Proċedura : 2018/0222(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0315/2018

Testi mressqa :

A8-0315/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2018 - 14.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0450

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 570kWORD 52k
11.10.2018
PE 628.419v01-00 A8-0315/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali

(COM(2018)0398 – C8-0316/2018 – 2018/0222(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sander Loones

(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_NLE-AP_LegAct

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali

(COM(2018)0398 – C8-0316/2018 – 2018/0222(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0398),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0316/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0315/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


NOTA SPJEGATTIVA

Filwaqt li d-differenzi fl-istatus legali tal-flus tal-UE mħallsa direttament lill-benefiċjarji finali (l-ebda riżorsi tal-Istat) u l-flus tal-UE mħallsa indirettament permezz tal-awtoritajiet nazzjonali (riżorsi tal-Istat) huma stabbiliti sew, l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali spiss ma jkollhomx apprezzament tal-fatt li l-flus tal-UE mhumiex awtomatikament esklużi mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u lanqas ma jikkwalifikaw awtomatikament bħala għajnuna mill-Istat. Il-konfużjoni toriġina l-aktar mill-fatt li l-flus tal-UE jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE biss jekk awtorità pubblika tkun tista' teżerċita kontroll fuqhom.

Ir-rapporteur jilqa' l-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni Ewropea biex ittejjeb l-interazzjoni bejn il-programmi ta' finanzjament tal-UE u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-emenda proposta għar-Regolament ta' Awtorizzazzjoni tal-UE għall-għajnuna mill-Istat(1) tikkontribwixxi għal dan l-għan, peress li tippermetti lill-Kummissjoni tagħmel modifiki mmirati fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)(2) sabiex il-fondi ġestiti fil-livell nazzjonali u l-fondi ġestiti b'mod ċentrali mill-UE jistgħu jiġu kkombinati kemm jista' jkun mingħajr xkiel, mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq uniku.

Il-proposta tal-Kummissjoni li tinkludi żewġ kategoriji ġodda fir-Regolament ta' Awtorizzazzjoni (il-fondi nazzjonali kkombinati ma' fondi ġestiti b'mod ċentrali mill-UE; u proġetti appoġġati minn programmi tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea tal-UE) bil-ħsieb li temenda l-GBER se tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni amministrattiva. Jagħmel sens li proġetti u finanzjament approvati mill-Kummissjoni abbażi ta' regoli oħra, li wkoll ikollhom l-għan li jevitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq uniku, ma jiġux soġġetti għal kontrolli addizzjonali taħt ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Ir-rapporteur għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni u jissuġġerixxi li tiġi adottata permezz tal-proċedura simplifikata skont l-Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/1588 tat-13 ta' Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna mill-Istat orizzontali, Pb. L 24.9.2015, 248/1.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Pb. L. 26.6.2014, 187/1.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali

Referenzi

COM(2018)0398 – C8-0316/2018 – 2018/0222(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

9.7.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.9.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sander Loones

20.6.2018

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

9.10.2018

Eżami fil-kumitat

9.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Data tat-tressiq

11.10.2018

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali