikel, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta' membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tal-identità tal-ilmentaturi u ta' vittmi oħra tal-prattiki jekk l-awtorità ssegwi l-obbligu skont l-Artikolu 6(e) tad-Direttiva.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji li jippermettulhom jiġbru b'mod effettiv kwalunkwe informazzjoni fattwali permezz ta' talbiet għall-informazzjoni. Jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jordnaw it-terminazzjoni ta' prattika pprojbita, fejn applikabbli. L-eżistenza ta' deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti multi u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet, tista' tinkoraġġixxi bidla fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu informazzjoni u jassistu f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

(15)  L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji li jippermettulhom jaqdu dmirijiethom. Jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jordnaw it-terminazzjoni ta' prattika pprojbita, fejn applikabbli, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament ġust u xieraq tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. L-eżistenza ta' deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti penali, inklużi multi jew kwalunkwe sanzjoni oħra u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet, tista' tinkoraġġixxi bidla fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Jeħtieġ jinħoloq Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar ("in-Netwerk"), ospitat mill-Kummissjoni, bil-għan li jikkoordina u jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-esperjenza tal-infurzar tal-Istati Membri b'mod ikkoordinat u sistematiku sabiex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. Jenħtieġ li n-Netwerk jgħin ukoll biex jitjieb il-fehim komuni dwar liema tipi speċifiċi ta' prattiki kummerċjali jenħtieġ li jitqiesu bħala UTP u tiġi indirizzata aħjar kwalunkwe UTP transfruntiera eventwali.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jħeġġu l-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim u li l-Kummissjoni tiffaċilita d-djalogu u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti fil-livell tal-UE.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Sabiex tiffaċilita l-infurzar effettiv, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin torganizza laqgħat bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri, fejn jistgħu jiġu skambjati l-aqwa prattiki u tiġi kondiviża informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi u ġġestixxi sit web sabiex tiffaċilita dawk l-iskambji.

(16)  Sabiex tiffaċilita l-infurzar effettiv, il-Kummissjoni jenħtieġ li tgħin fl-organizzazzjoni tal-laqgħat tan-Netwerk, fejn jistgħu jiġu skambjati l-aqwa prattiki u tiġi kondiviża informazzjoni rilevanti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li toħloq u tamministra sit web sabiex tiffaċilita dawk l-iskambji.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jnaqqsux il-possibbiltà li l-Istati Membri jżommu regoli eżistenti li jkunu aktar komprensivi jew li jadottaw tali regoli fil-ġejjieni, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-regoli japplikaw flimkien ma' regoli ta' governanza volontarji.

(17)  Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li ma jnaqqsux il-possibbiltà li l-Istati Membri jżommu regoli eżistenti li jkunu aktar stretti jew li jadottaw tali regoli fil-ġejjieni, soġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern. Ir-regoli jenħtieġ li jkunu soġġetti għal proċedura ta' notifika minn qabel u japplikaw flimkien ma' miżuri ta' governanza volontarji.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rieżami jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-protezzjoni tax-xerrejja żgħar u medji ta' prodotti tal-ikel fil-katina ta' provvista – flimkien mal-protezzjoni tal-fornituri żgħar u medji - tkunx ġustifikata fil-futur,

(19)  Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rieżami jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-protezzjoni tax-xerrejja ta' prodotti tal-ikel fil-katina tal-provvista – flimkien mal-protezzjoni tal-fornituri tkunx ġustifikata fil-futur,

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi lista minima ta' prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti bejn ix-xerrejja u l-fornituri fil-katina tal-provvista tal-ikel u tistabbilixxi regoli minimi rigward l-infurzar tagħhom u arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar.

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi lista minima ta' prattiki kummerċjali inġusti pprojbiti bejn ix-xerrejja u l-fornituri fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel u tistabbilixxi regoli minimi rigward l-infurzar tagħhom u arranġamenti għall-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar.

 

(Din l-emenda (il-bidla minn "katina tal-provvista tal-ikel" għal "katina tal-provvista agrikola u tal-ikel" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timplika adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti tal-ikel minn fornitur li jkun intrapriża żgħira u medja lil xerrej li ma jkunx intrapriża żgħira u medja.

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti agrikoli u tal-ikel minn fornitur lil xerrej li ma jkunx intrapriża żgħira u medja.

 

(Din l-emenda (il-bidla minn "prodotti tal-ikel" għal "prodotti agrikoli u tal-ikel") tapplika għat-test kollu.) L-adozzjoni tagħha timplika adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  "prattika kummerċjali inġusta" tfisser kwalunkwe prattika li tiddevja ħafna minn imġiba kummerċjali tajba, tmur kontra l-bona fede u l-prattika ġusta u li tkun imposta unilateralment minn sieħeb kummerċjali fuq sieħeb kummerċjali ieħor;

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "xerrej" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tixtri prodotti tal-ikel bħala kummerċ. It-terminu "xerrej" jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

(a)  "xerrej" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li mhix intrapriża żgħira jew medja, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita, li tixtri prodotti agrikoli jew tal-ikel bħala kummerċ għall-ipproċessar jew id-distribuzzjoni fl-Unjoni, jew li tipprovdi servizzi b'rabta mal-ipproċessar u d-distribuzzjoni lill-fornituri. It-terminu "xerrej" jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "prodotti tal-ikel" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat maħsuba għall-użu bħala ikel kif ukoll il-prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness, iżda pproċessati minn dawk il-prodotti għall-użu bħala ikel;

(d)  "prodotti agrikoli jew tal-ikel" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat maħsuba għall-użu bħala ikel, kif ukoll il-prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati minn dawk il-prodotti għall-użu bħala ikel, u l-prodotti agrikoli;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "prodotti tal-ikel li jitħassru" tfisser prodotti tal-ikel li ma jibqgħux tajbin għall-konsum mill-bniedem sakemm ma jinħażnux, jiġu ttrattati, ippakkjati jew konservati mod ieħor bħala prevenzjoni kontra t-tħassir.

(e)  "prodotti agrikoli u tal-ikel li jitħassru" tfisser prodotti agrikoli u tal-ikel friski li ma jibqgħux tajbin għall-konsum mill-bniedem jew għall-użu maħsub, b'mod partikolari minħabba taħsir rapidu kkawżat mill-karatteristiċi naturali tal-prodott, sakemm ma jiġux maħżuna, ttrattati, ippakkjati jew konservati mod ieħor bħala prevenzjoni kontra t-tħassir;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  "dipendenza ekonomika" tirreferi għas-sitwazzjoni meta t-tmiem tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn ix-xerrej u l-fornitur jista' jipperikola t-twettiq kontinwu tal-attività ta' dan tal-aħħar, u meta l-fornitur ma jkollux soluzzjoni alternattiva li tista' tiġi implimentata fi żmien raġonevoli għar-relazzjonijiet kummerċjali inkwistjoni. Huwa preżunt li dan ikun il-każ meta x-xerrej jirrappreżenta mill-inqas 40 % tal-fatturat tal-fornitur.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, tal-anqas, jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali li ġejjin:

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti tal-ikel li jitħassru malajr fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti;

(b)  xerrej jikkanċella unilateralment ordnijiet ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel li jitħassru fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  xerrej jibdel b'mod unilaterali u retroattiv it-termini tal-ftehim ta' forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità jew il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel;

(c)  xerrej jibdel b'mod unilaterali u retroattiv it-termini tal-ftehim ta' forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità, il-prezzijiet jew it-termini ta' ħlas tal-prodotti agrikoli jew tal-ikel;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fornitur iħallas għall-ħela ta' prodotti tal-ikel li tokkorri għand il-bejjiegħ u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur.

(d)  fornitur iħallas għall-ħela ta' prodotti agrikoli u tal-ikel li tokkorri meta l-prodott ikun sar proprjetà tax-xerrej u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  ix-xerrej jiżvela lil parti terza jew juża ħażin, intenzjonalment jew b'negliġenza, informazzjoni kunfidenzjali kondiviża miegħu mill-fornitur, bħall-kontenut tal-kuntratt ta' provvista jew sigrieti kummerċjali; dan ikopri l-użu ta' din l-informazzjoni mix-xerrej biex jiżviluppa l-prodott kompetitur tiegħu;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  xerrej jimponi jew jipprova jimponi trasferiment sproporzjonat jew mhux ġustifikat tar-riskju ekonomiku tiegħu fuq il-fornitur.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali li ġejjin ikunu pprojbiti, meta ma jkunux maqbula f'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali li ġejjin ikunu pprojbiti, jekk ma jkunux maqbula mill-partijiet kontraenti f'termini ċari, diretti u faċli biex jinftiehmu fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment jew jekk ikunu r-riżultat tad-dipendenza ekonomika tal-fornitur fuq ix-xerrej, li tkun ippermettiet lix-xerrej jimponi dawk it-termini:

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  xerrej jimponi ħlas fuq fornitur bħala kundizzjoni għall-istokkjar, il-wiri jew l-elenkar ta' prodotti tal-ikel tal-fornitur;

(b)  xerrej jimponi ħlas fuq fornitur bħala kundizzjoni għall-istokkjar, il-wiri jew l-elenkar ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel tal-fornitur;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  ir-rivendita ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel b'telf, ħlief meta tirrigwarda prodotti li d-data tal-iskadenza tagħhom tkun jumejn wara d-data tal-bejgħ.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Relazzjonijiet kuntrattwali

 

Fornitur jista' jitlob li kwalunkwe forniment ta' prodotti jew servizzi jkun soġġett għal ftehim bil-miktub b'lingwaġġ ċar u dirett li jinkludi l-aspetti kollha rilevanti tal-ftehim kummerċjali u li jispeċifika tal-anqas it-termini li ġejjin:

(

(a) il-partijiet kontraenti;

 

(b) is-suġġett tal-kuntratt;

 

(c) il-volum, il-prezz u l-kwalità tal-prodotti jew is-servizzi pprovduti;

 

(d) il-ħlas;

 

(e) il-penali f'każ ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni tal-kuntratt;

 

(f) it-tul ta' żmien u, jekk applikabbli, it-tiġdid tal-kuntratt;

(g) il-klawsoli ta' terminazzjoni, inkluż perjodu ta' avviż raġonevoli;

 

(h) il-liġi applikabbli.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità tal-infurzar maħtura.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

1.  Qabel jindirizza lment, fornitur għandu jagħmel użu minn kwalunkwe servizz ta' medjazzjoni disponibbli. Jekk dan ma jkunx xieraq jew ma jsolvix il-kwistjoni, il-fornitur għandu jindirizza l-ilment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita, jew lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur. F'dan il-każ, l-awtorità tal-infurzar għandha tgħaddi l-ilment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment.

2.  L-organizzazzjonijiet tal-fornituri jew tal-produtturi, jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-fornituri jew tal-produtturi skont ir-Regolament (UE) 1308/2013 u l-organizzazzjonijiet agrikoli professjonali li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita, NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mingħajr skop ta' qligħ, kif ukoll organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-produtturi jew li jkollhom għarfien espert ippruvat fil-prattiki kummerċjali fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel, għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment f'isem il-membri tal-organizzazzjoni jew tal-assoċjazzjoni u li jkunu involuti kif xieraq fil-proċeduri, bil-għan li jiġi aċċertat ksur u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura, jekk tintalab dan mill-ilmentatur, il-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur u kwalunkwe informazzjoni oħra, li l-ilmentatur iħoss li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni f'talba possibbli għall-kunfidenzjalità.

3.  L-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura, jekk tintalab dan mill-ilmentatur, l-anonimità jew il-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur u kwalunkwe informazzjoni oħra, li l-ilmentatur iħoss li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni fl-eventwalità ta' talba għall-anonimità jew għall-kunfidenzjalità. L-awtorità għandha tiggarantixxi l-anonimità jew il-kunfidenzjalità tal-proċedura għall-benefiċċju tal-konvenut. Dan ikun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Jekk tqis li jkun hemm biżżejjed raġunijiet biex tieħu azzjoni fuq ilment, l-awtorità tal-infurzar għandha twettaq investigazzjoni fi żmien sitt xhur. F'każijiet kumplessi u debitament ġustifikati, dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'massimu ta' sitt xhur. L-awtorità tal-infurzar għandha tinforma lill-ilmentatur b'din l-estensjoni u bir-raġunijiet warajha.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Medjazzjoni jew mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim

 

1.  Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tal-awtoritajiet tal-infurzar stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim f'każ ta' tilwim bejn fornitur u xerrej minħabba prattika kummerċjali inġusta.

 

2.  L-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornitur li jressaq ilment, kif stabbilit fl-Artikolu 5.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-infurzar tkun mgħammra tajjeb u għandhom jagħtuha s-setgħat li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-infurzar maħtura jkollha r-riżorsi meħtieġa, inklużi biżżejjed riżorsi baġitarji u ta' għarfien espert, biex twettaq l-obbligi tagħha, u għandhom jagħtuha s-setgħat li ġejjin:

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  li twettaq spezzjonijiet għal għarrieda fuq il-post fil-qafas tal-investigazzjonijiet tagħha;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  li tieħu deċiżjoni li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u tirrikjedi li x-xerrej iwaqqaf il-prattika kummerċjali pprojbita. L-awtorità tista' tastjeni milli tieħu kwalunkwe deċiżjoni bħal din, jekk tali deċiżjoni tirriskja li tiżvela l-identità ta' lmentatur jew tikxef kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu, bil-kundizzjoni li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 5(3);

(c)  li tieħu deċiżjoni, fil-qafas tal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, li tistabbilixxi ksur tal-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u tirrikjedi li x-xerrej iwaqqaf il-prattika kummerċjali pprojbita. L-awtorità tista' tastjeni milli tieħu kwalunkwe deċiżjoni bħal din, jekk tali deċiżjoni tirriskja li tiżvela l-identità ta' lmentatur jew tikxef kwalunkwe informazzjoni oħra li l-ilmentatur iqis li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu, bil-kundizzjoni li l-ilmentatur ikun identifika dik l-informazzjoni skont l-Artikolu 5(3);

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li timponi multa pekunarja fuq l-awtur tal-ksur. Il-multa għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva b'kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur;

(d)  li timponi penali, inklużi multi pekunarji jew kwalunkwe penali dissważiva oħra fuq l-awtur tal-ksur, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-penali għandhom ikunu effettiva, proporzjonati għall-ħsara kkawżata u dissważivi, b'kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur.

 

L-awtorità tal-infurzar għandha tikkunsidra kwalunkwe ksur ripetut mill-istess operatur meta tkun qed tiddetermina s-sanzjoni li trid tiġi applikata;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin fl-investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-infurzar jikkooperaw b'mod effettiv ma' xulxin u jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin fl-investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera fil-qafas ta' Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiltaqgħu darba fis-sena biex jiddiskutu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 9(1) u l-aqwa prattiki fil-qasam li tkopri. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawk il-laqgħat.

2.  L-awtoritajiet tal-infurzar għandhom jiltaqgħu darba fis-sena biex jiddiskutu l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-qafas ta' Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita dawk il-laqgħat.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Kompożizzjoni u kompiti tan-Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar

 

1.  In-Netwerk tal-Unjoni għall-Infurzar ("in-Netwerk") għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull awtorità tal-infurzar, żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni, u s-sostituti rispettivi tagħhom.

 

In-Netwerk għandu jiltaqa' f'intervalli regolari u, jekk ikun hemm bżonn, fuq talba debitament ġustifikata tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru.

 

In-Netwerk għandu jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha rilevanti fid-diskussjoni tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, bil-għan li jiffaċilita d-djalogu u l-iskambju tal-aħjar prattiki u jippromwovi approċċ komuni.

 

2  In-Netwerk għandu jkollu l-kompiti li ġejjin:

 

(a)  li jiddiskuti l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi tar-rapporti annwali msemmija fl-Artikolu 9(1);

 

(b)  li jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni dwar suġġetti rilevanti, inkluż dwar ir-riżultati tal-investigazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(1) u dwar każijiet ġodda ta' prattiki kummerċjali inġusti;

 

(c)  li jikkoordina u jiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-esperjenza tal-infurzar tal-Istati Membri b'mod ikkoordinat u sistematiku sabiex jitjieb il-fehim komuni dwar liema tipi speċifiċi ta' prattiki kummerċjali għandhom jitqiesu bħala UTP u tiġi indirizzati aħjar kwalunkwe UTP transfruntiera eventwali;

 

(d)  li jikkunsidra u janalizza forom ġodda ta' prattiki kummerċjali inġusti;

 

(e)  li jeżamina kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jadotta linji gwida u rakkomandazzjonijiet sabiex iħeġġeġ applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva, inkluż billi joħloq metodoloġija komuni għad-definizzjoni u l-impożizzjoni ta' penali.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli mfassla sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 6 u 7, bil-kundizzjoni li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli mfassla sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 1, 3, 5, 6 u 7, bil-kundizzjoni li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern, inkluż il-moviment liberu tal-merkanzija u s-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment, in-nondiskriminazzjoni u l-aċċess għal stħarriġ ġudizzjarju imparzjali u indipendenti.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe regola nazzjonali ġdida li tmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni tliet xhur qabel l-applikazzjoni tagħha, biex tiġi eżaminata mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva (UE) 2015/1535.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jidħlu f'diskussjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, dwar il-funzjonament tal-katina tal-provvista fl-Istat Membru tagħhom u l-effikaċja tal-azzjonijiet tagħhom biex jintlaħqu l-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar il-konklużjonijiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Fil-qafas ta' dik l-evalwazzjoni għandu jitqies il-bżonn ta' rieżami tad-Direttiva, b'mod partikolari jekk ikunx hemm bżonn jiddaħħlu forom ġodda ta' prattika kummerċjali inġusta.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

Referenzi

COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

2.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

2.5.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marc Tarabella

23.4.2018

Eżami fil-kumitat

11.7.2018

3.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo, Igor Šoltes, Ivan Štefanec

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Marc Tarabella, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Philippe Loiseau

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ECR

Richard Sulík

EFDD

Marco Zullo

ENF

Philippe Loiseau

GUE/NGL

Jiří Maštálka

PPE

Pascal Arimont, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Jiří Pospíšil, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

S&D

Eric Andrieu, Nicola Danti, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Marc Tarabella

VERTS/ALE

Pascal Durand, Igor Šoltes

6

-

ALDE

Matthijs van Miltenburg, Jasenko Selimovic

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik

EFDD

John Stuart Agnew

PPE

Anna Maria Corazza Bildt

3

0

ECR

Anneleen Van Bossuyt

PPE

Carlos Coelho, Andreas Schwab

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (26.9.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

(COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Linda McAvan

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jilqa' d-Direttiva proposta tal-Kummissjoni dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-Prattiki Kummerċjali Inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel tal-Ewropa jikkontribwixxu għal insigurtà fl-introjtu, għall-ħela tal-ikel, għal standards tal-ikel aktar baxxi u għall-iskjavitù moderna, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha. Din id-Direttiva tirrappreżenta opportunità prezzjuża biex jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti fl-Unjoni kollha u biex jiġi żgurat li l-ktajjen tal-provvista tal-ikel jaħdmu għal kulħadd.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jilqa' b'mod partikolari l-fatt li d-Direttiva tapplika għall-fornituri irrispettivament mill-post tagħhom ġewwa jew barra l-UE. Il-fornituri fil-katina tal-ikel tal-UE bbażati f'pajjiżi mhux tal-UE jista' jkollhom aċċess limitat għall-informazzjoni, għall-għarfien legali u għall-fondi, u dan jagħmilhom partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti. L-eliminazzjoni ta' dan l-iżbilanċ hija essenzjali biex tabilħaqq jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi li jkunu ta' benefiċċju kemm għall-produtturi tal-UE kif ukoll dawk mhux tal-UE, billi jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi, jiġi evitat it-twaqqigħ tal-prezzijiet u jiġi pprovdut redditu ġust għall-bdiewa mad-dinja kollha.

L-Unjoni Ewropea impenjat ruħha fit-trattati tagħha biex tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Kwalunkwe aċċettazzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti li jiġu applikati minn xerrejja Ewropej fir-rigward ta' produtturi mhux tal-UE tikkontradixxi l-impenn tal-Unjoni għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) u xxekkel l-objettivi tal-politika tal-UE fil-pajjiżi sħab tagħha.

L-inklużjoni ta' bdiewa mhux tal-UE hija appoġġjata bis-sħiħ b'argumenti fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, li fit-taqsima 6.3.3 tagħha tgħid hekk: "in-nuqqas ta' kopertura tagħhom jista' jwassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u għad-devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali; ix-xerrejja jkollhom inċentivi biex jimportaw minn fornituri barranin li ma jkunux protetti mir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti". Huwa għalhekk ukoll fl-interess tal-fornituri tal-UE li din id-Direttiva tapplika b'mod uniformi għall-fornituri kollha. F'din il-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni twissi wkoll "li tiġi injorata d-dimensjoni internazzjonali tal-ktajjen tal-provvista tista' twassal biex il-prattiki rilevanti ma jkunux aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-infurzar. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni żżid ukoll li "kunsiderazzjonijiet dwar id-diskriminazzjoni huma wkoll favur il-fornituri mill-pajjiżi terzi". F'dan il-kuntest, l-emendi proposti hawn taħt għandhom l-għan li jiżguraw li jiġu applikati regoli ċari kemm għall-bdiewa tal-UE kif ukoll għal dawk mhux tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti tal-ikel mill-“farm sal-furketta”. Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, u prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f’dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel.

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-bejgħ bl-imnut u l-bejgħ lill-konsumaturi finali ta' prodotti agroalimentari. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti agroalimentari mill-“farm sal-furketta”. Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti agrikoli u tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, u prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f’dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta’ konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma b’mod partikolari ta’ ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, huma fil-biċċa l-kbira ta’ daqs żgħir u medju.

(5)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta’ konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma b’mod partikolari ta’ ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, sikwit huma atturi ta’ daqs żgħir u medju fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

Il-produtturi tal-ikel fuq skala żgħira u l-ħaddiema fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ibatu direttament jew indirettament minħabba prattiki kummerċjali inġusti imposti fuqhom mill-aktar atturi b'saħħithom fil-katina tal-provvista tal-ikel.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta’ protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta’ dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta’ għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li jibbenefika lill-prodotturi kollha tal-agrikoltura jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-prodotturi, sakemm dawk il-persuni kollha jissodisfaw id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji kif stabbilit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE12. Dawk il-fornituri mikro, żgħar u medji huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti u l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Billi l-pressjoni finanzjarja fuq l-intrapriżi żgħar u medji kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji żgħar u medji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b’mod partikolari f’termini ta’ żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta’ devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta’ protezzjoni tal-Unjoni kontra prattiki kummerċjali inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta’ dawn il-prattiki, sabiex jiġi żgurat livell ġust ta’ għajxien għall-produtturi agrikoli fl-Unjoni u barra minnha, għall-prevenzjoni ta’ prattiki mhux sikuri u mhux sostenibbli, kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, u biex jitnaqqsu r-riskji tas-sikurezza tal-ikel u l-ħela ta’ ikel matul il-katina tal-provvista tal-ikel. Jenħtieġ li jkun ta’ benefiċċju għall-produtturi kollha tal-agrikoltura jew għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti agrikoli u tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv tagħhom. Il-fornituri mikro, żgħar u medji huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti u l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Billi l-pressjoni finanzjarja fuq l-intrapriżi kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji fl-Unjoni u barra minnha jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b’mod partikolari f’termini ta’ żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta’ devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

__________________

 

12 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

 

Ġustifikazzjoni

Prattiki kummerċjali inġusti jixprunaw il-ħela ta’ ikel, prattiki mhux sikuri u mhux sostenibbli, kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u theddida għall-introjtu tal-produtturi tal-ikel u tal-ħaddiema fuq skala żgħira tul il-katina tal-provvista tal-ikel kollha, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll mad-dinja kollha. Barra minn hekk, peress li l-protezzjoni għandha tiġi estiża aktar downstream, hija tista’ tiġi estiża għall-fornituri b’mod ġenerali.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti tal-ikel lil xerrejja stabbiliti fl-Unjoni sabiex jevitaw l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

(8)  Sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tissodisfa l-obbligu tagħha tat-Trattat ta' Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u l-impenji tagħha skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti agrikoli u tal-ikel lix-xerrejja kollha li jikkummerċjalizzaw u li jqiegħdu dawk il-prodotti fis-suq tal-Unjoni sabiex jevitaw l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Is-sehem ta' dħul dejjem inqas li qed jasal għand il-produtturi tal-ikel fuq skala żgħira u l-ħaddiema fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol li jaffaċċjaw minħabba prattiki kummerċjali inġusti, jimminaw il-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u l-objettivi tagħha fl-ambitu tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-iżbilanċ tal-poter fil-katina tal-provvista u l-prattiki kummerċjali inġusti ta’ supermarkets għandhom konsegwenzi serji, dawn jiġġeneraw u jamplifikaw riperkussjonijiet soċjali u ambjentali sinifikanti fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi produtturi tal-agrikoltura u dawk fqar, inkluż ċaħda tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, nuqqas ta’ pagi li jiggarantixxu għajxien u sigħat twal ta’ xogħol.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta’ dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta’ membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta’ dawk l-organizzazzjonijiet, kif ukoll minn organizzazzjonijiet li jaħdmu mal-produtturi jew li għandhom għarfien espert evidenzjat dwar il-prattiki kummerċjali fil-ktajjen tal-provvista tal-ikel, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew kwalunkwe parti interessata, jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta’ membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li testendi għall-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi d-dritt li jressqu lment f’isem wieħed jew aktar mill-membri tagħhom, peress li ħafna fornituri individwali m’għandhomx il-mezzi biex jipproċedu b’mod awtonomu.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta’ prodotti tal-ikel minn fornitur li jkun intrapriża żgħira u medja lil xerrej li ma jkunx intrapriża żgħira u medja.

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta’ prodotti agrikoli u tal-ikel minn fornitur lil xerrej, inklużi tranżazzjonijiet bejn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi u l-membri tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni għax-xerrejja kollha hija essenzjali biex il-prattiki kummerċjali inġusti ma jkunux jistgħu jimxu tul il-katina tal-provvista mingħajr ebda aċċess għal mekkaniżmi ta’ lmenti għall-produtturi u l-fornituri milquta (“effett domino”). L-inklużjoni tar-relazzjonijiet bejn il-kooperattivi u l-membri tagħhom hija meħtieġa speċjalment fis-settur tal-ħalib, fejn il-kooperattivi sikwit kisbu saħħa ta’ negozjar sostanzjali għall-membri tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  “xerrej” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tixtri prodotti tal-ikel bħala kummerċ. It-terminu “xerrej” jista’ jinkludi grupp ta’ tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

(a)  “xerrej” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment tagħha, li tixtri prodotti agrikoli jew tal-ikel bħala negozju sabiex tpoġġihom fis-suq tal-Unjoni. It-terminu “xerrej” jista’ jinkludi grupp ta’ tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  “prattiki kummerċjali inġusti” tfisser prattiki li - jiddevjaw ħafna minn imġiba kummerċjali korretta u ġusta, huma kuntrarji għall-bona fide u għat-tranżazzjoni ġusta u jiġu imposti b’mod unilaterali minn sieħeb kummerċjali wieħed fuq ieħor, jew - jimponu jew jippruvaw jimponu trasferiment mhux ġustifikat u sproporzjonat ta’ riskju ekonomiku ta' xerrej fuq il-fornitur; jew żbilanċ sinifikanti bejn id-drittijiet u l-obbligi fuq il-fornitur fir-relazzjoni kummerċjali qabel, matul jew wara l-kuntratt.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  “ftehim ta' forniment” tfisser ftehim bil-miktub bejn fornitur u xerrej li b’mod ċar u trasparenti jkopri l-elementi rilevanti tal-ftehim kummerċjali, inklużi l-ismijiet tal-partijiet, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, il-prezz, it-tul ta' żmien, it-termini tal-konsenja, it-termini tal-ħlas, kif ukoll il-kawża, l-eżekuzzjoni tal-kuntratt u l-effett tat-terminazzjoni tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni sservi biex tiżviluppa u tissorvelja l-elementi l-oħra proposti fid-Direttiva. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, huwa meħtieġ li jkun hemm kuntratt bil-miktub li jippermetti li jiġu sorveljati u riżolti prattiki abbużivi li huma regolati u projbiti fid-Direttiva nnifisha.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti kollha, inklużi mill-inqas il-prattiki kummerċjali li ġejjin:

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  xerrej jikkanċella ordnijiet ta’ prodotti tal-ikel li jitħassru malajr fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti;

(b)  xerrej jikkanċella ordnijiet ta’ prodotti tal-ikel li jitħassru fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti bl-istess valur;

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  xerrej juża rkanti elettroniċi inversi, jew irkanti b’żewġ stadji, biex ibaxxi il-prezzijiet; dawn mhumiex regolati u jonqsu milli jiżguraw it-trasparenza tan-negozjati, il-prezzijiet u l-offerenti fix-xiri ta’ prodotti agrikoli u agroalimentari tal-kwalità u oriġini ċċertifikati tal-UE kif ukoll prodotti mhux iċċertifikati;

Justification

L'asta elettronica inversa, o al doppio ribasso, utilizzato inizialmente dai grandi gruppi del discount, oggi è una pratica comune di gran parte delle catene distributive. Ai fornitori, le centrali d’acquisto della GDO chiedono tramite e-mail di avanzare un’offerta per la vendita di uno stock di prodotto. Raccolte le proposte, lanciano una seconda asta, nuovamente al ribasso, partendo dal prezzo inferiore spuntato nella prima. In pochi minuti, su un portale web, il fornitore è chiamato a competere selvaggiamente con altri per aggiudicarsi la commessa. Chi si aggiudica la fornitura, spesso si è spinto talmente al limite da doversi rivalere nei confronti dei produttori da cui acquista la merce. A loro volta, questi ultimi si possono trovare in difficoltà nel garantire i diritti fondamentali ai lavoratori agricoli. In tal modo, il meccanismo delle aste al doppio ribasso contribuisce a rendere più difficile l’eradicazione dello sfruttamento e del caporalato, dei lavoratori in nero e dei migranti irregolari, all'interno e all'esterno dell'Unione.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  xerrej jibdel b’mod unilaterali u retroattiv it-termini tal-ftehim ta’ forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità jew il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel;

(c)  xerrej jibdel b’mod unilaterali it-termini tal-ftehim ta’ forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità, il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel, jew it-termini tal-ħlas;

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fornitur iħallas għall-ħela ta’ prodotti tal-ikel li tokkorri għand il-bejjiegħ u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur.

(d)  fornitur iħallas għall-ħela ta’ prodotti tal-ikel li tokkorri ġaladarba l-prodott ikun sar tax-xerrej u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  xerrej ibigħ prodotti agroalimentari għal inqas mill-kost tax-xiri biex jistimula l-bejgħ ta' prodotti oħra ("loss leader");

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  xerrej jiddikjara b’mod inkonsistenti, li l-prodotti ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjonijiet kożmetiċi, sabiex jikkanċella jew inaqqas it-termini tal-ftehim ta’ provvista;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  xerrej juża “kriterji ta' skadenza minima mill-wasla” stretti wisq sabiex jirrifjuta ordni miftiehma minn qabel, jew jirrifjuta ordni li, għal raġunijiet mhux relatati mal-fornitur, ma ġietx ipproċessata malajr biżżejjed;

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)  xerrej jirrikjedi li l-fornituri jġarrbu l-ispejjeż finanzjarji ta' previżjonijiet mhux eżatti pprovduti mix-xerrej sabiex il-fornitur jippjana l-produzzjoni tiegħu biex jissodisfa l-ordnijiet previsti.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

1.  Fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita, mingħajr ma jġarrab l-ispejjeż amministrattivi u proċedurali rilevanti.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fornitur stabbilit barra mill-Unjoni għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar ta’ kwalunkwe Stat Membru. Meta tirċievi l-ilment, l-awtorità tal-infurzar għandha tibgħatu lill-awtorità tal-infurzar (jekk tkun differenti) ta’ dak l-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li huwa involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva tapplika wkoll għall-fornituri barra mill-UE, għaldaqstant, din l-emenda għandha l-għan li tipprovdilhom mekkaniżmu biex iressqu lment. Dan huwa essenzjali biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn il-fornituri tal-UE u dawk li mhumiex, u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u d-devjazzjoni tal-kummerċ. Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li l-UE tilħaq l-obbligu tat-Trattat ta' Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u l-impenji tagħha skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Meta x-xerrej ikun stabbilit barra mill-Unjoni, il-fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit il-fornitur. F'każijiet fejn il-fornitur ikun stabbilit barra mill-Unjoni, il-fornitur jista' jindirizza lment lil kwalunkwe awtorità tal-infurzar maħtura.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment.

2.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet, tal-produtturi fl-Unjoni jew barra minnha, li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita, kif ukoll organizzazzjonijiet li jaħdmu ma' produtturi jew b'għarfien espert evidenzjat dwar il-prattiki kummerċjali fil-ktajjen tal-provvista tal-ikel, inklużi organizzazzjonijiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew organizzazzjoni li jaġixxu f’isem il-produtturi jew kwalunkwe parti oħra interessata, għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment.

Ġustifikazzjoni

Biex jingħeleb il-fattur tal-biża’ u jiġi żgurat aċċess effettiv għal atturi vulnerabbli, huwa essenzjali li d-dritt għat-tressiq ta’ lment jiġi estiż għal organizzazzjonijiet li jaħdmu biex jippromwovu l-ġustizzja fil-ktajjen tal-provvista u jappoġġjaw atturi vulnerabbli bħal produtturi tal-ikel fuq skala żgħira u n-nisa. Dan huwa partikolarment il-każ f’pajjiżi b’livell baxx ta’ governanza u livell għoli ta’ inugwaljanza.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tfassal gwida multilingwi, li għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tagħha, li tispjega kif għandu jiġi abbozzat ilment u liema tip ta’ informazzjoni trid tingħata lill-awtoritajiet tal-infurzar rispettivi fl-Unjoni kollha biex jiddeċiedu jekk tistax tinfetaħ investigazzjoni formali.

Ġustifikazzjoni

L-SMEs ħafna drabi ma jkollhomx il-kompetenza u l-għarfien biex jiddefendu d-drittijiet tagħhom. Dan huwa partikolarment minnu għall-SMEs fid-dinja li qed tiżviluppa. Għalhekk, il-pariri u l-appoġġ tal-Kummissjoni huma essenzjali għall-SMEs biex jiġu protetti u infurzati d-drittijiet tagħhom.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati li jistabbilixxu kriterji u metodoloġija li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet tal-infurzar meta jimponu multi pekunarji, wara li jitqiesu mill-inqas l-elementi li ġejjin: il-fatturat tal-kontraventur, il-benefiċċji akkumulati mill-kontraventur mill-prattika kummerċjali inġusta, l-għadd u l-istatus tal-vittmi tal-ksur, u l-użu ripetut ta’ prattiki kummerċjali inġusti minn xerrej.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li DĠ AGRI jkollu kaxxa postali funzjonali disponibbli fuq is-sit web tiegħu biex jiġu appoġġjati l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha sabiex jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom kontra prattiki kummerċjali inġusti1a, billi tipprovdi taħriġ u informazzjoni dwar il-proċeduri. L-informazzjoni rilevanti kollha għandha tiġi pprovduta fil-lingwi kollha tal-Unjoni.

 

______________

 

1a http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/actions-against-imports-into-the-eu/

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għandhom japplikaw it-termini ta' din id-Direttiva f’kooperazzjoni mill-qrib. Modalitajiet ulterjuri għall-kooperazzjoni fin-netwerk, inklużi arranġamenti għal informazzjoni, konsultazzjoni u allokazzjoni ta’ każijiet ta’ prattiki kummerċjali transfruntiera inġusti għandhom jiġu stabbiliti u riveduti mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE hija kruċjali biex jiġi żgurat li prattiki kummerċjali inġusti li jinvolvu atturi minn diversi Stati Membri u atturi bbażati barra mill-UE jiġu ttrattati b’mod ugwali, u li l-awtoritajiet tal-infurzar ikunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni, jallokaw każijiet ta’ prattiki kummerċjali inġusti transfruntiera u jikkoordinaw l-approċċ tagħhom. Barra minn hekk, netwerk li jipprovdi punt ta’ kuntatt għal fornituri mhux tal-UE li ma jkunux ċerti dwar quddiem liema awtorità tal-infurzar nazzjonali għandhom iressqu l-ilmenti.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari, id-dejta rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru konċernat fis-sena preċedenti.

1.  Sal-15 ta’ Marzu ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari, id-data rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru konċernat fis-sena preċedenti, b’attenzjoni partikolari għal prattiki kummerċjali inġusti transfruntiera u l-impatti diretti u indiretti tagħhom fuq il-fornituri, inklużi l-fornituri bbażati barra mill-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dwar l-impatt tal-implimentazzjoni tad-Direttiva kurrenti fuq it-tnaqqis tal-ħela tal-ikel, iż-żieda tas-sikurezza tal-ikel u l-promozzjoni ta’ prattiki sostenibbli fil-katina tal-provvista tal-ikel.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Tliet snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapport għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-effikaċja tad-Direttiva li tipproteġi l-atturi l-aktar vulnerabbli kontra prattiki kummerċjali inġusti tul il-katina tal-provvista tal-ikel, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Huwa għandu jevalwa wkoll il-kontribut tad-Direttiva lejn it-tnaqqis tal-ħela ta' ikel, iż-żieda tal-kwalità tal-ikel u l-promozzjoni ta’ prattiki sostenibbli fil-katina tal-provvista tal-ikel. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-ħtieġa li tiġi rieżaminata id-Direttiva, b’mod partikolari biex tinkludi forom ġodda ta' prattiki kummerċjali inġusti, u biex isir użu mid-data dwar l-ispejjeż ta’ input u t-trażmissjoni tal-prezzijiet permezz tal-katina tal-provvista tal-ikel sabiex jiġu stabbiliti kriterji għad-determinazzjoni ta’ prezzijiet ġusti fi ħdan ftehim ta’ forniment. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

Referenzi

COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

2.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

13.9.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Linda McAvan

11.7.2018

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

11

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Arne Lietz, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cécile Kashetu Kyenge, Florent Marcellesi, Paul Rübig, Adam Szejnfeld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Andrea Bocskor

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

11

+

ALDE

Charles Goerens, Mirja Vehkaperä

EFDD

Ignazio Corrao

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Norbert Neuser, Vincent Peillon

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Florent Marcellesi

1

-

ECR

Eleni Theocharous

5

0

PPE

Asim Ademov, Andrea Bocskor, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Željana Zovko

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (17.9.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

(COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pilar Ayuso

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-bdiewa fl-Unjoni Ewropea jinsabu fl-aktar pożizzjoni dgħajfa fil-katina alimentari minħabba li s-setgħa ta' negozjar tagħhom hija baxxa ħafna. Fis-snin reċenti, il-Politika Agrikola Komuni (PAK) introduċiet ċerti dispożizzjonijiet ġodda biex ittejjeb il-pożizzjoni tagħhom fis-suq, billi tippromwovi konċentrazzjoni akbar ta' provvista permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.  

Għalkemm kien hemm bidla politika f'direzzjoni aktar pożittiva, għad hemm lok għal titjib leġiżlattiv, u għad baqa' ħafna xi jsir biex jintlaħaq bilanċ ottimali bejn l-atturi differenti. Livell għoli ta' frammentazzjoni fil-provvista agroalimentari, il-fatt li l-għodod ta' appoġġ tal-PAK għandhom approċċ orjentat lejn is-suq, u ż-żieda fil-volatilità tal-prezzijiet huma lkoll fatturi li jagħmlu l-garanzija ta' livell xieraq ta' kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri u x-xerrejja kruċjali.  

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li għall-bdiewa, il-prattiki inġusti jistgħu jwasslu għal telf ekonomiku, filwaqt li jikkontrobilanċjaw il-benefiċċji li jiksbu mis-sussidji tal-PAK, li qed isiru dejjem aktar ikkundizzjonati għal sostenibbiltà ambjentali. Hemm diversi tipi ta' prattiki inġusti, iżda wħud, bħall-bejgħ bit-telf, huma rikorrenti ħafna u l-vittmi ftit għandhom libertà biex jirreaġixxu kontrihom minħabba lakuni u inċertezzi legali. 

Wasal iż-żmien li l-Unjoni Ewropea tirreaġixxi għal din is-sitwazzjoni u tipprova toħloq qafas legali, li jgħin biex jintlaħaq bilanċ aħjar fil-katina alimentari. Prattiki inġusti qed jagħmlu ħsara lill-profitabbiltà ta' ħafna negozji agrikoli fl-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri ma jistgħux sempliċiment jagħlqu għajnejhom għal din is-sitwazzjoni. L-hekk imsejħa Inizjattiva tal-Katina tal-Provvista adottata xi snin ilu ppreżentat sett pożittiv ta' prinċipji ta' prattiki tajba, iżda sfortunatament din mhux biżżejjed biex tiġġieled b'mod effiċjenti l-prattiki inġusti dment li din ma tkunx akkumpanjata minn penali għal nuqqas ta' konformità, u ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li jsiru lmenti kunfidenzjali. 

Ta' min ifaħħar lill-Kummissjoni Ewropea talli ħadet l-ewwel pass billi introduċiet il-leġiżlazzjoni tal-UE f'dan il-qasam u pproponiet dispożizzjonijiet minimi għall-Istati Membri kollha. Madankollu, il-proposta għandha titjieb f'xi aspetti sabiex jiġi evitat li tirriżulta f'sempliċi ġest politiku.  

L-ewwel nett, huwa importanti ħafna li t-test legali tal-UE ma jnaqqasx il-progress li diġà sar f'xi Stati Membri biex jiġu indirizzati l-prattiki inġusti. Il-fatt li l-amministrazzjonijiet nazzjonali jitħallew imorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fid-Direttiva huwa punt essenzjali għar-rapporteur. Xi pajjiżi stabbilixxew regolamenti li tejbu r-relazzjonijiet bejn l-atturi kollha fil-katina tal-valur b'mod konsiderevoli. 

Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta, dan huwa restrittiv wisq peress li jkopri biss il-prattiki abbużivi minn klijenti kbar lejn intrapriżi tal-provvista żgħar u medji. Ir-rapporteur hija tal-fehma li l-protezzjoni legali tal-UE għandha titkabbar sabiex tkopri l-ispettru sħiħ ta' sitwazzjonijiet inġusti. 

It-test tal-Kummissjoni ma jittrattax il-bejgħ bi prezzijiet li ma jkoprux l-ispejjeż, u dan huwa preċiżament is-suġġett ewlieni tal-ilmenti espressi mill-bdiewa b'rabta ma' ċerti prattiki ta' promozzjoni kapriċċużi ta' prodotti li jitħassru malajr li jitqiesu mix-xerrejja l-kbar bħala azzjonijiet attraenti biex jattiraw lill-klijenti. 

Ir-rapporteur temmen bil-qawwa li mingħajr kuntratti bil-miktub, il-leġiżlazzjoni tal-UE qatt mhu se tkun effettiva. Għalkemm il-leġiżlazzjoni tal-PAK għadha ma tipprovdix kuntratti bil-miktub obbligatorji fil-livell tal-UE, id-Direttiva l-ġdida għandha tirrifletti mill-inqas xi progress li sar fil-qafas tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS) agrikoli, li tippermetti lill-Istati Membri jagħmlu l-kuntratti bil-miktub obbligatorji fit-territorju tagħhom. Ir-rapporteur tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jintroduċu kuntratti obbligatorji li jsegwu l-eżempju ta' ċerti pajjiżi, bħal Spanja.  

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi madwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandu jkollhom kriterji uniformi biex jikkalkolaw is-sanzjonijiet għal prattiki inġusti, mingħajr ma jimminaw il-kompetenzi nazzjonali. Ir-rapporteur tipproponi formulazzjoni, li hija simili għal oħrajn li diġà jinsabu f'testi leġiżlattivi tal-UE eżistenti.   

It-trasparenza fis-suq hija wkoll element importanti li għandu jitqies fil-leġiżlazzjoni tal-UE meta jiġu indirizzati l-prattiki kummerċjali inġusti. B'segwitu ta' ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali diġà adottati, ir-rapporteur tipproponi li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu osservatorji tal-katina agroalimentari nazzjonali biex jimmonitorjaw il-prezzijiet tas-suq u jidentifikaw l-irregolaritajiet. Tali għodda tkun utli ħafna biex tivvaluta l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fid-dawl tar-reviżjonijiet futuri u l-iskambju ta' data nazzjonali. 

Il-possibbiltà li tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta' produttur li jressaq ilment hija element ewlieni tal-proposta tal-Kummissjoni li jippermetti li l-ilmenti jsiru mingħajr ma jkun preżenti l-"fattur ta' biża'". Ir-rapporteur tixtieq issaħħaħ it-test tal-Kummissjoni sabiex id-dritt ta' kunfidenzjalità jsir awtomatiku. 

Fost modifiki rilevanti oħra għall-proposta tal-Kummissjoni, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza wkoll il-ħtieġa li fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġu koperti x-xerrejja bbażati f'pajjiżi terzi li jixtru prodotti tal-UE li jinbigħu fis-swieq tal-Istati Membri. L-għan huwa li tiġi evitata sitwazzjoni fejn xi xerrejja jaħarbu mid-dispożizzjonijiet tal-UE sempliċement billi jċaqalqu l-post ta' stabbiliment tagħhom barra mill-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista tal-ikel fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti tal-ikel mill-"farm sal-furketta". Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, u prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel.

(3)  Operaturi differenti huma attivi fil-katina tal-provvista agroalimentari fl-istadji tal-produzzjoni, l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel. Il-katina hija definittivament l-aktar kanal importanti għat-twassil tal-prodotti. Dawk l-operaturi jinnegozjaw prodotti agrikoli jew tal-ikel, jiġifieri prodotti agrikoli primarji, inklużi prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif elenkati fl-Anness I tat-Trattat għall-użu bħala ikel, prodotti oħra tal-ikel mhux elenkati f'dak l-Anness iżda pproċessati minn prodotti agrikoli għall-użu bħala ikel u prodotti agrikoli.

 

(Il-bidla minn "katina tal-provvista tal-ikel" għal "katina tal-provvista agroalimentari" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista tal-ikel. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta' konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma b'mod partikolari ta' ħsara għall-operaturi żgħar u medji fil-katina tal-provvista tal-ikel. Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, huma fil-biċċa l-kbira ta' daqs żgħir u medju.

(5)  L-għadd u d-daqs tal-operaturi jvarja matul l-istadji differenti tal-katina tal-provvista agroalimentari. Id-differenzi fis-saħħa tan-negozjar jirrigwardaw il-livelli differenti ta' konċentrazzjoni tal-operaturi u jistgħu jippermettu l-eżerċizzju inġust tas-saħħa tan-negozjar billi jintużaw prattiki kummerċjali inġusti. Il-prattiki kummerċjali inġusti huma b'mod partikolari ta' ħsara għall-operaturi żgħar u medji u ta' kapitalizzazzjoni medja fil-katina tal-provvista agroalimentari kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha. Madankollu, l-operaturi kollha, irrispettivament mid-dimensjoni ekonomika tagħhom huma vulnerabbli għal prattiki kummerċjali inġusti.

Ġustifikazzjoni

Għall-ewwel parti tal-emenda: ara l-ġustifikazzjoni taħt l-emenda 7. It-tieni parti twitti t-triq għat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni għall-operaturi kollha irrispettivament mid-dimensjoni ekonomika. Il-produtturi ta' ikel fuq skala żgħira u l-ħaddiema fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ibatu direttament jew indirettament minħabba prattiki kummerċjali inġusti imposti fuqhom mill-maġġoranza tal-aktar atturi b'saħħithom fil-katina tal-provvista tal-ikel.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-produtturi agrikoli, li jfornu l-prodotti agrikoli primarji, huma fil-biċċa l-kbira ta' daqs żgħir u medju. Madankollu, is-sett limitat ta' kriterji li jintuża biex jiġu ddefiniti l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju ta' spiss jinqabeż fil-produzzjoni agrikola, pereżempju meta jkunu impjegati ħaddiema staġonali. Għalhekk, huwa xieraq li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġi estiż biex jinkludi lill-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja. Il-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja ("mid-caps") huma intrapriżi jew organizzazzjonijiet tal-produtturi, kooperattivi jew assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi bi struttura ta' daqs medju u bi proporzjon ta' kapitali għoli, u b'total tal-persunal sa 3000 impjegat. Barra minn hekk, l-impriżi b'kapitalizzazzjoni medja jistgħu jkunu intrapriżi mmexxija mill-familji. L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja ftit għandhom saħħa fis-suq meta mqabbla mal-atturi kbar fil-katina agrikola jew tal-provvista tal-ikel.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta' għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li jibbenefika lill-prodotturi kollha tal-agrikoltura jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-prodotturi, sakemm dawk il-persuni kollha jissodisfaw id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji kif stabbilit fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE12. Dawk il-fornituri mikro, żgħar u medji huma partikolarment vulnerabbli għall-prattiki kummerċjali inġusti u l-anqas kapaċi li jirreżistuhom mingħajr effetti negattivi fuq il-vijabbiltà ekonomika tagħhom. Billi l-pressjoni finanzjarja fuq l-intrapriżi żgħar u medji kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji żgħar u medji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b'mod partikolari f'termini ta' żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

(7)  Jenħtieġ li jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni tal-Unjoni kontra ċerti prattiki kummerċjali manifestament inġusti sabiex titnaqqas l-okkorrenza ta' dawn il-prattiki u sabiex jiġi żgurat livell ġust ta' għajxien għall-produtturi agrikoli. Jenħtieġ li jibbenefika lill-prodotturi kollha tal-agrikoltura jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tforni l-prodotti tal-ikel, inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-prodotturi. Billi l-pressjoni finanzjarja fuq l-intrapriżi kkawżata minn prattiki kummerċjali inġusti ħafna drabi tgħaddi mill-katina u tilħaq il-produtturi agrikoli, ir-regoli dwar il-prattiki kummerċjali inġusti jenħtieġ li jipproteġu wkoll lill-fornituri intermedjarji fl-istadji downstream tal-produzzjoni primarja. Il-protezzjoni tal-fornituri intermedjarji jenħtieġ li tevita wkoll il-konsegwenzi mhux intenzjonati (b'mod partikolari f'termini ta' żieda eċċessiva fil-prezzijiet) ta' devjazzjoni tal-kummerċ mill-produtturi agrikoli u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, li jipproduċu prodotti pproċessati, għal fornituri mhux protetti.

__________________

 

12 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda twitti t-triq għat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni għall-operaturi kollha irrispettivament mid-dimensjoni ekonomika.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti tal-ikel lil xerrejja stabbiliti fl-Unjoni sabiex jevitaw l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni.

(8)  Il-fornituri stabbiliti barra mill-Unjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-istandard minimu tal-Unjoni meta jbigħu prodotti tal-ikel lil xerrejja stabbiliti fl-Unjoni sabiex jevitaw l-effetti distorsivi mhux intenzjonati li jirriżultaw mill-protezzjoni tal-fornituri fl-Unjoni. Il-politika tal-Unjoni jeħtieġ ukoll li tkun koerenti fir-rigward tal-impenji tal-Unjoni skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

Is-sehem dejjem jonqos ta' dħul li jasal għand il-produtturi tal-ikel fuq skala żgħira u l-ħaddiema f'pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li jiffaċċjaw bħala konsegwenza tal-prattiki kummerċjali inġusti jimminaw il-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u l-għanijiet tagħha skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-regoli rilevanti jenħtieġ li japplikaw għall-imġiba kummerċjali minn operaturi akbar, jiġifieri mhux ta' daqs żgħir jew medju, fil-katina tal-provvista tal-ikel billi dawn huma dawk li normalment għandhom saħħa ta' negozjar relattiva aktar b'saħħitha meta jinnegozjaw ma' fornituri żgħar u medji.

(9)  Ir-regoli rilevanti jenħtieġ li japplikaw għall-operaturi tan-negozju kollha fil-katina tal-provvista agroalimentari.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda twitti t-triq għat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni għall-operaturi kollha irrispettivament mid-dimensjoni ekonomika.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm diverġenti, huwa xieraq li tintuża l-għodda ta' Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jinkiseb reġim koeżiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli fit-territorju tagħhom jadottaw u japplikaw liġijiet nazzjonali aktar stretti sabiex jipproteġu fornituri u xerrejja żgħar u medji kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, suġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern.

(10)  Billi l-maġġoranza tal-Istati Membri diġà għandhom regoli nazzjonali dwar il-prattiki kummerċjali inġusti, għalkemm diverġenti, huwa xieraq li tintuża l-għodda ta' Direttiva sabiex jiġi introdott standard minimu ta' protezzjoni skont id-dritt tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jintegraw ir-regoli rilevanti fl-ordni legali nazzjonali tagħhom b'mod li jinkiseb reġim koeżiv. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux preklużi milli fit-territorju tagħhom jadottaw u japplikaw liġijiet nazzjonali aktar stretti sabiex jipproteġu l-fornituri u x-xerrejja kollha irrispettivament mid-dimensjoni ekonomika tagħhom kontra l-prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista agroalimentari, suġġett għal-limiti tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-funzjonament tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda twitti t-triq għat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni għall-operaturi kollha irrispettivament mid-dimensjoni ekonomika.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Billi l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott tal-ikel, jiġifieri qabel, waqt jew wara tranżazzjoni ta' bejgħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li japplikaw għal tali prattiki kull meta jseħħu.

(11)  Billi l-prattiki kummerċjali inġusti jistgħu jseħħu fi kwalunkwe stadju tal-bejgħ ta' prodott agrikolu jew tal-ikel, jiġifieri qabel, waqt jew wara tranżazzjoni ta' bejgħ, jew b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi marbuta mal-proċess tal-bejgħ mix-xerrej għall-fornitur, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva japplikaw għal tali prattiki kull meta jseħħu.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fid-deċiżjoni dwar jekk prattika kummerċjali partikolari tiġix meqjusa bħala inġusta, huwa importanti li jitnaqqas ir-riskju li jiġi limitat l-użu ta' ftehimiet ġusti u ta' ħolqien tal-effiċjenza li jkunu maqbula bejn il-partijiet. B'riżultat ta' dan, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prattiki li jkunu previsti f'termini ċari u mhux ambigwi fi ftehimiet ta' forniment bejn il-partijiet u l-prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-tranżazzjoni mingħajr ma jkunu ġew miftiehma minn qabel f'termini ċari u mhux ambigwi, sabiex jiġu pprojbiti biss bidliet unilaterali u retrospettivi għal dawk it-termini rilevanti tal-ftehim ta' forniment. Madankollu, ċerti prattiki kummerċjali huma meqjusa bħala inġusti min-natura tagħhom stess u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet li jiddevjaw minnhom.

(12)  Fid-deċiżjoni dwar jekk prattika kummerċjali partikolari tiġix meqjusa bħala inġusta, huwa importanti li jitnaqqas ir-riskju li jiġi limitat l-użu ta' ftehimiet ġusti u ta' ħolqien tal-effiċjenza li jkunu maqbula bejn il-partijiet. B'riżultat ta' dan, huwa xieraq li ssir distinzjoni bejn il-prattiki li jkunu previsti f'termini ċari u mhux ambigwi fi ftehimiet ta' forniment bejn il-partijiet u l-prattiki li jseħħu wara li tkun bdiet it-tranżazzjoni mingħajr ma jkunu ġew miftiehma minn qabel f'termini ċari u mhux ambigwi, sabiex jiġu pprojbiti biss bidliet unilaterali u retrospettivi għal dawk it-termini rilevanti tal-ftehim ta' forniment. Madankollu, ċerti prattiki kummerċjali huma meqjusa bħala inġusti min-natura tagħhom stess u jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal-libertà kuntrattwali tal-partijiet li jiddevjaw minnhom. Barra minn hekk, il-fornituri jenħtieġ li ma jitpoġġewx taħt pressjoni sabiex jaqblu ma' ftehim ta' forniment.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiżguraw infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità li tkun fdata bl-infurzar tagħhom. L-awtorità jenħtieġ li tkun kapaċi taġixxi fuq inizjattiva proprja tagħha jew permezz ta' lmenti mill-partijiet affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista tal-ikel. Fejn ilmentatur jitlob li l-identità tiegħu tibqa' kunfidenzjali minħabba l-biża' ta' ritaljazzjoni, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jonoraw tali talba.

(13)  Sabiex jiżguraw infurzar effettiv tal-projbizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtorità li tkun fdata bl-infurzar tagħhom. L-awtorità jenħtieġ li tkun kapaċi taġixxi fuq inizjattiva proprja tagħha jew permezz ta' lmenti mill-partijiet affettwati minn prattiki kummerċjali inġusti fil-katina tal-provvista agroalimentari. Kull meta jiġi rreġistrat ilment, l-awtorità tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li tiżgura li l-identità tal-ilmentatur tibqa' anonima.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura l-anonimità tal-ilmenti.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm infurzar effettiv tal-projbizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti, l-awtoritajiet ta' infurzar maħtura jenħtieġ li jiddisponu mir-riżorsi, mill-persunal u mill-għarfien espert kollha meħtieġa.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew minn assoċjazzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta' membri individwali tal-organizzazzjoni li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

(14)  L-ilmenti minn organizzazzjonijiet tal-produtturi jew tal-fornituri jew minn assoċjazzjonijiet ta' dawk l-organizzazzjonijiet jistgħu jservu sabiex jipproteġu l-identità ta' membri individwali tal-organizzazzjoni jew tal-irziezet tal-familji, li jkunu fornituri żgħar jew medji u li jqisu ruħhom esposti għal prattiki kummerċjali inġusti. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jaċċettaw u jaġixxu fuq ilmenti minn tali entitajiet filwaqt li jipproteġu d-drittijiet proċedurali tal-konvenut.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji li jippermettulhom jiġbru b'mod effettiv kwalunkwe informazzjoni fattwali permezz ta' talbiet għall-informazzjoni. Jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jordnaw it-terminazzjoni ta' prattika pprojbita, fejn applikabbli. L-eżistenza ta' deterrent, bħas-setgħa li jiġu imposti multi u l-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet, tista' tinkoraġġixxi bidla fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet u għalhekk jenħtieġ li tkun parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu informazzjoni u jassistu f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

(15)  L-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħat neċessarji li jippermettulhom jiġbru b'mod effettiv kwalunkwe informazzjoni fattwali permezz ta' talbiet għall-informazzjoni. Għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jipprojbixxu prattiki kummerċjali inġusti , jimponu multi u sanzjonijiet u jippubblikaw ir-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħhom. Dawk is-setgħat jistgħu jservu ta' deterrent u jinkoraġġixxu bidla fl-imġiba u soluzzjonijiet prekontenzjużi bejn il-partijiet u għalhekk jenħtieġ li jkunu parti mis-setgħat tal-awtoritajiet tal-infurzar. L-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jikkunsidraw il-ksur ripetut ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw approċċ komuni fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-multi u s-sanzjonijiet. B'mod partikolari, l-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li jipprovdu assistenza reċiproka lil xulxin, pereżempju billi jikkondividu informazzjoni u jassistu f'investigazzjonijiet li jkollhom dimensjoni transfruntiera.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  L-awtoritajiet tal-infurzar jenħtieġ li japplikaw penali dissważivi u proporzjonati fuq dawk li jiksru r-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva. Meta jiġu ddeterminati l-penali, jenħtieġ li jitqies il-ksur ripetut tar-regoli minn entità kummerċjali.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rieżami jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari dwar jekk il-protezzjoni tax-xerrejja żgħar u medji ta' prodotti tal-ikel fil-katina ta' provvista – flimkien mal-protezzjoni tal-fornituri żgħar u medji - tkunx ġustifikata fil-futur,

(19)  Fl-interess ta' implimentazzjoni effettiva tal-politika fir-rigward tal-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel rieżami tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rieżami jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lill-possibilità tat-tkabbir tal-listi ta' prattiki kummerċjali inġusti stipulati f'din id-Direttiva udwar jekk il-protezzjoni tax-xerrejja żgħar u medji ta' prodotti tal-ikel fil-katina ta' provvista – flimkien mal-protezzjoni tal-fornituri żgħar u medji - tkunx ġustifikata fil-futur,

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti tal-ikel minn fornitur li jkun intrapriża żgħira u medja lil xerrej li ma jkunx intrapriża żgħira u medja.

2.  Din id-Direttiva tapplika għal ċerti prattiki kummerċjali inġusti li jokkorru fir-rigward tal-bejgħ ta' prodotti tal-ikel minn fornitur lil xerrej.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li d-Direttiva tkopri l-operaturi kollha fil-katina tal-provvista tal-ikel biex jiġi evitat li l-prattiki kummerċjali inġusti (UTPs) jiġu ttrasferiti tul il-katina tal-provvista u li jsir trasferiment tan-negozju biex jiġu evitati r-regoli li jipprojbixxu l-UTPs. Il-bidla minn "operaturi żgħar u ta' daqs medju" għal "operaturi kollha" għandha tapplika fit-test kollu.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "xerrej" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tixtri prodotti tal-ikel bħala kummerċ. It-terminu "xerrej" jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

(a)  "xerrej" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment ta' dik il-persuna, li tixtri prodotti agrikoli u tal-ikel bħala kummerċ, għall-ipproċessar, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ bl-imnut, u/jew tipprovdi servizzi relatati ma' dawk il-prodotti, fl-Unjoni; it-terminu "xerrej" jista' jinkludi grupp ta' tali persuni fiżiċi u ġuridiċi;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tinkludi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva dawk l-operaturi li, għalkemm stabbiliti barra mill-UE, jixtru u jbigħu prodotti fis-suq tal-UE. Dan jevita li xerrej ikun jista' jaħrab mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sempliċement billi jċaqlaq il-post ta' stabbiliment tiegħu barra mill-UE.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "fornitur" tfisser kwalunkwe produttur agrikolu jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tagħhom, li jbigħu prodotti tal-ikel. It-terminu "fornitur" jista' jinkludi grupp ta' tali produtturi agrikoli jew tali persuni fiżiċi u ġuridiċi, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi u assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi;

(b)  "fornitur" tfisser kwalunkwe produttur agrikolu, proċessur tal-ikel jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, stabbiliti fl-Unjoni, li jbigħu prodotti tal-ikel; it-terminu "fornitur" jista' jinkludi grupp ta' tali produtturi agrikoli jew tali persuni fiżiċi u ġuridiċi, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew kooperattivi agrikoli;

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri stabbiliti fl-UE biss għandhom ikunu protetti mill-Istati Membri, peress li l-fornituri Ewropej ma jsibu l-ebda trattament ugwali fil-pajjiżi terzi. Il-kooperattivi għandhom l-identità legali tagħhom stess u għandhom ikunu koperti b'dan l-Artikolu.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "intrapriża żgħira u medja" tfisser intrapriża skont it-tifsira tad-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju stabbilita fl-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE14;

imħassar

__________________

 

14 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 fir-rigward tad-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

 

Ġustifikazzjoni

Skont l-emendi li jwessgħu l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, mhux meħtieġ li jiġi definit x'inhi SME.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "dipendenza ekonomika" tfisser relazzjoni li fiha x-xerrej jirrappreżenta tal-inqas 30 % tal-fatturat tal-fornitur;

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "prodotti tal-ikel" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat maħsuba għall-użu bħala ikel kif ukoll il-prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness, iżda pproċessati minn dawk il-prodotti għall-użu bħala ikel;

(d)  "prodotti agrikoli jew tal-ikel" tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat maħsuba għall-użu bħala ikel, il-prodotti mhux elenkati f'dak l-Anness, iżda pproċessati minn dawk il-prodotti għall-użu bħala ikel, u l-prodotti agrikoli;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "prodotti tal-ikel li jitħassru" tfisser prodotti tal-ikel li ma jibqgħux tajbin għall-konsum mill-bniedem sakemm ma jinħażnux, jiġu ttrattati, ippakkjati jew konservati mod ieħor bħala prevenzjoni kontra t-tħassir.

(e)  "prodotti tal-ikel li jitħassru" tfisser prodotti agrikoli u tal-ikel li huma adattati b'mod naturali għall-kummerċjalizzazzjoni u għall-konsum għal perjodu ta' mhux aktar minn tletin jum jew li jirrikjedu temperatura regolata jew kundizzjonijiet ta' ppakkjar għall-ħżin, u/jew il-kummerċjalizzazzjoni u/jew it-trasportazzjoni;

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tipprovdi kjarifika.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  "prodotti li ma jitħassrux" tfisser prodotti għajr il-prodotti tal-ikel li jitħassru.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  "prattika kummerċjali inġusta" tfisser kwalunkwe prattika li tiddevja minn imġiba kummerċjali tajba, tmur kontra l-bona fede u t-tranżizzjoni ġusta u li tkun imposta unilateralment minn sieħeb kummerċjali fuq sieħeb kummerċjali ieħor.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li tiġi introdotta definizzjoni ta' prattiki kummerċjali inġusti u projbizzjoni ġenerali fuq dawn il-prattiki biex jiġi evitat li atturi b'saħħithom fil-katina tal-provvista jfasslu forom ġodda ta' UTPs biex iduru mad-Direttiva.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas jiġu pprojbiti l-prattiki kummerċjali inġusti li ġejjin:

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  xerrej iħallas lil fornitur għal prodotti tal-ikel li jitħassru aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara li jirċievi l-fattura tal-fornitur jew aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara d-data ta' konsenja tal-prodotti tal-ikel li jitħassru, skont liema tkun l-aħħar. Din il-projbizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju:

(a)  xerrej iħallas lil fornitur għal prodotti agrikoli jew tal-ikel li jitħassru aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara li jirċievi l-fattura tal-fornitur jew aktar tard minn 30 jum tal-kalendarju wara d-data ta' konsenja tal-prodotti agrikoli jew tal-ikel li jitħassru, skont liema tkun l-aħħar. Din il-projbizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju:

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  xerrej iħallas lil fornitur għal prodotti li ma jitħassrux aktar tard minn 60 jum tal-kalendarju wara li jirċievi l-fattura tal-fornitur jew aktar tard minn 60 jum tal-kalendarju wara d-data ta' konsenja tal-prodotti tal-ikel li jitħassru, skont liema tkun l-aħħar. Din il-projbizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju:

 

- għall-konsegwenzi tal-ħlasijiet tard u r-rimedji kif stabbiliti fid-Direttiva 2011/7/UE;

 

- għall-opzjoni ta' xerrej u fornitur li jaqblu dwar klawżola ta' kondiviżjoni tal-valur skont it-tifsira tal-Artikolu 172 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tkabbar il-kopertura tad-Direttiva għal prodotti li ma jitħassrux mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2011/7/UE dwar ħlasijiet tard u l-klawżola ta' "kondiviżjoni tal-valur" introdotta fir-Regolament dwar l-OKS.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti tal-ikel li jitħassru malajr fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti;

(b)  xerrej jikkanċella ordnijiet ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel li jitħassru fi żmien tant qasir li fornitur ma jistax raġonevolment jiġi mistenni li jsib alternattiva sabiex jikkummerċjalizza jew juża dawn il-prodotti;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  xerrej jibdel b'mod unilaterali u retroattiv it-termini tal-ftehim ta' forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità jew il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel;

(c)  xerrej jibdel b'mod unilaterali u retroattiv it-termini tal-ftehim ta' forniment fir-rigward tal-frekwenza, iż-żmien jew il-volum tal-provvista jew il-konsenja, l-istandards tal-kwalità jew il-prezzijiet tal-prodotti agrikoli u tal-ikel, jew it-termini tal-ħlas;

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) xerrej ibigħ prodotti agrikoli jew tal-ikel bi prezzijiet li ma jkoprux l-ispejjeż;

Ġustifikazzjoni

Hija proprju l-aktar ġustifikazzjoni ripetuta tas-settur agrikolu, li għandha tiġi koperta minn din id-Direttiva.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fornitur iħallas għall-ħela ta' prodotti tal-ikel li tokkorri għand il-bejjiegħ u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur.

(d)  fornitur iħallas għall-ħela ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel li tokkorri għand il-bejjiegħ u li ma tkunx ikkawżata min-negliġenza jew tort tal-fornitur;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) xerrej jittermina unilateralment il-ftehim ta' provvista;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) xerrej jinforma lill-fornitur bi kwalunkwe trattament differenzjat li x-xerrej jagħti, jew biħsiebu jagħti, fir-rigward tad-ditti f'kompetizzjoni li jkunu proprjetà tiegħu jew li jkunu ġestiti minnu. it-trattament differenzjat ikun jinkludi tal-anqas kwalunkwe miżura jew imġiba speċifika mix-xerrej relatata ma' dan li ġej: (a) l-elenkar (b) l-ispazju fl-istabbiliment tal-bejgħ u (c) l-marġini kummerċjali;

Ġustifikazzjoni

Din il-UTP hija bbażata fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament propost dwar l-intermedjarji online. Kif spjegat qabel, il-kompetizzjoni ġusta bejn ditti indipendenti u ditti proprji tal-bejjiegħa bl-imnut hija essenzjali sabiex jitrawmu l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni fuq il-merti. Jekk il-bejjiegħa bl-imnut integrati vertikalment jagħtu vantaġġi kummerċjali lid-ditti tagħhom stess, tal-anqas il-fornituri ta' ditti indipendenti għandhom ikunu konxji tal-eżistenza u tal-ambitu tagħhom sabiex jadattaw l-istrateġiji kompetittivi tagħhom għal dawn il-kundizzjonijiet irregolari.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  xerrej inaqqas, b'mod mhux trasparenti, il-kwantità u/jew il-valur tal-prodotti agrikoli jew tal-ikel ta' kwalità standard;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)  xerrej jhedded li juża jew iwettaq ritaljazzjoni kummerċjali kontra l-fornitur, jekk dan tal-aħħar jeżerċita d-drittijiet kuntrattwali u legali tiegħu, inkluż it-tressiq ta' lmenti u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar;

Ġustifikazzjoni

Din il-UTP hija meħtieġa sabiex tipproteġi lill-fornituri minn ritaljazzjoni kummerċjali (eż., tnaqqis parzjali tal-kwantitajiet ordnati jew terminazzjoni tal-kuntratt ta' forniment) meta jieħdu azzjoni legali biex jinfurzaw id-drittijiet kuntrattwali tagħhom u d-drittijiet imħaddna f'din id-Direttiva.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt de (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(de)  xerrej jagħmel il-kooperazzjoni kummerċjali u l-konklużjoni ta' ftehim ta' forniment kondizzjonali fuq il-kumpens f'oġġetti u servizzi;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt df (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(df)  xerrej jeħtieġ li l-fornituri jkopru l-ispejjeż finanzjarji ta' previżjonijiet mhux eżatti pprovduti mix-xerrej;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dg (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dg)  xerrej inaqqas ix-xiri skont kuntratti eżistenti parzjalment jew totalment sabiex jimponi emenda għal kuntratt eżistenti jew sabiex jinnegozja kuntratt ġdid;

Ġustifikazzjoni

Din il-prattika kummerċjali inġusta tislet mill-Green Paper tal-Kummissjoni dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina alimentari u mhux alimentari minn negozju għal negozju fl-Ewropa" (Taqsima 5.6) u l-SCI. Sikwit ix-xerrejja lanqas biss ikollhom għalfejn jitterminaw il-ftehim ta' forniment biex jiksbu vantaġġi inġusti, għax ikun biżżejjed li jnaqqsu l-volum tax-xiri.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dh (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dh)  xerrej iwettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni jew promozzjonali u politiki kummerċjali li jkunu, jew li jistgħu jkunu, ta' detriment għar-reputazzjoni tal-prodotti li jkollhom indikazzjoni ġeografika skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/20121a, ir-Regolament (KE) Nru 110/20081b jew ir-Regolament (UE) Nru 251/20141c

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

 

1b Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

 

1c Ir-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 14).

Ġustifikazzjoni

L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi ħafna drabi jgħaddu minn firxa wiesgħa ta' prattiki li għandhom l-effett li jiddevalwaw ir-reputazzjoni tagħhom bħal bejgħ bi prezz inqas mill-kost, irkanti li fihom l-offerent l-aktar baxx jirbaħ, il-promozzjonijiet imprudenti, eċċ.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt di (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(di)  xerrej jipprovdi nota promissorja vojta għall-materja prima trasferita u l-fornitur ma jkunx obbligat joħroġ assigurazzjoni għall-prodotti agrikoli jew tal-ikel trasferiti iżda li jkunu għadhom ma tħallsux;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dj (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dj)  xerrej jimponi tariffa għall-inklużjoni tal-prodotti agrikoli jew tal-ikel tal-fornitur;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dk (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dk)  xerrej jirritorna l-prodotti fornuti iżda mhux mibjugħa, l-imposti għar-rimi ta' tali prodotti, jimponi ħlas fuq il-fornitur għal prodotti mhux użati li jkunu skadew – ħlief fil-każ ta' prodotti li l-ewwel jiġu fornuti lill-kummerċjant – kif ukoll għall-prodotti li l-fornitur kien talab speċifikament li jinbiegħu u li dwarhom il-fornitur kien ġie avżat bil-miktub li setgħu jaslu sad-data ta' skadenza minħabba domanda baxxa;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dl (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dl)  xerrej jimponi tariffa għat-twassil tal-prodotti agrikoli jew tal-ikel barra mill-punt tal-konsenja miftiehem;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dm (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dm)  xerrej jimponi tariffa għall-ħżin u t-trattament wara l-konsenja tal-prodott agrikolu jew tal-ikel;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dn (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dn)  xerrej jimponi tariffa għat-tnaqqis fil-fatturat, bejgħ jew marġini tal-fornitur minħabba bejgħ aktar baxx ta' prodott agrikolu jew tal-ikel partikolari;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt do (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(do)  xerrej ibigħ prodotti agrikoli jew tal-ikel lill-konsumatur finali bi prezz aktar baxx minn kwalunkwe prezz tax-xiri fil-katina tal-provvista tal-prodott partikolari li jkun soġġett għall-VAT, ħlief f'każijiet ta' prodotti li jkunu qed jaslu sad-data ta' skadenza tagħhom, l-irtirar tal-prodott agrikolu jew tal-ikel mill-firxa ta' prodotti jew il-likwidazzjoni sħiħa minħabba l-għeluq tal-istabbiliment tal-bejgħ;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dp (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dp)  xerrej jagħmel il-konklużjoni ta' ftehim ta' forniment u kooperazzjoni kummerċjali bil-kundizzjoni li jimponi l-obbligu li jipparteċipa fi skontijiet jew roħs billi jnaqqas il-prezz tax-xiri għas-spejjeż tal-fornitur;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali li ġejjin ikunu pprojbiti, meta ma jkunux maqbula f'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prattiki kummerċjali li ġejjin ikunu pprojbiti, meta ma jkunux maqbula f'termini ċari u mhux ambigwi fil-konklużjoni tal-ftehim ta' forniment jew jekk ikunu r-riżultat tad-dipendenza ekonomika tal-fornitur fuq ix-xerrej, li ppermettiet li x-xerrej jimponi dawk it-termini:

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-prattiki elenkati fl-Artikolu 3(2) għandhom ikunu pprojbiti wkoll fil-każ li l-ftehim bejn iż-żewġ partijiet jirriżulta mid-dipendenza ekonomika tal-fornitur.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  xerrej jirritorna prodotti tal-ikel mhux mibjugħa lil fornitur;

(a)  xerrej jirritorna prodotti agrikoli u tal-ikel mhux mibjugħin lil fornitur;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  xerrej jirrifjuta li jaċċetta jew jieħu f'idejh il-kwantità kkuntrattata ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel skont l-iskeda miftiehma ta' xiri, jiġifieri fil-maturazzjoni tal-obbligu li l-fornitur jipprovdi, ħlief f'każijiet iġġustifikati stipulati fil-ftehim ta' forniment;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  ix-xerrej ineħħi prodotti mil-lista ta' prodotti kkuntrattati li l-fornitur iforni lill-klijent jew inaqqas b'mod sinifikanti ordni ta' prodott agrikolu jew tal-ikel partikolari mingħajr avviż bil-miktub minn qabel ipprovdut fil-perjodu ta' żmien speċifikat fil-kuntratt, jew f'limitu ta' żmien li ma jistax ikun iqsar minn 30 jum f'każijiet fejn l-iskadenza ma tkunx stipulata fil-kuntratt;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  xerrej jimponi ħlas fuq fornitur bħala kundizzjoni għall-istokkjar, il-wiri jew l-elenkar ta' prodotti tal-ikel tal-fornitur;

(b)  xerrej jimponi tariffa fuq fornitur bħala kundizzjoni għall-istokkjar, il-wiri u/jew l-akkomodazzjoni ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel ta' fornitur fuq l-ixkafef tal-post tax-xerrej, sakemm il-fornitur ma jkunx jeħtieġ b'mod espliċitu li x-xerrej jistokkja, juri u/jew jakkomoda l-prodott tiegħu fuq xkaffa speċifika fil-punt tal-bejgħ tax-xerrej;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  xerrej jaqsam ma' partijiet terzi, jew juża ħażin, intenzjonalment jew b'negliġenza, informazzjoni kunfidenzjali relatata mal-kuntratt ta' forniment, inklużi sigrieti kummerċjali kondiviżi max-xerrej mill-fornitur;

Ġustifikazzjoni

Din il-prattika kienet fil-Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-UTPs.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  xerrej jirritalja jew jhedded li jirritalja kummerċjalment kontra l-fornitur, permezz ta' prattiki bħal tneħħija mill-elenkar tal-prodotti, twaqqif tas-servizzi għall-kondiviżjoni tad-data, promozzjonijiet eċċessivi, ħlasijiet tard, tnaqqis unilaterali u/jew imblukkar ta' promozzjonijiet, sabiex jikseb kundizzjonijiet aħjar skont il-kuntratti eżistenti jew meta jinnegozja kuntratt ġdid;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  xerrej jimponi jew jipprova jimponi trasferiment mhux ġustifikat jew sproporzjonat tar-riskji ekonomiċi tiegħu fuq il-fornitur;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fornitur iħallas għall-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel mibjugħa mix-xerrej. Qabel promozzjoni u jekk dik il-promozzjoni tinbeda mix-xerrej, ix-xerrej għandu jispeċifika l-perjodu tal-promozzjoni u l-kwantità mistennija tal-prodotti tal-ikel li għandha tiġi ordnata;

(c)  fornitur iħallas għall-promozzjoni ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel mibjugħa mix-xerrej. Qabel promozzjoni u jekk dik il-promozzjoni tinbeda mix-xerrej, ix-xerrej għandu jispeċifika l-perjodu tal-promozzjoni u l-kwantità mistennija tal-prodotti agrikoli jew tal-ikel li għandha tiġi ordnata;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fornitur iħallas għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-ikel mix-xerrej.

(d)  fornitur iħallas għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli jew tal-ikel mix-xerrej.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  xerrej jittrasferixxi l-ispejjeż tat-trasport u tal-ħżin lill-fornitur jew lill-produttur.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-termini jew il-prattiki kuntrattwali li jeskludu l-interessi għal ħlas tard ikunu pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/7/UE.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Relazzjonijiet kuntrattwali

 

1.   Fornitur jista' jesiġi li kwalunkwe konsenja tal-prodotti agrikoli u tal-ikel tiegħu lil xerrej tkun is-suġġett ta' kuntratt bil-miktub bejn il-partijiet u/jew tkun is-suġġett ta' offerta bil-miktub għal kuntratt mingħand l-ewwel xerrej.

 

2.   Kwalunkwe kuntratt jew offerta għal kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 għandu:

 

(a)   isir qabel ma ssir il-konsenja;

 

(b)   isir bil-miktub; u

 

(c)   jinkludi, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

 

(i)   il-prezz pagabbli għall-konsenja, li għandu:

 

-   ikun statiku u stabbilit fil-kuntratt, u/jew

 

-   jiġi kkalkulat billi jiġu kkombinati diversi fatturi stabbiliti fil-kuntratt, li jistgħu jinkludu indikaturi tas-suq li jirriflettu bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq, il-kwantitajiet ikkonsenjati u l-kwalità jew il-kompożizzjoni tal-prodotti agrikoli kkonsenjati,

 

(ii)   il-kwantità u l-kwalità tal-prodotti kkonċernati li jistgħu jew għandhom jiġu kkonsenjati u l-għażla tal-mument ta' dawn il-konsenji,

 

(iii)   it-tul ta' żmien tal-kuntratt, li jista' jinkludi tul ta' żmien definit jew indefinit bi klawsoli ta' terminazzjoni,

 

(iv)   dettalji rigward il-perjodi u l-proċeduri ta' ħlas,

 

(v)   arranġamenti għall-ġbir jew il-konsenja tal-prodotti agrikoli, u

 

(vi)   ir-regoli applikabbli f'każ ta' forza maġġuri.

 

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 148 u 168 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

 

4.   L-Istati Membri jistgħu jidentifikaw, jikkondividu u jippromwovu l-aqwa prattiki fir-rigward ta' kuntratti fit-tul, immirati lejn it-tisħiħ tal-pożizzjoni ta' negozjar tal-produtturi fi ħdan il-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel.

Ġustifikazzjoni

L-emenda, f'konformità mar-Regolament dwar l-OKS Unika, tagħti l-possibbiltà lill-fornituri kollha (mhux biss lill-bdiewa) li jitolbu kuntratti bil-miktub, li tippermetti wkoll li l-Istati Membri jinkoraġġixxu aktar kuntratti bejn atturi differenti fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3b

 

Prattiki kummerċjali inġusti ewlenin

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu pprojbiti dawn il-prattiki kummerċjali inġusti ewlenin li ġejjin:

 

a)   l-impożizzjoni jew it-tentattiv ta' impożizzjoni ta' trasferiment mhux ġustifikat jew sproporzjonat tar-riskji ekonomiċi tax-xerrejja lill-fornitur;

 

b)   l-impożizzjoni jew it-tentattiv ta' impożizzjoni fuq il-fornitur ta' żbilanċ sinifikanti bejn id-drittijiet u l-obbligi fir-relazzjoni kummerċjali qabel, matul jew wara l-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

1) Din il-UTP ewlenija tislet mid-definizzjoni ta' UTP fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni u l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar prattiki kummerċjali inġusti fil-katina alimentari u mhux alimentari minn negozju għal negozju fl-Ewropa" (Taqsima 5.4) u l-SCI;2) Din il-UTP tislet mill-Artikolu L442-6 tal-Code de Commerce Franċiż. Jista' jirriżulta żbilanċ sinifikanti f'relazzjoni kummerċjali meta, pereżempju, il-kuntratt jipprovdi termini ambigwi li jagħtu l-libertà lix-xerrej li jeżegwixxi jew jemenda l-kuntratt.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità pubblika sabiex tinforza l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-livell nazzjonali ("awtorità tal-infurzar").

Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità pubblika unika sabiex tinforza l-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-livell nazzjonali ("awtorità tal-infurzar").

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita awtorità unika ta' kontroll pubblika peress li l-multiplikazzjoni tal-awtoritajiet tal-infurzar fl-Istati Membri tista' tikkawża nuqqas ta' omoġeneità u tnaqqas l-effettività tal-kontrolli.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tal-infurzar magħżula jkollha r-riżorsi meħtieġa, inklużi baġit u għarfien espert suffiċjenti, biex twettaq l-obbligi tagħha.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Awtorità Kompetenti

 

1.   L-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit xerrej li dwaru ikun hemm is-suspett li huwa involut fi prattika kummerċjali pprojbita, għandha tkun kompetenti biex tinvestiga prattiki kummerċjali inġusti mwettqa mix-xerrej.

 

2.   Jekk fornitur jikkonsenja l-prodotti tiegħu lil persuna li tirċievi l-prodott li hu relatat max-xerrej iżda huwa stabbilit fi Stat Membru li ma jikkorrispondix mal-post tal-istabbiliment tax-xerrej issuspettat li huwa involut fi prattika kummerċjali pprojbita, l-awtorità tal-infurzar ta' dak l-Istat Membru għandha tkun kompetenti biex tinvestiga prattiki kummerċjali inġusti mwettqa mix-xerrej. Min jirċievi l-prodotti għandu jitqies bħala responsabbli b'mod konġunt għal kwalunkwe ksur imwettaq.

 

3.   Meta x-xerrej ikun stabbilit barra mill-Unjoni, l-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru fejn il-fornitur ikun stabbilit għandha tkun kompetenti sabiex tinvestiga l-prattiki kummerċjali inġusti mwettqa kontra l-fornitur.

 

4.   L-awtorità kompetenti għandha wkoll tkun kompetenti biex tinvestiga prattiki kummerċjali inġusti relatati mal-forniment ta' servizzi marbuta mal-ftehim ta' forniment. Ix-xerrej u, skont il-każ, il-parti terza li tirċievi l-prodotti, għandhom jitqiesu konġuntament responsabbli għal kwalunkwe ksur imwettaq minn fornitur terz tas-servizzi relatati.

Ġustifikazzjoni

Din tittratta regoli ġurisdizzjonali u l-paragrafu 4 jiżgura li l-ftehimiet dwar is-servizzi jaqgħu taħt il-kontroll tal-awtoritajiet, u li l-operaturi mhux tal-UE ma jevitawx de facto l-ġurisdizzjoni tal-UE billi jirrifjutaw li jissottomettu d-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti (jekk huma ma joperawx fl-Istat Membru fejn tkun ibbażata l-awtorità, kwalunkwe multa jew rimedju adottati mill-awtorità jista' jagħti l-każ li ma jkunux infurzati). Dan il-paragrafu l-ġdid jiżgura li s-servizzi jsegwu l-kuntratt ta' forniment f'termini ta' ġurisdizzjoni u responsabbiltà konġunta, għalhekk, il-ftehimiet dwar is-servizzi ta' alleanzi internazzjonali se jiġu investigati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-membri tal-alleanza tal-UE u dawn tal-aħħar se jinżammu responsabbli flimkien mal-alleanza nnifisha (inkella, alleanza ta' xerrejja tal-UE bbażata fl-Isvizzera tista' sempliċiment tinjora r-riżoluzzjonijiet kollha tal-awtoritajiet kompetenti tal-UE sakemm ma jkollha l-ebda assi fit-territorju tal-awtorità kompetenti).

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

1.  Fornitur għandu jindirizza lment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita, jew lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur. F'dan il-każ tal-aħħar, l-awtorità tal-infurzar għandha tgħaddi l-ilment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej li jkun issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fornitur jista' jressaq ilment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej. L-awtorità tal-infurzar ta' dak l-Istat Membru għandha tgħaddi l-ilment lill-awtorità tal-infurzar tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit ix-xerrej li jkun issuspettat li kien involut fi prattika kummerċjali pprojbita.

Ġustifikazzjoni

Xi SMEs ma jistax ikollhom il-kapaċità li jindirizzaw l-ilmenti tagħhom f'pajjiżi differenti minn dak li huma stabbiliti fih. Għalhekk, huma għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu lill-awtorità tal-infurzar ta' pajjiżhom stess biex tintervjeni bħala interlokutur fil-proċess ta' akkwist.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment.

2.  L-organizzazzjonijiet tal-forniturijew l-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-fornituri li l-membru/i tagħhom jew il-membru/i tal-membri tagħhom iħossu li jkunu affettwati minn prattika kummerċjali pprojbita għandu jkollhom id-dritt li jissottomettu lment u li jkunu parti fil-proċedimenti.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun koerenti mat-termini użati fid-Direttiva, din id-dispożizzjoni għandha tirreferi għal assoċjazzjonijiet tal-fornituri. L-assoċjazzjonijiet li jippreżentaw l-ilmenti għandhom jiġu aċċettati bħala intervenjenti fil-proċedimenti. Fi Spanja, l-assoċjazzjonijiet li jippreżentaw ilmenti skont il-liġi tal-katina alimentari ma jgawdux minn dak l-istatus legali u, bħala konsegwenza, la l-vittmi individwali tal-UTPs (fattur ta' biża') u lanqas l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom m'għandhom aċċess għall-proċedimenti.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura, jekk tintalab dan mill-ilmentatur, il-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur u kwalunkwe informazzjoni oħra, li l-ilmentatur iħoss li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni f'talba possibbli għall-kunfidenzjalità.

3.  L-awtorità tal-infurzar għandha tiżgura l-kunfidenzjalità tal-identità tal-ilmentatur, kif ukoll informazzjoni oħra li l-ilmentatur iħoss li d-divulgazzjoni tagħha tkun ta' ħsara għall-interessi tiegħu. L-ilmentatur għandu jidentifika tali informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-ilmenti jkunu anonimi sabiex jiġi eliminat il-"fattur ta' biża'".

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-awtorità tal-infurzar tqis li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex taġixxi fuq ilment, għandha tinforma lill-ilmentatur dwar ir-raġunijiet.

4.  Fejn l-awtorità tal-infurzar tqis li ma jkunx hemm raġunijiet suffiċjenti sabiex taġixxi fuq ilment, għandha tinforma mingħajr dewmien lill-ilmentatur dwar ir-raġunijiet.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtorità tal-infurzar għandha tistabbilixxi perjodu ta' żmien raġonevoli biex tagħti bidu u twettaq l-investigazzjonijiet u, malli tlestihom, tieħu deċiżjoni motivata u tinforma lill-partijiet dwar id-deċiżjoni tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura perjodu raġonevoli biex jibdew, jitwettqu u jitlestew l-investigazzjonijiet u l-partijiet jiġu infurmati dwar id-deċiżjoni meħuda mill-awtorità tal-infurzar.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li tibda u twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja jew abbażi ta' lment;

(a)  li tibda u twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva proprja jew abbażi ta' lment, inklużi lmenti anonimi jew ilmenti minn informaturi;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li tirrikjedi lix-xerrejja u l-fornituri jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq l-investigazzjonijiet dwar il-prattiki kummerċjali pprojbiti;

(b)  li tirrikjedi lix-xerrejja u l-fornituri jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja biex twettaq l-investigazzjonijiet dwar il-prattiki kummerċjali pprojbiti li seħħew fir-relazzjoni kummerċjali u biex tivvaluta jekk humiex ipprojbiti jew jekk jiddevjawx minn prattiki kummerċjali tajbin;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li timponi multa pekunarja fuq l-awtur tal-ksur. Il-multa għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva b'kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur;

(d)  li timponi multa pekunarja u jekk meħtieġ sanzjonijiet oħra dissważivi fuq il-persuna fiżika jew ġuridika misjuba li tkun wettqet ksur ta' din id-Direttiva, skont il-liġi nazzjonali. Il-multa u, jekk meħtieġ, is-sanzjoni għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva b'kont meħud tan-natura, id-durata u l-gravità tal-ksur kif ukoll kwalunkwe ksur preċedenti jew ripetut ta' din id-Direttiva;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-punti (c) u (d);

(e)  li tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha fir-rigward tal-punti (c) u (d), inkluż il-valur tal-multa u, fejn possibbli, biex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-ilmentatur jekk dan jitlob hekk;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  li tinforma lix-xerrejja u lill-fornituri dwar l-attivitajiet tagħha, permezz ta' rapporti annwali, li fost l-oħrajn għandhom jiddeskrivu l-għadd ta' lmenti riċevuti u l-investigazzjonijiet mibdija u magħluqin minnha. Għal kull investigazzjoni, ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni sommarja tal-kwistjoni u l-eżitu tal-investigazzjoni.

(f)  li tinforma lix-xerrejja u lill-fornituri dwar l-attivitajiet tagħha, permezz ta' rapporti annwali, li fost l-oħrajn għandhom jiddeskrivu l-għadd ta' lmenti riċevuti u l-investigazzjonijiet mibdija u magħluqin minnha. Għal kull investigazzjoni, ir-rapport għandu jkun fih deskrizzjoni sommarja tal-kwistjoni, il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni u l-informazzjoni dwar l-eżitu tal-proċedura kif ukoll id-deċiżjoni meħuda u tipoloġija tal-prattiki kummerċjali inġusti identifikati.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Medjazzjoni jew mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim

 

1.   Mingħajr preġudizzju għas-setgħat u l-obbligi tal-awtoritajiet tal-infurzar stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu alternattiv ta' soluzzjoni tat-tilwim fil-każ ta' tilwima bejn fornitur u xerrej minħabba prattiki kummerċjali inġusti kif definiti fl-Artikolu 2.

 

2.   L-użu tal-medjazzjoni jew ta' mekkaniżmu alternattiv ta' soluzzjoni tat-tilwim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-fornitur li jressaq ilment, kif stabbilit fl-Artikolu 5.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6b

 

Penali

 

1.   L-Istati Membri għandhom jimponu penali għall-ksur ta' din id-Direttiva. L-ammont minimu tal-penali impost għandu jkun mill-inqas ta' 2 % tal-fatturat globali tax-xerrej skont l-aħħar rapport dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom.

 

2.   Fil-każ li xerrej jirrepeti l-istess prattika kummerċjali inġusta, l-ammont tal-penali impost għandu jkun ekwivalenti għal dak imsemmi fil-paragrafu 1 b'żieda ta' 20 % għal kull ksur repetut.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' dan l-Artikolu l-ġdid huwa l-istandardizzazzjoni tal-kriterji biex jiġu definiti l-penali fil-livell tal-UE, fuq l-eżempju ta' dispożizzjonijiet oħra tal-UE, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi nazzjonali dwar id-deċiżjoni tal-valur tas-sanzjoni.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri għandhom jifformaw flimkien netwerk ta' awtoritajiet pubbliċi li japplikaw it-termini tad-Direttiva f'kooperazzjoni mill-qrib. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi u tirrevedi modalitajiet ulterjuri għall-kooperazzjoni fin-netwerk, inklużi arranġamenti għal informazzjoni, konsultazzjoni u allokazzjoni ta' każijiet ta' prattiki kummerċjali transfruntiera inġusti.

Ġustifikazzjoni

Il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE hija kruċjali biex jiġi żgurat li prattiki kummerċjali inġusti li jinvolvu atturi minn diversi Stati Membri u atturi bbażati barra l-UE jiġu ttrattati b'mod ugwali, u li l-awtoritajiet tal-infurzar ikunu jistgħu jikkondividu l-informazzjoni, jallokaw każijiet ta' prattiki kummerċjali transfruntiera inġusti u jikkoordinaw l-approċċ tagħhom. Din il-proposta, li tistabbilixxi netwerk fil-livell tal-UE, hija bbażata fuq l-esperjenza tan-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni (ir-Regolament 1/2003).

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Osservatorji nazzjonali

 

1.   L-Istati Membri għandhom joħolqu osservatorji nazzjonali għall-monitoraġġ tal-funzjonament tal-katina agroalimentari.

 

2.   L-osservatorji nazzjonali għandhom tal-anqas:

 

(a)   jimmonitorjaw u jevalwaw prattiki kummerċjali inġusti, billi jwettqu sħarriġ u analiżi tas-suq;

 

(b)  jirrapportaw lill-awtorità tal-infurzar kwalunkwe ksur identifikat;

 

(c)   jelaboraw rapporti u rakkomandazzjonijiet; u

 

(d)   jassistu lill-awtoritajiet tal-infurzar fl-għoti ta' informazzjoni sabiex jikkonformaw mal-Artikoli 7 u 9.

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza tas-suq hija element ewlieni biex jiġi żgurat funzjonament tajjeb tal-katina tal-valur. Din l-għodda tkun utli ħafna wkoll biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fid-dawl tar-reviżjonijiet futuri tal-leġiżlazzjoni tal-UE u biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' data nazzjonali.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli mfassla sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, li jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3, 5, 6 u 7, bil-kundizzjoni li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

Biex jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli mfassla sabiex jikkumbattu l-prattiki kummerċjali inġusti, li jkunu aktar stretti minn dawk stabbiliti minn din id-Direttiva, bil-kundizzjoni li tali regoli nazzjonali jkunu kompatibbli mar-regoli dwar il-funzjonament tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tiżgura l-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-ikel, li tirrispetta s-sussidjarjetà fl-implimentazzjoni u li tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jmorru lil hinn fil-partijiet kollha tad-direttiva.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, id-dejta rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru konċernat fis-sena preċedenti.

1.  Sal-15 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva, b'enfasi partikolari fuq il-prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel. Dak ir-rapport għandu jinkludi, b'mod partikolari, id-data rilevanti kollha dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli skont din id-Direttiva fl-Istat Membru konċernat fis-sena preċedenti.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mhux qabel tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

1.  Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Fil-qafas ta' dik l-evalwazzjoni, għandha tiġi eżaminata l-ħtieġa ta' prattiki kummerċjali inġusti addizzjonali.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-evalwazzjoni għandha tivvaluta, iżda m'għandhiex tkun limitata:

 

(a)   għall-effettività fil-protezzjoni tal-atturi l-aktar dgħajfa fil-katina tal-provvista agrikola u tal-ikel minn prattiki kummerċjali inġusti;

 

(b)   għall-effettività tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-infurzar;

 

(c)   dwar jekk il-ħatra ta' regolatur Ewropew tkunx meħtieġa biex tiġi infurzata u mmonitorjata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-katina tal-provvista tal-ikel.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

Referenzi

COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

2.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

31.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Pilar Ayuso

29.5.2018

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

5

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Lukas Mandl, Jiří Maštálka, Susanne Melior, Rory Palmer, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Michel Dantin, Jørn Dohrmann, Eleonora Evi, Eleonora Forenza, Christophe Hansen, Rebecca Harms, Martin Häusling, Jan Huitema, Norbert Lins, Carolina Punset, Christel Schaldemose, Mihai Ţurcanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jacques Colombier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Alex Mayer, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Kathleen Van Brempt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

55

+

ALDE

Anneli Jäätteenmäki, Carolina Punset

ECR:

Mark Demesmaeker, Jørn Dohrmann, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

EFDD:

Evi Eleonora, Piernicola Pedicini

ENF :

Dominique Bilde, Jacques Colombier, Sylvie Goddyn

PPE:

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Michel Dantin, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, ELisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Lukas Mandl, Annie Schreijer-Pierik, Mihai Ţurcanu, Adina-Ioana Vălean

S&D:

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Karin Kadenbach, Alex Mayer, Susanne Melior, Rory Palmer, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Kathleen Van Brempt, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE:

Margrete Auken, Bas Eickhout, Rebecca Harms, Martin Häusling, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

5

-

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

John Procter

5

0

GUE/NGL:

Lynn Boylan, Stefan Eck, Eleonora Forenza, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel

Referenzi

COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

2.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

13.9.2018

ENVI

31.5.2018

IMCO

2.5.2018

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

5.7.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Paolo De Castro

17.4.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.4.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

1.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Esther Herranz García, Jan Huitema, Martin Häusling, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Michela Giuffrida, Elsi Katainen, Manolis Kefalogiannis, Gabriel Mato, Anthea McIntyre, Momchil Nekov, Molly Scott Cato, Vladimir Urutchev, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano

Data tat-tressiq

10.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Anthea McIntyre, James Nicholson

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

NI

Diane Dodds

PPE

Richard Ashworth, Daniel Buda, Michel Dantin, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Renata Briano, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Michela Giuffrida, Karine Gloanec Maurin, Momchil Nekov, Maria Noichl, Tibor Szanyi

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Molly Scott Cato

4

-

ECR

Jørn Dohrmann

EFDD

John Stuart Agnew

GUE/NGL

Matt Carthy

PPE

Albert Deß

2

0

GUE/NGL

Maria Lidia Senra Rodríguez

VERTS/ALE

Martin Häusling

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 24 ta' Ottubru 2018Avviż legali