Proċedura : 2018/0904(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0312/2018

Testi mressqa :

A8-0312/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2018 - 7.12

Testi adottati :

P8_TA(2018)0396

RAPPORT     
PDF 620kWORD 54k
11.10.2018
PE 628.539v01-00 A8-0312/2018

dwar il-proposta għall-ħatra ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(N8-0101/2018 - C8‑0424/2018 – 2018/0904(NLE))

Kumitat għall-Baġit

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteurs: Jean Arthuis, Roberto Gualtieri

(Laqgħat konġunti tal-kumitat – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Iliyana Tsanova
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(N8-0101/2018 - C8‑0424/2018 – 2018/0904(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tad-19 ta' Lulju 2018 għall-ħatra mill-ġdid ta' Viċi Direttur Amministrattiv tiegħu (C8‑0424/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0312/2018),

A.  billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprovdi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-BEI għal terminu fiss ta' tliet snin, li jista' jiġġedded għal darba, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.  billi, fid-19 ta' Lulju 2018, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fil-25 ta' Settembru 2018, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Iliyana Tsanova, il-kandidata proposta għall-kariga ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta din għamlet dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġbet il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.  Jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Iliyana Tsanova bħala l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Iliyana Tsanova

Profil

 

  Attwalment fil-kariga ta' Viċi Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), faċilità ta' garanzija ta' EUR 26 biljun ipprovduta mill-UE lill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment biex jappoġġja l-investimenti strateġiċi fl-UE. Responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-FEIS u tikkopresiedi l-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS.

  Aktar minn 10 snin esperjenza fis-settur bankarju għall-iżvilupp fi ħdan il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), Londra, ir-Renju Unit. Karigi miżmuma jinkludu dawk ta' Bankier Assoċjat għad-Direttur, fl-Inġinerija Finanzjarja u fil-Kofinanzjament tal-UE. Kellha għadd ta' karigi fuq bordijiet mhux eżekuttivi ta' fondi tal-infrastruttura u ta' kumpaniji tal-utilitajiet.

  Fl-2013 u l-2014 inħatret Viċi Prim Ministru responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Fondi tal-UE fi ħdan żewġ gvernijiet interim separati tal-Bulgarija.

  Sfond akkademiku fil-Finanzjament Korporattiv u Kummerċjali. Għandha Maġistru fil-Finanza mill-University for National and World Economy – Sofija, il-Bulgarija u ċertifikat postgradwatorju fl-Amministrazzjoni Finanzjarja minn Georgetown University – Washington DC, l-Istati Uniti tal-Amerka. Ħadmet fuq proġett ta' riċerka indipendenti dwar l-iżvilupp tal-finanzjament ipotekarju fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fl-ambitu ta' Borża ta' Studju għal Mistednin mogħtija minn Georgetown University u USAID lil professjonisti magħżula mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

 

Esperjenza

Jannar 2016-

preżent

Viċi Direttur Maniġerjali, Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, BEI, il-Lussemburgu

  Innominata mill-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS u maħtura wara seduta ta' smigħ mill-Parlament Ewropew.

  Flimkien mad-Direttur Maniġerjali, hija responsabbli għall-amministrazzjoni tal-FEIS u tikkopresiedi l-laqgħat tal-Kumitat tal-Investiment (IC) tal-FEIS. L-IC huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-użu tal-garanzija tal-UE għal self, garanziji u investimenti ta' ekwità skont il-politiki u l-linji gwida ta' investiment tal-FEIS.

  Responsabbli għall-implimentazzjoni u l-ksib tal-objettivi strateġiċi tal-FEIS permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp tal-BEI u l-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS. Tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi strateġiċi tal-FEIS;

  Tirrappreżenta lill-FEIS mal-partijiet ikkonċernati esterni, laqgħat ta' livell għoli, avvenimenti ta' diskussjoni u mezzi tax-xandir.

  Twettaq djalogu ta' politika relatat mal-użu effettiv tal-istrumenti finanzjarji, mal-oqfsa regolatorji u legali, ma' governanza effettiva u ma' orjentazzjoni strateġika.

 

Marzu 2015-Jannar 2016

 

Direttur, Kofinanzjament u Inġinerija Finanzjarja tal-UE, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Londra, Renju Unit

 

Responsabbli għall-iżvilupp ta' kooperazzjoni strateġika mal-Kummissjoni Ewropea (KE) biex jitfasslu u jiġu amministrati strumenti finanzjarji innovattivi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-iżvilupp urban, l-ambjent u l-finanzjament għall-klima kif ukoll il-finanzjament tal-SMEs. Tipprovdi konsulenza dwar il-politika relatata lill-KE, lill-awtoritajiet governattivi, lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lil klijenti oħrajn tal-BERŻ. Responsabbli għall-istabbiliment u r-reklutar ta' direttorat ġdid, għall-iżvilupp tal-objettivi strateġiċi tal-grupp u għall-iżvilupp tal-operat tiegħu. Tirrapporta direttament lill-Uffiċjal Kap Operattiv.

 

Awwissu 2014-

Novembru 2014

Viċi Prim Ministru responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Fondi tal-UE fi ħdan il-gvern interim tal-Bulgarija u maħtura mill-President tal-Bulgarija.

April 2009-Awwissu 2014

Bankiera Superjuri, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Grupp tal-Infrastruttura Ambjentali u Ambjentali, Londra, Renju Unit

  Kap tal-grupp għall-ħolqien, it-twettiq u l-implimentazzjoni tal-operat tal-investimenti fl-infrastruttura tad-dejn u tal-ekwità fix-Xlokk tal-Ewropa (SEE), l-Ukrajna u r-Russja.

  President tal-Bord tad-Diretturi tal-Fond għall-Iżvilupp tal-Infrastruttura Muniċipali SICAV, strument ta' investiment b'valur ta' EUR 100 miljun, li jipprovdi kondiviżjoni tar-riskju u finanzjament tad-dejn għall-investimenti fl-infrastruttura fil-Balkani tal-Punent. Rwol mexxej għall-iżvilupp kunċettwali u l-istabbiliment strutturali tal-fond kif ukoll il-ġbir tal-fondi.

  Membru tal-Bord tad-Diretturi ta' FLAG fil-Bulgarija, strument ta' investiment innovattiv li jipprovdi finanzjament varjat għal investimenti ta' infrastruttura muniċipali flimkien mal-Fondi ta' Koeżjoni u Strutturali tal-UE.

  Bejn l-2008 u l-2010 kienet membru tal-Bord tad-Diretturi ta' Sofia Water, strument bi skop speċjali li huwa responsabbli għall-provvista tal-ilma u s-servizzi tad-drenaġġ f'Sofija, Bulgarija u li huwa proprjetà b'maġġoranza ta' United Utilities, kumpanija elenkata fir-Renju Unit.

  Responsabbli għall-amministrazzjoni tar-relazzjonijiet u d-djalogu ta' politika mal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea, il-gvernijiet u l-awtoritajiet regolatorji fil-qasam tar-responsabbiltà.

 

Marzu 2013-Ġunju 2013

Viċi Prim Ministru u Ministru responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Fondi tal-UE fi ħdan il-gvern interim tal-Bulgarija u maħtura mill-President tal-Bulgarija.

 

 

April 2006-

April 2009

Bankiera Prinċipali, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Grupp tal-Infrastruttura Muniċipali u Ambjentali, Kwartieri Ġenerali f'Londra, ir-Renju Unit

  Enfasi ġeografika fuq il-Bulgarija, is-Serbja, il-Kroazja u r-Russja

  Tmexxija u amministrazzjoni ta' gruppi responsabbli għall-proġetti ta' strutturar, negozjar u implimentazzjoni ta' proġetti ta' investiment fil-qasam tal-ilma u tal-ilma mormi, il-ġenerazzjoni u l-provvista tal-elettriku u tal-enerġija għas-sħana, it-trasport pubbliku u l-immaniġġjar tal-iskart.

  Strutturar u finanzjament ta' Sħubijiet Pubbliċi-Privati (SPP). Rekord ta' suċċess bħala mexxeja ta' proġett fir-ristrutturar ta' proġett SPP ewlieni fir-reġjun bħala l-kap negozjatur permezz tal-amministrazzjoni ta' għadd sinifikanti ta' interessi (Kumpanija tal-Proġett, Konċedenti, Regolaturi, Azzjonisti, Kofinanzjaturi).

  Responsabbli b'mod prinċipali għall-amministrazzjoni tar-relazzjonijiet u tad-djalogu ta' politika fil-Bulgarija.

 

Frar 2003-April 2006

Bankiera Assoċjata, Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, Sofija, il-Bulgarija

Amministrazzjoni u implimentazzjoni ta' proġetti fl-oqsma tal-ferroviji, tat-trasport, tas-settur tal-ilma u tal-ajruporti, inkluż il-finanzjament ta' konċessjonijiet. Rwol ewlieni fit-tħejjija tal-istrateġija tal-operat tal-Bank għas-settur tal-infrastruttura fil-Bulgarija.

Awwissu 2001-Frar 2003

Deloitte, Konsultazzjoni u Litigazzjoni dwar Tilwim, Washington DC, l-Istati Uniti tal-Amerka u Servizzi ta' Assigurazzjoni u Konsulenza, Sofia, il-Bulgarija

Bdiet bħala intern ma' Deloitte Dispute Consulting Services f'Washington DC, l-Istati Uniti tal-Amerka. Kompliet bħala Awditur Superjur ma' Deloitte Audit and Advisory fil-Bulgarija. Ħadmet bħala parti minn grupp ta' awditjar fuq għadd ta' proġetti inkluż awditjar statutorju u internazzjonali. Għandha esperjenza ma' klijenti f'dawn l-industriji: assigurazzjoni, servizzi tal-banek, enerġija, kostruzzjoni, distribuzzjoni tal-petroleum u produzzjoni tat-tessuti.

 

Awwissu 1996-

Awwissu 2000

Commercial Bank Biochim (attwalment UniCredit Bulbank), Sofija, il-Bulgarija

Bdiet bħala Maniġer tal-Kontijiet li toffri servizzi ta' kontijiet korporattivi, konsulenza u pariri professjonali. Fl-1998 ġiet promossa għal Analist Finanzjarju Superjuri responsabbli għall-ibbaġitjar u l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. Toffri soluzzjonijiet għar-ristrutturar u l-konsolidazzjoni tal-fergħat. Membru tal-grupp ewlieni li jmexxi l-iżvilupp tal-prodotti u li ħoloq il-Manwal għall-Prodotti ta' Biochim.  

Sfond akkademiku

Awwissu 2000-Awwissu 2001

Akkademiku Mistiedna Georgetown University u George Washington University. Washington DC, l-Istati Uniti tal-Amerka

Borża ta' Studju għal Mistednin mogħtija minn Georgetown University u USAID lil professjonisti magħżula mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Korsijiet postgradwatorji fil-Finanzjament Korporattiv, fil-Previżjoni Applikata u l-Analiżi ta' Serje Kronoloġiċi, fl-Analiżi Avvanzata ta' Dikjarazzjonijiet Finanzjarji, fl-Amministrazzjoni Finanzjarja, fl-Analiżi tal-Investiment u fl-Amministrazzjoni ta' Portafoll. Proġett ta' riċerka indipendenti fil-qasam tal-iżvilupp tas-Self Ipotekarju f'pajjiżi tranżitorji.

Awwissu 1994-Diċembru 1998

Maġistru fil-Finanza. University for National and World Economy. Sofija, BG

Studjat korsijiet fil-Finanzi, il-Kontabilità, l-Investimenti, is-Servizzi Bankarji u l-Liġi. Enfasi fuq il-Finanzjament Korporattiv.

Kwalifiki u premji oħra

Ħiliet

Software kummerċjali: Microsoft Office Suite (Word, Excel)

Premji

Borża ta' Studju għal Mistednin, mogħtija minn Georgetown University u USAID għal studju u riċerka postgradwatorji, Washington DC, l-Istati Uniti tal-Amerka.

Innominata għall-premju Young Global Leader tal-Forum Ekonomiku Dinji għas-sena 2015.

Lingwi

Bulgaru - livell nattiv. Ingliż - għarfien tajjeb. Russu - livell intermedju.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-ħatra tal-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS

Referenzi

2018/0904(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

26.7.2018

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

4.10.2018

ECON

4.10.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jean Arthuis

25.9.2018

Roberto Gualtieri

25.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Pervenche Berès, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, Markus Ferber, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Ingeborg Gräßle, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Jan Olbrycht, Stanisław Ożóg, Paul Rübig, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Peter Simon, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Ashley Fox, Ramón Jáuregui Atondo, Jan Keller, Thomas Mann, Nils Torvalds, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

11.10.2018

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali