Proċedura : 2018/0172(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0317/2018

Testi mressqa :

A8-0317/2018

Dibattiti :

PV 22/10/2018 - 17
CRE 22/10/2018 - 17
PV 27/03/2019 - 15
CRE 27/03/2019 - 15

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2018 - 11.12
CRE 24/10/2018 - 11.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 27/03/2019 - 18.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0411
P8_TA(2019)0305

RAPPORT     ***I
PDF 2034kWORD 291k
11.10.2018
PE 623.714v02-00 A8-0317/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Frédérique Ries

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0340),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0218/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0317/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-funzjonalità għolja u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifisser li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari32, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks33 li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks.

(1)  Il-funzjonalità għolja u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifisser li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. Il-produzzjoni globali tal-plastik żdiedet drastikament u fl-2017 laħqet 348 miljun tunnellata. Is-sehem Ewropew ta' dik il-produzzjoni kien jirrappreżenta 18,5 % (64,4 miljun tunnellata; żieda ta' 3,4 % meta mqabbla mal-produzzjoni fis-sena preċedenti). L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks u titnaqqas il-kwantità globali tal-plastik fl-ambjent. L-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks hija l-ewwel pass żgħir fl-istabbiliment ta' ekonomija ċirkolari bbażata fuq it-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-prodotti kollha tal-plastik.

__________________

__________________

32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015) 0614 final).

32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari" (COM(2015) 0614 final).

33 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

Ġustifikazzjoni

Anki jekk din hija problema globali, l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha terfa' r-responsabbiltà tagħha u tkun minn ta' quddiem f'livell internazzjonali fil-ġlieda kontra r-rimi fil-baħar.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Il-plastik għandu rwol utli fl-ekonomija u jipprovdi applikazzjonijiet essenzjali f'ħafna setturi. B'mod partikolari, il-plastik jintuża fl-imballaġġ (40 %) u fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni (20 %). Hemm ukoll użu importanti tal-plastik fis-setturi tal-awtomobiliżmu, tat-tagħmir elettriku u elettroniku, tal-ikel u tal-agrikoltura. Madankollu, l-impatti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, is-saħħa u l-ekonomija ta' ċerti prodotti tal-plastik jeħtieġu li jiġi stabbilit qafas legali biex jitnaqqsu b'mod effettiv dawk l-effetti sinifikanti, anke permezz ta' restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' prodotti partikolari li jintużaw darba biss li għalihom jeżistu alternattivi faċilment disponibbli li jissodisfaw aktar il-kriterji tal-ekonomija ċirkolari.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Approċċi ċirkolari li jipprijoritizzaw il-prodotti riutilizzabbli mhux tossiċi u s-sistemi għall-użu mill-ġdid se jwasslu għal tnaqqis tal-iskart iġġenerat, u tali prevenzjoni hija fuq nett fil-ġerarkija tal-iskart imnaqqxa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Approċċi bħal dawn huma wkoll konformi mal-Għan nru 12 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti35 li jiżgura xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni.

(2)  Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jippruvaw jiksbu bis-sħiħ approċċi ċirkolari li jipprijoritizzaw il-prodotti sikuri, mhux tossiċi u riutilizzabbli mingħajr ebda sustanza ta' riskju u s-sistemi għall-użu mill-ġdid pjuttost milli kwalunkwe prodott li jintuża darba biss. Qabelxejn, il-miżuri kollha jenħtieġ li jkollhom l-għan li jnaqqsu l-iskart iġġenerat, u jippromwovu l-prevenzjoni tal-iskart peress li din hija fuq nett fil-ġerarkija tal-iskart imnaqqxa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Peress li kwalunkwe prodott li jintuża darba biss x'aktarx li jkollu impatt negattiv fuq il-klima jew l-ambjent minħabba ċ-ċiklu tal-ħajja qasir tiegħu, jeħtieġ li tingħata prijorità lill-prevenzjoni u l-użu mill-ġdid tal-prodotti li jistgħu jiksbu ffrankar kbir ta' CO2 u ta' materja prima siewja. Din id-Direttiva tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-Għan nru 12 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti35 li jiżgura xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni.

__________________

__________________

34 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

34 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

35 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

35 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-kisba tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li jitlob għall-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha għat-trattament taż-żibel tal-baħar u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja. F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' msieħba f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-sforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.

(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. Ammonti dejjem akbar ta' skart qed jispiċċaw fl-oċeani madwar id-dinja u qed jaffettwaw is-saħħa tal-ekosistemi u joqtlu l-annimali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-ilħuq tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li l-għan tiegħu huwa l-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha fit-trattament taż-żibel tal-baħar, fil-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart u fil-ġestjoni tal-iskart fil-baħar b'mod iktar effikaċi, u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja. F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' msieħba f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-isforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.

_________________

_________________

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità u, potenzjalment, għas-saħħa tal-bniedem u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir.

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd u tal-akkwakultura li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd u tal-akkwakultura li fih il-plastik, bħal nases, kaprajjes u bagi, xbieki, ħbula, spag, kordi u linji għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità kif ukoll għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Il-Kunsill, fil-laqgħa tiegħu tal-25 ta' Ġunju 2018, adotta konklużjonijiet dwar "It-twettiq tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari", u appoġġa b'mod ċar l-azzjonijiet meħuda f'livell Ewropew u globali biex jiġi ristrett l-użu tal-mikroplastiks miżjuda b'mod intenzjonali fil-prodotti kif ukoll l-użu tal-ossoplastiks fl-Unjoni u l-azzjonijiet previsti fl-Istrateġija għall-Plastiks rigward it-tnaqqis tal-mikroplastiks mit-tessuti, it-tajers tal-karozzi u t-tnixxija ta' pelits ta' qabel il-produzzjoni. L-Unjoni diġà qed tieħu azzjoni minħabba li hemm proċess kontinwu fl-ambitu tar-REACH, li permezz tiegħu l-Kummissjoni talbet lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tiżviluppa dossier ta' restrizzjoni fil-qafas tal-Anness XV dwar l-użu ta' partikoli tal-mikroplastik miżjuda b'mod intenzjonali fi prodotti għall-użu tal-konsumatur jew għall-użu professjonali ta' kwalunkwe tip.

Ġustifikazzjoni

Minħabba li ħafna Stati Membri diġà lleġiżlaw f'dan il-qasam, huwa importanti li l-UE tieħu azzjoni, abbażi ta' evalwazzjoni tal-ECHA, u tippreżenta, sal-2020, restrizzjoni fuq l-użu ta' partikoli tal-mikroplastik miżjuda b'mod intenzjonali fil-prodotti għall-użu tal-konsumatur jew għall-użu professjonali.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b)  L-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ komprensiv għall-problema tal-mikroplastiks u jenħtieġ li tħeġġeġ lill-produtturi kollha jillimitaw strettament il-mikroplastiks mill-formulazzjonijiet tagħhom, b'attenzjoni partikolari għall-manifatturi tat-tessuti u tat-tajers, billi l-ħwejjeġ u t-tajers sintetiċi jikkontribwixxu għal 63 % tal-mikroplastiks li jispiċċaw direttament fl-ambjent akkwatiku.

Ġustifikazzjoni

Għalkemm il-mikroplastiks (jiġifieri biċċiet tal-plastik iżgħar minn 5 mm) mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni, u huma indirizzati permezz ta' azzjonijiet speċifiċi fl-Istrateġija għall-Plastiks, huwa importanti li jiġi speċifikat li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha approċċ komprensiv għal din il-problema minħabba l-impatti tal-fdalijiet tal-plastik fil-baħar fuq l-ambjent, il-fawna tal-baħar u s-saħħa tal-bniedem.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni40 u l-istrumenti ta' politika eżistenti jipprovdu ċerti reazzjonijiet regolatorji li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar. B'mod partikolari, l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal miżuri u miri ġenerali tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħall-mira tar-riċiklaġġ għall-iskart tal-imballaġġ tal-plastik41 u l-għan reċentement adottat fl-Istrateġija għall-Plastiks42 biex jiġi żgurat li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun riċiklabbli sal-2030. Madankollu, l-impatt ta' dik il-leġiżlazzjoni fuq l-iskart fil-baħar mhuwiex biżżejjed u hemm differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-livell ta' ambizzjoni fost il-miżuri nazzjonali sabiex jiġi evitat u jitnaqqas iż-żibel fil-baħar. Barra minn hekk, uħud minn dawn il-miżuri, b'mod partikolari r-restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jistgħu joħolqu ostakli għall-kummerċ u jgħawġu l-kompetizzjoni fl-Unjoni.

(6)  Ġestjoni xierqa tal-iskart tibqa' essenzjali għall-prevenzjoni taż-żibel (fil-baħar). Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni40 u l-istrumenti ta' politika eżistenti jipprovdu ċerti reazzjonijiet regolatorji li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar. B'mod partikolari, l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal miżuri u miri ġenerali tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħall-mira tar-riċiklaġġ għall-iskart tal-imballaġġ tal-plastik41 u l-għan reċentement adottat fl-Istrateġija għall-Plastiks42 biex jiġi żgurat li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun riċiklabbli sal-2030. Madankollu, l-impatt ta' dik il-leġiżlazzjoni fuq l-iskart fil-baħar mhuwiex biżżejjed u hemm differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-livell ta' ambizzjoni fost il-miżuri nazzjonali sabiex jiġi evitat u jitnaqqas iż-żibel fil-baħar. Barra minn hekk, uħud minn dawn il-miżuri, b'mod partikolari r-restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jistgħu joħolqu ostakli għall-kummerċ u jgħawġu l-kompetizzjoni fl-Unjoni.

__________________

__________________

40 Id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/56/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

41 Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

41 Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

42 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-prevenzjoni taż-żibel tibda b'ġestjoni xierqa tal-iskart.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  It-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-imballaġġ huwa fattur essenzjali sabiex tiġi promossa katina tal-valur aktar sostenibbli. Sabiex dan l-għan jintlaħaq, jeħtieġ li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' finanzjament rilevanti fil-kuntest tal-għodod ta' programmazzjoni Ewropej tar-R&Ż, bħall-Programmi Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (jiġifieri Orizzont 2020), fid-dawl tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Plastiks li jmiss.

Ġustifikazzjoni

L-għoti ta' appoġġ u riżorsi rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-imballaġġ huwa pass meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija għall-Plastiks.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss kif ukoll l-irkaptu tas-sajd. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss koperti b'miżuri skont din id-Direttiva huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jitqiesu oġġetti tal-imballaġġ kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa kjarifika dwar l-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss li huwa kopert mid-Direttiva 94/62/KE.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b)  Ir-rapport ta' rieżami tal-Kummissjoni jenħtieġ li jindika jekk il-kamp ta' applikazzjoni jistax jitwessa' għall-prodotti li jintużaw darba biss b'mod ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Ir-rieżami jenħtieġ li jinvestiga l-possibbiltà li jiġi żviluppat approċċ ċar u konsistenti fir-rigward tal-prodotti li jintużaw darba biss li jqis il-prinċipji taċ-ċiklu tal-ħajja.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7c)   It-tniġġis terrestri u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija b'oġġetti akbar tal-plastik u l-frammenti jew il-mikroplastiks li jirriżultaw minnhom jistgħu jkunu sinifikanti f'livell lokali jew reġjonali. F'livell lokali dan jista' jkun konsiderevoli minħabba l-użu intensiv tal-plastiks fl-agrikoltura. Biex jitnaqqsu l-effetti tal-iskart tal-plastik fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, it-tniġġis mill-plastik mill-art agrikola jenħtieġ li jiġi investigat bir-reqqa.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Il-prodotti tal-plastik jenħtieġ li jiġu mmanifatturati filwaqt li jitqies it-tul tal-ħajja kollu tagħhom. L-ekodisinn tal-prodotti tal-plastik jenħtieġ li dejjem iqis il-fażi tal-produzzjoni, ir-riċiklabbiltà u possibbilment anke r-riutilizzabbiltà tal-prodott. Il-produtturi jenħtieġ li, meta jkun xieraq, jiġu mħeġġa jużaw polimeri uniċi jew kompatibbli biex jimmanifatturaw il-prodotti tagħhom sabiex jissimplifikaw is-separazzjoni u jtejbu r-riċiklabbiltà, speċjalment fil-każ tal-imballaġġ tal-plastik.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Sabiex jiġi definit b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi definit it-terminu prodott tal-plastik li jintuża darba biss. Jenħtieġ li d-definizzjoni teskludi prodotti tal-plastik li huma maħsuba, iddisinjati u mqegħdin fis-suq biex iwettqu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jerġgħu jimtlew jew jintużaw mill-ġdid għall-istess skop li għalih huma maħsuba.

(9)  Sabiex jiġi definit b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi definit it-terminu prodott tal-plastik li jintuża darba biss. Jenħtieġ li d-definizzjoni tinkludi l-prodotti mhux riutilizzabbli li jkunu magħmula, kompletament jew parzjalment, mill-plastik u li jkunu maħsuba, iddisinjati jew mqegħdin fis-suq biex jintużaw darba biss fuq perjodu qasir ta' żmien qabel jintremew u għalhekk jenħtieġ li teskludi l-prodotti tal-plastik li jkunu maħsuba, iddisinjati u mqegħdin fis-suq biex iwettqu, matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jerġgħu jimtlew jew jintużaw mill-ġdid għall-istess skop li għalih huma maħsuba.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Biż-żamma tal-valur tal-prodotti u l-materjali għall-itwal żmien possibbli u bil-ġenerazzjoni ta' anqas skart, l-ekonomija tal-Unjoni tista' ssir aktar kompetittiva u aktar reżiljenti, filwaqt li titnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi prezzjużi u fuq l-ambjent.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti u ta' alternattivi aktar sostenibbli, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

(10)  Jenħtieġ li prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti u ta' alternattivi aktar sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji taċ-ċiklu tal-ħajja, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li dawn il-miżuri jtejbu l-eżitu ambjentali globali, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji taċ-ċiklu tal-ħajja.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44.

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet sikuri u sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum ta' dawk il-prodotti, bħalma qiegħed isir għall-basktijiet tal-plastik skont id-Direttiva 94/62/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/720 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43a, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE u mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44. Dawn il-miżuri jenħtieġ li japplikaw għall-kontenituri tal-ikel li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin: l-ikel ikkonċernat ikun maħsub għall-konsum immedjat, ikun maħsub għall-konsum mingħajr aktar preparazzjoni u jkun maħsub biex jiġi kkunsmat minn ġor-reċipjent. L-Istati Membri jenħtieġ li jimmiraw lejn l-ogħla livell ta' ambizzjoni possibbli għal dawk il-miżuri, li jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-gravità tar-riskju tar-rimi tad-diversi prodotti u użi. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw miri nazzjonali biex jikkwantifikaw l-effetti tal-miżuri meħuda biex jinkiseb it-tnaqqis ambizzjuż u sostnut. L-Istati Membri jenħtieġ li jħeġġu l-użu ta' prodotti li jkunu xierqa biex jintużaw aktar minn darba u li, wara li jsiru skart, ikunu xierqa għat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, mingħajr ma jikkompromettu l-moviment liberu tal-oġġetti fis-suq intern. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom inkluż meta jinstabu fl-ambjent tal-baħar u jenħtieġ li jirrispettaw il-ġerarkija tal-iskart.

___________________

___________________

43a Id-Direttiva 2015/720KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1-24), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1-54), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17).

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Il-filtri tal-prodotti tat-tabakk huma t-tieni fil-klassifika ta' oġġetti tal-plastik li jintużaw darba li jintremew l-aktar. Għalkemm is-sehem fis-suq tal-filtri taċ-ċelluloża derivati mill-pjanti għall-prodotti tat-tabakk jidher li qed jiżdied, l-aċċettabbiltà tal-alternattivi disponibbli mhijiex ċara. Barra minn hekk, l-impatt kbir ħafna fuq l-ambjent tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri ma jistax jiġi injorat minħabba li dawk il-filtri jistgħu jinqasmu f'biċċiet tal-plastik iżgħar. Il-filtri tat-tabakk użati jinkludu wkoll għadd kbir ta' sustanzi kimiċi li huma ta' ħsara għall-ambjent, li mill-inqas 50 minnhom huma karċinoġeni umani magħrufa, kif ukoll metalli tqal, li jistgħu jiskulaw mill-filtru u jagħmlu ħsara lill-ambjenti tal-art, tal-ajru u tal-baħar tal-madwar. Sabiex jiġi indirizzat l-impatt ambjentali kkawżat mill-iskart wara l-konsum, hemm bżonn ta' firxa wiesgħa ta' miżuri għall-prodotti tat-tabakk bil-filtri, li jvarjaw mit-tnaqqis fil-filtri li jintużaw darba biss u li jintremew wara l-użu sar-responsabilità estiża tal-produttur biex jiġi żgurat rimi responsabbli u biex jiġu koperti l-ispejjeż tat-tindif tal-iskart. Sabiex jiġu indirizzati l-ispejjeż sinifikanti għall-ġbir u s-separazzjoni li attwalment jiġġarrbu mill-kontribwenti, l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur jenħtieġ li jkopru l-ispejjeż tat-tindif tal-iskart u l-ispejjeż għal infrastrutturi xierqa ta' ġbir tal-iskart. Bħala parti minn dawn il-miżuri, l-Istati Membri jistgħu joħolqu wkoll inċentivi għal katina ta' rkupru tal-filtri tas-sigaretti biex jitnaddaf l-aċetat taċ-ċelluloża, il-materjal tal-plastik li jammonta għal 60 % tal-kompożizzjoni tal-filtri tas-sigaretti, biex imbagħad jinbidlu f'oġġetti ġodda tal-plastik.

Ġustifikazzjoni

Thrown on the roadways, a cigarette butt takes up to ten or twelve years to deteriorate. Very volatile, it also regularly ends up in the rivers it contributes to polluting. In this regard, it is very appropriate to extend the polluter-pays principle to cigarette manufacturers that put on the market products whose waste is very difficult to recycle. According to figures provided by the European Commission, tobacco product filters are the second most polluting single use plastic items, after plastic bottles that contribute to marine litter. As the only provisions in the Commission proposal dealing with tobacco manufacturers are extended responsibility and awareness raising measures, the rapporteur wants to go further and suggests a wide range of measures such as consumption reduction targets for tobacco product filters.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali.

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli li jikkonformaw mal-istandards eżistenti u mad-dritt tal-Unjoni kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali, f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE. Ir-restrizzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni introdotti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jkopru wkoll prodotti magħmulin minn plastik ossodegradabbli, peress li dan it-tip ta' plastik ma jiddegradax sew u għalhekk jikkontribwixxi għat-tniġġis mill-mikroplastiks fl-ambjent, mhuwiex kompostabbli, jaffettwa b'mod negattiv ir-riċiklaġġ tal-plastik konvenzjonali u jonqos milli jagħti benefiċċju ambjentali ppruvat. Minħabba l-prevalenza għolja tal-iskart tal-polisteren fl-ambjent tal-baħar u billi hemm alternattivi disponibbli, il-kontenituri tal-ikel u tax-xorb li jintużaw darba biss magħmula mill-polisteren jenħtieġ li jiġu ristretti wkoll.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Għall-platti u l-pożati tal-plastik, anke jekk ikunu faċilment disponibbli alternattivi aktar xierqa, meta jkun ġustifikat kif xieraq u sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju fil-kontinwità tal-għoti ta' ċerti servizzi soċjali, bħall-catering fl-istabbilimenti edukattivi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, ikun xieraq li tiġi stabbilita estensjoni fuq perjodu ta' żmien limitat għall-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tat-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jinstab kompromess, ir-rapporteur naturalment iżżomm il-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva kif inhu, b'mod partikolari fir-rigward tal-lista ta' prodotti soġġetti għal projbizzjoni, iżda tipprevedi perjodu ta' sentejn ta' tneħħija gradwali tal-platti u l-pożati tal-plastik, sal-2023. Dan isir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-għoti ta' ċerti servizzi soċjali, bħall-catering fl-istabbilimenti edukattivi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  Id-Direttiva 94/62/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/720, stabbiliet ir-rekwiżit li l-Kummissjoni twettaq rieżami leġiżlattiv sas-27 ta' Mejju 2017 dwar miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, abbażi tal-impatti fuq iċ-ċiklu tal-ħajja. Il-Kummissjoni sal-lum għadha ma wettqitx dak ir-rieżami. Minħabba li huwa probabbli ħafna li tali basktijiet tal-plastik jintremew u jikkontribwixxu għall-iskart fil-baħar, huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri li jirrestrinġu t-tqegħid tagħhom fis-suq ħlief għal użi li huma strettament meħtieġa. Il-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jenħtieġ li ma jitqegħdux fis-suq bħala imballaġġ għal ikel sfuż ħlief meta jkunu meħtieġa għal raġunijiet ta' iġjene jew għall-imballaġġ ta' ikel sfuż umdu bħal-laħam jew il-ħut nej, jew il-prodotti tal-ħalib. Għall-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li għalihom dik ir-restrizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni ma tapplikax, id-dispożizzjonijiet eżistenti introdotti bid-Direttiva (UE) 2015/720 jenħtieġ li jibqgħu applikabbli.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva li jippromwovu l-użu ta' alternattivi mhux tal-plastik jenħtieġ li taħt ebda ċirkostanza ma jikkawżaw żieda fl-effetti detrimentali għall-ambjent u l-klima, pereżempju emissjonijiet addizzjonali ta' CO2 jew l-isfruttament ta' riżorsi siewja. Filwaqt li l-maġġoranza tal-alternattivi mhux tal-plastik huma magħmula minn riżorsi naturali u huma mistennija li joriġinaw mill-bijoekonomija, huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta' dawn il-miżuri. Fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart, il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li dejjem jagħtu prijorità lill-prevenzjoni jew lit-tranżizzjoni lejn prodotti riutilizzabbli pjuttost milli alternattivi oħra li jintużaw darba biss, anke jekk dawn ikunu magħmula minn materjali mhux tal-plastik.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  It-tappijiet u l-għotjien, b'parti sinifikanti magħmula mill-plastik, ġejjin minn kontenituri tax-xorb huma fost l-oġġetti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss mormija fuq ix-xtajtiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti li jintużaw darba biss, jitħallew jitqiegħdu fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tad-disinn tal-prodott, u dan inaqqas b'mod sinifikanti r-rilaxx fl-ambjent tat-tappijiet u l-għotjien tal-kontenituri tax-xorb. Għall-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti u imballaġġi tal-plastik li jintużaw darba biss, din il-kundizzjoni hija żieda mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-kompożizzjoni u n-natura tal-imballaġġi li jistgħu jintużaw mill-ġdid u li huma riċiklabbli, inklużi r-riċiklabbli stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 94/62/KEE. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern, jeħtieġ li jiġi żviluppat standard armonizzat adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 u l-konformità ma' dak l-istandard għandu jippermetti l-preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li jkun previst biżżejjed żmien għall-iżvilupp ta' standard armonizzat u li l-produtturi jitħallew jadattaw il-katini tal-produzzjoni tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni tar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott.

(13)  It-tappijiet u l-għotjien magħmula mill-plastik, ġejjin minn kontenituri tax-xorb huma fost l-oġġetti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss mormija fuq ix-xtajtiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti li jintużaw darba biss, jitħallew jitqiegħdu fis-suq biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tad-disinn tal-prodott, u dan inaqqas b'mod sinifikanti r-rilaxx fl-ambjent tat-tappijiet u l-għotjien tal-kontenituri tax-xorb u jżid il-kwantitajiet riċiklati. Għall-kontenituri tax-xorb li jikkostitwixxu prodotti u imballaġġi tal-plastik li jintużaw darba biss, din il-kundizzjoni hija żieda mar-rekwiżiti essenzjali dwar il-kompożizzjoni u n-natura tal-imballaġġi li jistgħu jintużaw mill-ġdid u li huma riċiklabbli, inklużi r-riċiklabbli stipulati fl-Anness II tad-Direttiva 94/62/KEE. Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott u sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern, jeħtieġ li jiġi żviluppat standard armonizzat adottat skont ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill45 u l-konformità ma' dak l-istandard għandu jippermetti l-preżunzjoni ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti. Jenħtieġ li jkun previst biżżejjed żmien għall-iżvilupp ta' standard armonizzat u li l-produtturi jitħallew jadattaw il-katini tal-produzzjoni tagħhom b'rabta mal-implimentazzjoni tar-rekwiżit tad-disinn tal-prodott. Sabiex jiġi żgurat l-użu ċirkolari tal-plastiks, jeħtieġ li jiġi żgurat id-dħul fis-suq tal-materjali riċiklati. Għalhekk huwa xieraq li jiġi introdott rekwiżit għal kontenut minimu obbligatorju ta' plastiks riċiklati f'ċerti prodotti.

___________________

___________________

45 Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Fil-kuntest tar-rieżami li għandu jsir skont l-Artikolu 9(5) tad-Direttiva 94/62/KE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-proprjetajiet relattivi ta' materjali differenti tal-imballaġġ, inklużi materjali komposti, abbażi ta' valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja, li jindirizzaw b'mod partikolari l-prevenzjoni u d-disinn għaċ-ċirkolarità.

Justification

Solutions for attaching caps and lids to the bottles of carbonated drinks are not yet available on the market, given the specific requirements, including consumer safety, for the closures of such drinks. Additional time should therefore be given for the technical development of such solutions. The transition time should be long enough to allow for the development of the European standard as set out in this Article, and for a lead-in time to adopt production lines. Work on the European standard should start without any delay. In order to support the uptake of secondary raw materials and the functioning of the circular economy, a minimum level of recycled content should be established. Many players in the food and drinks sector have already committed to produce plastic bottles containing at least 25% of recycled plastics. It is important to support this commitment taken by the industry, which is directly involved in the overall solution to the major problem of marine litter. The changes to Article 6(1) and 6(2) are technical and aim at clarifying the scope of the Article.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13b)  Il-preżenza ta' sustanzi kimiċi perikolużi fl-assorbenti sanitarji, fit-tampuni u fl-applikaturi tat-tampuni jenħtieġ li tiġi evitata fl-interess tas-saħħa tan-nisa. Bl-istess mod, id-disponibbiltà ta' soluzzjonijiet b'diversi użi u li jkunu aktar ekonomikament sostenibbli hija fundamentali biex in-nisa jiġu ggarantiti aċċess sħiħ għall-ħajja soċjali.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar.

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Ir-rimi fil-kanali tad-drenaġġ, barra minn hekk, jista' jikkawża ħsara ekonomika sostanzjali lin-netwerks tad-drenaġġ billi jimblokka l-pompi u jsodd il-pajpijiet. Għal dawn il-prodotti, spiss ikun hemm nuqqas sinifikanti ta' informazzjoni dwar il-karatteristiċi materjali ta' dawn il-prodotti u r-rimi xieraq tal-iskart. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar u għal miżuri ta' sensibilizzazzjoni. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-iskart li jridu jiġu evitati, dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq, il-preżenza ta' plastiks fil-prodott u r-riċiklabbiltà tal-prodott. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv, jinftiehem b'mod ċar u mhux qarrieqi, u jenħtieġ li tqis ukoll il-ftehimiet volontarji eżistenti. Fir-rigward tal-irkaptu tas-sajd, jenħtieġ li japplikaw ir-rekwiżiti tal-immarkar adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-Istati Membri jenħtieġ li jimplimentaw il-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Immarkar tal-Irkaptu tas-Sajd.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tinforma lill-konsumaturi dwar ħsarat fin-netwerks tad-drenaġġ minn prodotti li jintremew b'mod mhux xieraq fl-ambjent kif stipulat fl-Artikolu 10.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel.

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel u biex tiġi indirizzata l-imġiba ħażina tal-konsumaturi. Dawn l-ispejjeż jenħtieġ li ma jaqbżux l-ispejjeż li huma meħtieġa biex jiġu pprovduti dawk is-servizzi b'mod kosteffiċjenti u jenħtieġ li jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati. L-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart jenħtieġ li jkunu proporzjonati u jenħtieġ li jkunu bbażati fuq objettivi ċari stabbiliti skont l-Artikolu 8a(1) tad-Direttiva 2008/98/KE. Dawn l-objettivi jenħtieġ li jiddefinixxu l-ambitu u l-portata tal-attivitajiet ta' tindif koperti mill-iskema ta' responsabbiltà estiża tal-produttur f'konformità mal-obbligi rilevanti rigward il-prevenzjoni tal-iskart u l-iskart fil-baħar fil-liġi tal-Unjoni. Tali attivitajiet jenħtieġ li jinkludu, pereżempju, il-prevenzjoni u l-ġbir tal-iskart fit-toroq, fis-swieq u fi spazji pubbliċi oħra u matul avvenimenti pubbliċi, iżda jenħtieġ li ma jinkludux operazzjonijiet, inkluż it-tindif tal-baħar u l-oċeani, li għalihom l-awtoritajiet pubbliċi mhumiex responsabbli.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  L-inċentivi ekonomiċi kapaċi jinfluwenzaw l-għażla tal-konsumatur, jinkoraġġixxu jew jiskoraġġixxu abitudnijiet speċifiċi tal-konsumatur u, għalhekk, jistgħu jintużaw bħala għodda effikaċi upstream sabiex jitnaqqas l-impatt ta' ċerti plastiks fuq l-ambjent.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti46 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd għall-ġbir u t-trattament. Is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, jenħtieġ li dik is-sistema tiġi ssupplementata minn inċentivi finanzjarji ulterjuri għas-sajjieda li jtellgħu l-art l-irkaptu tagħhom tal-iskart sabiex tkun evitata kwalunkwe żieda potenzjali fl-imposta indiretta tal-iskart li għandha titħallas. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ.

(16)  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti46 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd għall-ġbir u t-trattament. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jekk l-irkaptu tas-sajd mitluf ma jistax jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment jenħtieġlu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ armonizzat, id-data dwar l-irkaptu tas-sajd mitluf jenħtieġ li tinġabar u tiġi rreġistrata mill-Istati Membri u mibgħuta lill-Kummissjoni kull sena. Is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, jenħtieġ li dik is-sistema tiġi ssupplementata minn inċentivi finanzjarji ulterjuri għas-sajjieda li jtellgħu l-art l-irkaptu tagħhom tal-iskart sabiex tkun evitata kwalunkwe żieda potenzjali fl-imposta indiretta tal-iskart li għandha titħallas. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ. L-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw ukoll il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fit-twettiq tal-obbligi tagħhom minħabba r-responsabbiltà tal-produttur ikunu mmodulati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari d-durabbiltà, il-possibbiltà ta' tiswija, ir-riutilizzabbiltà u r-riċiklaġġ ta' dawn il-prodotti.

___________________

___________________

46 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.

46 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a)  Fil-qafas ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw, jivvalutaw, jiġbru u jirriċiklaw l-irkaptu tas-sajd sabiex jilħqu l-miri kwantitattivi għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), jenħtieġ li tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik agrikolu u l-Kummissjoni jenħtieġ li, kif xieraq, sal-2023 tintroduċi standard għal kundizzjoni tal-art agrikola u ambjentali tajba dwar l-iskart tal-plastik bħala element ġdid ta' kondizzjonalità mtejba fuq terminu medju. Skont ir-rekwiżit il-ġdid tal-kondizzjonalità, il-bdiewa jkunu obbligati jużaw impriża ta' ġestjoni tal-iskart awtorizzata biex jorganizzaw il-ġbir u r-riċiklaġġ tal-plastik, u jżommu evidenza li l-iskart tal-plastik ġie ttrattat b'mod korrett.

Ġustifikazzjoni

Jeżisti rekwiżit simili fir-Regolamenti dwar il-Ġestjoni tal-Iskart (2006 fl-Ingilterra u Wales, 2005 fl-Iskozja). Dawn estendew il-kontrolli tal-ġestjoni tal-iskart għall-agrikoltura. Waħda mill-bidliet il-kbar kienet li dawn temmew il-prattika tal-ħruq jew tal-irdim tal-plastik tal-azjendi agrikoli, inklużi l-ispag tal-balal, il-films tas-silaġġ, il-bottijiet tal-isprej, il-fertilizzanti u l-basktijiet taż-żrieragħ. Il-bdiewa huma meħtieġa wkoll jużaw impriża ta' ġestjoni tal-iskart awtorizzata u ta' reputazzjoni tajba biex jorganizzaw il-ġbir u r-riċiklaġġ tal-plastik u ta' skart ieħor.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw it-tali informazzjoni. Jenħtieġ li l-informazzjoni ma tinkludi l-ebda kontenut promozzjonali li jħeġġeġ l-użu ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mill-obbligu tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd, sabiex tiġi inċentivata mġiba tal-konsumaturi responsabbli fir-rimi korrett tal-iskart. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw it-tali informazzjoni. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tinkludi l-impatt ta' rimi tal-iskart mhux xieraq fin-netwerk tad-drenaġġ. Jenħtieġ li l-informazzjoni ma tinkludi l-ebda kontenut promozzjonali li jħeġġeġ l-użu ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Il-ġlieda kontra ż-żibel hija sforz kondiviż bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mill-obbligu tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Il-produtturi jenħtieġ li jiġu mħeġġa jużaw il-poter tal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom biex jippromwovu u jixprunaw konsum u użu sostenibbli u ċirkolari tal-prodotti.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  F'konformità mal-liġi tal-Unjoni, il-Kummissjoni hija obbligata tgħin lill-Istati Membri fit-tfassil tal-istrateġiji u l-pjanijiet għat-tnaqqis tat-tixrid fil-baħar tal-irkaptu tas-sajd, anke permezz ta' sussidji mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS). L-isforzi jistgħu jinkludu kampanji u programmi ta' sensibilizzazzjoni dwar l-impatt ta' dan l-iskart fuq l-ekosistemi tal-baħar, ir-riċerka dwar il-fattibbiltà ta' rkaptu tas-sajd bijodegradabbli/kompostabbli, proġetti edukattivi għas-sajjieda u programmi pubbliċi speċifiċi biex il-plastik u oġġetti oħra jitneħħew minn qiegħ il-baħar.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat u minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u għalhekk, trid tiġi stabbilita mira minima tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jilħqu dik il-mira minima billi jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-qafas tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew billi jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu xieraq. Dan se jkollu impatt pożittiv u dirett fuq ir-rata tal-ġbir, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat.

(20)  Fliexken tax-xorb (bit-tappijiet u bl-għotjien) li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat u minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u li tiżdied il-produzzjoni minn kontenut riċiklat u għalhekk, trid tiġi stabbilita mira minima tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jilħqu dik il-mira minima billi jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-qafas tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew billi jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu xieraq. Din il-mira minima tal-ġbir jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn rekwiżit għal kontenut riċiklat speċifiku għall-fliexken tal-plastik, sabiex jiġi żgurat li ż-żieda fil-plastik miġbur tintuża mill-ġdid jew tiġi rriċiklata u b'hekk terġa' tiddaħħal fl-ekonomija ċirkolari. Dawk il-miżuri ikollhom impatt pożittiv u dirett fuq ir-rata tal-ġbir u tar-riċiklaġġ, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet ġodda għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat. Meta jimplimentaw il-miżuri biex jilħqu l-mira minima ta' ġbir separat, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tinżamm l-operazzjoni soda tal-iskemi eżistenti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi linji gwida għall-funzjonament tal-iskemi ta' rifużjoni tad-depożitu għal dawk l-Istati Membri li jagħżlu li jistabbilixxu tali skemi.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Id-Direttiva 2008/98/KE tiddefinixxi "ġbir separat" bħala l-ġbir fejn fluss ta' skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku. Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a li temenda d-Direttiva 2008/98/KE tinnota li l-ġbir separat jista' jinkiseb permezz ta' ġbir bieb bieb, permezz ta' sistemi ta' depożitu jew akkoljenza jew permezz ta' arranġamenti oħra ta' ġbir. Il-punt (a) tal-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2008/98/KE jippermetti deroga li permezz tagħha għandu jkun possibbli li jinġabru ċerti tipi ta' skart flimkien dment li dan ma jimpedix riċiklaġġ ta' kwalità għolja jew irkupru ieħor tal-iskart, f'konformità mal-ġerarkija tal-iskart, u jirriżulta fi produzzjoni minn dawk l-operazzjonijiet li tkun ta' kwalità paragunabbli għal dik miksuba permezz ta' ġbir separat. Dik id-deroga jenħtieġ li tkun disponibbli anke fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

_____________

1a Id-Direttiva (UE) 2018/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 109).

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-dejta miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, u tippermetti t-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponu kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perijodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra.

(22)  Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-data miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli, inkluż l-istabbiliment ta' miri ta' tnaqqis għall-Unjoni kollha għall-2030 u wara u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss.

___________________

___________________

48. ĠU L 123, 12.5.2016 p. 1.

48. ĠU L 123, 12.5.2016 p. 1.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.

(23)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu inċentivati jew penalizzati wkoll għall-imġiba tagħhom, kif ikun xieraq.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex timpedixxi u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, biex tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-trawwim ta' mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(25)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex timpedixxi u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd u l-akkwakultura li fih il-plastik, biex tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-trawwim ta' mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li f'din il-premessa tiġi inkluża referenza għall-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem peress li hija msemmija aktar tard fl-Artikolu 1 li jiddeskrivi fid-dettall l-għan ta' din id-Direttiva u hija diġà inkluża fil-premessa 5.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Peress li ż-żibel tal-plastik fil-baħar mhuwiex limitat għall-ambjent tal-baħar madwar l-Unjoni u peress li jista' jiġi identifikat ammont kbir ta' żibel tal-plastik fil-baħar f'partijiet oħra tad-dinja li ma jagħmlux parti mill-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-esportazzjonijiet tal-materjali tal-iskart lejn pajjiżi terzi ma jżidux iż-żibel tal-plastik fil-baħar x'imkien ieħor.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25b)  L-Istati Membri jistgħu jiżvolġu wkoll rwol importanti fit-tnaqqis taż-żibel fil-baħar billi jaqsmu l-għarfien u l-pariri esperti tagħhom fil-ġestjoni sostenibbli tal-materjali ma' pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Iż-żibel fil-baħar huwa tħassib ambjentali globali. Il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-esperjenza tal-UE tista' tgħin tindirizza din il-kwistjoni kumplessa.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 25c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25c)  L-awtoritajiet pubbliċi, inklużi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jenħtieġ li jmexxu bl-eżempju.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq il-ħajja akkwatika u l-ambjent akkwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi u sostenibbli, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness u għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness u għall-irkaptu tas-sajd u l-akkwakultura li fih il-plastik.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "plastik" tfisser materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jista' jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(1)  "plastik" tfisser materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jiffunzjona jew jista' jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "prodott tal-plastik li jintuża darba biss" tfisser prodott li huwa magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik u li mhuwiex maħsub, iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex iwettaq, għat-tul tal-ħajja tiegħu, vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jiġi rritornat għand il-produttur biex jerġa' jimtela jew biex jerġa' jintuża għall-istess skop li għalih kien maħsub;

(2)  "prodott tal-plastik li jintuża darba biss" tfisser prodott li huwa magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik u li huwa maħsub, iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex jintuża darba biss fuq perjodu qasir ta' żmien qabel jintrema;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  "basktijiet tal-plastik ħfief ħafna" tfisser basktijiet tal-plastik ħfief kif definiti fl-Artikolu 3(1c) tad-Direttiva 94/62/KE bi ħxuna ta' inqas minn 15-il mikron;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe prodott jew biċċa tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex jimmira jew jaqbad riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun f'wiċċ il-baħar u li jintuża bil-għan li jattira u jaqbad it-tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(3)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe prodott jew biċċa tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex jimmira, jaqbad jew iżomm għat-trobbija riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun f'wiċċ il-baħar u li jintuża bil-għan li jattira, jaqbad jew iżomm it-tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "irkaptu tas-sajd skartat" tfisser kwalunkwe rkaptu tas-sajd li jaqa' fid-definizzjoni ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti, is-sustanzi jew il-materjali separati kollha, li kienu parti minn jew marbuta ma' tali rkaptu tas-sajd meta ġie skartat;

(4)  "irkaptu tas-sajd skartat" tfisser kwalunkwe rkaptu tas-sajd li jaqa' fid-definizzjoni ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti, is-sustanzi jew il-materjali separati kollha, li kienu parti minn jew marbuta ma' tali rkaptu tas-sajd meta ġie skartat jew mitluf;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "produttur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament mill-metodu ta' bejgħ użat, inklużi kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011, tqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, minbarra l-persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51;

(10)  "produttur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta, irrispettivament mill-metodu ta' bejgħ użat, inklużi kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011, u b'dan il-mod, tqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, minbarra l-persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd jew tal-akkwakultura kif definiti fl-Artikolu 4(25) u 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51;

___________________

___________________

51 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  "ġbir separat" tfisser il-ġbir separat kif iddefinit fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2008/98/KE;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  "plastik bijodegradabbli" tfisser plastik li kapaċi jgħaddi minn dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika, b'tali mod li fl-aħħar mill-aħħar jiddekomponi f'diossidu tal-karbonju (CO2), bijomassa u ilma b'mod konformi mal-istandards Ewropej għall-imballaġġ rekuperabbli permezz tal-ikkompostjar u d-diġestjoni anaerobika;

Ġustifikazzjoni

In the context of the amendments on biodegradable plastics suggested in the following definitions should be integrated into article 3 of the directive in order to ensure coherence with other legislation and conformity with CEN standards. The definition of biodegradation is based on OECD (statistical term glossary) and ISO definitions (15270:2008; 17088). The definition of biodegradable plastics is derived from the definition of biodegradation. If a biodegradable plastic is certified according to European standards for industrial composting (EN 13432) is should be called compostable and a clear disposal message should be shared with the consumer.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  "prodotti tat-tabakk" tfisser prodotti tat-tabakk, kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE.

Ġustifikazzjoni

Definizzjoni li tirreferi għal emenda li żżid din il-kategorija ta' prodott mal-Artikolu 4 tad-Direttiva dwar it-tnaqqis tal-konsum. Alternattivi vijabbli huma disponibbli u għandhom il-potenzjal li jissostitwixxu l-filtri tat-tabakk ibbażati fuq iċ-ċelluloża li fihom il-plastik. Dawn l-alternattivi jirrispettaw l-ambjent u huma bijodegradabbli. Madankollu, għadhom ma ġewx adottati mill-industrija tat-tabakk.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Tnaqqis fil-konsum

Tnaqqis fil-konsum

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu, sa ... [erba' snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu, fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż meta jiġu mormija.

L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali li jiddeskrivu l-miżuri adottati skont dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet u għandhom jaġġornawhom fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar dawk il-pjanijiet.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miri nazzjonali kwantitattivi ta' tnaqqis biex jilħqu l-għan stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Dawk il-miri għandhom jiġu adottati sa ... [id-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].

Il-miżuri adottati skont dan il-paragrafu għandhom ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. Għall-prodotti koperti bid-Direttiva 94/62/KE, dawk il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 ta' dik id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk il-miżuri skont id-Direttiva (UE) 2015/15351a fejn meħtieġ minn dik l-istess Direttiva.

2.  Il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmijin fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis ambizzjuż u sostnut fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmijin fil-paragrafu 1 sa … [12-il xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

2a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sostnut tal-impatt ambjentali tal-iskart mill-prodotti tat-tabakk, u b'mod partikolari tal-filtri tal-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik, billi jnaqqsu l-iskart wara l-konsum mill-filtri għall-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik, kif ġej: 50 % sal-2025 u 80 % sal-2030, meta mqabbla mal-medja ponderata tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri mqiegħda fis-suq bejn l-2014 u l-2016.

_________________

1a Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (kodifikazzjoni) (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

Ġustifikazzjoni

The ambitious and sustained reductions shall be met within 4 years of transposition, i.e. in 2025 (assuming adoption of Directive in 2019). Member States shall adopt the necessary measures as part of the transposition of the Directive, as laid down in the Commission proposal. In order to ensure consistency and transparency of these measures, Member States should draw up plans where all relevant measures are summarised. In addition, in order to ensure that substantial efforts are made and to establish a benchmark for their reduction measures, Member States should establish their own quantitative targets reflecting the ambition level and the expected results of these measures. The timeline is set out as follows: The methodology for calculation and verification should be adopted by the Commission by 2020 (assuming adoption of Directive in 2019). The first reporting by Member States of data on the placing on the market of products covered by this Article will take place in the same year (see Article 13). Using the methodology, MS shall at the latest in 2021 define their national target that fulfils the objective of ambitious and sustained reductions, to be met by 2025. The review of the directive will take place in 2026 (5 years after transposition - see Article 15). In that review the Commission will assess the national targets and efforts until 2025 and if appropriate make a proposal for EU-wide targets.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti C tal-Anness li jkollhom tappijiet u għotjien b'parti sinifikanti magħmula mill-plastik jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tappijiet u l-għotjien jibqgħu imwaħħla mal-kontenitur matul l-istadju tal-użu intenzjonat tal-prodott.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti C tal-Anness li jkollhom tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tappijiet u l-għotjien jibqgħu imwaħħla mal-kontenitur matul l-istadju tal-użu intenzjonat tal-prodott.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-2025, il-fliexken tax-xorb elenkati fil-Parti C tal-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu magħmula minn kontenut riċiklat ta' mill-inqas 35 % u jkunu riċiklabbli.

Sal-1 ta' Jannar 2022, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontenut irriċiklat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu it-tappijiet jew l-għotjien tal-metall b'siġilli tal-plastik ma għandhomx jitqiesu li għandhom parti sinifikanti magħmula mill-plastik.

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu it-tappijiet jew l-għotjien tal-metall b'siġilli tal-plastik ma għandhomx jitqiesu li huma magħmula mill-plastik. Kontenituri tax-xorb tal-ħġieġ u tal-metall li jkollhom tappijiet u għotjien magħmula mill-plastik ma għandhomx ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati fir-rigward tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1.

3.  Sa ... [3 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati fir-rigward tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-istandards għandhom jindirizzaw b'mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żgurati s-saħħa, l-affidabbiltà u s-sikurezza meħtieġa għall-għotjien tal-kontenituri tax-xorb, inklużi dawk għax-xorb bil-gass.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Rekwiżit ta' mmarkar

Rekwiżit ta' mmarkar

1  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull prodott tal-plastik li jintuża darba biss li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull imballaġġ tal-bejgħ tal-prodotti tal-plastik li jintuża darba biss, li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx, kemm fuq il-pakkett li jkun fih l-aktar unitajiet kif ukoll fuq kull unità meta tkun ippakkjata b'mod individwali, sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'dan li ġej:

(a)  l-għażliet xierqa għar-rimi tal-prodott jew il-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott,

(a)  l-għażliet xierqa għar-rimi tal-prodott u/jew il-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott,

(b)  l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti, jew

(b)  l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti, u

(c)  il-preżenza tal-plastiks fil-prodott.

(c)  il-preżenza tal-plastiks fil-prodott.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull imballaġġ tal-bejgħ tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tat-tabakk bil-filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx, kemm fuq l-imballaġġ li jkun jikkontjeni numru ta' unitajiet kif ukoll fuq kull unità meta tkun ippakkjata b'mod individwali, sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa bir-riċiklabbiltà tal-prodott.

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1 u meta tagħmel dan, għandha tqis il-ftehimiet volontarji settorjali eżistenti u għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-bżonn li tiġi evitata informazzjoni li tqarraq bil-konsumatur. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Ġustifikazzjoni

Huwa aħjar li l-imballaġġ għall-bejgħ minflok fuq il-prodott ikollu l-marka (eżempju: l-imballaġġ tal-wet wipes iżda mhux il-wet wipe nnifsu). Il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati dwar id-disponibbiltà ta' alternattiva sabiex jitnaqqas l-użu tal-plastik li jintuża darba biss. Il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati wkoll dwar ir-riċiklabbiltà tal-prodotti sabiex jiġi żviluppat xiri responsabbli. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni trid tqis il-ftehim settorjali żviluppat mill-industrija peress li dan se jiffavorixxi informazzjoni aħjar għall-konsumatur kif ukoll immarkar ċar u leġġibbli.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi sabiex jissodisfaw dawn l-obbligi m'għandhomx jeċċedu l-ispejjeż li huma meħtieġa biex jiġu pprovduti dawk is-servizzi b'mod kosteffiċjenti u għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti bejn l-atturi kkonċernati.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-ispejjeż biex jinġabar żibel imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi huma stabbiliti b'mod proporzjonat u huma mmodulati skont l-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, u jqisu l-ispejjeż tat-tindif ta' prodotti individwali jew gruppi ta' prodotti. L-ispejjeż għandhom ikunu limitati għal attivitajiet imwettqa fuq bażi regolari minn awtoritajiet pubbliċi jew f'isimhom, li għandhom jinkludu attivitajiet ta' ġbir ta' żibel li jimmiraw li jissodisfaw l-obbligi rilevanti dwar il-prevenzjoni tal-iskart u l-protezzjoni ambjentali taħt atti leġiżlattivi tal-Unjoni.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-ġbir taż-żibel kopert mill-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-filtri tal-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan ambjentali stabbilit fl-Artikolu 4(2a), inkluż billi jiġi żgurat li l-produtturi tal-filtri tal-prodotti tat-tabakk li fihom il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart ta' dawk il-prodotti u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jinġabar iż-żibel u l-ispejjeż tal-miżuri għas-sensibilizzazzjoni tal-Artikolu 10 rigward dawk il-prodotti. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jeħtieġu li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jistabbilixxu sistemi ta' ġbir jew infrastrutturi ta' ġbir ta' finanzi għal filtri użati, jew jippromwovu d-dekontaminazzjoni u r-riċiklaġġ ta' filtri użati permezz tal-istabbiliment ta' katina ta' rkupru tal-iskart.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq dik il-bażi li rata minima ta' ġbir ta' rkaptu tas-sajd li fih il-plastik tinkiseb kull sena. Mill-2025 ir-rata minima ta' ġbir għandha tkun ta' 50 % ikkalkulata abbażi tal-piż totali tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik miġbur f'sena partikolari f'dak l-Istat Membru kkonċernat, espressa bħala perċentwali tal-piż medju tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik imqiegħed fis-suq f'dak l-Istat Membru fit-tliet snin ta' qabel.

Huma għandhom jiżguraw ukoll li dawk l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur jiksbu mira ta' riċiklaġġ ta' mill-inqas 15 % għal irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik sal-2025. Sabiex tintlaħaq dik il-mira, l-Istati Membri jistgħu, barra minn hekk, jirrikjedu li l-iskemi fost l-oħrajn:

(a)  jimmodulaw kontribuzzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva 2008/98/KE, sabiex jippromwovu t-tqegħid fis-suq ta' rkaptu tas-sajd maħsub għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

(b)  jistabbilixxu skemi ta' rimborż tad-depożitu biex jinkoraġġixxu r-ritorn ta' rkaptu tas-sajd qadim, mitluq jew li ma jistax jintuża;

(c)  jinkludu programmi ta' monitoraġġ, traċċar u rappurtar.

Ġustifikazzjoni

This amendment backs the proposal of the Commission asking Member States to introduce extended producer responsibility (EPR) schemes for fishing gear containing plastic In order to ensure the most effective reduction of marine litter from this multiple use product. It is important to specify how the EPR scheme will be implemented, hence the following provisions are included: a separate collection target for fishing gear of 50% by 2025; the establishment of deposit-refund schemes except in small unmanned ports or in remotely located ports, and an acceptable recycling target of 15% for fishing gear by 2025. For example, Iceland's best practises has already achieved a recycling target for nets of 45% in 2006, estimated today at 85% of recovery for both nets and wires.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-miżuri tekniċi stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/981a, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati relatati mad-disinn ċirkolari ta' rkaptu tas-sajd biex jinkoraġġixxu t-tħejjija għall-użu mill-ġdid u tiġi ffaċilitata r-riċiklabbiltà fi tmiem il-ħajja.

__________________

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).

Ġustifikazzjoni

L-irkaptu tas-sajd huwa skont id-definizzjoni ddisinjat biex iservi fit-tul. F'dan ir-rigward huwa importanti li jiġu stabbiliti standards armonizzati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jiġi ffaċilitat ir-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja tal-irkaptu tas-sajd imqiegħed fis-suq tal-UE.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b'mod separat, ammont ta' skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f'sena partikolari skont il-piż. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b'mod separat, ammont ta' skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f'sena partikolari skont il-piż u jiżguraw li jiġu rriċiklati. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar il-funzjonament tal-iskemi ta' rifużjoni tad-depożitu.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni

Miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw kif ukoll jinċentivaw imġiba responsabbli mill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

(a)  is-sistemi disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(a)  id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli, ta' sistemi għall-użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(b)  l-impatt tat-tixrid taż-żibel u ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti u ta' dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b'mod partikolari fuq l-ambjent marin.

(b)  l-impatt tat-tixrid taż-żibel u ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti u ta' dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b'mod partikolari fuq l-ambjent tal-baħar;

(ba)  l-impatt tar-rimi mhux adegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti fuq in-netwerk tad-drenaġġ.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-ikel tal-Unjoni biex jiżguraw li l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel ma jiġux kompromessi.

Il-miżuri li jieħdu l-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw l-Artikoli 4 sa 9 għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-ikel tal-Unjoni biex jiżguraw li l-iġjene tal-ikel u s-sikurezza tal-ikel ma jiġux kompromessi u mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu ta' alternattivi sostenibbli u aktar sikuri għall-plastik fejn possibbli għal materjali maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel.

________________

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni ppubblikat Pjan Direzzjonali fid-dawl ta' reviżjoni tar-Regolament attwali dwar il-Materjali f'Kuntatt mal-Ikel fit-28 ta' Novembru 2017. Jekk ir-Regolament jiġi rivedut fit-tieni trimestru tal-2019, kif indikat fil-Pjan Direzzjonali, referenza għal dan ir-Regolament tqis l-iżviluppi l-ġodda inklużi fir-Regolament potenzjalment rivedut.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esportazzjonijiet tal-materjali ta' skart lejn pajjiżi terzi ma jżidux maż-żibel tal-plastik fil-baħar xi mkien ieħor.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta' reviżjoni f'qorti tal-ġustizzja jew f'korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, azzjonijiet jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8 meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta' reviżjoni f'qorti tal-ġustizzja jew f'korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, azzjonijiet jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 10 meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

M'hemm l-ebda ġustifikazzjoni mogħtija biex tispjega għaliex l-Artikoli 4, 9 u 10 tħallew barra.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill52 u għad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill53, l-Istati Membri, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom jistabbilixxu sett ta' data li fih:

(a)  id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jintwera t-tnaqqis fil-konsum skont l-Artikolu 4(1);

a)  id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jintwera t-tnaqqis fil-konsum skont l-Artikolu 4(1);

(aa)  id-data dwar it-tqegħid fis-suq u l-ġbir separat tal-prodotti elenkati fil-Parti F tal-Anness, biex jintwera l-progress lejn il-kisba tal-mira stabbilita fl-Artikolu 9;

(ab)  id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jiġi mmonitorjat il-konsum tagħhom fl-Unjoni;

(ac)  data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u dwar l-irkaptu tas-sajd skartat miġbur u ttrattat;

(b)  l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 4(1).

(b)  l-informazzjoni dwar il-pjanijiet u l-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 4(1);

(ba)  l-ammonti ta' żibel fil-baħar, b'mod partikolari dak li joriġina minn prodotti koperti b'din id-Direttiva sabiex jiġu mmonitorjati l-effetti tal-miżuri meħuda.

Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi aġġornata kull sena fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza li għaliha tinġabar. Fejn possibbli, is-servizzi ta' data ġeografika kif iddefiniti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jintużaw biex jippreżentaw dawk is-settijiet ta' dejta.

Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi rrapportata għall-ewwel darba sa ... [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Id-data msemmija fil-punti (a) sa (ac) għandha tiġi aġġornata kull sena fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza li għaliha tinġabar. Fejn possibbli, is-servizzi ta' data ġeografika kif iddefiniti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jintużaw biex jippreżentaw dawk is-settijiet ta' data.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollhom aċċess għas-settijiet ta' data stabbiliti skont il-paragrafu 1.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ikollhom aċċess għas-settijiet ta' data stabbiliti skont il-paragrafu 1.

3.  B'mod regolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data miġbura mill-Istati Membri. Il-ħarsa ġenerali fl-Unjoni kollha għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta' din id-Direttiva, mapep ta' analiżi għall-Unjoni kollha u rapporti tal-Istati Membri li jipprovdu ħarsa ġenerali.

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tas-sett ta' data, tal-informazzjoni u tad-data msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tas-sett ta' data, tal-informazzjoni u tad-data msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

___________________

___________________

52 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

53 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

Huwa importanti li d-data rrapportata tkun kompluta kemm jista' jkun biex tippermetti l-evalwazzjoni tal-miżuri u l-effettività tagħhom.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Evalwazzjoni u reviżjoni

Evalwazzjoni u reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [sitt snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [ħames snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

2.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar is-sejbiet ewlenin tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva, jekk xieraq. Dik il-proposta għandha, jekk ikun xieraq, tistabbilixxi miri vinkolanti ta' tnaqqis fil-konsum kwantitattiv fil-livell tal-Unjoni għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness.

3.  Dak ir-rapport għandu jindika wkoll jekk:

3.   Dak ir-rapport għandu jinkludi:

(a)  jeħtieġx jiġi rivedut l-Anness li jelenka prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss;

(a)  valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss;

(b)  huwiex fattibbli li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-konsum, b'mod partikolari, tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness;

(b)  studju dwar il-fattibbiltà tal-istabbiliment ta' miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-konsum, b'mod partikolari, tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness; f'dan ir-rigward ir-rapport għandu jivvaluta l-iffissar ta' miri espressi f'numri assoluti filwaqt li jitqiesu l-livelli ta' konsum u t-tnaqqis diġà miksub fl-Istati Membri;

(ba)  valutazzjoni tal-bidla fil-materjali użati fi, u l-innovazzjoni f'sistemi ta' konsenja ġodda għal alternattivi li jistgħu jintużaw mill-ġdid għall-prodotti koperti minn din id-Direttiva; din għandha tinkludi analiżi ambjentali globali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawk il-materjali u l-alternattivi li jirriżultaw;

(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, fejn xieraq.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal-obbligi ta' rappurtar li jinsabu fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) sa ... [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 5 u 7(1) minn … [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u mal-Artikolu 6(1) minn …[3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 5 u 7(1) minn … [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u mal-Artikolu 6(1) minn …[3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], bl-eċċezzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 6(1) fir-rigward ta' kontenituri tax-xorb għax-xorb bil-gass, li l-Istati Membri għandhom japplikaw minn ... [5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li dawn id-dispożizzjonijiet ma jimponux ostakli mhux ġustifikati għall-funzjonament tas-suq uniku.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 4 dwar it-tnaqqis tal-konsum

Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 4 dwar it-tnaqqis tal-konsum

  Tazez għax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

–  Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajr, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur fuq il-post jew bħala take-away mingħajr aktar preparazzjoni, bħalma huma kontenituri użati għal ikel fast food, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u boroż li fihom l-ikel

Il-bejgħ ta' ikel f'kontenitur tad-daqs ta' porzjon għal persuna waħda, jew f'kontenitur li jkun fih pożati, huwa indikazzjoni li l-ikel inkwistjoni huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur tal-ikel.

Il-kunċett ta' aktar preparazzjoni jinkludi attivitajiet bħat-tisħin, iż-żieda ta' ilma jagħli, il-ħasil, it-tfettit u l-qtugħ.

Eżempji ta' kontenituri tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-partijiet A, E u G ta' dan l-Anness:

  Kontenituri tal-fast-food bħal kaxex li jkun fihom l-ikel u l-kaxex li jkun fihom l-insalati b'ikel għall-konsum kiesaħ

  Kontenituri tal-fast-food bħal kaxex li jkun fihom l-ikel u l-kaxex li jkun fihom l-insalati b'ikel għall-konsum sħun, ħlief fejn l-ikel jeħtieġ li jiġi msaħħan mill-konsumatur wara li jinxtara l-prodott

  Kaxxi tal-burgers, kaxxi tas-sandwiches, kaxxi tar-wraps

  Kontenituri tal-ikel ta' daqs ta' porzjon għal persuna waħda ta' ikel frisk jew ipproċessat li ma jeħtieġx aktar preparazzjoni, bħal frott, ħxejjex, deżerti jew ġelati, mibjugħa bil-waħda

Eżempji ta' kontenituri li mhumiex kontenituri tal-plastik li jintużaw darba biss koperti mill-partijiet A, E u G ta' dan l-Anness:

  Kontenituri tal-ikel, b'ikel imnixxef jew ikel mibjugħ kiesaħ li jeħtieġ aktar preparazzjoni

  Kontenituri li fihom ikel fi kwantitajiet li huma daqs ta' porzjon għal iktar minn persuna waħda

  Kontenituri tal-ikel ta' daqs ta' porzjon għal persuna waħda mibjugħa f'aktar minn unità waħda

–  Tazez għax-xorb

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks)

—  Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks) ħlief, sal-2023, pożati fornuti lil stabbilimenti edukattivi jew istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa taħt il-kuntratti pubbliċi ta' provvisti1a kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/24/UE li ngħataw qabel il-31 ta' Diċembru 2018.

___________________

1a "kuntratti pubbliċi ta' provvisti" tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta' xiri, ta' prodotti. Kuntratt ta' provvista pubblika jista' jinkludi, b'mod inċidentali, operazzjonijiet ta' tqegħid fil-post u installazzjoni.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  Platti

—  Platti, ħlief, sal-2023, platti fornuti lil istituzzjonijiet edukattivi jew istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa taħt il-kuntratti pubbliċi ta' provvisti1a kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/24/UE li ngħataw qabel il-31 ta' Diċembru 2018.

___________________

1a "kuntratti pubbliċi ta' provvisti" tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala s-suġġett tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr fakultà ta' xiri, ta' prodotti. Kuntratt ta' provvista pubblika jista' jinkludi, b'mod inċidentali, operazzjonijiet ta' tqegħid fil-post u installazzjoni.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek

—  Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, esklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Boroż tal-plastik ħfief ħafna, ħlief meta jkunu meħtieġa għal raġunijiet iġjeniċi jew sabiex jiġu mgeżwra prodotti tal-ikel umdi sfużi

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Prodotti magħmula minn plastik ossodegradabbli

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Kontenituri tal-ikel u tax-xorb magħmula minn polistiren espandut, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur jew fuq il-post jew għal take-away mingħajr aktar preparazzjoni.

Ġustifikazzjoni

All these additional market restriction for products are coherent with the current EU legislation in force or political statement from the European Parliament. For e.g. the European Parliament has just called, on Thursday 13 of September 2018, for a complete EU ban on oxo-degradable plastic by 2020, as this type of plastic negatively affects the recycling of conventional plastic and fails to deliver a proven environmental benefit. Furthermore, the proposal to add a ban of some applications of expanded polystyrene (EPS) in the SUP proposal is justified by the fact that polystyrene, in its various sizes, appears in rank 1, 3, 13, 28 and 53 of the plastic waste most commonly found on European beaches, according to the Commission's classification in its impact assessment (Part II, pages 31 and 32). That is more than 31% of all plastics found on European beaches. Clearly, European legislators must find a way to address and to limit this source of marine litter, which the Commission has not done in its proposal.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Anness I – parti C – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

—  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom, ħlief il-kontenituri maħsubin u użati għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali fil-forma likwida kif definita fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Anness – parti D – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri mqiegħda fis-suq għal użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk

Ġustifikazzjoni

Cigarette butts have a severe negative impact on the environment. For example, one cigarette butt can pollute between 500 and 1000 litres of water. By including tobacco products in this Annex, the consumers would be better informed on the environmental impact of cigarettes. Regarding the inclusion of packets and wrappers, these items are ranked fourth in terms of beach counts and therefore stronger measures are needed. There is currently not enough consumer awareness about the presence of plastic in beverage cups and the correct waste disposal of them. Therefore, the consumer should be informed about appropriate waste disposal of these products and their negative impact on the environment.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Pakketti u boroż magħmulin minn materjal flessibbli li jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-pakkett jew mill-borża individwali mingħajr aktar preparazzjoni

Ġustifikazzjoni

Cigarette butts have a severe negative impact on the environment. For example, one cigarette butt can pollute between 500 and 1000 litres of water. By including tobacco products in this Annex, the consumers would be better informed on the environmental impact of cigarettes. Regarding the inclusion of packets and wrappers, these items are ranked fourth in terms of beach counts and therefore stronger measures are needed. There is currently not enough consumer awareness about the presence of plastic in beverage cups and the correct waste disposal of them. Therefore, the consumer should be informed about appropriate waste disposal of these products and their negative impact on the environment.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Tazez għax-xorb

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Anness I – parti E – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Tazez għax-xorb

–  Tazez għax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Anness I – parti F – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  Fliexken tax-xorb

—  Fliexken tax-xorb, inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

NOTA SPJEGATTIVA

Tagħrif eżistenti

Mingħajr ebda pretensjoni li hi xi storika, ir-rapporteur tista' ssejjaħ l-era tagħna tal-istorja bħala l-"Era tal-Plastik".

Ivvintat f'nofs is-seklu 19, il-plastik ġie prodott bil-massa mill-bidu tas-snin 50 u b'żieda esponenzjali fil-produzzjoni matul dawn l-aħħar 15-il sena: aktar minn 8 biljun tunnellata f'65 sena biss(1), li wasslu għal aktar minn 6 biljun tunnellata ta' skart. Din hija ċifra tal-biża'.

Din is-soċjetà "li tarmi kollox" qed tittrasforma l-oċeani tagħna f'miżbla enormi taż-żibel, fejn il-plastik huwa responsabbli għal 85 % tat-tniġġis tal-baħar: nofsu ġej minn plastiks li jintużaw darba biss u kwart minnu mill-irkaptu tas-sajd. Dan ifisser ir-rimi ta' 15 600 tunnellata ta' plastiks li jintużaw darba biss li jniġġsu l-ilmijiet Ewropej kull sena, u 26 000 tunnellata jekk ninkludu l-irkaptu tas-sajd(2).

Fl-Ewropa, kull sena, jiġu mormija fil-baħar 150 000 tunnellata ta' plastik(3). Fuq livell globali, is-sitwazzjoni hija saħansitra aktar allarmanti: 8 miljun tunnellata kull sena jiġu mormija fil-baħar.

Jekk ma jsir xejn, fl-2050 se jkun hemm aktar plastik milli ħut fl-oċeani tagħna. Il-fawna kollha tal-baħar hija affettwata: il-fkieren, l-għasafar, iċ-ċetaċji, il-ħut u l-krustaċji jibilgħu il-plastik, b'impatt negattiv għas-soppravivenza tagħhom, u b'konsegwenzi li għadna ma nafuhomx fuq is-saħħa tal-bniedem.

Il-Kummissjoni tieħu rwol ta' tmexxija

Sejba li, għall-kuntrarju tat-tibdil fil-klima, mhix ikkontestata u li wasslet biex il-Kummissjoni Ewropea tippubblika, fit-28 ta' Mejju, il-proposta leġiżlattiva tagħha dwar il-plastik li jintuża darba biss (SUP).

Ġiet introdotta sensiela ta' miżuri, imsejsa fuq inizjattivi f'xi Stati Membri jew reġjuni li se jissupplementaw, jieħdu post u jarmonizzaw approċċ komunitarju globali: id-Direttiva (UE) 2015/720 dwar it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief; l-istrateġija għall-plastik; il-pjan ta' azzjoni għall-ekonomija ċirkolari u l-leġiżlazzjoni riveduta dwar l-iskart.

Il-Kummissjoni għandha fil-mira tagħha l-għaxar sorsi ewlenin tal-mikroplastiks li jinsabu fl-ibħra u x-xtajtiet Ewropej, li huma responsabbli għal 70 % tal-iskart fil-baħar.

Sfida globali li tirrikjedi miżuri ambizzjużi u ggradati 

– l-introduzzjoni ta' projbizzjoni fil-livell tal-UE ta' plastik li jintuża darba biss, kull meta jkun hemm alternattivi. Dan japplika għal disa' prodotti: il-pożati (skieken, frieket, imgħaref, chopsticks) u l-platti, l-istikek tal-cotton buds, l-istraws, il-ħawwada tax-xorb u l-istikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq (Artikolu 5).

- jitħalla f'idejn l-Istati Membri li jagħżlu l-modi ta' kif inaqqsu b'mod sinifikanti l-konsum tal-plastiks li jintużaw darba biss fejn qed jiġu żviluppati alternattivi għalihom: kontenituri tal-ikel u tazez tax-xorb (Artikolu 4). Sistema li wriet is-siwi tagħha bil-projbizzjoni ppjanata fuq il-basktijiet tal-plastik ħfief bi ħxuna ta' 50 mikron jew inqas.(4)

- jiġi żgurat li jinġabru tal-anqas 90 % tal-fliexken tax-xorb sal-2025 (Artikolu 9).

- is-sistema "tar-responsabbiltà tal-produttur" (Artikolu 8) tiġi estiża għall-kategoriji kollha tal-prodotti li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni, ħlief għall-assorbenti sanitarji (pads), tampuni u applikaturi tat-tampuni. Din ir-responsabbiltà estiża se tkopri l-ispejjeż finanzjarji tal-ġbir, tat-tindif tat-tniġġis, u tal-miżuri għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku (Artikolu 10).

- jiġu previsti rekwiżiti ta' mmarkar/tikkettar għat-tliet kategoriji ta' prodotti: assorbenti sanitarji (pads) u tampuni, wet wipes u bżieżaq tal-plastik (Artikolu 7).

Skont l-istimi tal-Kummissjoni, id-Direttiva se ġġib benefiċċji kemm għall-ambjent kif ukoll għall-ekonomija. Dan jippermetti li jiġi evitat dannu ambjentali li sal-2030(5) se jiswa EUR 22 biljun u li l-konsumaturi jiffrankaw sa EUR 6,5 biljun(6), filwaqt li l-ispiża ta' aġġustament stmata għall-produtturi hija ta' EUR 3,2 biljun(7). Huwa biss ix-xenarju kawt (għażla 2a), li huwa limitat għal azzjonijiet volontarji mill-industrija u kampanji ta' informazzjoni, li jwassal għat-telf tal-impjiegi(8). Fil-fatt, bejn 30 000 u 50 000 impjieg jistgħu jinħolqu skont ix-xenarji l-oħra previsti, li jiffavorixxu aktar l-innovazzjoni(9).

Il-prijoritajiet tar-rapporteur

Ir-rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon kbir din il-proposta ambizzjuża tal-Kummissjoni, li hija allinjata għalkollox mal-opinjoni pubblika: 95 % tal-Ewropej iqisu li azzjoni urġenti dwar il-plastik li jintuża darba biss hija kemm meħtieġa kif ukoll urġenti.(10).

Madankollu, ir-rapporteur kienet tippreferi kieku l-Kummissjoni marret lil hinn u tat segwitu għal dak li ħareġ mill-valutazzjoni tal-impatt tagħha stess. Hija tixtieq ukoll li jiġi ppubblikat l-istudju mħejji mill-konsulenza Eunomia li fuqu hija bbażata l-valutazzjoni.

1.  Jiġu ddeterminati fil-futur il-miri kwantifikati għat-tnaqqis tal-użu tal-kontenituri tal-ikel u tat-tazez tax-xorb - żewġ prodotti li għalihom diġà hemm alternattivi fis-suq. Iżda fin-nuqqas ta' data rilevanti mill-Istati Membri, ir-rapporteur hija favur kalendarju adattabbli. Id-direttiva dwar "il-basktijiet tal-plastik ħfief" tal-2015, li tistabbilixxi miżuri armonizzati ta' tnaqqis, fuq medda ta' bejn sentejn u 3 snin wara t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali, tintuża bħala punt ta' referenza.

Ir-rapporteur hija tal-ħsieb li perjodu ta' erba' snin huwa biżżejjed biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu miri ta' tnaqqis preċiżi fit-territorju tagħhom għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 4.

2.  Ġbir separat tal-fliexken tal-plastik

Ir-rapporteur mhijiex sodisfatta kompletament bil-kliem tal-Artikolu 9 li jikkonċerna l-ġbir separat tal-fliexken tal-plastik. Dawn tal-aħħar, flimkien mat-tappijiet tagħhom, jikkostitwixxu l-kategorija ewlenija tal-plastik li jintuża darba biss li jinsab fil-baħar (1/5 ta' dan il-plastik).

Filwaqt li f'xi Stati Membri d-dibattitu qed jiżdied dwar l-introduzzjoni ta' depożitu ġeneralizzat fuq il-fliexken tal-plastik, ir-rapporteur tixtieq tħalli l-għażliet aktar miftuħa. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-aktar sistema effettiva biex dan l-oġġett jikseb valur tas-suq u biex jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jirritornaw lura l-vojt jew li jisseparaw fid-djar.

Huwa wkoll prodott ferm riċiklabbli li għalih il-Kummissjoni stabbiliet mira ta' ġbir ta' 90 % sal-2025. Ir-rapporteur tipproponi li, għat-tappijiet u l-għotjien mwaħħla mal-kontenitur previsti fl-Artikolu 6, sal-2025 jiżdied rekwiżit minimu ta' kontenut riċiklat ta' 25 % fil-produzzjoni tal-fliexken tal-plastik, kif impenjat ruħha l-industrija.

3.  Jingħata segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-WHO dwar is-sigaretti bil-filtri tal-plastik

Il-filtri tal-plastik tas-sigaretti huma wkoll punt ta' tħassib għar-rapporteur u huma t-tieni fil-lista tal-plastiks li jniġġsu l-aktar komuni fuq ix-xtajtiet Ewropej. Hi tipproponi li jiżdied Artikolu 4(a) ġdid: "Tnaqqis tal-iskart tal-prodotti tat-tabakk wara l-konsum".

Dan jistipula li, minbarra l-iskema tar-responsabbiltà estiża għall-produtturi tat-tabakk, l-Istati Membri jeħtiġilhom jistabbilixxu miri biex inaqqsu l-filtri tal-plastik fis-sigaretti b'50 % sal-2025 u bi 80 % sal-2030.(11)

L-Istati Membri għandhom ukoll jimpenjaw ruħhom li jwaqqfu sistema ta' ġbir tal-loqom tas-sigaretti. U bħala prevenzjoni, għandhom jibnu fuq il-mudell Taljan u jipprevedu multi ta' deterrent għal dawk li jpejpu li jarmu l-loqom tas-sigaretti mal-art jew fl-ispralli.

4.  Ir-rapporteur temmen li l-Kummissjoni qed tmur wisq lil hinn f'termini tar-"responsabbiltà estiża tal-produttur" (EPR), kif stabbilit fl-Artikolu 8.

Hija tirrikonoxxi li dan huwa strument politiku ambjentali ewlieni u tikkondividi l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tikkomplementa l-miżuri eżistenti fil-leġiżlazzjoni dwar l-iskart. Min-naħa l-oħra, hi tinnota, b'referenza għall-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/98/KE (id-Direttiva Qafas dwar l-Iskart, jew WFD), li din ir-responsabbiltà bl-ebda mod ma tkopri l-ispiża tat-tindif tal-ibħra u tax-xtajtiet. Id-Direttiva (UE) 2018/852 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ tistabbilixxi li l-iskemi tal-EPR għall-imballaġġ għandhom jiddaħħlu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-31/12/2024, jiġifieri mhux aktar minn tliet snin wara d-data stipulata f'din il-proposta. Dawn huma l-elementi kollha li jħassbu lir-rapporteur, li għaliha s-sistema tal-EPR għandha tibqa' proporzjonali.

5.  L-inklużjoni ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna

Ir-rapporteur qed tipproponi li, mal-lista tal-prodotti fl-Artikolu 5 jiżdiedu l-boroż tal-plastik bi ħxuna ta' anqas minn 15-il mikron li mhumiex koperti mid-Direttiva (UE) 2015/720 dwar it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief.

Ir-rapporteur temmen li, fid-dawl tal-bidla rapida fl-abitudnijiet tal-konsumaturi fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn il-boroż tal-plastik issa jridu jinxtraw fil-punt tal-bejgħ, irid jingħata sinjal ċar għal projbizzjoni għall-kategorija tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, b'eċċezzjoni għal dawk li jissodisfaw funzjoni iġjenika.

6.  L-irkaptu tas-sajd huwa suġġett ieħor li dwaru r-rapporteur tixtieq li jkun hemm emendi. Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li ċerti dispożizzjonijiet tal-Komunità(12) diġà jipprovdu għat-trattament tat-tniġġis minn xbieki u rkaptu ieħor abbandunat jew mitluf fil-baħar, in-nuqqas ta' kontroll effettiv tat-telf tal-irkaptu tas-sajd fil-livell tal-UE jfisser li l-problema għadha mhix solvuta. Aktar minn 30 % taż-żibel iġġenerat mid-dgħajjes tas-sajd u mid-dgħajjes tar-rikreazzjoni, li għandu jiddaħħal lura fil-portijiet, ma jiddaħħalx lura u x'aktarx jispiċċa fil-baħar(13). Ir-rapporteur tqis li tkun loġika li tiġi applikata s-sistema tar-responsabbiltà estiża għall-produtturi tal-irkaptu tas-sajd.

Hija tipproponi li tiġi miżjuda mira ta' riċiklaġġ ta' 15 % fl-Artikolu 8(3), peress li, bħal kwalunkwe tagħmir robust, it-tagħmir tas-sajd jista' jerġa' jintuża faċilment u għalhekk għandu jiġi rritornat lejn il-port. Din hija mira realistika meta nikkunsidraw l-aħjar prattika, b'mod partikolari fl-Iżlanda, fejn ġiet stabbilita mira ta' riċiklaġġ ta' 45 % fl-2006 u issa hija 85 % għall-irkupru ta' linji u xbieki.(14)

L-ambizzjoni ġenerali tar-rapporteur hija konformi mal-pożizzjonijiet meħuda mix-xjentisti u mill-ministri li magħhom iltaqgħet hi u tħejji t-tfassil tar-rapport tagħha: jeżisti ġejjieni għall-plastik, il-prodott miraklu li sar iniġġes wisq, iżda dan huwa 'l bogħod mill-ibħra u mill-oċeani.

(1)

R. Geyer, J. Jambeck, K. Lavender, University study, "Production, use, and fate of all plastics ever made", Science Advances, Volum 3, Nru°7, 2017.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea, Valutazzjoni tal-impatt - Reducing Marine Litter: action on single use plastics and fishing gear, SWD(2018) 254 final, 28 ta' Mejju 2018, parti 1 p. 10.

(3)

ibid., parti 1 p. 10

(4)

Skont l-Artikolu 4(1a)(b) tad-Direttiva (UE) 2015/720 tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief: "sal-31 ta' Diċembru 2018, il-basktijiet tal-plastik ħfief ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ tal-oġġetti jew tal-prodotti, ħlief jekk jiġu implimentati strumenti effettivi b'mod ekwivalenti."

(5)

Il-Kummissjoni Ewropea, Plastik li jintuża darba biss: Regoli ġodda tal-UE biex jitnaqqas l-iskart fil-baħar, Komunikazzjoni għall-istampa, 28 ta' Mejju 2018.

(6)

Valutazzjoni tal-impatt, op. cit., parti 1 p. 60

(7)

ibid., parti 1 p. 60

(8)

ibid., parti 1 p. 60

(9)

ibid., parti 1 p. 60

(10)

ibid., parti 1 p. 6

(11)

Rapport tal-WHO dwar "Tobacco and its environmental impact: an overview" 2017

(12)

Skont l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, il-kaptan tal-bastiment tas-sajd għandu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera dwar kwalunkwe rkaptu mitluf.

(13)

Valutazzjoni tal-impatt, op. cit., p. 12

(14)

http://iswa2015.org/assets/files/downloads/marine_litter3.pdf

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija [tal-abbozz ta' rapport / tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat]:

Entità u/jew persuna

Il-Bureau Ewropew għall-Ambjent

ClientEarth

Edana

Essenscia

EurEau

European Plastics Converters (EuPC)

Extended Producer Responsibility Alliance (EXPRA)

FoodDrinkEurope

Fostplus

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, inkarigat mir-Regolamentazzjoni Aħjar, ir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali, l-Istat tad-Dritt u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Friends of the Earth Europe

Go4Circle

L-Istitut Belġjan tal-Imballaġġ

Jyrki Katainen, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea

inkarigat mill-Impjiegi, it-Tkabbir, l-Investiment u l-Kompetittività

Karmenu Vella, Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

Nestlé S.A.

Pack2Go Europe

Petcore Europe

Philippe De Backer, Segretarju tal-Istat għall-Ġlieda kontra l-Frodi Soċjali, il-Protezzjoni tal-Privatezza u l-Baħar tat-Tramuntana, fl-Uffiċċju tal-Ministru għall-Affarijiet Soċjali u s-Saħħa Pubblika

Plastics Europe

Plastics Recyclers Europe

Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija għall-Unjoni Ewropea

Rethink Plastic Alliance

Seas at risk

Sky

Suez S.A.

Surfrider Foundation Europe

Tetra Pack International S.A.

Zero Waste Europe

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (26.9.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Kappel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-inizjattiva tal-plastik li jintuża darba biss hija parti mill-aġenda usa' tal-UE għall-Ekonomija Ċirkolari u se tindirizza l-inċentivi ekonomiċi għat-tnaqqis tal-iskart fil-baħar. Se tindirizza b'mod speċjali l-esternalitajiet negattivi ġġenerati mill-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-esternalitajiet huma l-effetti mhux ikkumpensati tad-deċiżjonijiet ekonomiċi fuq partijiet terzi. Dawn mhumiex inklużi fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-persuna li tkun bdiet il-proċess. Mil-lat ekonomiku, huma jikkostitwixxu forma ta' falliment tas-suq u jistgħu jeħtieġu intervent mill-istat.

Il-prevenzjoni u t-tnaqqis taż-żibel tal-plastik fil-baħar magħmul minn prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss (SUP) u rkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik qed jikkomplementaw miżuri speċifiċi dwar il-mikroplastiks previsti fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Plastik. Wara li ġew indirizzati l-basktijiet tal-plastik fl-2015, instab li 10 prodotti SUP u rkaptu tas-sajd (l-hekk imsejħa makroplastiks) jammontaw għal 70 % taż-żibel fil-baħar fl-Ewropa. Huwa importanti li l-UE u l-Istati Membri jirreaġixxu b'mod xieraq biex jindirizzaw l-aspetti ambjentali tal-iskart fil-baħar billi jnaqqsu l-ammont ta' rimi ta' plastik fl-oċeani u fil-bajjiet, filwaqt li jiffokaw aktar fuq il-kuntest usa' tat-tranżizzjoni mill-plastik għall-ekonomija ċirkolari.

Ir-rimi ta' skart fil-baħar huwa problema globali li tmur ferm lil hinn mill-fruntieri tal-UE u huwa biss ftehim globali li jista' jindirizza bis-sħiħ l-isfida għall-pjaneta tagħna. Kif juru l-istudji, 80 % taż-żibel fil-baħar joriġina minn 20 pajjiż biss, u l-ebda wieħed minnhom ma huwa stat membru tal-UE. Għalhekk, ir-rapporteur titlob approċċ globali fil-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-plastik u tħeġġeġ it-teħid tal-miżuri meħtieġa fil-livell tal-G7 u tal-G20, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU.

Is-settur finanzjarju għandu jgħin lin-negozji biex jinvestu aktar f'soluzzjonijiet sostenibbli, qabel ma l-gvernijiet jirrikorru għal miżuri ta' politika. Ir-rapporteur tqis li jkun preferibbli li jkun hemm approċċ imsejjes fuq standards dejjem ogħla li għandhom, bħala konsegwenza, jeliminaw ċerti prodotti li jniġġsu mis-suq, iżda li fl-istess ħin jippromwovu ir-R&Ż u l-innovazzjoni fi prodotti aktar kosteffettivi, riċiklabbli, bijodegradabbli jew li ma jagħmlux ħsara. Dawn l-istandards ġodda għandhom jiġu implimentati fi żmien raġonevoli sabiex jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jadattaw il-mudell tan-negozju tagħhom, peress li maġġoranza enormi tal-50 000 kumpanija li jirrappreżentaw is-settur tal-konvertituri tal-plastik fl-UE huma SMEs.

L-analiżi tal-Kummissjoni tistma li l-għażliet proposti tagħha li jkopru projbizzjoni ta' ċerti plastiks SUP u miri ta' tnaqqis, ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR), miżuri tad-disinn tal-prodott kif ukoll inċentivi lis-sajjieda għar-ritorn tal-irkaptu jiffrankaw 2,6 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 u jevitaw ħsara ambjentali ekwivalenti għal EUR 11-il biljun. L-ispejjeż tal-konformità għan-negozji jammontaw għal EUR 2 biljun u EUR 510 miljun għall-ġestjoni tal-iskart. Il-konsumaturi jiffrankaw madwar EUR 6,5 biljun, filwaqt li rimborż tad-depożitu jew sistema ekwivalenti jiswew lill-konsumaturi ammont addizzjonali ta' EUR 1,4 biljun. Il-Kummissjoni tistma li fl-aħjar xenarju, l-ispiża addizzjonali għall-industrija tas-sajd tammonta għal 0,16 % tad-dħul. Madankollu, il-Kummissjoni ma tipprovdix data dwar l-ispejjeż ta' implimentazzjoni tal-EPR trasferiti kompletament lill-konsumatur aħħari.

L-indirizzar taż-żibel fil-baħar jista' joħloq opportunitajiet ekonomiċi. In-negozji jistgħu jagħtu spinta lill-kompetittività tagħhom permezz tar-R&Ż billi jikkontribwixxu għal ekonomija li tuża r-riżorsi b'effiċjenza u li hija dekarbonizzata. L-investimenti fil-prevenzjoni taż-żibel fil-baħar, f'materjali alternattivi sostenibbli, fi prodotti u f'mudelli tan-negozju jistgħu jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi u jissaħħu l-ħiliet tekniċi u xjentifiċi. Filwaqt li l-inizjattiva biex jitnaqqas il-plastik SUP hija milqugħa, huwa meħtieġ approċċ ibbilanċjat li jiżgura l-proporzjonalità.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1)  Il-prosperità ekonomika tal-Unjoni hija inseparabbli mis-sostenibbiltà ambjentali fit-tul. Iż-żieda tas-sostenibbiltà tal-mudelli ekonomiċi tal-Istati Membri tista' toħloq opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa -1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1a)   L-isfidi marbutin mat-trattament tal-iskart tal-plastik jistgħu jinbidlu f'opportunità għall-industrija Ewropea biex issir mexxejja globali li tipprovdi soluzzjonijiet għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-kisba tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li jitlob għall-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha għat-trattament taż-żibel tal-baħar u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' msieħba f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-sforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.

(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-iskart tal-plastik huma l-aktar ta' suċċess u effikaċi permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali u meta jintuża approċċ xjentifiku u bbażat fuq l-evidenza. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-kisba tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li jitlob għall-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha għat-trattament taż-żibel tal-baħar u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Unjoni twettaq il-kollaborazzjoni tagħha, b'mod partikolari mal-pajjiżi li jniġġsu l-aktar, u flimkien ma' sħab fil-livell internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-isforzi tal-Unjoni biex tnaqqas l-iskart għal ekonomija sostenibbli u ċirkolari.

__________________

__________________

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jinstabu l-aktar spiss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni, u anke l-irkaptu tas-sajd. It-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari teħtieġ tnaqqis fl-użu ġenerali tal-plastik li jintuża darba biss.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE rigward il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma meqjusa bħala oġġetti ta' imballaġġ kif definit mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE.

Ġustifikazzjoni

Tenħtieġ kjarifika dwar l-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss li huwa kopert mid-Direttiva 94/62/KE.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li nżidulhom l-addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi, li mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li nżidulhom l-addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, kisi minn ġewwa jew saffi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

_________________

_________________

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44 .

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, kif qed isir għall-basktijiet tal-plastik skont id-Direttiva 94/62/KE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44 . L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-użu ta' prodotti li jistgħu jintużaw mill-ġdid, adatti għal ekonomija ċirkolari, mingħajr ma jikkompromettu l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern u mingħajr ma jfixklu l-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-UE u dawk li mhumiex fl-UE. Il-miżuri kollha bil-għan ta' tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-objettivi ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jqisu l-impatt tal-prodotti matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

__________________

__________________

43a Id-Direttiva 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10-23

44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1-24), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1-54), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1-24), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1-54), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17).

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  B'konformità mad-Direttiva 94/62/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe abbozz ta' miżura relatata mal-imballaġġ qabel ma jadottawha, sabiex tivverifika jekk tistax toħloq ostakli għall-funzjonament tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi żgurata l-konsistenza tad-Direttiva 94/62/KE, speċjalment l-Artikolu 16 (In-notifikazzjoni) u l-Artikolu 18 (Il-libertà tat-tqegħid fis-suq) u ta' din id-Direttiva meta jiġi indirizzat l-imballaġġ tal-plastik li jintuża darba biss u li jiġi salvagwardjat is-suq intern għall-imballaġġ.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar.

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar, pereżempju logo, u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar. F'dak il-proċess, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis il-ftehimiet volontarji settorjali eżistenti li ġew adottati għal dan il-għan. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar multi u penali dissważivi li japplikaw għal dawk responsabbli għar-rimi taż-żibel fl-ambjent.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel.

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa tal-ġestjoni tal-iskart f'konformità mal-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/62/KE kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel.

Ġustifikazzjoni

Il-ġlieda kontra r-rimi taż-żibel għandha tkun sforz bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi. Il-problema tar-rimi taż-żibel ma tissolviex bil-ħlas tal-produtturi għall-ispejjeż ta' tindif iżda permezz ta' mġiba differenti min-naħa tal-konsumaturi li tinkiseb bl-edukazzjoni tal-konsumaturi u bl-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel hija ħafna aktar effikaċi.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Jenħtieġ li tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi tal-miżuri ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, sabiex jiġu evitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15b)  L-inċentivi ekonomiċi jistgħu jinfluwenzaw l-għażla tal-konsumatur, jinkoraġġixxu jew jiskoraġġixxu abitudnijiet speċifiċi tal-konsumatur u, għalhekk, jistgħu jintużaw bħala għodda effikaċi upstream sabiex jitnaqqas l-impatt ta' ċerti plastiks fuq l-ambjent.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti46 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd għall-ġbir u t-trattament. Is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, jenħtieġ li dik is-sistema tiġi ssupplementata minn inċentivi finanzjarji ulterjuri għas-sajjieda li jtellgħu l-art l-irkaptu tagħhom tal-iskart sabiex tkun evitata kwalunkwe żieda potenzjali fl-imposta indiretta tal-iskart li għandha titħallas. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ.

(16)  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti46 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd għall-ġbir u t-trattament. Is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, dik is-sistema mhijiex effikaċi biżżejjed għas-sajjieda biex itellgħu l-art l-irkaptu tas-sajd skartat tagħhom. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jaħdmu flimkien biex joħolqu mekkaniżmi ta' tnaqqis tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat.

__________________

__________________

46 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.

46 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw it-tali informazzjoni. Jenħtieġ li l-informazzjoni ma tinkludi l-ebda kontenut promozzjonali li jħeġġeġ l-użu ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mill-obbligu tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni, inklużi kampanji ta' edukazzjoni fl-iskejjel, filwaqt li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw tali informazzjoni biex jinċentivawhom ħalli jbiddlu l-imġiba tagħhom u jipparteċipaw b'mod aktar attiv fil-prevenzjoni taż-żibel. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq il-kundizzjonijiet reġjonali, in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Wieħed irid joqgħod attent li ma jkun hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn il-produtturi domestiċi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik u kompetituri li mhumiex fl-UE li jistgħu jbigħu l-prodotti tagħhom fis-Suq Uniku. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik jipparteċipaw fil-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mir-responsabbiltà tagħhom. Il-produtturi jenħtieġ li ma jkunux obbligati jkopru l-ispejjeż ta' dawn il-kampanji ta' sensibilizzazzjoni. Il-ġlieda kontra ż-żibel jenħtieġ li tkun sforz kondiviż bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-dejta miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, u tippermetti t-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponu kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perijodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra.

(22)  Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-data miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, jippermettix it-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponux kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perijodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll l-impatt ekonomiku fuq is-setturi l-aktar esposti minn din id-Direttiva, inklużi l-ispejjeż tal-konformità.

__________________

__________________

48 ĠU L 123 12.5.2016 p. 1.

48 ĠU L 123 12.5.2016 p. 1.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas b'mod sinifikanti l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll li ssaħħaħ ir-rwol ewlieni tal-UE li tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali mhux tossiċi innovattivi u sostenibbli, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE, biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [erba' snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għall-prodotti tal-plastik kollha li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur għall-prodotti tal-plastik kollha li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, sakemm ma jkun hemm ebda distorsjoni tal-kompetizzjoni u sakemm it-trattament applikat għall-prodotti importati u għal dawk immanifatturati lokalment ikollu l-istess effett fuq il-prezz tas-suq. Għandha tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness ikopru l-ispejjeż meħtieġa tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, kif definit fl-Artikoli 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Ġustifikazzjoni

Il-ġlieda kontra r-rimi taż-żibel jenħtieġ li tkun sforz bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-produtturi u l-konsumaturi. Il-problema tar-rimi taż-żibel ma tissolviex bil-ħlas tal-produtturi għall-ispejjeż ta' tindif iżda permezz ta' mġiba differenti min-naħa tal-konsumaturi li tinkiseb bl-edukazzjoni tal-konsumaturi u bl-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Il-prevenzjoni tar-rimi taż-żibel hija ħafna aktar effikaċi.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe miżura, inkluż it-tqassim tal-ispejjeż, rigward ir-responsabbiltà estiża tal-produttur, f'konformità ma' dan l-Artikolu.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b.  L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ispejjeż għall-produtturi relatati mar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu proporzjonati u kkomunikati lil dawk l-entitajiet affettwati, fuq bażi regolari u b'mod aċċessibbli u trasparenti.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-iskemi rilevanti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

(b)  jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-iskemi rilevanti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) jistabbilixxu sistemi ta' ġbir tal-iskart li ntwera li huma effikaċi u li jaħsbu li jkunu xierqa biex il-miri jintlaħqu.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri, fost affarijiet oħra, jistgħu jintroduċu miżuri ta' sensibilizzazzjoni, meta jkun xieraq. Dawn il-miżuri ta' sensibilizzazzjoni jistgħu jsiru, pereżempju, fl-iskejjel jew fil-kumpaniji.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Koordinazzjoni ta' miżuri

Koordinazzjoni ta' miżuri fost l-Istati Membri

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11a

Koordinazzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tipprova tikkoordina miżuri li jnaqqsu l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent u tappoġġa t-tranżizzjoni lejn mudelli ekonomiċi sostenibbli fil-livell internazzjonali.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [sitt snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [ħames snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca)  l-impatt ekonomiku fuq is-setturi l-aktar affettwati minn din id-Direttiva u jekk l-impatt ekonomiku u l-ispejjeż tal-konformità jikkorrispondux għall-projezzjonijiet fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb)  l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ħallietx impatt b'xi mod negattiv fuq il-kompetittività tas-setturi li huma l-aktar affettwati minn din il-proposta, meta mqabbla mal-kompetituri tagħhom li mhumiex ibbażati fl-UE.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Wet wipes, jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali, u dawk domestiċi u industrijali

-  Wet wipes, jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali, u dawk domestiċi u industrijali u skart tal-karta iġjenika mxarrba minn qabel

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Prodotti tat-tabakk bil-filtri u filtri kkummerċjalizzati għall-użu flimkien mal-prodotti tat-tabakk.

Ġustifikazzjoni

Il-loqom tas-sigaretti huma t-tieni oġġett li jinstab l-aktar fil-bajjiet u loqma waħda tniġġes minimu ta' 500 litru ilma. Għaldaqstant, huwa importanti ħafna li l-konsumaturi jkunu konxji mill-konsegwenzi meta jarmu s-sigaretti fit-triq.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

Referenzi

COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Barbara Kappel

20.6.2018

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

24.9.2018

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

19

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Barbara Kappel, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Marco Zanni, Esther de Lange

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Ramón Jáuregui Atondo, Rina Ronja Kari, Jeppe Kofod, Marcus Pretzell, Romana Tomc, Lieve Wierinck, Roberts Zīle, Sophia in ‘t Veld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jo Leinen, Julia Pitera, Virginie Rozière, Sabine Verheyen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

25

+

ALDE

Sophia in 't Veld, Lieve Wierinck

ECR

Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Roberts Zīle

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

ENF

Barbara Kappel, Marcus Pretzell, Marco Zanni

NI

Steven Woolfe

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Julia Pitera, Anne Sander, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere, Sabine Verheyen

19

-

ECR

Pirkko Ruohonen-Lerner

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

S&D

Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Doru-Claudian Frunzulică, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Jeppe Kofod, Jo Leinen, Olle Ludvigsson, Virginie Rozière, Pedro Silva Pereira

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

1

0

VERTS/ALE

Ernest Urtasun

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (27.9.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Kappel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-prevenzjoni u t-tnaqqis taż-żibel tal-plastik fil-baħar magħmul minn prodotti tal-plastik li jintuża darba biss (SUP) u rkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik qed jikkumplementaw miżuri speċifiċi dwar il-mikroplastiks previsti fl-Istrateġija tal-UE dwar il-Plastik. Wara li ġew indirizzati l-basktijiet tal-plastik fl-2015, ġew identifikati 10 prodotti SUP u rkaptu tas-sajd (l-hekk imsejħa makroplastiks) li jammontaw għal 70 % taż-żibel fil-baħar fl-Ewropa. Huwa importanti li l-UE tieħu miżuri xierqa biex tindirizza l-aspetti ambjentali tal-baħar billi jitnaqqas l-ammont ta' rimi ta' plastik fl-oċeani u fuq il-bajjiet, filwaqt li tiffoka aktar fuq il-kuntest usa' tat-tranżizzjoni mill-plastiks għall-ekonomija ċirkolari.

Ir-rimi fil-baħar huwa problema globali li tmur ferm lil hinn mill-fruntieri tal-UE u huwa biss ftehim globali li jista' jindirizza bis-sħiħ l-isfida għall-pjaneta tagħna. Kif juru l-istudji, 80 % taż-żibel fil-baħar joriġina biss minn 20 pajjiż, filwaqt li l-ebda wieħed minnhom ma huwa stat membru tal-UE. Għalhekk, ir-rapporteur titlob approċċ globali fil-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-plastik u tħeġġeġ għal miżuri meħtieġa fil-livell tal-G7 u tal-G20, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Barra minn hekk, selliefa multinazzjonali u finanzjaturi internazzjonali għandhom jiffukaw l-impenn tagħhom fuq miżuri biex inaqqsu ż-żibel fil-baħar billi jimmiraw programmi tal-immaniġġjar tal-iskart fil-qafas tal-ekonomija ċirkolari.

Barra minn hekk is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi tikkostitwixxi element kruċjali għal tnaqqis b'suċċess tal-prodotti SUP. Ir-rapporteur hija konvinta li l-kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubblika u ta' edukazzjoni huma strumentali biex jinkisbu riżultati dejjiema fir-rigward tal-miżuri imposti fuq l-Istati Membri u l-industrija.

L-analiżi tal-Kummissjoni tistma li l-għażliet proposti tagħha li jkopru projbizzjoni ta' ċerti plastiks SUP u miri ta' tnaqqis, ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur (EPR), miżuri tad-disinn tal-prodott kif ukoll inċentivi lis-sajjieda għar-ritorn tal-irkaptu jiffrankaw ekwivalenti ta' 2.6 miljun tunnellata ta' CO2 u jevitaw ħsara ambjentali ekwivalenti għal EUR 11-il biljun. L-ispejjeż tal-konformità għan-negozji jammontaw għal EUR 2 biljun u ta' EUR 510 miljun għall-ġestjoni tal-iskart. Il-konsumaturi se jiffrankaw madwar EUR 6.5 biljun, filwaqt li rimborż tad-depożitu jew sistema ekwivalenti jiswew lill-konsumaturi ammont addizzjonali ta' EUR 1.4 biljun. Il-Kummissjoni tistma li fl-aħjar xenarju, l-ispiża addizzjonali għall-industrija tas-sajd se tammonta għal 0.16 % tad-dħul. Madankollu, il-Kummissjoni ma tipprovdix data dwar l-ispejjeż ta' implimentazzjoni tal-EPR trasferiti kompletament lill-konsumatur aħħari.

Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li bħala prinċipju ġenerali, l-għażla ta' "projbizzjoni" ta' ċerti tipi ta' prodotti għandha tkun l-aħħar għażla. Fil-fatt, ikun preferibbli li jkun hemm approċċ imsejjes fuq standards dejjem akbar li għandhom, bħala konsegwenza, li jeliminaw ċerti prodotti li jniġġsu mis-suq, iżda li fl-istess ħin jippromwovu ir-R&Ż u l-innovazzjoni f'prodotti aktar kosteffettivi, riċiklabbli, bijodegradabbli jew li ma jagħmlux ħsara. Dawn l-istandards ġodda għandhom jiġu implimentati fi żmien raġonevoli sabiex jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jadattaw il-mudell tan-negozju tagħhom, peress li maġġoranza vasta tal-50,000 kumpanija li jirrappreżentaw is-settur tal-konvertituri tal-plastik fl-UE huma SMEs.

L-indirizzar taż-żibel fil-baħar jista' joħloq opportunitajiet ekonomiċi. In-negozji jistgħu jagħtu spinta lill-kompetittività tagħhom permezz tar-R&Ż billi jikkontribwixxu għal ekonomija li tuża r-riżorsi b'effiċjenza u li hija dekarbonizzata. L-investimenti fil-prevenzjoni tat-tixrid taż-żibel fil-baħar, f'materjali alternattivi sostenibbli, f'prodotti u f'mudelli kummerċjali jistgħu jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi u jissaħħu l-ħiliet tekniċi u xjentifiċi. Filwaqt li tintlaqgħa l-inizjattiva biex jitnaqqas il-plastik SUP, huwa meħtieġ approċċ ibbilanċjat li jiżgura l-proporzjonalità.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu u l-Artikolu 114 f'dak li jirrigwarda l-imballaġġ kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE;

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-funzjonalità għolja u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifisser li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari32, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks33 li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks.

(1)  Il-funzjonalità għolja u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifisser li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari32, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks33 li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks. Kwalunkwe sforz ulterjuri fil-qasam tal-plastiks għandu jkun ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-ekonomija ċirkolari adottata reċentement u jkun kompatibbli magħha bis-sħiħ, u jkun adatt għas-sistema stabbilita permezz tagħha.

__________________

__________________

32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015) 0614 final).

32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - "L-għeluq taċ-ċirku - Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari" (COM(2015) 0614 final).

33 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

33 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart adottata reċentement, b'mod partikolari d-Direttiva 2008/98/UE, id-Direttiva 94/62/UE u d-Direttiva 1999/31/UE stabbiliet sistema kumplessa ta' statistika tal-ġbir u tar-riċiklaġġ tal-iskart, miri ċari għar-riċiklaġġ ta' ċerti flussi ta' skart inkluż il-plastik u ġerarkija tal-iskart. Hija identifikat ukoll inċentivi għal tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari, użu aktar mifrux tal-materjali rriċiklati, obbligi ddefiniti għall-produtturi skont ir-rekwiżiti minimi għar-responsabbiltà estiża tal-produttur. L-għan ta' din id-direttiva mhuwiex li tissostitwixxi din l-iskema iżda minflok tikkomplementaha b'miżuri li jindirizzaw problema speċifika taż-żibel fil-baħar.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  Il-prosperità ekonomika tal-Unjoni hija inseparabbli mis-sostenibbiltà ambjentali fit-tul. Iż-żieda tas-sostenibbiltà tal-mudelli ekonomiċi tal-Istati Membri tista' toħloq opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni, il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1c)  L-isfidi marbuta mat-trattament tal-iskart tal-plastik jistgħu jinbidlu f'opportunità għall-industrija Ewropea biex ikollha rwol ta' tmexxija fid-dinja billi toffri soluzzjonijiet għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Approċċi ċirkolari li jipprijoritizzaw il-prodotti riutilizzabbli u s-sistemi għall-użu mill-ġdid se jwasslu għal tnaqqis tal-iskart iġġenerat, u tali prevenzjoni hija fuq nett fil-ġerarkija tal-iskart imnaqqxa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Approċċi bħal dawn huma wkoll konformi mal-Għan nru 12 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti35 li jiżgura xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni.

(2)  Approċċi ċirkolari li jipprijoritizzaw il-prodotti riutilizzabbli u s-sistemi għall-użu mill-ġdid, minbarra r-riċiklabbiltà tal-prodotti, se jwasslu għal tnaqqis tal-iskart iġġenerat, u tali prevenzjoni hija fuq nett fil-ġerarkija tal-iskart imnaqqxa fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34. Approċċi bħal dawn huma wkoll konformi mal-Għan nru 12 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti35 li jiżgura xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni.

_________________

_________________

34 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3)

34 Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3)

35 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

35 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-kisba tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li jitlob għall-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli 36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha għat-trattament taż-żibel tal-baħar u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja. F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' msieħba f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-sforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.

(3)  150 miljun tunnellata ta' plastiks u mikroplastiks akkumulaw fl-oċeani u fl-ibħra tad-dinja, u qed jikkawżaw ħsara serja lill-fawna u l-flora tal-baħar, lill-klima u lill-bijodiversità globali; Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-kisba tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li jitlob għall-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli 36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha għat-trattament taż-żibel tal-baħar u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja, filwaqt li tissalvagwardja kuntest ta' kompetizzjoni ġusta għall-industrija tagħha. F'dan il-kuntest, l-Unjoni jenħtieġ li tfittex impenji minn imsieħba f'fora ta' livell internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi azzjoni miftiehma. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-isforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward biex tnaqqas l-iskart għal ekonomija sostenibbli.

__________________

__________________

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Minkejja l-isforz tal-UE fil-qasam tad-diplomazija dwar il-klima u tal-kooperazzjoni internazzjonali, is-sitwazzjoni f'ċerti pajjiżi terzi għadha allarmanti. L-UE jeħtiġilha żżid l-isforzi tagħha fil-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-ħarsien ambjentali. L-UE għandha taqdi r-rwol tagħha bħala faċilitatur u pijunier tal-politika ambjentali u tal-ġestjoni tal-iskart. L-UE jenħtieġ li tistinka biex taqsam l-esperjenzi, ixxerred l-għarfien espert u t-teknoloġiji sabiex tindirizza t-tniġġis tal-plastik u tiskambja l-aħjar prattiki fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku, it-tindif tiegħu u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-plastik.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità u, potenzjalment, għas-saħħa tal-bniedem u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir.

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità u, potenzjalment, għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali. Qegħdin jagħmlu ħsara wkoll lill-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-trasport marittimu, speċjalment għar-reġjuni kostali u l-gżejjer.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni40 u l-istrumenti ta' politika eżistenti jipprovdu ċerti reazzjonijiet regolatorji li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar. B'mod partikolari, l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal miżuri u miri ġenerali tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħall-mira tar-riċiklaġġ għall-iskart tal-imballaġġ tal-plastik41 u l-għan reċentement adottat fl-Istrateġija għall-Plastiks42 biex jiġi żgurat li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun riċiklabbli sal-2030. Madankollu, l-impatt ta' dik il-leġiżlazzjoni fuq l-iskart fil-baħar mhuwiex biżżejjed u hemm differenzi fil-kamp ta' applikazzjoni u fil-livell ta' ambizzjoni fost il-miżuri nazzjonali sabiex jiġi evitat u jitnaqqas iż-żibel fil-baħar. Barra minn hekk, uħud minn dawn il-miżuri, b'mod partikolari r-restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jistgħu joħolqu ostakli għall-kummerċ u jgħawġu l-kompetizzjoni fl-Unjoni.

(6)  Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni40 u l-istrumenti ta' politika eżistenti jipprovdu ċerti reazzjonijiet regolatorji li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar. B'mod partikolari, l-iskart tal-plastik huwa soġġett għal miżuri u miri ġenerali tal-Unjoni rigward il-ġestjoni tal-iskart, bħall-mira tar-riċiklaġġ għall-iskart tal-imballaġġ tal-plastik41 u l-għan reċentement adottat fl-Istrateġija għall-Plastiks42 biex jiġi żgurat li l-imballaġġ tal-plastik kollu jkun riċiklabbli sal-2030.

_________________

_________________

40 Id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/56/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

40 Id-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2000/59/KE, id-Direttiva 2000/60/KE, id-Direttiva 2008/56/KE u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

41 Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

41 Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

42 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

42 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri l-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni, u l-irkaptu tas-sajd li jikkawża ħsara sinifikanti bħala tniġġis tal-baħar. Barra minn hekk, fil-kuntest tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom l-għan li jiksbu tnaqqis globali fil-konsum tal-imballaġġ u l-prodotti kollha li jintużaw darba biss. Hija u tagħmel dan trid tevita kwalunkwe diskriminazzjoni.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li nżidulhom l-addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi, li mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li nżidulhom l-addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għaldaqstant, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi, li mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

__________________

__________________

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Jeħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni komuni ta' plastik bijodegradabbli u kompostabbli.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8b)  Il-prodotti tal-plastik jenħtieġ li jiġu mmanifatturati fid-dawl tat-tul tal-ħajja kollu tagħhom. L-ekodisinn ta' prodott tal-plastik jenħtieġ li dejjem iqis il-fażi tal-produzzjoni, ir-riċiklabbiltà u possibbilment ukoll r-riutilizzabbiltà tal-prodott. Il-produtturi jenħtieġ li, meta jkun il-każ, jiġu mħeġġa jużaw polimeri uniċi jew kompatibbli biex jimmanifatturaw il-prodotti tagħhom sabiex jissemplifikaw is-separazzjoni u jsaħħu r-riċiklabbiltà, speċjalment fil-każ tal-imballaġġ tal-plastik.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti u ta' alternattivi aktar sostenibbli, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

(10)  Jenħtieġ li prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi minn diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' alternattivi adatti u aktar sostenibbli kif ukoll ekonomikament validi, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. Il-miżuri proposti jenħtieġ li jqisu dejjem l-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja (LCA), sabiex jiġu evitati soluzzjonijiet nofs triq li jirriżultaw f'impatt saħansitra aktar negattiv fuq parti differenti tal-ambjent jew tal-ekonomija bħal pereżempju s-sostituzzjoni tal-plastiks b'materjal simili prodott minn bijomaterjal mingħajr ma ssir valutazzjoni ċara tal-bijodegradabbiltà ta' tali materjal inkluża l-bijodegradabbiltà fl-ambjent akkwatiku. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE dwar prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jitqiesu oġġetti tal-imballaġġ kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) fiha.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Jinnota li, sabiex issir tranżizzjoni minn ekonomija bbażata fuq il-fossili u minn perspettiva tal-klima, il-prodotti tal-plastik b'bażi bijoloġika huma alternattiva aktar sostenibbli mill-plastiks ibbażati fuq il-fossili. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu mħeġġa l-inċentivi li għandhom l-għan li jissostitwixxu l-materjali bbażati fuq il-fossili b'materjali b'bażi bijoloġika. Dan huwa konformi mal-objettivi tal-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija u l-Istrateġija għall-Plastiks. Fil-proposta ta' politika futura, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis li tinkludi inċentivi għas-sostituzzjoni u, pereżempju, f'reviżjoni tad-direttiva dwar l-akkwist pubbliku (Direttiva 2014/24/UE), tinkludi kriterji għall-plastiks ibbażati fuq il-kompożizzjoni, il-livell ta' riċiklabbiltà u ta' periklu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Kif inhu bħalissa, ir-Regolament għadu vag dwar is-sitwazzjoni tal-plastiks b'bażi bijoloġika. Il-benefiċċju tal-materjal b'bażi bijoloġika għall-produzzjoni tal-plastiks jenħtieġ li jiġi rikonoxxut u mħeġġeġ, speċjalment l-effetti pożittivi li għandu bħala alternattiva aktar sostenibbli għall-plastiks ibbażati fuq il-polimeri u l-kontribut tiegħu għal inqas dipendenza mill-materja prima fossili.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44.

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra u din l-azzjoni lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli jinbidlu, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44. It-tnaqqis fil-konsum ġenerali tal-prodotti li jintużaw darba biss huwa kruċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari.

_________________

_________________

44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1-24), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1-54), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1-24), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1-54), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali.

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll bi prezzijiet aċċessibbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jipprojbixxu jew jillimitaw it-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-prodotti li jkun fihom sustanzi u materjali li għalihom jeżistu alternattivi sostenibbli u disponibbli, dment li jissodisfaw l-istandard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin iffissat fil-livell tal-UE b'segwitu għar-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(3)(c) ta' din id-Direttiva. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ta' dawn l-alternattivi u biex jiġi ddeterminat jekk dawn jissodisfawx ir-rekwiżiti attwalment sodisfatti mill-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jekk humiex konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart u jekk jiżgurawx sostenibbiltà akbar.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Id-Direttiva 94/62/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/720 stabbiliet ir-rekwiżit li l-Kummissjoni twettaq rieżami leġiżlattiv sa Mejju 2017 tal-miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, abbażi tal-impatti fuq iċ-ċikli tal-ħajja. Il-Kummissjoni s'issa għadha ma wettqitx dak ir-rieżami. Minħabba li tali basktijiet tal-plastik huma ferm suxxettibbli għar-rimi, huwa xieraq li jiġu introdotti miżuri li jillimitaw it-tqegħid tagħhom fis-suq, ħlief għal użi li huma strettament meħtieġa. Jenħtieġ li l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna ma jitqegħdux fis-suq bħala imballaġġ għal ikel sfuż ħlief meta jkunu meħtieġ għal raġunijiet ta' iġjene u, f'dan il-każ, jenħtieġ li jintużaw biss il-basktijiet bijodegradabbli u kompostabbli (pereżempju għall-imballaġġ ta' ikel niedi, bħal laħam nej, ħut jew prodotti tal-ħalib). Għall-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna li għalihom dik ir-restrizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni ma tapplikax, id-dispożizzjonijiet eżistenti introdotti bid-Direttiva (UE) 2015/720 jibqgħu applikabbli.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12(b)  F'konformità mal-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart, l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri biex jippromwovu alternattivi riutilizzabbli għal plastiks li jintużaw darba biss, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' miri, inċentivi ekonomiċi, is-sensibilizzazzjoni u billi tiġi żgurata d-disponibbiltà mifruxa ta' alternattivi riutilizzabbli.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Fir-rigward tar-Rapport 2016 tal-UNEP, il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jiżviluppaw standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin. 

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar.

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi taż-żibel minħabba r-rimi mhux xieraq. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li tqis il-ftehimiet volontarji settorjali adottati għal regoli ċari dwar it-tikkettar sabiex il-konsumaturi jiġu infurmati, pereżempju permezz ta' logo, dwar jekk il-prodott huwiex riċiklabbli jew le. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq u filwaqt li tirrifletti l-ispeċifiċitajiet differenti fl-Istati Membri, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar. L-immarkar għandu jitpoġġa b'mod viżibbli fuq l-imballaġġ tal-prodotti li jinbiegħu lill-utent finali.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel.

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel. Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel li huma konsistenti mal-Artikolu 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/62/KE u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri ta' sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel. Filwaqt li jagħmlu dan, għandha titqies il-katina tal-konsumatur kollha u l-produtturi ma jistgħux jinżammu responsabbli għall-imġiba ħażina tal-konsumaturi. Jenħtieġ li tapplika responsabbiltà kondiviża.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Fil-livell tal-Unjoni, bħalissa ma hemm l-ebda standard xjentifiku aċċettat fuq il-bijodegradabbiltà tal-ambjent marin, u dan jenfasizza l-urġenza tal-Kummissjoni sabiex titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni jiżviluppa standard separat għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  F'konformità mal-ġerarkija tal-ġestjoni tal-iskart, l-Istati Membri jenħtieġ li jpoġġu enfasi fuq l-għoti ta' informazzjoni dwar alternattivi riutilizzabbli għal plastiks li jintużaw darba biss.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi rekwiżiti minimi ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti japplikaw għal skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti b'din id-Direttiva. Din id-Direttiva, madankollu, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur, pereżempju, ir-rekwiżit fuq il-produtturi ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jkopru l-ispejjeż tat-tindif tal-iskart.

(19)  Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi rekwiżiti minimi ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti japplikaw għal skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti b'din id-Direttiva. Din id-Direttiva, madankollu, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur, pereżempju, ir-rekwiżit fuq il-produtturi ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jkopru l-ispejjeż ta' sensibilizzazzjoni u ta' għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-mod ta' rimi xieraq u l-impatt tat-tixrid taż-żibel fuq l-ambjent. Jenħtieġ li japplika l-prinċipju ta' responsabbiltà kondiviża kif ukoll kooperazzjoni aħjar fost is-setturi rilevanti kollha inklużi l-produtturi, il-konsumaturi u l-isfera pubblika.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat u minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u għalhekk, trid tiġi stabbilita mira minima tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jilħqu dik il-mira minima billi jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-qafas tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew billi jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu xieraq. Dan se jkollu impatt pożittiv u dirett fuq ir-rata tal-ġbir, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat.

(20)  Fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat u minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u huwa f'idejn l-Istati Membri li jistabbilixxu l-aktar skema tal-ġbir effiċjenti u adattata sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 94/62/UE. Ġbir aħjar u rati ta' riċiklaġġ ogħla jistgħu jiġu appoġġati permezz ta' miżuri ta' ekodisinn, pereżempju billi l-produtturi jiġu mħeġġa jużaw polimeri uniċi jew kompatibbli jew billi jiġu introdotti miżuri oħra li jħeġġu lill-produtturi jużaw materjali sostenibbli. Dan se jkollu impatt pożittiv fuq ir-rata tal-ġbir, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu l-introduzzjoni ta' kontenut riċiklat obbligatorju ta' ċerti prodotti tal-plastik biex jappoġġaw ir-rati ta' riċiklaġġ u s-suq b'materjali riċiklati. Is-sinerġiji industrijali jenħtieġ li jiġu appoġġati f'dan ir-rigward, peress li l-iskart minn industrija waħda jista' jkun riżorsa siewja għal industrija oħra. L-Istati Membri jenħtieġ li jaqdu r-rwol tagħhom billi jappoġġaw tali sinerġiji u jinċentivaw attivitajiet volontarji tal-produtturi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-iskart u ta' ġestjoni aħjar tal-iskart u billi jindirizzaw it-tniġġis.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-dejta miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, u tippermetti t-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponu kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perijodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra.

(22)  Bi qbil mal-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201648, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-data miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, jippermettix it-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkapti tas-sajd. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponu kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perjodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, l-irkapti tas-sajd u l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra.

_________________

_________________

48 ĠU L 123 12.5.2016 p. 1.

48 ĠU L 123 12.5.2016 p. 1.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġi evitat iż-żibel fil-baħar, għadna neħtieġu evalwazzjoni komprensiva dwar il-progress tekniku u xjentifiku tal-prodotti kollha li jistgħu jilħqu l-kompartiment tal-baħar.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.

(23)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu inċentivati jew penalizzati wkoll għall-imġiba tagħhom.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Jeħtieġ li, permezz tal-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni, anki fil-qafas tal-programm Orizzont Ewropa, jiġu mħeġġa l-investimenti lejn soluzzjonijiet effiċjenti fl-użu ta' riżorsi u ċirkolari, bħall-għażliet ta' prevenzjoni u ta' disinn, id-diversifikazzjoni tal-materja prima u t-teknoloġiji innovattivi tar-riċiklaġġ, bħar-riċiklaġġ molekulari u kimiku, kif ukoll it-titjib tar-riċiklaġġ mekkaniku; jissottolinja l-potenzjal innovattiv tan-negozji l-ġodda f'dan ir-rigward; jappoġġa l-istabbiliment ta' programm strateġiku għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar iċ-ċirkolarità tal-materjali, b'attenzjoni partikolari fir-rigward tal-plastik u l-materjali li fihom il-plastik, kif ukoll l-imballaġġ; jinnota li se jkun meħtieġ finanzjament adegwat bħala għajnuna sabiex ikun eżerċitat effett ta' lieva fuq l-investiment privat; jenfasizza li s-sħubijiet pubbliċi privati jistgħu jgħinu jaċċeleraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25b)  It-trawwim tar-riċerka u l-innovazzjoni huwa għodda u prekundizzjoni meħtieġa biex tintlaħaq katina tal-valur aktar sostenibbli fi ħdan is-settur tal-imballaġġ. Għal dan il-għan, jidher li huwa mixtieq li jissaħħu l-mekkaniżmi ta' finanzjament fi ħdan il-kuntest tal-għodod ta' programmazzjoni Ewropej għar-R&Ż, bħall-Programmi ta' Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (jiġifieri Orizzont 2020), fid-dawl tal-Aġenda Strateġika ta' Riċerka u Innovazzjoni għall-Plastiks li jmiss.

(Din l-emenda jenħtieġ li tiġi inkluża bħala premessa ġdida; il-pożizzjoni b'mod partikolari mhijiex importanti.)

Ġustifikazzjoni

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma l-qofol tas-sostenibbiltà. Fid-dawl ta' dan, huwa meħtieġ li jiġu allokati appoġġ u riżorsi adegwati għar-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tal-imballaġġ sabiex l-industriji kkonċernati jiġu megħjuna fil-kompitu tagħhom li jilħqu l-objettivi deskritti fl-Istrateġija għall-Plastik.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ssaħħaħ ir-rwol ta' tmexxija tal-Unjoni fil-prevenzjoni u fit-tnaqqis sinifikanti tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akkwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari billi jonqos il-konsum ta' prodotti li jintużaw darba biss, u billi jiġu promossi mudelli tan-negozju, prodotti u materjali sostenibbli u innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "plastik" tfisser materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jista' jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(1)  "plastik"; materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jiffunzjona bħala l-komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament u kisi, żebgħa, linka u adeżivi polimeriċi li mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala l-komponent strutturali prinċipali tal-oġġetti u l-prodotti finali;

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  bijoplastik bijodegradabbli u kompostabbli u li jkollu kontenut għoli ta' materja prima rinnovabbli, skont l-istandard Ewropew UNI EN 13432 u d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, li jippermetti li tiġi ottimizzata l-ġestjoni tal-iskart organiku, jitnaqqas l-impatt ambjentali u jingħata kontribut għall-iżvilupp ta' sistemi tajbin b'vantaġġi sinifikanti matul iċ-ċiklu sħiħ tal-produzzjoni, tal-konsum u tar-rimi.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-materjali miksuba minn serje ta' teknoloġiji fil-qasam tal-lamti, taċ-ċellulożi, miż-żjut veġetali u mit-taħlitiet tagħhom, jiġu prodotti permezz ta' katina integrata li ssegwi mudell bijoekonomiku mifhuma bħala riġenerazzjoni territorjali u innovazzjoni fl-impjanti industrijali.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  "kisi" huwa saff wieħed jew aktar mhux ta' appoġġ, immanifatturati bl-użu tal-plastik, kif iddefinit fl-Artikolu 3(1) ta' din il-leġiżlazzjoni, applikati fuq materjal jew oġġett sabiex jingħatalu karatteristiċi speċjali jew sabiex tittejjeb il-prestazzjoni teknika tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva u biex tkun żgurata interpretazzjoni komuni mill-Istati Membri u funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku tal-UE, id-definizzjoni ta' kisi f'din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi ddefinita b'mod ċar abbażi tad-definizzjoni diġà fis-seħħ fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/213 li jemenda r-Regolament dwar il-Plastik 10/2011.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  "basktijiet tal-plastik ħfief ħafna" tfisser basktijiet tal-plastik ħfief bi ħxuna ta' inqas minn 15-il mikrometru.

Ġustifikazzjoni

Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jenħtieġ li jkunu ddefiniti abbażi tal-ħxuna tagħhom biss. Hemm diġà disponibbli alternattivi għal ikel sfuż; għaldaqstant mhuwiex korrett li basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jkunu meħtieġa għal finijiet tal-iġjene jew għall-imballaġġ ta' ikel sfuż. Għalhekk, ir-referenza għad-definizzjoni fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE mhijiex f'lokha.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. L-Istati Membri għandhom jevalwaw l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali biex jadottaw pjanijiet nazzjonali għall-ksib ta' dan it-tnaqqis, inklużi miri kwantitattivi speċifiċi ta' tnaqqis, inċentivi speċifiċi għas-setturi kkonċernati u l-miżuri meħuda. Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u għandhom jiġu aġġornati fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni tista' toħroġ rakkomandazzjonijiet dwar il-pjanijiet adottati.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, ikun hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti inkluż il-finanzjament tar-riċerka għal soluzzjonijiet ċirkolari u sinerġiji mal-fondi tal-UE ta' riċerka u investiment, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali u l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-miżuri meħuda min-negozji fuq bażi volontarja huma mixtieqa u jenħtieġ li jiġu promossi u jingħataw prijorità.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-preżenza tal-plastiks fil-prodott.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-preżenza ta' plastik fiha nnfisha ma tagħti l-ebda informazzjoni rilevanti. Il-plastik fih innifsu mhux sustanza li għandu jiġi pprojbit jew issir twissija kontra l-użu tiegħu.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-kontenituri tax-xorb b'xorb karbonat għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu kif iddefinit skont l-Artikolu 8 u 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma imballaġġ, ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu jissupplementaw ir-rekwiżiti rigward skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KEE u fid-Direttiva 2008/98/KE.

Għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma imballaġġ, ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu huma mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti rigward skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KEE u fid-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva, tadotta atti delegati skont l-Artikolu [XXX] biex tiddefinixxi l-elementi ewlenin tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu fuq bażi ta' prodott prodott. L-elementi ewlenin jinkludu metodi għat-tqassim tar-responsabbiltà, il-kalkolu tal-ispejjeż u d-definizzjoni ta' elementi speċifiċi oħra skont ir-rekwiżiti minimi stabbiliti mid-Direttiva 2008/98/KE. Meta rilevanti, jenħtieġ li jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti tad-Direttiva 94/62/KEE.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  L-Istati Membri għandhom jadottaw l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur li jaqgħu fl-ambitu tal-paragrafu 1 u 2 ta' dan l-Artikolu fi żmien [18-il xahar] mill-adozzjoni tal-att delegat tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' rkaptu tas-sajd li fih il-plastik għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-irkaptu tas-sajd skartat li fih il-plastik li twassal fil-faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet jew f'sistemi ta' ġbir ekwivalenti oħrajn li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu. Il-produtturi għandhom ikopru wkoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.

Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' rkaptu tas-sajd li fih il-plastik għandhom ikopru l-ispejjeż supplementari tal-ġbir tal-irkaptu tas-sajd skartat li fih il-plastik li twassal fil-faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet jew f'sistemi ta' ġbir ekwivalenti oħrajn li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu. Il-produtturi għandhom ikopru wkoll l-ispejjeż tal-miżuri ta' sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli [XXX] hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' [ħames snin] mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli [XXX] tista' tkun revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli [XXX] għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b'mod separat, ammont ta' skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f'sena partikolari skont il-piż. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jissodisfaw il-miri għall-ġbir tal-plastiks u l-imballaġġ tal-plastik kif stabbilit mid-Direttiva 2008/98/UE u mid-Direttiva 94/62/UE. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu, jew

(a)  jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew sistemi ta' ġbir awtomatizzat li jqisu l-kundizzjonijiet lokali u reġjonali, jew

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-iskemi rilevanti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

(b)  jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-iskemi rilevanti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) ġdid: bi kwalunkwe miżura oħra, pereżempju dawk elenkati fl-Anness tad-Direttiva 2008/98/UE, li l-Istati Membri jqisu adegwata.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżviluppa gwida li tinkludi rekwiżiti minimi għall-istabbiliment ta' Sistemi tar-Rimborż tad-Depożitu.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jgħarrfu lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-parti B tal-Anness bir-raġunijiet tar-restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tagħhom qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jingħataw parir li jistabbilixxu skema għall-għoti ta' inċentivi u penali lill-konsumaturi għall-imġiba ħażina tagħhom.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Koordinazzjoni ta' miżuri

Koordinazzjoni ta' miżuri fost l-Istati Membri

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11a

Koordinazzjoni ta' miżuri fil-livell internazzjonali

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tipprova tikkoordina miżuri li jnaqqsu l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent u tappoġġa t-tranżizzjoni lejn mudelli ekonomiċi sostenibbli fil-livell internazzjonali.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [sitt snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [erba' snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, fejn xieraq.

(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard Ewropew għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għat-tnaqqis fil-konsum.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, fir-rigward tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u f'konformità mad-definizzjoni tal-SMEs tal-Kummissjoni applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 5 u 7(1) minn … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u mal-Artikolu 6(1) minn … [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tal-istandard armonizzat imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta' din id-Direttiva].

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 8 skont id-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A – sottotitolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wet wipes, jiġifieri srievet imxarrba minn qabel għall-kura personali, u dawk għal użu domestiku u industrijali,

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Fliexken tax-xorb

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma koperti mill-Artikolu 5 dwar ir-restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq

imħassar

— Stikek tal-cotton buds, ħlief għal swabs maħsubin u użati għal skopijiet mediċi

— Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks)

— Platti

— Straws, ħlief straws maħsubin u użati għal skopijiet mediċi

— Ħawwada tax-xorb

— Stikek li jitwaħħlu mal-bżieżaq u li jżommuhom, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi, inklużi l-mekkaniżmi tat-tali stikek

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ir-restrizzjonijiet jenħtieġ li jiġu applikati biss bħala l-aħħar soluzzjoni. Meta tiġi biex tidentifika l-aktar modi xierqa biex jiġi evitat l-iskart, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti prijorità lill-ġbir u l-immaniġġjar tajjeb tal-iskart. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet introdotti hawnhekk la kienu previsti fl-IIA, u lanqas tqiesu waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

— Bżieżaq, ħlief il-bżieżaq għall-użi u għall-applikazzjonijiet industrijali jew professjonali oħrajn, li mhumiex distribwiti lill-konsumaturi

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 7.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Ħrieqi mhux riutilizzabbli

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Anness I – parti F – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Ħrieqi mhux riutilizzabbli

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

Referenzi

COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.6.2018

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Barbara Kappel

25.6.2018

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

12

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Angelo Ciocca, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Igor Gräzin, Rebecca Harms, Barbara Kappel, Jeppe Kofod, Zdzisław Krasnodębski, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Tilly Metz, Nadine Morano, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Michał Boni, Françoise Grossetête, Gunnar Hökmark, Benedek Jávor, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Markus Pieper, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bernd Kölmel

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Igor Gräzin, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

ECR

Amjad Bashir, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel

PPE

Bendt Bendtsen, Michał Boni, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Gunnar Hökmark, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Markus Pieper, Paul Rübig, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

12

-

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Dario Tamburrano

ENF

Christelle Lechevalier

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Neoklis Sylikiotis

PPE

Françoise Grossetête

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Tilly Metz, Julia Reda

6

0

EFDD

Jonathan Bullock

PPE

Massimiliano Salini

S&D

Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (3.10.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bronis Ropė

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan tad-direttiva ddikjarat fl-Artikolu 1 huwa li "tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akkwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem".

Għalhekk, fl-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura, huwa importanti li ssir enfasi fuq dawk it-tipi ta' tniġġis mill-plastik marbuta mal-agrikoltura, anki jekk ikunu aktar akuti fil-livell lokali jew reġjonali. Il-proposta tal-Kummissjoni biex jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik li jintuża darba biss hija bbażata fuq valutazzjoni tal-impatt li tieħu l-aktar kategoriji għoljin ta' tniġġis kbir tal-iskart tal-plastik li jispiċċa bħala żibel fil-baħar fuq livell medju tal-UE, u dan jingħata attenzjoni partikolari fl-approċċ tal-abbozzar tagħhom.

L-ewwel nett, għandu jkun speċifikat li l-plastik li jidħol fl-għelieqi jew fl-ekosistema agrikola jista' jiġi inġestit mill-annimali, jew jidħol fl-ekosistemi akkwatiċi, u jispiċċa fil-baħar. Bl-istess mod, dak li jidħol fil-ħamrija eventwalment jitfarrak jew il-bijota tal-ħamrija therrih f'biċċiet iżgħar, inklużi l-mikroplastiks, u jispiċċa fit-tira u jista' jidħol fl-ekosistemi akkwatiċi tal-ilma ħelu u mbagħad fis-sistemi tal-baħar. Dan it-tieni perkors ma jitqiesx mill-approċċ ibbażat fuq iż-żibel tal-baħar tal-valutazzjoni tal-impatt, li jiffoka fuq oġġetti akbar.

It-tieni, hemm ċerti tipi ta' tniġġis mill-plastik li, fil-livell reġjonali jew lokali, huma prevalentement marbuta ma' użi speċifiċi tal-art li jinvolvu l-użu ta' plastik agrikolu. Dawn jistgħu jkunu aggravati mill-prattiki jew l-infrastruttura lokali, pereżempju d-diffikultà li jħabbtu wiċċhom magħha ħafna bdiewa jew produtturi biex jirriċiklaw il-mulch tal-plastik użat, jew meta ma jaċċettawlhomx il-films tal-plastik maħmuġin.

Fl-aħħar nett, ta' min isemmi li l-approċċ tal-abbozz tal-Kummissjoni jippermetti miżuri ta' sensibilizzazzjoni għall-konsumaturi, f'dan il-każ l-utenti bħall-bdiewa, li jistgħu jieħdu l-forma ta' informazzjoni dwar ir-rimi u r-riċiklaġġ tal-plastik agrikolu, ir-rekwiżiti tal-immarkar, ir-responsabbiltà estiża tal-produtturi tal-plastik, eċċ. Għalhekk, tali miżuri mhux neċessarjament jimplikaw piżijiet mhux raġonevoli jew li jiswew il-flus għall-bdiewa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari tas-16 ta' Jannar 2018 (COM(2018) 28),

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-funzjonalità għolja u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifisser li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari32, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks33 li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari fl-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks.

(1)  Id-disponibilità għolja stabbilita u l-ispiża relattivament baxxa tal-plastik ifissru li dan il-materjal jinstab dejjem aktar u kullimkien fil-ħajja ta' kuljum. L-użu dejjem jikber tiegħu f'applikazzjonijiet b'ħajja qasira, li mhumiex maħsuba għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ kosteffettiv ifisser li x-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum relatati saru dejjem aktar ineffiċjenti u lineari. Għalhekk, fil-kuntest tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari32, il-Kummissjoni kkonkludiet fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks33 li ż-żieda kostanti fil-ġenerazzjoni tal-iskart u r-rilaxx tiegħu fl-ambjent tagħna, b'mod partikolari l-iskart li, anke jekk joriġina 'l bogħod mill-baħar, jaffettwa ħażin l-ambjent tal-baħar, iridu jiġu indirizzati sabiex jinkiseb approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja verament ċirkolari għall-plastiks.

__________________

__________________

32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015) 0614 final).

32 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (COM(2015)0614 final).

33 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

33 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – "Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari" (COM(2018)28 final).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-kisba tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li jitlob għall-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha għat-trattament taż-żibel tal-baħar u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' msieħba f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-sforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.

(3)  Iż-żibel fil-baħar, min-natura tiegħu stess, jaqsam il-fruntieri u huwa rikonoxxut bħala problema globali. Ammonti dejjem akbar ta' skart qed jispiċċaw fl-oċeani madwar id-dinja u qed jaffettwaw is-saħħa tal-ekosistemi u joqtlu l-annimali. It-tnaqqis taż-żibel fil-baħar huwa azzjoni ewlenija għall-ilħuq tal-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti li l-objettiv tiegħu huwa l-konservazzjoni u l-użu b'mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli36. L-Unjoni għandha tagħti s-sehem tagħha fit-trattament, il-prevenzjoni tal-produzzjoni tal-iskart u l-ġestjoni taż-żibel tal-baħar b'mod aktar effikaċi u għandu jkollha l-għan li tkun mudell standard għad-dinja. F'dan il-kuntest, l-Unjoni qed taħdem ma' sħab f'bosta fora internazzjonali bħall-G20, il-G7 u n-Nazzjonijiet Uniti biex tippromwovi l-azzjoni konġunta. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-isforzi tal-Unjoni f'dan ir-rigward.

_________________

_________________

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

36 L-aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Skont ftehimiet multilaterali37 u skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart38, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw il-ġestjoni tajba tal-iskart sabiex jiġi evitat u jitnaqqas iż-żibel fil-baħar minn sorsi kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar. F'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma39, l-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar fejn dan jagħmel ħsara għall-ilħiq ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar tagħhom, inkluż bħala kontribuzzjoni lill-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4)  Skont ftehimiet multilaterali37 u skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart38, l-Istati Membri huma meħtieġa li jiżguraw il-ġestjoni tajba tal-iskart sabiex jiġi evitat u jitnaqqas iż-żibel fil-baħar minn sorsi kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar. F'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ilma39, l-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jindirizzaw iż-żibel fil-baħar biex jiżguraw li l-proprjetajiet u l-kwantitajiet tiegħu ma jagħmlux ħsara lill-ilmijiet tal-baħar, anke bħala kontribut għall-Għan nru 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

__________________

__________________

37 Il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS), il-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis tal-Baħar mir-Rimi ta' Skart u Materja Oħra tal-1972 (Konvenzjoni ta' Londra) u l-Protokoll tagħha tal-1996 (il-Protokoll ta' Londra), l-Anness V tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL), il-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-Kontroll ta' Movimenti Transkonfinali ta' Skart Perikoluż u r-Rimi Tiegħu.

38 Id-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (ĠU L 332, 28.12.2000, p. 81).

39 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1) u d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

39 Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1) u d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta' l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità u, potenzjalment, għas-saħħa tal-bniedem u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir.

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jintremew b'mod korrett minħabba nuqqas ta' sistemi funzjonali ta' użu mill-ġdid jew riċiklaġġ, u b'hekk jikkawżaw it-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja, billi jikkontribwixxu għaż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għas-saħħa tal-annimali u, konsegwentement, għall-ekosistemi tal-baħar fuq skala globali u għall-bijodiversità residenti tagħhom meta jkollhom effett potenzjalment tossiku fuq l-organiżmi, u jistgħu jkunu substrat għall-patoġeni u b'hekk jinxtered il-mard. Għandhom ukoll il-potenzjal li jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem, kif ukoll li jagħmlu l-ħsara lil attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir, minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-użu tal-plastiks fil-kontenituri tal-ikel.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  L-UE jenħtieġ li tadotta approċċ komprensiv għall-problema tal-mikroplastiks u jenħtieġ li tinkoraġġixxi lill-produtturi kollha jillimitaw il-mikroplastiks primarji mill-formulazzjonijiet tagħhom, u jillimitaw strettament li prodotti sekondarji li jiffurmaw il-mikroplastiks jidħlu fil-ħamrija u fl-ilma ħelu u, għaldaqstant, fl-ekosistemi akkwatiċi tal-baħar.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-kategoriji tal-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss elenkati fl-anness, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet/fl-ilmijiet kostali, fl-irkaptu tas-sajd li jikkawża ħsara sinifikanti bħala tniġġis tal-baħar, kif ukoll tal-prodotti tal-plastik agrikoli li jintużaw l-aktar fl-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Hemm eteroġeneità konsiderevoli fis-sorsi ta' tniġġis mill-plastik bejn ir-reġjuni. F'ċerti reġjuni, prodotti tal-plastik oħra jikkontribwixxu bil-kbir għaż-żibel fil-baħar, kif muri permezz tal-monitoraġġ imwettaq skont id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina u mis-soċjetà ċivili. F'żoni bħal dawn, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jadottaw miżuri speċifiċi biex jindirizzaw sorsi oħra ta' tniġġis tal-plastik prevalenti fuq livell nazzjonali jew lokali. Pereżempju, il-plastiks użati fl-agrikoltura, fis-sajd u f'attivitajiet ekonomiċi esterni oħra huma marbuta wkoll mal-kwistjonijiet tat-tniġġis terrestri, mar-rati baxxi ta' riċiklaġġ u ma' rimi mhux adegwat. B'mod partikolari, jista' jkun hemm fatturi lokali – ekonomiċi jew li jirrigwardaw l-infrastruttura eżistenti – li jipprevjenu l-ġbir u r-riċiklaġġ ta' tali plastiks. Tali plastiks, b'mod partikolari dawk agrikoli, jenħtieġ li jiġu aċċettati mill-faċilitajiet tar-riċiklaġġ jew tar-rimi mingħajr ostakli inutli, u jenħtieġ li jiġu ddisinjati aħjar biex ikunu jistgħu jiġu riċiklati jew mormija aktar faċilment. L-Istati Membri jenħtieġ li jiskambjaw l-aħjar prattiki biex itejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi ta' riċiklaġġ tal-plastik u jnaqqsu l-iskart mill-bidu nett, li attwalment jikkontribwixxu għal spejjeż addizzjonali għall-bdiewa.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b)   Barra minn hekk, it-tniġġis terrestri u l-kontaminazzjoni tal-ħamrija b'oġġetti akbar tal-plastik u l-frammenti jew il-mikroplastiks li jirriżultaw minnhom jistgħu jkunu sinifikanti fuq skali lokali jew reġjonali. Fuq skali lokali dan jista' jkun konsiderevoli minħabba l-użu intensiv tal-plastiks fl-agrikoltura. Biex jitnaqqsu l-effetti tal-iskart tal-plastik fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, it-tniġġis mill-plastik mill-art agrikola jenħtieġ li jiġi investigat bir-reqqa.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7c)  Filwaqt li l-prodotti tal-plastik agrikoli jikkostitwixxu perċentwal baxx tal-ammont globali tal-plastik użat u l-iskart tal-plastik iġġenerat, l-użu tagħhom huwa kkonċentrat ġeografikament. Barra minn hekk, il-kategoriji tal-prodotti tal-plastik agrikoli għandhom kompożizzjoni omoġenea ħafna, u dan iwassal biex il-fluss tal-iskart isir siewi ħafna għar-riċiklatur. Attwalment, parti kbira mill-plastik agrikolu jintradam fil-ħamrija, jinħaraq jew jintrema fl-għelieqi, jew jispiċċa fil-landfills. Dan jirrappreżenta riskju imminenti ta' kontaminazzjoni irreversibbli tal-ħamrija, degradazzjoni tal-karatteristiċi tal-kwalità tal-ħamrija u, potenzjalment, għas-sikurezza tal-ikel. Matul il-ħruq, jiġu rilaxxati sustanzi li jagħmlu l-ħsara, inklużi sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali u karċinoġeni. Għalhekk, din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri l-aktar prodotti tal-plastik agrikoli li jintużaw darba biss fl-Istati Membri rispettivi.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li nżidulhom l-addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi, li mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li nżidulhom l-addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi, li mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, kisi minn ġewwa jew saffi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

_________________

_________________

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Il-kisi, il-kisi minn ġewwa u s-saffi polimeriċi għandhom funzjonalità ta' iġjene u ta' sikurezza tal-ikel f'oġġetti b'diversi materjali u b'diversi saffi u ma jistgħux jaġixxu waħedhom bħala l-komponenti strutturali ewlenin ta' materjali jew oġġetti lesti u ma jistgħux jintużaw fin-nuqqas ta' materjali oħra bħala l-komponent strutturali ewlieni. L-interpretazzjoni tad-definizzjoni ta' "plastiks" f'din id-Direttiva għandha tkun allinjata mad-definizzjoni fir-Regolament 10/2011/KE.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  Jinnota li, sabiex issir tranżizzjoni minn ekonomija bbażata fuq il-fossili u minn perspettiva tal-klima, il-prodotti tal-plastik b'bażi bijoloġika huma alternattiva aktar sostenibbli mill-plastiks ibbażati fuq il-fossili. Dan huwa konformi wkoll mal-objettivi tal-Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija dwar il-Bijoekonomija u l-Istrateġija għall-Plastiks. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu mħeġġa inċentivi bil-għan li jissostitwixxu l-materjali bbażati fuq il-fossili b'materjali b'bażi bijoloġika. Fil-proposti politiċi futuri, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis li tinkludi inċentivi għas-sostituzzjoni u, pereżempju, f'reviżjoni tad-direttiva dwar l-akkwist pubbliku (id-Direttiva 2014/24/UE), tinkludi kriterji għall-plastiks abbażi tal-kompożizzjoni u tal-livell ta' riċiklabbiltà u ta' periklu tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Kif inhu bħalissa, ir-regolament għadu vag dwar is-sitwazzjoni tal-plastiks b'bażi bijoloġika. Il-benefiċċju tal-materjal b'bażi bijoloġika għall-produzzjoni tal-plastiks għandu jiġi rikonoxxut u mħeġġeġ, speċjalment l-effetti pożittivi li għandu bħala alternattiva aktar sostenibbli għall-plastiks ibbażati fuq il-polimeri u l-kontribut tiegħu għal inqas dipendenza mill-materja prima fossili.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jiġi definit b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġi definit it-terminu prodott tal-plastik li jintuża darba biss. Jenħtieġ li d-definizzjoni teskludi prodotti tal-plastik li huma maħsuba, iddisinjati u mqegħdin fis-suq biex iwettqu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jerġgħu jimtlew jew jintużaw mill-ġdid għall-istess skop li għalih huma maħsuba.

(9)  Sabiex jiġi definit b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li t-terminu "prodott tal-plastik li jintuża darba biss" jiġi definit bħala prodott li huwa maħsub u jitqiegħed fis-suq biex jintuża darba biss fuq perjodu qasir ta' żmien. Jenħtieġ li d-definizzjoni teskludi prodotti tal-plastik li huma maħsuba, iddisinjati u mqegħdin fis-suq biex iwettqu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jerġgħu jimtlew jew jintużaw mill-ġdid għall-istess skop li għalih huma maħsuba.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Biż-żamma tal-valur tal-prodotti u l-materjali għall-itwal żmien possibbli u bil-ġenerazzjoni ta' anqas skart, l-ekonomija tal-UE tista' ssir aktar kompetittiva u aktar reżiljenti, filwaqt li titnaqqas il-pressjoni fuq ir-riżorsi prezzjużi u fuq l-ambjent.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti u ta' alternattivi aktar sostenibbli, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

(10)  Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss iridu jiġu indirizzati minn miżura waħda jew minn bosta miżuri, u dan jiddependi fuq diversi fatturi, pereżempju d-disponibbiltà ta' riżorsi adatti u ta' alternattivi aktar sostenibbli, il-fattibbiltà li jibdlu x-xejriet tal-konsum, u safejn huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, filwaqt li jitqies, inter alia, l-impatt ambjentali u ekonomiku tal-għażla ta' materjali alternattivi, b'mod partikolari fil-biedja.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tenfasizza l-impatt possibbli tal-użu tal-prodotti agrikoli u bijodegradabbli bħala materja prima alternattiva.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali.

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. Dan jenħtieġ li, fost tipi speċifiċi oħra ta' plastik, ikopri l-plastik kollu ossodegradabbli li mhuwiex bijodegradabbli b'mod sikur u għalhekk ma jipprovdix benefiċċju ambjentali. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u kompostabbli, u s-sostituzzjoni ta' materjali.

Ġustifikazzjoni

Mill-perspettiva tas-settur agrikolu, il-films tal-mulch, pereżempju, jistgħu jkunu ossodegradabbli u jikkontaminaw il-ħamrija, iżda nagħmlu ta' bir-ruħna li qed jiddekomponu b'mod sikur.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Id-Direttiva 94/62/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/720/KE, tipprevedi fl-Artikolu 20a(3) li, sa Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid il-leġiżlazzjoni dwar miżuri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet magħmula minn plastik ħafif ħafna abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja. Il-Kummissjoni għadha ma wettqitx dan ir-rieżami. Peress li l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel, iridu jiġu introdotti miżuri li jillimitaw it-tqegħid fis-suq tagħhom [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 20a(3) tad-Direttiva (UE) 2015/720 tirrikjedi li l-Kummissjoni tippreżenta rapport, sas-27 ta' Mejju 2017, dwar l-impatt tad-diversi possibilitajiet biex jitnaqqsu l-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva. Madankollu, il-Kummissjoni ma rrispettatx din l-iskadenza. Minħabba f'hekk, u sabiex ma jinħeliex aktar żmien siewi, id-direttiva li jmiss għandha tindirizza wkoll il-kwistjoni tal-basktijiet tal-plastik ħfief ħafna u tipprojbihom mis-suq.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  Is-sostituzzjoni jew ir-restrizzjoni tal-prodotti tal-plastik koperti b'din id-Direttiva trid issir f'perjodu tranżizzjonali xieraq u b'tali mod li ma jipperikolax is-sostenibbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodott il-ġdid identifikat bħala alternattiva, b'mod partikolari jekk ikun possibbli li jkollu konsegwenzi negattivi għall-identifikazzjoni u l-kultivazzjoni tal-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tenfasizza l-impatt possibbli tal-użu tal-prodotti agrikoli u bijodegradabbli bħala materja prima alternattiva.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  Il-Kummissjoni se tiżviluppa, sal-31 ta' Diċembru 2019, katalgu li jiddetermina l-kriterji speċifiċi li jgħinu biex jiġi ddeterminat jekk l-alternattivi msemmija jissodisfawx ir-rekwiżiti li attwalment qed jiġu ssodisfati minn applikazzjonijiet tal-plastik li jintużaw darba biss, li jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni attwali dwar l-iskart u li tabilħaqq tiġi ggarantita żieda fis-sostenibbiltà.

Ġustifikazzjoni

L-alternattivi msemmija jeħtieġ li jiġu skrutinizzati biex ikun żgurat li tabilħaqq jistgħu jissodisfaw il-kriterji kollha meħtieġa llum mill-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss – speċjalment dawk li jiġu f'kuntatt mal-ikel jew max-xorb – u jekk xorta jkunux aktar sostenibbli. Tali alternattivi għandhom jiġu evalwati mhux biss b'referenza għal kriterji speċifiċi iżda anke b'kunsiderazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti bħal dik dwar l-approvazzjoni għall-kuntatt mal-ikel, ir-REACH u r-riċiklabbiltà (Direttiva Qafas dwar l-Iskart / Direttiva dwar l-Imballaġġ u l-Iskart mill-Imballaġġ).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar.

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Fl-istess ħin, il-kontenut tat-tikketti jenħtieġ li jżid is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar il-perikli tal-iskart tal-plastik għall-ambjent. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Peress li ż-żoni ultraperiferiċi huma affettwati aktar mill-iskart fil-baħar, speċjalment mill-plastiks, u minħabba n-nuqqas ta' possibilitajiet ta' riċiklaġġ, billi jħabbtu wiċċhom ma' ammonti enormi ta' plastiks li jiddaħħlu mill-baħar kif ukoll mill-konsum tagħhom stess, jenħtieġ li jinħoloq fond Ewropew biex jgħinhom inaddfu ż-żona marittima tagħhom kif ukoll għall-prevenzjoni tal-użu tal-plastiks.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw konformità mtejba mal-obbligu tal-ġbir tal-iskart b'mod separat, inkluż l-iskart tal-plastik agrikolu. Jenħtieġ li jqisu wkoll l-introduzzjoni tal-kondizzjonalità relatata mat-trattament tal-iskart tal-plastik fl-Anness III tar-Regolament [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK].

Ġustifikazzjoni

Jeżisti rekwiżit simili fir-Regolamenti dwar il-Ġestjoni tal-Iskart (2006 fl-Ingilterra u Wales, 2005 fl-Iskozja). Dawn estendew il-kontrolli tal-ġestjoni tal-iskart għall-agrikoltura. Waħda mill-bidliet il-kbar kienet li dawn temmew il-prattika tal-ħruq jew tal-irdim tal-plastik tal-azjendi agrikoli, inklużi l-ispag tal-balal, il-film tas-silaġġ, il-bottijiet tal-isprej, il-fertilizzanti u l-basktijiet taż-żrieragħ. Il-bdiewa huma meħtieġa wkoll jużaw negozju ta' ġestjoni tal-iskart awtorizzat u ta' reputazzjoni tajba biex jorganizzaw il-ġbir u r-riċiklaġġ tal-plastik, u skart ieħor.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17c)  Fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li tiġi indirizzata l-problema tal-iskart tal-plastik agrikolu u l-Kummissjoni Ewropea, kif ikun xieraq, jenħtieġ li, sal-2023, tintroduċi standard għal kundizzjoni tal-art agrikola u ambjentali tajba dwar l-iskart tal-plastik bħala element ġdid ta' kondizzjonalità mtejba fuq terminu medju. Skont ir-rekwiżit ġdid ta' kondizzjonalità, il-bdiewa jkunu obbligati jużaw impriża awtorizzata ta' ġestjoni tal-iskart għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-plastik, u jżommu evidenza li l-iskart tal-plastik ikun ġie ġestit b'mod kif suppost.

Ġustifikazzjoni

Jeżisti rekwiżit simili fir-Regolamenti dwar il-Ġestjoni tal-Iskart (2006 fl-Ingilterra u Wales, 2005 fl-Iskozja). Dawn estendew il-kontrolli tal-ġestjoni tal-iskart għall-agrikoltura. Waħda mill-bidliet il-kbar kienet li dawn temmew il-prattika tal-ħruq jew tal-irdim tal-plastik tal-azjendi agrikoli, inklużi l-ispag tal-balal, il-films tas-silaġġ, il-bottijiet tal-isprej, il-fertilizzanti u l-basktijiet taż-żrieragħ. Il-bdiewa huma meħtieġa wkoll jużaw negozju ta' ġestjoni tal-iskart awtorizzat u ta' reputazzjoni tajba biex jorganizzaw il-ġbir u r-riċiklaġġ tal-plastik, u skart ieħor.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat u minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u għalhekk, trid tiġi stabbilita mira minima tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jilħqu dik il-mira minima billi jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-qafas tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew billi jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu xieraq. Dan se jkollu impatt pożittiv u dirett fuq ir-rata tal-ġbir, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat.

(20)  Fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss huma wieħed minn fost l-oġġetti taż-żibel fil-baħar l-aktar misjuba fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni. Dan huwa minħabba sistemi mhux effettivi tal-ġbir separat, minħabba l-parteċipazzjoni baxxa mill-konsumaturi f'dawk is-sistemi, iżda anke minħabba l-kwalitajiet fiżiċi u kimiċi tal-plastik li jagħmluh reżistenti għad-degradazzjoni u għalhekk jibqa' fl-ambjent għal għexieren ta' snin jew sekli wara li l-prodotti tal-plastik ikunu ntużaw skont il-funzjoni tagħhom. Jeħtieġ li jiġu promossi sistemi aktar effiċjenti tal-ġbir separat u għalhekk, trid tiġi stabbilita mira minima tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jilħqu dik il-mira minima billi jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-fliexken tax-xorb li huma prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-qafas tal-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, jew billi jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu jew kwalunkwe miżura oħra li huma jqisu xieraq. Dan se jkollu impatt pożittiv u dirett fuq ir-rata tal-ġbir, fuq il-kwalità tal-materjal miġbur u fuq il-kwalità tar-riċiklati, li joffri opportunitajiet għan-negozju tar-riċiklaġġ u għas-suq tar-riċiklat.

Ġustifikazzjoni

L-oġġetti mhux tal-plastik esklużi mis-sistemi tal-ġbir huma inqas persistenti u għandhom ċans akbar li jiddegradaw, u għalhekk inqas probabbli li jakkumulaw bħala żibel fuq ix-xtajtiet jew fil-baħar.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  F'dan il-kuntest, huwa essenzjali li jkun hemm kooperazzjoni u li s-sistemi ta' riċiklaġġ tal-iskart jiġu armonizzati aktar bejn l-Istati Membri sabiex jiġi evitat li l-kummerċ transfruntier jagħmel ħsara lill-ambjent.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a)  Madankollu, huwa essenzjali li jiġi enfasizzat li l-bijodegradazzjoni ma tistax tkun għażla volontarja għat-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja. Minkejja dan, ir-realtà turi li xi prodotti tal-plastik inevitabbilment jispiċċaw fl-ambjent u li għal xi applikazzjonijiet ikun aħjar li jkun hemm prodotti li jibbijodegradaw f'perjodu qasir ta' żmien bl-azzjoni ta' mikroorganiżmi, pjuttost milli prodotti li jibqgħu fl-ambjent għal-sekli sħaħ mingħajr ma jiddiżintegraw. Dan ma jipprekludix l-isforzi kollha meħtieġa rigward is-sistemi ta' użu mill-ġdid u riċiklaġġ. 

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proprozjonati u dissważivi.

(23)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jiżguraw li dawn jinġiebu għall-attenzjoni tal-produtturi u jiġu implimentati b'mod effikaċi. Il-penali jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Ikun tajjeb ukoll li, mal-informazzjoni li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent hija meħtieġa tipprovdi, il-Kummissjoni tinkludi wkoll ir-riżultati tal-istudju tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ta' standard ta' bijodegradabbiltà fil-baħar li jkun xjentifikament aċċettat fil-livell Ewropew, li s-suġġett tiegħu jkun kemm il-prodotti fl-anness tad-Direttiva kif ukoll l-alternattivi proposti, kif imsemmi fl-Artikolu 15 hawn taħt.

Ġustifikazzjoni

Sal-lum, ma jeżistu ebda standards għal-livell ta' bijodegradabbiltà fil-baħar tal-prodotti koperti bid-Direttiva u tal-alternattivi li qed jiġu diskussi iżda li mhumiex msemmija espliċitament fid-dispożizzjoni. Jeħtieġ li bħala punt ta' tluq jittieħdu l-istandards miftiehma għal-livell ta' bijodegradabbiltà tal-prodotti u li jkun possibbli li jitqiesu l-alternattivi miftiehma, u jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tkun tista' tuża din id-data għas-sommarji tagħha.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex timpedixxi u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, biex tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-trawwim ta' mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(25)  Billi l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri biex timpedixxi u tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, biex tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, inkluż it-trawwim ta' mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa konformi mal-Artikolu 1 li diġà jirrikonoxxi li l-impatti fuq is-saħħa huma ta' tħassib.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

1. L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt u l-preżenza tal-plastiks, inklużi l-mikroplastiks, fl-ambjent u fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ekosistemi akkwatiċi u terrestri, u fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll li tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u mhux tossika b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi u mhux tossiċi, filwaqt li tinkoraġġixxi l-prattiki tajba għat-tnaqqis tal-iskart tal-plastik u tikkontribwixxi għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness u għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik.

Din id-Direttiva għandha tapplika b'mod partikolari għall-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fl-Anness u għall-irkaptu tas-sajd li fih proporzjon sinifikanti ta' plastik.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "plastik" tfisser materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jista' jiffunzjona bħala komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament;

(1)  "plastik" tfisser materjal magħmul minn polimeru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jaf ikollu addittivi jew sustanzi oħra miżjuda, u li jiffunzjona bħala l-komponent strutturali prinċipali tal-prodotti finali, bl-eċċezzjoni tal-polimeri naturali li ma ġewx modifikati kimikament u kisi, żebgħa, linka u adeżivi polimeriċi li mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali tal-oġġetti u l-prodotti finali;

Ġustifikazzjoni

Għall-fini ta' din id-Direttiva u sabiex jiġu żgurati interpretazzjoni komuni mill-Istati Membri u l-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku tal-UE, l-ambitu ta' "plastik" f'din id-Direttiva għandu jiġi definit b'mod ċar sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet differenti.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  "kisi" tfisser saff wieħed jew aktar li ma jsostnux lilhom infushom, immanifatturati bl-użu tal-plastik, kif iddefinit fl-Artikolu 3.1 ta' din id-Direttiva, applikati fuq materjal jew oġġett sabiex jagħtuh karatteristiċi speċjali jew sabiex tittejjeb il-prestazzjoni teknika tiegħu;

Ġustifikazzjoni

Għall-fini ta' din id-Direttiva u biex jiġu żgurati interpretazzjoni komuni mill-Istati Membri u l-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku tal-UE, id-definizzjoni ta' kisi f'din id-Direttiva għandha tiġi ddefinita b'mod ċar abbażi tad-definizzjoni diġà fis-seħħ fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/213 li jemenda r-Regolament dwar il-Plastik 10/2011.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "prodott tal-plastik li jintuża darba biss" tfisser prodott li huwa magħmul kompletament jew parzjalment mill-plastik u li mhuwiex maħsub, iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex iwettaq, għat-tul tal-ħajja tiegħu, vjaġġi jew rotazzjonijiet multipli billi jiġi rritornat għand il-produttur biex jerġa' jimtela jew biex jerġa' jintuża għall-istess skop li għalih kien maħsub;

(2)  "li jintuża darba biss" tfisser maħsub, iddisinjat jew imqiegħed fis-suq biex jintuża darba biss, għal perjodu ta' żmien qasir u, abbażi ta' metodoloġija armonizzata, li ġie identifikat bħala li jammonta għal proporzjon sinifikanti ta' żibel fil-baħar li jinsab fl-UE;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu ddefiniti b'mod ċar it-terminu "li jintuża darba biss" sabiex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni fl-implimentazzjoni tad-Direttiva. Huwa importanti wkoll li d-definizzjoni ta' "li jintuża darba biss" tkun marbuta maż-żibel fil-baħar sabiex l-oġġetti maqbuda jkunu dawk bl-akbar kontribut għat-tixrid taż-żibel. Metodoloġija armonizzata għall-identifikazzjoni ta' oġġetti li jinstabu fl-ambjent hija għalhekk essenzjali wkoll biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-UE kollha.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  "prodott tal-plastik" tfisser prodott li huwa magħmul prinċipalment mill-plastik;

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  "prodott tal-plastik agrikolu" tfisser kwalunkwe biċċa materjal tal-plastik jew tagħmir użat jew imballaġġ tal-plastik ta' prodott użat bl-intenzjoni li tittejjeb il-produttività ta' erja agrikola1a;

_________________

1a erja agrikola kif iddefinita fir-Regolament (UE) 1307/2013 (jew ir-Regolament [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK])

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [sitt snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiksbu: tnaqqis effikaċi fil-provvista u fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti A tal-Anness fit-territorju tagħhom sa … [tliet snin wara d-data finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva].

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, kien hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, strumenti ekonomiċi pereżempju li jiġi żgurat li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Dawk il-miżuri għandhom jinkludu miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-konsum, miżuri li jiżguraw li fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali, ikun hemm id-disponibbiltà ta' alternattivi riutilizzabbli għal dawk il-prodotti, bħal dawk tal-ħġieġ jew tal-injam li jistgħu jiġu rritornati jew użati mill-ġdid, strumenti ekonomiċi bħall-iżgurar li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss ma jingħatawx mingħajr ħlas fil-punt tal-bejgħ lill-konsumatur finali jew restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, u miżuri biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jirriċiklaw l-imballaġġ tal-plastik. Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu, u jekk il-ġbir u r-riċiklaġġ tagħhom jistgħux jiġu ggarantiti.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmijin fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

2. Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tat-tnaqqis sinifikanti fil-provvista u fil-konsum tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss imsemmijin fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2) sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti B tal-Anness.

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li huma elenkati fil-Parti B tal-Anness b'attenzjoni partikolari għall-catering tal-massa f'istituzzjonijiet pubbliċi, filwaqt li jippromwovu alternattivi sostenibbli disponibbli u jgħinu fl-iżvilupp ta' alternattivi oħra permezz tar-riċerka.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti C tal-Anness li jkollhom tappijiet u għotjien b'parti sinifikanti magħmula mill-plastik jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tappijiet u l-għotjien jibqgħu imwaħħla mal-kontenitur matul l-istadju tal-użu intenzjonat tal-prodott.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti C tal-Anness li jkollhom tappijiet u għotjien b'parti sinifikanti magħmula mill-plastik jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk it-tappijiet u l-għotjien jibqgħu mwaħħla mal-kontenitur matul l-istadju tal-użu intenzjonat tal-prodott, sakemm ma jkunx iġġustifikat kif xieraq li dan ikollu impatt negattiv fuq is-sikurezza tal-ikel u l-iġjene tal-prodott tal-ikel fil-kontenitur.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu it-tappijiet jew l-għotjien tal-metall b'siġilli tal-plastik ma għandhomx jitqiesu li għandhom parti sinifikanti magħmula mill-plastik.

imħassar

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1.   B'kunsiderazzjoni tal-użu u n-natura tagħhom, il-prodotti elenkati fil-Parti D tal-Anness għandhom jiġu mmarkati b'mod li jiġi skoraġġit ir-rimi mhux korrett tagħhom fil-katusi tal-ilma tal-maltemp.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull prodott tal-plastik li jintuża darba biss li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull prodott tal-plastik li jintuża darba biss li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'dan li ġej:

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti, jew

(b) l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti li jintużaw darba biss, u

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-preżenza tal-plastiks fil-prodott.

(c) il-fatt li prodott ikun fih il-plastik.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għall-prodotti tal-plastik kollha li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi jew il-miżuri tar-responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għall-prodotti tal-plastik kollha li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness imqiegħda fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Dawn l-iskemi għandhom jiġu stabbiliti b'mod trasparenti u l-ispejjeż għandhom jiġġarrbu b'mod konġunt mill-partijiet ikkonċernati, bi produtturi li jikkontribwixxu għal miżuri bil-għan li tiżdied is-sensibilizzazzjoni, tiġi appoġġata r-riċerka dwar alternattivi u jiġi estiżi it-tul tal-ħajja tal-prodotti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri, dwar l-ispejjeż tat-tindif relatati mal-iskart kopert f'dan l-artikolu, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

2.  2. Fir-rigward tal-iskemi stabbiliti skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-produtturi ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti E tal-Anness għandhom ikopru l-ispejjeż totali assoċjati mal-ġbir tal-iskart li jikkonsisti minn dawk il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u t-trasport u t-trattament sussegwenti tiegħu, inklużi l-ispejjeż biex jitnaddaf l-iskart u l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 fir-rigward ta' dawk il-prodotti.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b'mod separat, ammont ta' skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f'sena partikolari skont il-piż. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri jistgħu inter alia:

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex, sal-2025, jiġbru b'mod separat, ammont ta' skart tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti F tal-Anness li jammonta għal 90 % tat-tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, imqiegħda fis-suq f'sena partikolari skont il-piż. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri għandhom inter alia:

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu, jew

(a)  jistabbilixxu skemi tar-rimborż tad-depożitu, u

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-iskemi rilevanti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

(b) jistabbilixxu miri tal-ġbir separat għall-iskemi rilevanti ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Dan għandu jinkludi punti ta' ġbir separat għall-klassijiet u l-materjali l-aktar użati u skart tal-plastik ġeografikament u/jew staġjonalment ikkonċentrati, b'mod partikolari l-plastiks agrikoli. Il-kalkolu tal-miri għandu jkun proporzjonali għal kemm idumu jintużaw.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss inklużi f'din id-Direttiva u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-impatt tat-tixrid taż-żibel u ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti u ta' dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b'mod partikolari fuq l-ambjent marin.

(b)  l-impatt tal-plastiks fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u b'mod partikolari fuq l-ambjent tal-baħar u l-ħamrija – inklużi l-mikroplastiks – permezz tat-tixrid taż-żibel u ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart ta' dawk il-prodotti u ta' dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik, u b'mod partikolari fuq l-ambjent tal-baħar.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  Għandha tingħata prijorità lil miżuri ta' sensibilizzazzjoni bil-għan li jitnaqqas l-użu tal-plastik u tal-prodotti li fihom il-mikroplastiks.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  L-Istati Membri għandhom jadottaw ukoll miżuri biex jiġi evitat it-tħeġġiġ ta' ċikli tal-ħajja qosra jew ir-rimi qabel iż-żmien tal-prodotti, filwaqt li jipprovdu inċentivi għall-iżvilupp ta' plastiks aktar riċiklabbli, li l-proċessi ta' riċiklaġġ isiru aktar effiċjenti u li s-sustanzi u l-kontaminanti ta' riskju jiġu traċċati u mneħħija mill-plastiks riċiklati.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bc)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jassistu lill-awtoritajiet, l-impriżi u l-assoċjazzjonijiet lokali fit-twettiq ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni għall-konsumaturi dwar iż-żieda fit-tul tal-ħajja tal-prodotti u fl-għoti ta' pariri dwar ir-rimi responsabbli, b'konformità mar-riżoluzzjoni tal-PE tal-4 ta' Lulju 2017 dwar ħajja itwal għall-prodotti.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta' reviżjoni f'qorti tal-ġustizzja jew f'korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, azzjonijiet jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 5, 6, 7 u 8 meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta' reviżjoni f'qorti tal-ġustizzja jew f'korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjonijiet, azzjonijiet jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8 u 9 meta tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A tal-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jintwera t-tnaqqis fil-konsum skont l-Artikolu 4(1);

(a) id-data dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti A u B tal-Anness li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni kull sena, sabiex jintwera t-tnaqqis fil-konsum skont l-Artikolu 4(1);

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 4(1).

(b) l-informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikoli 4(1) u 5.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi aġġornata kull sena fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza li għaliha tinġabar. Fejn possibbli, is-servizzi ta' data ġeografika kif iddefiniti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jintużaw biex jippreżentaw dawk is-settijiet ta' dejta.

Id-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandha tiġi aġġornata kull sena fi żmien 12-il xahar minn tmiem is-sena ta' referenza li għaliha tinġabar. Fejn possibbli, is-servizzi ta' data ġeografika kif iddefiniti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE għandhom jintużaw biex jippreżentaw dawk is-settijiet ta' data.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'mod regolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data miġbura mill-Istati Membri. Il-ħarsa ġenerali fl-Unjoni kollha għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-outputs, ir-riżultati u l-impatti ta' din id-Direttiva, mapep ta' analiżi għall-Unjoni kollha u rapporti tal-Istati Membri li jipprovdu ħarsa ġenerali

3.  B'mod regolari, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data miġbura mill-Istati Membri. Il-ħarsa ġenerali fl-Unjoni kollha għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-outputs għal kull Stat Membru, ir-riżultati u l-impatti ta' din id-Direttiva, mapep ta' analiżi għall-Unjoni kollha u rapporti tal-Istati Membri li jipprovdu ħarsa ġenerali.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [sitt snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

1.  Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva sa … [tliet snin wara d-data finali għat-trasposizzjoni ta' din id-Direttiva]. Din l-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli skont l-Artikolu 13. Għall-finijiet tal-evalwazzjoni u tat-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa lill-Kummissjoni.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, fejn xieraq.

(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard Ewropej għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent tal-baħar applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq jew tal-konsum, fejn xieraq.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajr, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur fuq il-post jew bħala take-away mingħajr aktar preparazzjoni, bħalma huma kontenituri użati għal ikel fast food, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u boroż li fihom l-ikel

–  Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajr, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur fuq il-post jew bħala take-away mingħajr aktar preparazzjoni, bħalma huma kontenituri użati għal ikel fast food, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u boroż li fihom prodotti tal-ikel friski għall-użu domestiku, inkluż il-laħam, meta ma tkunx teżisti alternattiva sikura

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Tazez għax-xorb

–  Tazez għax-xorb inklużi l-għotjien

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Kaxxi tal-plastik li jintużaw darba biss għall-imballaġġ u t-trasport ta' prodotti agrikoli u tas-sajd

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Anness I – parti A – inċiż 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Fliexken tax-xorb

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks)

–  Pożati (frieket, skieken, imgħaref, chopsticks), ħlief f'sistemi magħluqa fejn il-ġbir, l-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ ikunu żgurati bis-sħiħ

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Platti

–  Platti, ħlief f'sistemi magħluqa fejn il-ġbir, l-użu mill-ġdid u/jew ir-riċiklaġġ ikunu żgurati bis-sħiħ

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Straws, ħlief straws maħsubin u użati għal skopijiet mediċi

–  Straws, ħlief straws maħsubin u użati għal skopijiet mediċi u straws imdaħħla fil-kontenituri tax-xorb u mqabbda magħhom

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Polistiren fl-applikazzjonijiet kollha, ħlief meta jkun jista' jintwera li, għal applikazzjoni speċifika, il-materjal jagħti l-akbar benefiċċju ambjentali u soċjetali f'dik l-applikazzjoni, u jinqabad għat-trattament tal-iskart

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Plastiks ossodegradabbli fl-applikazzjonijiet kollha

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Imballaġġ tal-ikel jew materjal li jiġi f'kuntatt mal-ikel li jkun fihom il-plastik li jikkontribwixxu għat-tagħbija ta' mikroplastiks fil-ħamrija wara l-ikkompostjar jew il-fermentazzjoni li tipproduċi l-bijogass, bħall-boroż tat-te tal-plastik jew impregnati bil-plastik

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Basktijiet tal-plastik ħfief ħafna u ħfief iddefiniti skont id-Direttiva 2015/720, ħlief għal raġunijiet ta' iġjene għall-prodotti tal-laħam, tal-ħut u tal-ħalib friski

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Imballaġġ primarju ta' ħelu u kejkijiet ippakkjati individwalment

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Stikek tal-ħelu u tal-lolipops

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Anness I – parti B – inċiż 6g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Imballaġġ primarju ta' frott u ħaxix li mhuwiex meħtieġ għall-konservazzjoni tal-prodott

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Anness I – parti C – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

–  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tikketti, it-tappijiet u l-għotjien tagħhom u r-reċipjenti b'għotjien tal-plastik li jintużaw darba biss għall-insalati, il-yoghurt u l-frott

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Wet wipes, jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali, u dawk domestiċi u industrijali

–  Wet wipes, jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali, u dawk domestiċi u industrijali li fihom il-plastik

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Anness I – parti D – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Plastiks agrikoli, meta jiġu identifikati bħala kontributur sinifikanti lokali jew nazzjonali għat-tniġġis tal-plastik fl-ambjent, u meta r-rati tal-ġbir ikunu inqas minn 90 %

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Anness I – parti E – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajr, użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur fuq il-post jew bħala take-away mingħajr aktar preparazzjoni, bħalma huma kontenituri użati għal ikel fast food, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u boroż li fihom l-ikel

– Kontenituri tal-ikel, jiġifieri reċipjenti bħal kaxex, bl-għatu jew mingħajr, iddisinjati u maħsuba biex jimtlew fil-punt tal-bejgħ, jew użati biex jitqiegħed fihom ikel li huwa maħsub għall-konsum immedjat mill-kontenitur fuq il-post jew bħala take-away mingħajr aktar preparazzjoni, bħalma huma kontenituri użati għal ikel fast food, minbarra kontenituri tax-xorb, platti u pakketti u boroż li fihom l-ikel

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Anness I – parti E – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

–  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tikketti, it-tappijiet u l-għotjien tagħhom

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Anness I – parti E – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Tappijiet u għotjien li fihom il-plastik

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Anness I – parti E – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Wet wipes, jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali, u dawk domestiċi u industrijali

–  Wet wipes, jiġifieri wipes imxarrbin minn qabel tal-kura personali, u dawk domestiċi u industrijali li fihom il-plastik

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Anness I – parti E – inċiż 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Plastiks agrikoli, pereżempju films għall-protezzjoni tal-kultivazzjonijiet, films tal-mulch u tas-silaġġ, pajpijiet tal-irrigazzjoni u tad-drenaġġ, il-boroż u l-kontenituri tal-ġbir, meta jiġu identifikat bħala kontributur sinifikanti lokali jew nazzjonali għat-tniġġis tal-plastik fl-ambjent

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Anness I – parti E – inċiż 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Kaxxi tal-plastik li jintużaw darba biss għall-imballaġġ u t-trasport ta' prodotti agrikoli u tas-sajd

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Anness I – parti F – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Plastiks agrikoli, meta jiġu identifikati bħala kontributur sinifikanti lokali jew nazzjonali għat-tniġġis tal-plastik fl-ambjent, inkluż materjal ta' skart bħall-films użati għall-protezzjoni tal-kultivazzjonijiet, tal-mulch u tas-silaġġ, ix-xbieki kontra s-silġ jew l-organiżmi ta' ħsara, il-pajpijiet tal-irrigazzjoni/tad-drenaġġ, il-boroż u l-kontenituri tal-ġbir, l-ispag tal-balal, l-imballaġġ tal-fertilizzanti u tal-prodotti agrokimiċi

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Anness I – parti G – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

—  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tappijiet u l-għotjien tagħhom

—  Kontenituri tax-xorb, jiġifieri reċipjenti użati biex jinżamm fihom il-likwidu bħalma huma l-fliexken tax-xorb inklużi t-tikketti, it-tappijiet u l-għotjien tagħhom

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Anness I – parti G – inċiż 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Plastiks agrikoli, meta jiġu identifikati bħala kontributur sinifikanti lokali jew nazzjonali għat-tniġġis tal-plastik fl-ambjent

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

Referenzi

COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bronis Ropė

10.7.2018

Data tal-adozzjoni

1.10.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Esther Herranz García, Jan Huitema, Martin Häusling, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Michela Giuffrida, Elsi Katainen, Anthea McIntyre, Momchil Nekov, Molly Scott Cato, Vladimir Urutchev, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Anthea McIntyre, James Nicholson

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

NI

Diane Dodds

PPE

Richard Ashworth, Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski, Vladimir Urutchev

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Michela Giuffrida, Karine Gloanec Maurin, Momchil Nekov, Maria Noichl, Tibor Szanyi

Verts/ALE

Bronis Ropė, Molly Scott Cato, Thomas Waitz

3

-

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

3

0

ECR

Jørn Dohrmann

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (25.9.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Renata Briano

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tipprevjeni u tnaqqas l-impatt negattiv ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq dak tal-baħar, f'konformità mal-istrateġija tal-UE dwar il-plastik u fil-kuntest usa' tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari. Ir-rimi tal-plastik fil-baħar huwa problema globali u għalhekk din għandha tiġi indirizzata b'azzjonijiet fuq diversi livelli u permezz ta' koordinazzjoni mtejba tal-isforzi internazzjonali.

L-inizjattiva tirrigwarda 10 oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik. Dawn il-prodotti ntgħażlu abbażi tal-kwantitajiet tal-iskart li nstab fix-xtajtiet, kif ukoll permezz ta' data miġbura bħala parti mid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina. Ġew immonitorjati 276 bajja fl-Ewropa, b'total ta' 679 spezzjoni u 355 671 oġġett osservat. L-għadd żvela li madwar nofs l-iskart kollu li nstab fix-xtajtiet ġej minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss, filwaqt li 27 % ġej minn irkaptu tas-sajd.

Ir-rimi tal-plastik fil-baħar għandu impatt negattiv fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, b'mod partikolari dawk l-aktar sensittivi, u fuq l-ambjenti tagħhom. Bħala riżultat, dan jaffettwa ħażin anki l-attività tas-sajd, bi stima ta' telf nett għall-flotta Ewropea ta' bejn EUR 70 miljun u 350 miljun fis-sena. Barra minn hekk, jikkawża riskju għas-saħħa tal-bniedem, peress li l-plastik, meta jitfarrak, jispiċċa fil-katina tal-ikel u għalhekk anki fuq l-imwejjed tagħna.

Ir-rapporteur għal opinjoni hija tal-fehma, l-ewwel nett, li s-sajjieda għandhom rwol fundamentali fl-indirizzar tal-problema tar-rimi tal-plastik fil-baħar. L-inizjattivi ta' sajd għall-iskart, iffinanzjati parzjalment permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), huma eżempji ta' paradigma ġdid fejn is-sajjied huwa parti mis-soluzzjoni u mhux aktar il-problema. Għaldaqstant, għandhom jiġu promossi azzjonijiet xierqa għar-rikonoxximent u t-tisħiħ tar-rwol tas-sajjieda bħala "gwardjani tal-baħar".

F'dak li jirrigwarda l-irkaptu tas-sajd, il-proposta tintroduċi skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur u miżuri ta' sensibilizzazzjoni. L-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur se jiżguraw ġestjoni aħjar tal-iskart ikkawżat mill-irkaptu tas-sajd, billi jkopru l-ispejjeż tat-trattament ta' dan l-iskart kif ukoll tal-miżuri ta' sensibilizzazzjoni. Ir-rapporteur issostni li dawn l-iskemi għandhom jiġu kkomplementati b'tariffa modulata li tinkoraġġixxi t-tqegħid fis-suq ta' rkaptu tas-sajd iddisinjat biex jibqa' tajjeb għal żmien twil, ikun jista' jerġa' jintuża u jiġi rriċiklat, skont id-dritt tal-UE dwar l-iskart. Fil-fatt, il-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, li bħalissa mhux qed jiġi sfruttat.

L-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd jinkludu l-miżuri previsti fil-proposta dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart (COM (2018)33), u b'hekk inaqqsu l-piż finanzjarju fuq il-portijiet u, għalhekk, fuq l-operaturi tas-settur tas-sajd. Għaldaqstant, huwa essenzjali li tiġi żgurata konsistenza bejn iż-żewġ direttivi. Għal dan il-għan, jeħtieġ l-ewwel nett li tiġi armonizzata t-terminoloġija, peress li din il-proposta tinkludi d-definizzjoni tal-irkaptu tas-sajd skartat, filwaqt li dik dwar il-faċilitajiet fil-portijiet tirreferi għall-irkaptu tas-sajd qadim, iżda ma tiddefinixxix dak it-terminu. Jeħtieġ li jiġi żgurat ukoll li l-portijiet kollha fejn il-bastimenti jistgħu jiġu ospitati jkunu mgħammra b'faċilitajiet xierqa għall-ġbir u t-trattament ta' skart mistad b'mod passiv waqt operazzjonijiet tas-sajd u li, f'konformità mal-prinċipju li "min iniġġes iħallas", l-operaturi tas-settur tas-sajd ma jeħlux spejjeż addizzjonali għal dawn l-operazzjonijiet. B'dan il-mod, is-sajjieda jkollhom inċentiv ieħor biex iġibu lura lejn ix-xatt irkaptu tas-sajd skartat u skart mistad b'mod passiv. Fl-aħħar nett, l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur se jkopru wkoll l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart mill-materjali tal-plastik użati fl-akkwakultura, li huma parzjalment esklużi mill-miżuri proposti għall-faċilitajiet tal-portijiet. Anki f'dan il-każ ir-rapporteur hija tal-fehma li hija meħtieġa konsistenza bejn iż-żewġ proposti.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi wkoll ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd u li jinkludi xi miżuri (kemm preventivi, kif ukoll ta' rimedju) biex jitnaqqas l-impatt tal-irkaptu tas-sajd mitluf fil-baħar. Għaldaqstant, ir-reviżjoni li għaddejja tar-regolament dwar il-kontroll trid tikkunsidra l-għanijiet ta' din l-inizjattiva.

Fl-aħħar nett, f'dak li jirrigwarda l-innovazzjoni u r-riċerka ta' materjali alternattivi, ir-rapporteur tqis li l-Unjoni Ewropea għandha tadotta definizzjoni ċara kemm tal-plastik bijodegradabbli kif ukoll tal-plastik bijoloġiku, kif ukoll standards armonizzati dwar il-bijodegrabbiltà, b'mod partikolari dwar dik tal-baħar, u dwar il-kompostabbiltà sabiex jingħata qafas legali ċar u uniformi.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Sabiex jiġi żgurat li tittieħed l-azzjoni tajba biex jiġi miġġieled l-iskart tal-plastik fil-baħar, jenħtieġ li jiġu indirizzati wkoll il-kwistjoni tal-iskart tal-plastik f'qiegħ il-baħar u fl-ambjent akkwatiku inġenerali, kif ukoll il-kwistjoni tal-mikroplastiks.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  billi l-Istati Membri huma firmatarji tal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) u jenħtieġ li jimmiraw għall-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tagħha;

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3b)  Huwa stmat li 80 % taż-żibel fil-baħar jikkonsisti fi plastik u mikroplastik, u bejn 20 % u 40 % taż-żibel tal-plastik fil-baħar huwa marbut parzjalment ma' attivitajiet tal-bniedem fuq il-baħar, inklużi bastimenti tal-merkanzija u tal-kruċieri, filwaqt li l-kumplament joriġina fuq l-art. Skont studju riċenti tal-FAO, bejn wieħed u ieħor 10 % jiġi minn irkaptu tas-sajd li jintilef u jiġi abbandunat. Irkaptu tas-sajd mitluf u abbandunat huwa komponent wieħed miż-żibel tal-plastik fil-baħar, u, meta jitqies li stima ta' 94 % tal-plastik dieħel fl-oċean jispiċċa f'qiegħ il-baħar, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) jista' jintuża sabiex is-sajjieda jiġu mħeġġa jipparteċipaw fi skemi ta' "sajd għal skart tal-baħar" billi pereżempju jiġu ppreżentati b'inċentivi finanzjarji jew materjali. Ir-rimi fil-baħar ta' kwantitajiet enormi ta' plastik mhux biss għandu impatt ħażin fuq l-istokkijiet tal-ħut sostenibbli, ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, b'mod partikolari dawk sensittivi, u fuq l-ambjenti, iżda jaffettwa wkoll l-attività tas-sajd, fost affarijiet oħra, biż-żieda fl-ispejjeż akbar relatati mat-tindif tax-xbieki u r-rimi taż-żibel miġbur; fil-każ tas-sajd fuq skala żgħira l-impatt huwa akbar u jfisser piż finanzjarju akbar. Minħabba l-fatt li ż-żibel fil-baħar għandu impatt transfruntier, il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel sforzi addizzjonali, b'kooperazzjoni ma' pajjiżi mhux membri, biex tipprevjeni li żibel bħal dan jiġi prodott u biex tħeġġeġ l-immaniġġjar tajjeb tal-iskart;

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Ir-Riżoluzzjoni 11 tal-Assemblea tan-NU għall-Ambjent tal-Programm Ambjentali tan-NU, adottata fis-sessjoni tat-23-27 ta' Mejju 2016, irrikonoxxiet li "l-preżenza ta' żibel tal-plastik kif ukoll mikroplastiks fl-ambjent tal-baħar hija kwistjoni serja ta' tħassib globali li qed tikber rapidament u li teħtieġ rispons globali urġenti b'kont meħud ta' approċċ taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott"; Ir-rabta bejn il-mikroplastiks u prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u rkaptu tas-sajd jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni meta jitqies li dawn il-plastiks jistgħu jifframmentaw ruħhom f'mikroplastiks u jikkawżaw ħsara. Studji wrew li l-preżenza ta' mikroplastiks fl-ambjent tal-baħar tista' tkun sinifikanti b'evidenza li turi li jistgħu jiġu inġeriti minn annimali tal-baħar u jidħlu fil-katina tal-ikel bħala riżultat. Il-miżuri stabbiliti f'din id-Direttiva biex jitnaqqas l-impatt ta' ċerti plastiks għalhekk għandhom benefiċċji importanti għall-ambjent u s-saħħa. L-Unjoni jenħtieġ li tadotta approċċ komprensiv għall-problema tal-mikroplastiks u jenħtieġ li tħeġġeġ lill-produtturi kollha jillimitaw strettament il-mikroplastiks mill-formulazzjonijiet tagħhom, b'attenzjoni partikolari għall-manifatturi tat-tessuti u tat-tajers, billi l-ħwejjeġ u t-tajers sintetiċi jikkontribwixxu għal 63 % tal-mikroplastiks li jispiċċaw direttament fl-ambjent tal-baħar.

_________________

1 Bord EFSA CONTAM (Bord tal-EFSA dwar Kontaminanti fil-Katina tal-Ikel), 2016. Dikjarazzjoni dwar il-preżenza ta' mikroplastiks u nanoplastiks fl-ikel, b'attenzjoni partikolari fuq l-ikel tal-baħar.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jagħtu lok għat-tixrid taż-żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-bijodiversità u, potenzjalment, għas-saħħa tal-bniedem u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir.

(5)  Fl-Unjoni, bejn 80 u 85 % taż-żibel fil-baħar, imkejjel bħala żibel fuq ix-xtajtiet, huwa plastik; 50 % huwa kkostitwit minn oġġetti tal-plastik li jintużaw darba biss filwaqt li oġġetti relatati mas-sajd jirrappreżentaw 27 %. Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinkludu firxa wiesgħa ta' prodotti tal-konsumatur użati komunement u li jimxu ħafna u li jintremew wara li jintużaw darba għall-fini li għalih ġew ipprovduti, rarament jiġu riċiklati, u jispiċċaw bħala żibel. Proporzjon sinifikanti tal-irkaptu tas-sajd li jitqiegħed fis-suq ma jinġabarx għat-trattament. Il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik u l-mikroplastiks għalhekk jikkostitwixxu problema partikolarment serja fil-kuntest taż-żibel fil-baħar u joħolqu riskju serju għall-ekosistemi tal-baħar, għall-istokkijiet tal-ħut sostenibbli, għall-bijodiversità u, potenzjalment, għas-saħħa tal-bniedem u huma ta' ħsara għall-attivitajiet bħat-turiżmu, is-sajd u t-tbaħħir professjonali u rikreattiv, partikolarment fir-reġjuni ultraperiferiċi u kostali.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Is-sajd fantażma jseħħ meta kreaturi tal-baħar jinqabdu jew jitħabblu fix-xbieki tas-sajd, fix-xlief u fin-nases mitlufa jew abbandunati u mhux bijodegradabbli, jew b'konsegwenza tagħhom ikorru, imutu bil-ġuħ jew jinqatlu. Il-fenomenu tas-sajd fantażma jiġi kkawżat mit-telf u l-abbandun tal-irkaptu tas-sajd. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-irkaptu għandu jiġi mmarkat u l-irkaptu mitluf jiġi rrappurtat u rkuprat. Għalhekk, xi sajjieda, filwaqt li jagixxu fuq inizjattiva tagħhom stess, jirritornaw ix-xbieki lura fil-port wara li jirkuprawhom mill-baħar.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri biss il-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni.

(7)  Sabiex l-isforzi jiġu ffukati fejn huma l-aktar meħtieġa, jenħtieġ li din id-Direttiva tkopri l-prodotti tal-plastik l-aktar misjuba b'mod komuni li jintużaw darba biss, li huma stmati li jirrappreżentaw madwar 86 % tal-SUPs misjuba, skont l-għadd, fuq ix-xtajtiet fl-Unjoni, u anki l-irkaptu tas-sajd. It-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari se tkun teħtieġ tnaqqis fl-użu globali tal-plastik li jintuża darba biss.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li nżidulhom l-addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi, li mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

(8)  Prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jistgħu jiġu mmanifatturati minn firxa wiesgħa ta' plastiks. Il-plastiks huma normalment iddefiniti bħala materjali polimeriċi li magħhom jista' jkun li ġew miżjuda addittivi. Madankollu, din id-definizzjoni tkopri ċerti polimeri naturali. Jenħtieġ li l-polimeri naturali mhux modifikati ma jiġux koperti, billi dawn jeżistu b'mod naturali fl-ambjent. Għalhekk, għall-finijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi adattata d-definizzjoni ta' polimeru fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 u li tiġi introdotta definizzjoni separata. Il-plastiks manifatturati b'polimeri naturali modifikati, jew il-plastiks manifatturati minn sustanzi inizjali b'bażi bijoloġika, fossili jew sintetiċi, li mhumiex ta' oriġini naturali u għalhekk jenħtieġ li jiġu indirizzati f'din id-Direttiva. Għalhekk jenħtieġ li d-definizzjoni adattata tal-plastiks tkopri l-oġġetti tal-lasktu b'bażi ta' polimeri u l-plastiks b'bażi bijoloġika u bijodegradabbli irrispettivament minn jekk humiex derivati minn bijomassa u/jew intenzjonati biex jiġu bijodegradati maż-żmien. Ċerti materjali polimeriċi mhumiex kapaċi jiffunzjonaw bħala komponent strutturali prinċipali ta' materjali u prodotti finali, bħal kisi, il-kisi fuq ġewwa jew saffi, żebgħa, linka, u adeżivi polimeriċi. Jenħtieġ li dawk il-materjali ma jiġux indirizzati f'din id-Direttiva u għalhekk ma jiġux koperti mid-definizzjoni.

_________________

_________________

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

43 Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabilità stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44.

(11)  Għal ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, għad mhumiex disponibbli fil-pront alternattivi xierqa u aktar sostenibbli u l-konsum tal-biċċa l-kbira ta' tali prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss mistenni li jiżdied. Sabiex din ix-xejra tinbidel u jiġu promossi sforzi lejn soluzzjonijiet aktar sostenibbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiksbu tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' dawk il-prodotti, mingħajr ma jikkompromettu l-iġjene tal-ikel jew is-sikurezza tal-ikel, prattiki tal-iġjene tajba, prattiki tajba ta' manifattura, l-informazzjoni għall-konsumatur, jew ir-rekwiżiti ta' traċċabbiltà stabbiliti fil-leġiżlazzjoni dwar l-ikel tal-Unjoni44. L-Istati Membri jenħtieġ li jimmiraw lejn l-ogħla livell ta' ambizzjoni possibbli għal dawk il-miżuri, li jenħtieġ li jkunu proporzjonati għall-gravità tar-riskju tar-rimi fil-baħar tad-diversi prodotti u użi koperti mill-mira ta' tnaqqis ġenerali.

_________________

_________________

44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1-24), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1-54), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17).

44 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1-24), ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1-54), ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mas-sikurezza, l-iġjene u t-tikkettar tal-ikel (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4-17).

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ssottolinjat li l-Istati Membri huma de facto ħielsa li jimmiraw il-miżuri tagħhom, u li dawn għandhom ikunu proporzjonati għall-gravità tar-riskju tar-rimi fil-baħar, u għandha tingħata l-prijorità lill-aktar każijiet serji.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali.

(12)  Għal tipi oħra ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jinsabu disponibbli alternattivi xierqa u aktar sostenibbli li huma wkoll affordabbli. Sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' dawn il-prodotti fuq l-ambjent, speċjalment l-ambjent tal-baħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprojbixxu t-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni. B'hekk, jiġu promossi l-użu ta' dawk diġà disponibbli u ta' alternattivi aktar sostenibbli kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi favur mudelli tan-negozju aktar sostenibbli, favur alternattivi riutilizzabbli u s-sostituzzjoni ta' materjali. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi biex jiġi ddeterminat jekk dawn l-alternattivi jissodisfawx ir-rekwiżiti attwalment issodisfati mill-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, humiex konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart u jekk jipprovdux sostenibbiltà akbar.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Għandhom jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari kemm tal-plastik bijodegradabbli kif ukoll tal-plastik bijoloġiku, kif ukoll standards armonizzati dwar il-kontenut bijoloġiku, dwar il-bijodegradabbiltà (speċjalment dik tal-baħar) u dwar il-kompostabbiltà, sabiex jiġu ċċarati l-ambigwitajiet u n-nuqqas ta' fehim li jeżistu fir-rigward ta' dan is-suġġett.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar.

(14)  Ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss jispiċċaw fl-ambjent bħala riżultat tar-rimi inadegwat fil-kanali tad-drenaġġ jew ta' rilaxx ieħor mhux adegwat fl-ambjent. Għalhekk, jenħtieġ li l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li ta' spiss jintremew fil-kanali tad-drenaġġ jew inkella li jintremew b'mod ieħor mhux adegwat, jiġu soġġetti għar-rekwiżiti tal-immarkar. Jenħtieġ li l-immarkar jgħarraf lill-konsumaturi dwar l-għażliet xierqa ta' rimi tal-iskart u/jew dwar għażliet ta' rimi tal-skart li jridu jiġu evitati u/jew dwar l-impatti ambjentali negattivi tal-iskart minħabba r-rimi mhux xieraq. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tistabbilixxi format armonizzat għall-immarkar u meta tagħmel dan, fejn ikun xieraq, li tittestja l-perċezzjoni tal-immarkar propost ma' gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi sabiex tiżgura li dan ikun effettiv u jinftiehem b'mod ċar. Fir-rigward tal-irkaptu tas-sajd, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-immarkar adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Immarkar tal-Irkaptu tas-Sajd.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel.

(15)  Fir-rigward ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u li għalihom ma jkunx hemm disponibbli alternattivi xierqa u iktar sostenibbli fil-preżent, jenħtieġ lil-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu wkoll skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex ikopru l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart u tat-tindif taż-żibel kif ukoll l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni sabiex jiġi evitat u jitnaqqas dan iż-żibel. L-iskemi ta' rifużjonijiet tad-depożitu, kif ukoll il-fondi disponibbli tal-FEMS jenħtieġ li jintużaw biex jappoġġjaw inizjattivi dwar is-sajd għaż-żibel u l-isforzi ta' rkupru ta' rkaptu mitluf, mormi u abbandunat.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Kuljum, varjetà kbira ta' skart – kemm jekk ikun iġġenerat fuq l-art kif ukoll jekk mormi minn bastimenti – jispiċċa fil-baħar; proporzjon sinifikanti ħafna minnu huwa skart tal-plastik (fliexken, boroż, eċċ.).

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti1 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd għall-ġbir u t-trattament. Is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, jenħtieġ li dik is-sistema tiġi ssupplementata minn inċentivi finanzjarji ulterjuri għas-sajjieda li jtellgħu l-art l-irkaptu tagħhom tal-iskart sabiex tkun evitata kwalunkwe żieda potenzjali fl-imposta indiretta tal-iskart li għandha titħallas. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ.

16.  Is-sehem kbir tal-plastik ġej minn irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik li jiġi abbandunat, mitluf, u mormi ġoż-żibel fil-baħar u mill-iskart mistad b'mod passiv waqt attivitajiet normali tas-sajd jindika li r-rekwiżiti legali eżistenti1 ma jipprovdux biżżejjed inċentivi għar-ritorn lejn ix-xatt tal-irkaptu tas-sajd jew ta' dan l-iskart mistad b'mod passiv għall-ġbir u t-trattament. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jekk l-irkaptu tas-sajd mitluf ma jistax jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment jenħtieġlu jinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ma jimmonitorjax tali telf ta' rkaptu tas-sajd b'mod konsistenti u l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' rappurtar tibqa' fqira. Għalhekk, ir-reviżjoni tar-Regolament ta' Kontroll jenħtieġ li tistabbilixxi aktar miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' rkupru ta' rkaptu mitluf u ta' rappurtar, u b'mod partikolari d-data dwar l-irkaptu tas-sajd mitluf għandha tinġabar u tiġi rreġistrata mill-Istati Membri u tintbagħat kull sena lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, is-sistema tal-imposta indiretta prevista skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti tneħħi l-inċentiv għall-bastimenti li jarmu l-iskart tagħhom fil-baħar, u tiggarantixxi dritt ta' konsenja. Madankollu, jenħtieġ li dik is-sistema tiġi ssupplementata minn inċentivi finanzjarji ulterjuri għas-sajjieda li jtellgħu l-art l-iskart tal-irkaptu tagħhom u l-iskart mistad b'mod passiv, kif ukoll irkaptu tas-sajd mitluf jew abbandunat, sabiex tkun evitata kwalunkwe żieda potenzjali fl-imposta indiretta tal-iskart li għandha titħallas. Il-konsenja ta' skart mistad b'mod passiv jenħtieġ li tirriżultax fi spejjeż addizzjonali għas-sajjied. Billi l-komponenti tal-plastik tal-irkaptu tas-sajd għandhom potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, jenħtieġ li l-Istati Membri, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jintroduċu responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik biex jiffaċilitaw il-ġbir separat tal-irkaptu tas-sajd skartat u biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart ta' dan it-tip ta' rkaptu tas-sajd, b'mod partikolari r-riċiklaġġ, kif ukoll l-isforzi ta' rkupru ta' rkaptu tas-sajd mitluf, abbandunat u mormi. Tali sistemi jenħtieġ li jipprevedu kontribuzzjonijiet finanzjarji modulati għal tagħmir imfassal għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ, f'konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE u jenħtieġ li jiġu supplementati b'mira ta' ġbir għall-irkaptu tas-sajd skartat. Barra minn dawn l-inizjattivi, l-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu attivitajiet biex jippromwovu l-iżvilupp ta' tagħmir tas-sajd bl-użu ta' materjali aktar sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

_________________

_________________

1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.

1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, id-Direttiva 2000/59/KE u d-Direttiva 2008/98/KE.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  Filwaqt li s-sajjieda nfushom u l-artiġjani tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik jenħtieġ li ma jkunux koperti bir-responsabbiltà estiża tal-produtturi, jenħtieġ li jitqies l-appoġġ għall-introduzzjoni ta' rkaptu tas-sajd minn sorsi sostenibbli li ma jkun fih ebda plastik, bħala alternattiva.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw it-tali informazzjoni. Jenħtieġ li l-informazzjoni ma tinkludi l-ebda kontenut promozzjonali li jħeġġeġ l-użu ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mill-obbligu tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

(18)  Sabiex jiġi evitat it-tixrid taż-żibel u forom oħrajn ta' rimi mhux adegwat li jirriżulta f'żibel fil-baħar li fih il-plastik, jeħtieġ li l-konsumaturi jkunu infurmati tajjeb dwar l-għażliet disponibbli u l-aktar addattati għar-rimi tal-iskart u/jew dwar l-għażliet għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati, dwar l-aqwa prattiki fir-rigward tar-rimi tal-iskart u l-impatt ambjentali tar-rimi ħażin kif ukoll dwar il-kontenut tal-plastik f'ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u fl-irkaptu tas-sajd, u l-alternattivi disponibbli diġà fis-suq. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati li jieħdu miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni u li jiżguraw li l-konsumaturi jingħataw it-tali informazzjoni. Jenħtieġ li l-informazzjoni ma tinkludi l-ebda kontenut promozzjonali li jħeġġeġ l-użu ta' prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu l-miżuri l-aktar xierqa bbażati fuq in-natura tal-prodott jew l-użu tiegħu. Jenħtieġ li l-produtturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik ikopru l-ispejjeż tal-miżuri li jqajmu sensibilizzazzjoni bħala parti mill-obbligu tagħhom ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Il-Kummissjoni hija obbligata, f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li tgħin lill-Istati Membri fit-tfassil tal-istrateġiji u l-pjanijiet għat-tnaqqis tat-tixrid fil-baħar tal-irkaptu tas-sajd, anke permezz tas-sussidji mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS). L-isforzi jistgħu jinkludu kampanji u programmi ta' sensibilizzazzjoni dwar l-impatt ta' dan l-iskart fuq l-ekosistemi tal-baħar, ir-riċerka dwar il-fattibbiltà ta' rkaptu tas-sajd bijodegradabbli/kompostabbli, proġetti edukattivi għas-sajjieda u programmi pubbliċi speċifiċi biex il-plastik u oġġetti oħrajn jitneħħew minn qiegħ il-baħar.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi rekwiżiti minimi ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti japplikaw għal skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti b'din id-Direttiva. Din id-Direttiva, madankollu, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur, pereżempju, ir-rekwiżit fuq il-produtturi ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jkopru l-ispejjeż tat-tindif tal-iskart.

(19)  Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi rekwiżiti minimi ġenerali għall-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti japplikaw għal skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur stabbiliti b'din id-Direttiva. Din id-Direttiva, madankollu, tistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur, pereżempju, ir-rekwiżit fuq il-produtturi ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jkopru l-ispejjeż tat-tindif tal-iskart. F'dak li jirrigwarda l-irkaptu tas-sajd, l-Istati Membri jenħtieġ li jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi tal-irkaptu tas-sajd li fihom il-plastik, fit-twettiq tal-obbligi tagħhom minħabba r-responsabbiltà tal-produttur, ikunu aġġustati, b'mod partikolari, biex jitqiesu d-durabbiltà, il-possibbiltà ta' tiswija, l-użu mill-ġdid u l-kapaċità ta' riċiklaġġ ta' tali rkaptu tas-sajd imqiegħed fis-suq.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Is-sensibilizzazzjoni dwar l-iskart ikkawżat minn plastik u rkaptu tas-sajd li jintuża darba biss, u l-impatt ambjentali sinifikanti li jġib miegħu jenħtieġ li jitqiesu bħala element essenzjali tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Plastik minħabba li din se tagħti s-setgħa liċ-ċittadini biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-iskart tal-plastik. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex iqajmu kuxjenza dwar il-kwistjoni u biex ikollhom appoġġ finanzjarju disponibbli biex tiġi indirizzata, u jiffaċilitaw l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-komunitajiet u n-netwerks.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-dejta miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, u tippermetti t-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponu kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perijodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra.

(22)  Il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq l-esperjenza miġbura u fuq id-data miġbura matul l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u fuq id-dejta miġbura skont id-Direttiva 2008/56/KE jew id-Direttiva 2008/98/KE. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni ta' miżuri ulterjuri possibbli u għal valutazzjoni dwar jekk, fid-dawl tal-monitoraġġ taż-żibel fil-baħar fl-Unjoni, jeħtieġx li jiġi rivedut l-Anness li jelenka l-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss. L-evalwazzjoni għandha tqis ukoll jekk il-progress xjentifiku u tekniku li seħħ fil-frattemp, inkluż l-iżvilupp ta' materjali bijodegradabbli u l-iżvilupp ta' kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà tal-plastiks fl-ambjent tal-baħar, kif previst fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks, u tippermetti t-twaqqif ta' standard għall-bijodegradazzjoni fl-ambjent tal-baħar ta' ċerti prodotti tal-plastik jew irkaptu tal-baħar li jkun fih il-plastik li jintużaw darba biss. Dak l-istandard ikun jinkludi standard li jittestja jekk, bħala riżultat ta' kundizzjonijiet eżistenti ta' dekompożizzjoni fiżika u bijoloġika fl-ambjent tal-baħar, il-plastiks jiddekomponu kompletament f'diossidu tal-karbonju (CO2), f'bijomassa u fl-ilma f'perjodu ta' żmien qasir biżżejjed biex il-plastiks ma jkunux ta' ħsara għall-ħajja marina u ma jwasslux għall-akkumulazzjoni tal-plastiks fl-ambjent. Jekk dan ikun il-każ, il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss li jilħqu dan l-istandard jistgħu jiġu eżentati mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq. Filwaqt li l-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks diġà tipprevedi azzjoni f'dan il-qasam, hija tirrikonoxxi wkoll l-isfidi f'dak li jirrigwarda l-iffissar ta' qafas regolatorju għall-plastiks b'karatteristiċi bijodegradabbli minħabba l-kundizzjonijiet marini differenti fl-ibħra.

_________________

_________________

1 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

1 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtiġilhom jappoġġjaw pjanijiet ta' ġbir tal-iskart fil-baħar bl-involviment, fejn possibbli, tal-bastimenti tas-sajd u jenħtiġilhom jiżguraw li l-faċilitajiet tal-portijiet ikollhom il-kapaċità li jirċievu u jittrattaw dan l-iskart, b'mod partikolari permezz tar-riċiklaġġ; l-istess inċentivi pprovduti għar-ritorn tal-irkaptu tas-sajd jenħtieġ li japplikaw ugwalment għar-ritorn tal-iskart li jkun ġie mistad b'mod passiv, kif ukoll għal skart li jkun inqabad taħt l-inizjattivi għas-sajd tal-iskart; ir-rekwiżiti dwar il-faċilitajiet tal-portijiet jenħtieġ li jkunu proporzjonati u ma jpoġġux piż amministrattiv eċċessiv fuq portijiet żgħar u mingħajr persunal jew fuq portijiet li jinsabu iżolati, partikolarment fi gżejjer remoti;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll biex tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament effiċjenti tas-suq intern.

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li l-Unjoni taqdi r-rwol tagħha biex issolvi l-problema globali taż-żibel tal-plastik fil-baħar, billi timpedixxi u tnaqqas l-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent, b'mod partikolari l-ambjent akwatiku, u fuq is-saħħa tal-bniedem kif ukoll billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'mudelli tan-negozju, prodotti u materjali innovattivi, u b'hekk tikkontribwixxi wkoll għall-funzjonament aktar effiċjenti u aktar sostenibbli tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-proposta għandu jkun aktar viżibbli: l-Unjoni Ewropea għandha parti relattivament żgħira fil-ġenerazzjoni taż-żibel fil-baħar mad-dinja kollha billi tikkonsma madwar 16 % tal-plastik li jintuża darba biss globalment. Madankollu, jista' jkollha rwol importanti biex tinstab soluzzjoni u billi tagħti bidu għal ċirku vizzjuż billi tmexxi bl-eżempju.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe prodott jew biċċa tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex jimmira jew jaqbad riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun f'wiċċ il-baħar u li jintuża bil-għan li jattira u jaqbad it-tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

(3)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe prodott jew biċċa tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex ikollu fil-mira, jaqbad jew iżomm għat-trobbija riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew li jkun f'wiċċ il-baħar u li jintuża bil-għan li jattira, jaqbad jew iżomm it-tali riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "irkaptu tas-sajd skartat" tfisser kwalunkwe rkaptu tas-sajd li jaqa' fid-definizzjoni ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti, is-sustanzi jew il-materjali separati kollha, li kienu parti minn jew marbuta ma' tali rkaptu tas-sajd meta ġie skartat;

(4)  "irkaptu tas-sajd skartat" tfisser kwalunkwe rkaptu tas-sajd li jaqa' fid-definizzjoni ta' skart skont id-Direttiva 2008/98/KE, inklużi l-komponenti, is-sustanzi jew il-materjali separati kollha, li kienu parti minn jew marbuta ma' tali rkaptu tas-sajd meta ġie skartat jew mitluf;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  "skart mistad b'mod passiv" tfisser skart li jinġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "produttur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li, irrispettivament mill-metodu ta' bejgħ użat, inklużi kuntratti mill-bogħod skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 201150, tqiegħed fis-suq prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u rkaptu tas-sajd li fih il-plastik, minbarra l-persuni li jwettqu attivitajiet tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 4(28) tar-Regolament (KE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill51;

50 Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64–88).

51 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

51 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull prodott tal-plastik li jintuża darba biss li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness, meta jitqiegħed fis-suq ikun immarkat b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull prodott tal-plastik li jintuża darba biss li huwa elenkat fil-Parti D tal-Anness u rkupru tas-sajd li jkun fih il-plastik, meta jitqiegħdu fis-suq ikunu mmarkati b'mod li jidher u jinqara b'mod ċar u li ma jitħassarx sabiex il-konsumaturi jkunu mgħarrfa b'dan li ġej:

(a)  l-għażliet xierqa għar-rimi tal-prodott jew il-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott,

(a)  l-għażliet xierqa għar-rimi tal-prodott jew il-mezzi għar-rimi tal-iskart li għandhom jiġu evitati għal dak il-prodott,

(b)  l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti, jew

(b)  l-impatti ambjentali negattivi tar-rimi tal-iskart jew tat-tixrid taż-żibel jew ta' rimi ieħor inadegwat tal-iskart tal-prodotti, u

(c)  il-preżenza tal-plastiks fil-prodott.

(c)  il-preżenza tal-plastiks fil-prodott u, jekk ikun il-każ, id-disponibbiltà ta' prodotti alternattivi b'karatteristiċi operattivi simili.

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

2.  Il-Kummissjoni għandha, sa... [12-il xahar qabel id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-immarkar imsemmi fil-paragrafu 1. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, ir-rekwiżiti tal-immarkar adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 japplikaw għall-irkaptu tas-sajd."

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur ikunu stabbiliti għal irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq tal-Unjoni, skont id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur tad-Direttiva 2008/98/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur jiksbu livell aħjar ta' ġbir u ta' riċiklaġġ għall-irkaptu tas-sajd. Sabiex dan jiġi żgurat, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-iskemi, fost affarijiet oħra:

(a)  jinkludu programmi ta' monitoraġġ, traċċar u rappurtar;

(b)  ikopru operazzjonijiet ta' rkupru.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jistabbilixxu skemi ta' rifużjoni tad-depożitu biex jinkoraġġixxu r-ritorn ta' rkapti tas-sajd qodma, abbandunati jew mhux stabbli, modulati sabiex iqisu r-riskju ta' telf aċċidentali tal-irkaptu tas-sajd jew partijiet minnu.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi tal-irkaptu tas-sajd li fihom il-plastik fit-twettiq tal-obbligi tagħhom minħabba r-responsabbiltà tal-produttur ikunu aġġustati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari d-durabbiltà, il-possibbiltà ta' tiswija, l-użu mill-ġdid u l-kapaċità ta' riċiklaġġ tal-irkaptu tas-sajd li l-produtturi jqiegħdu fis-suq.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3c.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw ukoll inċentivi finanzjarji addizzjonali għas-sajjieda biex idaħħlu rkaptu tas-sajd skartat fuq l-art, kif ukoll skart ieħor tal-plastik miġbur mis-sajjieda fil-baħar. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-piżijiet u l-impedimenti burokratiċi legali u finanzjarji żejda kollha għall-iskart tal-irkaptu u l-ġbir tal-iskart tal-plastik u l-ħatt l-art mis-sajjieda kemm jista' jkun.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  jippromwovu l-istabbiliment ta' programm pubbliku speċifiku għat-tneħħija ta' oġġetti tal-plastik u ta' oġġetti oħra minn qiegħ il-baħar;

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  jistabbilixxu sistema ta' rappurtar diġitali obbligatorja fl-UE kollha għal bastimenti tas-sajd individwali biex jissenjalaw telf ta' rkaptu fuq il-baħar, sabiex jappoġġaw l-azzjoni ta' rkupru

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Skemi ta' inċentivi

1.  Fil-programmi operattivi ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), l-Istati Membri għandhom jinkludu appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp ta' pjan ta' azzjoni b'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti, entitajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet għall-konservazzjoni tal-ambjent u s-settur ikkonċernat kollu. Dan għandu jinkludi miżuri relatati mal-irkupru ta' skart ta' rkaptu tas-sajd, kif ukoll it-titjib tal-infrastruttura u proċessi ta' mmaniġġjar tal-iskart fil-bastimenti u fil-portijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema fil-portijiet fejn jiġu ddepożitati, irkuprati u ritornati xbieki tas-sajd, li għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta' azzjoni stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skema fil-portijiet għall-kontroll u r-reġistrazzjoni tax-xbieki, li għandha tiġi inkluża fil-pjan ta' azzjoni stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1.

4.  L-Istati Membri għandhom ifasslu mekkaniżmi ta' appoġġ għar-R&Ż għall-iżvilupp ta' xbieki aktar traċċabbli u li jniġġsu inqas fil-forma ta' inċentivi għal kumpaniji li jimmanifatturaw l-irkaptu tas-sajd. Dan għandu jinkludi investimenti fl-iżvilupp ta' materjali ġodda b'inqas impatt fuq l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Kif stipulat fil-premessa 16, hemm bżonn ta' inċentivi għall-operaturi biex jippromwovu kultura ta' protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, biex gradwalment jitnaqqas iż-żibel fil-baħar u biex jiġi eliminat it-telf tax-xbieki fil-baħar.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9b

Skart mistad b'mod passiv

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw pjanijiet nazzjonali proporzjonati biex jiżguraw li l-portijiet kollha fejn jistgħu jiġu ospitati l-bastimenti tas-sajd minbarra l-portijiet mingħajr persunal u l-portijiet li jinsabu iżolati, ikunu kapaċi jwettqu l-ġbir u t-trattament sussegwenti tal-iskart mistad b'mod passiv waqt attivitajiet normali tas-sajd sabiex iħeġġu l-ġbir separat, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' tali skart.

2.  Tali pjanijiet għandhom jiġu stipulati f'konformità mal-linji gwida stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni OSPAR 2016/1 dwar it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar permezz tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi ta' sajd għall-iskart.

3.  Minbarra r-riżorsi magħmula disponibbli mill-FEMS, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jżommu fond nazzjonali sabiex jappoġġjaw il-ġbir tal-iskart mistad b'mod passiv mill-bastimenti tas-sajd. Il-fond jista' jintuża biex jiżgura l-funzjonament tal-inizjattivi ta' sajd għall-iskart, inkluż il-forniment ta' faċilitajiet ta' ħżin tal-iskart abbord, il-monitoraġġ tal-iskart mistad b'mod passiv, it-taħriġ u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni volontarja fl-inizjattiva u l-ispejjeż tat-trattament tal-iskart, kif ukoll biex ikopri l-ispejjeż tal-persunal meħtieġ għall-funzjonament ta' tali skemi.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-konsumaturi tal-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinfurmaw lill-atturi kollha rilevanti, partikolarment lill-konsumaturi, lis-settur tas-sajd, u lill-komunitajiet tas-sajd dwar il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss elenkati fil-Parti G tal-Anness u tal-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik dwar dawn li ġejjin:

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-sistemi disponibbli għall-użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;

(a)  id-disponibbiltà ta' alternattivi ta' użu mill-ġdid u l-għażliet għall-ġestjoni tal-iskart għal dawk il-prodotti u għal dak l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik kif ukoll l-aqwa prattiki tal-ġestjoni tajba tal-iskart imwettqa skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  għandhom jiġu promossi programmi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt tal-mikroplastiks u tal-iskart tal-plastik fuq l-ambjent tal-baħar u biex jiġi evitat li dan jilħaq il-baħar.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli gwida għall-atturi rilevanti kollha, b'mod partikolari dawk fis-settur tas-sajd, sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa biex inaqqsu l-iskart li joriġina mill-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u obbligi ta' rappurtar

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa)  stimi tal-ammonti ta' skart fil-baħar li joriġina fi prodotti koperti b'din id-Direttiva sabiex jiġu mmonitorjati l-effetti tal-miżuri meħuda;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Għal kull sena kalendarja l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-data dwar l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastik imqiegħed fis-suq u dwar l-irkaptu tas-sajd skartat miġbur u ttrattat. Id-data għandha tiġi rrappurtata fil-format stabbilit mill-Kummissjoni f'konformità mal-paragrafu 4.

L-ewwel perjodu ta' rappurtar għandu jibda fl-ewwel sena kalendarja sħiħa wara l-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format tar-rappurtar f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tas-sett ta' data, tal-informazzjoni u tad-data msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tas-sett ta' data, tal-informazzjoni u tad-data msemmija fil-paragrafi 1u 3a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  ikunx seħħ titjib fil-livell tar-riċiklaġġ għall-irkaptu tas-sajd u jekk l-introduzzjoni ta' miri kwantitattivi hijiex meħtieġa biex tiżgura progress suffiċjenti fil-ġejjieni

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(bb)  huwiex possibbli li jiġu stabbiliti miri kwantitattivi vinkolanti tal-Unjoni għar-riċiklaġġ tal-irkaptu tas-sajd li jkun fih il-plastik;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom li jintużaw darba biss, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, fejn xieraq.

(c)  sarx biżżejjed progress xjentifiku u tekniku, u kriterji jew standard għall-bijodegradabbiltà fl-ambjent marin applikabbli għal prodotti tal-plastik jew irkaptu tas-sajd li jkun fih il plastik li jintużaw darba biss fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u jekk ġewx żviluppati s-sostituti tagħhom, sabiex jiġi ddeterminat liema prodotti m'għadx għandhom bżonn ikunu soġġetti għar-restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, fejn xieraq.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

Referenzi

COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Renata Briano

14.6.2018

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

29.8.2018

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, David Coburn, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Mike Hookem, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ricardo Serrão Santos, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Rosa D’Amato, Norbert Erdős, John Flack, Francisco José Millán Mon, Nils Torvalds

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

15

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, John Flack, Ruža Tomašić

PPE

Norbert Erdős, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Ole Christensen, John Howarth, Ricardo Serrão Santos

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström

0

-

3

0

EFDD

David Coburn, Mike Hookem

ENF

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-tnaqqis tal-impatt ta’ ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

Referenzi

COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.5.2018

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2018

ITRE

11.6.2018

AGRI

5.7.2018

PECH

11.6.2018

JURI

11.6.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI