Proċedura : 2018/2046(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0313/2018

Testi mressqa :

A8-0313/2018

Dibattiti :

PV 22/10/2018 - 14
CRE 22/10/2018 - 14

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2018 - 11.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0404

RAPPORT     
PDF 1486kWORD 207k
11.10.2018
PE 626.971v01-00 A8-0313/2018(Parti 1)

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(11737/2018 – C8-0410/2018 – 2018/2046(BUD))

Parti 1: Mozzjoni għal riżoluzzjoni

Kumitat għall-Baġits

Rapporteurs: Daniele Viotti (Taqsima III – Kummissjoni)

Paul Rübig (taqsimiet oħra)

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (11737/2018 – C8-0410/2018 – 2018/2046(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(4) ("ir-Regolament dwar il-QFP"),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit(6),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019(7),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat mill-Kummissjoni fil-21 ta' Ġunju 2018 (COM(2018)0600),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2018 u li ntbagħtet lill-Parlament fit-13 ta' Settembru 2018 (11737/2018 – C8-0410/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz tal-baġit 2019(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 88 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0313/2018),

Taqsima III

Ħarsa ġenerali

1.  Jenfasizza li l-qari tal-Baġit 2019 min-naħa tal-Parlament jirrifletti bis-sħiħ il-prijoritajiet politiċi adottati b'maġġoranza assoluta fir-riżoluzzjonijiet tiegħu msemmija hawn fuq tal-15 ta' Marzu 2018 dwar il-linji gwida ġenerali u tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-mandat għat-trilogu; ifakkar li fil-qalba ta' dawn il-prijoritajiet hemm: it-tkabbir sostenibbli, l-innovazzjoni, il-kompetittività, is-sigurtà, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tar-rifuġjati u tal-flussi migratorji, il-ġestjoni tal-flussi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni lejn enerġija sostenibbli, u enfasi partikolari fuq iż-żgħażagħ;

2.  Jenfasizza li qabel l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, din tal-aħħar teħtieġ ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex tirrispondi għall-aspettattivi taċ-ċittadini, biex tkun tista' tindirizza b'mod effikaċi d-diversi prijoritajiet imsemmija hawn fuq u tegħleb l-isfidi li qed tiffaċċja, u biex ittejjeb il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tagħha;

3.  Jirrimarka li ċ-ċittadini tal-Ewropa jistennew li l-Unjoni tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura t-tkabbir ekonomiku u trawwem il-ħolqien tal-impjiegi b'mod uniformi fir-reġjuni kollha tagħha; ifakkar li l-issodisfar ta' dawn l-aspettattivi jirrikjedi investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni, l-infrastruttura u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u li tippromwovi l-impjiegi, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ tal-Ewropa; jesprimi diżapprovazzjoni dwar il-fatt li l-Kunsill għal darb'oħra qed jipproponi tnaqqis għal dawk il-programmi li huma mfassla biex l-ekonomija tal-Unjoni ssir aktar kompetittiva u innovattiva; jenfasizza wkoll li ħafna minn dawn il-programmi, pereżempju Orizzont 2020, jirċievu għadd ta' talbiet ferm akbar milli kien ippjanat, u dan jikkostitwixxi użu ħażin ta' riżorsi u jfisser li ħafna proġetti eċċellenti ma jirċivux finanzjament; jenfasizza wkoll il-fatt li l-programmi bħall-Erasmus+, Orizzont 2020 u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (COSME) jipprovdu dimostrazzjoni ħajja tal-vantaġġi tal-kooperazzjoni madwar l-Unjoni u jgħinu biex jinħoloq sens ta' appartenenza Ewropea; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-Erasmus+ u jsaħħaħ il-programmi li jikkontribwixxu għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, inkluż Orizzont 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) u COSME;

4.   Itenni l-impenn tiegħu lejn il-wegħdiet li għamel waqt in-negozjati tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), jiġifieri li jiġi minimizzat l-impatt tat-tnaqqis relatat mal-FEIS fuq Orizzont 2020 u l-FNE fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali; jipproponi, għalhekk, li dak it-tnaqqis jiġi kkumpensat billi l-profil annwali oriġinali ta' dawn iż-żewġ programmi jerġa' jiġi kif kien, sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu kompletament l-objettivi miftiehma matul l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti; 

5.  Jenfasizza li l-livell tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa aktar baxx milli fis-snin preċedenti, iżda għadu għoli b'mod inaċċettabbli f'ċerti Stati Membri speċjalment fir-reġjuni li għadhom lura ekonomikament, u li l-qagħda taż-żgħażagħ f'sitwazzjonijiet NEET (barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ), u ta' dawk qiegħda fit-tul, hija partikolarment inkwetanti; jenfasizza li ż-żgħażagħ huma l-aktar f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali u ekonomika; jiddeċiedi għalhekk li jsaħħaħ l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) lil hinn mil-livell propost mill-Kummissjoni; jenfasizza li tali tisħiħ ma għandu bl-ebda mod jitqies bħala forniment minn qabel tal-allokazzjoni tal-YEI approvata fil-kuntest tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP; Jissottolinja, madankollu, li l-YEI għandha tittejjeb aktar u ssir aktar effiċjenti biex iżżid il-valur miżjud Ewropew tagħha għall-politiki dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ fl-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġi żgurat li ma tissostitwixxix il-finanzjament tal-politiki nazzjonali preċedenti;

6.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp u t-tkabbir tal-Unjoni u fil-konverġenza fl-Istati Membri u r-reġjuni; jenfasizza l-impenn li ħa l-Parlament biex jiżgura approprjazzjonijiet adegwati għal dawk il-programmi li jirrappreżentaw politika ewlenija tal-Unjoni;

7.   Jiddispjaċih li, skont il-projezzjonijiet kurrenti, se jkunu ddedikati biss 19,3 % tal-baġit tal-Unjoni tal-2014 – 2020 għall-miżuri relatati mal-klima, u b'hekk l-objettiv ta' 20 %, stabbilit qabel il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, mhux se jintlaħaq minn qabel il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; jifhem li dan huwa dovut l-aktar għad-dewmien fil-politika ta' koeżjoni u l-programmi tal-iżvilupp rurali; iħeġġeġ lill-Istati Membri, li jiġġestixxu dawn il-programmi, biex iħaffu l-implimentazzjoni tagħhom b'enfasi fuq l-infiq relatat mal-klima sabiex jikkumpensaw għall-allokazzjonijiet aktar baxxi li jkunu saru matul l-ewwel snin tal-QFP; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta' azzjoni fi ħdan programmi li għandhom potenzjal enormi li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira ta' nfiq relatat mal-klima; jitlob ukoll li jkun hemm eżerċizzju ta' konsolidazzjoni robust u annwali biex isir progress lejn il-mira ta' integrazzjoni, b'salvagwardji konkreti u koerenti li jiggarantixxu li deċiżjonijiet baġitarji reżistenti għat-tibdil fil-klima jkunu konformi mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi, u jkun hemm rappurtar komprensiv biex jiġu mnedija inizjattivi jekk il-miri ma jintlaħqux;

8.  Jissottolinja l-fatt li l-Intestatura 3 fil-parti l-kbira tagħha ġiet mobilizzata f'dawn l-aħħar snin biex tiġi indirizzata l-isfida migratorja u tar-rifuġjati u li tali azzjonijiet għandhom jitkomplew u jiġu msaħħa kemm jista' jkun u għal kemm ikun meħtieġ; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja b'mod attiv l-adegwatezza tal-allokazzjonijiet taħt l-Intestatura 3 u tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti disponibbli kollha biex twieġeb fil-ħin għal kwalunkwe avveniment mhux previst li jista' jirrikjedi finanzjament addizzjonali fil-qasam tal-migrazzjoni b'attenzjoni speċjali għall-każ tar-reġjuni insulari li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jiddeċiedi li jsaħħaħ il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) biex ikopri bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-migrazzjoni, b'mod partikolari biex jappoġġa lill-Istati Membri fit-titjib tal-kundizzjonijiet ta' akkoljenza, il-miżuri ta' integrazzjoni u l-prattiki għal dawk li jfittxu l-asil u l-migranti, u t-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri u strateġiji ta' ritorn ġusti u effikaċi; jinnota, għal darb'oħra, li l-limitu massimu tal-Intestatura 3 mhuwiex adegwat biex jipprovdi finanzjament xieraq għad-dimensjoni interna ta' dawk il-prijoritajiet, kif ukoll għal programmi ta' prijorità oħrajn, pereżempju fl-oqsma tas-saħħa, is-sikurezza tal-ikel, is-sigurtà, il-ġustizzja, iċ-ċittadinanza u l-kultura; iqis li l-awtoritajiet lokali b'rieda li jappoġġaw il-Programm tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni għandhom ikomplu jiġu appoġġati permezz ta' fergħa ta' ġestjoni diretta tal-AMIF;

9.  Jinsisti li fid-dawl tat-tħassib riċenti ta' sigurtà madwar l-Unjoni, il-finanzjament taħt l-Intestatura 3 għandu jagħti wkoll attenzjoni partikolari lil miżuri li se jwasslu biex tissaħħaħ is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni; jiddeċiedi, għal din ir-raġuni, biex jsaħħaħ l-aġenziji fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bħall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (EUROPOL), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira (eu-LISA), l-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) li, minħabba żieda fil-volum tax-xogħol u kompiti addizzjonali, kienu qed jiffaċċjaw nuqqas ta' persunal u finanzjament f'dawn l-aħħar snin;

10.  Itenni li parti mis-soluzzjoni tal-isfida migratorja u tar-rifuġjati kif ukoll tat-tħassib dwar is-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni tinsab fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u fl-allokazzjoni ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti għal strumenti interni u esterni li għandhom l-għan li jindirizzaw kwistjonijiet bħall-faqar, in-nuqqas ta' impjiegi, l-edukazzjoni u l-opportunitajiet ekonomiċi, l-instabbiltà, il-kunflitt u t-tibdil fil-klima fil-Viċinat Ewropew u l-Afrika; hu tal-fehma li l-Unjoni għandha tagħmel l-aħjar użu tal-mezzi finanzjarji taħt l-Intestatura 4 li wrew li kienu insuffiċjenti biex jiġu indirizzati bl-istess mod l-isfidi esterni kollha;

11.  Jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw l-Istati Membri minħabba l-fluss kbir ta' migranti u persuni li qed ifittxu l-asil; jiddispjaċih li sa issa l-isforzi kollha biex tiġi stabbilita skema tal-migranti ġusta u umana fil-livell tal-Unjoni ma rnexxewx;

12.  Jiddispjaċih li l-Parlament ma kienx involut b'mod xieraq fid-diskussjonijiet dwar l-estensjoni tal-Faċilità għar-Rifuġjati fit-Turkija (FRT); itenni l-pożizzjoni tiegħu li ilu jħaddan li inizjattivi ġodda ma jridux jiġu ffinanzjati għad-detriment ta' proġetti esterni eżistenti tal-Unjoni; isostni, filwaqt li jfakkar fl-appoġġ tiegħu għall-kontinwazzjoni tal-FRT, li, minħabba s-sitwazzjoni mġebbda taħt l-Intestatura 4 għal reazzjoni għal sfidi esterni, inkluża l-migrazzjoni, il-baġit tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tat-tieni porzjon bl-istess proporzjon bħal tal-ewwel wieħed, jiġifieri EUR 1 biljun, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu EUR 2 biljun għall-finanzjament tiegħu;

13.  Ireġġa' lura t-tnaqqis kollu propost mill-Kunsill għall-Abbozz ta' Baġit 2019 (AB 2019) fl-intestaturi kollha, b'eċċezzjonijiet limitati fl-Intestatura 4 u s-subintestatura 1b; jirrifjuta li jaċċetta t-tnaqqis propost għall-programmi bl-ogħla valur miżjud Ewropew, pereżempju it-tnaqqis għal Orizzont 2020 u għall-FNE, żewġ programmi li diġà huma affettwati minn riallokazzjonijiet għall-FEIS, jew il-biċċa l-kbira tat-tnaqqis għall-politiki esterni; jenfasizza li l-loġika wara t-tnaqqis tal-Kunsill mhijiex sostanzjata miċ-ċifri ta' implimentazzjoni reali u ma tikkunsidrax ix-xejriet ta' implimentazzjoni differenti ta' ċerti programmi;

14.  Jikkonkludi li, għall-fini ta' finanzjament adegwat għall-ħtiġijiet urġenti kollha, u meta jitqiesu l-marġnijiet stretti ħafna jew ineżistenti taħt xi intestaturi fl-2019, ikun meħtieġ li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli fir-Regolament dwar il-QFP f'termini ta' flessibbiltà; jistenna li l-Kunsill jikkondividi dan l-approċċ u li ftehim ikun faċli jintlaħaq fil-konċiljazzjoni, biex b'hekk l-Unjoni tkun tista' taħtaf l-opportunità u tirrispondi b'mod effikaċi għall-isfidi li ġejjin, b'mod partikolari minħabba li l-konċiljazzjoni ta' din is-sena se tkun l-aħħar waħda qabel l-elezzjonijiet Ewropew f'Mejju 2019;

15.  Jistabbilixxi l-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet għall-2019 għal EUR 166 340 415 936 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 149 349 039 470 f'approprjazzjonijiet ta' pagament, li jfisser żieda ta' EUR 721 061 034 f'approprjazzjonijiet ta' impenn meta mqabbel mal-AB 2019;

Subintestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

16.  Jirrifjuta t-tnaqqis mhux ġustifikat min-naħa tal-Kunsill ta' EUR 794 miljun għas-subintestatura 1a, li jirrappreżenta ftit aktar minn nofs it-tnaqqis kumplessiv tal-Kunsill f'impenji fl-intestaturi tal-QFP; jinnota li dan it-tnaqqis imur kontra l-prijoritajiet politiċi li ddikjara l-Kunsill; huwa mħasseb ukoll dwar il-fatt li dawn jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tal-programmi li għandhom rwol vitali fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, li jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-ekonomija;

17.  Jindika f'dan ir-rigward il-programmi bħal Orizzont 2020 u l-FNE u l-programmi spazjali ewlenin, bħal Copernicus, li jipprovdu valur miżjud Ewropew b'saħħtu ħafna; jiddeplora t-tnaqqis sinifikanti propost mill-Kunsill fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni b'impatt negattiv kbir ħafna fuq Orizzont 2020, u jiddeplora b'mod speċjali t-tnaqqis f'linji baġitarji rilevanti bħat-Tisħiħ tar-riċerka f'teknoloġiji futuri u emerġenti u t-Tisħiħ tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka; jinnota wkoll li ħafna minn dawn il-programmi jagħtu kontribut importanti għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u jqis li jeħtieġ li jissaħħaħ tali kontribut; jiddeċiedi għalhekk li jiġi rrevokat it-tnaqqis kollu li għamel il-Kunsill u, barra minn hekk, jitreġġa' lura kompletament il-profil oriġinali ta' Orizzont 2020 u l-linji tal-FNE li tnaqqsu għall-għoti tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS;

18.  Ifakkar li l-Erasmus+ jibqa' programm ta' valur kbir u popolari ħafna li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim u t-taħriġ vokazzjonali taż-żgħażagħ, kif jidher mill-volum tal-applikazzjonijiet riċevuti, li jaqbeż b'ħafna l-finanzjament disponibbli, u jinnota wkoll li jgħin fit-trawwim ta' sens b'saħħtu ta' identità Ewropea u jħeġġeġ liż-żgħażagħ jieħdu sehem fid-demokrazija Ewropea; jiddispjaċih ħafna li l-abbozz tal-baġit tal-2019 għall-Erasmus+ ma jissodisfax l-aspettattivi tal-Parlament, u naqas milli jmur lil hinn miċ-ċifri pprogrammati taħt il-QFP kurrenti; iqis li huwa għalhekk essenzjali li jissaħħu l-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ tal-Erasmus+, bħala konsegwenza tat-tisħiħ tal-YEI taħt is-subintestatura 1b;

19.  Ifakkar fl-importanza li jitrawmu sinerġiji estensivi bejn l-FNE Trasport u l-FNE Diġitali sabiex jiġi mmassimizzat l-ingranaġġ finanzjarju għall-proġetti li għandhom l-għan li jagħtu spinta lid-diġitalizzazzjoni tal-kurituri TEN-T;

20.  Jenfasizza għal darb'oħra l-fatt li l-SMEs huma parti essenzjali mill-ekonomija tal-Unjoni u għandhom rwol kruċjali fil-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni kollha; jemmen li hemm il-ħtieġa li jinħoloq ambjent tan-negozju favorevoli għall-SMEs, kif ukoll li jiġu appoġġati r-raggruppamenti u n-netwerks tal-SMEs, li jiġu appoġġati wkoll kumpaniji kooperattivi bi prattiki soċjali, ta' solidarjetà u etiċi; jinnota bi tħassib kbir, madankollu, it-tnaqqis propost mill-Kunsill fl-istrument għall-SMEs, li jibgħat sinjal kontradittorju lin-negozji fl-Unjoni; iqis li l-baġit tal-Unjoni u l-appoġġ tagħha għall-aċċess għal finanzjament, in-negozji ġodda u l-mikrointrapriżi jistgħu jkunu għodda ewlenija biex l-SMEs isiru aktar kompetittivi u aktar innovattivi u titrawwem l-intraprenditorija fl-Unjoni; ifakkar f'dan ir-rigward f'COSME u Orizzont 2020;

21.  Jiddeċiedi, għalhekk, li jissaħħu ulterjorment, lil hinn mill-AB 2019 u mill-profili inizjali ta' qabel il-FEIS, dawk il-programmi li huma essenzjali biex jagħtu spinta lit-tkabbir u l-impjiegi u li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u li jirriflettu b'mod wiesa' l-prijoritajiet tal-Unjoni li ntlaħaq qbil dwarhom, jiġifieri Erasmus+, Orizzont 2020 (inklużi Marie Curie, ir-rwol ta' tmexxija fl-ispazju, il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-Istrument għall-SMEs), COSME, il-FNE u l-EaSI;

22.  Iżid għalhekk il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għas-subintestatura 1a lil hinn mill-AB 2019 b'EUR 566 773 112 (minbarra t-treġġigħ lura għal qabel il-FEIS, kumpens għall-proposta tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji), biex jiġu ffinanzjati fi ħdan il-marġni disponibbli kif ukoll b'mobilizzazzjoni ulterjuri tal-Marġni Globali għall-Impenji;

23.  Jilqa' l-impenn għal aġenda mġedda tal-Unjoni fil-qasam tad-difiża, primarjament permezz tal-ftehim dwar il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża (EDIDP); jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jagħti attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tal-ftehimiet li jinsabu fl-EDIDP u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, li għandhom jiġu stabbiliti fl-Ittra Emendatorja, li għandha tinħareġ mill-Kummissjoni f'Ottubru 2018;

Subintestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

24.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rata dejjem tonqos tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fil-livell tal-Unjoni b'14,8 % (mill-1 ta' Ottubru 2018), iżda jiddispjaċih li l-livell xorta għadu għoli b'mod inaċċettabbli f'ċerti Stati Membri; jenfasizza li, sabiex tiġi indirizzata dik il-kwistjoni, hu ferm importanti li jkun żgurat finanzjament adegwat ta' skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ permezz tal-YEI u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE); jilqa' l-ftehim dwar il-ħtieġa li jingħata finanzjament ġdid għall-YEI, u l-inklużjoni tal-approprjazzjonijiet korrispondenti fl-AB 2019; iqis madankollu li, fid-dawl tal-isfidi u r-riskji kkawżati mill-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-YEI għandha tibbenefika minn żieda fl-approprjazzjonijiet u għaldaqstant jiddeċiedi li jżid l-impenji għall-YEI għal EUR 580 miljun fl-2019; iqis li dik iż-żieda hija addizzjonali għall-ammont għall-YEI attwalment ipprogrammat għall-perjodu 2014-2020;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni tiġi aċċellerata biex tlaħħaq mad-dewmien; jinnota li għalkemm il-Kunsill ma ddubitax il-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kif propost mill-Kummissjoni, il-Parlament se jeżamina bir-reqqa l-previżjonijiet aġġornati tal-Kummissjoni, li jaġġusta l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal bżonnijiet reali sabiex jevita r-rikostituzzjoni ta' pagamenti pendenti fi tmiem il-QFP kurrenti;

26.  F'konformità mal-ftehim milħuq dwar ir-reviżjoni tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP), jaqbel mat-trasferiment ta' EUR 40 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 17,2 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament mis-subintestatura 1b għall-Intestatura 2;

Intestatura 2 – Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

27.  Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni għal żieda fl-approprjazzjonijiet sabiex jiġu ffinanzjati l-ħtiġijiet tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) tirriżulta l-aktar minn ammont ħafna aktar baxx ta' dħul assenjat mistenni li jkun disponibbli fl-2019;

28.  Jinnota t-tnaqqis tal-Kunsill ta' EUR 310 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn (-0,52 % meta mqabbel mal-AB 2019) u EUR -328,13 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament (-0,57 % meta mqabbel mal-AB 2019), iżda jqis li l-Ittra Emendatorja tal-Kummissjoni għandha tibqa' l-bażi għal kwalunkwe reviżjoni affidabbli tal-approprjazzjonijiet tal-FAEG u jreġġa' lura l-livelli tal-AB 2019 skont dan, sakemm issir eżaminazzjoni ta' dik l-Ittra Emendatorja f'konċiljazzjoni;

29.   Jiddeċiedi li jżid il-finanzjament għall-appoġġ ta' emerġenza b'mod partikolari għall-majjal kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer biex jonqos l-impatt negattiv fuq il-bdiewa u l-impjegati fir-reġjuni l-aktar milquta mill-marda; jiddeċiedi li jesprimi l-appoġġ b'saħħtu tiegħu għas-settur agrikolu fl-Unjoni billi jżid l-approprjazzjonijiet għall-frott u l-ħxejjex, sabiex jiġu indirizzati l-effetti tal-kriżi fis-settur u l-effetti tal-embargo Russu, kif ukoll għal miżuri li jindirizzaw l-effetti tal-plaques xilella fastidiosa u l-volatilità tal-prezz taż-żejt taż-żebbuġa;

30.  Jindika r-rwol essenzjali tal-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel biex jgħinu lill-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu deċiżjonijiet infurmati, ibbażati fuq ix-xjenza dwar il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent u s-saħħa pubblika, filwaqt li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni;

31.  Jiddeċiedi li jipproponi żieda ta' EUR 20 miljun 'il fuq mil-livell tal-AB 2019 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) biex jippromwovi l-innovazzjoni fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija u biex jiżgura l-profittabbiltà u s-sostenibbiltà tal-għajxien f'dawn is-setturi fil-ġejjieni;

32.  Jiddeċiedi, f'konformità mal-miri tiegħu tal-Ewropa 2020 u mal-impenji internazzjonali tiegħu biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, li jipproponi żieda ta' EUR 15,6 miljun 'il fuq mil-livell tal-AB 2019 għal azzjonijiet relatati mal-klima; barra minn hekk, ifakkar fl-impenji li ħadet l-Unjoni biex twaqqaf u treġġa' lura t-tnaqqis tal-bijodiversità u jenfasizza li din iż-żieda tikkontribwixxi wkoll għall-protezzjoni tal-bijodiversità;

33.  Jiddeċiedi, fid-dawl tal-konklużjoni pożittiva tan-negozjati dwar ir-reviżjoni tal-SRSP, li jneħħi r-riżerva tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti trasferiti mis-subintestatura 1b;

34.  Jirrimarka dwar l-effetti tan-nixfa estrema li qed taffettwa lill-Istati Membri f'dawn l-aħħar xhur, li qed tikkawża telf konsiderevoli għall-agrikoltura u li qed tipperikola għadd kbir ta' negozji, u jenfasizza f'dak ir-rigward il-ħtieġa li jiġu garantiti miżuri ta' appoġġ immirati biex jgħinu lill-bdiewa li jkunu ntlaqtu l-agħar;

35.  Jiddeċiedi li juża l-massimu ta' approprjazzjonijiet għall-programmi POSEI jibqgħu previsti fir-Regolament rilevanti(9), filwaqt li tiġi ssottolinjata r-rilevanza ta' dawk il-programmi għar-reżiljenza tal-produtturi agrikoli, u jenfasizza s-sitwazzjoni ekonomika fraġli tar-reġjuni ultraperiferiċi;

36.   Iżid, għalhekk, l-approprjazzjonijiet ta' impenn b'EUR 154,1 miljun, li jeskludi l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji filwaqt li jħalli marġni ta' EUR 190,8 miljun taħt il-limitu massimu għall-impenji fl-Intestatura 2;

Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza

37.  Itenni l-konvinzjoni tiegħu stabbilita għal żmien twil li l-limitu massimu għall-Intestatura 3 ma kienx biżżejjed biex jiffinanzja b'mod adegwat id-dimensjoni interna tal-isfidi essenzjali relatati, minn naħa, mas-sigurtà interna u s-sikurezza taċ-ċittadini, u min-naħa l-oħra, mar-rifuġjati u l-migrazzjoni;

38.  Jistenna li l-pressjoni fuq is-sistemi ta' migrazzjoni u asil ta' dawk l-Istati Membri, kif ukoll fuq il-fruntiera tagħhom, se tibqa' għolja fl-2019, kif ukoll fis-snin ta' wara, u għalhekk hu tal-fehma li hu meħtieġ finanzjament addizzjonali fil-qasam tar-rifuġjati u l-migrazzjoni, kif ukoll fid-dawl ta' kwalunkwe ħtiġijiet futuri mhux prevedibbli f'dak il-qasam; isaħħaħ għalhekk l-AMIF rigward l-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u t-tisħiħ ta' strateġiji ta' ritorn ġusti u effikaċi, b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-Istati Membri fit-titjib ta' miżuri ta' integrazzjoni għar-rifuġjati u l-migranti, speċjalment it-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati;

39.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-AMIF favur il-finanzjament tal-leġiżlazzjoni l-ġdida ta' Dublin II (bis-suppożizzjoni li din tiġi adottata sa tmiem l-2018) u jirrifjuta d-deċiżjoni tal-Kunsill li l-approprjazzjonijiet korrispondenti jitqiegħdu f'riżerva;

40.  Jissottolinja li s-sigurtà interna trid tibqa' waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni u jenfasizza r-rwol tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) bħala l-istrument finanzjarju ewlieni għall-appoġġ tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità; jiddeċiedi għalhekk li jżid l-approprjazzjonijiet baġitarji tal-ISF, kif ukoll li jsaħħaħ l-appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri u li jipprovdi assistenza lill-vittmi ta' atti terroristiċi;

41.  Jindika r-rwol essenzjali tal-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini tal-Unjoni; jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet baġitarji u l-persunal tal-EUROPOL, is-CEPOL, l-eu-LISA, l-Eurojust u l-UPPE;

42.  Jinsisti, f'dan il-kuntest, li l-UPPE jiġi ffinanzjat b'mod adegwat u jkollu biżżejjed persunal; jinnota li fl-AB 2019, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tammonta għal total ta' EUR 4 911 000; jirrimarka li din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq relatat mal-persunal, l-infrastruttura, infiq amministrattiv ieħor u l-infiq operattiv tal-UPPE; jinnota li 35 post tax-xogħol biss huma previsti, li jimplika li wara t-tnaqqis ta' postijiet tax-xogħol ta' 23 Prosekutur Ewropew, 12-il post tax-xogħol biss huma previsti għal kompiti amministrattivi; iqis li dan mhuwiex realistiku, b'mod partikolari fir-rigward taż-żewġ Stati Membri addizzjonali li reċentement iddeċidew li jissieħbu fl-UPPE; jiddeċiedi, għalhekk, li jantiċipa ż-żieda fil-persunal prevista għall-2020, u li jallinja l-klassifikazzjoni tal-Prosekutur Ewlieni u l-Prosekuturi Ewropej għal dawk tal-livell maniġerjali tal-OLAF u l-Europol;

43.  Jiddispjaċih bit-tnaqqis arbitrarju li għamel il-Kunsill li ammonta għal aktar minn EUR 35 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn f'bosta programmi fil-qasam tal-kultura, iċ-ċittadinanza, il-ġustizzja u is-saħħa pubblika, minkejja r-rati ta' implimentazzjoni eċċellenti ta' dawn il-programmi u l-livelli diġà insuffiċjenti ta' finanzjament li jħallu ħafna proġetti ta' kwalità għolja mingħajr finanzjamenti; ireġġa' l-linji kollha lura tal-inqas għal-livell tal-abbozz ta' baġit filwaqt li jipproponi żidiet addizzjonali fil-linji rilevanti;

44.  Jenfasizza l-valur tal-Ewropa Kreattiva bl-appoġġ tagħha għas-setturi awdjoviżivi u kulturali tal-Unjoni u jinsisti li l-livelli ta' finanzjament għandhom jaqblu mal-ambizzjonijiet tal-programm; jitlob għal żieda fl-approprjazzjonijiet tal-kumitati għas-sottoprogrammi MEDIA u Kultura, inter alia biex jindirizzaw ir-rati ta' suċċess baxxi fl-applikazzjonijiet; iżid ukoll l-approprjazzjonijiet għall-azzjonijiet multimedjali u għat-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tal-SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

45.  Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-programmi tad-drittijiet, l-ugwaljanza, iċ-ċittadinanza u l-ġustizzja; jiddeċiedi li jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal strumenti li jindirizzaw in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza b'mod ġenerali, u speċifikament il-programm Daphne, u li jiġġieled il-vjolenza abbażi tas-sess u jinforza d-drittijiet tan-nisa u tal-LGBTQI+;

46  Ifakkar li proġetti relatati mal-kultura u l-edukazzjoni huma appoġġati b'firxa ta' programmi u strumenti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE, FEIS u Orizzont 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji ta' bejn il-programmi sabiex tiggarantixxi l-effikaċja tal-infiq; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, biex tisfrutta b'mod sħiħ is-sinerġiji potenzjali li jeżistu bejn id-diversi programmi tal-Unjoni – bħal Orizzont 2020, il-FNE, l-Erasmus+, l-EaSI, l-Ewropa Kreattiva u l-COSME, il-FEIS u l-Fondi SIE – biex tappoġġa aktar proġetti fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi;

47.  Isaħħaħ l-Intestatura 3 b'EUR 127,75 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn fir-rigward tal-abbozz ta' baġit, għajr għall-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji, u jipproponi li dan it-tisħiħ ikun iffinanzjat bis-saħħa ta' mobilizzazzjoni ulterjuri ta' strumenti speċjali;

Intestatura 4 – Ewropa Globali

48.  Jenfasizza li l-isfidi ġeopolitiċi kumplessi li l-Unjoni qed tiffaċċja jirrikjedu b'mod urġenti preżenza esterna aktar b'saħħitha fl-Unjoni; jenfasizza għal darb'oħra li l-azzjoni esterna tal-Unjoni tista' tkun kredibbli biss jekk tkun appoġġata minn riżorsi finanzjarji suffiċjenti; ifakkar li l-ħtiġijiet ta' finanzjament jaqbżu bil-kbir id-daqs kurrenti tal-Intestatura 4 u jitlob li jkun hemm spazju xieraq għal manuvri f'każ ta' kriżijiet esterni mhux previsti;

49.  Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) għandha tnaqqas il-politiki interni u esterni tal-Unjoni, filwaqt li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-forniment ta' kwantità suffiċjenti ta' ikel ta' kwalità tajba, ilma nadif u l-bini ta' faċilitajiet addizzjonali ta' rimi ta' ilma mormi sabiex jitwettqu l-SDG 2 u 6; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni fuq l-iskala u l-implikazzjonijiet tal-prekarjetà enerġetika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u jitlob azzjoni addizzjonali biex titnaqqas il-prekarjetà enerġetika skont l-SDG 7, b'mod partikolari f'żoni rurali remoti f'reġjuni li mhumiex mqabbdin mal-grilja tal-enerġija;

50.  F'dan ir-rigward, jafferma mill-ġdid, f'konformità mal-pożizzjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq tal-5 ta' Lulju 2018, li l-proporzjon kurrenti tal-kontribuzzjoni għall-FRT mill-baġit tal-Unjoni (EUR 1 biljun) u mill-Istati Membri (EUR 2 biljun) għandu jinżamm għall-finanzjament tat-tieni parti tal-FRT; jiddeċiedi għalhekk li jnaqqas il-kontribuzzjonijiet tal-baġit tal-Unjoni minn EUR 1,45 biljun għal EUR 450 miljun; jemmen li, minflok, id-differenza għandha tiġi ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet bilaterali tal-Istati Membri;

51.  Jemmen li l-promozzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-ġustizzja fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw hija tal-akbar importanza fl-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-isfidi umanitarji korrispondenti fil-Viċinat tan-Nofsinhar, bħal-Libja; jisħaq fuq l-importanza li tiġi appoġġata l-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u s-soċjetà vibranti biex jiġi miġġieled il-faqar fuq medda twila ta' żmien, u jiġu indirizzati l-isfidi tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jiddeċiedi għalhekk li jżid ir-riżorsi għall-Istrument għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (DCI) u għall-parti tan-Nofsinhar tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) taħt l-oqsma varji tiegħu, biex jirrifletti wkoll il-pressjoni konsiderevoli li se jkompli jkun taħtha l-ENI fl-2019;

52.   Ifakkar li l-Unjoni impenjat ruħha li tipproteġi u tippromwovi b'mod komprensiv id-drittijiet tat-tfal, il-bniet u n-nisa kif ukoll il-persuni b'diżabbiltà u bi ħtiġijiet speċjali fil-politika esterna tagħha; jisħaq fuq l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fl-Unjoni Ewropea, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Politika Ewropea dwar id-Diżabbiltà fir-relazzjonijiet esterni; f'dan l-ispirtu, iqis li jkun xieraq li jiddedika 10 % tar-riżorsi disponibbli taħt l-għajnuna umanitarja għall-aċċess għall-edukazzjoni f'żoni ta' kriżi;

53.   Jenfasizza l-importanza strateġika li jingħata finanzjament suffiċjenti għall-Balkani tal-Punent sabiex jiġi kkonsolidat il-perkors tagħhom lejn l-adeżjoni; ma jistax jifhem il-proposta tal-Kunsill li titnaqqas l-allokazzjoni għal riformi politiċi, peress li tali riformi huma s-sinsla ta' kwalunkwe trasformazzjoni demokratika; Jenfasizza l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju xieraq għall-Pjan ta' Azzjoni 2018-2020 tal-Istrateġija tal-Balkani tal-Punent, u jiddeċiedi, konsegwentement, li jżid l-allokazzjoni tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) għar-reġjun;

54.  Jenfasizza li s-sitwazzjoni fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant tirrappreżenta wkoll sfida sinifikanti għall-Unjoni; huwa konvint bl-importanza li jingħata finanzjament addizzjonali bħala appoġġ għall-isforzi ta' riforma tal-ġirien tagħna, jingħata kontribut għaż-żieda tar-reżiljenza u t-trawwim tal-paċi u t-titjib fil-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini ta' dawn il-pajjiżi;

55.  Jitlob appoġġ imsaħħaħ tal-Unjoni lill-UNRWA, f'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Frar 2018(10), fid-dawl tas-sitwazzjoni li qed taqleb għall-agħar fuq il-post u d-deċiżjoni tal-Istati Uniti li tirtira l-kontribuzzjoni annwali tagħha lill-aġenzija; jispeċifika li ż-żieda proposta hija ddedikata esklussivament għall-UNRWA sabiex tikkumpensa għat-telf rilevanti;

56.  Huwa konvint bil-potenzjal ta' kuntatti interpersonali u l-mobbiltà taż-żgħażagħ, anki bħala waħda mill-istrateġiji ewlenin biex jissaħħaħ l-impatt tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-viżibbiltà tagħha fost il-pubbliku tal-pajjiżi sħab; iddeċieda għalhekk li jsaħħaħ il-kontribuzzjonijiet mid-DCI, l-ENI, l-IPA II, u l-Istrument ta' Sħubija għal Erasmus+;

57.  F'konformità mal-prinċipju tal-kundizzjonalità, jappoġġa t-tnaqqis fl-ammont allokat lit-Turkija fil-linji baġitarji kollha, fid-dawl tar-rigress kontinwu dwar l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem; fl-istess ħin, iqis li huwa meħtieġ li jissaħħaħ aktar l-appoġġ dirett għas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-kuntatti interpersonali;

58.  Iqis li hemm bżonn jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għal-linja baġitarja għall-Komunità Ċiprijotta Torka bl-iskop li jingħata kontribut b'mod deċiżiv għall-kontinwazzjoni u l-intensifikazzjoni tal-missjoni tal-Kumitat għall-Persuni Nieqsa f'Ċipru, il-benessri tal-Maroniti li jkunu jixtiequ risistemazzjoni u dik tal-persuni enklavati kif miftiehem fit-tielet Ftehim ta' Vjenna, u appoġġ għall-Kumitat Tekniku bikomunali għall-Patrimonju Kulturali, biex b'hekk jiġu promossi l-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni bejn iż-żewġ komunitajiet;

59.  Jirrikonoxxi ż-żieda moderata fil-finanzjament tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) proposta mill-Kummissjoni, filwaqt li jinnota li l-baġit tal-PESK għadu taħt pressjoni qawwija, anki meta titqies l-espansjoni ta' għadd ta' missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), b'riskju li l-problema tiggrava fl-2019; ireġġa' lura t-tnaqqis propost mill-Kunsill għal miżuri u operazzjonijiet oħra ta' ġestjoni tal-kriżijiet, li jirriżulta f'inqas flessibbiltà fl-indirizzar ta' kriżijiet mhux mistennija;

60.  B'riżultat ta' dan, jiddeċiedi li jreġġa' lura kważi t-tnaqqis kollu tal-Kunsill, biex isaħħaħ l-Intestatura 4 b'EUR 425,4 miljun iżjed mill-AB 2019 (minbarra proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji), filwaqt li jnaqqas il-linji tal-FRT u t-Turkija relatati u ma jreġġax lura t-tnaqqis tal-Kunsill b'effett totali ta' EUR -1,24 biljun, u b'hekk tirriżulta differenza netta ta' EUR -819,1 miljun taħt l-AB 2019 fl-Intestatura 4;

Intestatura 5 - Amministrazzjoni; Intestaturi oħra - nefqa amministrattiva u ta' sostenn għar-riċerka

61.  Iqis li t-tnaqqis tal-Kunsill mhuwiex ġustifikat u ma jirriflettix il-ħtiġijiet reali; għalhekk, ireġġa' lura l-AB 2019 għal li kien fir-rigward tan-nefqa amministrattiva kollha tal-Kummissjoni, inklużi n-nefqa amministrattiva u dik ta' sostenn għar-riċerka fl-Intestaturi 1 sa 4;

Aġenziji deċentralizzati

62.  Japprova, bħala regola ġenerali, l-estimi tal-Kummissjoni tal-ħtiġijiet baġitarji tal-aġenziji; jikkunsidra, għaldaqstant, li kwalunkwe tnaqqis ulterjuri li jipproponi l-Kunsill jippreġudika l-funzjonament korrett tal-aġenziji u ma jippermettilhomx iwettqu l-kompiti assenjati lilhom; jinnota, b'irritazzjoni partikolari, it-tnaqqis arbitrarju ta' EUR 10 000 biss għas-CEPOL u jistieden lill-Kunsill biex jaqsam mal-Parlament id-dettalji sostanzjali tar-raġuni għaliex jikkunsidra li dan it-tnaqqis huwa meħtieġ u raġonevoli;

63.  Jinnota li l-finanzjament tal-aġenziji mit-tariffi jnaqqas il-piż għall-baġit tal-Unjoni b'EUR 1 biljun fis-sena; jissottolinja li l-kompiti pubbliċi bħal fil-qasam tas-saħħa, l-ambjent, jew is-sigurtà u l-ġustizzja għandhom dejjem jibqgħu fil-baġit tal-Unjoni; jemmen, madankollu, li l-Kummissjoni għandha tkompli tindirizza r-riskju ta' kunflitti ta' interess li potenzjalment jirriżultaw f'aġenziji ffinanzjati mit-tariffi u tieħu miżuri adegwati biex jiġu evitati tali kunflitti;

64.  Ifakkar fl-importanza li l-Unjoni tiffoka fuq il-kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi; iqis, f'dan il-kuntest, li huma meħtieġa approprjazzjonijiet u persunal addizzjonali għall-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER); jinnota l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA) u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mobilizzati riżorsi ġodda għaliha; ireġġa' lura t-tnaqqis sostanzjali tal-Kunsill fl-approprjazzjonijiet għall-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), filwaqt li jqiegħed partijiet mill-approprjazzjonijiet tagħhom fir-riżerva sakemm isir progress fir-rieżami tal-ASE;

65.  Jiddeċiedi, fil-kuntest tal-isfidi li l-Unjoni għadha qiegħda tiffaċċja f'termini ta' sigurtà, kif ukoll fid-dawl tal-ħtieġa ta' risposta koordinata fuq livell Ewropew, li jżid l-approprjazzjonijiet għall-EUROPOL, l-eu-LISA, is-CEPOL, l-EUROJUST, l-UPPE u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-ENISA);

66.  Jistenna li l-pressjoni fuq is-sistemi ta' migrazzjoni u asil ta' xi Stati Membri, kif ukoll fuq il-fruntieri tagħhom, se tibqa' għolja fl-2019 u possibbilment tiżdied, jenfasizza li l-ħtieġa futura tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (FRONTEX) u l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), f'termini ta' riżorsi operattivi u persunal se jkollha tiġi mmonitorjata mill-qrib u possibbilment tiġi aġġornata għall-baġit tal-2019; jistenna, għalhekk, l-Ittra Emendatorja tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi ħarsa ġenerali tal-ħtiġijiet baġitarji għall-baġit 2019 għar-riformi proposti ta' dawk l-aġenziji mill-aktar fis possibbli;

67.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-mira ta' tnaqqis tal-persunal b'5 % ntlaħqet b'suċċess; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li jinkludi dikjarazzjoni komuni mill-istituzzjonijiet kollha li tikkonferma t-tmiem ta' dan l-eżerċizzju ta' darba; iqis li l-postijiet tax-xogħol il-ġodda adottati fil-pożizzjoni tiegħu huma neċessarji biex jitwettqu l-kompiti addizzjonali li jirriżultaw minn żviluppi strateġiċi ġodda u leġiżlazzjoni ġdida;

68.  Ifakkar li l-Grupp ta' Ħidma Interistituzzjonali dwar ir-Riżorsi tal-Aġenziji Deċentralizzati 2 ikkonkluda l-ħidma tiegħu billi adotta rakkomandazzjonijiet dwar it-tagħlimiet meħuda mill-approċċ għall-ilħuq tal-mira ta' tnaqqis ta' 5 % tal-persunal, it-trattament ta' kompiti ġodda, l-evalwazzjonijiet ta' aġenziji, il-kondiviżjoni ta' aġenziji, l-evalwazzjoni ta' aġenziji b'diversi postijiet u l-mudell għal aġenziji ffinanzjati mit-tariffi; jilqa' r-ratifika ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet mill-istituzzjonijiet; jesprimi l-intenzjoni tiegħu li fil-futur ikompli jiskrutinizza l-ħidma tal-Kummissjoni dwar dawn ir-rakkomandazzjonijiet;

Proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP)

69.  Ifakkar fl-importanza ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP) bħala għodod għall-formulazzjoni ta' prijoritajiet politiċi u l-introduzzjoni ta' inizjattivi ġodda li għandhom il-potenzjal li jinbidlu f'attivitajiet u programmi permanenti tal-Unjoni; wara li wettaq analiżi bir-reqqa tal-proposti kollha mressqa u wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rekwiżiti ġuridiċi u l-implimentabbiltà tagħhom, jiddeċiedi li jadotta pakkett ibbilanċjat ta' PP-AP li jirrifletti l-prijoritajiet politiċi tal-Parlament;

70.  Jilqa' t-tnedija ta' Discover EU, it-tqassim ta' 15 000 biljett ferrovjarju InterRail lil ċittadini Ewropej li għalqu t-18-il sena fl-2018, kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni ta' EUR 700 miljun għall-QFP 2021-2027, li jaqbel sew mal-ambizzjonijiet tal-Unjoni li tippromwovi l-mobilità tat-tagħlim, iċ-ċittadinanza attiva, l-inklużjoni soċjali u s-solidarjetà fost iż-żgħażagħ kollha; jiddeċiedi li jkompli l-azzjoni preparatorja rilevanti fl-2019 u huwa determinat li jkompli dan fl-2020 ukoll;

Strumenti speċjali

71.  Ifakkar fl-utilità tal-istrumenti speċjali biex tingħata flessibbiltà lil hinn mil-livelli massimi estremament stretti tal-QFP kurrenti u jilqa' t-titjib introdott mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tar-Regolament dwar il-QFP; jitlob użu estensiv tal-Istrument ta' Flessibbiltà u tal-Marġni Globali għall-Impenji fil-baġit 2019 bil-għan li tiġi ffinanzjata l-firxa wiesgħa ta' sfidi ġodda u responsabbiltajiet addizzjonali li tagħhom il-baġit tal-Unjoni qed jiffaċċja; ifakkar ukoll fl-importanza tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), tar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (EAR) u tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE);

Pagamenti

72.  Itenni t-tħassib tiegħu li, minkejja rkupru riċenti, is-sottoeżekuzzjoni fil-pagamenti laħqet livell baxx rekord f'dawn l-aħħar tliet snin, notevolment fis-subintestatura 1b; jiddispjaċih li tali dewmien jimpedixxi l-prijoritajiet u l-proġetti tal-Unjoni milli jwettqu l-potenzjal sħiħ tagħhom għaċ-ċittadini fil-ħin; jindika li, b'riżultat ta' dan, l-AB 2019 iħalli marġni ta' EUR 19,3 biljun inqas mil-limitu massimu tal-pagamenti; isaħħaħ l-approprjazzjonijiet ta' pagament fuq dawk il-linji li huma emendati f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

Taqsimiet oħrajn

Taqsima I - Il-Parlament Ewropew

73.  Iżomm l-istess livell globali tal-baġit tiegħu għall-2019, f'konformità mar-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-estimi tad-dħul u l-infiq adottati mill-plenarja fid-19 ta' April 2018(11), għal EUR 1 999 144 000; jinkorpora xi aġġustamenti tekniċi mingħajr impatt fuq il-baġit biex titqies informazzjoni aġġornata mhux disponibbli aktar kmieni din is-sena;

74.  Jinnota li l-livell tal-estimi għall-2019 jikkorrispondi għal 18,53 %, li huwa inqas minn dak li nkiseb fl-2018 (18,85 %) u l-aktar parti baxxa tal-Intestatura V f'dawn l-aħħar ħmistax-il sena;

75.  Jinnota li, minħabba l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019, l-infiq se jkun ogħla f'ċerti oqsma, partikolarment fir-rigward tal-Membri li ma jiġux eletti mill-ġdid u tal-assistenti tagħhom, filwaqt li se jiġi ġġenerat iffrankar, minkejja li fuq skala iżgħar, f'oqsma oħra bħala riżultat tat-tnaqqis fil-volum tax-xogħol parlamentari f'sena elettorali;

76.  Jilqa' l-fatt li l-baġit 2019 se jinkludi wkoll pagamenti ta' investimenti sostanzjali li bdew fl-2016 bl-għan li tittejjeb b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-Parlament; jirrimarka li dawn il-proġetti jkopru diversi oqsma, prinċipalment relatati ma' bini, jiġifieri t-titjib tas-sigurtà fil-punti ta' dħul, it-tagħmir u l-persunal, bħall-Proġett iPACS, iżda wkoll titjib fil-qasam taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-komunikazzjoni;

77.  Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Bureau li jiddeċiedi li jagħżel żewġ għażliet, rinnovazzjoni strutturali u disinn mill-ġdid, għal aktar elaborazzjoni tal-bini tal-PHS; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jipprovdu lill-awtorità baġitarja b'baġit dettaljat għal kull waħda minn dawn l-għażliet flimkien mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kollha;

78.  Inaqqas 59 post tax-xogħol mit-tabella tal-persunal tas-Segretarjat Ġenerali tiegħu għall-2019 (objettiv li jitnaqqas il-persunal b'1 %), bi qbil mal-ftehim tal-14 ta' Novembru 2015 li ntlaħaq mal-Kunsill rigward il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, u li skont dan il-ftehim il-miżuri għat-tnaqqis annwali tal-persunal fil-Parlament għandhom ikomplu sal-2019;

79.  Jinnota d-deċiżjoni tal-25 ta' Settembru 2018 tal-Qorti Ġenerali li tikkonferma r-rifjut tal-Parlament li jagħti aċċess għal dokumenti relatati mal-indennizz tas-sussistenza, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-indennizz tal-assistenza parlamentari (Sentenza fil-Kawżi T-639/15 sa T-666/15 Maria Psara u Oħrajn vs Il-Parlament u T-94/16 Gavin Sherdan vs il-Parlament);

80.  Ifakkar li fit-23 ta' Ottubru 1997, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar il-baġit ġenerali għall-1998, il-Parlament appella lill-Bureau tiegħu biex jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tinvestiga l-iskema ta' pensjoni volontarja tal-Parlament, li wasslet għall-ħruġ tal-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri Nru 5/99 tas-16 ta' Ġunju 1999 dwar il-Fond tal-Pensjoni u l-Iskema għall-Membri tal-Parlament Ewropew; jappella, issa, lill-Bureau biex jitlob urġentement lill-Qorti tal-Awdituri tipproduċi opinjoni oħra bħal din dwar l-iskema u l-fond tal-pensjoni fl-2019;

81.  Ifakkar li, fin-nota lill-Bureau tat-8 ta' Marzu 2018, is-Segretarju Ġenerali tiegħu aċċetta li l-fond tal-pensjonijiet marbut mal-iskema ta' pensjoni volontarja tal-Membri se jeżawrixxi l-kapital tiegħu ferm qabel it-tmiem tal-obbligi tal-pensjoni u possibbilment sal-2024; jistieden b'hekk lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau, b'rispett sħiħ għall-Istatut tal-Membri, jistabbilixxu urġentement mal-fond tal-pensjoni, pjan ċar għall-Parlament li jassumi u jieħu f'idejh l-obbligi u r-responsabbiltajiet tiegħu għall-iskema tal-pensjoni volontarja tal-Membri tiegħu immedjatament wara l-elezzjonijiet tal-2019;

82.  Jitlob appoġġ addizzjonali mill-Unjoni għad-dimensjoni parlamentari tad-WTO, b'mod partikolari permezz ta' żieda fl-appoġġ finanzjarju u tal-persunal lis-segretarjat responsabbli;

83.  Jitlob l-aġġornament taċ-Ċentru Medjatiku Ewropew għax-Xjenza, adottat fil-baġit 2018, u għal kooperazzjoni mal-istazzjonijiet televiżivi, il-midja soċjali u sħab oħra sabiex jiġu stabbiliti skopijiet ta' taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ, speċjalment fir-rigward ta' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ta' aħbarijiet ibbażati fuq il-fatti u rieżaminati bejn il-pari;

84.  Ifakkar fl-analiżi tal-QEA tal-2014 fejn ġie stmat li l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament huma EUR 114 miljun fis-sena; barra minn hekk, jinnota s-sejba mir-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2013 dwar is-siti tas-sedi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea(12) li 78 % tal-missjonijiet kollha li jsiru mill-persunal statutorju tal-Parlament huma kkawżati minn riżultat dirett tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament; jenfasizza li, skont ir-rapport, huwa stmat ukoll li l-impatt ambjentali tad-dispersjoni ġeografika huwa bejn 11 000 u 19 000 tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2; itenni l-perċezzjoni pubblika negattiva li tikkawża din id-dispersjoni, u għaldaqstant, jappella għal pjan direzzjonali lejn sede unika u tnaqqis fil-linji baġitarji rilevanti;

85.  Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jfassal arranġamenti dettaljati għal iżjed kondiviżjoni tal-funzjonijiet u s-servizzi ta' back office bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew;

Taqsima IV - Il-Qorti tal-Ġustizzja

86.  Ireġġa' lura għall-AB 2019 lill-partiti kollha tal-baġit imnaqqsa mill-Kunsill li huma essenzjali għall-funzjonament tal-Qorti u jreġġa' lura għall-estimi lil żewġ partiti tal-baġit bil-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Qorti biex tlaħħaq mad-domanda dejjem ogħla ta' traduzzjonijiet;

87.  Ireġġa lura s-16-il post tax-xogħol u l-approprjazzjonijiet relatati mnaqqsa mill-Kummissjoni fl-AB 2019 biex jiġi evitat kwalunkwe effett lembut li jista' jkun ta' detriment għall-produttività tal-qrati fil-kuntest ta' attivitajiet ġodda mwettqa mill-Qorti u ta' żieda kontinwa fl-ammont ta' xogħol; iqis li l-ħolqien ta' 16-il post tax-xogħol ġdid permanenti għas-servizzi ta' appoġġ, inizjalment propost mill-Qorti u li ġie rrifjutat mill-Kummissjoni, għandu jingħata;

Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

88.  Ireġġa' l-partiti kollha li naqqas il-Kunsill lura għal li kienu fl-AB 2019, bil-għan li jkun implimentat il-programm ta' ħidma tal-Qorti tal-Awdituri u jkunu elaborati r-Rapporti tal-Awditjar ippjanati;

Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

89.  Ireġġa' lura l-AB 2019 dwar il-partiti kollha li naqqas il-Kunsill;

90.  Iżid numru ta' linji 'l fuq mill-AB 2019 f'konformità mal-estimi tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew stess;

Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni

91.  Ireġġa' lura l-AB 2019 dwar il-partiti kollha li naqqas il-Kunsill;

92.  Iżid numru ta' linji 'l fuq mill-AB 2019 konformement mal-estimi tal-Kumitat tar-Reġjuni;

Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew

93.  Iżomm l-istess livell globali tal-baġit tal-Ombudsman għall-2019 kif propost mill-Kummissjoni fl-AB 2019;

Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

94.  Jiddeċiedi li ma jreġġax lura l-AB 2019 fil-linja mnaqqsa mill-Kunsill, minħabba żieda qawwija tal-baġit totali meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

Taqsima X - Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

95.  Ireġġa' lura l-AB 2019 dwar il-linji kollha li naqqas il-Kunsill lura;

96.  Iżid numru ta' linji 'l fuq mill-AB 2019 f'konformità mal-estimi tal-SEAE;

97.  Itenni l-appoġġ tal-Parlament għall-Kapaċità tal-Komunikazzjoni Strateġika u jsaħħaħha biex juri rispons ikkoordinat aktar b'saħħtu tal-Unjoni għall-isfida tad-diżinformazzjoni;

98.  Ireġġa' lura it-28 post tax-xogħol u +5 iżjed u l-approprjazzjonijiet relatati mnaqqsa mill-Kunsill peress li hi żieda moderata fin-numru ta' persunal li hija ġustifikata mill-kompetenzi sinifikanti l-ġodda tas-SEAE, partikolarment dawk marbuta mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bħall-ħolqien ta' delegazzjoni ġdida tal-Unjoni f'Londra kif ukoll unità ġdida fis-sede, u l-adozzjoni ta' għadd ta' inizjattivi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża f'dawn l-aħħar xhur;

o

o  o

99.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għall-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(2)

ĠU L 298, 26.10.2002, p. 1.

(3)

ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(4)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(5)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(6)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0089.

(7)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0182.

(8)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2018)0311.

(9)

Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(10)

Testi adottati, P8_TA(2018)0042.

(11)

Testi adottati, P8_TA(2018)0182.

(12)

ĠU C 436, 24.11.2016, p. 2.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (31.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Brando Benifei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 4, għalkemm jinnota li l-biċċa l-kbira ta' din iż-żieda hi dovuta għall-kontribuzzjoni akbar lejn il-Faċilità għar-Rifuġjatifit-Turkija (FRiT). jissottolinja li minħabba d-dversi sfidi li qed tiffaċċja l-UE fix-xena internazzjonali, l-azzjoni esterna tista' tkun kredibbli biss jekk jiġu pprovduti biżżejjed riżorsi;

2.  Jinsab imħasseb li l-abbozz ta' baġit jeżawrixxi kompletament il-marġni għall-intestatura 4, u jħalli lill-Unjoni ftit li xejn lok għall-manuvra f'każ ta' kriżijiet esterni mhux previsti;

3.  Jissottolinja l-importanza strateġika tal-għoti ta' finanzjament suffiċjenti għall-Balkani tal-Punent, bħala żona ta' prijorità ewlenija għall-UE, sabiex tiġi konsolidata triqthom lejn l-adeżjoni, u jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, dwar il-proposta ta' tnaqqis fl-allokazzjoni għar-riforma politika fil-Balkani tal-Punent b'EUR 10 miljun; jitlob biex titreġġa' lura din it-tendenza, filwaqt li jitqies li r-riformi politiċi huma s-sinsla ta' kull trasformazzjoni demokratika u impliċitament tal-proċess ta' adeżjoni mal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament suffiċjenti biex jiġi implimentat il-Pjan ta' Azzjoni 2018-2020 tal-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent, filwaqt li tingħata prijorità lill-appoġġ għall-istat ta' dritt u l-integrazzjoni reġjonali; jitlob li l-kontribuzzjoni tal-IPA II għal Erasmus+ tiġi rduppjata, kif previst mill-Istrateġija;

4.  F'konformità mal-prinċipju tal-kundizzjonalità, jappoġġja t-tnaqqis fl-ammont allokat lit-Turkija fil-linji baġitarji kollha, fid-dawl tar-rigress kontinwu dwar l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; fl-istess ħin, għandhom jissaħħu aktar is-sostenn dirett lis-soċjetà ċivili u l-kuntatti interpersonali fil-kuntest tal-polarizzazzjoni dejjem akbar tas-soċjetà Torka u tal-miżuri li ħadu l-awtoritajiet kontra d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali kif ukoll kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem wara l-attentat ta' kolp ta' stat; f'dan is-sens, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni u lid-drittijiet tal-persuni LGBTI;

5.  Huwa tal-fehma li l-proporzjon attwali ta' kontribuzzjonijiet lill-FRiT mill-baġit tal-Unjoni (EUR 1 biljun) u l-Istati Membri (EUR 2 biljun), għandhom jinżammu; jitlob aġġustament korrispondenti fil-kontribut propost tal-UE għall-2019 lill-FRiT, f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz ta' baġit tal-2019(1); barra minn hekk, irid jiġi żgurat li kwalunkwe kontribuzzjoni mill-intestatura 4 lill-FRiT ma twassalx għal tnaqqis fil-fondi disponibbli għall-programmi eżistenti; barra minn hekk, jinsisti fuq il-ħtieġa li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-użu tal-fondi tal-FRiT, filwaqt li jiġi żgurat li dawn il-fondi jkunu mmirati b'mod preċiż għall-proġetti ta' rifuġjati u mhux użati għal kwalunkwe skop ieħor; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta regolarment lill-awtorità baġitarja dwar il-kompatibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mal-bażi ġuridika sottostanti;

6.  Jinnota b'dispjaċir it-tnaqqis fil-finanzjament tal-appoġġ finanzjarju għat-tħeġġiġ tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Ċiprijotta Torka; jitlob li l-baġit jerġa' jiġi stabbilit għal-livelli attwali mingħajr ebda tnaqqis;

7.  Jenfasizza l-importanza strateġika tal-viċinat qrib l-UE u tal-Lvant u n-Nofsinhar; jenfasizza li s-sitwazzjoni fil-viċinat għadha tirrappreżenta sfida sinifikanti għall-Unjoni; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) se jibqa' taħt pressjoni konsiderevoli fl-2019, aggravat bl-użu tal-fondi tal-ENI biex jiġu ffinanzjati l-wegħda lis-Sirja u l-proġetti taħt il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika; jitlob li dawn l-impenji ġodda jingħataw kumpens sħiħ permezz ta' rinforzi; jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-bini ta' fiduċja, sigurtà u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni ta' kunflitti fil-pajjiżi tal-Mediterran; jissottolinja f'dan il-kuntest il-ħtieġa għal appoġġ xieraq ta' gruppi vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal (mhux akkumpanjati), in-nisa u l-vittmi ta' vjolenza sesswali fil-kunflitti armati kif ukoll barra minnhom;

8.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli tipprovdi aktar appoġġ lill-Ukrajna, b'mod partikolari fir-rigward tal-kunflitt persistenti fil-Lvant tal-Ukrajna, u lit-Tuneżija, b'mod partikolari fil-ġlieda tagħha kontra l-faqar u l-qgħad fost iż-żgħażagħ; fid-dawl ta' żviluppi politiċi reċenti fuq il-post, jappella għal aktar finanzjament bħala appoġġ għall-istabbilizzazzjoni tal-Libja, inkluż fir-rigward tal-appoġġ għas-soċjetà ċivili u r-rispett għall-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali; f'dan is-sens, għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li l-finanzjament tal-UE lil-Libja ma jintużax biex jiffinanzja id-detenzjonijiet arbitarji u d-detenzjoni ta' persuni vulnerabbli, partikolarment it-tfal, bi qbil mal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal, u li l-migranti jiġu ttrattati b'rispett sħiħ tal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-istabbilizzazzjoni tal-Libja se tkun biss l-ewwel pass u se jkunu meħtieġa sforzi ulterjuri għar-rikostruzzjoni u r-riformi; jappella għal aktar appoġġ għal riformi politiċi u proċessi demokratiċi fil-Georgia u r-Repubblika tal-Moldova; jinsisti fuq il-ħtieġa għal monitoraġġ xieraq tal-progress fl-implimentazzjoni u r-riformi fil-pajjiżi sħab ikkonċernati;

9.  Jitlob għal aktar finanzjament skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem għall-protezzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'riskju, inkluż permezz tal-Mekkaniżmu tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem (ProtectDefenders.eu), minħabba ż-żieda fir-ripressjonijiet f'għadd ta' pajjiżi; barra minn hekk, għandu jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għall-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali tal-UE, bħala mezz biex jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-bini ta' fiduċja pubblika fil-proċessi elettorali, biex b'hekk tiġi promossa l-istabbiltà u jissaħħu l-objettivi l-oħra tal-politika barranija;

10.  Jiddispjaċih dwar it-tnaqqis fil-kontribuzzjoni tal-UE għaċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni (EIUC) u l-Kampus Globali tiegħu tad-Drittijiet tal-Bniedem, li se jimmina serjament il-funzjonament ta' dan il-programm akkademiku tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni żżomm l-allokazzjoni finanzjarja tagħha lill-EIUC f'livell konsistenti meta mqabbel ma' kontribuzzjonijiet preċedenti;

11.  Jitlob għall-appoġġ imsaħħaħ tal-Unjoni għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, l-Awtorità Palestinjana u l-UNRWA, f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni tal-UNRWA(2), fid-dawl tas-sitwazzjoni fuq il-post li dejjem qed tmur għall-agħar u d-deċiżjoni tal-Istati Uniti biex tnaqqas drastikament l-impenn tagħha; jibqa' mħasseb dwar il-qerda u l-konfiska ta' assistenza umanitarja ffinanzjata mill-UE fix-Xatt tal-Punent;

12.  Jirrikonoxxi ż-żieda moderata fil-finanzjament tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), filwaqt li jinnota li l-baġit tal-PESK għadu taħt pressjoni qawwija, anki meta titqies l-espansjoni ta' għadd ta' missjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), li qed jirriskjaw li jiggravaw il-problema fl-2019; jitlob għal treġġigħ lura tat-tnaqqis propost mill-Kunsill għal miżuri u operazzjonijiet oħra ta' ġestjoni tal-kriżijiet, li jirriżulta f'inqas flessibbiltà fl-indirizzar ta' kriżijiet mhux mistennija, u biex jiżdied b'mod proporzjonat il-baġit tal-PESK;

13.  Jitlob li jkun hemm fondi addizzjonali għall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), minħabba r-rwol sinifikanti tiegħu fir-rispons għall-kriżijiet, it-tħejjija għall-kriżijiet, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi; jissottolinja l-importanza li titkompla l-implimentazzjoni tar-rabta bejn l-iżvilupp u s-sigurtà fl-IcSP u jitlob għal fondi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati taħt il-komponenti eżistenti tal-IcSP;

14.  Jissottolinja l-importanza ta' tfassil progressiv tal-politika ta' difiża komuni tal-UE u l-ħtieġa li jingħata appoġġ għal aktar finanzjament biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħha;

15.  Jilqa' l-adozzjoni reċenti tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP) sabiex jiġu appoġġjati l-kooperazzjoni u l-innovazzjoni fil-qasam tad-difiża Ewropea u l-integrazzjoni tiegħu fl-abbozz ta' baġit tal-2019; iqis li, flimkien mal-azzjoni preparatorja li għaddejja bħalissa għar-riċerka dwar id-difiża tal-UE, dan il-programm se jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' industrija Ewropea tad-difiża; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni transkonfinali ta' SMEs u ta' kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja;

16.  Jitlob għal aktar appoġġ għan-nonproliferazzjoni u d-diżarm, skont l-obbligi li jinsabu fit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u f'konformità mar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni(3);

17.  Jitlob li jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet tal-Erasmus+ mill-istrumenti ta' finanzjament esterni kollha, peress li l-kuntatti interpersonali u l-mobbiltà taż-żgħażagħ huma waħda mill-istrateġiji ewlenin biex jissaħħaħ l-impatt tal-azzjoni esterna tal-UE u l-viżibbiltà tagħha fost il-pubbliku tal-pajjiżi sħab tagħna;

18.  Ifakkar li l-effetti tat-tibdil fil-klima għandhom impatt tanġibbli fuq diversi aspetti tal-ħajja tal-bniedem u li dawn qed jinħassu dejjem aktar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jappella għal żieda fl-allokazzjoni għall-azzjoni klimatika, li tirrifletti aħjar l-impenn qawwi u l-involviment akbar tal-UE fid-diplomazija dwar il-klima.RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

5

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Bas Belder, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule-Pēterse, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Wajid Khan, Andrey Kovatchev, Ilhan Kyuchyuk, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Dobromir Sośnierz, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Brando Benifei, Andrea Bocskor, Tanja Fajon, Neena Gill, Ana Gomes, Liisa Jaakonsaari, Jo Leinen, Miroslav Poche, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule-Pēterse, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Jozo Radoš, Ivo Vajgl

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Asim Ademov, Michèle Alliot-Marie, Andrea Bocskor, Elmar Brok, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, László Tőkés

S&D

Nikos Androulakis, Brando Benifei, Tanja Fajon, Eugen Freund, Neena Gill, Ana Gomes, Liisa Jaakonsaari, Wajid Khan, Jo Leinen, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Miroslav Poche, Elena Valenciano, Boris Zala

5

-

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa

NI

James Carver, Dobromir Sośnierz

8

0

ECR

Amjad Bashir, Bas Belder, Anna Elżbieta Fotyga, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2018)0311.

(2)

Testi adottati, P8_TA-PROV(2018)0042.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0424.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (6.9.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Arne Lietz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) 2030, b'mod partikolari l-Għan 3 dwar is-saħħa, l-Għan 4 dwar l-edukazzjoni, l-Għan 5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-Għan 13 dwar l-azzjoni klimatika jirrikjedu assistenza xierqa mill-Unjoni u jridu jkunu riflessi fil-baġit tal-Unjoni għall-2019, u b'hekk tintwera l-prijorità mogħtija lill-isforzi fit-tul biex jinqered il-faqar, kif stipulat fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE); ifakkar li l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir b'mod trasversali fil-politiki interni u esterni tal-Unjoni, kif ukoll tintegra b'mod bilanċjat u koerenti t-tliet dimensjonijiet tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tindirizza r-rabtiet trasversali bejn id-diversi SDGs; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jagħmlu l-SDGs 2030 prijorità strateġika u biex dan ikun rifless fil-baġit tal-Unjoni;

2.  Ifakkar li l-Unjoni impenjat ruħha li tipproteġi u tippromwovi b'mod komprensiv id-drittijiet tat-tfal fil-politika esterna tagħha, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja u tirrapporta dwar il-progress tad-drittijiet tat-tfal fil-programmi esterni tal-Unjoni;

3.  Itenni r-rifjut qawwi tiegħu tal-użu tal-fondi għall-iżvilupp għal objettivi mhux relatati mal-iżvilupp, bħall-ġestjoni tal-fruntieri jew il-bini tal-kapaċità militari, u jissottolinja li l-finanzjament li ma jissodisfax il-kriterji tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) irid jiġi kollu kemm hu minn strumenti oħra għajr mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ); itenni li biex wieħed ikun effettiv fil-ġlieda fit-tul kontra l-faqar, u f'konformità mal-Artikolu 208 tat-TFUE, għandhom jintgħażlu azzjonijiet li jindirizzaw il-kawżi tal-faqar fl-għeruq tagħhom bi preferenza fuq oħrajn li jissodisfaw il-kriterji għall-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni tal-FEŻ fil-baġit, u jenfasizza l-importanza li jiġu ristretti l-baġits allokati għar-reġjuni tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) rispettivament;

4.  Jenfasizza li, filwaqt li l-flessibbiltà u r-rapidità li bihom jistgħu jintużaw is-somom ikkonċernati huma vantaġġ f'termini ta' ġestjoni tajba tal-fondi, dawn il-vantaġġi ma jistgħu jiġġustifikaw bl-ebda mod li fondi għall-iżvilupp jiġu devjati xi mkien ieħor, li jsiru restrizzjonijiet fuq is-setgħa ta' skrutinju tal-Parlament, l-uniku entità eletta demokratikament, jew l-iskedar sistematiku ta' azzjonijiet fit-tul; għalhekk, jitlob li l-ħolqien ta' strumenti straordinarji, bħall-fondi fiduċjarji, jkun ristrett kemm jista' jkun u li dawn il-prinċipji jitqiesu fl-istrutturar tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss;

5.  Jenfasizza li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jonoraw l-impenn kollettiv tagħhom, ikkonfermat fl-2015, biex iżidu l-ODA tagħhom għal 0,7 % tad-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) tagħhom sal-2030; ifakkar fl-impenn kollettiv tal-Unjoni biex tipprovdi lill-pajjiżi l-anqas żviluppati bi, fi żmien qasir, bejn 0,15 % u 0,20 % tad-DNG allokat lill-ODA; jenfasizza li l-ODA kollettiva tal-Unjoni naqset bi 2,4 % fl-2017 meta mqabbla maċ-ċifri tal-2016; jinsab imħasseb dwar il-fatt li jekk id-DNG jibqa' 0,11 % fl-2016, l-Unjoni mhux se tkun f'pożizzjoni li tonora l-impenji tagħha lejn il-pajjiżi l-anqas żviluppati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħejju u jippreżentaw skedi ta' żmien plawsibbli biex żieda gradwali bħal din tilħaq dan il-livell; jappella lill-Istati Membri biex jeskludu l-kostijiet tad-donaturi favur ir-rifuġjati mill-kalkolu tal-ODA; itenni l-impenn li ħadet il-Kummissjoni li tiddedika tal-inqas 20 % tal-ODA totali tagħha għall-iżvilupp uman u għall-inklużjoni soċjali. jitlob li jkun hemm żieda fl-allokazzjoni tal-ODA tagħha għall-2019 għas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali, sabiex tilħaq l-impenn tagħha sa tmiem il-QFP attwali; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa tal-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, biex b'hekk jopponi r-Regola "Globali Gag" li reġgħet iddaħħlet mill-Gvern tal-Istati Uniti; jafferma li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni għandha tintefaq b'mod aktar effettiv u li l-ODA għandha tkun immirata lejn is-setturi fejn hi l-aktar meħtieġa, jiġifieri l-bini tal-kapaċitajiet, il-governanza tajba, is-saħħa, l-edukazzjoni, l-agrikoltura, il-provvista tal-ilma u d-drenaġġ, kif ukoll l-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ għall-manutenzjoni b'aċċess suffiċjenti għal spare parts, kif ukoll il-preżenza ta' esperti tekniċi li jkunu mħarrġa lokalment;

6.  Jinsisti, minħabba r-rwol importanti li għandu r-Renju Unit fl-iżvilupp, li jinżammu rabtiet mill-qrib bejn l-Unjoni u r-Renju Unit wara t-tluq tiegħu sabiex jiġi minimizzat it-telf li jirriżulta;

7.  Jirrikonoxxi li l-ebda pajjiż ma żviluppa mingħajr ma daħal f'aktar relazzjonijiet kummerċjali mal-ġirien tiegħu u mal-bqija tad-dinja; iħeġġeġ ulterjorment il-finanzjament ta' għajnuna għall-attivitajiet kummerċjali, sabiex il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp ikunu jistgħu jieħdu sehem ħafna iktar f'katini ta' valur globali fil-futur; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza dejjem tiżdied tal-konnettività diġitali sabiex tinkiseb distribuzzjoni aktar bilanċjata tal-benefiċċji tal-globalizzazzjoni favur il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

8.  Jissottolinja l-importanza kbira li jiġu appoġġjati l-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u jitlob b'mod partikolari li jiġu attwati soluzzjonijiet lokali għal aċċess aħjar għall-finanzi b'tisħiħ ulterjuri tas-self mikrofinanzjarju u s-sistemi ta' garanzija;

9.  Jitlob li l-programm "Erasmus għal Imprendituri Żgħażagħ" jiġi estiż lil hinn mill-Ewropa, b'mod partikolari għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, filwaqt li jiġu pprovduti l-mezzi finanzjarji neċessarji;

10.  Jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta' istituzzjonijiet ta' taħriġ vokazzjonali doppju fejn iż-żgħażagħ, filwaqt li jsegwu programm ta' apprendistat professjonali b'enfasi fuq l-aspetti prattiċi ta' professjoni, ikollhom lekċers teoretiċi fi skejjel professjonali speċjalizzati;

11.  Minħabba s-sitwazzjoni drammatika fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, jinsisti li l-ħtiġijiet umanitarji globali attwali jiġu riflessi b'żieda sinifikanti fil-finanzjament għal-linji baġitarji tal-għajnuna umanitarja, li għandhom jiġu mmobilizzati faċilment; itenni li l-edukazzjoni kemm tas-subien kif ukoll tal-bniet tiżvolġi rwol ewlieni fil-prevenzjoni ta' kriżijiet umanitarji kkawżati mill-bniedem billi jiġu evitati l-kunflitti, it-tfal ikunu protetti u jingħataw prospettivi għall-ġejjieni; jilqa' l-fatt li diġà qed jintefaq ammont sinifikanti ta' għajnuna umanitarja fuq l-edukazzjoni f'emerġenzi; jitlob, madankollu, żieda xierqa f'dan is-sehem u aktar appoġġ għal-linja baġitarja tad-DCI fir-rigward ta' Erasmus+, peress li f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza l-edukazzjoni hija essenzjali għall-iżvilupp tal-popolazzjoni wara li tkun għaddiet il-fażi ta' emerġenza, filwaqt li ma jintesiex li fażi ta' emerġenza tista' kultant iddum bosta snin;

12.  Jinnota l-fatt li l-marġni u l-mekkaniżmi ta' flessibbiltà fil-baġit tal-Unjoni u fl-azzjoni esterna tal-Unjoni huma eżawriti, u dawn ħafna drabi jintużaw biex jimmobilizzaw fondi addizzjonali biex iwieġbu għal ħtiġijiet mhux previsti, inklużi l-kriżijiet umanitarji; b'rabta ma' dan, jopponi l-proposta tal-Kummissjoni għall-finanzjament tat-tieni segment tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (FRT) li ma ħallietx marġnijiet suffiċjenti taħt l-intestatura 4 u l-istrumenti speċjali tal-QFP għal kriżijiet umanitarji mhux previsti, minħabba l-impenn mhux issodisfat mill-Istati Membri li jikkontribwixxu b'EUR 2 biljun permezz ta' ftehimiet bilaterali għall-FRT; jinsab imħasseb dwar il-mobilizzazzjoni kontinwa tar-riżerva tal-FEŻ għaż-żieda fil-kontribuzzjonijiet lill-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni għall-Afrika, l-aktar reċenti b'EUR 500 miljun; jenfasizza li dan it-trasferiment ta' fondi mhux biss jiddevja flus mill-objettivi tal-FEŻ li jeqred il-faqar u jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli u favur il-ġestjoni tal-migrazzjoni, iżda wkoll jillimita severament il-possibbiltà li jiġu mobilizzati fondi addizzjonali għal kriżijiet umanitarji futuri fir-reġjuni tal-AKP fis-snin li ġejjin; jitlob mill-ġdid lill-Istati Membri jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-FRT u l-Fond Fiduċjarju tal-Unjoni għall-Afrika, li għalihom il-kontribuzzjonijiet imwiegħda attwalment jammontaw għal EUR 3 biljun (qabel il-EUR 500 miljun addizzjonali) mill-baġit tal-Unjoni u l-FEŻ, u EUR 430 miljun biss mill-Istati Membri tal-UE u minn donaturi oħra;

13.  Jemmen li l-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp hija ta' importanta enormi għall-Unjoni biex il-kawżi tal-migrazzjoni jiġu indirizzati mill-għeruq; jenfasizza li n-nefqa relatata mas-sigurtà hija partikolarment rilevanti fl-isforzi attwali biex tiġi indirizzata, b'mod komprensiv, ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp u biex jinkisbu riżultati fir-rigward tal-Għan 16 tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;

14.  Jissottolinja l-importanza li tiżdied l-allokazzjoni ta' fondi mmirati lejn appoġġ għal governanza tajba, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sabiex jiġu promossi istituzzjonijiet responsabbli u trasparenti, jiġi appoġġjat il-bini tal-kapaċità u jitrawmu t-teħid ta' deċiżjonijiet parteċipattiv u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni;

15.  Ifakkar fl-importanza tal-appoġġ għal nefqa marbuta direttament mal-ksib tal-objettivi tal-politika dwar l-għajnuna umanitarja, fost affarijiet oħra, i-nefqa fuq l-assistenza teknika u amministrattiva;

16.  Jenfasizza l-importanza li l-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-kapitolu tal-għajnuna umanitarja jinżammu għall-anqas fl-istess livell bħall-approprjazzjonijiet ta' impenn, sabiex jiġi evitat nuqqas gravi u kostanti ta' fondi għall-pagamenti, interventi urġenti kkumplikati u l-akkumulu ta' kontijiet mhux imħallsa, b'effetti negattivi anki għas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni;

17.  Jenfasizza l-importanza tal-provvista ta' ilma nadif u tal-bini ta' faċilitajiet addizzjonali ta' rimi tal-ilma tad-drenaġġ;

18.  Jiġbed l-attenzjoni għall-iskala u l-implikazzjonijiet tal-faqar enerġetiku fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u għall-involviment qawwi tal-Unjoni fl-isforzi biex dan il-faqar jitnaqqas; jenfasizza l-bżonn ta' sforzi konġunti qawwija mill-gvernijiet u tal-partijiet ikkonċernati fil-pajjiżi milquta biex jonqos il-faqar enerġetiku u jintlaħaq l-SDG 7, speċjalment fir-rigward taż-żoni rurali remoti f'reġjuni li mhumiex imqabbdin man-netwerks tal-enerġija;

19.  Jitlob riżorsi finanzjarji suffiċjenti għall-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib sabiex jiġi żgurat appoġġ kontinwu għar-rifuġjati Palestinjani fir-reġjun;

20.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet biex jiġu appoġġjati inizjattivi ta' żvilupp fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp imwettqa minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali jew imwettqa għalihom; fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fl-impenn tal-"Grand Bargain" dwar il-lokalizzazzjoni, li bih ittieħed l-impenn li mill-inqas kwart mill-finanzjament għall-għajnuna umanitarja kollu kemm jista' jkun jitħallas direttament lill-ħaddiema lokali u nazzjonali; għalhekk, jitlob reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96(1) attwali (li jmur lura għall-1996) biex jiġi żgurat li l-finanzjament futur għall-għajnuna umanitarja jibqa' bbażat fuq il-ħtiġijiet u jkun konformi mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, iżda jkun ukoll adattat għal kuntest li qed jinbidel u jsir aktar effettiv, notevolment f'termini ta' avvanz tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp, u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-impenji magħmula fis-Summit Umanitarju Dinji tal-2016, u bħala parti mill-"Grand Bargain";

21.  Itenni l-importanza li jiffoka fuq il-kriżijiet umanitarji ewlenin, inklużi l-kriżijiet umanitarji minsija; jitlob li jiġi ggarantit finanzjament umanitarju għall-kriżijiet li ġejjin: il-Jemen (22 miljun ruħ fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja), il-kriżi tas-Sirja, inklużi pajjiżi ġirien (aktar minn 13-il miljun persuna fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja fis-Sirja), kif ukoll għall-kriżijiet umanitarji minsija bħas-Saħel (1,6 miljun tifel u tifla fir-riskju li jsofru malnutrizzjoni akuta gravi u 6,8 miljun ruħ mingħajr sikurezza tal-ikel) u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (13-il miljun ruħ fil-bżonn u aktar minn 2 miljun tifel u tifla li qed ibatu minn malnutrizzjoni akuta gravi);

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi garantita għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp għas-Saħel; jenfasizza li l-faqar kroniku, it-tibdil fil-klima, l-intensifikazjoni tal-kunflitti u staġun kważi ta' għaks irriżultaw f'6,8 miljun ruħ fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja f'reġjun bi fraġilitajiet strutturali li jillimitaw l-aċċess għas-servizzi soċjali bażiċi; għalhekk, jitlob żieda fil-finanzjament umanitarju u għall-iżvilupp tar-reġjun biex ikopri kemm l-interventi li jsalvaw il-ħajja kif ukoll sforzi aktar fit-tul biex jiġu indirizzati l-kawżi fl-għeruq tal-vulnerabbiltà għan-nuqqas ta' sikurezza tal-ikel u n-nutrizzjoni u biex jissaħħu s-servizzi soċjali bażiċi;

23.  Jenfasizza li l-ħtieġa li tiġi implimentata r-rabta bejn l-għajnuna umanitarja u l-iżvilupp għandha tkun riflessa fil-baġit tal-Unjoni għall-2019, b'konċentrazzjoni fuq setturi ewlenin bħan-nutrizzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni, u b'mod partikolari lid-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej u d-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp biex jirrimedjaw in-nuqqas ta' għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp billi jiddedikaw kemm finanzjament umanitarju kif ukoll finanzjament aktar fit-tul għan-nutrizzjoni fil-baġit tal-Unjoni għall-2019, u b'hekk jippermettu lit-tfal b'malnutrizzjoni akuta gravi jaċċedu għal trattament fil-kuntesti kollha, fl-emerġenza u fl-iżvilupp ugwalment;

24.  Ifakkar li l-effetti tat-tibdil fil-klima għandhom impatt tanġibbli fuq diversi aspetti tal-ħajja tal-bniedem u li dawn qed jinħassu dejjem aktar fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jitlob aktar riżorsi minn strumenti oħra minbarra d-DCI u/jew il-FEŻ fl-azzjoni klimatika, li jirrifletti l-impenn qawwi lejn id-diplomazija klimatika u involviment akbar fiha billi jiġi msaħħaħ b'mod partikolari s-settur tal-enerġija rinnovabbli, sabiex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima; ifakkar li l-aċċess għall-ilma tax-xorb huwa fattur ewlieni fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku, li jippermetti l-indirizzar tal-faqar u jipprovdi aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa; jitlob lill-Istati Membri biex iżommu mal-impenji li ħadu fil-ġlieda kontra t-tisħin globali u t-tibdil fil-klima; jenfasizza li l-allokazzjoni għandha tiġi minn fondi oħra għajr il-finanzjament għall-iżvilupp;

25.  Ifakkar li fil-kuntest tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa ta' adattament għall-klima, l-investimenti fit-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri u fit-tħejjija għalihom fi programmi ta' żvilupp huma kruċjali biex jipprevjenu t-tbatija tal-bniedem u t-telf ta' ħajjiet, biex jgħinu jippreservaw ir-riżultati miksuba permezz tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-pajjiżi sħab u biex titnaqqas il-ħtieġa għal reazzjonijiet ta' emerġenza;

26.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma laħqitx l-objettiv li talloka 20 % tal-ODA tagħha għall-iżvilupp uman u l-inklużjoni soċjali u saħansitra qed tnaqqas il-linja baġitarja rilevanti; jitlob, għalhekk, żieda qawwija f'dawn l-approprjazzjonijiet;

27.  Jenfasizza l-importanza tal-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji; jitlob appoġġ kontinwu għal proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji kurrenti u ġodda;

28.  Jenfasizza l-importanza li tinżamm l-aktar kooperazzjoni b'saħħitha possibbli mar-Renju Unit fil-qasam tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp wara l-Brexit;

29.  Jinnota ż-żieda proposta b'134 % fil-linja baġitarja tal-kooperazzjoni mal-Lvant Nofsani u ż-żieda b'6 % tal-linja baġitarja għall-migrazzjoni u l-asil; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' spjegazzjoni mill-Kummissjoni rigward iż-żewġ żidiet f'kuntest fejn il-flussi migratorji lejn l-Ewropa naqsu drastikament; jipproponi, għalhekk, li jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet korrispondenti sabiex tiġi ffinanzjata ż-żieda meħtieġa fil-linja baġitarja għall-iżvilupp uman.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Lola Sánchez Caldentey, Jean-Luc Schaffhauser, Mirja Vehkaperä, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, Cécile Kashetu Kyenge, Paul Rübig, Kathleen Van Brempt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Mirja Vehkaperä

EFDD

Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano

GUE/NGL

Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey

PPE

Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Paul Rübig, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Kathleen Van Brempt

VERTS/ALE

Maria Heubuch

1

-

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

2

0

PPE

Joachim Zeller, Anna Záborská

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (29.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: William (The Earl of) Dartmouth

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-Unjoni għandha aġenda għall-kummerċ dejjem aktar ambizzjuża, kif deskritta fl-istrateġija "Kummerċ għal Kulħadd"; jissottolinja l-bżonn li jingħata biżżejjed appoġġ politiku u amministrattiv biex jiġi żgurat li jkun jista' jintlaħaq qbil dwar negozjati kummerċjali fi ħdan skedi ta' żmien xierqa; jisħaq li għandu jiżdied il-finanzjament għal inizjattivi ta' Għajnuna għall-Kummerċ, u għandhom jiġu allokati riżorsi suffiċjenti lid-DĠ Kummerċ tal-Kummissjoni sabiex dan ikun jista' jwettaq l-għadd dejjem akbar ta' attivitajiet, b'mod partikolari biex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet inklużi kemm fil-ftehimiet bilaterali kif ukoll f'dawk multilaterali; jenfasizza l-importanza li jitwettqu valutazzjonijiet tal-prestazzjoni qabel, matul u wara l-konklużjoni ta' dawn il-ftehimiet sabiex tinkiseb strateġija aktar inklużiva; f'dan ir-rigward jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' data diżaggregata skont is-sessi; itenni l-ħtieġa li tiġi ffinanzjata b'mod adegwat l-implimentazzjoni tal-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ (TDI) sabiex jiġu promossi investigazzjonijiet rapidi u jkunu jistgħu jiġu adottati malajr; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun disponibbli finanzjament suffiċjenti għall-kooperazzjoni u l-assistenza ma' pajjiżi terzi għall-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-aderenza tagħhom ma' inizjattivi u ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali, inklużi l-Arranġament ta' Wassenaar, il-Proċess Kimberley u l-Alleanza Internazzjonali għal Kummerċ Liberu mit-Torturi; jitlob li l-assistenza relatata mal-kummerċ tal-Unjoni għandha tpoġġi enfasi aktar b'saħħitha fuq l-appoġġ taż-żieda fil-kummerċ lokali u intrareġjonali fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab tagħna, u b'hekk jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku nazzjonali indipendenti u dejjiemi ta' pajjiżi involuti; jitlob barra minn hekk lill-Kummissjoni tikkoordina l-implimentazzjoni ta' din l-assistenza sabiex tkabbar l-effettività tagħha għall-ogħla livell possibbli;

2.  Jisħaq li l-kummerċ internazzjonali huwa għodda ewlenija għall-politika barranija tal-Unjoni, li jekk tiġi ffinanzjata biżżejjed u implimentata bi strateġiji koerenti, tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli, partikolarment fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; iqis il-Politika Kummerċjali Komuni bħala waħda mill-għodod l-aktar b'saħħithom tal-Unjoni biex tindirizza l-kawżi tal-migrazzjoni;

3.  Jisottolinja l-bżonn ta' riorganizzazzjoni komprensiva tal-baġit tal-Unjoni u l-istruttura tiegħu, inkluż rwol aktar ambizzjuż u sostantiv għall-Parlament Ewropew, fil-kuntest tar-rieżami tal-QFP li jmiss u fir-rigward tal-aġenda tal-politika kummerċjali, u jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva fuq dan fil-konfront tal-Kunsill u tal-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-għodod eżistenti mmirati lejn il-promozzjoni tal-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs fir-rigward tal-koerenza tagħhom ma' strumenti oħra tal-Unjoni, ta' appoġġ għall-SMEs, kif ukoll fir-rigward tas-sussidjarjetà, in-nonduplikazzjoni u l-komplementarjetà relatati mal-programmi tal-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiffinanzja l-programmi ta' internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs u tagħmel ħilitha biex tipprovdi kalkolatur tar-regoli tal-oriġini mfassal apposta għall-SMEs li għandu b'mod speċifiku jippermettilhom li jużaw il-preferenzi disponibbli skont il-ftehimiet eżistenti bil-ħsieb li tiżdied ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-preferenzi;

5.  Jinnota li l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali jista' jibbenefika l-leġittimità u l-effettività tal-Politika Kummerċjali Komuni, li ċ-ċittadini tal-Unjoni qed jitolbu dejjem aktar li jiġu informati u involuti fil-politika kummerċjali tal-Unjoni u li l-Kummissjoni għamlet dan l-interess taċ-ċittadini, prijorità; iqis li huwa kruċjali li jiġu allokati biżżejjed riżorsi sabiex iċ-ċittadini jiġu involuti b'mod attiv fit-tfassil tal-politika kummerċjali tal-Unjoni u biex jiżdied il-livell ta' sensibilizzazzjoni tal-benefiċċji tagħha fost iċ-ċittadini Ewropej; jappella għall-inklużjoni tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi u l-Pjattaformi Konġunti, li s'issa mhumiex iffinanzjati biżżejjed, fid-djalogu taċ-ċittadini, peress li dawn huma l-mezz ewlieni kif tista' tinkiseb parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili fl-infurzar u l-monitoraġġ tal-kapitoli dwar is-sostenibbiltà u l-kummerċ tal-ftehimiet kummerċjali; jappella għall-iżvilupp ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, li permezz tagħhom tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-amministrazzjoni doganali fil-livell nazzjonali u tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jwettqu rwol aktar attiv biex jispjegaw il-valur miżjud tal-politika tal-Unjoni għall-kummerċ, peress li huma l-istess Stati Membri li jifformulaw il-mandati ta' negozjar;

6.  Jenfasizza li l-appoġġ tekniku u l-assistenza ekonomika relatati mal-kummerċ ipprovduti fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat lis-sħab tal-Unjoni fil-pajjiżi tal-fruntiera tal-Lvant kif ukoll lill-pajjiżi li għaddew mir-Rebbiegħa Għarbija, jikkostitwixxu kontribut importanti għall-istabbiltà f'dawn ir-reġjuni;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tinvesti fi studju dwar il-kontribuzzjoni tal-politika kummerċjali tal-Unjoni biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti (SDGs), inklużi rakkomandazzjonijiet sabiex il-politika tinġieb f'konformità mal-Aġenda 2030.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Seán Kelly, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Fernando Ruas, Paul Rübig, Lola Sánchez Caldentey, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nessa Childers

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Elsi Katainen

ECR

Sander Loones, Emma McClarkin, Bolesław G. Piecha, Joachim Starbatty

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Bendt Bendtsen, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Seán Kelly, Sorin Moisă, Franck Proust, Fernando Ruas, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa

S&D

Maria Arena, Nessa Childers, Karoline Graswander-Hainz, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

3

-

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur

3

0

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey, Helmut Scholz

VERTS/ALE

Yannick Jadot

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (28.9.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Joachim Zeller

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-abbozz tal-baġit tal-Unjoni għall-2019 jammonta għal EUR 166 biljun f'termini ta' impenji, li jikkorrispondu għal żieda ta' 3 % fuq l-2018, b'investiment f'ekonomija Ewropea aktar b'saħħitha u aktar reżiljenti u bi promozzjoni tas-solidarjetà u s-sigurtà fuq iż-żewġ naħat tal-fruntieri tal-Unjoni;

B.  billi, minbarra li jikkonsolida l-isforzi tal-passat, dan l-abbozz tal-baġit jinkludi wkoll appoġġ għal inizjattivi ġodda: il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, l-estensjoni tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali; l-istabbiliment tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża, riżerva ta' kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili fil-livell tal-Unjoni u l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ġdid (UPPE);

Preżentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni

1.  Jinnota li l-baġit tal-Unjoni huwa ppreżentat f'taqsimiet li jikkorrispondu għal attivitajiet immexxija mill-istituzzjonijiet (ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività); iqis li din il-preżentazzjoni ma tiżgurax għarfien ċar u rapidu tal-objettivi li jridu jintlaħqu; jinnota, b'kuntrast ma' dan, li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) huwa ppreżentat b'intestaturi li jikkorrispondu għal oqsma ta' politika;

2.  Jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-programmi tan-nefqa operattiva li jakkumpanjaw l-abbozz ta' baġit joħolqu r-rabta bejn kull linja baġitarja u l-objettivi politiċi li jridu jintlaħqu;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta l-baġit tal-Unjoni skont l-objettivi politiċi tal-QFP;

Dikjarazzjonijiet tal-programmi tan-nefqa operattiva li jakkumpanjaw il-baġit 2019

4.  Jilqa' d-dikjarazzjonijiet tal-programmi tan-nefqa operattiva li jakkumpanjaw il-baġit 2019 li skont l-Artikolu 38 tar-Regolament Finanzjarju, jipprovdu informazzjoni għal kull wieħed mill-programmi ta' nfiq dwar:

–  motivazzjoni u valur miżjud tal-UE ta' kull programm;

–  ħarsa ġenerali tal-implimentazzjoni (attwali u futura);

–  progress dwar il-prestazzjoni tal-programm (objettivi, indikaturi, tragwardi u miri) u kontribuzzjoni għall-politiki u l-objettivi ewlenin tal-Unjoni;

5.  Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni tuża żewġ settijiet ta' objettivi u indikaturi biex tkejjel il-prestazzjoni tal-ġestjoni finanzjarja; minn naħa waħda, id-diretturi ġenerali tal-KE jevalwaw, fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom, il-ksib tal-objettivi definiti fil-pjan ta' ġestjoni tagħhom u, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tkejjel il-prestazzjoni tal-programmi ta' nfiq permezz tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi tan-nefqa operattiva mingħajr kważi l-ebda kontroreferenza; din iċ-ċirkostanza ttellef il-komparabbiltà bejn tipi differenti ta' dokumenti dwar il-prestazzjoni;

6.  Jirrimarka, b'mod partikolari, li fir-rapport annwali tal-attività tagħhom, id-diretturi ġenerali jirrappurtaw dwar il-ksib tal-objettivi ġenerali u speċifiċi iżda ma jindikawx in-nefqa korrispondenti; jappella, għalhekk, lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ il-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni tal-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rappurtar tal-baġit, li se jippermetti rappurtar ex post fuq il-fondi li jintefqu sabiex jintlaħqu l-objettivi;

7.  Ifakkar li l-qafas ta' prestazzjoni kurrenti tal-programmi rrappurtati fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi jinkludi 716-il indikatur ta' tip differenti li jkejlu l-prestazzjoni ma' 61 objettiv ġenerali u 228 objettiv speċifiku;

8.  Jilqa' l-fatt li, f'dan l-istadju ta' implimentazzjoni, diġà ġew irrappurtati (jew parzjalment rrappurtati) il-kisbiet attwali ta' kważi 90 % tal-indikaturi; din hija żieda kostanti meta mqabbla mas-snin preċedenti (60 % fid-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi tal-2017 u 80 % fid-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi tal-2018); jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-programmi jinkludu data dwar ir-riżultati attwali għall-perjodu bejn l-2014 u l-2016 jew għall-2017;

9.  Jitlob li l-Kummissjoni:

(a)  tissimplifika r-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi:

–  tkompli tnaqqas l-għadd ta' objettivi u indikaturi li tuża għad-diversi rapporti tagħha dwar il-prestazzjoni, u tiffoka fuq dawk li jkejlu bl-aħjar mod il-prestazzjoni soċjali, ambjentali u ekonomika tal-baġit tal-Unjoni, filwaqt li madankollu jiġi evitat approċċ "wieħed tajjeb għal kulħadd";

–  tippreżenta informazzjoni finanzjarja b'mod li tagħmilha kumparabbli mal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni, sabiex ir-rabta bejn l-infiq u l-prestazzjoni tkun ċara;

–  tispjega u ttejjeb il-koerenza ġenerali bejn iż-żewġ settijiet tagħha ta' objettivi u indikaturi għall-programmi minn naħa waħda u għad-Direttorati Ġenerali min-naħa l-oħra;

(b)  tibbilanċja aħjar ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni billi tippreżenta b'mod ċar l-informazzjoni dwar l-isfidi ewlenin li għad iridu jingħelbu;

10.  Jilqa' l-fatt li d-Dikjarazzjonijiet tal-Programmi tal-2019 jirreferu għall-ksib tal-objettivi ta' politika trasversali, bħall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-bijodiversità u l-kwistjonijiet marbuta mal-ugwaljanza bejn is-sessi; japprezza li l-Kummissjoni tippreżenta wkoll il-programmi ta' nfiq rilevanti li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għaxar prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker, u jenfasizza l-aktar inizjattivi reċenti u rilevanti li jikkontribwixxu għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, għalkemm ta' spiss b'mod indirett u mhux kwantifikabbli;

11.  Jistieden lill-Kumitat għall-Baġits tal-Parlament Ewropew, f'koordinazzjoni mal-kumitati settorjali ta' dan il-Parlament, biex jippromwovi kultura vera ta' "orjentazzjoni lejn ir-riżultati" għall-ottimizzazzjoni tal-użu tal-fondi u biex jikkunsidra r-riallokazzjoni ta' fondi minn programmi li juru prestazzjoni baxxa;

L-Istrateġija Ewropa 2020

12.  Jissottolinja li l-Istrateġija Ewropa 2020 fiha miri u objettivi prijoritarji għall-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti, għalhekk, il-baġit tal-Unjoni huwa strument kruċjali għall-implimentazzjoni tal-miri u r-riżultati previsti tal-Istrateġija; jinsab imħasseb, madankollu, li skont l-indikaturi ekonomiċi u soċjali ewlenin, l-Unjoni għadha ma laħqitx dawn l-objettivi u r-riżultati, filwaqt li l-inugwaljanzi u d-diverġenzi fl-Unjoni u fl-Istati Membri tagħha ppersistew, u b'hekk ipoġġu f'riskju l-proġett Ewropew innifsu;

13.  Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni tal-abbozz tal-baġit totali għall-2019 lill-Istrateġija Ewropa 2020 hija stmata li tkun 66,2 % (EUR 106 958,3 miljun) u b'hekk tibqa' fil-livell tas-snin preċedenti; jinsisti, fid-dawl tar-restrizzjonijiet tar-riżorsi, li l-Kummissjoni għandha tagħmel kull sforz biex tindirizza aħjar ir-riżorsi disponibbli u tuża b'mod aktar effiċjenti l-fondi impenjati sabiex ittejjeb b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-objettivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 fejn in-nuqqas ta' progress huwa l-aktar inkwetanti, b'mod partikolari t-tnaqqis tal-livelli ta' faqar u l-progress tal-inklużjoni soċjali;

Il-Politika Agrikola Komuni (PAK)

14.  Jenfasizza d-distribuzzjoni kurrenti tal-infiq tal-PAK: 44,7 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-Unjoni kellhom introjtu annwali ta' inqas minn EUR 4 000, u fl-2016, bħala medja, l-ogħla 10 % tal-benefiċjarji tal-appoġġ dirett tal-PAK irċevew madwar 60 % tal-pagamenti; jinnota li d-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti fil-biċċa l-kbira tirrifletti l-konċentrazzjoni tal-art, billi 20 % tal-bdiewa huma wkoll propjetarji ta' 80 % tal-art, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-differenzi bejn l-Istati Membri individwali;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza bir-reqqa l-kawżi tat-tnaqqis globali fl-introjtu tal-bdiewa mill-2013 'il hawn, b'mod partikolari b'rabta mal-ispejjeż imqabbla mal-profitti għad-diversi elementi tal-katina ta' provvista tal-ikel (produtturi, proċessuri, trasport, bejjiegħa bl-imnut eċċ. – din l-analiżi għandha mbagħad tiżvela fejn tmur il-parti l-kbira tal-profitt), u twettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet u tiddefinixxi objettiv ewlieni ġdid ta' prestazzjoni akkumpanjat minn indikaturi tal-eżitu u tal-impatt, bil-għan li jittaffew l-inugwaljanzi fl-introjtu fost il-bdiewa;

Titħaffef il-Politika ta' Koeżjoni

16.  Jinsab imħasseb li aktar minn tliet snin wara l-bidu tal-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri nnominaw biss 77 % tal-awtoritajiet tal-programmi responsabbli għall-fondi fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni; mill-1 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni rċeviet kontijiet finali b'nefqa li tkopri biss 0,7 % tal-baġit allokat għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu kemm hu; minn nofs l-2017, id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit kien akbar milli kien fl-istess mument fil-perjodu 2007-2013; jinnota li, konsegwentement, l-impenji pendenti fi tmiem il-perjodu ta' finanzjament kurrenti jistgħu jkunu saħansitra ogħla minn kif kienu fil-perjodu preċedenti;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni tħaffef it-twettiq tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni u l-pagamenti relatati, kif ukoll tuża r-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha biex tassisti lill-Istati Membri ħalli jsaħħu l-kapaċità amministrattiva tagħhom, bil-ħsieb li jitnaqqas it-tul taż-żmien tal-implimentazzjoni fl-Oqfsa Finanzjarji Pluriennali li jmiss għas-sena n+2;

Is-Semestru Ewropew

18.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu koordinazzjoni aktar b'saħħitha bejn il-koeżjoni, il-governanza ekonomika u s-Semestru Ewropew bil-ħsieb li jiġi bbilanċjat mill-ġdid is-Semestru Ewropew, filwaqt li tingħata prijorità għal politiki li jippromwovu aktar ekwità soċjali u koeżjoni soċjali;

Il-migrazzjoni

19.  Jieħu nota li l-Kummissjoni tistima li total ta' EUR 2,3 biljun se jkun meħtieġ fl-2019 taħt l-intestatura 3 "Sigurtà u ċittadinanza" sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u s-sigurtà, iżda jiddeplora l-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri osservat, fl-aħħar rapport annwali tagħha, li "l-ammont kumplessiv ta' fondi mmobilizzati għall-kriżi tar-rifuġjati u tal-migrazzjoni ma ġiex irrappurtat mill-Kummissjoni, u huwa diffiċli biex dan jiġi stmat" (ir-rapport annwali tal-2016 tal-Qorti tal-Awdituri, paragrafu 2.28); jibża' li dan għadu l-każ fl-abbozz tal-baġit 2019, u għalhekk jista' jikkomplika l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li jistgħu jinqalgħu; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni qed tiffinalizza ħarsa ġenerali komprensiva tad-data dwar l-immigrazzjoni;

20.  Ifakkar li l-Kummissjoni spjegat li hu "diffiċli jekk mhux impossibbli li tipprovdi stima tal-ispejjeż li jitħallsu għall-migranti/applikanti għal ażil għal kull pajjiż individwali, peress li l-ġestjoni tal-flussi migratorji tinkludi firxa wiesgħa ta' attivitajiet"(1);

Strumenti finanzjarji u fondi fiduċjarji

21.  Jiddispjaċih li 6,7 % tal-pagamenti totali għall-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja kkonċernati (EUR 900 miljun) kienu destinati fl-2016 għal spejjeż u tariffi ta' ġestjoni; iqis li dan l-ammont huwa inadegwatament għoli; jerġa' jħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb it-trasparenza fl-użu tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja (FEI), tirrapporta regolarment dwar l-ingranaġġ, it-telf u r-riskji, u tippreżenta analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-FEI meta mqabbla ma' forom aktar diretti ta' finanzjament tal-proġetti;

22.  Jenfasizza li l-fondi fiduċjarji għandhom jiġu stabbiliti biss meta l-użu tagħhom huwa ġustifikat u l-azzjoni meħtieġa mhix possibbli permezz ta' kanali oħra ta' finanzjament eżistenti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra li ttemm il-fondi fiduċjarji li mhumiex kapaċi jattiraw kontribuzzjoni sinifikanti minn donaturi oħra jew li ma jipprovdux valur miżjud meta mqabbla ma' strumenti esterni "tradizzjonali" tal-Unjoni; iqis inaċċettabbli li l-involviment tal-FEŻ f'fondi fiduċjarji jillimita aktar il-possibbiltà għall-Parlament li jwettaq skrutinju tal-infiq tal-Unjoni;

UPPE

23.  Jinsisti li l-UPPE jiġi ffinanzjat b'mod adegwat u jkollu biżżejjed persunal; jinnota li fl-abbozz ta' baġit għall-2019, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni tammonta għal total ta' EUR 4 911 000; jirrimarka li din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa relatata mal-persunal tal-UPPE, in-nefqa tal-infrastruttura u tal-funzjonament u n-nefqa operattiva biex jinbeda l-iżvilupp tas-sistema ta' ġestjoni ta' każijiet tal-UPPE;

24.  Jiddeplora l-fatt li 35 post tax-xogħol biss huma previsti, li jimplika li wara t-tnaqqis ta' postijiet tax-xogħol ta' 23 Viċi Prosekutur, 12-il post tax-xogħol biss huma previsti għal kompiti amministrattivi; iqis li dan mhuwiex realistiku.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Jonathan Bullock, Tamás Deutsch, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Wolf Klinz, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Joachim Zeller, Dennis de Jong

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Karin Kadenbach

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Wolf Klinz

ECR

Monica Macovei

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

NI

Cătălin Sorin Ivan

PPE

Richard Ashworth, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

  Tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub 23 – Seduta ta' smigħ tal-Kumitat CONT tal-Kummissarju Avramopoulos tad-29 ta' Novembru 2016.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (31.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Luděk Niedermayer

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jappella sabiex il-baġit tal-2019 jiffoka fuq il-prijoritajiet stabbiliti fis-Semestru Ewropew u fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, kif ukoll fuq l-indirizzar tat-tħassib prinċipali taċ-ċittadini tal-UE li jaqa' taħt ir-responsabbiltà sħiħa jew parzjali tal-UE, kif deskritt – pereżempju – fl-Ewrobarometru 2018, li skontu l-aktar kwistjonijiet urġenti jinsabu b'mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà u tad-difiża;

2.  Jenfasizza li t-tisħiħ ta' żvilupp u tkabbir ekonomiċi soċjalment ibbilanċjati u sostenibbli, filwaqt li jitkomplew ir-riformi strutturali biex jiġu mmodernizzati l-ekonomiji Ewropej, titrawwem il-konverġenza bejn ir-reġjuni tal-UE u jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ, huma fost il-kwistjonijiet li jeħtieġu azzjoni urġenti flimkien mat-tnaqqis fit-tibdil tal-klima, ir-rispett tal-ambjent u l-ħarsien tal-bijodiversità, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-finanzjament tal-politiki dwar il-migrazzjoni, l-asil u r-rifuġjati; jissottolinja l-importanza tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli biex jingħelbu dawn il-kwistjonijiet;

3.  Ifakkar li, fundamentalment, il-baġit tal-Unjoni huwa baġit ta' investimenti;

4.  Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti għall-koordinazzjoni u s-sorveljanza tal-politiki makroekonomiċi; jenfasizza li l-komunikazzjoni trasparenti u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati dwar il-futur tal-UEM, inkluża l-euro, għandhom ikomplu;

5.  Jisħaq fuq l-importanza tar-rwol li għandhom l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) biex jissaħħaħ approċċ Ewropew ġenwin għas-superviżjoni finanzjarja, jitrawmu l-konverġenza superviżorja, l-applikazzjoni konsistenti tad-dritt tal-Unjoni u l-koordinazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet nazzjonali, tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, jiġi promoss il-funzjonament aħjar tas-swieq finanzjarji u jiġi żgurat il-ħarsien tal-konsumatur u tal-investituri individwali; jappella lill-Kumitat għall-Baġits sabiex jiżgura li jiġu allokati riżorsi adegwati li, meta kompletament razzjonalizzati, jippermettu lill-ASE jkollhom biżżejjed persunal u sistemi tal-IT siguri u effiċjenti filwaqt li titqies kif xieraq iż-żieda gradwali fl-ammont ta' kompiti assenjati lilhom;

6.  Jisħaq li l-ħidma tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) m'għandhiex tkun imfixkla mill-Brexit u mir-rilokazzjoni tagħha; jissottolinja l-importanza li l-leġiżlazzjoni korrispondenti tiġi ffinalizzata b'urġenza sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għal rilokazzjoni kosteffiċjenti; jenfasizza li kull leġiżlazzjoni futura rilevanti għandha tirrispetta bis-sħiħ ir-rwol tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri li jwasslu għal kwalunkwe twaqqif u rilokazzjoni tal-Aġenziji Ewropej fil-futur;

7.  Jinnota ż-żieda potenzjalment sinifikanti fl-estimi tal-baġit tal-ASE għall-2019, ikkawżata prinċipalment mill-introduzzjoni ta' kompiti ġodda proposti fir-rieżami tal-ASE u fil-fajls leġiżlattivi l-oħra li attwalment qegħdin jiġu negozjati; jinsisti, madankollu, fuq trasparenza sħiħa fir-rigward tad-distribuzzjoni ta' dawn ir-riżorsi finanzjarji addizzjonali; iqis li għandhom jiġu introdotti linji baġitarji kundizzjonali li jkopru l-ispiża tal-kompiti l-ġodda u li jidħlu fis-seħħ biss wara li jiġu adottati l-liġijiet; jirrikonoxxi li dan il-finanzjament ser japplika sa meta jiġi adottat u introdott mekkaniżmu ta' finanzjament ġdid;

8.  Jissottolinja l-importanza li r-reviżjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-ASE tiġi ffinalizzata qabel tintemm it-tmien leġiżlatura tal-Parlament Ewropew sabiex, skont l-evoluzzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-superviżjoni speċifika għall-istituzzjoni, tiġi introdotta l-possibbiltà ta' tariffi kkalibrati xierqa u proporzjonati għall-parteċipanti fis-suq li parzjalment jissostitwixxu l-kontribuzzjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr ma jikkompromettu, fl-istess ħin, l-indipendenza tal-ASE;

9.  Jenfasizza li l-ASE għandhom kontinwament ifittxu li jżidu l-effiċjenza tagħhom mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità ta' xogħolhom b'enfasi fuq ir-rivalutazzjoni kontinwa tal-metodi ta' ħidma, it-trasferiment tal-għarfien u forom oħra ta' assistenza reċiproka bejn l-ASE, kif ukoll l-użu effikaċi tar-riżorsi umani u finanzjarji; ifakkar li l-ASE jridu jżommu rigorożament mal-mandat assenjat lilhom mil-leġiżlatur tal-Unjoni u m'għandhomx ifittxu li jespandu de facto l-mandat tagħhom;

10.  Iqis li l-baġit tal-2019 għandu jalloka aktar riżorsi għall-akkoljenza u l-appoġġ tar-rifuġjati u l-migranti, b'mod partikolari lill-Istati Membri fuq il-fruntiera tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-UE u lil dawk li qegħdin jonoraw l-impenji tagħhom f'dan ir-rigward;

11.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati riżorsi adegwati b'appoġġ għall-azzjoni tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-ippjanar aggressiv, il-frodi u l-evażjoni tat-taxxa.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Markus Ferber, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Alex Mayer, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Peter Simon, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Simona Bonafè, Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Ramón Jáuregui Atondo, Danuta Jazłowiecka, Rina Ronja Kari, Thomas Mann, Siegfried Mureşan, Andreas Schwab, Tibor Szanyi

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

42

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Ashley Fox, Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Danuta Maria Hübner, Danuta Jazłowiecka, Georgios Kyrtsos, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Dariusz Rosati, Anne Sander, Andreas Schwab, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Simona Bonafè, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Neena Gill, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Alfred Sant, Peter Simon, Tibor Szanyi, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Philippe Lamberts, Ernest Urtasun

6

-

EFDD

David Coburn

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Dimitrios Papadimoulis, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

2

0

EFDD

Marco Valli

ENF

Barbara Kappel

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (30.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Marita Ulvskog

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li t-tkabbir sostenibbli u l-investiment huma aspett ċentrali għall-ħolqien ta' impjiegi deċenti li jwasslu għal impjieg ta' kwalità kif ukoll għal aktar prosperità u prosperità kondiviża għal kulħadd; jemmen li hemm bżonn li jiġu diretti l-fondi strutturali u l-investimenti b’mod aktar effikaċi biex jiġi promoss it-tkabbir inklużiv, jitnaqqsu l-inugwaljanzi u tingħata spinta lill-konverġenza soċjali 'l fuq;

2.  Jenfasizza li l-baġit tal-2019 għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri ta' Ewropa 2020 fil-qasam soċjali u tal-impjiegi fl-implimentazzjoni tal-Proklamazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u tal-Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul, iż-żieda fl-inugwaljanzi, l-esklużjoni soċjali u l-faqar, speċjalment il-faqar fost it-tfal; jenfasizza l-bżonn ta' appoġġ kontinwu għall-inklużjoni tal-migranti;

3.  Jisħaq li l-baġit tal-2019 ma jistax jiġi mifhum barra mill-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020; jenfasizza li l-fondi għall-programmazzjoni fil-qasam soċjali u tal-impjiegi għandhom joħolqu sinerġiji li jgħinu biex jitnaqqsu d-diverġenzi soċjali u l-inugwaljanzi, li ħraxu bil-kriżi; iwissi li kwalunkwe tnaqqis fil-baġit f'dawn l-oqsma joħloq biss diffikultajiet biex dawn il-politiki jkunu effikaċi u jilħqu l-miri tagħhom; ifakkar, madankollu, li fil-kuntest tar-restrizzjonijiet baġitarji kontinwi l-prinċipju ta’ valur miżjud Ewropew għandu jirrappreżenta l-pedament tal-infiq futur kollu u li l-infiq effiċjenti u effikaċi jkun daqstant ieħor importanti daqs il-limiti massimi totali tal-baġit;

4.  Jiċħad kwalunkwe tnaqqis fil-programmazzjoni baġitarja għal-linji relatati mal-impjiegi, l-affarijiet soċjali u l-inklużjoni; ifakkar li jrid jinstab bilanċ xieraq bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament sabiex dawn il-politiki jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom; huwa partikolarment imħasseb dwar it-tnaqqis introdott mill-Kunsill f'dawn l-oqsma peress li dan jista' jimpedixxi lill-UE milli tagħti r-riżultati u tilħaq l-aspettattivi taċ-ċittadini;

5.  Jinnota ż-żieda globali minn sena għal sena li pproponiet il-Kummissjoni fl-approprjazzjonijiet tal-intestatura 1 – Tkabbir intelliġenti u inklużiv (+3,1 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u +1,3 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament);

6.  Jirrikonoxxi ż-żieda modesta proposta mill-Kummissjoni fl-approprjazzjonijiet tal-intestatura 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (+2,8 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u +1,1 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament);

7.  Itenni t-talba tiegħu li fil-baġit tal-2019 jiġu żgurati approprjazzjonijiet adegwati, u speċjalment l-approprjazzjonijiet ta' pagament, għall-FSE peress li dieħel f'perjodu ta' implimentazzjoni intensa u t-talbiet għal pagament mill-Istati Membri se jiżdiedu u, għalhekk, jiddispjaċih għat-tnaqqis propost fl-approprjazzjonijiet ta' pagament (-2,6 %);

8.  Jilqa' l-proposta biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn u l-FEG (+ 2 % għal kull wieħed); jinnota bi tħassib it-tnaqqis (-60 %) fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-FEG, kif ukoll it-tnaqqis (1,5 % u -0,4 % rispettivament) fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI); jisħaq li l-approprjazzjonijiet ta' impenn għat-taqsima "Mikrofinanzjament u Intraprenditorija Soċjali" jridu jinżammu f'livell ambizzjuż;

9.  Ifakkar li l-UE qed topera f'kuntest ta' kważi-staġnar u tkabbir insuffiċjenti fil-pagi f'ċerti Stati Membri(1) u li kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-BĊE qed jirrakkomandaw żieda ġenerali fil-pagi u titjib fil-kwalità tal-impjiegi; jisħaq, barra minn dan, li l-linji baġitarji li jappoġġjaw id-djalogu soċjali Ewropew u l-miżuri favur is-sħab soċjali għandhom importanza assoluta f'dak li jirrigwarda t-tisħiħ tal-involviment tas-sħab soċjali, pereżempju fis-Semestru Ewropew u fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; jirrikonoxxi ż-żieda żgħira fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (6,4 %) iżda jiddeplora t-tnaqqis fl-approprazzjonijiet ta' pagament (-21,8 %) propost mill-Kummissjoni rigward ir-relazzjonijiet industrijali u d-djalogu soċjali; jenfasizza li sistemi ta' relazzjonijiet industrijali li jiffunzjonaw tajjeb iħallu impatt pożittiv fuq il-produttività, il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, il-kwalità tax-xogħol u pagi deċenti;

10.  Jenfasizza li l-qgħad fost iż-żgħażagħ f'ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea għadu għoli b'mod inaċċettabbli u li s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ NEET (barra mill-edukazzjoni, l-impjieg jew it-taħriġ), u ta' dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil, hija partikolarment inkwetanti; jenfasizza li ż-żgħażagħ huma l-aktar grupp f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali u ekonomika; jenfasizza li, sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet, huwa tal-akbar importanza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ ikollha finanzjament kontinwu, akbar u f'waqtu permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI), u li l-miżuri li jindirizzaw l-inugwaljanzi – anke lil hinn mill-impjieg – jingħataw appoġġ adegwat permezz tal-FSE;

11.  Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li l-YEI tingħata EUR 233,3 miljun oħra għall-2019; iqis, iżda, li l-baġit kumplessiv tal-YEI xorta mhuwiex biżżejjed biex il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tilħaq il-miri tagħha, u jitlob, għalhekk, li l-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Inizjattiva favur l-YEI għall-2019 jinżammu fl-istess livell bħal dak tal-2018, jiġifieri EUR 350 miljun;

12.  Jenfasizza l-kontribut importanti tal-aġenziji fl-indirizzar ta' firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet soċjali u dwar l-impjiegi; jenfasizza, b'rabta ma' dan, li l-kompiti tagħhom qed jiżdiedu b'mod kostanti u li għalhekk iridu jingħataw ir-riżorsi meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom u jiżguraw l-aqwa riżultati possibbli b'appoġġ għall-għanijiet leġiżlattivi u politiċi tal-UE; jiddispjaċih, għaldaqstant, għat-tnaqqis propost fil-finanzjament taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (-5,8 % kemm f'termini ta' impenji kif ukoll ta' pagamenti); itenni t-tħassib tiegħu dwar l-impatt baġitarju negattiv taż-żieda fil-koeffiċjent għall-Irlanda, li qiegħed jirriskja dejjem iżjed li jimmina l-kapaċità finanzjarja tal-Eurofound li taqdi l-mandat tagħha; jistenna li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jieħdu azzjoni biex ipattu għall-effetti, bħal ma jindika r-rapport ta' kwittanza 2016 tal-Eurofound; jenfasizza l-ħtieġa ta' finanzjament addizzjonali sabiex jinżamm il-livell tar-riċerka mwettqa mill-aġenzija, b'mod partikolari biex titkompla l-ħidma fuq l-istħarriġ pan-Ewropew;

13.  Jilqa' l-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li mistennija tibda topera fl-2019; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm finanzjament adegwat li jirrifletti l-kompiti stabbiliti fir-regolament li jmiss tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, sabiex jiġi żgurat li jkunu riżervati biżżejjed riżorsi finanzjarji għall-istabbiliment tagħha; jinnota li l-finanzjament propost mill-Kummissjoni (EUR 11-il miljun – l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fir-riżerva sa dak il-mument li jkun adottat l-att bażiku mil-leġiżlatur) huwa iżgħar minn dak ta' aġenziji oħra tal-UE fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali; jinsisti li dan il-finanzjament ma jistax isir billi jiġu riallokati fondi mill-aġenziji tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali l-oħra;

14  Jinnota li fl-2019 u l-2020 il-portal tal-EURES se jgħaddi gradwalment taħt ir-responsabbiltà tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u jitlob garanzija li t-trasferiment ta' dawn l-attivitajiet la jwassal għal tnaqqis fil-baġit tal-EURES u lanqas għal xi tfixkil fl-operat tal-portal;

15.  Itenni li l-proġetti pilota (PP) u l-azzjonijiet preparatorji (PA) huma għodod ta' valur importanti biex jagħtu bidu għal attivitajiet u politiki ġodda fl-oqsma tal-impjiegi u l-inklużjoni soċjali u li fil-passat, ġew implimentati b'suċċess diversi ideat tal-Kumitat EMPL, bħall-PP/AP; iħeġġeġ l-użu sħiħ tal-marġni disponibbli taħt kull intestatura.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Michael Detjen, Geoffroy Didier, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Miroslavs Mitrofanovs, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Dennis Radtke, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Rory Palmer, Evelyn Regner, Jasenko Selimovic, Birgit Sippel, Michaela Šojdrová, Helga Stevens, Neoklis Sylikiotis

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Jasenko Selimovic, Renate Weber

PPE

Georges Bach, Heinz K. Becker, Geoffroy Didier, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Dennis Radtke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Michaela Šojdrová, Romana Tomc

S&D

Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Michael Detjen, Elena Gentile, Jan Keller, Edouard Martin, Rory Palmer, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Siôn Simon, Birgit Sippel, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs, Terry Reintke

10

-

ECR

Arne Gericke, Anthea McIntyre, Helga Stevens, Ulrike Trebesius

ENF

Dominique Martin

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, João Pimenta Lopes, Neoklis Sylikiotis

NI

Lampros Fountoulis

1

0

GUE/NGL

Paloma López Bermejo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ara pereżempju s-Semestru Ewropew 2017: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, paġni 3 u 8: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52017DC0500&qid=1536759079439&from=MT

B'mod partikolari:

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż Nru 2 għall-Ġermanja: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/2018-european-semester-country-specific-recommendation-commission-recommendation-germany-en.pdf

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż Nru 2 għan-Netherlands: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/2018-european-semester-country-specific-recommendation-commission-recommendation-netherlands-en.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (30.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li 20,1 % tal-impenji totali fl-abbozz ta' baġit għall-2019 (AB 2019) huma marbuta mal-klima; jiddispjaċih li minkejja l-għan li 20 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni tkun marbuta mal-indirizzar tat-tibdil fil-klima, l-andament tal-baġit tal-Unjoni jindika li se jintlaħaq biss 19,3 % matul il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali; jenfasizza li għandu jsir kull sforz biex tintlaħaq il-mira ta' 20 %; jenfasizza li livell xieraq ta' appoġġ finanzjarju huwa kruċjali għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

2.  Jinnota li 8,2 % tal-impenji totali huma marbuta mat-tibdil tar-rotta tad-deklin tal-bijodiversità; jitlob l-allokazzjoni ta' riżorsi suffiċjenti għall-protezzjoni tal-bijodiversità; ifakkar li, skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Baġit għall-Ewropa 2020", il-ffinanzjament tal-Istrateġija Ewropea għall-Bijodiversità sal-2020 u l-objettiv tagħha li twaqqaf u tbiddel ir-rotta tad-deklin tal-bijodiversità fl-Unjoni jirrikjedi l-integrazzjoni tal-bijodiversità fil-baġit kollu tal-Unjoni;

3.  Jinnota ż-żieda ta' EUR 31,3 miljun f'impenji għal LIFE (+6 %); jiddispjaċih li LIFE jirrappreżenta biss 0,3 % tal-AB 2019;

4.  Jieħu nota tal-ammonti proposti ta' EUR 68,3 miljun f'impenji (+2,9 %) u EUR 61,3 miljun f'pagamenti (+9,6 %) għas-settur tas-saħħa; jiddispjaċih li dan l-ammont huwa biss 0,04 % tal-AB 2019 u 1,8 % tal-Intestatura 3 (f'temini ta' impenji);

5.  Iqis li r-riżorsi għas-saħħa għandhom jiżdiedu, speċjalment dawk allokati għar-riċerka dwar il-mard mentali; jistieden lill-Kummissjoni teżamina liema programmi tista' timplimenta biex iżżid l-ammonti allokati għar-riċerka u l-iżvilupp f'dan il-qasam fid-dawl tal-perjodu tal-QFP li jmiss, u tirrapporta lura lill-Parlament;

6.  Jieħu nota tal-ammonti proposti ta' EUR 297,7 miljun f'impenji (+6,3 %) u EUR 245,8 miljun f'pagamenti (-1 %) għall-ikel u l-għalf; jiddispjaċih li dan l-ammont huwa biss 0,18 % tal-AB 2019 u 8 % tal-Intestatura 3 (f'termini ta' impenji);

7.  Jinnota ż-żieda fl-impenji għall-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (EUR 149,6 miljun, + 350 %), li huwa wieħed mill-pedamenti tas-solidarjetà tal-Unjoni; jenfasizza li din iż-żieda hija meħtieġa peress li l-AB 2019 jinkludi l-impatt tal-proposta tal-Kummissjoni biex il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili jiġi rivedut;

8.  Jinnota li l-postijiet permanenti u temporanji awtorizzati skont l-AB 2019 baqgħu l-istess meta mqabbla mal-baġit tal-2018 għaċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), għall-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), filwaqt li kien hemm żieda f'dawk il-postijiet fl-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (+1)(1) u fl-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (+3); jenfasizza li, fejn xieraq, iridu jiġu allokati aktar riżorsi umani u finanzjarji lil dawk l-aġenziji sabiex jissodisfaw il-mandat tagħhom u jwettqu l-kompiti tagħhom, u sabiex jiġi promoss approċċ ibbażat fuq ix-xjenza fl-Unjoni;

9.  Jirrikonoxxi li l-postijiet temporanji awtorizzati skont l-AB 2019 għall-ECHA għandhom jiżdiedu bi tlieta; jirrimarka li din iż-żieda hija intiża biex tqarreb ir-riżorsi bijoċidali tal-ECHA lejn il-livell previst oriġinarjament, u bi tpattija għan-nuqqas ta' riżorsi li kien hemm fl-2018; jinnota madankollu li l-ECHA ngħatat kompiti addizzjonali skont id-Direttiva KE/2008/98 riveduta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart) li għaliha attwalment ma huma previsti l-ebda post jew finanzjament fl-AB 2019; jinnota, barra minn hekk, li huma previsti wkoll kompiti ġodda għall-ECHA fir-riformulazzjoni pendenti tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) dwar pollutanti organiċi persistenti u fir-reġim taċ-Ċentru tal-Avvelenament tal-UE, u jitlob li jkun hemm biżżejjed riżorsi disponibbli għall-ECHA sabiex tkun tista' twettaq dawk l-attivitajiet il-ġodda;

10.  Jenfasizza li, minbarra li kellha żieda sinifikanti fil-kompiti eżistenti tagħha, l-EEA ngħatat responsabbiltajiet ġodda li jirriżultaw f'żieda fil-bżonnijiet finanzjarji u tal-persunal tagħha, b'rispett tal-objettivi tat-tnaqqis fil-persunal u tal-istabbilizzazzjoni tal-baġit; jenfasizza li mingħajr żieda fit-tabella tal-persunal tagħha, hemm riskju ta' tfixkil sostanzjali fl-abilità tal-EEA li tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ambjentali fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali;

11.  Jinnota li l-EMA qed tħabbat wiċċha ma' ammont ta' xogħol ikbar u ħtiġijiet baġitarji ulterjuri fl-2019 b'konsegwenza tad-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni; jemmen li għandhom jiġu awtorizzati riżorsi finanzjarji u tal-persunal addizzjonali għal perjodu limitat, ħalli l-EMA tkun tista' tittrasferixxi u żżomm l-għarfien u l-ħiliet kritiċi meħtieġa biex tkompli twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv u biex terġa' tkompli dawk l-attivitajiet li attwalment jinsabu posposti;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta rapidament proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji (PP-AP) fil-qasam tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel;

13.  Ifakkar li l-PP-AP fil-qasam tal-ambjent, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel għandhom jirċievu finanzjament adegwat matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jiksbu l-potenzjal sħiħ tagħhom;

14.  Ifakkar fil-prinċipju tal-obbligu ta' rendikont lill-kontribwenti u lill-konsumaturi, u għaldaqstant iħeġġeġ dixxiplina baġitarja annwali b'saħħitha sabiex jitqies il-piż finanzjarju taċ-ċittadini; jisħaq li kull sena għandha tiġi rieżaminata l-kosteffettività tal-politiki, il-programmi u l-miżuri attwali u, meta jkun neċessarju, għandhom jittieħdu l-miżuri xierqa.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Cristian-Silviu Buşoi, Elena Gentile, Anja Hazekamp, Norbert Lins, Younous Omarjee, Christel Schaldemose, Bart Staes, Keith Taylor, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Giovanni La Via, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Guillaume Balas, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Elena Gentile, Karin Kadenbach, Olle Ludvigsson, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Margrete Auken, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Bart Staes, Keith Taylor

6

-

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

1

0

GUE/NGL

Younous Omarjee

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

  L-EFSA talbet post addizzjonali biex tiġi koperta l-pożizzjoni ta' Kap tal-Uffiċċju ta' Appoġġ għall-Aġenziji tal-UE fi Brussell. Il-finanzjament ta' dan il-post se jiġi kondiviż bejn l-Aġenziji tal-UE, mingħajr il-bżonn ta' baġit addizzjonali f'dan ir-rigward.

(2)

  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3) kif emendata reċentement mid-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109).

(3)

  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (25.9.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrifjuta t-tnaqqis min-naħa tal-Kunsill ta' 3,61 % fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 0,22 % fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linji baġitarji relatati mal-oqsma ta' kompetenza tal-Kumitat ITRE taħt l-Intestatura 1a tal-baġit tal-Unjoni 2019 meta mqabbel mal-proposta tal-Kummissjoni; jinnota ż-żieda ta' 3,9 % fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 1,8 % fl-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-linji baġitarji relatati mal-oqsma ta' kompetenza tal-Kumitat ITRE taħt l-Intestatura 1a tal-baġit tal-Unjoni meta mqabbel mal-2018 fil-proposta tal-Kummissjoni; jilqa' l-enfasi tal-baġit tal-2019 fuq it-tkabbir, l-innovazzjoni, il-kompetittività, is-sostenibbiltà, it-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni lejn ekonomija u sistema enerġetika effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq l-enerġija rinnovabbli, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi, u fuq is-suċċess ta' riċerkaturi u intraprendituri żgħażagħ u nisa;

2.  Hu tal-fehma li r-riċerka, l-SMEs u l-kompetittività se jkomplu jagħtu kontribut deċiżiv għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni; iqis li l-baġit allokat għall-programmi ta' suċċess Orizzont 2020 u Cosme fl-2019 għandu jkun biżżejjed biex tiġi żgurata t-tkomplija tagħhom;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata tmexxija fl-innovazzjoni u fit-teknoloġiji fixkiela; jiddeplora, għalhekk, it-tnaqqis sinifikanti propost mill-Kunsill fil-Qafas Strateġiku Komuni għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – EUR 0,3 biljun fl-approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 18-il miljun fl-approprjazzjonijiet ta' pagament – b'impatt kbir ħafna fuq Orizzont 2020, u jiddeplora b'mod speċjali t-tnaqqis fil-linji baġitarji rilevanti bħat-Tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti u t-Tisħiħ tal-infrastruttura Ewropea tar-riċerka, li jservu biex itejbu l-istandards tal-għajxien, itejbu l-aċċess għall-għarfien u jippromwovu l-iżvilupp soċjali u ekonomiku; jinnota ż-żieda proposta ta' 8,5 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn għal Orizzont 2020 fil-baġit ġenerali tal-2019 fil-proposta tal-Kummissjoni; ifakkar is-sottofinanzjament qawwi ta' Orizzont 2020 fil-QFP 2014-2020 li wassal għal rata ta' suċċess tal-applikazzjonijiet aktar baxxa (11,6 % u saħansitra ta' 3 % fil-każ ta' xi programmi) milli fil-perjodu preċedenti tal-QFP, li jfisser li huma anqas il-proġetti ta' kwalità għolja fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni li qegħdin jirċievu finanzjament mill-Unjoni; itenni, għalhekk, it-tħassib serju tiegħu dwar il-livell ambizzjuż ta' finanzjament għal Orizzont Ewropa kif propost mill-Kummissjoni għall-QFP li jmiss u għandu l-intenzjoni li jiżgura l-minimu indispensabbli ta' EUR 120 biljun bil-prezzijiet tal-2018 għal dan il-programm matul in-negozjati tal-QFP 2021-2027 li jmiss u jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu li, wara l-Ftehim ta' Pariġi, l-infiq relatat mal-klima għandu jiżdied b'mod sinifikanti meta mqabbel mal-QFP attwali;

4.  Hu tal-fehma li l-baġit tal-UE għall-2019 għandu jintuża bħala bażi għall-istrumenti rilevanti kollha biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ, partikolarment fir-reġjuni tal-UE li qegħdin lura ekonomikament, b'enfasi fuq il-promozzjoni tan-negozju u l-ħiliet diġitali;

5.  Jagħraf l-importanza u s-suċċess tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jiddispjaċih li, sabiex jiġi żgurat finanzjament addizzjonali għall-FEIS, il-finanzjament għal Orizzont 2020 kellu jitnaqqas; jenfasizza li l-baġit ġenerali tal-UE m'għandux jiffinanzja inizjattivi ġodda għad-detriment tal-programmi u l-politiki eżistenti tal-Unjoni; hu beħsiebu jissodisfa l-impenn li l-Parlament għamel matul in-negozjati tal-FEIS sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq dan il-programm u jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għal-linji affettwati għall-2019;

6.  Ifakkar fl-importanza li jitrawmu sinerġiji estensivi bejn il-FNE Trasport u l-FNE Diġitali sabiex jiġi mmassimizzat l-ingranaġġ finanzjarju tal-proġetti li għandhom l-għan li jagħtu spinta lid-diġitalizzazzjoni tal-kurituri TEN-T;

7.  Jenfasizza l-importanza li titlesta l-Unjoni tal-Enerġija filwaqt li jintlaħqu l-għanijiet tal-klima Ewropej billi jitwettqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Sostenibbiltà tan-NU; jissottolinja l-affermazzjonijiet tal-Parlament Ewropew fir-rapport dwar l-Aċċellerazzjoni tal-Innovazzjoni fil-qasam tal-Enerġija Nadifa (2017/2084 (INI)) dwar koerenza akbar bejn l-impenn tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi u l-politiki ta' finanzjament tagħha għall-ħames dimensjonijiet ta' appoġġ reċiproku tal-Unjoni tal-Enerġija; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-adozzjoni tal-prinċipju "l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel", kif ukoll il-mira li l-Unjoni ssir in-numru wieħed fl-enerġija rinnovabbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi l-finanzjament meħtieġ għal investimenti f'dawn l-oqsma kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli, tindirizza l-faqar enerġetiku u tiżgura tranżizzjoni ġusta u biex tiggarantixxi kundizzjonijiet ekwi għall-industrija fil-proċess ta' tranżizzjoni lejn proċessi ta' produzzjoni aktar nodfa biex tinkiseb ekonomija b'żero emissjonijiet tal-karbonju fl-2050; jilqa', f'dan ir-rigward, l-istimi tal-Kummissjoni li l-infiq relatat mal-klima se jilħaq 20,1 % fil-baġit tal-2019, iżda jtenni li din il-proposta se twassal biss għal 19,3 % tal-baġit tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2020 għall-miżuri relatati mal-klima; iqis li, biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, il-FNE għandu jibqa' jkollha l-fondi meħtieġa; jinsab imħasseb dwar it-tnaqqis sinifikanti propost mill-Kunsill f'impenji u pagamenti għall-FNE Enerġija;

8.  Huwa konxju tal-importanza kbira tal-linji baġitarji għall-isfidi tas-soċjetà, u b'mod aktar speċifiku tal-linja baġitarja għat-titjib fis-saħħa u l-benessri tul il-ħajja, biex jiżdied l-istandard tal-għajxien fl-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm biżżejjed finanzjament għal dawn il-finijiet u jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kunsill;

9.  Jissottolinja l-importanza li jintlaħqu l-għanijiet tas-Suq Uniku Diġitali biex jitjiebu d-diġitalizzazzjoni tal-Unjoni u l-inklużjoni diġitali tal-ekonomija, is-settur pubbliku u ċ-ċittadini Ewropej; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, l-importanza ta' inizjattivi bħall-WIFI4EU; jiddeplora t-tnaqqis propost mill-Kunsill għal din l-inizjattiva;

10.  Jissottolinja li l-SMEs huma parti essenzjali mill-ekonomija Ewropea peress li jipprovdu għadd kbir ta' impjiegi fl-UE, u jħoss il-ħtieġa li jinħoloq ambjent kummerċjali favorevoli għall-SMEs, kif ukoll li jingħata appoġġ lin-netwerks u r-raggruppamenti tal-SMEs; jinnota bi tħassib kbir, madankollu, it-tnaqqis propost mill-Kunsill fl-istrument għall-SMEs, għax dan jibgħat sinjal kontradittorju lin-negozji Ewropej;

11.  Jieħu nota tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija fil-Qasam tad-Difiża (EDIDP); jenfasizza li din l-attività għandha tkun mogħnija b'riżorsi ġodda minħabba l-impatt sinifikanti tagħha fuq il-baġit tal-Unjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis propost mill-Kunsill fil-FNE u fil-programmi spazjali Ewropej – bħar-rwol ta' tmexxija fl-ispazju u Copernicus – biex jiġi ffinanzjat l-EDIDP, għax biex jingħata appoġġ lil programmi fil-qasam tad-difiża m'għandhomx jiġu rtirati riżorsi finanzjarji mill-programmi ċivili;

12.  Jissottolinja l-ħtieġa li s-settur tal-mobbiltà Ewropea jiġi riformat sabiex ikun hemm trasport sostenibbli, nadif u kompetittiv fl-Unjoni, biex l-industrija tal-karozzi tal-Unjoni tkun adatta għall-futur u jintlaħqu l-għanijiet tagħna dwa il-klima; jenfasizza l-ħtieġa, għalhekk, li jkun hemm biżżejjed fondi għall-programmi li jappoġġjaw dawn l-għanijiet, bħal FNE Trasport u l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH 2); jesprimi t-tħassib tiegħu, għalhekk, dwar it-tnaqqis propost mill-Kunsill f'dawn il-programmi;

13.  Ifakkar fl-importanza ta' riżorsi finanzjarji u tal-persunal adegwati għall-aġenziji kollha fl-ambitu tal-kompetenza tal-ITRE sabiex jiġi żgurat li jistgħu jwettqu sewwa l-kompiti tagħhom; jenfasizza li t-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal u r-riżerva ta' riallokazzjoni qed jintemmu b'dan il-baġit ġenerali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni toqgħod lura milli tieħu azzjonijiet simili fil-ġejjieni; jinsisti li r-riżorsi għandhom jiżdiedu skont iż-żieda tal-kompiti tal-aġenziji kkonċernati; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, iż-żieda fil-persunal tal-ENISA u l-GSA; jinnota bi tħassib li dawn iż-żidiet mhumiex biżżejjed, u jappella wkoll għal żieda fil-persunal tal-ACER, b'mod li jkun jista' jwettaq il-mandat tiegħu, inkluża l-ħtieġa li jirrekluta u jżomm esperti speċjalizzati ħafna u biex jippjana għal rwoli u responsabbiltajiet futuri;

14.  Jenfasizza li, billi r-Renju Unit indika li kien se jikkontribwixxi għall-baġits tal-2019 u l-2020, l-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni mhuwiex mistenni li jkollu impatt dirett fuq il-programmi li jidħlu fl-ambitu tal-kompetenza tal-ITRE;

15.  Jenfasizza li jekk l-Unjoni tonqos li tirrispetta l-impenji legali u politiċi tagħha dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament, tkun qed tagħmel tippreġudika bil-kbir l-affidabbiltà tagħha u jkun hemm impatt negattiv serju fuq il-fiduċja fil-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jwettqu r-rwol tagħhom, u jenfasizza li din il-kwistjoni hija aktar serja minħabba l-fatt li l-Unjoni qed toqrob lejn tmiem il-perijodu tal-QFP attwali u li, għalhekk, l-implimentazzjoni tal-programmi pluriennali jeħtieġ li tiġi avvanzata malajr.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, José Blanco López, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Igor Gräzin, Rebecca Harms, Barbara Kappel, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tilly Metz, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Michał Boni, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Gesine Meissner, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernd Kölmel

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Igor Gräzin, Gesine Meissner, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

ECR

Bernd Kölmel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Dario Tamburrano

PPE

Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Françoise Grossetête, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Tilly Metz, Julia Reda

5

-

ECR

Amjad Bashir

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Angelo Ciocca, Christelle Lechevalier

S&D

José Blanco López

4

0

ENF

Barbara Kappel

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (12.7.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Jasenko Selimovic

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li r-responsabbiltà tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (IMCO) fil-proċedura tal-baġit tkopri l-linji baġitarji fit-titoli 2 (Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs), 14 (Tassazzjoni u unjoni doganali) u 33 (Ġustizzja u Konsumaturi);

2.  Jissottolinja li s-Suq Uniku huwa wieħed mill-akbar kisbiet tal-Ewropa, li ppermetta li l-persuni, il-prodotti, s-servizzi u l-kapital jiċċaqalqu liberament fl-Unjoni, ta' spinta lill-Prodott Domestiku Gross tal-UE b'1,7 % u ħoloq 3,6 miljun impjiegi addizzjonali mill-1990 'l hawn, u għalhekk, jikkunsidra li l-ikkompletar tas-Suq Uniku għandu jibqa' wieħed mill-prijoritajiet fil-Baġit 2019 billi huwa kruċjali biex l-Unjoni jkollha ekonomija bbażata fuq l-għarfien aktar kompetittiva u dinamika, għall-benefiċċju sew taċ-ċittadini u sew tan-negozji tagħha; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-Unjoni ssir aktar kompetittiva u jappella għal allokazzjoni baġitarja li tgħin biex tittrasforma l-attivitajiet għal dinja diġitali;

3.  Ifakkar li ambjent tal-konsumatur b'saħħtu u kompetenti huwa fattur ewlieni għall-ikkompletar tas-Suq Uniku u għat-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa kollha, u jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur tat prevedibbiltà u ċertezza legali liċ-ċittadini u lin-negozji li huma bżonnjużi f'ħafna oqsma bħalma huma d-drittijiet tal-passiġġieri, id-drittijiet tal-konsumatur u l-ġlieda kontra prattiki kummerċjali inġusti u termini kuntrattwali inġusti;

4.  Jinnota fl-istess ħin li prodotti mhux sikuri u mhux konformi għadhom realtà fis-swieq tal-Unjoni, kif enfasizzat minn għadd ta' skandli reċenti, b'hekk ġiet issottolinjata l-ħtieġa li jiġi allokat finanzjament għal superviżjoni u miżuri tas-suq aktar effiċjenti u kkoordinati biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-konsumatur;

5.  Jilqa' l-fatt li, fl-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (abbozz ta' baġit 2019), ġew ikkunsidrati kif xieraq il-prijoritajiet ewlenin tal-Kumitat IMCO fl-oqsma tal-funzjonament tal-unjoni doganali, tal-protezzjoni tal-konsumatur, tal-kompetittività u tas-suq intern għall-oġġetti u servizzi, u msaħħa b'approprjazzjonijiet baġitarji adegwati f'termini ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, u jistieden lill-Kunsill jikkonferma dawn l-approprjazzjonijiet;

6.  Jisħaq fuq il-fatt li l-politika dwar is-Suq Uniku għandha tkun prijorità bħala parti mill-ispinta għal infiq baġitarju aħjar, u li għandu jinstab tfaddil ekwivalenti f'oqsma oħrajn sabiex jiġu ssodisfati l-impenji ta' nfiq;

7.  Jilqa' ż-żieda fil-livell ta' approprjazzjonijiet ta' impenn għall-modernizzazzjoni tal-unjoni doganali bħala sostenn għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (il-Kodiċi) u għall-iżvilupp tas-sistemi doganali elettroniċi, peress li l-implimentazzjoni sħiħa u uniformi tal-Kodiċi hija essenzjali biex iċ-ċittadini u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa aħjar u d-dwana elettronika tikkostitwixxi l-isfida maġġuri fis-snin li ġejjin sabiex jiġi żgurat il-funzjonament aħjar tas-suq intern; u jissottolinja li s-semplifikazzjoni tal-proċeduri doganali u l-infurzar effettiv tas-sistemi doganali huma essenzjali għall-ġlieda kontra l-frodi u biex jixprunaw il-kompetizzjoni;

8.  Jisħaq fuq il-fatt li l-isfidi marbuta mal-protezzjoni tal-konsumatur taċ-ċittadini tal-Unjoni għadhom preżenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-ekonomija diġitali u tal-iżvilupp tal-kummerċ bl-imnut transfruntier fl-Unjoni, u għaldaqstant jiddispjaċih li l-approprjazzjonijiet għall-Programm tal-Konsumatur fl-abbozz ta' baġit 2019 mhumiex biżżejjed; jitlob, għalhekk, finanzjament adegwat għall-programm tal-konsumaturi sabiex jiffinalizza l-implimentazzjoni tas-suq uniku diġitali Ewropew reali, jiżgura livell ogħla ta' protezzjoni għall-konsumaturi, b'mod partikolari għal dawk vulnerabbli, u biex jiġi żgurat li l-isfidi ġodda tal-politiki dwar il-protezzjoni tal-konsumatur jiġu indirizzati b'mod xieraq;

9.  Jenfasizza l-importanza tal-għodod tal-governanza tas-suq intern biex tiġi żgurata mhux biss l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-Unjoni iżda wkoll informazzjoni u assistenza aħjar għall-konsumaturi u għan-negozji, u jirrakkomanda li l-Kummissjoni tappoġġa l-programmi ta' sensibilizzazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tagħhom u l-azzjoni xierqa bi tweġiba għall-ksur tagħhom; jappella, għalhekk, li tiżdied il-linja baġitarja rilevanti 02 03 04 sabiex jiġi żgurat funzjonament aħjar tas-Suq Uniku u b'mod speċifiku rigward is-servizzi ta' informazzjoni u ta' assistenza;

10.  Jinnota li 91,6 % taċ-ċittadini u tan-negozji mhumiex konxji ta' ebda servizz ta' informazzjoni jew assistenza fil-livell Ewropew(1), u huwa tal-opinjoni li s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u tan-negozji dwar l-għodod tal-informazzjoni u l-assistenza, b'mod partikolari l-portal "L-Ewropa Tiegħek" u n-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, hija ta' importanza kbira u li jeħtieġ sforz sinifikanti biex din tiżdied u għalhekk jistenna żieda importanti fl-allokazzjonijiet tal-finanzjament;

11.  Jinnota li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni diġà laħqu ftehim informali dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-istabbiliment ta' portal diġitali uniku li jipprovdi informazzjoni, proċeduri, u servizzi ta' assistenza u ta' soluzzjoni tal-problemi, u jistenna li jkun hemm allokazzjonijiet ta' finanzjament adegwati diġà fl-2019 għat-tħejjija tal-portal;

12.  Ifakkar lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-dħul fis-seħħ fit-3 ta' Diċembru 2018 tar-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2), l-impenn tagħha li sa Marzu 2020 twettaq analiżi sostantiva tal-fattibbiltà tal-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament biex jiġu koperti kompletament is-servizzi fornuti b'mod elettroniku protetti bid-drittijiet tal-awtur, inklużi s-servizzi awdjoviżivi, u għaldaqstant, jitlob biex fl-2019 ikun hemm allokazzjoni ta' finanzjament adegwata għal dan il-għan;

13.  Ifakkar li l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) huwa għodda kruċjali biex jinkoraġġixxi kultura intraprenditorjali, isostni l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) eżistenti u jiżgura l-kompetittività, is-sostenibbiltà u t-tkabbir tagħhom, jgħinhom jilqgħu t-trasformazzjoni diġitali, kif ukoll jippromwovi l-avvanz tas-soċjetà tal-għarfien, u jistenna li t-tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-COSME fl-abbozz ta' baġit 2019 huwa biss ir-riżultat ta' kalkolu dettaljat ta' ammonti pendenti mill-Kummissjoni, peress li huwa ta' importanza kbira li jiġu evitati ostakli u nuqqasijiet fil-pagamenti tal-azzjonijiet tal-COSME;

14.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-abbozz ta' baġit 2019 dwar il-linja baġitarja 02 02 01 "Promozzjoni tal-intraprenditorija u titjib tal-kompetittività u l-aċċess għas-swieq għall-intrapriżi tal-Unjoni" filwaqt li għadu mħasseb dwar il-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ipprogrammati, peress li t-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament jibqa' prijorità ċentrali għall-Kumitat IMCO fil-Baġit 2019;

15.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet fil-linja baġitarja 33 04 01 tal-abbozz ta' baġit 2019 "Salvagwardja tal-interess tal-konsumaturi u titjib tas-sikurezza u informazzjoni għalihom"; jenfasizza li t-titjib fl-edukazzjoni u fis-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur medju huwa ta' importanza kbira fis-suq uniku diġitali; jappella għat-tisħiħ tal-għodod tas-Suq Uniku li jkabbru l-għarfien dwar ir-regoli tas-suq intern; jissottolinja t-tkomplija tal-allokazzjonijiet finanzjarji għas-SOLVIT, għan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi u għal Fin-Net;

16.  Jenfasizza l-importanza ta' standards għall-kompetittività fis-suq tal-Unjoni; ifakkar li jenħtieġ appoġġ finanzjarju xieraq għall-attivitajiet tal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandards (ESOs);

17.  Jitlob li l-finanzjament tal-proġetti pilota kollha approvati mill-Kumitat IMCO u b'mod partikolari dawk dwar "Il-monitoraġġ ta' prattiki eventwali ta' tfassil ta' profil tal-konsumatur inġust u aġġustament tal-prezzijiet mil-linji tal-ajru" (li jinvestiga jekk il-linji tal-ajru jipprattikawx l-hekk imsejjaħ "tfassil ta' profil tal-konsumatur" biex jitwettaq aġġustament tal-prezz tat-titjiriet), dwar "Applikazzjoni ta' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-internet fl-għodod u l-pjattaformi tal-ħolqien ta' siti web b'mod prestabbilit" (li jħeġġeġ u jsostni l-adozzjoni ta' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà rilevanti tal-Istandard Ewropew EN 301 549 v1.1.2 bl-għoti ta' għotjiet lill-impriżi), u dwar "Valutazzjoni tal-allegati differenzi fil-kwalità tal-prodotti mibjugħa fis-Suq Uniku" (li jiżviluppa ulterjorment riċerka relatata mal-konsumatur u mas-suq dwar l-allegata kwalità doppja ta' prodotti fis-Suq Uniku).

18.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tal-proġett pilota - "Valutazzjoni tad-differenzi allegati fil-kwalità tal-prodotti mibjugħin fis-Suq Uniku", taċċerta li l-Membri tal-Kumitat IMCO jkunu involuti mill-qrib fl-ippjanar u s-sorveljanza tal-attivitajiet kollha relatati ma' dan il-proġett pilota u jtenni li r-rwol tal-Membri tal-PE għandu jkun prominenti biex jinformaw lill-pubbliku ġenerali dwar ir-riżultati tar-rapport finali;

19.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm rabta bejn il-programmi kollha tas-Suq Intern mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3);

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Birgit Collin-Langen, Julia Reda, Marc Tarabella, Matthijs van Miltenburg, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Isabella De Monte, Sylvie Goddyn, Nosheena Mobarik

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34

+

ALDE

Dita Charanzová, Jasenko Selimovic, Matthijs van Miltenburg

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Richard Sulík, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Asim Ademov, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Anna Maria Corazza-Bildt, Eva Maydell, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Stefanec, Róża Gräfin von Thun und Hoheinstein, Mihai Turcanu, Sabine Verheyen

S&D

Biljana Borzan, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Isabella De Monte, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

Verts/ALE

Pascal Durand, Julia Reda

3

-

EFDD

John Stuart Agnew

Verts/ALE

Sylvie Goddyn, Mylène Troszczynski

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0 : astensjoni

(1)

Data tal-2017 meħuda minn studju dwar il-ħtiġijiet ta' informazzjoni u assistenza għan-negozji li joperaw b'mod transfruntier fl-UE, inkluża l-analiżi tal-lakuni u tal-ispejjeż p. 30.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta' Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60 I/1, 2.3.2018, p. 1).

(3)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016

dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (30.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Telička

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jieħu nota tal-abbozz tal-baġit propost għall-politika tal-UE dwar it-Trasport taħt l-Intestatura 1a, Titolu 6 "Mobilità u Trasport"; jinsisti li l-politika tat-trasport tal-Unjoni hija essenzjali għall-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti, għall-integrazzjoni Ewropea globali, għall-koeżjoni soċjali u territorjali tal-Unjoni, u għall-kompetittività ġenerali; jenfasizza, għalhekk, li din il-politika teħtieġ baġit ambizzjuż għas-settur tat-trasport sabiex tinżamm il-kredibilità tal-proġetti li għaddejjin bħalissa, jiġi ggarantit netwerk xieraq għall-infrastruttura u jiġi żgurat il-funzjonament korrett tiegħu, kif ukoll is-sikurezza tiegħu, jiġi żgurat investiment fit-tul li jsaħħaħ in-negozji Ewropej, u jiġi mmobilizzat il-finanzjament privat komplementari;

2.  Jemmen li l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) hija strument kruċjali li tipprovdi valur miżjud Ewropew sinifikanti f'termini ta' ottimizzazzjoni tan-netwerk tat-trasport fl-Unjoni kollha kemm hi billi tgħaqqad flimkien u/jew timmodernizza l-infrastruttura tat-trasport, kemm dik ġdida kif ukoll dik eżistenti; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-FNE fis-settur tat-trasport biex jitlestew in-netwerks ewlenin u komprensivi tat-TEN-T, u jirrimarka li fir-rigward tal-ippjanar fit-tul, il-FNE teħtieġ finanzjament stabbli u xieraq; jiddispjaċih li, fil-passat, kien hemm tnaqqis fil-baġit għad-detriment tal-FNE, u jinsisti li kwalunkwe tnaqqis ġdid għal dan il-programm mhuwiex aċċettabbli; jieħu nota li fir-rigward tal-FNE Trasport, il-Kummissjoni tipproproni żieda ta' 39,4 % u 5,3 % f'impenji u pagamenti rispettivament, u jqis li dawn l-ammonti huma minimi, fid-dawl tal-fatt li l-2019 hija l-ewwel sena tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali li matulha jista' jintalab finanzjament addizzjonali għal proġetti li nbdew bejn l-2014 u l-2016;

3.  Jilqa' r-rilokazzjoni tal-flus mill-Fond ta' Koeżjoni, li tammonta għal EUR 1,7 biljun fl-2019 għall-programm FNE Trasport; ifakkar li dawn il-fondi huma ddedikati esklużivament għal proġetti infrastrutturali "TEN-T" fl-Istati Membri eliġibbli għall-Fond ta' Koeżjoni;

4.  Jisħaq li l-proġett Rail Baltica, ibbażat fuq gejġ tal-linji Ewropew, huwa wieħed mill-aktar importanti tax-xorta tiegħu fl-Unjoni, iżda li l-finanzjament propost huwa inadegwat; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament tal-Unjoni jinżamm fl-istess livell stabbli;

5.  Jilqa' s-sejħa l-ġdida tal-FNE Trasport li ġiet imnedija f'Mejju 2018 biex tappoġġja l-orjentazzjonijiet ta' politika tat-tielet Pakkett dwar il-Mobilità Nadifa u s-sejħiet addizzjonali li se jiġu mnedija fl-2019; ifakkar fis-suċċess tas-sejħa għal finanzjament imħallat tal-2017, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrepeti tali sejħa fl-2019; jenfasizza, għal darb'oħra din is-sena, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn il-FNE ma' fondi oħra, b'mod partikolari l-FEIS, għall-proġetti li jiġġeneraw dħul, biex jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-finanzjament ta' proġetti u jiġi skattat l-investiment privat addizzjonali fl-innovazzjoni fuq skala kbira bħas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet diġitali; ifakkar, fl-istess ħin, li fil-qasam tal-FNE Trasport, l-għotjiet finanzjarji għandhom jibqgħu l-istrument ewlieni biex jiġu ffinanzjati infrastruttura sostenibbli u proġetti transfruntiera tul il-kurituri tat-TEN-T;

6.  Ifakkar fl-obbligi fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi; jirrimarka li fil-futur qarib, l-Ewropa se jkollha taffaċċja sfidi dejjem akbar marbuta mat-trasport, bħall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u ż-żieda fid-domanda tat-trasport tal-merkanzija, li se jkollhom jinkludu t-tranżizzjoni tal-enerġija u forom ġodda ta' mobilità, u jfakkar li dawn l-isfidi se jeħtieġu finanzjament sostanzjali sabiex l-Ewropa tibqa' inklużiva u kompetittiva; jenfasizza, għalhekk, l-importanza fundamentali li l-bidla modali tkun appoġġjata u allokata b'finanzjament adegwat, sabiex titwettaq iż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea b'livell baxx ta' karbonju, pereżempju permezz tal-implimentazzjoni tal-ERTMS, tal-merkanzija bil-ferrovija, tal-ferroviji b'veloċità għolja, tal-konnessjonijiet ferrovjarji transfruntieri, u jiġu promossi l-awtostradi tal-baħar u l-passaġġi fuq l-ilma intern, inkluż il-bastimenti b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju, sabiex jinkiseb settur tat-trasport sostenibbli; itenni, barra minn hekk, li ġestjoni effiċjenti tal-loġistika ekoloġika mal-firxa tal-mezzi kollha tat-trasport fl-Unjoni tista' tikkontribwixxi bil-kbir biex jitnaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku u l-emissjonijiet l-emissjonijiet CO2, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi d-diġitalizzazzjoni fil-loġistika;

7.  Ifakkar fl-importanza li jitrawmu sinerġiji estensivi bejn il-FNE Trasport u l-FNE Diġitali sabiex jiġi mmassimizzat l-ingranaġġ finanzjarju tal-proġetti li għandhom l-għan li jagħtu spinta lid-diġitalizzazzjoni tal-kurituri TEN-T;

8.  Jemmen li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-UE għall-aġenziji marbuta mat-trasport għandha tirrifletti l-kompiti tagħhom; jinnota li l-baġit allokat għall-EASA huwa stabbli, li l-baġit għall-EMSA żdied bi ftit u li l-baġit allokat għall-ERA sfortunatament naqas meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti; ifakkar li l-kompetenzi tal-ERA, tal-EASA u tal-EMSA reċentement twessgħu, b'hekk jeħtieġu finanzjament adegwat u persunal biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet il-ġodda tagħhom b'suċċess; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-evoluzzjoni ferm sinifikanti tal-mandat tal-EASA li tirriżulta mill-adozzjoni reċenti tar-regolament bażiku rivedut tagħha b'kompetenzi ġodda, bħad-droni, is-sistema ATM/ANS, l-ambjent, iċ-ċibersigurtà, ir-riċerka u l-preżenza internazzjonali, u għaldaqstant, il-proposta tal-baġit għall-EASA għandha tiżdied f'termini ta' riżorsi umani u finanzjarji sabiex hija tkun mgħammra b'mod adegwat biex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għaċ-ċittadini tal-Unjoni;

9.  Ifakkar li l-ispazju huwa settur ewlieni għall-Unjoni, li Galileo u EGNOS qegħdin jintużaw b'mod wiesa' fis-settur tat-trasport, u li EGNOS ilha topera kompletament sa mill-2011 għall-benefiċċju tal-modalitajiet kollha tat-trasport; jenfasizza li Galileo hija kompletament iffinanzjata mill-baġit tal-UE u li l-implimentazzjoni sħiħa tagħha se ġġib benefiċċji konsiderevoli għall-ekonomija tal-UE billi tipprovdi servizzi reali għall-industriji u ċ-ċittadini tagħha; jieħu nota li Galileo bħalissa qiegħda topera bi 22 satellita u li l-implimentazzjoni sħiħa tagħha għandha tintlaħaq fl-2020 ladarba 30 satellita se jkunu fl-orbita; iqis għalhekk, u filwaqt li jieħu kont tal-isfida urġenti taċ-ċibersigurtà, li huwa ta' importanza assoluta li jiġi allokat baġit xieraq biex jiġi żgurat l-illanċjar tas-satelliti li jmiss; jiġbed l-attenzjoni għall-kompiti ewlenin tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea (GSA) fir-rigward ta' Galileo u s-Sistema Ewropea ta' navigazzjoni b'kopertura ġeostazzjonarja (EGNOS); jemmen li l-GSA għandu jkollha biżżejjed persunal biex tiżgura li l-programmi tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) joperaw kif suppost u jkunu jistgħu jiġu sfruttati għall-vantaġġ;

10.  Jemmen li titjib tal-effiċjenza fis-settur tat-trasport u tnaqqis fil-livell ta' emissjonijiet huma objettivi interdipendenti li r-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu bil-kbir biex dawn jintlaħqu, flimkien mal-Aġenziji tal-UE rilevanti; jieħu nota tal-istabbilità proposta għall-baġit allokat fl-ambitu tal-programm Orizzont 2020 lill-impriżi konġunti SESAR 2 (kemm għar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM)), Shift2Rail, Clean Sky 2 u lill-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2, filwaqt li jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat finanzjament xieraq għas-suċċess ta' dawn il-programmi;

11.  Jemmen li l-finanzjament tal-Unjoni għall-infrastruttura tat-trasport għandu jqis l-aspetti li ġejjin:

- l-interkonnettività bejn il-kurituri u n-netwerk komprensiv u l-konnessjonijiet transfruntiera;

- l-intermodalità bħala bażi għad-deċiżjonijiet dwar il-proġetti;

- l-interoperabilità bħala kundizzjoni għall-kofinanzjament ta' proġetti tat-trasport;

- il-kwalità ta' proġetti kofinanzjati aktar milli l-kwantità jew id-daqs tagħhom;

- il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-teħid ta' deċiżjonijiet trasparenti u fil-monitoraġġ tal-iżvilupp ta' proġetti kbar ta' aktar minn EUR 1 biljun ta' investiment totali;

12.  Jiddispjaċih li l-Unjoni mhux dejjem irnexxilha tikkomunika b'suċċess l-effetti diretti tal-politiki u l-programmi finanzjarji tagħha, inkluż minħabba nuqqas ta' valutazzjoni ta' dawn l-effetti; jirrimarka li, fir-rigward tas-settur tat-trasport, in-nuqqas ta' sensibilizzazzjoni ġenerali dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni huwa ta' tħassib kbir, u jiddispjaċih li r-regolamenti rilevanti, speċjalment fis-setturi tal-avjazzjoni jew tal-ferrovija, mhux dejjem huma applikati b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha; jissottolinja li fi żmien fejn huwa faċli li jitnedew kampanji ta' diżinformazzjoni, irid jingħata appoġġ akbar lil din il-kwistjoni;

13.  Jenfasizza li proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji huma opportunitajiet siewja għall-Parlament biex ikun jista' jagħti inċentiv finanzjarju dirett lil inizjattivi li jappoġġjaw il-ħidma leġiżlattiva tiegħu, u li l-Kummissjoni hija direttament responsabbli għalihom; jiddispjaċih li r-riżultati li joħorġu minn dawn il-proġetti u l-azzjonijiet mhux dejjem huma rapportati b'mod konsistenti, u jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta, sa tmiem il-mandat tagħha, analiżi bir-reqqa tal-proġetti ffinanzjati matul din il-leġiżlatura, kif ukoll linji gwida li mhux biss jistabbilixxu l-għanijiet iżda wkoll il-metodi tal-għażla tagħhom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Markus Ferber, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Matthijs van Miltenburg, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Kosma Złotowski

ENF

Georg Mayer

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Anna Hedh, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

0

-

 

 

3

0

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

EFDD

Daniela Aiuto

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (4.9.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Derek Vaughan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza tal-politika ta' koeżjoni bħala l-politika ewlenija ta' investiment tal-Unjoni li tgħin biex jitnaqqsu d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali bejn u fi ħdan ir-reġjuni tal-UE u biex jiġi evitat li xi żoni jaqgħu lura, biex jiżdied it-tkabbir ekonomiku intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, jinħolqu impjiegi ġodda u jiġi indirizzat il-qgħad, jittejbu l-kompetittività tal-SMEs u l-aċċess għas-swieq globali, titrawwem l-innovazzjoni f'żoni urbani u rurali u biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu mħeġġa jagħmlu t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju; josserva li kull euro investit fil-politika ta' koeżjoni ta redditu fuq l-investiment ugwali għal 174 %(1) u inqas investiment ser jirriżulta f'inqas tkabbir u inqas impjiegi għaċ-ċittadini; jissottolinja li l-politika ta' koeżjoni hija ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha; jappella biex il-fondi ta' koeżjoni jżommu r-rwol tagħhom bħala l-politika ta' investiment ewlenija tal-Unjoni Ewropea b'baġit li jirrifletti l-għanijiet ambizzjużi tal-politika ta' koeżjoni;

2.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni hija wieħed mill-istrumenti l-aktar importanti biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet ewlenin definiti fl-abbozz ta' baġit tal-Kummissjoni għall-2019 - il-bini ta' ekonomija Ewropea aktar b'saħħitha u aktar reżiljenti, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-UE, il-ħolqien tal-impjiegi, il-ħolqien ta' solidarjetà u sigurtà fi ħdan u lil hinn mill-fruntieri tal-UE u l-iżgurar ta' implimentazzjoni xierqa tal-baġit tal-UE; f'dan ir-rigward jenfasizza l-importanza tal-impenji li ttieħdu fil-Ftehim ta' Pariġi u tal-ksib tal-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija; jenfasizza l-importanza tat-titjib tal-viżibilità tal-fondi tal-UE u l-komunikazzjoni aħjar tar-riżultati tal-politika ta' koeżjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex flimkien mal-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar id-diversi possibbiltajiet ta' investiment tal-UE, biex jippreżentaw proġetti innovattivi u jaqsmu prattiki tajbin;

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li, wara li kien hemm sottoimplimentazzjoni fl-ewwel snin tal-perjodu 2014-2020, l-implimentazzjoni tal-programmi attwali fl-aħħar qed tilħaq ir-ritmu operattiv regolari tagħha u hemm titjib fil-pagamenti u fir-rata tal-għażla tal-proġetti; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-dewmien li kien hemm fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni jista' jirriżulta f'akkumulazzjoni ta' applikazzjonijiet ta' pagament fl-2019; jirrikonoxxi l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni biex jiġi evitat il-ħolqien ta' akkumulazzjoni bla bżonn; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ li jiġu pprovduti livelli suffiċjenti ta' approprjazzjonijiet ta' pagament biex l-implimentazzjoni tal-politika tipproċedi mingħajr xkiel; minħabba li, skont rapporti reċenti dwar żborżi diżaggregati skont l-Istat Membru, xi Stati Membri għadhom lura ħafna f'termini ta' fondi żborżati, jistieden lill-Kummissjoni taċċerta n-nuqqasijiet u tieħu miżuri bil-ħsieb li tittejjeb l-adozzjoni tal-Fondi SIE;

4.  Jieħu nota taż-żieda proposta ta' 1.1 % tal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament, bi tnaqqis ta' 8.9 % u 3.6 % rispettivament għall-Fond ta' Koeżjoni u l-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, kif ukoll iż-żieda ta' 2.8 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-Intestatura 1b fl-abbozz ta' baġit tal-2019 meta mqabbel mal-baġit preċedenti; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawk l-ammonti jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jilħqu mal-pass tal-implimentazzjoni tal-programmi taħt dik l-intestatura u biex jipprevjenu akkumulazzjoni mill-ġdid ta' talbiet mhux imħallsa, li jipperikola l-kredibbiltà tal-politika ta' koeżjoni; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa ta' livell ogħla ta' approprjazzjonijiet ta' pagament biex jintwera li l-UE hija kapaċi tissodisfa l-impenji tagħha u b'hekk issaħħaħ il-kredibbiltà tagħha;

5.  Ifakkar lill-Kummissjoni fid-dewmien fil-ħatra tal-awtoritajiet nazzjonali ta' ġestjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, mill-31 ta' Mejju 2018, għad iridu jiġu assenjati awtoritajiet nazzjonali għal 16-il programm; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkooperaw b'mod attiv biex ilestu l-proċess ta' ħatra malajr kemm jista' jkun sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-programmi attwali; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu kull sforz possibbli biex iżidu l-kapaċità ta' assorbiment tagħhom u jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-proġetti sabiex jillimitaw id-dewmien ikkawżat minn finanzjament ta' koeżjoni mhux mitmum matul is-sena finanzjarja attwali; jenfasizza għal darba oħra l-ħtieġa li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-finanzjament u li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, u jappella lill-Istati Membri biex jaħdmu aktar mill-qrib mal-grupp ta' ħidma tal-Kummissjoni biex jiżguraw implimentazzjoni aħjar u b'hekk jikkonsolidaw il-kapaċitajiet ta' ġestjoni ta' finanzjament tal-koeżjoni;

6.  Jieħu nota tal-proposta li l-baġit tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) jiżdied bi EUR 80 miljun għall-2019-2020, b'EUR 40 miljun għall-abbozz ta' baġit tal-2019, biex b'hekk il-pakkett globali tal-SRSP jinġieb għal EUR 222.8 miljun; iwissi li ż-żieda għandha tiġi ffinanzjata permezz tal-mobilizzazzjoni tal-istrument speċjali u mingħajr ebda spiża għall-politika ta' koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni tfittex aktar sinerġiji u komplementarjetajiet mal-programmi tal-FSIE u programmi oħrajn tal-UE relatati mar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività, bħal Orizzont, pereżempju biex jitrawmu l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni f'żoni rurali u f'ekonomiji rurali;

7.  Jinnota l-impatt inkredibbilment pożittiv tal-fondi ta' koeżjoni f'żoni ta' kunflitt; inkluż il-Programm ta' Paċi fl-Irlanda ta' Fuq; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġaw il-proċess tal-paċi billi jibqgħu jiffinanzjaw ċerti programmi speċifiċi, bħall-programm PEACE, b'kundizzjonijiet li għad iridu jiġu determinati u mingħajr preġudizzju għan-negozjati għaddejjin bħalissa; jindika li l-fondi mill-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea, jiġifieri, għall-kooperazzjoni transkonfinali fuq il-fruntieri esterni tal-UE, jistgħu jkunu wkoll ta' benefiċċju għall-politika ta' tkabbir.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Liliana Rodrigues, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Raffaele Fitto, Elsi Katainen, Tonino Picula, Maria Gabriela Zoană

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

23

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Raffaele Fitto, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

GUE/NGL

Younous Omarjee

PPE

Pascal Arimont, Daniel Buda, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic, Michela Giuffrida, Louis-Joseph Manscour, Tonino Picula, Liliana Rodrigues, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Monika Vana

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Evalwazzjoni ex post tal-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni 2007-13" (SWD(2016)0318).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (30.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Ramón Luis Valcárcel Siso

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' s-EUR 60 biljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u s-EUR 57,8 biljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament li l-Kummissjoni tipproponi fl-Abbozz ta' Baġit (AB) 2019 għall-Intestatura 2, li jirrappreżentaw żieda ta' 1,2 % u ta' 3,0 % rispettivament meta mqabbla mal-baġit tal-2018; jinnota, madankollu, li sa fejn għandu x'jaqsam il-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), dik iż-żieda tista' tiġi attribwita lill-ammont aktar baxx tad-dħul assenjat stmat li se jkun disponibbli għall-FAEG fl-AB 2019 meta mqabbel mal-baġit tal-2018; jirrakkomanda li għandu jsir minn kollox biex jiġi evitat li jakkumulaw pagamenti pendenti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (2021 - 2027) (QFP) li jmiss;

2.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu provduti fondi biex jikkumpensaw għat-telf ekonomiku li jkunu sofrew il-bdiewa matul kriżijiet tas-suq u matul kriżijiet sanitarji u fitosanitarji bħall-Xylella fastidiosa, u jtenni l-ħtieġa li jintużaw il-marġni disponibbli taħt l-Intestatura 2 b'kombinazzjoni mal-Intestatura 3 għal dan l-għan; jinsisti li kumpens għall-eradikazzjoni għandu jkopri wkoll ir-rijabilitazzjoni tal-ekosistemi agrikoli inkluża l-ħamrija, kif ukoll l-istabbiliment ta' diversità bijoloġika robusta, b'mod speċjali l-iżgurar tad-diversità ġenetika tal-istokk għat-tħawwil li idealment jinkludi r-reżistenza jew it-tolleranza għall-marda jew għall-pest; iqis li wieħed mill-għanijiet ta' kwalunkwe għajnuna mogħtija għandu jkun li jiġu żgurati ekosistemi agrikoli bilanċjati u bijoloġikament varjati u pajsaġġi li jkunu inqas suxxettibbli għal attakki futuri;

3.  Jinsisti li kwalunkwe dħul għall-baġit tal-Unjoni li jirriżulta minn kwalunkwe dħul assenjat jew ħlasijiet lura ta' irregolaritajiet mill-agrikoltura fis-snin preċedenti għandu jibqa' taħt l-Intestatura 2;

4.  Jitlob li finanzjament addizzjonali jiġi allokat lis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u tat-tkabbir taż-żebbuġ biex jikkumpensa għat-telf li ġarrbu l-bdiewa kawżat mit-tifqigħa tal-Xylella fastidiosa, sabiex jiġu stabbiliti miżuri ta' prevenzjoni fl-Ewropa u biex jiġi ristrutturat is-settur u tiġi konsolidata r-riċerka xjentifika dwar il-patoġenu u l-portatur tiegħu;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissorveljaw, b'mod li jkun f'waqtu, il-volatilità tal-prezzijiet tal-prodotti agrikoli, li jkollha effetti negattivi fuq id-dħul tal-bdiewa, u biex jirreaġixxu fil-pront u b'mod effettiv meta meħtieġ;

6.  Jenfasizza li huwa essenzjali li l-fondi allokati għar-riċerka fis-settur agroalimentari, b'mod partikolari mill-baġit ta' Orizzont 2020, jibqgħu kompletament disponibbli bħala tali bl-għan li jiġu stimolati u msaħħa l-innovazzjoni u soluzzjonijiet intelliġenti fis-setturi tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, bħal fil-każ tal-fondi mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE), biex il-broadband ikun jista' jiġi installat fiż-żoni rurali; jissottolinja l-importanza tal-applikabbiltà prattika tar-riżultati fil-livell tal-azjendi agrikoli u r-rwol tas-servizzi ta' estensjoni agrikola; jinnota li soluzzjonijiet "intelliġenti" integrati – bħalma huma l-irħula intelliġenti, il-biedja ta' preċiżjoni, id-diġitalizzazzjoni, l-ekonomija kondiviża u ċirkolari, u inizjattivi soċjali – jistgħu jikkontribwixxu għall-agrikoltura u għall-benesseri ġenerali fiż-żoni rurali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippjana finanzjament għal approċċi "intelliġenti" fid-dawl tar-riforma tal-PAK u d-Dikjarazzjoni Cork 2.0; jenfasizza l-fatt li dawk is-soluzzjonijiet "intelliġenti" għandhom jibqgħu jżommu koerenza mal-ambjent, il-klima u l-objettivi tal-politika dwar il-bijodiversità, u jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti mill-Istati Membri kollha; jenfasizza kemm hu importanti li jsir investiment fl-agrikoltura ta' preċiżjoni bl-għan li jiġu simplifikati l-metodi ta' produzzjoni u jitnaqqas it-telf u kemm hu importanti li jiġu inċentivizzati u appoġġati inizjattivi mfassla skont il-ħtiġijiet tal-azjendi agrikoli żgħar mingħajr ekonomiji ta' skala ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw mit-teknoloġiji ġodda;

7.  Jenfasizza li l-programmi ta' ħżin taw prova ta' effikaċja fi żminijiet ta' kriżi u li tnaqqis fir-riżorsi finanzjarji allokati fil-proċess tal-ippjanar ikun kontroproduttiv;

8.  Jiddispjaċih dwar it-tnaqqis li ġie mħabbar għall-baġit tal-PAK fil-proposti tal-Kummissjoni għall-QFP; jirrimarka b'mod partikolari li l-politika agrikola hija politika komuni u kwalunkwe tnaqqis fil-baġit tal-PAK se jkollu effetti sproporzjonati billi ma jistax jiġi sostitwit minn fondi nazzjonali minħabba r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat.

9.  Jilqa' ż-żieda fl-approprjazzjonijiet proposta mill-Kummissjoni għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħaxix, u jenfasizza l-kontribut tagħhom li kulma jmur qed jikber biex is-setgħa ta' negozjar fil-katina tal-provvista tal-ikel tiġi bbilanċjata mill-ġdid, u jkompli jenfasizza l-ħtieġa li jiġu finanzjati miżuri biex jiżdiedu l-livelli tas-sħubija fost il-produtturi agrikoli;

10.  Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati miżuri ta' appoġġ biex jiġi konsolidat ir-rwol tal-bdiewa fil-katina tal-provvista, kif ukoll modi ġodda kif jistgħu jiġu inkoraġġiti l-organizzazzjonijiet tal-bdiewa;

11.  Jiddispjaċih li l-miżuri ta' appoġġ għall-embargo Russu ma ġewx imtawla minħabba li għadd kbir ta' produtturi tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-ħalib, tal-frott u tal-ħaxix, għadhom qed jintlaqtu b'mod ħażin, mingħajr l-ebda tort tagħhom, peress li l-bdiewa ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-politika diplomatika tal-Unjoni; jitlob, għalhekk, li l-miżuri ta' appoġġ għall-produtturi agrikoli jibqgħu jinżammu fil-livelli kurrenti fejn ikunu jippersistu diffikultajiet tas-suq minħabba l-projbizzjoni Russa; jitlob, barra minn hekk, għall-ħolqien ta' riżerva ġdida għall-kriżijiet li ma tiddependix minn mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja annwali għall-finanzjament tagħha ħalli tkun tista' tirreaġixxi b'mod li jkun f'waqtu għas-sitwazzjonijiet ta' kriżi li jiffaċċjaw; jagħraf li xi Stati Membri li ma kellhomx relazzjonijiet kummerċjali mar-Russja ntlaqtu b'mod indirett mill-embargo u jinsisti li l-appoġġ ikopri wkoll it-telf li jirriżulta mill-fatt li s-swieq jiġu mgħarrqa bi prodotti li jkunu destinati għas-suq Russu;

12.  Jilqa' ż-żieda fil-finanzjament proposta mill-Kummissjoni Ewropea għal miżuri ta' promozzjoni, li tikkonferma l-effikaċja tat-titjib li sar bl-aħħar riforma; iqis li l-miżuri ta' promozzjoni huma kruċjali biex jitkabbar is-sehem tal-esportazzjonijiet Ewropej fis-swieq mad-dinja kollha u biex ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati r-restrizzjonijiet imposti minn ċerti pajjiżi terzi fuq prodotti tal-Unjoni, bħalma hu l-embargo Russu jew id-deċiżjoni riċenti tal-Istati Uniti li timponi dazju antidumping u dazju kompensatorju fuq l-importazzjoni taż-żebbuġ misjur Spanjol;

13.  Jirrimarka l-effetti tan-nixfa estrema li qed taffettwa lill-Istati Membri f'dawn l-aħħar xhur, li qed tikkawża telf konsiderevoli għall-agrikoltura u li qed tipperikola għadd kbir ta' negozji, u jenfasizza f'dan ir-rigward il-ħtieġa li jiġu garantiti miżuri speċjali ta' appoġġ immirati biex jgħinu lill-bdiewa li jkunu ntlaqtu l-agħar;

14.  Jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li ssostni l-livell kurrenti ta' finanzjament għas-settur tat-trobbija tan-naħal, li huwa kruċjali biex tkun tista' tiġi koperta n-nefqa għall-programmi nazzjonali;

15.  Jilqa' ż-żieda fl-allokazzjonijiet għar-riċerka u l-iżvilupp relatati mal-agrikoltura taħt Orizzont 2020;

16.  Iwissi li jekk ftehim ta' kummerċ ħieles mal-blokk tal-Mercosur ma jkollux protezzjoni adegwata għas-setturi sensittivi fl-agrikoltura tal-Unjoni, ħafna produtturi Ewropej se jsibu ruħhom taħt aktar stress finanzjarju;

17.  Jemmen li l-Unjoni tista' tagħti kontribut vitali għall-promozzjoni ta' drawwiet tal-ikel li jagħmlu ġid lis-saħħa, speċjalment fost it-tfal, u għalhekk iqis li huwa essenzjali li jsir użu sħiħ tal-limiti massimi previsti għall-iskemi tal-Unjoni għall-iskejjel fir-regolament kurrenti; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jsaħħu l-programmi nazzjonali tagħhom sabiex jiżguraw l-utilizzazzjoni sħiħa tal-allokazzjonijiet massimi disponibbli (EUR 250 miljun għall-Unjoni);

18.  Jieħu nota tat-trasferimenti li saru dan l-aħħar mill-Pilastru I għall-Pilastru II li ġew deċiżi minn Franza, il-Litwanja u n-Netherlands, li wasslu għal tnaqqis fl-approprjazzjonijiet għall-pagamenti diretti fl-AB 2019;

19.  Jafferma mill-ġdid l-importanza vitali tal-iskema ta' frott u ħaxix għall-iskejjel, speċjalment meta jitqies il-livell ta' malnutrizzjoni tat-tfal li jeżisti bħalissa fl-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tnaqqas il-burokrazija involuta u jisħaq fuq il-ħtieġa li fost it-tfal jiġu promossi drawwiet tal-ikel li huma ta' ġid għas-saħħa u l-konsum ta' frott u ħaxix organiċi;

20.  Jiddeplora l-eżekuzzjoni insuffiċjenti tal-pagamenti lill-bdiewa żgħażagħ f'dawn l-aħħar snin u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jippromwovu l-użu ta' dawk l-approprjazzjonijiet is-sena ta' wara sabiex jagħtu spinta lit-tiġdid ġenerazzjonali u jevitaw il-konċentrazzjoni tal-art u l-ħtif tal-art; jirrimarka li l-iskarsezza ta' ħaddiema fl-agrikoltura hija fatt li jillimita l-iżvilupp tas-settur agrikolu u jenfasizza l-ħtieġa ta' miżuri ta' appoġġ biex jiġu mħajra ħaddiema biex jaħdmu fis-settur agrikolu;

21.  Jenfasizza l-importanza tal-impenji u l-infiq tal-iżvilupp rurali, u l-potenzjal tagħhom għall-ħolqien ta' attività ekonomika u impjiegi, partikolarment fiż-żoni periferali b'rati ogħla ta' qgħad, speċjalment għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ; jinsisti li l-inizjattivi mmirati lejn il-bdiewa żgħażagħ, inklużi l-programmi speċifiċi għar-reġjuni, għandhom jibqgħu jinżammu, billi dan jappoġġa l-innovazzjoni u t-tiġdid meħtieġ tal-ġenerazzjonijiet; iqis li l-appoġġ għaż-żgħażagħ għandu jkun iffokat fuq il-ħtiġijiet attwali tagħhom, filwaqt li jiġi evitat li jinkoraġġihom jiddejnu b'mod eċċessiv;

22.  Josserva li l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji ta' għajnuna għall-investimenti fl-azjendi agrikoli għandu jkun adattat aħjar għall-ħtiġijiet ta' investiment u għall-profili ta' riskju ogħla ta' min ikun għadu qed jibda fil-mistier;

23.  Jitlob li l-approprjazzjonijiet għall-programmi POSEI jibqgħu jinżammu fil-livelli massimi previsti fir-regolament tal-Unjoni rilevanti, filwaqt li jissottolinja r-rilevanza ta' dawk il-programmi għar-reżiljenza tal-produtturi agrikoli u jenfasizza s-sitwazzjoni ekonomika fraġli tar-reġjuni ultraperiferiċi, li għadhom milquta b'mod qawwi mill-kriżi u l-iżvantaġġi strutturali msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE (il-bogħod, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli u d-dipendenza ekonomika minn ftit prodotti biss);

24.  Jissottolinja l-importanza tal-proġetti pilota u tal-azzjonijiet preparatorji għall-innovazzjoni fis-setturi tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali; jitlob li jkompli jingħata appoġġ għall-proġetti pilota li għaddejjin bħalissa u għal dawk ġodda u għall-azzjonijiet preparatorji;

25.  Jinsab imħasseb serjament dwar it-tnaqqis fil-PAK li hemm previst fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għall-2021-2027 u b'mod partikolari għar-Regjuni Ultraperiferiċi u l-POSEI;

26.  Jiddispjaċih dwar it-tnaqqis sostanzjali fil-linja baġitarja li tikkonċerna l-iskema ta' appoġġ akkoppjat volontarja, peress li l-għajnuniet akkoppjati huma għodda essenzjali biex jiġu preservati l-għelejjel li jippreżentaw għadd ta' benefiċċji agrikoli u ambjentali;

27.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għaż-żieda ta' 25 % fl-approprjazzjonijiet maħsuba biex jiġġieldu lill-mard tal-annimali u lill-pesti tal-pjanti, peress li l-Unjoni qed tiffaċċja riskji sinifikanti u żieda fit-tifqigħat.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Jacques Colombier, Michel Dantin, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Maria Gabriela Zoană, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Michela Giuffrida, Karin Kadenbach, Elsi Katainen, Momchil Nekov, Annie Schreijer-Pierik, Ramón Luis Valcárcel Siso

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson, Laurenţiu Rebega

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Esther Herranz García, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Annie Schreijer‑Pierik, Czesław Adam Siekierski, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Michela Giuffrida, Karine Gloanec Maurin, Karin Kadenbach, Momchil Nekov, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Maria Gabriela Zoană

Verts/ALE

Martin Häusling, Bronis Ropė

2

-

EFDD

John Stuart Agnew

GUE/NGL

Anja Hazekamp

3

0

ALDE

Jan Huitema

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (31.8.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Alain Cadec

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. Ir-riżorsi finanzjarji tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) kif ukoll il-kontribuzzjonijiet obbligatorji lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u l-ftehimiet tas-sajd sostenibbli huma kkonċentrati fit-Taqsima III u fit-Titolu 11, "Affarijiet Marittimi u Sajd, Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)", tal-baġit;

B. L-objettiv fundamentali tal-PKS huwa li toħloq bilanċ bejn il-vijabbiltà ta' settur ta' importanza ekonomika strateġika għall-Unjoni – settur li jikkontribwixxi għall-provvista tal-ikel, l-impjiegi u l-koeżjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni kostali u ultraperiferiċi tal-Unjoni – u l-ħtieġa li l-ekosistemi marini jiġu preservati permezz tal-iżvilupp ta' sajd ekonomikament u ambjentalment sostenibbli;

1.  Jinsisti fuq il-fatt li l-baġit tal-Unjoni għall-2019 imissu jipprevedi livell xieraq ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament sabiex jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-finanzjament tal-PKS; huwa tal-fehma li hemm il-ħtieġa ta' livell xieraq ta' fondi li jkunu disponibbli faċilment biex jiġi żgurat/garantit l-investiment fit-tul ħalli l-PKS tiġi implimentata bis-sħiħ u ħalli tiġi garantita s-sostenibbiltà tal-akkwakultura u tal-attivitajiet tas-sajd Ewropej;

2.  Jenfasizza l-fatt li s-settur tas-sajd tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa kkonċentrat f'ċerti reġjuni li jiddependu ħafna mis-sajd, u li s-sajd, b'mod partikolari dak lokali ta' qrib il-kosta, jikkontribwixxi għall-ħolqien tan-nisġa soċjoekonomika u kulturali f'bosta reġjuni kostali u ultraperiferiċi u gżejjer;

3.  Jinnota li, billi iktar minn 60 % tal-prodotti tas-sajd ikkunsmati fl-UE joriġinaw mill-ilmijiet internazzjonali u miż-żoni ekonomiċi esklussivi ta' pajjiżi terzi, għandhom jiġu kkalkulati allokazzjonijiet baġitarji adegwati għall-baġit annwali għas-sena 2019, speċjalment minħabba li f'dik is-sena l-protokolli konklużi mal-Mauritania u mas-Senegal se jiġu mġedda;

4.  Jikkunsidra li d-dimensjoni esterna tal-PKS tagħmilha essenzjali li jitfasslu previżjonijiet baġitarji realistiċi bil-għan li jiġu ffinanzjati l-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma' pajjiżi terzi;

5.  Jenfasizza li, erba' snin wara l-adozzjoni tiegħu fil-15 ta' Mejju 2014, il-livell ta' implimentazzjoni tal-FEMS għall-2014-2020 għadu mhux sodisfaċenti, peress li sal-ġurnata tal-lum huwa biss 4,5 % tal-baġit li ġie implimentat (parti mill-FEMS taħt ġestjoni kondiviża); jittama li l-livelli ta' implimentazzjoni tal-FEMS jiżdiedu gradwalment, u jenfasizza li l-livelli baxxi ta' implimentazzjoni huma dovuti parzjalment għall-burokrazija fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni kif ukoll għan-nuqqas ta' ambizzjoni fl-Istati Membri, b'mod partikolari fejn jidħol l-iżgurar tal-implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-obbligu tal-ħatt l-art; jirrimarka li se jkunu meħtieġa fondi biex is-settur tas-sajd jingħata appoġġ waqt li jkun qed jiddaħħal l-obbligu tal-ħatt l-art;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li jinżammu biżżejjed dispożizzjonijiet finanzjarji għall-attivitajiet kofinanzjati, ħalli s-setturi tal-flotta kostali, ta' skala żgħira u rikreattiva jkunu jistgħu jiksbu finanzjament; iqis li huwa partikolarment importanti, barra minn hekk, li jiġi allokat finanzjament adegwat għall-immodernizzar tal-infrastruttura tas-sajd; huwa tal-fehma li, abbażi tal-qafas ġenerali provdut mill-FEMS, huma l-Istati Membri li jeħtiġilhom jistabbilixxu l-prijoritajiet ta' finanzjament tagħhom b'tali mod li jwieġbu għall-problemi speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawk is-setturi;

7.  Jenfasizza l-importanza tad-dimensjoni soċjali u ekonomika tas-sajd għall-komunitajiet lokali u għal xi reġjuni marittimi u kostali; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jinżammu biżżejjed dispożizzjonijiet finanzjarji biex is-setturi tal-flotta kostali, artiġjanali u ta' skala żgħira jkunu jistgħu jiksbu finanzjament;

8.  Jenfasizza li d-data xjentifika hija indispensabbli għall-fehim aħjar tal-funzjonament tal-ekosistemi akkwatiċi, li min-naħa tiegħu hu prerekwiżit biex jinkiseb rendiment massimu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd; jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tad-data xjentifika u li jitrawmu l-kooperazzjoni u l-iskambji tad-data xjentifika bejn is-setturi marittimi u tas-sajd, fuq naħa waħda, u l-komunità xjentifika fuq in-naħa l-oħra; jirrimarka li hemm bżonn li tinġabar data xjentifika dwar l-impatt li għandu s-sajd rikreattiv fuq l-istokkijiet tal-ħut;

9.  Itenni li opinjonijiet xjentifiċi rigorużi u indipendenti huma importanti biex tiġi bbażata fuqhom il-valutazzjoni tal-istat tar-riżorsi tas-sajd b'mod li jkunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni li jippermettu li jintlaħaq ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY); iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-finanzjament tal-FEMS għall-finijiet tal-ġbir tad-data xjentifika li hija kompitu essenzjali biex ikunu jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet razzjonali u bbażati fuq ix-xjenza dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-politika tas-sajd;

10.  Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd, li huwa wieħed mill-pilastri tal-PKS; iqis li l-monitoraġġ irid jibqa' jibbenefika mill-fondi tal-UE u li l-Istati Membri jeħtiġilhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jagħmlu użu ta' dawn il-mezzi;

11.  Jenfasizza l-importanza li jinżamm l-istess livell ta' finanzjament attwali għall-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA), sabiex tiġi żgurata t-tmexxija bla xkiel tal-kompiti tagħha ta' spezzjoni u sorveljanza tas-settur tas-sajd; jappella li r-rwol tal-EFCA jissaħħaħ ħalli jkunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi tal-PKS u biex l-EFCA nnifisha tkun tista' tintensifika l-attivitajiet tagħha relatati mal-governanza tal-flotot tas-sajd u s-superviżjoni tal-proċeduri ta' monitoraġġ;

12.  Jinnota li waħda mill-isfidi li s-settur tas-sajd qed iħabbat wiċċu magħhom hija t-tiġdid ġenerazzjonali u li dan irid jiġi mrawwem billi jittieħdu miżuri speċjali ta' azzjoni politika u ta' appoġġ finanzjarju biex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jaħdmu fis-settur u jiġu offruti kundizzjonijiet simili għal setturi oħra tal-ekonomija, b'mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-FEMS u skemi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jintużaw biex jiġi aġevolat l-aċċess taż-żgħażagħ għal impjiegi fl-industrija tas-sajd;

14.  Iqis li l-Brexit ma jridx jintuża bħala skuża biex jitnaqqas il-finanzjament; huwa tal-fehma li l-Unjoni jeħtiġilha ssib il-mezzi meħtieġa biex tiffinanzja lill-PKS kif għandu jkun.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, João Ferreira, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Rosa D’Amato, Seán Kelly, Francisco José Millán Mon, Nosheena Mobarik

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

António Marinho e Pinto

GUE

João Ferreira

PPE

Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Seán Kelly, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer‑Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Ole Christensen, Richard Corbett, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Ian Hudghton

1

-

EFDD

Mike Hookem

3

0

ECR

Nosheena Mobarik, Remo Sernagiotto, Peter van Dalen

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (4.9.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur: Morten Løkkegaard

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Erasmus+ jibqa' programm ta' valur kbir u popolari ħafna li jippromwovi l-mobilità għat-tagħlim taż-żgħażagħ, kif jidher mill-volum tal-applikazzjonijiet riċevuti, li jaqbeż il-finanzjament disponibbli; jiddispjaċih ħafna li l-abbozz tal-baġit tal-2019 għall-Erasmus+ jaqa' taħt l-aspettattivi tal-Parlament, u naqas milli jmur lil hinn miċ-ċifri pprogrammati taħt il-QFP attwali, inkluż f'li jipprovdi l-finanzjament supplimentari disponibbli li jibqa' għall-programm maqbul skont ir-reviżjoni tal-QFP; jappella, għalhekk, għal żieda ta' 20 % tal-finanzjament fuq l-abbozz tal-baġit 2019 (AB 2019), fl-erba' linji baġitarji tal-Erasmus+, b'tali mod li taqdi l-ħtiġijiet attwali, tirrispondi għall-aspettattivi taċ-ċittadini tal-programm, u tipprovdi liż-żgħażagħ Ewropej bil-futur li huma jistennew mill-UE; itenni, f'dan ir-rigward, l-appoġġ tiegħu biex jittrippla l-finanzjament għall-Erasmus+ fil-QFP li jmiss u l-intenzjoni tiegħu li jiġġieled għal dik iż-żieda;

2.  Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-mod li bih il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ġie stabbilit inizjalment mingħajr bażi ġuridika u mingħajr linja baġitarja awtonoma; jinsab skomdu, barra minn hekk, li d-deċiżjoni finali dwar is-sorsi ta' finanzjament tal-Korp - bl-eċċezzjoni tal-istipulazzjoni rigward l-Erasmus+ - tħalliet għall-proċedura baġitarja annwali; jikkonferma li se jeżamina b'attenzjoni kbira l-ittra emendatorja mill-Kummissjoni biex jiżgura li l-ftehim tat-trilogu jkun irrispettat bis-sħiħ;

3.  Jenfasizza l-valur tal-Ewropa Kreattiva bl-appoġġ tagħha għas-setturi awdjoviżivi u kulturali tal-UE u jinsisti li l-livelli ta' finanzjament għandhom jaqblu mal-ambizzjonijiet tal-programm; jinnota, fir-rigward tas-sottoprogramm MEDIA, li, sabiex jiffinanzja l-proġetti kollha ta' kwalità għolja, il-baġit ikollu jiżdied b'madwar 44 %; jappella, għalhekk, għal żieda sostanzjali ta' 22 % fil-finanzjament fuq l-AB 2019 biex jiġu indirizzati r-rati ta' suċċess baxxi tal-applikazzjonijiet, jissaħħaħ l-appoġġ għan-netwerks tal-operaturi taċ-ċinema Ewropej u tiġi inkorporata - u ffinanzjata - l-Azzjoni Preparatorja b'suċċess dwar is-sottotitoli tal-kontenut kulturali mingħajr ma jiġi pperikolat il-finanzjament tal-azzjonijiet ewlenin; itenni li kemm is-sottoprogramm Kultura kif ukoll it-taqsima transettorjali jibqgħu kronikament sottofinanzjati u jappella għal żieda fil-finanzjament ta' mill-inqas 10 % fuq l-AB 2019 fuq iż-żewġ linji; jipproponi, fir-rigward tas-sottoprogramm Kultura, finanzjament addizzjonali ta' EUR 3 miljun fuq l-AB 2019 – minbarra żieda ta' 10 % - biex tiżdied l-azzjoni bi prova diġà ta' suċċess, iżda attwalment limitata, dwar il-mobilità individwali tal-artisti u l-professjonisti kulturali bi tħejjija għall-programm Ewropa Kreattiva li jmiss;

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-proposta l-ġdida tal-programm Ewropa Kreattiva tipprovdi dispożizzjoni għall-appoġġ tal-pluraliżmu u l-libertà tal-midja u l-litteriżmu medjatiku taħt it-taqsima transettorjali; jitlob, sadanittant, biex tissaħħaħ il-linja baġitarja dwar il-kontenut diġitali u l-industriji awdjoviżivi u ta' midja oħra (09 02 05) sabiex tingħata spinta lill-isforzi li jindirizzaw l-aħbarijiet foloz permezz ta' ħidma ta' litteriżmu medjatiku u jingħata appoġġ dirett lill-organizzazzjonijiet li jimmonitorjaw u jippromwovu l-libertà u l-pluraliżmu tal-midja;

5.  Jilqa' l-inklużjoni tal-appoġġ għas-settur tal-mużika fi ħdan il-programm il-ġdid ta' Ewropea Kreattiva; jinnota li dan jibni fuq is-suċċess tal-inizjattiva pilota fi ħdan il-Kummissjoni u l-Azzjoni Preparatorja "Il-Mużika Ċċaqlaq l-Ewropa" proposta mill-kumitat;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq rieżami komplut – li għandu jingħata lill-Parlament – tal-attivitajiet kollha tagħha skont il-linja baġitarja "azzjonijiet ta' multimedia" biex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw l-għanijiet ewlenin tagħhom; jappella għal EUR 4,2 miljun addizzjonali f'approprjazzjonijiet ta' impenn fl-2019 biex il-ħidma importanti tal-Euranet Plus tkun garantita għall-bqija tal-QFP; itenni li l-eżistenza prekarja attwali tan-netwerk mhijiex sostenibbli, u li teħtieġ soluzzjoni fit-tul; jinnota li l-għan tal-finanzjament tal-Euranet Plus mill-2020 'il quddiem huwa ta' EUR 8,4 miljun fis-sena;

7.  Jenfasizza l-valur tal-Ewropa għaċ-Ċittadini biex jissaħħaħ il-fehim taċ-ċittadini tal-UE u biex jitrawwem sens ta' ċittadinanza; jinsisti li għandu jitreġġa' lura t-tnaqqis previst għall-programm biex tiġi ffinanzjata l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej rinnovata; jiddeplora l-fatt li l-proposta leġiżlattiva għall-ECI l-ġdida ma tagħtix dettalji dwar l-impatt baġitarju fuq l-Ewropa għaċ-Ċittadini, b'hekk il-leġiżlatur huwa mċaħħad minn informazzjoni essenzjali; lil hinn mir-restawrazzjoni ta' dawn il-fondi għal-linja baġitarja, jappella għal żieda ta' 10 % fil-finanzjament fuq l-AB 2019 - abbażi taċ-ċifri tal-programmazzjoni attwali tal-QFP - biex tiġi pprovduta ż-żieda minima meħtieġa għal programm li jbati minn nuqqas ta' finanzjament persistenti u rati ta' suċċess baxxi tal-proġetti, b'tali mod li jiffrustraw l-aspettattivi tal-applikanti;

8.  Ifakkar li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi sfidi partikolarment serji għall-Iskejjel Ewropej, speċjalment fid-dawl tad-daqs tat-taqsima tal-lingwa Ingliża (madwar 21 % tal-istudenti kollha) u l-prevalenza tal-Ingliż bħala t-tieni lingwa (61 % tal-istudenti kollha fis-sena skolastika 2016-2017); jemmen li għad hemm kwistjonijiet baġitarji u edukattivi importanti li jridu jiġu indirizzati f'dak li jikkonċerna l-provvediment fit-tul ta' tagħlim tal-lingwa Ingliża tal-ogħla livell u l-issuktar tar-rikonoxximent tal-Bakkalawrjat Ewropew fir-Renju Unit, minkejja d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 120 tal-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Bord tal-Gvernaturi jinfurmaw lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni dwar il-pjanijiet fit-tul tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-Brexit;

9.  Ifakkar li proġetti relatati mal-kultura u mal-edukazzjoni huma appoġġati b'firxa ta' programmi u strumenti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondi SIE, FEIS u Horizon 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb is-sinerġiji ta' bejn il-programmi sabiex tiggarantixxi l-effikaċja tal-infiq; jistieden lill-Kummissjoni, b'mod partikolari, biex tisfrutta b'mod sħiħ is-sinerġiji potenzjali li jeżistu bejn id-diversi programmi tal-UE – bħal Horizon 2020, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Erasmus+, l-EaSI, l-Ewropa Kreattiva u l-COSME, il-FEIS u l-Fondi SIE – biex tappoġġja aktar proġetti fil-qasam tal-industriji kulturali u kreattivi;

10.  Jindika l-potenzjal ta' Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji (PPPAs) bħala mezz għall-ittestjar ta' miżuri fl-oqsma tal-politika tal-UE u biex jiġu introdotti inizjattivi innovattivi ġodda li eventwalment jistgħu jsiru miżuri fit-tul tal-Unjoni; jenfasizza li għadd ta' PPPAs proposti mill-kumitat fil-leġiżlatura parlamentari attwali huma ta' suċċess kbir, u jwittu t-triq għat-tfassil tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi edukattivi u kulturali; jiddispjaċih li l-valutazzjoni minn qabel tal-PPPAs mill-Kummissjoni tħalli żmien limitat ħafna għal kumitati tal-għoti tal-opinjoni fil-Parlament biex jiġu indirizzati l-klassifikazzjonijiet u l-kummenti; jiddispjaċih, barra minn hekk, li f'xi każijiet il-klassifikazzjonijiet u l-kummenti mogħtija mill-Kummissjoni mhumiex totalment oġġettivi, u jidher li ġew influwenzati minn preferenzi personali jew istituzzjonali; ifakkar li n-nuqqas li jiġi promulgat PPPA ġewwa l-Kummissjoni qatt ma jista' jkun raġuni għal grad baxx ta' valutazzjoni;

11.  Iħeġġeġ lill-Kumitat għall-Baġits biex jirrieżamina l-proċedura għall-ġestjoni u d-deċiżjonijiet dwar Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji, li attwalment nieqsa mit-trasparenza u ma toffrix biżżejjed spazju għal kumitati individwali tal-għoti tal-opinjoni biex jiffurmaw il-prijoritajiet politiċi dwar PPPAs fi ħdan il-mandati ta' politika rispettivi tagħhom; jitlob lill-Kumitat għall-Baġits jieħu sehem b'mod aktar attiv mal-kumitati individwali tal-għoti tal-opinjoni qabel il-vot tiegħu dwar il-pakkett tal-PPPA u jqis dwar kif jista' jgħaddi aktar responsabilità lill-kumitati tal-għoti tal-opinjoni – potenzjalment permezz ta' pakkett finanzjarju mhux vinkolanti għal kull kumitat, abbażi tal-prijoritajiet tal-Parlament u l-infiq passat fil-qasam tal-politika rilevanti fost kriterji oħra – biex jadottaw il-PPPAs ta' prijorità tagħhom stess; jissuġġerixxi li approċċ bħal dan jista' jgħin biex iwieġeb għall-kritika tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proliferazzjoni tal-proposti PPPA matul dawn l-aħħar snin billi fil-kumitati jiġi promoss metodu aktar iffukat, ibbażat fuq il-prijorità.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Morten Messerschmidt, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Dietmar Köster, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Michel Reimon, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mark Demesmaeker

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

Morten Løkkegaard

PPE

Andrea Bocskor, Norbert Erdős, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Michaela Šojdrová, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Dietmar Köster, Krystyna Łybacka, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Julie Ward

VERTS/ALE

Michel Reimon

5

-

ECR

Mark Demesmaeker, Emma McClarkin, Morten Messerschmidt, Remo Sernagiotto

ENF

Dominique Bilde

-

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (4.9.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' ż-żieda (+6,7 % meta mqabbel mal-2018) tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Intestatura III (Sigurtà u Ċittadinanza) minn EUR 3,49 biljun fl-2018 għal EUR 3,73 biljun fl-2019; jenfasizza li din iż-żieda teħtieġ li l-limitu massimu tal-Intestatura III jiżdied b'aktar minn 25 % biex jissupplimentaha b'EUR 927,5 miljun fl-2019 (+10 % meta mqabbel mal-2018); jinnota li din hija l-ħames sena konsekuttiva li l-istrument ta' flessibbiltà ġie invokat biex jappoġġja azzjonijiet li huma fil-fażi ta' implimentazzjoni mill-2015 'il hawn; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni, bħala parti mill-QFP il-ġdid wara l-2020, biex tistabbilixxi mekkaniżmu permanenti u sostenibbli għall-finanzjament tal-azzjonijiet relatati mal-migrazzjoni u s-sigurtà u li għall-finanzjament ta' kriżijiet reali mhux previsti tibbaża ruħha biss fuq il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà;

2.  Jissottolinja li l-indirizzar tas-sigurtà interna jrid jibqa' wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni u jenfasizza r-rwol tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) bħala l-istrument finanzjarju ewlieni għall-appoġġ tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità; Jinnota, madankollu, ir-riekwilibriju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn bejn l-ISF u l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) favur dan tal-aħħar wara l-eżitu tar-rieżami ta' nofs it-terminu taż-żewġ Fondi; jilqa' ż-żieda sinifikanti ħafna ta' EUR 401,7 miljun fl-approprjazzjonijiet ta' impenn tal-AMIF (+56 % meta mqabbel mal-2018) għall-finanzjament tal-leġiżlazzjoni l-ġdida ta' Dublin (bis-suppożizzjoni li din tkun adottata sa tmiem l-2018); jappella, f'dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex, fi kwalunkwe każ, tipprijoritizza r-rilokazzjonijiet fl-2019, jilqa' wkoll il-pakkett ta' EUR 175 miljun mitlub għall-Greċja b'mod partikolari wara fl-1 ta' Jannar 2019 intemm l-istrument għall-Appoġġ Umanitarju ta' Emerġenza ;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid in-numru ta' linji baġitarji taħt l-AMIF sabiex tiffaċilita kwalità tajba li tinftiehem u aktar trasparenza ta' kif se jintefqu r-riżorsi finanzjarji allokati għall-objettivi differenti u għaldaqstant għal dawk il-linji baġitarji; jistieden, b'mod partikolari, lill-Kummissjoni tissepara n-nefqa għat-tisħiħ ta' strateġiji ta' ritorn ġusti min-nefqa għall-migrazzjoni legali u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-abbozzi tal-baġits futuri kollha; iqis li, rigward l-AMIF, għandha tingħata prijorità lil proġetti li jappoġġjaw lil dawk li jfittxu l-asil u l-integrazzjoni tal-migranti u r-rifuġjati; jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni pożittiva tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'dak ir-rigward; jenfasizza, b'mod partikolari, ir-rwol sinifikanti li għandhom l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġu salvati l-ħajjiet tal-migranti u tal-persuni li jfittxu asil fil-fruntieri esterni, kif ukoll għall-ħarsien, il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tad-drittijiet tagħhom; jitlob għalhekk li l-Unjoni u l-Istati Membri jappoġġjaw lis-soċjetà ċivili kif ukoll l-azzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż billi jingħataw aċċess dirett għall-AMIF;

4.  Jilqa' l-istabbiliment ta' baġit ta' EUR 4,9 miljun għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li se jieħu passi kontra l-kriminalità transfruntiera kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni (reati PIF); jiddispjaċih mit-tnaqqis kontroproduttiv tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Programm dwar il-Ġustizzja ta' EUR 2,5 miljun (-5,4 % meta mqabbel mal-2018); jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li dan it-tnaqqis huwa insostenibbli minħabba t-tkabbir operattiv u l-prijoritajiet politiċi fis-sigurtà u l-ġustizzja, inkluż it-terroriżmu u l-kriminalità transfruntiera;

5.  Jiddispjaċih mit-tnaqqis propost tal-baġit u l-pjan ta' stabbiliment tal-Eurojust, b'kuntrast mal-Aġenziji l-oħra fil-qasam tal-ġustizzja u affarijiet interni (Aġenziji tal-ĠAI), li jimplika li l-Unjoni tieqaf fin-nofs fl-isforzi tagħha biex tiġġieled it-theddid attwali għas-sigurtà peress li ma tippermettix li jkun hemm segwitu ġudizzjarju effettiv; jinnota li l-Eurojust hija l-unika korp tal-Unjoni f'pożizzjoni li tiggarantixxi dan permezz tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ta' awtoritajiet investigattivi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċiberkriminalità, il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali u l-kriminalità organizzata; jisħaq fuq il-prerekwiżit essenzjali li l-Eurojust tingħata mezzi finanzjarji suffiċjenti għall-funzjonament tal-aġenzija tagħha u għall-iżvilupp tal-attivitajiet strateġiċi u operattivi kollha tagħha sabiex tiġi indirizzata ż-żieda kostanti tax-xogħol u tal-attivitajiet ta' koordinazzjoni kif ukoll biex jiġu evitati impatti negattivi fuq l-operat tagħha; iħeġġeġ, għalhekk, li l-Eurojust tissaħħaħ b'baġit ta' EUR 41,2 miljun għall-2019 u b'total ta' 217-il post tax-xogħol; jisħaq fuq il-bżonn li l-ħtiġijiet baġitarji tal-Eurojust jiġu ssodisfati bi previżjoni realistika fil-QFP wara l-2020 f'konformità mal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-ħtieġa li jiġu pprovduti riżorsi suffiċjenti fil-QFP wara l-2020 lill-Aġenziji tal-ĠAI biex jiġi evitat li kull sena jkun hemm rikors sistematiku għad-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà tal-QFP;

6.  Jilqa' l-fatt li l-livell ta' finanzjament propost għall-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil jikkorrispondi mat-talba inizjali ta' din l-Aġenzija lill-Kummissjoni; jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta baġit emendatorju li jżid il-finanzjament għall-operazzjonijiet jekk il-livell ta' sostenn operazzjonali mitlub mill-Istati Membri jiżdied fl-2019;

7.  Jirrimarka li l-2019 se tkun sena ta' sfida għall-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), minħabba ż-żieda sostanzjali fil-kompiti u fil-baġit tagħha u li se jkollha bżonn issaħħaħ ir-riżorsi tagħha b'mod adegwat biex tkun tista' twettaq il-mandat il-ġdid tagħha; jesprimi għalhekk it-tħassib tiegħu dwar il-finanzjament insuffiċjenti propost kif ukoll il-persunal għall-eu-LISA minħabba l-kumplessità dejjem akbar tal-kompiti tagħha, inkluż l-aġġornament ta' bażijiet ta' data eżistenti (Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), Eurodac u Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża) u l-implimentazzjoni u l-ġestjoni operattiva ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-ĠAI; jenfasizza li l-approprjazzjonijiet ta' impenn huma meħtieġa għall-eu-LISA, speċjalment għat-twettiq tal-attivitajiet ippjanati tagħha fl-2019, inkluża t-tieni fażi tas-Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' (AFIS) u tas-SIS; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-riżorsi tal-eu-LISA u li jiġu previsti 25 aġent kuntrattwali addizzjonali biex l-aġenzija tkun tista' twettaq il-mandat tagħha;

8.  Jilqa' ż-żieda ta' approprjazzjonijiet (+16 % meta mqabbel mal-2018) tan-nefqa amministrattiva tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex tkopri r-responsabbiltajiet il-ġodda tiegħu għas-Segretarjat tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-ħtiġijiet addizzjonali tiegħu fir-rigward tar-regoli l-ġodda dwar il-protezzjoni tad-data fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-Aġenziji li jaqgħu taħt dak li kien it-tielet pilastru;

9.  Jappella għal żieda fil-karigi AD maħluqa għall-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali fl-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) sabiex l-Aġenzija tkun tista' tikseb għarfien espert ta' livell għoli fil-qasam tad-drittijiet fundamentali u tkun tista' tlaħħaq mal-kompiti addizzjonali tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali;

10.  Jiddispjaċih li l-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) ma żdiedx minkejja li l-FRA hija mistennija jkollha kompiti u responsabbiltajiet ġodda fl-2019 peress li d-drittijiet fundamentali għadhom taħt pressjoni kontinwa; jenfasizza li l-ammont ta' kompiti addizzjonali assenjati lill-FRA żdiedu b'mod sinifikanti mill-2015 minħabba żieda fil-wasla ta' rifuġjati, migranti u persuni li jfittxu asil. jinsab imħasseb li l-mandat tal-FRA għadu jillimita r-rwol tagħha fir-rigward tal-appoġġ għad-drittijiet fundamentali; jissottolinja li l-FRA għandha tkun tista' toffri opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi fuq inizjattiva proprja tagħha u li l-mandat tagħha għandu jiġi estiż biex jinkludi l-oqsma kollha tad-drittijiet protetti bis-saħħa tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi, pereżempju, kwistjonijiet ta' kooperazzjoni tal-pulizija u kooperazzjoni ġudizzjarja; jipproponi, għaldaqstant, li jiġu estiżi r-riżorsi finanzjarji u umani tal-FRA bil-għan li tkun tista' taqdi b'mod adegwat il-kompiti l-ġodda tagħha li joriġinaw mit-talbiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-Aġenziji l-oħra tal-Unjoni. itenni li l-Kummissjoni għandha tkompli tiffoka fuq kwistjonijiet dwar l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, partikolarment fid-dawl tar-rigress demokratiku f'xi Stati Membri, inkluż billi tipproponi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' rimedju aktar b'saħħithom;

11.  Jirrimarka li huma meħtieġa aktar riżorsi umani u finanzjarji biex l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) tkun tista' timplimenta b'mod sħiħ il-bażi legali mġedda tagħha tal-2015, li wessgħet il-grupp fil-mira tagħha minn uffiċjali għolja tal-pulizija għal uffiċjali tal-infurzar tal-liġi madwar l-Unjoni u l-viċinat tagħha; jemmen li dan se jgħin biex jitneħħew in-nuqqasijiet ta' taħriġ li jimpedixxu s-servizzi tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri milli jużaw b'mod sħiħ l-istrumenti u s-sistemi ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fl-oqsma tal-kriminalità organizzata u t-terroriżmu filwaqt li jindirizzaw id-drittijiet fundamentali bħala kwistjoni trasversali fit-taħriġ tal-infurzar tal-liġi;

12.  Jisħaq fuq iż-żieda sinifikanti ħafna minn EUR 10 biljun fl-2018 għal EUR 11,38 biljun fl-2019 (+13,1 %) tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll tal-approprjazzjonijiet ta' pagament (+17,0 %) għall-Intestatura IV (Ewropa Globali); jilqa' l-proposta għal użu sħiħ għall-2019 tal-marġini mhux allokat taħt l-Intestatura IV, kif ukoll EUR 1 116,2 miljun mill-Marġini Globali għall-Impenji sabiex jissaħħu l-għajnuna umanitarja u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat għall-wegħdiet magħmula waqt il-konferenza tal-2018 dwar is-Sirja; jinnota li fil-baġit tal-Unjoni hemm allokat EUR 1,45 biljun għall-finanzjament tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija II (FRT II), kif ukoll EUR 560 miljun għall-indirizzar tal-kriżi Sirjana; jisħaq fuq iż-żieda qawwija ħafna tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-baġit tagħha għall-FRT II; jistieden lill-Kummissjoni biex, b'mod effettiv, tissorvelja l-allokazzjoni u l-implimentazzjoni xierqa ta' din il-kontribuzzjoni fid-dawl tad-deterjorament kontinwu tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, tal-istat tad-dritt, u tan-nuqqas ta' indipendenza ġudizzjarja fit-Turkija.

13.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi rivedut il-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (UCPM) sabiex jissaħħaħ l-approċċ globali għall-ġestjoni tad-diżastri; jenfasizza li ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta' impenn (+46,1 %) u ta' pagament (+33,6 %) tal-UCPM fl-2019 meta mqabbel mal-2018 tirrifletti l-adozzjoni mistennija ta' azzjonijiet f'pajjiżi terzi; iqis bħala pożittiv li l-allokazzjoni tal-2019 għal attivitajiet ta' għajnuna umanitarja tinkludi żidiet, fir-rigward tal-ipprogrammar finanzjarju ta' EUR 120 miljun u EUR 3,2 miljun għat-tisħiħ ta' azzjonijiet ta' tħejjija għad-diżastri;

14.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-appoġġ għall-ġurnaliżmu investigattiv, inkluż il-ġurnaliżmu investigattiv transfruntier, u l-libertà tal-media permezz ta' fondi apposta biex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-kriminalità u s-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini tal-Unjoni.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Daniel Dalton, Rachida Dati, Frank Engel, Tanja Fajon, Romeo Franz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Claude Moraes, Ivari Padar, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Gérard Deprez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Jean Lambert, Andrejs Mamikins, Ana Miranda, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jonathan Bullock, Kostadinka Kuneva, Luigi Morgano, Gabriele Preuß

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Angelika Mlinar, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

GUE/NGL

Kostadinka Kuneva, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Carlos Coelho, Rachida Dati, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Barbara Kudrycka, Traian Ungureanu, Axel Voss

S&D

Monika Beňová, Tanja Fajon, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Cécile Kashetu Kyenge, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Luigi Morgano, Ivari Padar, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Jean Lambert, Ana Miranda, Judith Sargentini

8

-

ECR

Daniel Dalton, Branislav Škripek, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Auke Zijlstra

NI

Udo Voigt

PPE

Frank Engel

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (4.7.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Danuta Maria Hübner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-2019 se tkun is-sena tal-elezzjonijiet Ewropej u dik tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

1.  Jilqa' ż-żieda proposta ta' 4,1 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 2,1 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini", u ż-żieda ta' 3,7 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 24,4 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament għall-programm "Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza", meta mqabbel mal-baġit tal-2018, peress li dawn il-programmi jikkontribwixxu biex itejbu l-parteċipazzjoni ġenerali taċ-ċittadini fil-politika tal-Unjoni u fl-eżerċizzju tad-drittijiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-Unjoni;

2.  Iqis li, mill-perspettiva kostituzzjonali, jeħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jiġu msaħħa, u li l-isfidi transnazzjonali li jridu jiġu mmaniġġjati, fost l-oħrajn it-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni, jirrikjedu baġit 2019 li jkun ogħla f'termini reali minn dak tal-2018;

3.  Jitlob żieda ta' 10 % fil-finanzjament għall-programm "L-Ewropa għaċ-Ċittadini" fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-implimentazzjoni ta' dan il-programm(1), fejn jissemma li għadd sinifikanti ta' proġetti li setgħu għenu biex il-programm ikollu impatt usa' ma setgħux jiġu ffinanzjati;

4.  Iqis li approprjazzjonijiet tal-baġit addizzjonali għandhom jiġu ddedikati għat-tisħiħ tal-livell ta' għarfien dwar l-Unjoni Ewropea, speċjalment, iżda mhux biss, bl-allokazzjoni ta' riżorsi għall-finanzjament tal-iżvilupp ta' kurrikulu komuni dwar l-edukazzjoni ċivika;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' 46 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI), u jiddispjaċih dwar it-tnaqqis ta' 3 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament għal dan il-programm, meta mqabbel mal-livelli tal-2018;

6.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fil-finanzjament għall-Partiti Politiċi Ewropej b'35 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament f'konformità mal-emendi li saru dan l-aħħar bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2) dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej;

7.  Jieħu nota taż-żieda fil-finanzjament għal azzjonijiet ta' komunikazzjoni ta' 5,3 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' 2,3 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u jiddispjaċih li ż-żieda mhijiex aktar sostanzjali, speċjalment peress li l-2019 hija s-sena tal-elezzjonijiet Ewropej;

8.  Iqis li l-Ispazji Pubbliċi Ewropej (EPSs) għandhom potenzjal li għad mhuwiex sfruttat għalkollox biex jinforma liċ-ċittadini dwar il-kwistjonijiet involuti fl-elezzjonijiet Ewropej u dwar l-involviment tagħhom fid-dibattitu fuq il-Futur tal-Ewropa; għalhekk jemmen li n-network tal-Ispazji Pubbliċi Ewropej għandu jiġu estiż biex ikopri l-Istati Membri kollha; jiddispjaċih li dan l-objettiv ma setax jintlaħaq għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, peress li hemm biss 18-il EPS eżistenti, anki jekk kellu jkun hemm 21 minnhom sal-2019, skont l-ipprogrammar finanzjarju.

9.   Iqis li l-baġit 2019 għandu jipprovdi finanzjament addizzjonali għal programmi li jsostnu u jintegraw l-immigranti u r-refuġjati, b'mod partikolari fl-Istati Membri tal-Unjoni li għandhom fruntiera esterna, anke bil-għan li jiggarantixxu l-inklużjoni sħiħa ta' dawn il-persuni fil-komunità tad-dritt li hija l-Unjoni Ewropea;

10.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni kontinwament tuża flus minn linji baġitarji eżistenti għall-finanzjament tal-fondi ġodda li jinħolqu, li huma barra mill-baġit tal-Unjoni u li għalhekk mhumiex suġġetti għall-iskrutinju parlamentari;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

2.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Mercedes Bresso, Elmar Brok, Richard Corbett, Pascal Durand, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Alain Lamassoure, Jo Leinen, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Markus Pieper, Paulo Rangel, Helmut Scholz, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski, Guy Verhofstadt

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Jérôme Lavrilleux, David McAllister, Cristian Dan Preda

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Jonás Fernández, Birgit Sippel

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Guy Verhofstadt

GUE/NGL

Helmut Scholz, Barbara Spinelli

NI

Kazimierz Michał Ujazdowski

PPE

Elmar Brok, Esteban González Pons, Danuta Maria Hübner, Alain Lamassoure, Jérôme Lavrilleux, Markus Pieper, Paulo Rangel, György Schöpflin

S&D

Mercedes Bresso, Richard Corbett, Jonás Fernández, Jo Leinen, Pedro Silva Pereira, Birgit Sippel

VERTS/ALE

Pascal Durand, Josep Maria Terricabras

3

-

ECR

Ashley Fox

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Gerolf Annemans

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

COM(2018)0170.

(2)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ĠU L 114I, 4.5.2018, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (28.9.2018)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019

(2018/2046(BUD))

Rapporteur għal opinjoni: Malin Björk

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq, fost affarijiet oħra, il-valur tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li l-promozzjoni ta' tali ugwaljanza hija prinċipju fundamentali tal-Unjoni, li jirrikjedi li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi inkorporata fil-politiki u l-attivitajiet kollha tagħha u tiġi indirizzata fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju permezz tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru;

B.  billi l-inugwaljanza fl-Unjoni hija problema li qed tikber, kif jidher mill-ostilità kurrenti kontra d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u billi l-baġit tal-Unjoni jrid, dejjem iżjed, jiġi mfassal b'mod li jagħti kontribut sinifikanti għas-salvagwardja u l-iżvilupp tad-drittijiet soċjali, u li jtejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi u s-sitwazzjoni tan-nisa;

C.  billi l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru huwa applikazzjoni tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-proċess baġitarju u jfisser valutazzjoni bbażata fuq is-sessi tal-baġits, li tinkorpora l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-proċess baġitarju u r-ristrutturar tad-dħul u l-infiq sabiex tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi(1);

D.  billi n-nisa jqattgħu aktar ħin mill-irġiel jagħmlu xogħol ta' assistenza mhux imħallsa, li huwa wieħed mir-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta' rappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol; billi d-domanda għall-indukrar tat-tfal ta' kwalità għolja, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli u għal servizzi tal-assistenza fit-tul hija ogħla mill-offerta attwali u xi familji li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati għandhom diffikultajiet biex jifilħu jħallsu għal servizzi ta' assistenza privata;

E.  billi l-Parlament Ewropew ripetutament talab li l-objettiv speċifiku Daphne tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-ħarsien tan-nisa u l-bniet mill-vjolenza jkollu finanzjament suffiċjenti u pprova jagħtih kemm jista' jkun prominenza;

F.  billi l-baġits responsivi għas-sessi u l-politiki relatati mmirati biex jikkontribwixxu għall-ksib tal-ugwaljanza bejn is-sessi jwasslu għal tkabbir u impjiegi aktar sostenibbli u inklużivi u jżidu t-trasparenza u r-responsabbiltà tan-nefqa pubblika;

G.  billi wieħed mill-objettivi ewlenin tal-proposta tal-2019 tal-abbozz ta' baġit ġenerali għall-Unjoni Ewropea huwa l-investiment strateġiku u t-tkabbir sostenibbli sabiex jiġu appoġġjati l-koeżjoni ekonomika u l-ħolqien tal-impjiegi, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ; billi, f'dan ir-rigward, huwa importanti li wieħed jiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tal-potenzjal tan-nisa fis-setturi kollha tal-ekonomija, u dan jinkludi l-ekonomija diġitali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u x-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM); billi, b'enfasi speċifika fuq il-ġeneri f'dawk l-oqsma, jeħtieġ li jiġu indirizzati d-distakk sinifikanti bejn in-nisa u l-irġiel u d-defiċit ta' ħiliet fis-setturi tal-ICT u ta' STEM fl-Unjoni kollha;

H.  billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-FMI jippromwovu b'qawwa l-ibbaġitjar responsiv għas-sessi bħala għodda standard ta' governanza tajba fil-finanzi pubbliċi u jikkunsidraw l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru bħala bbaġitjar tajjeb; billi l-OECD tirrikonoxxi l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru bħala għodda fundamentali biex timplimenta l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kuntest tal-finanzi pubbliċi; billi d-dikjarazzjoni konġunta tal-PE, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni mehmuża mal-QFP 2014-2020 timpenja lit-tliet istituzzjonijiet biex jintegraw, kif xieraq, elementi responsivi għas-sess fil-baġit tal-UE iżda billi l-Impenn Strateġiku tal-Kummissjoni għall-ugwaljanza bejn is-sessi 2016-2020 jiddikjara li l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru mhuwiex applikat b'mod sistematiku għall-baġit ġenerali tal-UE;

I.  billi l-UE hija impenjata li tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-opportunitajiet indaqs u billi jenħtieġ li n-nisa u l-irġiel għalhekk jibbenefikaw bl-istess mod minn fondi u servizzi pubbliċi; iżda, billi minkejja l-impenji politiċi ta' livell għoli tal-UE favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, id-deċiżjonijiet dwar l-infiq ma jqisux l-ugwaljanza bejn is-sessi fl-oqsma politiċi kollha;

J.  billi l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha flimkien huma l-akbar donaturi fid-dinja ta' għajnuna għall-iżvilupp, li jipprovdu aktar minn 50 % tal-għajnuna dinjija globali; billi t-tnaqqis tal-għajnuna minn donaturi oħra fil-qasam tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u tas-saħħa riproduttiva tan-nisa jirrikjedi żieda fil-finanzjament kurrenti tal-Unjoni, speċjalment f'dawk l-oqsma b'dimensjoni partikolari tal-ġeneru;

K.  billi l-UE, fid-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kummerċ u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni Ekonomika tan-Nisa, impenjat ruħha biex tagħmel progress biex il-politiki tagħha dwar il-kummerċ u l-iżvilupp isiru aktar responsivi għas-sessi u sabiex tirrapporta dwar dan fl-2019; billi l-Parlament adotta riżoluzzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE li fiha jitlob li jiġu adottati diversi miżuri ġodda fil-qasam tal-ġeneri u l-kummerċ u jirrikjedi impenji baġitarji u politiċi b'saħħithom;

L.  billi t-traffikar tal-bnedmin huwa reat devastanti li jhedded lill-membri l-aktar żvantaġġati tas-soċjetà, l-aktar lin-nisa u l-bniet, sfruttati fl-industrija tal-prostituzzjoni;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex sistematikament jużaw ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fin-nefqa pubblika kollha, anki fin-negozjar u l-konkretizzazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss, bl-għan li jkunu sensittivi għal kwistjonijiet ta' ġeneru u li jilħqu l-SDGs permezz tal-promozzjoni u l-implimentazzjoni tal-SDG 5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-SDGs kollha;

2.  Huwa impenjat li jissalvagwardja l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet fil-proċedura baġitarja tal-2019; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintegraw l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-proċedura baġitarja fil-linji baġitarji kollha, u mhux biss fi programmi li fihom l-impatt fuq il-ġeneri jkun l-aktar ovvju, sabiex id-dħul u n-nefqiet tal-baġit jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa;

3.  Jinsab imħasseb li minkejja li ġew ifformulati dikjarazzjonijiet interistituzzjonali u politiċi b'saħħithom, l-objettivi tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhumiex iddikjarati espliċitament fid-dokumenti tal-baġit tal-UE, u lanqas ma jitqiesu fl-istadji kollha tal-proċess baġitarju – barra minn hekk, matul dawn l-aħħar snin, sar impossibbli li jiġu rintraċċati l-impenji baġitarji għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi minħabba t-tħassir ta' linji baġitarji speċifiċi għall-ugwaljanza bejn is-sessi; Jenfasizza l-ħtieġa li l-għanijiet għall-ugwaljanza bejn is-sessi jintrabtu ma' allokazzjonijiet baġitarji ddedikati; iżid li dawn l-allokazzjonijiet għandhom iservu kemm l-azzjonijiet għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll dawk fil-mira, peress li l-approċċ doppju huwa essenzjali għall-impatt pożittiv tal-ugwaljanza bejn is-sessi; 

4.  Ifakkar li l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru huwa dimensjoni waħda ta' strateġija usa' għall-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jindika l-importanza li tiġi implimentata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-politiki; jisħaq fuq il-fatt li teżisti opportunità ċara li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi implimentata kif xieraq meta jitfasslu politiki u korpi ġodda;

5.  Jisħaq li "baġit tal-UE modern u ffukat" ma jistax jintlaħaq mingħajr perspettiva ċara u komprensiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi li hija essenzjali biex ikun hemm teħid ta' deċiżjonijiet aħjar u aktar ibbażat fuq l-evidenza, li min-naħa tiegħu jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' użu effikaċi tal-fondi pubbliċi u l-valur miżjud tal-UE fl-azzjonijiet kollha tiegħu;

6.  Jitlob approċċ olistiku fit-tfassil tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol il-ġdida billi jintroduċi rekwiżit li jiġi implimentat l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru fir-Regolament tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u linja baġitarja individwali fil-baġit tal-2019 sabiex tiġi implimentata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qafas tal-kompetenzi ta' din l-Awtorità;

7.  Itenni t-talba tiegħu għal żieda fir-riżorsi, pereżempju fl-ambitu tal-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond ta' Koeżjoni tal-UE, biex jitħarsu d-drittijiet ekonomiċi u soċjali tan-nisa, speċjalment permezz tal-impjieg tan-nisa u l-investiment f'servizzi ta' assistenza pubblika ta' kwalità għolja u bi prezzijiet raġonevoli, u biex titnaqqas l-inugwaljanza bejn is-sessi, anki permezz tal-użu tal-istrumenti eżistenti fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri u billi tiġi allokata linja baġitarja individwali għal dak l-iskop;

8.  Jitlob li jkun hemm approprjazzjonijiet li jappoġġjaw l-intraprenditorija tan-nisa u li jkun żgurat u mħeġġeġ l-aċċess tan-nisa għal self u finanzjament tal-ekwità permezz tal-programmi u l-fondi tal-Unjoni, bħal COSME, Orizzont 2020 u l-Fond Soċjali Ewropew;

9.  Jappella li tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali għall-bniet u t-tfajliet fil-miżuri koperti mill-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u li tingħata attenzjoni speċjali lil offerti ta' kwalità ta' taħriġ u impjiegi għalihom, u dan jinkludi l-ekonomija diġitalizzata, is-setturi tal-ICT u STEM;

10.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw inizjattivi ta' bbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru strutturati tajjeb li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz tal-edukazzjoni u s-servizzi tas-saħħa, jiġifieri edukazzjoni sesswali komprensiva u servizzi fil-qasam tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;

11.  Ifakkar li wieħed mir-rekwiżiti biex jiġi implimentat l-ibbaġitjar sensittiv għal kwistjonijiet ta' ġeneru huwa li ssir previżjoni tal-linji baġitarji indipendenti għall-għanijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi definiti fi programm; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi għall-ġlieda kontra kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll il-vjolenza sessista kontra l-persuni LGBTQI, inkluż billi tiġi ddedikata linja baġitarja indipendenti għal Daphne u għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u li tippromwovi l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-qafas tal-Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza, b'mill-inqas l-istess livell ta' nfiq tal-2011, għall-perjodu mill-2014 sal-2020 u, fid-dawl tat-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-ħtieġa li tiġi prevista linja baġitarja separata għal dan l-objettiv speċifiku; jitlob li jsiru disponibbli fondi sostenibbli u adegwati għal azzjonijiet immirati lejn l-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Istanbul, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lit-taħriġ kontinwu tal-persunal ġudizzjarju u mhux ġudizzjarju li jittratta l-ilmenti ta' abbuż sesswali u vjolenza sessista u li dan it-taħriġ jingħata appoġġ finanzjarju;

12.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jinkludu miżuri konkreti u jallokaw riżorsi finanzjarji adegwati għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u jiżguraw il-protezzjoni mill-vjolenza ta' nisa migranti u rifuġjati, kif ukoll nisa f'sitwazzjonijiet irregolari; jinsisti fuq investimenti mmirati biex jiżguraw id-drittijiet u s-sikurezza tan-nisa fil-proċedura sħiħa ta' asil;

13.  Ifakkar li għadd sinifikanti ħafna ta' rifuġjati u persuni li jfittxu asil li jidħlu fl-UE huma nisa u tfal; jenfasizza li l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi hija wkoll fost il-prinċipji fundaturi tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) u jtenni t-talba tiegħu li d-dimensjoni tal-ġeneru titqies ukoll fil-politiki dwar il-migrazzjoni u l-asil billi jiġu allokati fondi speċifiċi ddedikati għall-prevenzjoni tal-vjolenza sessista u li jiġi żgurat aċċess għas-servizzi tas-saħħa u għas-saħħa riproduttiva u d-drittijiet relatati;

14.  Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jeqirdu t-traffikar tan-nisa u l-bniet għall-isfruttament sesswali permezz ta' impenji baġitarji adegwati fl-Unjoni kollha u jinvestu dejjem aktar fid-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittmi, kif ukoll f'azzjonijiet li jnaqqsu d-domanda għal nisa u bniet traffikati; 

15.  Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jippromwovu l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-bniet u r-rappreżentanza tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet permezz tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE; ifakkar fil-ħtieġa urġenti li jiżdied il-finanzjament tal-Unjoni għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati sabiex ipatti għall-impatt tad-distakk fil-finanzjament li ħallew l-Istati Uniti wara l-introduzzjoni mill-ġdid u l-espansjoni tar-regola "global gag" tagħhom;

16.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi kkuntrastat it-tiċkin tal-ispazju għas-soċjetà ċivili u jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-investiment għall-appoġġ u l-ħarsien tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u speċifikament id-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, li jiffaċċjaw ostakoli u theddid uniċi ta' natura sessista fuq xogħolhom, billi jingħatalhom appoġġ u rikonoxximent politiku viżibbli, b'mod partikolari permezz ta' għotjiet urġenti permezz tal-fond ta' emerġenza tal-EIDHR għal difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju;

17.  Iqis li bil-ħsieb li tissodisfa l-impenji tagħha biex tikseb l-SDG 5 u b'mod partikolari l-għan tagħha li tiżgura aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, il-Kummissjoni għandha tinkludi finanzjament allokat għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluż l-ippjanar tal-familja, permezz ta' linja baġitarja espliċita tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati jew billi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati jintgħażlu bħala għan fl-ambitu tad-diversi linji baġitarji tagħha bħas-saħħa, l-edukazzjoni, it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġeneru;

18.  Iħeġġeġ lill-Unjoni u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ għad-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali tan-nisa f'pajjiżi sħab; jappella f'dan il-kuntest lill-partijiet kollha biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-GAP II titjieb abbażi tar-riżultati mir-rapporti annwali;

19.  Ifakkar fir-rwol importanti tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi u jitlob li jinżammu l-baġit tal-Istitut, it-tabella tal-persunal u l-indipendenza;

20.  Jappella lill-Unjoni tappoġġja l-iżvilupp ta' miżuri ġodda li se jippromwovu u jappoġġjaw l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tagħhom fil-politiki kummerċjali tagħha, u talloka riżorsi finanzjarji adegwati għal dawn l-impenji.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, André Elissen, Iratxe García Pérez, Mary Honeyball, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Marijana Petir, Pina Picierno, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Michaela Šojdrová

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Eck, José Inácio Faria, Kostadinka Kuneva, Jérôme Lavrilleux, Jordi Solé

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Plura, Damiano Zoffoli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Malin Björk, Stefan Eck, Kostadinka Kuneva

PPE

Anna Maria Corazza Bildt, José Inácio Faria, Jérôme Lavrilleux, Marek Plura

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Iratxe García Pérez, Mary Honeyball, Maria Noichl, Pina Picierno, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Jordi Solé, Ernest Urtasun

3

-

ECR

Jadwiga Wiśniewska

ENF

André Elissen

PPE

Marijana Petir

1

0

PPE

Michaela Šojdrová

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Auke Zijlstra


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

27

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

5

-

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Eleonora Evi

ENF

Auke Zijlstra

GUE/NGL

Younous Omarjee

NI

Eleftherios Synadinos

2

0

VERTS/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali