Proċedura : 2018/0903(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0314/2018

Testi mressqa :

A8-0314/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2018 - 7.11

Testi adottati :

P8_TA(2018)0395

RAPPORT     
PDF 505kWORD 53k
11.10.2018
PE 628.529v02-00 A8-0314/2018

dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(N8-0100/2018 - C8-0423/2018 – 2018/0903(NLE))

Kumitat għall-Baġit

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteurs: Jean Arthuis, Roberto Gualtieri

(Laqgħat konġunti tal-kumitat – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Wilhelm Molterer
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

(N8-0100/2018 - C8-0423/2018 – 2018/0903(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord ta' Tmexxija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi tad-19 ta' Lulju 2018 għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Amministrattiv tiegħu (C8-0423/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0314/2018),

A.  billi l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprevedi li d-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS għandhom jinħatru mill-BEI għal terminu fiss ta' tliet snin, li jista' jiġġedded għal darba, wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew insegwitu ta' proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mal-proċeduri tal-BEI, li matulu l-Parlament Ewropew għandu jinżamm infurmat debitament u f'ħin opportun fl-istadji kollha;

B.  billi, fid-19 ta' Lulju 2018, il-Bord ta' Tmexxija tal-FEIS adotta proposta għall-ħatra mill-ġdid tad-Direttur Amministrattiv u l-Viċi Direttur Amministrattiv tal-FEIS u għadda din il-proposta lill-Parlament Ewropew;

C.  billi, fil-25 ta' Settembru 2018, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji organizzaw seduta ta' smigħ ma' Wilhelm Molterer, il-kandidat propost għall-kariga ta' Direttur Amministrattiv tal-FEIS, u waqt is-seduta dan għamel dikjarazzjoni tal-ftuħ u mbagħad wieġeb il-mistoqsijiet tal-Membri tal-Kumitati;

1.  Jagħti l-awtorizzazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Wilhelm Molterer bħala d-Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


ANNESS 1: CURRICULUM VITAE TA' Wilhelm Molterer

Wilhelm Molterer ilu Direttur Amministrattiv tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) mill-1 ta' Novembru 2015.

Huwa għandu Masters fl-Ekonomija Soċjali minn Johannes Kepler University Linz f'Linz, l-Awstrija. Wara l-istudji universitarji tiegħu laħaq Konsulent Ekonomiku fl-Assoċjazzjoni Awstrijaka tal-Bdiewa u Konsulent għall-Ministru Reġjonali għall-Agrikoltura fl-Awstrija ta' Fuq. Sussegwentement huwa laħaq Konsulent Ekonomiku għall-Ministru Federali għall-Agrikoltura. Wara kompla l-karriera tiegħu bħala Kap tal-Kabinett tal-Ministru Federali għall-Agrikoltura u laħaq Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Awstrijaka tal-Bdiewa.

Mill-1990 sal-1994, Wilhelm Molterer kien Membru tal-Parlament Federali Awstrijak u Kelliem għall-Agrikoltura u wara laħaq Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Awstrijak (ÖVP). Mill-1994 sal-2002, kien il-Ministru Federali għall-Agrikoltura, il-Forestrija, l-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Ilma fl-Awstrija. Mill-2007 sal-2008, kien il-Viċi Kanċillier u l-Ministru Federali għall-Finanzi, filwaqt li fil-perjodu mill-2008 sal-2011 aġixxa bħala l-kelliem tal-Parlament għall-kwistjonijiet kostituzzjonali. Minn Lulju tal-2011 sa Awwissu tal-2015, kien il-Viċi President tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u membru tal-Kumitat ta' Tmexxija tiegħu, korp eżekuttiv kolleġġjali permanenti.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ħatra tad-Direttur Amministrattiv tal-FEIS

Referenzi

2018/0903(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

25.9.2018

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

4.10.2018

ECON

4.10.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jean Arthuis

25.9.2018

Roberto Gualtieri

25.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Pervenche Berès, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, Markus Ferber, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Ingeborg Gräßle, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Jan Olbrycht, Stanisław Ożóg, Paul Rübig, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Petri Sarvamaa, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Peter Simon, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mady Delvaux, Ashley Fox, Ramón Jáuregui Atondo, Jan Keller, Thomas Mann, Nils Torvalds, Lieve Wierinck

Data tat-tressiq

11.10.2018

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali