Proċedura : 2017/0336(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0316/2018

Testi mressqa :

A8-0316/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2018 - 11.8

Testi adottati :

P8_TA(2018)0407

RAPPORT     ***I
PDF 913kWORD 79k
11.10.2018
PE 623.856v01-00 A8-0316/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Lambert van Nistelrooij, Constanze Krehl

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0826),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0432/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Marzu 2018(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0316/2018),

1.  Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Din il-proposta, adottata mill-Kummissjoni fis-6 ta' Diċembru 2017, għandha l-għan li temenda r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) sabiex ir-riżerva ta' prestazzjoni (6 % tar-riżorsi allokati għall-FEŻR, il-FSE u l-Għan ta' Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir tal-FK, għall-FAEŻR u għall-FEMS) tintuża għal riformi strutturali minflok għall-"prijoritajiet speċifiċi" stabbiliti fi Ftehimiet ta' Sħubija. B'mod partikolari, il-proposta għandha l-għan li ddaħħal l-Artikoli 22(1a), 22(8) u 23a fis-CPR, biex tistabbilixxi l-prinċipji u l-proċeduri għall-użu tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni għal riformi strutturali. Barra minn hekk, emendi konsegwenzjali jaffettwaw id-dispożizzjonijiet tas-CPR dwar l-għan, id-definizzjonijiet u l-obbligi ta' rappurtar tiegħu, kif xieraq.

Il-korapporteurs taw lill-proposta il-kunsiderazzjoni sħiħa tagħhom, u waslu għall-konklużjoni li l-proposta għandha tiġi miċħuda.

Filwaqt li l-Parlament Ewropew oriġinarjament ma kienx appoġġa l-kunċett ta' riżerva ta' prestazzjoni meta ġie adottat il-pakkett ta' koeżjoni attwali, il-korapporteurs jikkunsidraw li huwa importanti li l-fondi tar-riżerva ta' prestazzjoni jintefqu kif kien maħsub oriġinarjament, fuq proġetti ta' koeżjoni, u ma jiġux iddevjati lejn riformi strutturali. Dan ma jfissirx li r-riformi strutturali mhumiex importanti: f'kuntesti oħra, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali appoġġa żieda fil-baġit għal riformi strutturali. Madankollu, l-awtoritajiet lokali u l-partijiet interessati fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jiddependu mis-6 % mwarrba fir-riżerva ta' prestazzjoni sabiex jiffinanzjaw proġetti li huma diġà ppjanati sal-aħħar ta' dan il-perjodu ta' programmazzjoni.

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kellu numru ta' konsultazzjonijiet dwar din il-proposta, inklużi skambji ta' fehmiet fil-kumitat mal-Viċi President tal-Kummissjoni Dombrovskis, is-servizzi tal-Kummissjoni (kemm is-Servizz ta' Sostenn għar-Riforma Strutturali kif ukoll id-DĠ REGIO), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Presidenza tal-Kunsill u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Il-korapporteurs għandhom l-impressjoni globali li l-appoġġ għall-proposta huwa dgħajjef ħafna kullimkien, bi ftit li xejn partijiet interessati li jappoġġaw id-devjazzjoni fakultattiva proposta tar-riżerva ta' prestazzjoni biex tiffinanzja riformi strutturali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (30.8.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Jens Geier

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Ir-rapporteur jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tiftaħ il-possibbiltà biex l-Istati Membri jallokaw kompletament jew parzjalment ir-riżerva ta' prestazzjoni inkorporata fir-regolament fl-appoġġ tal-impenji tar-riformi strutturali mill-Istati Membri. Id-deċiżjoni li tintuża r-riżerva ta' prestazzjoni għar-riformi strutturali se tkun totalment għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, li mitluba jressqu proposta uffiċjali għal din ir-riallokazzjoni, inklużi miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi, l-istadji importanti, il-miri kif ukoll skeda ta' żmien. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-proposta u tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Il-possibbiltà li tintuża r-riżerva ta' prestazzjoni għar-riformi strutturali timmina b'mod ċar l-għan oriġinali tagħha u l-għan tal-politika ta' koeżjoni, peress li r-riżerva ta' prestazzjoni ġiet stabbilita sabiex talloka l-fondi tal-programmi FSIE li laħqu l-istadji importanti tagħhom. Peress li l-Kummissjoni se twettaq rieżami ta' dawn il-programmi fl-2019, l-għan tal-programmi kien li jinkisbu l-istadji importanti tagħhom u jiddependu fuq il-fondi tar-riżerva ta' prestazzjoni. Jekk issa l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ir-riżerva għal skop differenti, il-programmi ta' koeżjoni jistgħu jiffaċċjaw insigurtà finanzjarja u dewmien fl-implimentazzjoni. L-inċentiv għall-programmi FSIE sabiex jirnexxu jista' għalhekk jisparixxi.

Barra minn hekk, ir-regolament emendatorju jaqa' taħt il-politika ta' koeżjoni fil-qafas tas-Semestru Ewropew, għalkemm il-politika għandha l-objettivi tagħha stess stipulati fit-Trattat.

L-għażla ta' ġestjoni diretta għall-appoġġ tar-riformi strutturali, bi flus li suppost marru għall-politika ta' koeżjoni, se tmur kontra wkoll il-prinċipju ta' kofinanzjament tal-politika ta' koeżjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma tiddefinixxix b'mod ċar ir-riformi strutturali fil-proposta tagħha, li jwassal biex ir-riallokazzjoni tal-flus mir-riżerva ta' prestazzjoni tkun aktar vaga.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tiġġustifika l-proposta tagħha li tgħid li għandha sservi bħala proġett pilota għall-QFP li jmiss. Madankollu, ir-riżultati minn din il-fażi pilota mhux se jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati fit-tfassil tal-QFP li jmiss.

Meta jitqies dan kollu, ir-rapporteur jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni, peress li dan huwa l-aħjar mod biex tiġi garantita politika ta' koeżjoni effikaċi, awtonoma u ta' suċċess.

******

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

Referenzi

COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.12.2017

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

19.4.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

23.4.2018

Eżami fil-kumitat

19.6.2018

10.7.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

29.8.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Răzvan Popa, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Ivan Štefanec, Marco Valli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Jean Arthuis

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

EFDD

Marco Valli

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Younous Omarjee

PPE

Reimer Böge, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand

1

-

ALDE

Nedzhmi Ali

2

0

ALDE

Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (4.10.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8‑0432/2017 – 2017/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Derek Vaughan

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li toffri l-possibbiltà li l-Istati Membri jallokaw kompletament jew parzjalment ir-riżerva ta' prestazzjoni prevista fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) fl-appoġġ tal-impenji tar-riformi strutturali mill-Istati Membri. Id-deċiżjoni li tintuża r-riżerva ta' prestazzjoni għar-riformi strutturali se tkun totalment fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, li jeħtiġilhom jippreżentaw proposta uffiċjali għal din ir-riallokazzjoni, inklużi miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi, l-istadji importanti, il-miri, kif ukoll skeda ta' żmien. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-proposta u tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Is-Semestru Ewropew għandu l-għan li jippermetti lill-Istati Membri jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom billi:

• jiżgura finanzi pubbliċi sodi (filwaqt li jevita dejn eċċessiv tal-gvern)

• jipprevjeni żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fl-UE

• jappoġġja riformi strutturali, biex jinħolqu aktar impjiegi u tkabbir, u billi

• jagħti spinta lill-investiment. 

L-awtoritajiet tal-Istati Membri stabbilew il-pjanijiet tagħhom dwar kif għandu jintuża l-finanzjament mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej bejn l-2014 u l-2020 fil-Ftehimiet ta' Sħubija, b'approvazzjoni sussegwenti mill-Kummissjoni Ewropea.

Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jipproponu programmi u proġetti konkreti li fuqhom se jintefqu l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Ir-riżerva ta' prestazzjoni għandha l-għan li tiffaċilita l-konċentrazzjoni fuq il-prestazzjoni u l-kisba tal-objettivi tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u tikkonsisti f'6 % tal-allokazzjoni totali għall-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, kif ukoll għall-FAEŻR u għall-miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża għar-Regolament FEMS, stabbiliti għal kull Stat Membru.

Il-possibbiltà li r-riżerva ta' prestazzjoni tintuża għar-riformi strutturali timmina b'mod ċar l-iskop oriġinali tagħha u l-iskop tal-politika ta' koeżjoni, peress li r-riżerva ta' prestazzjoni ġiet stabbilita sabiex talloka l-fondi tal-programmi FSIE li laħqu l-istadji importanti tagħhom. Peress li l-Kummissjoni se twettaq rieżami ta' dawn il-programmi fl-2019, l-għan tal-programmi kien li jinkisbu l-istadji importanti tagħhom u jiddependu fuq il-fondi tar-riżerva ta' prestazzjoni. Jekk issa l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw ir-riżerva għal skop differenti, il-programmi ta' koeżjoni jistgħu jiffaċċjaw insigurtà finanzjarja u dewmien fl-implimentazzjoni. L-inċentiv biex il-programmi FSIE jirnexxu għalhekk jisparixxi.

******

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITATLI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

Referenzi

COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

14.12.2017

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Derek Vaughan

4.9.2018

Data tal-adozzjoni

4.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

10

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Jonathan Bullock, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Dennis de Jong

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

10

+

ALDE

GUE/NGL

EPP

S&D

Verts/ALE

Jean Arthuis

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

José Ignacio Salafranca Sánchez‑Neyra

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Arndt Kohn, Georgi Pirinski, Derek Vaughan

Bart Staes

6

-

ALDE

EPP

Nedzhmi Ali

Richard Ashworth, Ingeborg Gräßle, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský

1

0

EFDD

Jonathan Bullock

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (26.4.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Kwalunkwe riallokazzjoni mir-riżerva ta' prestazzjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għat-twettiq tal-impenji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' riformi identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li huma mistennija jikkontribwixxu l-iktar għar-reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi u jkollhom riperkussjonijiet pożittivi fuq Stati Membri oħra. Dawn jinkludu riformi fis-swieq tal-prodotti u tax-xogħol, fir-riformi tat-taxxa, fl-iżvilupp tas-swieq kapitali, fir-riformi biex jitjieb l-ambjent tax-xogħol kif ukoll fl-investiment fil-kapital uman u fir-riformi fl-amministrazzjoni pubblika.

(3)  Kwalunkwe riallokazzjoni mir-riżerva ta' prestazzjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għat-twettiq tal-impenji fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' riformi identifikati fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-implimentazzjoni ta' riformi strutturali li huma mistennija jikkontribwixxu l-iktar għar-reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi u jkollhom effetti konsegwenzjali pożittivi fuq Stati Membri oħra. Dawn jinkludu riformi fis-swieq tal-prodotti u tax-xogħol, riformi tat-taxxa, l-iżvilupp tas-swieq kapitali, riformi biex jittejjeb l-ambjent tan-negozju kif ukoll investiment fil-kapital uman u riformi fl-amministrazzjoni pubblika, dment li dawn ir-riformi ma jirriżultawx fi standards u kundizzjonijiet imnaqqsa fis-swieq tax-xogħol, fil-produzzjoni jew fil-prodotti nfushom.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

Referenzi

COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

26.2.2018

Data tal-adozzjoni

25.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

10

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Rory Palmer, Bolesław G. Piecha, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Fredrick Federley, Anja Hazekamp, Norbert Lins, Alojz Peterle, Stanislav Polčák, Christel Schaldemose

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jude Kirton-Darling, Jeroen Lenaers

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

Fredrick Federley, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Frédérique Ries

PPE

Pilar Ayuso, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Jeroen Lenaers, Peter Liese, Norbert Lins, Alojz Peterle, Stanislav Polčák, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jude Kirton-Darling, Susanne Melior, Rory Palmer, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

10

-

EFDD

Julia Reid

ENF

Sylvie Goddyn, Joëlle Mélin

GUE/NLG

Lynn Boylan, Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

PPE

Elisabetta Gardini

3

0

ECR

Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (11.7.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8‑0432/2017 – 2017/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sofia Sakorafa

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'tentattiv sabiex tingħeleb il-kritika li l-ġustifikazzjoni strateġika u l-obbligu ta' rendikont tal-infiq b'rabta mal-Fondi ta' Koeżjoni tal-UE ma kenitx adegwata, fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 ġiet introdotta orjentazzjoni ċċentrata fuq il-prestazzjoni. Ġie definit qafas ta' prestazzjoni għal kull programm operattiv, b'dettalji dwar ir-riżultati mistennija mill-investimenti u dwar kif jista' jitkejjel il-progress lejn dawn l-għanijiet.

Sal-2019 ser isir rieżami tal-prestazzjoni u l-programmi, u l-prijoritajiet li jkunu laħqu l-istadji importanti u l-miri stabbiliti ser jiksbu aċċess għar-riżerva ta' prestazzjoni assoċjata (6 % tar-riżorsi allokati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni), filwaqt li dawk li jkunu naqsu serjament milli jilħqu l-istadji importanti jistgħu jiffaċċjaw penali.

Ir-rapporteur hija sorpriża negattivament bil-proposta tal-Kummissjoni, li, fi ftit kliem, tistieden lill-Istati Membri jċedu b'mod volontarju, kompletament jew parzjalment, il-ġestjoni tal-fondi ta' riżerva ta' prestazzjoni lill-Kummissjoni li hi ħerqana li timplimenta r-riformi strutturali orizzontali marbuta mas-Semestru Ewropew.

L-ewwel nett, ir-rapporteur hija tal-fehma li l-Politika ta' Koeżjoni u s-Semestru Ewropew la jikkondividu u lanqas iservu l-istess għanijiet. Il-kundizzjonalitajiet ex ante u makroekonomiċi jirrappreżentaw riskju kbir biex jintlaħaq tkabbir sostenibbli, ġust u bbilanċjat. Il-Parlament Ewropew issottolinja diversi drabi li "l-interazzjoni mas-Semestru Ewropew m'għandhiex timpedixxi l-kisba tal-objettivi proprji [tal-Politika ta' Koeżjoni] kif stipulat fit-Trattati"(1). Ir-riassenjazzjoni ta' EUR 21 biljun oħra biex iservu l-objettivi marbuta strettament mal-proċess ta' governanza ekonomika Ewropea tikkostitwixxi devjazzjoni ċara mill-iskop prinċipali tal-Politika ta' Koeżjoni, li "tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni"(2).

Li jiġi ridirett ammont sinifikanti ta' fondi joħloq tfixkil għall-implimentazzjoni u jaffettwa b'mod negattiv il-potenzjal tal-impatt politiku. Il-prinċipji tal-Politika ta' Koeżjoni ewlenin u komplementari, bħalma huma s-solidarjetà fil-prattika, ir-ridistribuzzjoni ekwa u ġusta tal-ġid, u l-istess loġika ta' rikompensa tal-inċentivi tal-prestazzjoni, ikunu mhedda serjament.

Minn perspettiva proċedurali, ir-rapporteur tesprimi riżervi serji. Il-proposta tressqet tard wisq u mhi ċara xejn. Il-bidliet rilevanti ser ikollhom effett retroattiv, jistgħu jipprovokaw tħarbit baġitarju fuq is-segmenti nazzjonali annwali maqbula u jistgħu jfixklu l-infiq diġà ppjanat għal proġetti speċifiċi.

Ir-rapporteur tikkundanna l-fatt li strumenti oħra ta' finanzjament tal-UE jappoġġjaw riformi strutturali li jiffukaw fuq is-Semestru Ewropew fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali. Diġà saret riallokazzjoni tal-fondi ta' koeżjoni għall-benefiċċju, pereżempju, tal-Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP), filwaqt li l-Kummissjoni issa qed tipproponi żieda sostanzjali fil-pakkett finanzjarju tal-SRSP. Barra minn hekk, il-bilanċ jista' jmur għall-agħar fil-perjodu ta' programmazzjoni futur 2021-2027. Il-Kummissjoni, filwaqt li qed tipproponi Programm ta' Appoġġ għal Riformi ġdid b'baġit ta' EUR 25 biljun, iffinanzjat taħt l-Istrument ta' Flessibbiltà u separat mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment tal-UE, qed tippjana – b'mod parallel – tnaqqis ta' 7 % fil-portafoll globali tal-Koeżjoni(3).

Filwaqt li ġestjoni kondiviża tagħti l-impressjoni ta' sjieda konġunta, id-deċiżjoni ta' Stat Membru li juża parzjalment jew għalkollox ir-riżerva ta' prestazzjoni b'appoġġ għar-riformi strutturali se tkun tfisser bidla lejn ġestjoni diretta. Konsegwentement, kwalunkwe proposta li twettaq l-impenji tar-riforma se taqa' esklussivament taħt il-valutazzjoni, l-approvazzjoni u l-ġestjoni tal-Kummissjoni.

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur jiddispjaċiha li l-proposta tikkontradixxi għalkollox id-dikjarazzjonijiet reċenti tal-Kummissjoni fis-sessjoni plenarja tal-PE (Marzu 2018)(4). Peress li l-Kummissjoni ma ddikjarat l-ebda intenzjoni li tbiddel id-dati dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni tar-riżerva ta' prestazzjoni, li temenda f'dan l-istadju l-orjentazzjoni u l-ġestjoni tar-riżerva ta' prestazzjoni jippreżenta każ ċar ta' standards doppji.

Fid-dawl ta' dan kollu, ir-rapporteur tqis li l-Kumitat ITRE għandu jistieden lill-Kumitat REGI, bħala l-kumitat responsabbli, u lill-Kumitati ECON u BUDG, bħala kumitati assoċjati, biex jiċħdu l-proposta tal-Kummissjoni.

******

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

Referenzi

COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sofia Sakorafa

22.2.2018

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Tilly Metz, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Boni, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Rupert Matthews, Gesine Meissner, Caroline Nagtegaal, Markus Pieper, Dominique Riquet

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Romeo Franz, Ulrike Rodust

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

51

+

ECR

Edward Czesak, Zdzisław Krasnodębski, Rupert Matthews, Evžen Tošenovský

EFDD

Dario Tamburrano

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis

PPE

Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Markus Pieper, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Ulrike Rodust, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Romeo Franz, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Tilly Metz

6

-

ALDE

Fredrick Federley, Gesine Meissner, Caroline Nagtegaal, Morten Helveg Petersen, Dominique Riquet, Lieve Wierinck

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (20.2.2018) għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (2017/2226(INI)), il-punt 4.

(2)

Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – it-Tielet Parti: Politika u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni – Titolu XVIII: Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali – Artikolu 174 (ex Artikolu 158 TKE), Ġurnal Uffiċjali 115, 09/05/2008 p. 0127 - 0127.

(3)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi – Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021–2027", COM(2018) 321 final, 2.5.2018, p. 10.

(4)

Plenarja tal-PE, Strasburgu, il-Ħamis 15 ta' Marzu 2018, interpellanza maġġuri, Mistoqsija għal tweġiba orali f'isem il-Kumitat REGI dwar ir-Riżerva ta' Prestazzjoni tal-FSIE.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (2.10.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Daniel Buda

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Ir-Rapporteur jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tiftaħ il-possibbiltà biex l-Istati Membri jallokaw kompletament jew parzjalment ir-riżerva ta' prestazzjoni inkorporata fir-regolament fl-appoġġ tal-impenji tar-riformi strutturali mill-Istati Membri. Id-deċiżjoni li tintuża r-riżerva ta' prestazzjoni għar-riformi strutturali se tkun totalment għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, li mitluba jressqu proposta uffiċjali għal din ir-riallokazzjoni, inklużi miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi, l-istadji importanti, il-miri kif ukoll skeda ta' żmien. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-proposta u tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-ħsieb li tiddevja l-ammont allokat għar-riżerva ta' prestazzjoni biex imur għar-riformi strutturali. Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni attwali jispjega fil-Ftehimiet ta' Sħubija li dawn l-allokazzjonijiet għandhom jintużaw għal prijoritajiet speċifiċi.

Ir-Rapporteur fil-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jqis li l-fondi allokati għar-riżerva ta' prestazzjoni għandhom jintefqu kif kien il-ħsieb fil-bidu, peress li dawn il-fondi huma mmirati għal proġetti ffinanzjati permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR).

Peress li l-użu tal-flus allokati għar-riżerva ta' prestazzjoni għar-riformi strutturali jista' jiddevja lil dawn il-flus mill-investimenti fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, ir-Rapporteur jipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni tiġi miċħuda.

******

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

Referenzi

COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Daniel Buda

30.5.2018

Data tal-adozzjoni

1.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Esther Herranz García, Jan Huitema, Martin Häusling, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Michela Giuffrida, Elsi Katainen, Anthea McIntyre, Momchil Nekov, Molly Scott Cato, Vladimir Urutchev, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

41

+

ALDE

Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Anthea McIntyre, James Nicholson

EFDD

John Stuart Agnew, Giulia Moi, Marco Zullo

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

PPE

Richard Ashworth, Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski, Vladimir Urutchev

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Michela Giuffrida, Karine Gloanec Maurin, Momchil Nekov, Maria Noichl, Tibor Szanyi

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Molly Scott Cato, Thomas Waitz

0

-

 

 

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4.9.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

(COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sirpa Pietikäinen

******

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

Referenzi

COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

14.12.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sirpa Pietikäinen

26.2.2018

Eżami fil-kumitat

9.7.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Mary Honeyball, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Florent Marcellesi, Krisztina Morvai, Maria Noichl, João Pimenta Lopes, Michaela Šojdrová, Anna Záborská, Maria Gabriela Zoană

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Inácio Faria, Eleonora Forenza, Jérôme Lavrilleux, Marc Tarabella, Mylène Troszczynski, Monika Vana, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Patrick O’Flynn, Patrizia Toia

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

22

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Malin Björk, Eleonora Forenza, João Pimenta Lopes

NI

Krisztina Morvai

PPE

José Inácio Faria, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Michaela Šojdrová, Anna Záborská

S&D

Maria Arena, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Hedh, Mary Honeyball, Maria Noichl, Marc Tarabella, Patrizia Toia, Julie Ward, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Florent Marcellesi, Monika Vana

1

-

EFDD

Patrick O'Flynn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI ()

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar appoġġ għal riformi strutturali fi Stati Membri

Referenzi

COM(2017)0826 – C8-0432/2017 – 2017/0336(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

14.12.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.12.2017

CONT

14.12.2017

ECON

14.12.2017

EMPL

14.12.2017

 

ENVI

14.12.2017

ITRE

14.12.2017

TRAN

14.12.2017

AGRI

14.12.2017

 

PECH

14.12.2017

CULT

14.12.2017

FEMM

14.12.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

24.9.2018

TRAN

22.1.2018

PECH

24.1.2018

CULT

22.1.2018

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.4.2018

ECON

19.4.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Lambert van Nistelrooij

25.1.2018

Constanze Krehl

25.1.2018

 

 

Eżami fil-kumitat

25.4.2018

20.6.2018

10.7.2018

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Tamás Deutsch, John Flack, Iratxe García Pérez, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Paul Nuttall, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Monika Smolková, Ramón Luis Valcárcel Siso, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, John Howarth, Elsi Katainen, Ivana Maletić, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Julie Ward, Maria Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli

Data tat-tressiq

11.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

26

+

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Laurenţiu Rebega

EFDD

Paul Nuttall

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Daniel Buda, Tamás Deutsch, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Ramón Luis Valcárcel Siso

S&D

Iratxe García Pérez, John Howarth, Constanze Krehl, Monika Smolková, Derek Vaughan, Julie Ward, Kerstin Westphal, Maria Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Bronis Ropė

2

-

ALDE

Elsi Katainen, Iskra Mihaylova

2

0

ALDE

Ivan Jakovčić

ECR

John Flack

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Ottubru 2018Avviż legali