Proċedura : 2017/0291(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0321/2018

Testi mressqa :

A8-0321/2018

Dibattiti :

PV 24/10/2018 - 23
CRE 24/10/2018 - 23
PV 17/04/2019 - 20
CRE 17/04/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 25/10/2018 - 13.8
CRE 25/10/2018 - 13.8
PV 18/04/2019 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0424
P8_TA(2019)0427

RAPPORT     ***I
PDF 1392kWORD 150k
15.10.2018
PE 620.815v02-00 A8-0321/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

(COM(2017)0653 – C8-0393/2017 – 2017/0291(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Andrzej Grzyb

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

(COM(2017)0653 – C8-0393/2017 – 2017/0291(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0653),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0393/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Lulju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0321/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fl-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi21, il-Kummissjoni ħabbret li biex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni għamlet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCC), li saret f’Pariġi fl-2015, trid titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jaqbdu t-triq it-tajba biex sa nofs is-seklu jixxejnu għalkollox. Minbarra dan, hemm bżonn li mingħajr dewmien jonqsu drastikament l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport li qed jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Dan jista' jintlaħaq b'għadd ta' inizjattivi ta' politika, fosthom permezz tal-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa.

(2)  Fl-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi21, il-Kummissjoni ħabbret li biex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni għamlet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCC), li saret f’Pariġi fl-2015, trid titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jaqbdu t-triq it-tajba biex sa nofs is-seklu jixxejnu għalkollox. Minbarra dan, hemm bżonn li mingħajr dewmien jonqsu drastikament l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport li qed jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Dan jista' jintlaħaq b'għadd ta' inizjattivi ta' politika, fosthom miżuri li jappoġġaw bidla modali lejn it-trasport pubbliku, u permezz tal-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa.

_________________

_________________

21 COM(2016) 501 finali.

21 COM(2016) 501 finali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ewropa Attiva: aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobbiltà kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd"23, din il-proposta hi parti mit-tieni pakkett ta' proposti li se jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Dan il-pakkett, li qed jiġi ppreżentat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi - Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u lill-ħaddiema tagħha" fih taħlita ta' miżuri orjentati lejn il-provvista u miżuri orjentati lejn id-domanda ħalli l-UE taqbad ir-ritmu għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u fl-istess ħin issaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistema tal-mobbiltà tal-UE.

(4)  Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ewropa Attiva: aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobbiltà kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd"23, din il-proposta hi parti mit-tieni pakkett ta' proposti li se jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Dan il-pakkett, li qed jiġi ppreżentat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi - Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u lill-ħaddiema tagħha" fih taħlita ta' miżuri orjentati lejn il-provvista u miżuri orjentati lejn id-domanda ħalli l-UE taqbad ir-ritmu għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u fl-istess ħin issaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistema tal-mobbiltà tal-UE. Il-promozzjoni ta' vetturi sostenibbli jenħtieġ li ssir b'mod parallel mal-iżvilupp ulterjuri tat-trasport pubbliku, bħala l-aktar mod rapidu u kosteffiċjenti biex jitnaqqas l-għadd ta' vetturi fit-triq u konsegwentement biex tittejjeb il-kwalità tal-arja u jitnaqqsu l-emissjonijiet.

_________________

_________________

23 COM (2017) 283 finali.

23 COM (2017) 283 finali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-innovazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tal-vetturi u tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Jekk tiżdied l-adozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi, aktarx li din iż-żieda tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (materja partikulata, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi tan-nonmetan) u li trawwem il-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

(5)  L-innovazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, u jitnaqqas it-tniġġis akustiku filwaqt li tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Żieda fl-adozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi se tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (materja partikulata, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi tan-nonmetan) u b'hekk ittejjeb il-kwalità tal-arja fil-bliet u f'żoni oħra mniġġsa, filwaqt li tikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi u tiżgura l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jrid ikun il-prinċipju verament bażiku ta' kwalunkwe sforz sabiex jiġi żgurat u stimulat ambjent kompetittiv u jitħeġġu aktar riċerka u innovazzjoni f'dan il-qasam. Sabiex jitnaqqsu t-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku u jiġu ssodisfati l-istandards tal-Kwalità tal-Arja tal-UE f'żoni urbani u rurali, huma meħtieġa politiki u miżuri konkreti u ambizzjużi, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku ta' vetturi b'emissjonijiet nodfa.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Stimi għal meta se sseħħ il-parità monetarja tal-prezz bejn vetturi b'magna b'kombustjoni interna (ICEVs) u vetturi elettriċi mħaddma bil-batterija (BEVs) se jvarjaw bejn l-2020 u l-2028. Barra minn hekk, diversi fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali (OEMs) iddikjaraw eżempji ta' parità monetarja tal-prezz għal xi mudelli ġodda fl-2020. Abbażi tal-ispejjeż operattivi aktar baxxi ta' BEVs, il-punt tal-parità monetarja tal-ispiża totali tas-sjieda (TCO) se jiġi qabel is-sena tal-parità monetarja tal-prezz tax-xiri, tipikament b'sentejn sa sitt snin.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Il-previżjonijiet tas-suq ibassru li l-vetturi nodfa, bħall-karozzi kompletament elettriċi, se jonqsu fil-prezz b'mod sostanzjali u jsiru kompetittivi ħafna u anki irħas biex jitħaddmu minn vetturi konvenzjonali fis-snin wara l-2020, b'mod partikolari meta jitqies il-kost totali tas-sjieda, minħabba l-kost imnaqqas tal-batteriji iżda wkoll tnaqqis ieħor fil-kostijiet li se jirriżulta minħabba kostijiet aktar baxxi tal-fjuwil u kostijiet aktar baxxi ta' manutenzjoni marbuta mat-tħaddim ta' vettura elettrika.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Filwaqt li l-Unjoni hija waħda mir-reġjuni fuq quddiem nett fir-riċerka u l-ekoinnovazzjoni ta' valur għoli, ir-Reġjun tal-Asja-Paċifiku qed jospita l-akbar produtturi tax-xarabanks u l-batteriji. Bl-istess mod, l-iżviluppi tas-suq globali f'vetturi elettriċi tal-batterija huma xprunati mis-swieq fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, li flimkien jammontaw għal madwar 60 % tas-suq globali, meta mqabbel ma' 28 % fl-UE. Għalhekk, huwa meħtieġ qafas ta' politika ambizzjuż tal-UE biex tiġi stimulata l-innovazzjoni u jkomplu jiġu promossi l-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru għall-vetturi nodfa u l-infrastruttura tat-teknoloġija assoċjata.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)  L-Unjoni jeħtieġ li żżid l-inċentivi li jappoġġaw l-iżvilupp teknoloġiku ta' batteriji sostenibbli u riċiklabbli, li jenħtieġ li jiġu prodotti bil-ħsieb tal-ħtieġa li tkun imminimizzata l-impronta ambjentali tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5e)  Sabiex ikunu konsistenti mal-objettivi tas-sostenibbiltà, il-batteriji jenħtieġ li jkunu prodotti bl-anqas impatti ambjentali ġewwa u barra l-Unjoni, b'mod speċjali f'dak li jirrigwarda l-proċess tal-estrazzjoni tal-materjal użat għall-manifattura tal-batteriji. Waqt il-proċess kollu ta' produzzjoni jenħtieġ li jitqiesu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq, f'konformità mar-reviżjoni tad-Direttiva 2006/66/KE, objettivi ambizzjużi għar-riċiklabbiltà tal-batteriji.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-politika tal-akkwist tagħhom, jistgħu joħolqu swieq ta' prodotti u servizzi innovattivi, u jappoġġawhom. Id-Direttivi 2014/24/UE24 u 2014/25/UE25 jistabbilixxu regoli armonizzati minimi dwar l-akkwist pubbliku li jarmonizzaw il-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi jixtru l-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi. B'mod partikolari, dawn jistabbilixxu limiti ġenerali għall-volum ta' kuntratti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu japplikaw ukoll għad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa.

(6)  B'kunsiderazzjoni tal-fatt li n-nefqa tal-gvern fuq l-oġġetti, ix-xogħlijiet u s-servizzi tirrappreżenta madwar 14 % tal-PDG, li jammonta għal madwar EUR 1,8 triljun kull sena, l-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-politika tal-akkwist tagħhom, jistgħu joħolqu swieq ta' prodotti u servizzi innovattivi, u jappoġġawhom. Id-Direttivi 2014/24/UE24 u 2014/25/UE25 jistabbilixxu regoli armonizzati minimi dwar l-akkwist pubbliku li jarmonizzaw il-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi jixtru l-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi f'konformità mar-rekwiżiti ambjentali ta' oġġetti mixtrija (inklużi l-vetturi). B'mod partikolari, dawn jistabbilixxu limiti ġenerali għall-volum ta' kuntratti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu japplikaw ukoll għad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, jenħtieġ li d-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti ċari u trasparenti u toħloq metodu sempliċi ta' kalkolu għall-miri tal-akkwist.

_________________

_________________

24 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

24 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.

25 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

25 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-iċċarġjar u r-riforniment hija prerekwiżit għal kwalunkwe operazzjoni tat-trasport b'vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, inkluż għat-trasport pubbliku. Għalhekk, jenħtieġ li l-aspetti biex titħeġġeġ l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku jissaħħu fid-Direttiva 2014/94/UE. Fin-nuqqas ta' reviżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi pjan ta' azzjoni għall-infrastruttura tat-trasport pubbliku.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jobbligaw lill-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni (DSOs) jippossjedu, jiżviluppaw, jimmaniġġjaw u joperaw massa kritika minima ta' stazzjonijiet tal-iċċarġjar fid-dominju pubbliku b'aċċess b'xejn għall-fornituri tal-elettriku kollha, biex tiġi żgurata disponibbiltà suffiċjenti tal-punti tal-iċċarġjar.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jesploraw possibbiltajiet biex jappoġġaw it-tħaddim ta' vetturi b'emissjonijiet estremament baxxi u jnaqqsu l-kostijiet tagħhom fis-servizzi pubbliċi, pereżempju billi jagħtu eżenzjonijiet jew tnaqqis minn taxxi fuq l-enerġija għal vetturi b'emissjonijiet estremament baxxi.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-valutazzjoni tal-impatt li saret ħarġet fid-dieher il-benefiċċji ta' bidla fl-approċċ ta' governanza ġenerali għall-akkwist tal-vetturi nodfa fil-livell tal-Unjoni. Jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-akkwist, ikun jista' jintlaħaq b'mod effettiv l-għan li jitħalla impatt fuq l-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa meta mqabbel mad-dipendenza fuq l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni fid-deċiżjonijiet ġenerali tal-akkwist, filwaqt li tiġi nnutata r-rilevanza li fid-deċiżjonijiet kollha tal-akkwist jitqiesu l-aspetti ambjentali. Il-benefiċċji fiż-żmien medju u fit-tul għaċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej jiġġustifikaw bis-sħiħ dan l-approċċ sakemm dan ma jkunx jippreskrivi xi teknoloġija partikolari biex tintuża mill-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti.

(8)  Il-valutazzjoni tal-impatt li saret issottolinjat il-benefiċċji ta' bidla fl-approċċ ta' governanza ġenerali fir-rigward tal-akkwist tal-vetturi nodfa u effiċjenti fl-enerġija fil-livell tal-Unjoni. Jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-akkwist, ikun jista' jintlaħaq b'mod effettiv l-għan li jitħalla impatt fuq l-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa meta mqabbel mad-dipendenza fuq l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni fid-deċiżjonijiet ġenerali tal-akkwist, filwaqt li tiġi nnutata r-rilevanza li fid-deċiżjonijiet kollha tal-akkwist jitqiesu l-aspetti ambjentali. Il-benefiċċji fiż-żmien medju u fit-tul għaċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej jiġġustifikaw bis-sħiħ dan l-approċċ sakemm dan ma jkunx jippreskrivi xi teknoloġija partikolari biex tintuża mill-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jekk jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex ikun jinkludi prattiki bħat-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs tal-vetturi, kif ukoll kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq b'għan speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedati u għall-kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier u kif ukoll servizzi tal-posta u l-kurjer speċifiċi u servizzi tar-rimi tal-iskart, ikun żgurat li tkun kopreta kull prattika rilevanti tal-akkwist.

(9)  Jekk jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex ikun jinkludi prattiki bħat-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs u l-modifika retroattiva tal-vetturi, kif ukoll kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedat u għall-kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier u kif ukoll servizzi tal-posta u l-kurjer speċifiċi u servizzi tar-rimi tal-iskart, ikun żgurat li tkun koperta kull prattika rilevanti tal-akkwist, filwaqt li kuntratti eżistenti jenħtieġ li ma jiġux affettwati minn din id-Direttiva b'mod retroattiv. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina l-fattibbiltà ta' akkwist nadif f'modi oħra ta' trasport.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kien hemm appoġġ wiesa' fost il-partijiet konċernati ewlenin għal definizzjoni ta' vetturi nodfa li tqis ir-rekwiżiti ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja minn vetturi ħfief u tqal. Biex ikun żgurat li jingħataw inċentivi xierqa li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni, jenħtieġ li bl-emenda d-dispożizzjonijiet għall-akkwist pubbliku ta' dawn il-vetturi jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u l-vannijiet għal wara l-202026. Azzjoni mwettqa skont id-Direttiva emendata se tikkontribwixxi għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn l-istandards. B'approċċ aktar ambizzjuż għall-akkwist pubbliku jista' jingħata stimolu addizzjonali importanti lis-suq.

(10)  Id-Direttiva emendata jenħtieġ li tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja minn vetturi ħfief u tqal. Biex ikun żgurat li jingħataw inċentivi xierqa li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni, jenħtieġ li bl-emenda d-dispożizzjonijiet għall-akkwist pubbliku ta' dawn il-vetturi jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u l-vannijiet għal wara l-202026. Azzjoni mwettqa b'mod konformi ma' din id-Direttiva se tikkontribwixxi wkoll għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn l-istandards u se tiffaċilita l-installazzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar marbuta. B'approċċ aktar ambizzjuż għall-akkwist pubbliku se jingħata stimolu addizzjonali importanti lis-suq.

_________________

_________________

26 COM(2017) 676 finali

26 COM(2017) 676 finali

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Sabiex jinkiseb titjib fil-kwalità tal-arja fil-muniċipalitajiet, huwa kruċjali li l-flotta tat-trasport tiġġedded skont l-istandard ta' vetturi nodfa. Barra minn hekk, il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jeħtieġu l-estensjoni tal-ħajja tal-prodotti. Għaldaqstant, il-vetturi modifikati retroattivament skont l-istandard ta' vettura nadifa jenħtieġ li jingħaddu wkoll għall-kisba tar-rekwiżiti minimi tal-akkwist stabbiliti fit-Tabelli 4 u 5 fl-Anness.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Il-vetturi mingħajr emissjonijiet fl-iżbokk tal-egżost jistgħu wkoll iħallu impronta ambjentali sinifikanti minħabba l-proċess tal-manifattura tal-komponenti u l-livell ta' riċiklabbiltà jew tal-effiċjenza tal-produzzjoni tal-fjuwil. Għaldaqstant, it-teknoloġiji li jindirizzaw din l-isfida, bħall-batteriji sostenibbli u riċiklabbli, jenħtieġ li jirċievu livell ogħla ta' appoġġ f'termini tal-kisba tal-miri minimi tal-akkwist stabbiliti fit-Tabelli 4 u 5 fl-Anness. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta' dawk it-teknoloġiji jenħtieġ li jiġu promossi wkoll f'politiki oħra tal-Unjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)  Il-kontabbiltà tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li tkun ibbażata fuq approċċ mill-estrazzjoni sal-użu sabiex issir ġustizzja għall-katina ta' provvista kollha tal-fjuwil mill-fażi tal-estrazzjoni għall-iżbokk tal-egżost. Dan jipprovdi kont aktar preċiż tal-emissjonijiet globali ta' vettura partikolari. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-metodoloġija għar-reġistrazzjoni ta' emissjonijiet mill-estrazzjoni sal-użu sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2022.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Peress li l-vetturi ħfief u tqal jintużaw għal skopijiet differenti u għandhom livelli differenti ta' maturità tas-suq, hu importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jagħrfu dawn id-differenzi. Il-valutazzjoni tal-impatt turi l-valur miżjud jekk jitħaddem approċċ ibbażat fuq il-fjuwils alternattivi sakemm jiġu stabbiliti rekwiżiti teknoloġikament newtrali fil-livell tal-Unjoni għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal, kif il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi fil-ġejjieni. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tirrikonoxxi wkoll li s-swieq tax-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma kkaratterizzati minn żieda fil-maturità tas-suq, filwaqt li s-swieq għat-trakkijiet mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi qegħdin fi stadju aktar bikri ta' żvilupp tas-suq.

(11)  Il-vetturi b'żewġ jew tliet roti, u dawk ħfief u tqal jintużaw għal skopijiet differenti u għandhom livelli differenti ta' maturità tas-suq, u hu importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jagħrfu dawn id-differenzi. Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut ukoll li s-swieq tax-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma kkaratterizzati minn progressjoni reċenti, filwaqt li s-swieq għat-trakkijiet mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi qegħdin fi stadju inizjali ta' żvilupp tas-suq.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-potenzjal tat-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tal-akkwist pubbliku biss huwa limitat u t-trasport pubbliku jikkontribwixxi biss sehem żgħir tal-emissjonijiet li joriġinaw mis-settur tat-trasport. L-Istati Membri jenħtieġ għalhekk li jkunu inkoraġġuti jirregolaw ix-xiri ta' vetturi nodfa minn sidien oħra tal-flotta, bħall-kumpaniji tat-taksi, tal-kiri tal-karozzi u ride-pooling.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jekk jiġu stabbiliti miri minimi għall-akkwist tal-vetturi nodfa sal-2025 u sal-2030 fil-livell tal-Istati Membri, dan jgħin fiċ-ċertezza tal-politika għas-swieq fejn l-investimenti fil-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma ġġustifikati. Il-miri minimi jappoġġaw il-ħolqien tas-swieq madwar l-Unjoni kollha. Dawn jipprovdu żmien għall-aġġustament tal-proċessi tal-akkwist pubbliku u jibagħtu sinjal ċar tas-suq. Il-valutazzjoni tal-impatt tinnota li l-Istati Membri qed kulma jmur jistabbilixxu aktar miri, skont il-kapaċità ekonomika tagħhom u skont is-serjetà tal-problema. Jenħtieġ jiġu stabbiliti miri differenti fi Stati Membri differenti skont il-kapaċità ekonimika tagħhom (il-prodott domestiku gross għal kull ras) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana). Jenħtieġ li l-miri minimi tal-akkwist jiġu kkumplimentati bl-obbligu tal-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti biex fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom iqisu l-aspetti enerġetiċi u ambjentali rilevanti kollha. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali ta' din id-Direttiva emendata turi li l-impatt se jitqassam b'mod ekwu fost ir-reġjuni tal-Unjoni.

(12)  Jekk jiġu stabbiliti miri minimi għall-akkwist tal-vetturi nodfa li jridu jintlaħqu sal-2025 u sal-2030 fil-livell tal-Istati Membri, dan jgħin fiċ-ċertezza tal-politika għas-swieq fejn l-investimenti fil-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma ġġustifikati. Il-miri minimi jappoġġaw il-ħolqien tas-swieq madwar l-Unjoni kollha. Dawn jipprovdu żmien għall-aġġustament tal-proċessi tal-akkwist pubbliku u jibagħtu sinjal ċar tas-suq. Il-valutazzjoni tal-impatt tinnota li l-Istati Membri qed kulma jmur jistabbilixxu aktar miri, skont il-kapaċità ekonomika tagħhom u skont is-serjetà tal-problema. Jenħtieġ jiġu stabbiliti miri differenti fi Stati Membri differenti skont il-kapaċità ekonomika tagħhom (il-prodott domestiku gross għal kull ras) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana). Jenħtieġ li l-miri minimi tal-akkwist jiġu kkumplimentati bl-obbligu tal-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti biex fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom iqisu l-aspetti enerġetiċi u ambjentali rilevanti kollha. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali ta' din id-Direttiva emendata turi li l-impatt se jitqassam b'mod ekwu fost ir-reġjuni tal-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (2016/2908(RSP)), il-Parlament Ewropew stieden lill-Istati Membri jħeġġu politiki tal-akkwist pubbliku ekoloġiku permezz tax-xiri ta' vetturi mingħajr emissjonijiet (ZEVs) u vetturi b'emissjonijiet baxxi ħafna (ULEVs) mill-awtoritajiet pubbliċi għall-flotot tagħhom jew għall-programmi ta' car sharing pubbliċi u semipubbliċi u għall-eliminazzjoni gradwali tal-karozzi ġodda b'emissjonijiet ta' CO2 sal-2035;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-impatt massimu jista' jinkiseb jekk l-akkwist pubbliku tal-vetturi nodfa jiġi mmirat f'oqsma li għandhom livell relattivament għoli ta' tniġġis tal-arja. L-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri huma mħeġġa biex meta jkunu qed jikkonkludu l-implimentazzjoni tal-miri minimi nazzjonali tagħhom jiffukaw l-aktar fuq dawk l-oqsma u biex fir-rappurtar tagħhom skont din id-Direttiva emendata jirriflettu l-azzjoni relatata.

(13)  L-impatt massimu jista' jinkiseb jekk l-akkwist pubbliku tal-vetturi nodfa jiġi mmirat f'oqsma li għandhom livell relattivament għoli ta' tniġġis tal-arja u tniġġis akustiku. L-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri huma mħeġġa biex meta jkunu qed jikkonkludu l-implimentazzjoni tal-miri minimi nazzjonali tagħhom jiffukaw l-aktar fuq dawk l-oqsma u biex fir-rappurtar tagħhom skont din id-Direttiva emendata jirriflettu l-azzjoni relatata. Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat u r-riżultati potenzjali ta' din id-Direttiva jiġu ottimizzati, jenħtieġ li tiġi pprovduta assistenza teknika xierqa lill-awtoritajiet pubbliċi.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Id-Direttiva emendata jenħtieġ li tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, u għall-promozzjoni ta' trasport bit-triq pubbliku nadif. Hi jenħtieġ li tevita li tiskoraġġixxi l-iżvilupp ta' trasport nadif mhux bit-triq bħal trammijiet u ferroviji tal-metro.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Il-limiti stabbiliti f'din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu implimentati mingħajr l-iżvilupp ta' prodotti kummerċjabbli u teknikament maturi. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-progress tiġi aġġornata regolarment, il-Kummissjoni tintalab tissottometti rapport kull sentejn li fih tivvaluta jekk jeżistux soluzzjonijiet kummerċjabbli għal vetturi nodfa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu kontributi finanzjarji u mhux finanzjarji akbar biex dawn il-vetturi nodfa jiddaħħlu fis-suq aktar malajr.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c)  Filwaqt li titqies id-differenza sinifikanti fil-marġini ta' flessibbiltà finanzjarja tal-operaturi tat-trasport privat għall-adozzjoni ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi u li potenzjalment jiswew aktar, iridu jiġu magħmula disponibbli mekkaniżmi sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tat-trasport pubbliku u privat fi proċessi ta' offerti u ta' akkwist u li l-kostijiet tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist stabbiliti f'din id-Direttiva ma jiġux imgħoddija lill-awtoritajiet lokali, b'mod partikolari fil-każ ta' muniċipalitajiet iżgħar, jew iwasslu għal esternalizzazzjoni ta' kostijiet rikorrenti ogħla permezz ta' prezzijiet ogħla tal-biljetti, taxxi lokali ogħla jew it-tnaqqis ta' servizzi tat-trasport pubbliku.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ir-rappurtar dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva emendata jenħtieġ jagħti ħarsa ġenerali ċara tas-suq biex isir monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni. Dan jenħtieġ jibda b'rapport intermedju fl-2023 u jissokta brappurtar sħiħ fl-2026 dwar l-implimentazzjoni tal-miri minimi, u mbagħad kull tliet snin: Jenħtieġ jiġi ffaċilitat rappurtar sempliċi ħalli jonqos il-piż amministrattiv fuq il-korpi pubbliċi individwali u tinkiseb ħarsa ġenerali effettiva tas-suq. Il-Kummissjoni se tiżgura rappurtar sħiħ għall-vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi jew għal vetturi oħra bi fjuwil alternattiv, fil-kuntest tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti tal-Unjoni. Il-kodiċijiet speċifiċi tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti se jgħinu r-reġistrazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-offerti elettroniċi ta' kuljum, u l-monitoraġġ tagħha.

(15)  Ir-rappurtar dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva emendata jenħtieġ jagħti ħarsa ġenerali ċara tas-suq biex isir monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni. Dan jenħtieġ jibda b'rapport preliminari mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-2023, ippreżentat fil-qafas tar-rapporti skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku u dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali, u jissokta b'rappurtar sħiħ fl-2026 dwar l-implimentazzjoni tal-miri minimi, u mbagħad kull tliet snin. Jenħtieġ jiġi ffaċilitat rappurtar sempliċi ħalli jonqos il-piż amministrattiv fuq il-korpi pubbliċi individwali u tinkiseb ħarsa ġenerali effettiva tas-suq. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jkun fihom informazzjoni dwar il-passi meħuda biex tiġi implimentata d-Direttiva 2009/33/KE u jikkonformaw mal-kategoriji li jinsabu fil-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist tal-Unjoni Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq rapporti regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta wkoll jekk il-makkinarju tas-sit ta' kostruzzjoni jistax jiġi inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE u jekk ikun xieraq, telabora metodoloġija biex tiddefinixxi "makkinarju tas-sit ta' kostruzzjoni nadif".

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Sabiex tinforma aħjar lil dawk li jfasslu l-politiki futuri fis-settur billi tipprovdilhom kont aktar preċiż tal-emissjonijiet totali ta' vettura partikolari, li jqis il-katina tal-valur kollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi metodoloġija biex jingħaddu l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi. Dawn l-emissjonijiet jenħtieġ li jitqiesu meta l-Kummissjoni twettaq rieżami tad-Direttiva 2009/36/KE u ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra relatata mal-fjuwil alternattiv.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa jista' jiżdied jekk jinħolqu miżuri ta' appoġġ pubbliku mmirat fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni. Dan jinkludi skambju aħjar tal-għarfien u allinjament tal-akkwist ħalli jkunu jistgħu jitwettqu azzjonijiet fuq skala kbira biżżejjed biex jonqsu l-kostijiet u jitħalla impatt fuq is-suq. Il-possibbiltà ta' appoġġ pubbliku favur il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-infrastrutturi meħtieġa għad-distribuzzjoni tal-fjuwils alternattivi hija rikonoxxuta fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija27. Madankollu, ir-regoli tat-Trattat, u b'mod partikolari, l-Artikoli 107 u 108 tiegħu, għandhom ikomplu japplikaw għal dan l-appoġġ pubbliku.

(16)  L-appoġġ għall-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa jista' jiżdied jekk jinħolqu miżuri ta' appoġġ pubbliku mmirat fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-Unjoni. Dan jinkludi skambju aħjar tal-għarfien u allinjament tal-akkwist ħalli jkunu jistgħu jitwettqu azzjonijiet fuq skala kbira biżżejjed biex jonqsu l-kostijiet u jitħalla impatt fuq is-suq. Il-proġetti pilota reġjonali huma ugwalment importanti, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mar-rabta bejn iż-żoni rurali u dawk urbani. Il-possibbiltà ta' appoġġ pubbliku favur il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-infrastrutturi meħtieġa għad-distribuzzjoni tal-fjuwils alternattivi hija rikonoxxuta fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u għall-enerġija27. Madankollu, ir-regoli tat-Trattat, u b'mod partikolari, l-Artikoli 107 u 108 tiegħu, għandhom ikomplu japplikaw għal dan l-appoġġ pubbliku.

_________________

_________________

27 ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.

27 ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Sabiex jinkiseb aktar tnaqqis tal-emissjonijiet u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġuti, fejn xieraq, li japplikaw inċentivi u mekkaniżmi differenti għall-iżvilupp tal-flotta f'setturi oħra għajr dawk regolati fid-Direttiva emendata.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ispiża tal-konformità mal-miri minimi ta' akkwist pubbliku stabbiliti f'din id-Direttiva ma tiġix mgħoddija lill-awtoritajiet lokali u li riżorsi finanzjarji suffiċjenti jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)  Miżuri mmirati ta' appoġġ għall-akkwist ta' vetturi nodfa huma indispensabbli. Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jespandu l-inċentivi finanzjarji u mhux finanzjarji tagħhom sabiex iħaffu l-adozzjoni fis-suq ta' vetturi nodfa.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 16d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d)  L-impożizzjoni ta' miri minimi tal-akkwist għal vetturi ħfief u tqal b'din id-Direttiva se teħtieġ riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Għaldaqstant, il-politika baġitarja u finanzjarja tal-Unjoni wara l-2020 jenħtieġ li tieħu kont ta' dan biex tipprovdi biżżejjed appoġġ finanzjarju għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u fir-regoli dwar finanzjament sostenibbli u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 16e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16e)   Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu inċentivati jixtru vetturi nodfa u l-Istati Membri jinvestu fl-użu tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, iżda wkoll jiġi evitat ir-riskju li xiri bħal dan iwassal għal prezzijiet ogħla għall-passiġġieri, il-politika baġitarja u finanzjarja tal-Unjoni wara l-2020 jenħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-entitajiet kontraenti. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u fir-regoli dwar finanzjament sostenibbli u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jespandu l-inċentivi finanzjarji u mhux finanzjarji u jippjanaw awditi ambjentali, sabiex iħaffu l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi nodfa. Dawn l-isforzi se jnaqqsu l-investiment inizjali għoli għall-bidliet infrastrutturali u se jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 16f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16f)  Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) attwali, l-Unjoni għandha firxa ta' fondi differenti biex tappoġġa lill-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-operaturi kkonċernati fit-tranżizzjoni tagħhom lejn mobbiltà sostenibbli. Matul il-perijodu 2014-2020 l-Unjoni ddedikat EUR 13,7 biljun mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej għall-finanzjament tal-mobbiltà urbana. L-Orizzont 2020, il-programm ta' riċerka tal-Unjoni, se jipprovdi madwar EUR 200 miljun għall-mobbiltà urbana u EUR 650 miljun għall-bliet intelliġenti, u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se talloka madwar EUR 200 miljun għal sejħiet għal proposti għan-nodi urbani. Skont il-QFP li jmiss, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu jappoġġaw il-proġetti sostenibbli ta' mobbiltà urbana u jsaħħu s-sinerġiji meħtieġa bejn id-diversi sorsi u programmi ta' finanzjament. B'mod partikolari, ir-rabtiet bejn il-mobbiltà urbana, l-Aġenda Diġitali l-ġdida u l-Unjoni tal-Enerġija jeħtieġ li jiġu rinfurzati, bħall-possibbiltà tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) li tiffinanzja proġetti ta' sinerġija b'rata ta' kofinanzjament addizzjonali għal proġetti ta' trasport b'elementi tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet li jimplikaw potenzjal enormi għall-proġetti urbani.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 16g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16g)  Jenħtieġ li jiġi promoss użu aktar immirat tal-istrumenti finanzjarji tal-UE, bħalma huma l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi jew il-Faċilità Ewropea għal Trasport Nadif mill-Bank Ewropew tal-Investiment, li jistgħu jgħinu jiffinanzjaw flotot u tagħmir. Għal dan l-għan, id-disponibbiltà ta' servizzi ta' pariri tekniċi u finanzjarji lill-awtoritajiet lokali u l-operaturi, bħaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, JASPERS, JESSICA, jew l-Istrument Finanzjarju (FI) - Compass, jenħtieġ li jiġu msaħħa sabiex isaħħu l-kapaċità istituzzjonali tagħhom, it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' proġetti u jinkiseb l-aħjar użu tal-fondi u l-istrumenti finanzjarji tal-UE inkluż it-tneħħija tar-riskji għal offerti innovattivi.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 16h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16h)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu mħeġġa wkoll jakkwistaw vetturi permezz tal-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża ("MEAT") kif deskritt fl-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/25/UE, b'kunsiderazzjoni tal-kosteffettività matul il-ħajja tal-vettura, kif ukoll l-aspetti ambjentali u soċjali.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 16i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16i)  Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, il-mobbiltà u l-ippjanar urban jeħtieġ ikunu kkoordinati aħjar, bħal permezz tal-użu ta' pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli (SUMPs). Is-SUMPs huma pjanijiet li jiġu żviluppati tul il-firxa tal-oqsma ta' politika individwali u b'kooperazzjoni mal-livelli differenti ta' governanza b'kombinament ta' modi differenti ta' trasport, sikurezza fit-toroq, konsenja ta' merkanzija, ġestjoni tal-mobbiltà u sistemi ta' trasport intelliġenti. Is-SUMPs jista' jkollhom rwol importanti fil-kisba tal-miri tal-Unjoni rigward l-emissjonijiet tas-CO2, u t-tnaqqis akustiku u t-tniġġis tal-arja. Għaldaqstant, l-applikazzjoni tal-SUMPs jenħtieġ li tkun element importanti li għandu jiġi kkunsidrat fil-finanzjament tal-proġetti tal-UE fil-qasam tat-trasport urban, inkluż fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva emendata. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-pariri u l-appoġġ tekniku meħtieġa fl-iżvilupp tas-SUMPs, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 16j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16j)  Minbarra l-appoġġ għall-adozzjoni ta' vetturi nodfa, l-akkwisti pubbliċi jagħtu spinta qawwija lil forom ġodda ta' mobbiltà. Filwaqt li l-vetturi nodfa se jiġu inċentivati u jwasslu għall-użu ta' infrastruttura aċċelerata f'żoni urbani, id-diġitalizzazzjoni se tottimizza l-effiċjenza tat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija. Il-mobbiltà multimodali u kondiviża, kif ukoll is-soluzzjonijiet ta' biljetti integrati huma strumentali fit-tranżizzjoni lejn Mobbiltà bħala Servizz.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ tingħata lill-Kummissjoni biex taġġorna d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal għal perjodu ta' ħames snin li jibda minn [Please insert the date of entry into force]. Dan il-perjodu jenħtieġ jiġi estiż b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni. Hu partikolarment importanti li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell ta' esperti. Meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni jenħtieġ tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  F'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lis-segwitu tal-effetti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/33/KE jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi għal azzjoni ulterjuri. Għalhekk, il-Kummissjoni, abbażi tal-aħjar u l-aħħar evidenza xjentifika disponibbli, jenħtieġ li tivvaluta l-ħtieġa ta' reviżjoni ta' din id-Direttiva b'kont meħud tal-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi, sabiex tiżgura t-trasparenza u r-responsabilità rigward it-twettiq tal-għanijiet tal-politika, u jenħtieġ li tipproponi t-titjib neċessarju, jekk ikun meħtieġ. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni jenħtieġ li, f'dan ir-rigward, tirrevedi wkoll leġiżlazzjoni rilevanti oħra relatata mal-fjuwils alternattivi.

 

______________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)  Sehem kbir tal-akkwist tat-trasport pubbliku huwa relatat ma' korpi lokali tat-trasport pubbliku li ġeneralment huma f'idejn l-awtoritajiet lokali b'mezzi finanzjarji limitati. Jenħtieġ, għalhekk, li r-regoli dwar l-akkwist ta' vetturi nodfa la joħolqu piż finanzjarju addizzjonali sinifikanti u lanqas ma jwasslu għall-esternalizzazzjoni ta' kostijiet ogħla rikorrenti permezz ta' prezzijiet ogħla tal-biljetti, taxxi lokali ogħla jew it-tnaqqis tat-trasport pubbliku.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 18c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18c)  L-Unjoni jeħtieġ li tipproteġi lill-manifatturi tal-UE minn kompetizzjoni inġusta f'pajjiżi terzi, fejn il-manifatturi tal-Unjoni ma għandhomx aċċess għall-offerti tal-akkwist pubbliku għax-xiri, it-twellija, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs ta' vetturi tat-trasport bit-triq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-prattiki ta' kompetizzjoni inġusta f'pajjiżi terzi u tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura l-protezzjoni tal-industrija Ewropea.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2009/33/KE

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi

Id-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq fl-akkwist pubbliku, b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Din-Direttiva teħtieġ lill-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti kif ukoll ċerti operaturi, iqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jixtru vetturi ta' trasport fuq it-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Komunità.

"Din id-Direttiva tesiġi li l-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti kif ukoll ċerti operaturi jqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jixtru, iwellu, jikru jew jixtru bin-nifs jew jimmodifikaw b'mod retroattiv vetturi ta' trasport bit-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&qid=1530868809501&from=EN)

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)  fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva kuntratti għax-xiri ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/46/KE, li ma jkunux suġġetti għal approvazzjoni tat-tip jew approvazzjoni individwali fit-territorju tagħhom.

"L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva kuntratti għax-xiri, it-twellija, ix-xiri bin-nifs jew il-modifika retroattiva ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/46/KE, li ma jkunux soġġetti għal approvazzjoni tat-tip jew approvazzjoni individwali fit-territorju tagħhom."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&from=EN)

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti tax-xiri, tal-kiri, tat-twellija jew tax-xiri bin-nifs ta' vetturi tat-trasport bit-triq minn:

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti tax-xiri, tal-kiri, tat-twellija jew tax-xiri bin-nifs jew modifika retroattiva ta' vetturi tat-trasport bit-triq minn:

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  L-istituzzjonijiet, l-Aġenziji u l-Korpi tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  "vetturi nodfa" tfisser

4.  "vetturi nodfa" tfisser vettura, irrispettivament mill-kategorija, li hija mħaddma bi fjuwils alternattivi kif definit fil-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE, esklużi bijofjuwils li mhumiex prodotti minn materija prima elenkata fil-parti A tal-Aness IX tad-Direttiva 2018/... (RED II) jew prodotta miż-żejt tal-palm*, u inklużi l-vetturi ibridi li fihom l-elettriku jintuża biss għal parti mill-użu operazzjonali tal-vettura, vetturi b’emissjonijiet baxxi u vetturi mingħajr emissjonijiet. Għal vetturi b'magna b'kombustjoni interna, emissjonijiet f'sewqan reali (RDE) ** bħala perċentwal ta' limiti tal-emissjonijiet *** ma jistgħux jaqbżu t-80 %.

(a)  vettura tal-kategorija M1 jew M2 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif imsemmi fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;

 

(b)  vettura tal-kategorija N1 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f’CO2g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif imsemmi fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;

 

(c)  vettura tal-kategorija M3, N2 jew N3 kif definit fit-Tabella 3 tal-Anness”.

 

 

_____________________________

 

*   Dan għandu jintwera b'kuntratt ta' fornitura tal-bijofjuwil jew mezzi oħra ta' aċċess għall-bijofjuwil

 

**   RDE tal-partikuli ultrafini f’#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f'mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.

 

***   Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli huwa msemmi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  "vettura mingħajr emissjonijiet" tfisser vettura mingħajr emissjonijiet fl-iżbokk tal-egżost ta' CO2, NOx u ta' materja partikolata fina.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  "vettura b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura b'livelli massimi ta' emissjonijiet kif imsemmi fit-Tabella 2 fl-Anness.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c.  "vettura modifikata retroattivament skont l-istandard ta' vettura nadifa" tfisser vettura b'magna modifikata retroattivament skont l-istandard ta' vettura nadifa kif definit fil-punt 4 tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. Fil-każ ta' magna modifikata retroattivament li tuża l-bijofjuwils kif definit fil-punt (i) tal-Artikolu 2 tat-tieni paragrafu tad-Direttiva 2009/28/KE, il-fjuwils sintetiċi jew il-fjuwils paraffiniċi, il-vettura trid tissodisfa l-istandards Euro l-aktar riċenti jew standards suċċessuri.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej:

imħassar

“Artikolu 4a

 

Delega tas-setgħat

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 8a biex taġġorna t-Tabella 3 tal-Anness mal-limiti tal-emissjonijiet mill-egżost tas-CO2 u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja għall-vetturi tqal ġaladarba l-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-vetturi tqal ikunu fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni.

 

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri, il-kiri, it-twellija u x-xiri bin-nifs tal-vetturi tat-trasport bit-triq, u l-kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u l-kuntratti tas-servizz pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief imsemmija fit-Tabella 4 tal-Anness, u għall-vetturi tqal imsemmija fit-Tabella 5 tal-Anness.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri, il-kiri, it-twellija, ix-xiri bin-nifs jew il-modifika retroattiva skont l-istandard ta' vettura nadifa tal-vetturi tat-trasport bit-triq, u l-kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u l-kuntratti tas-servizz pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief nodfa msemmija fit-Tabella 4 tal-Anness, u għall-vetturi tqal imsemmija fit-Tabella 5 tal-Anness.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Għall-fini li jiġu kkalkulati r-rekwiżiti minimi tal-akkwist, id-data tal-akkwist pubbliku li għandha titqies hija d-data tat-tlestija tal-proċedura tal-akkwist pubbliku, permezz tal-iffirmar tal-kuntratt.

 

Ir-rekwiżiti minimi tal-akkwist għandhom jiġu kkalkulati bħala medja tal-kuntratti kollha ffirmati bejn il-jum wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u l-31 ta' Diċembru 2024 għall-ewwel perjodu ta’ referenza, u mill-1 ta' Jannar 2025 u l-31 ta' Diċembru 2029 għat-tieni perjodu ta’ referenza.

 

F'każ li ma jiġux adottati rekwiżiti ġodda għall-perjodu ta' referenza wara l-1 ta' Jannar 2030, ir-rekwiżiti stabbiliti għall-2030 għandhom ikomplu japplikaw.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Biex jintlaħqu l-miri tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' kuntratti fuq l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża ("MEAT") kif deskritt fl-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/25/UE. L-ispeċifikazzjonijiet għall-offerti għandhom jiġu definiti mhux biss b'enfasi fuq il-Kost Totali tas-Sjieda (TCO) iżda anki fuq karatteristiċi oħra tal-vetturi bħall-aċċessibbiltà, l-introduzzjoni fil-pajsaġġ urban, il-livelli akustiċi, l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċiklabbiltà tal-batteriji u l-komponenti tal-vetturi.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 5a

 

Riżorsi Finanzjarji

 

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli biżżejjed strumenti ta' finanzjament għall-akkwist ta' vetturi nodfa u l-installazzjoni tal-infrastruttura relatata tagħhom fit-territorju tagħhom. L-istabbiliment tal-fondi għandu jsegwi evalwazzjoni bir-reqqa tal-ħtiġijiet finanzjarji tal-awtoritajiet pubbliċi u l-entitajiet kontraenti marbuta mal-miri tal-akkwist stabbiliti fil-livell nazzjonali.

 

2.  L-Unjoni għandha tagħmel disponibbli strumenti ta' finanzjament addizzjonali għall-appoġġ tal-adozzjoni ta' vetturi nodfa u l-installazzjoni tal-infrastruttura relatata tagħhom fl-Istati Membri."

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 5b

 

Pjan ta' azzjoni għal fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku

 

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill pjan ta' azzjoni biex jitħaffef l-istabbiliment ta' infrastruttura għall-iċċarġjar u r-riforniment tal-fjuwil għall-vetturi tqal li huma proprjetà ta' kumpaniji tat-trasport fil-garaxxijiet u l-postijiet ta' manutenzjoni tagħhom stess kif ukoll fl-ispazju pubbliku.

 

2.  Dan il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament disponibbli tal-Unjoni u jistipula b'mod ċar il-proċeduri dwar kif appoġġ bħal dan jista' jingħata, inkluż ir-relazzjoni tiegħu mar-regoli eżistenti Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat.

 

3.  Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni dwar kif l-istrumenti ta' finanzjament Ewropej jistgħu jiġu riveduti biex tingħata prijorità għall-finanzjament lil kumpaniji tat-trasport pubbliku ta' kull daqs biex jissostitwixxu l-vetturi tagħhom."

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 5c

 

Pjattaforma tal-Unjoni għall-akkwist transfruntier u konġunt ta' vetturi tat-trasport fit-triq b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-enerġija

 

Sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-miri stabbiliti fl-Anness għal din id-Direttiva u biex jinkisbu ekonomiji ta' skala, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma tal-Unjoni għall-akkwist transfruntier u konġunt ta' vetturi tat-trasport bit-triq b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-enerġija. L-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet u l-operaturi msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jipparteċipaw f'din il-pjattaforma biex jakkwistaw il-vetturi b'mod konġunt. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pjattaforma tkun aċċessibbli għall-pubbliku u tlaqqa' flimkien b'mod effettiv lill-partijiet ikkonċernati kollha fl-akkomunament tar-riżorsi tagħhom. Sabiex jiġi ffaċilitat l-istabbiliment u t-twettiq ta' akkwisti konġunti bħal dawn, il-Kummissjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u tiżviluppa mudelli għal ftehimiet ta' kooperazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 8a għat-twaqqif tal-pjattaforma tal-Unjoni għall-akkwist konġunt ta' vetturi tat-trasport bit-triq b'emissjonijiet baxxi u effiċjenti fl-enerġija."

Ġustifikazzjoni

Pjattaforma għall-akkwist transfruntier tista' tgħin lil bliet jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala, u għaldaqstant inaqqsu l-ispejjeż.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 8a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Jiddaħħal Artikolu 8a ġdid:

imħassar

“Artikolu 8a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 4a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [Please insert the date of entry into force]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 4a tista' tiġi rrevokata f’kull żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

 

5.  Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

 

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)   L-Artikolu 9 jinbidel b’dan li ġej:

(8)   L-Artikolu 9 huwa mħassar

"1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

 

Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

3.   Fejn l-opinjoni tal-kumitat tkun trid tinkiseb permezz tal-proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tittermina mingħajr riżultat fejn, fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat hekk jiddeċiedi jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat jitolbu li jsir hekk.

 

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Wara r-rappurtar tal-Istati Membri, kull tliet snin mill-1 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u dwar l-azzjonijiet li jittieħdu minn Stati Membri individwali għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva bħala parti mir-rapport previst fl-Artikolu 83(3)(2) tad-Direttiva 2014/24/UE u l-Artikolu 99(3)(2) tad-Direttiva 2014/25/UE sat-18 ta' April 2026, u kull tliet snin sussegwentement. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport preliminari lill-Kummissjoni sat-18 ta' April 2026.

 

Dawk ir-rapporti għandu jkollhom informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu biex tiġi implimentata din id-Direttiva, fosthom l-għadd u l-kategoriji tal-vetturi akkwistati mill-awtoritajiet u l-entitajiet, u dwar id-djalogu li sar bejn il-livelli differenti ta' governanza, kif ukoll informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-attivitajiet tar-rappurtar imsemmija hawn fuq, u kull informazzjoni siewja oħra.

 

L-informazzjoni għandha tikkonforma mal-kategoriji li jinsabu fir-Regolament Nru 2195/2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV) kif imniżżel fit-Tabella 1 tal-Anness.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)   Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Dawk ir-rapporti għandhom jevalwaw l-effetti tad-Direttiva, speċjalment tal-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3), u l-ħtieġa ta' aktar azzjoni, u jinkludu proposti kif meħtieġ.

"2.   Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, tipproponi metodoloġija għall-għadd tal-emissjonijiet ta' CO2 taċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet ta' CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi.

F'dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tqabbel iċ-ċifri nominali u relattivi tal-vetturi mixtrija li jikkorrispondu mal-aqwa alternattiva tas-suq f’termini ta' enerġija tul il-ħajja operattiva u tal-impatti ambjentali, f’kull waħda mill-kategoriji tal-vetturi elenkati fit-Tabella 3 tal-Anness, mas-suq totali għal dawn il-vetturi, u tagħmel stima kif l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3) affettwaw is-suq. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għal iktar azzjoni u tinkludi proposti kif meħtieġ.

Sa mhux aktar tard mit-18 ta' April 2027, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina d-Direttiva 2009/33/KE u kwalunkwe leġiżlazzjoni rilevanti oħra marbuta mal-fjuwils alternattivi, filwaqt li tqis l-emissjonijiet tas-CO2 tul iċ-ċiklu tal-ħajja u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-estrazzjoni sal-użu tal-vetturi.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – ab (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Mhux aktar tard mid-data tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3), tippreżenta evalwazzjoni tal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 6, u tipproponi aġġustamenti adatti jekk meħtieġ.

"3.  Sat-18 ta' April 2024, u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li jispeċifika l-azzjonijiet meħuda minn Stati Membri individwali f'dan ir-rigward, u tivvaluta l-ħtieġa ta' azzjoni ulterjuri u fejn ikun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex tiġi emendata din id-Direttiva."

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 2026, u mbagħad kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport intermedju lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2023. Dak ir-rapport għandu jiġbor informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu biex titwettaq din id-Direttiva, fosthom l-għadd u l-kategoriji tal-vetturi akkwistati mill-awtoritajiet u l-entitajiet, u dwar id-djalogu li sar bejn il-livelli differenti ta' governanza, kif ukoll informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-attivitajiet tar-rappurtar imsemmija hawn fuq, u kull informazzjoni siewja oħra. L-informazzjoni għandha timxi mal-kategoriji tal-informazzjoni li hemm fir-Regolament Nru 2195/2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV)31 kif imniżżel fl-Anness.

imħassar

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta linji gwida, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dwar il-kontenut tar-rapporti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 4".

5.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta linji gwida, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, dwar il-kontenut tar-rapporti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1".

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt ba (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5a.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu mekkaniżmi biex jirregolaw ix-xiri ta' vetturi nodfa minn sidien oħra tal-flotta, bħall-kumpaniji tat-taksi, il-car-sharing u r-ride-pooling."

Ġustifikazzjoni

Sehem żgħir biss (8 % tal-emissjonijiet tat-trasport) jirriżulta mit-trasport pubbliku; iżda, il-proposta tad-direttiva għandha prinċipalment fil-mira vetturi tat-trasport pubbliku. Sabiex dan jiġi bbilanċjat u jinkiseb l-objettiv tat-tnaqqis fl-emissjonijiet mis-settur tat-trasport, jenħtieġ li jiġu inklużi flotot kbar fid-Direttiva.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bb (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5b.  Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill pjan ta' azzjoni biex jitħaffef l-istabbiliment ta' infrastruttura tal-iċċarġjar u tal-forniment tal-fjuwil għal HDVs fil-pussess ta' kumpaniji tat-trasport fid-depożiti tagħhom stess u żoni ta' manutenzjoni kif ukoll l-ispazju pubbliku. Dan il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni disponibbli u jistipula kif appoġġ bħal dan jista' jingħata minkejja regoli Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat."

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bc (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 5c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5c.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi l-leġiżlazzjoni xierqa relatata mal-promozzjoni tat-trasport bit-triq nadif u effiċjenti fl-użu tal-enerġija fir-rigward tal-użu tal-aħjar tajers gradati u dawk maqtugħin mill-ġdid, u fejn xieraq tippreżenta proposta leġislattiva."

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt bd (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 5d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5d.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri rigward il-fondi differenti tal-UE li jistgħu jintużaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva, eż. il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li tappoġġa l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej ta' prestazzjoni għolja, sostenibbli, interkonnessi effiċjentement fil-qasam tat-trasport u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi jew il-Faċilità għal Trasport Aktar Nadif li jappoġġaw l-użu ta' vetturi tat-trasport aktar nodfa, u l-ħtiġijiet tagħhom ta' infrastruttura assoċjata jistgħu jiġu mobilizzati."

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt be (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 - paragrafu 5e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(be)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5e.  Iċ-Ċentri ta' Konsulenza għandu jkollhom rwol ewlieni f'din it-tranżizzjoni billi jiffaċilitaw u jippromwovu l-investimenti u jappoġġaw lill-kapaċitajiet istituzzjonali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ b'mod sostanzjali r-rwol u l-kapaċità taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, b'mod partikolari permezz ta' preżenza lokali u rwol proattiv fit-tħejjija tal-proġetti."

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn XXXX [Jekk jogħġbok daħħal id-data[ ] 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn XXXX [Jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ]. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Anness I

Direttiva 2009/33/KE

Anness – tabella 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 1. Il-kodiċijiet tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) imsemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

60112000-6

Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

60130000-8

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

60140000-1

Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

60172000-3

Kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier

90511000-2

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

60160000-7

Trasport tal-posta bit-triq

60161000-4

Servizzi ta' trasport tal-pakketti

 

Emenda

Tabella 1. Il-kodiċijiet tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) imsemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

60112000-6

Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

60130000-8

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

60140000-1

Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

60172000-3

Kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier

90511000-2

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

60160000-7

Trasport tal-posta bit-triq

60161000-4

Servizzi ta' trasport tal-pakketti

64121100-1

Servizzi ta' konsenja tal-posta

64121200-2

Servizzi ta' konsenja tal-pakketti

60170000-0

Kiri ta' vetturi tat-trasport tal-passiġġieri b'xufier

60171000-7

Kiri ta' karozzi tal-passiġġieri b'xufier

60181000-0

Kiri ta' trakkijiet b'xufier

60180000-3

Kiri ta' vetturi tat-trasport tal-merkanzija b'xufier

90511100-3

Servizzi ta' ġbir tal-iskart solidu urban

90511200-4

Servizzi ta' ġbir tal-iskart domestiku

90511300-5

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

90511400-6

Servizzi ta' ġbir tal-karti

Emenda    74

Proposta għal direttiva

ANNESS I

Direttiva 2009/33/KE

Anness – tabella 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 2: Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief

Kategoriji ta' vetturi

2025

2030

 

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet**

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet

Vetturi M1

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M2

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi N1

40

80%

0

Mhux applikabbli

* Emissjonijiet tas-sewqan reali tal-partikuli ultrafini f’#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f’mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.

** Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli jinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

 

Emenda

Tabella 2: Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief

Kategoriji ta' vetturi

2025

2030

 

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet**

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet

Vetturi L

25

 

 

 

Vetturi M1

50

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M2

50

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi N1

50

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M3

Mhux applikabbli

 

 

 

Vetturi N2

Mhux applikabbli

 

 

 

Vetturi N3

Mhux applikabbli

 

 

 

* Emissjonijiet tas-sewqan reali tal-partikuli ultrafini f’#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f’mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.

** Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli jinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

ANNESS I

Direttiva 2009/33/KE

Anness – tabella 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 4: Mira minima għas-sehem tal-vetturi ħfief skont it-Tabella 2 fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi ħfief fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

2025

2030

Il-Lussemburgu

35%

35%

L-Iżvezja

35%

35%

Id-Danimarka

34%

34%

Il-Finlandja

35%

35%

Il-Ġermanja

35%

35%

Franza

34%

34%

Ir-Renju Unit

35%

35%

In-Netherlands

35%

35%

L-Awstrija

35%

35%

Il-Belġju

35%

35%

L-Italja

35%

35%

L-Irlanda

35%

35%

Spanja

33%

33%

Ċipru

29%

29%

Rumanija

35%

35%

Il-Portugall

27%

27%

Il-Greċja

23%

23%

Is-Slovenja

20%

20%

Iċ-Ċekja

27%

27%

L-Estonja

21%

21%

Is-Slovakkja

20%

20%

Il-Litwanja

19%

19%

Il-Polonja

20%

20%

Il-Kroazja

17%

17%

L-Ungerija

21%

21%

Il-Latvja

20%

20%

Ir-Rumanija

17%

17%

Il-Bulgarija

16%

16%

* Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost għandhom jingħaddu bħala vettura waħda (1) li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Il-vetturi l-oħra kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 2 f'dan l-Anness għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li qed tikkontribwixxi.

 

Emenda

Tabella 4: Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri1, 2

 

Kategorija tal-vettura M1, M2, N1

Kategorija tal-vettura L

Stat Membru

2025

2030

2025

2030

Istituzzjonijiet, Aġenziji u Korpi tal-UE

[50%]

[50%]

[50%]

[50%]

Il-Lussemburgu

50%

50%

50%

50%

L-Iżvezja

50%

50%

50%

50%

Id-Danimarka

50%

50%

50%

50%

Il-Finlandja

50%

50%

50%

50%

Il-Ġermanja

50%

50%

50%

50%

Franza

50%

50%

50%

50%

Ir-Renju Unit

50%

50%

50%

50%

In-Netherlands

50%

50%

50%

50%

L-Awstrija

50%

50%

50%

50%

Il-Belġju

50%

50%

50%

50%

L-Italja

50%

50%

50%

50%

L-Irlanda

50%

50%

50%

50%

Spanja

50%

50%

50%

50%

Ċipru

50%

50%

50%

50%

Malta

50%

50%

50%

50%

Il-Portugall

50%

50%

50%

50%

Il-Greċja

35%

35%

35%

35%

Is-Slovenja

35%

35%

35%

35%

Iċ-Ċekja

50%

50%

50%

50%

L-Estonja

35%

35%

35%

35%

Is-Slovakkja

35%

35%

35%

35%

Il-Litwanja

35%

35%

35%

35%

Il-Polonja

35%

35%

35%

35%

Il-Kroazja

25%

25%

25%

25%

L-Ungerija

25%

25%

25%

25%

Il-Latvja

25%

25%

25%

25%

Ir-Rumanija

25%

25%

25%

25%

Il-Bulgarija

25%

25%

25%

25%

1   Mill-inqas 70 % tar-rekwiżiti minimi tal-akkwist għal vetturi ħfief u nodfa fl-ewwel perjodu ta' referenza (sal-2025) għandhom jiġu ssodisfati mill-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi u fit-tieni (2025-2030) perjodu u fil-perjodi sussegwenti ta' referenza, mill-vetturi mingħajr emissjonijiet.

2   Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost għandhom jingħaddu bħala vettura waħda (1) li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Il-vetturi b'emissjonijiet baxxi għandhom jingħaddu bħala 0,66 ta' vettura li tikkontribwixxi għall-mandat. Il-bqija tal-vetturi għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li tikkontribwixxi għall-mandat.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

ANNESS I

Direttiva 2009/33/KE

Anness – tabella 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 5: Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal skont it-Tabella 3 fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

Trakkijiet

Xarabanks

 

2025

2030

2025

2030

Il-Lussemburgu

10%

15%

50%

75%

L-Iżvezja

10%

15%

50%

75%

Id-Danimarka

10%

15%

50%

75%

Il-Finlandja

9%

15%

46%

69%

Il-Ġermanja

10%

15%

50%

75%

Franza

10%

15%

48%

71%

Ir-Renju Unit

10%

15%

50%

75%

In-Netherlands

10%

15%

50%

75%

L-Awstrija

10%

15%

50%

75%

Il-Belġju

10%

15%

50%

75%

L-Italja

10%

15%

50%

75%

L-Irlanda

10%

15%

50%

75%

Spanja

10%

14%

50%

75%

Ċipru

10%

13%

50%

75%

Malta

10%

15%

50%

75%

Il-Portugall

8%

12%

40%

61%

Il-Greċja

8%

10%

38%

57%

Is-Slovenja

7%

9%

33%

50%

Iċ-Ċekja

9%

11%

46%

70%

L-Estonja

7%

9%

36%

53%

Is-Slovakkja

8%

9%

39%

58%

Il-Litwanja

9%

8%

47%

70%

Il-Polonja

7%

9%

37%

56%

Il-Kroazja

6%

7%

32%

48%

L-Ungerija

8%

9%

42%

63%

Il-Latvja

8%

9%

40%

60%

Ir-Rumanija

6%

7%

29%

43%

Il-Bulgarija

8%

7%

39%

58%

* Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost jew il-vetturi li jużaw il-gass naturali, diment li dawn ikunu jaħdmu għalkollox bil-bijometanu, kif jenħtieġ li jintwera permezz ta' kuntratt għal akkwist tal-bijometanu jew għal mezzi oħra ta' aċċess għall-bijometanu, għandhom jingħaddu bħala vettura waħda (1) li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Dan il-kalkolu għandu jingħata l-ġenb jekk f'dak l-Istat Membru, il-mandat minimu tal-akkwist ikun jaqbeż il-50 % tal-volum ġenerali tal-akkwist pubbliku, b'limitu f'50 %. Il-vetturi l-oħra kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 2 f'dan l-Anness għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li qed tikkontribwixxi.

 

Emenda

Tabella 5: Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal skont l-Artikolu 4(4) fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri

Stat Membru

Trakkijiet

Xarabanks

 

20251

20302

20251

20302

Istituzzjonijiet, Aġenziji u Korpi tal-UE

[10%]

[15%]

[50%]

[75%]

Il-Lussemburgu

10%

15%

50%

75%

L-Iżvezja

10%

15%

50%

75%

Id-Danimarka

10%

15%

50%

75%

Il-Finlandja

9%

15%

46%

69%

Il-Ġermanja

10%

15%

50%

75%

Franza

10%

15%

48%

71%

Ir-Renju Unit

10%

15%

50%

75%

In-Netherlands

10%

15%

50%

75%

L-Awstrija

10%

15%

50%

75%

Il-Belġju

10%

15%

50%

75%

L-Italja

10%

15%

50%

75%

L-Irlanda

10%

15%

50%

75%

Spanja

10%

14%

50%

75%

Ċipru

10%

13%

50%

75%

Malta

10%

15%

50%

75%

Il-Portugall

8%

12%

40%

61%

Il-Greċja

8%

10%

38%

57%

Is-Slovenja

7%

9%

33%

50%

Iċ-Ċekja

9%

11%

46%

70%

L-Estonja

7%

9%

36%

53%

Is-Slovakkja

8%

9%

39%

58%

Il-Litwanja

9%

8%

47%

70%

Il-Polonja

7%

9%

37%

56%

Il-Kroazja

6%

7%

32%

48%

L-Ungerija

8%

9%

42%

63%

Il-Latvja

8%

9%

40%

60%

Ir-Rumanija

6%

7%

29%

43%

Il-Bulgarija

8%

7%

39%

58%

1   Mill-inqas 50 % tal-miri minimi tal-akkwist għal vetturi tqal u nodfa għandhom jiġu ssodisfati mill-vetturi mingħajr emissjonijiet jew mill-vetturi li jużaw il-gass naturali, diment li dawn ikunu jaħdmu għalkollox bil-bijometan, u dan għandu jintwera permezz ta' kuntratt għall-akkwist tal-bijometan jew mezzi oħra ta' aċċess għall-bijometan. L-għadd tas-sehem ta' vetturi li joperaw bil-bijometan għas-sottomira għandu jieqaf sa 30 % tas-sottomira.

2  Mill-inqas 66 % tal-miri minimi tal-akkwist għal vetturi tqal u nodfa għandhom jiġu ssodisfati mill-vetturi mingħajr emissjonijiet jew mill-vetturi li jużaw il-gass naturali, dment li dawn ikunu jaħdmu għalkollox bil-bijometan, u dan għandu jintwera permezz ta' kuntratt għall-akkwist tal-bijometan jew mezzi oħra ta' aċċess għall-bijometan. L-għadd tas-sehem ta' vetturi li joperaw bil-bijometan għas-sottomira għandu jieqaf sa 30 % tas-sottomira.

(1)

  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 58.

(2)

  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Proposta għal direttiva li temenda d-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, billi tiffissa miri minimi għall-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa, għandha bħala l-għan tagħha l-promozzjoni tat-trasport nadif, li trawwem teknoloġiji ġodda u nodfa u, fuq żmien fit-tul, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u tas-CO2.

Fl-abbozz ta' rapport tiegħu, ir-rapporteur jorbot id-definizzjoni ta' vetturi nodfa għall-vetturi ħfief u tqal, mad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi. Dak l-allinjament għandu joħloq prevedibbiltà fit-tul u stabbiltà fil-liġi tal-Unjoni. Id-Direttiva emendata għandha tikkontribwixxi wkoll għall-installazzjoni ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, kif ukoll għall-konformità tal-vetturi mar-rekwiżiti tal-aħħar standards dwar is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-gassijiet serra.

L-abbozz ta' rapport jiċċara wkoll id-dispożizzjonijiet dwar il-miri minimi tal-akkwist: id-dati tad-dħul fis-seħħ, it-tul tal-perjodi biex jintlaħqu l-miri, u l-mument rilevanti taċ-ċiklu tal-akkwist pubbliku li għandu jitqies għall-kalkolu tal-miri.

Billi ċerti setturi tat-trasport pubbliku fil-muniċipalitajiet ma jistgħux jitqiesu separatament minn xulxin, ir-Rapporteur jipproponi li f'ċerti sitwazzjonijiet jiġi permess li t-trammijiet u l-ferroviji ta,l-metro akkwistati jingħaddu għall-kisba tal-mira minima tal-akkwist tax-xarabanks.

Bl-impożizzjoni ta' miri minimi tal-akkwist għal vetturi ħfief u tqal, din id-Direttiva se teħtieġ riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Għaldaqstant, l-abbozz ta' rapport jenfasizza li l-politika baġitarja u finanzjarja tal-Unjoni wara l-2020 għandha tikkunsidra dan biex tipprovdi biżżejjed appoġġ finanzjarju għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti. Dan għandu jiġi rifless fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u fir-regoli dwar finanzjament sostenibbli u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni.

Id-Direttiva proposta tuża l-akkwist pubbliku biex tistimola d-domanda għal vetturi tat-trasport bit-triq nodfa. Il-manifatturi tal-UE, madankollu, jeħtieġ ukoll li jiġu protetti mill-kompetizzjoni inġusta. Għalhekk, fl-abbozz ta' rapport tiegħu, ir-Rapporteur jipproponi li l-vetturi tat-trasport bit-triq li huma prodotti minn manifatturi bbażati f'pajjiżi terzi fejn il-manifatturi tal-UE ma jkollhomx aċċess għal sejħiet tal-offerti ta' akkwist pubbliku għax-xiri, it-twellija, il-kiri jew ix-xiri bin-nifs ta' vetturi tat-trasport bit-triq, m'għandhomx jingħaddu għall-kisba tal-miri minimi tal-akkwist.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (11.7.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

(COM(2017)0653 – C8-0393/2017 – 2017/0291(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Andor Deli

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tirrevedi d-Direttiva. L-investimenti pubbliċi f'vetturi nodfa għandhom ukoll impatt immedjat fuq arja nadifa għaċ-ċittadini, u jindirizzaw il-problemi persistenti tat-tniġġis tal-arja u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għal għamliet oħra ta' akkwist għajr ix-xiri, jiġifieri t-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs tal-vetturi, u għal kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedat u għall-kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier; barra minn hekk, ir-Rapporteur jixtieq li jiġi estiż ulterjorment il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva għal servizzi tat-taxi, meta huma proprjetà pubblika, u fil-każ ta' vetturi mikrija. Peress li l-kamp ta' applikazzjoni dejjaq kien waħda mir-raġunijiet prinċipali għall-applikazzjoni limitata tad-Direttiva, din l-emenda se tkun bidla pożittiva.

Barra minn hekk, huwa favur il-qafas ta' rapportar sakemm dan isir fi ħdan sforzi amministrattivi aċċettabbli meta kategorija ta' vetturi nodfa tiġi introdotta fir-reġistri tal-karozzi uffiċjali. Rappurtar komprensiv jista' jipprovdi ħarsa ġenerali ċara tas-suq u jippermetti l-monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni.

Jilqa' wkoll l-abrogazzjoni tal-metodoloġija għall-monetizzazzjoni, li hija ta' piż kbir wisq u li rarament ġiet applikata.

Madankollu, ir-Rapporteur jikkritika n-nuqqas ta' ċarezza f'din id-Direttiva, b'mod partikolari t-tixrid ta' informazzjoni, b'definizzjonijiet differenti, u l-metodi kkumplikati tal-għadd għall-"vetturi nodfa" fuq żewġ perjodi ta' żmien distinti (sal-2025 u bejn l-2025 u l-2030).

Għall-vetturi ħfief, id-Direttiva tipproponi li matul il-perjodu ta' tranżizzjoni (sal-2025) il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost, li prinċipalment jirreferi għal vetturi 100% elettriċi, jingħaddu bħala vettura waħda. Vetturi taħt ċertu limitu tal-emissjonijiet mill-egżost huma kkunsidrati wkoll bħala vetturi nodfa; madankollu, dawn jingħaddu biss bil-fattur ta' ponderazzjoni 0,5. Il-limiti huma 25 CO2 g/km għall-vannijiet u 40 CO2 g/km għall-vannijiet tal-passiġġieri, li prinċipalment huma relatati ma' vetturi ibridi rikarikabbli.

Ir-Rapporteur jemmen li dawn il-kalkoli mhux biss huma kkumplikati wisq iżda jiddubita wkoll kemm il-perjodu ta' tranżizzjoni sal-2025 se jgħin biex inaqqas id-distakk teknoloġiku sa meta l-emissjonijiet żero mill-egżost isiru disponibbli b'mod mifrux. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni u biex jiġi stimulat suq realistiku għall-vetturi nodfa, kull vettura kkunsidrata nadifa skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi għandha tingħadd bħala vettura waħda. Mill-2030 'il quddiem, il-vetturi mingħajr emissjonijiet biss jissodisfaw ir-rekwiżit ta' miri tal-akkwist. Ir-Rapporteur huwa konvint li sal-2030, is-suq tal-vetturi mingħajr emissjonijiet se jkun ferm aktar matur u l-prezz ta' tali vettura se jkun komparabbli ma' dak ta' vetturi oħra. Ir-Rrapporteur jemmen li regoli riġidi wisq jista' jkollhom il-konsegwenza li l-akkwisti jistgħu jew jiġu mtawla fiż-żmien jew bil-kuntrarju, aċċelerati iżda b'teknoloġija qadima, li mbagħad jimblokka investimenti futuri possibbli f'teknoloġija ġdida mingħajr emissjonijiet.

Miri ta' akkwist minimi ġew stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, wara li ġew ikkunsidrati sfidi futuri għall-awtoritajiet pubbliċi u l-effiċjenza ekonomika. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw miri ogħla skont il-kapaċità ekonomika tagħhom (il-Prodott Domestiku Gross per capita) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana).

Għall-vetturi tqal, id-Direttiva tipproponi li matul il-perjodu ta' tranżizzjoni (sal-2025), il-gass naturali b'żidiet ta' bijometanu huwa aċċettat imma b'fattur ta' ponderazzjoni mnaqqas, filwaqt li għall-fażi sussegwenti m'hemm l-ebda limitu ta' emissjonijiet jew definizzjonijiet mogħtija. Il-Kummissjoni trid timplimenta dawn il-limiti permezz ta' att delegat ladarba jiġu definiti. Madankollu, m'hemm l-ebda standard ta' emissjonijiet disponibbli li għandu jintuża u ż-żero fit-teknoloġija dwar l-egżost huwa anqas matur meta mqabbel mal-vetturi ħfief.

Għalhekk, ir-Rapporteur jixtieq iħassar id-dispożizzjonijiet li jirreferu għall-att delegat u japplika l-istess loġika bħall-vetturi ħfief: kull vettura kkunsidrata nadifa skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi għandha tingħadd bħala vettura waħda. L-istess raġunament dwar miri ta' akkwist validi għall-vetturi ħfief huwa applikabbli għall-vetturi tqal.

Ir-Rapporteur jemmen li dan l-approċċ se jkun aktar newtrali mil-lat teknoloġiku, meta mqabbel ma' dak adottat mill-Kummissjoni, li huwa ffukat wisq fuq il-vetturi elettriċi, u dan se jkun jaqbel aktar mal-enfasi ewlenija tad-Direttiva, li huwa li tiġi stimulata l-politika tal-industrija billi jintuża l-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa u tingħata spinta lill-iżvilupp tas-suq.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur ifakkar li r-regoli dwar ix-xiri ta' vetturi nodfa la għandhom joħolqu piż finanzjarju addizzjonali u lanqas iwasslu għall-esternalizzazzjoni ta' kostijiet rikorrenti permezz ta' biljetti bi prezzijiet ogħla, taxxi lokali ogħla jew tnaqqis ta' servizzi tat-trasport pubbliku. Għaldaqstant, huwa jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri fil-livelli kollha biex jespandu l-inċentivi finanzjarji u mhux finanzjarji tagħhom sabiex iħaffu l-adozzjoni fis-suq.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Unjoni hi impenjata li toħloq sistema tal-enerġija dekarbonizzata sostenibbli, kompetittiva u sigura19. L-Unjoni tal-Enerġija u fil-Qafas ta' Politika dwar l-Enerġija u l-Klima għall-2020 sal-203020 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990, biex il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata jiżdied b'mill-inqas 27 %, biex tiġi ffrankata mill-inqas 27 % tal-enerġija, u biex jitjiebu s-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-UE.

(1)  L-Unjoni hi impenjata li toħloq sistema tal-enerġija dekarbonizzata sostenibbli, kompetittiva u sikura19. L-Unjoni tal-Enerġija u fil-Qafas ta' Politika dwar l-Enerġija u l-Klima għall-2020 sal-203020 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b'mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990, biex il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata jiżdied b'mill-inqas 35 %, biex tiġi ffrankata mill-inqas 35 % tal-enerġija, u biex jitjiebu s-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-UE.

_________________

_________________

19 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2014.

19 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2014.

20 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu bejn l-2020 u l-2030 (COM(2014)0013)

20 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu bejn l-2020 u l-2030 (COM(2014)0015) emendata mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tiegħu fis-17 ta' Jannar 2018.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fl-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi21, il-Kummissjoni ħabbret li biex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni għamlet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCC), li saret f'Pariġi fl-2015, trid titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jaqbdu t-triq it-tajba biex sa nofs is-seklu jixxejnu għalkollox. Minbarra dan, hemm bżonn li mingħajr dewmien jonqsu drastikament l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport li qed jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Dan jista' jintlaħaq b'għadd ta' inizjattivi ta' politika, fosthom permezz tal-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa.

(2)  Fl-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi21, il-Kummissjoni ħabbret li biex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni għamlet waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-UNFCC), li saret f'Pariġi fl-2015, trid titħaffef id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u għalhekk jenħtieġ li l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja jaqbdu t-triq it-tajba biex sa nofs is-seklu jixxejnu għalkollox. Minbarra dan, hemm bżonn li mingħajr dewmien jonqsu drastikament l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport li qed jagħmlu l-ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent. Dan jista' jintlaħaq b'għadd ta' inizjattivi ta' politika, fosthom permezz tal-akkwist pubbliku ta' vetturi nodfa.

_________________

_________________

21 COM(2016) 501 final.

21 COM(2016) 501 final.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ewropa Attiva: aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobbiltà kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd"23, din il-proposta hi parti mit-tieni pakkett ta' proposti li se jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Dan il-pakkett, li qed jiġi ppreżentat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi - Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u lill-ħaddiema tagħha" fih taħlita ta' miżuri orjentati lejn il-provvista u miżuri orjentati lejn id-domanda ħalli l-UE taqbad ir-ritmu għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u fl-istess ħin issaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistema tal-mobbiltà tal-UE.

(4)  Kif tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ewropa Attiva: aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobbiltà kompetittiva, konnessa u mingħajr ħsara għall-ambjent għal kulħadd"23, din il-proposta hi parti mit-tieni pakkett ta' proposti li se jikkontribwixxi għall-isforz tal-Unjoni għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi. Dan il-pakkett, li qed jiġi ppreżentat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "It-twettiq ta' mobbiltà b'emissjonijiet baxxi - Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u lill-ħaddiema tagħha" fih taħlita ta' miżuri orjentati lejn il-provvista u miżuri orjentati lejn id-domanda ħalli l-UE taqbad ir-ritmu għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi u fl-istess ħin issaħħaħ il-kompetittività tal-ekosistema tal-mobbiltà tal-UE. Il-promozzjoni ta' vetturi sostenibbli jenħtieġ li ssir b'mod parallel mal-iżvilupp ulterjuri tat-trasport pubbliku, bħala l-aktar mod rapidu u effiċjenti fil-konfront tal-ispejjeż biex jitnaqqas l-għadd ta' vetturi fit-triq u konsegwentement biex tittejjeb il-kwalità tal-arja u jitnaqqsu l-emissjonijiet.

_________________

_________________

23 COM (2017) 283 final.

23 COM (2017) 283 final.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-innovazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tal-vetturi u tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Jekk tiżdied l-adozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi, aktarx li din iż-żieda tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (materja partikulata, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi tan-nonmetan) u li trawwem il-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

(5)  L-innovazzjoni tat-teknoloġiji ġodda tgħin biex jonqsu l-emissjonijiet tal-vetturi, u jitnaqqas it-tniġġis akustiku filwaqt li tappoġġa d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport. Żieda fl-adozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi se tnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja (materja partikulata, ossidi tan-nitroġenu u idrokarburi tan-nonmetan) u b'hekk ittejjeb il-kwalità tal-arja fl-ibliet u f'żoni oħra mniġġsa, filwaqt li tikkontribwixxi għall-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi u tiżgura l-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-fjuwils alternattivi. Barra minn hekk, il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika jrid ikun il-prinċipju bażiku ħafna ta' kwalunkwe sforz sabiex jiġi żgurat u stimulat ambjent kompetittiv u jitħeġġu aktar riċerka u innovazzjoni f'dan il-qasam. Sabiex jitnaqqsu t-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku u jiġu ssodisfati l-istandards tal-Kwalità tal-Arja tal-UE f'żoni urbani u rurali, huma meħtieġa politiki u miżuri konkreti u ambizzjużi, inkluż l-użu tal-akkwist pubbliku ta' vetturi b'emissjonijiet nodfa.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Sabiex ikunu konsistenti mal-objettivi tas-sostenibbiltà, il-batteriji jenħtieġ li jkunu prodotti bl-anqas impatti ambjentali ġewwa u barra l-Unjoni, b'mod speċjali f'dak li jirrigwarda l-proċess tal-estrazzjoni tal-materjal użat għall-manifattura tal-batteriji. Waqt il-proċess kollu ta' produzzjoni jenħtieġ li jitqiesu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq, f'konformità mar-reviżjoni tad-Direttiva 2006/66/KE, objettivi ambizzjużi għar-riċiklabbiltà tal-batteriji.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Il-previżjonijiet tas-suq ibassru li l-vetturi nodfa, bħall-karozzi kompletament elettriċi, se jonqsu fil-prezz b'mod sostanzjali u jsiru kompetittivi ħafna u anki irħas biex jitħaddmu minn vetturi konvenzjonali fis-snin 2020, b'mod partikolari meta jitqies il-kost totali tas-sjieda, minħabba l-kost imnaqqas tal-batteriji iżda wkoll tnaqqis ieħor fil-kostijiet li se jirriżulta minħabba kostijiet aktar baxxi tal-fjuwil u kostijiet aktar baxxi ta' manutenzjoni marbuta mat-tħaddim ta' vettura elettrika.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Filwaqt li l-Unjoni hija waħda mir-reġjuni fuq quddiem nett għar-riċerka u l-ekoinnovazzjoni ta' valur għoli, ir-Reġjun tal-Asja-Paċifiku qed jospita l-akbar produtturi tax-xarabanks u l-batteriji. Bl-istess mod, l-iżviluppi tas-suq globali f'vetturi elettriċi tal-batterija huma xprunati mis-swieq fiċ-Ċina u fl-Istati Uniti, li flimkien jammontaw għal madwar 60 % tas-suq globali, meta mqabbel ma' 28 % fl-UE. Għalhekk, huwa meħtieġ qafas ta' politika ambizzjuż tal-UE biex tiġi stimulata l-innovazzjoni u jkomplu jiġu promossi l-kompetittività u t-tkabbir tal-industrija Ewropea fis-swieq globali dejjem jikbru għall-vetturi nodfa u l-infrastruttura tat-teknoloġija assoċjata.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)  Is-suq Ewropew tal-batteriji se jammonta għal EUR 250 biljun kull sena mill-2025, peress li d-domanda Ewropea għaċ-ċelloli tal-batteriji hija mistennija tammonta għal 200 GWh u tista' toħloq 4-5 miljun impjieg ġdid fl-Ewropa. Madankollu, in-nuqqas ta' bażi domestika tal-manifattura taċ-ċelloli jipperikola l-pożizzjoni tal-klijenti industrijali tal-UE. Sabiex jegħlbu dan l-iżvantaġġ kompetittiv u jistabbilixxu katina tal-valur kompetittiva tal-manifattura taċ-ċelloli tal-batteriji fl-Ewropa msejsa fuq il-provvista sostenibbli u responsabbli ta' materja prima, proċess ta' produzzjoni bbażat fuq enerġiji rinnovabbli, riċiklabbiltà u użu mill-ġdid, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali jeħtieġ jaġixxu malajr u b'mod kollettiv.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-politika tal-akkwist tagħhom, jistgħu joħolqu swieq ta' prodotti u servizzi innovattivi, u jappoġġawhom. Id-Direttivi 2014/24/UE24 u 2014/25/UE25 jistabbilixxu regoli armonizzati minimi dwar l-akkwist pubbliku li jarmonizzaw il-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi jixtru l-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi. B'mod partikolari, dawn jistabbilixxu limiti ġenerali għall-volum ta' kuntratti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu japplikaw ukoll għad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa.

(6)  Meta jitqies li n-nefqa tal-gvern fuq il-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi tirrappreżenta madwar 14 % tal-PDG, l-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-politika tal-akkwist tagħhom, għal vetturi ġodda u għall-modifika retroattiva ta' dawk eżistenti diġà, jistgħu joħolqu swieq ta' prodotti u servizzi innovattivi, u jappoġġawhom. Id-Direttivi 2014/24/UE24 u 2014/25/UE25 jistabbilixxu regoli armonizzati minimi dwar l-akkwist pubbliku li jarmonizzaw il-mod kif l-awtoritajiet pubbliċi u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi jixtru l-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi f'konformità mar-rekwiżiti ambjentali ta' oġġetti mixtrija (inklużi l-vetturi). B'mod partikolari, dawn jistabbilixxu limiti ġenerali għall-volum ta' kuntratti soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu japplikaw ukoll għad-Direttiva dwar il-Vetturi Nodfa.

_________________

_________________

24 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65 - 242.

24 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65 - 242.

25 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243 - 374.

25 ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243 - 374.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa jesploraw possibbiltajiet biex jappoġġaw it-tħaddim ta' vetturi b'emissjonijiet estremament baxxi u jnaqqsu l-kostijiet tagħhom fis-servizzi pubbliċi, pereżempju billi jagħtu eżenzjonijiet jew tnaqqis minn taxxi fuq l-enerġija għal vetturi b'emissjonijiet estremament baxxi.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-iċċarġjar u r-riforniment hija prerekwiżit għal kwalunkwe operazzjoni tat-trasport b'vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv, inkluż għat-trasport pubbliku. Għalhekk, jenħtieġ li l-aspetti tat-trawwim tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku jissaħħu fid-Direttiva 2014/94/UE. Fin-nuqqas ta' reviżjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi pjan ta' azzjoni għall-infrastruttura tat-trasport pubbliku.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-valutazzjoni tal-impatt li saret ħarġet fid-dieher il-benefiċċji ta' bidla fl-approċċ ta' governanza ġenerali għall-akkwist tal-vetturi nodfa fil-livell tal-Unjoni. Jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-akkwist, ikun jista' jintlaħaq b'mod effettiv l-għan li jitħalla impatt fuq l-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa meta mqabbel mad-dipendenza fuq l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni fid-deċiżjonijiet ġenerali tal-akkwist, filwaqt li tiġi nnutata r-rilevanza li fid-deċiżjonijiet kollha tal-akkwist jitqiesu l-aspetti ambjentali. Il-benefiċċji fiż-żmien medju u fit-tul għaċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej jiġġustifikaw bis-sħiħ dan l-approċċ sakemm dan ma jkunx jippreskrivi xi teknoloġija partikolari biex tintuża mill-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti.

(8)  Il-valutazzjoni tal-impatt li saret issottolinjat il-benefiċċji ta' bidla fl-approċċ ta' governanza ġenerali fir-rigward tal-akkwist tal-vetturi nodfa u effiċjenti fl-enerġija fil-livell tal-Unjoni. Jekk jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-akkwist, ikun jista' jintlaħaq b'mod effettiv l-għan li jitħalla impatt fuq l-adozzjoni mis-suq tal-vetturi nodfa meta mqabbel mad-dipendenza fuq l-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni fid-deċiżjonijiet ġenerali tal-akkwist, filwaqt li tiġi nnutata r-rilevanza li fid-deċiżjonijiet kollha tal-akkwist jitqiesu l-aspetti ambjentali. Il-benefiċċji fiż-żmien medju u fit-tul għaċ-ċittadini u l-intrapriżi Ewropej jiġġustifikaw bis-sħiħ dan l-approċċ sakemm dan ma jkunx jippreskrivi xi teknoloġija partikolari biex tintuża mill-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jekk jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex ikun jinkludi prattiki bħat-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs tal-vetturi, kif ukoll kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq b'għan speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedati u għall-kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier u kif ukoll servizzi tal-posta u l-kurjer speċifiċi u servizzi tar-rimi tal-iskart, ikun żgurat li tkun kopreta kull prattika rilevanti tal-akkwist.

(9)  Jekk jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva biex ikun jinkludi prattiki bħat-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs u l-modifika retroattiva tal-vetturi, kif ukoll kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku bit-triq, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali, għal servizzi tat-trasport tal-passiġġieri mhux skedat u għall-kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier u kif ukoll servizzi tal-posta u l-kurjer speċifiċi u servizzi tar-rimi tal-iskart, ikun żgurat li tkun koperta kull prattika rilevanti tal-akkwist, filwaqt li kuntratti eżistenti jenħtieġ li ma jiġux affettwati minn din id-Direttiva b'mod retroattiv. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li teżamina l-fattibbiltà ta' akkwist nadif f'modi oħra ta' trasport.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kien hemm appoġġ wiesa' fost il-partijiet konċernati ewlenin għal definizzjoni ta' vetturi nodfa li tqis ir-rekwiżiti ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja minn vetturi ħfief u tqal. Biex ikun żgurat li jingħataw inċentivi xierqa li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni, jenħtieġ li bl-emenda d-dispożizzjonijiet għall-akkwist pubbliku ta' dawn il-vetturi jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u l-vannijiet għal wara l-202026. Azzjoni mwettqa skont id-Direttiva emendata se tikkontribwixxi għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn l-istandards. B'approċċ aktar ambizzjuż għall-akkwist pubbliku jista' jingħata stimolu addizzjonali importanti lis-suq.

(10)  Id-Direttiva emendata jenħtieġ li tikkontribwixxi għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u tal-gassijiet serra kif ukoll fit-tniġġis akustiku minn vetturi ħfief u tqal. Biex ikun żgurat li jingħataw inċentivi xierqa li jappoġġaw l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Unjoni, jenħtieġ li bl-emenda d-dispożizzjonijiet għall-akkwist pubbliku ta' dawn il-vetturi jiġu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi u l-vannijiet għal wara l-202026. Azzjoni mwettqa skont id-Direttiva emendata se tikkontribwixxi għall-konformità mar-rekwiżiti ta' dawn l-istandards. B'approċċ aktar ambizzjuż għall-akkwist pubbliku jista' jingħata stimolu addizzjonali importanti lis-suq u b'mod partikolari, il-provvista ta' vetturi tqal trid tiġi stimulata aktar, minħabba l-livell inqas avvanzat ta' maturità tas-suq ta' vetturi tqal "nodfa". Il-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq approċċ mill-estrazzjoni sal-użu sabiex tiġi indirizzata l-katina ta' provvista kollha tal-fjuwil, mill-fażi tal-estrazzjoni sal-egżost. Dan se jivvaluta l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi b'mod aktar realistiku. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi l-metodoloġija għar-reġistrazzjoni ta' emissjonijiet mill-estrazzjoni sal-użu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022, u taġġusta t-Tabelli 2 u 3 b'mod korrispondenti.

_________________

_________________

26 COM(2017) 676 final

26 COM(2017) 676 final

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-vetturi mingħajr emissjonijiet tal-egżost jistgħu wkoll iħallu impronta ambjentali sinifikanti minħabba l-proċess ta' manifattura tal-komponenti u l-livell ta' riċiklabbiltà. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jiġu mħeġġa jikkunsidraw aspetti oħra apparti l-prezz meta jakkwistaw vetturi, bħar-riċiklabbiltà tal-batteriji. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta' dawk it-teknoloġiji jenħtieġ li jiġu promossi wkoll f'politiki oħra tal-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Peress li l-vetturi ħfief u tqal jintużaw għal skopijiet differenti u għandhom livelli differenti ta' maturità tas-suq, hu importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jagħrfu dawn id-differenzi. Il-valutazzjoni tal-impatt turi l-valur miżjud jekk jitħaddem approċċ ibbażat fuq il-fjuwils alternattivi sakemm jiġu stabbiliti rekwiżiti teknoloġikament newtrali fil-livell tal-Unjoni għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal, kif il-Kummissjoni beħsiebha tipproponi fil-ġejjieni. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tirrikonoxxi wkoll li s-swieq tax-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma kkaratterizzati minn żieda fil-maturità tas-suq, filwaqt li s-swieq għat-trakkijiet mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi qegħdin fi stadju aktar bikri ta' żvilupp tas-suq.

(11)  Peress li l-vetturi ħfief u tqal jintużaw għal skopijiet differenti u għandhom livelli differenti ta' maturità tas-suq, hu importanti li d-dispożizzjonijiet dwar l-akkwist pubbliku jagħrfu dawn id-differenzi. Jenħtieġ li jiġi rikonoxxut ukoll li s-swieq tax-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma kkaratterizzati minn progressjoni reċenti, filwaqt li s-swieq għat-trakkijiet mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi qegħdin fi stadju inizjali ta' żvilupp tas-suq.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jekk jiġu stabbiliti miri minimi għall-akkwist tal-vetturi nodfa sal-2025 u sal-2030 fil-livell tal-Istati Membri, dan jgħin fiċ-ċertezza tal-politika għas-swieq fejn l-investimenti fil-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma ġġustifikati. Il-miri minimi jappoġġaw il-ħolqien tas-swieq madwar l-Unjoni kollha. Dawn jipprovdu żmien għall-aġġustament tal-proċessi tal-akkwist pubbliku u jibagħtu sinjal ċar tas-suq. Il-valutazzjoni tal-impatt tinnota li l-Istati Membri qed kulma jmur jistabbilixxu aktar miri, skont il-kapaċità ekonomika tagħhom u skont is-serjetà tal-problema. Jenħtieġ jiġu stabbiliti miri differenti fi Stati Membri differenti skont il-kapaċità ekonimika tagħhom (il-prodott domestiku gross għal kull ras) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana). Jenħtieġ li l-miri minimi tal-akkwist jiġu kkumplimentati bl-obbligu tal-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti biex fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom iqisu l-aspetti enerġetiċi u ambjentali rilevanti kollha. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali ta' din id-Direttiva emendata turi li l-impatt se jitqassam b'mod ekwu fost ir-reġjuni tal-Unjoni.

(12)  L-istabbiliment ta' miri minimi għall-akkwist tal-vetturi nodfa li għandhom jintlaħqu sal-2025 u sal-2030 huwa ċentrali biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tal-politika għas-swieq fejn l-investimenti fil-mobbiltà mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi huma meħtieġa. Il-miri minimi jappoġġaw l-iżvilupp tas-swieq madwar l-Unjoni kollha. Dawn jipprovdu żmien għall-aġġustament tal-proċessi tal-akkwist pubbliku u jibagħtu sinjal ċar tas-suq, filwaqt li fl-istess ħin jgħinu biex jingħata eżempju tajjeb lill-pubbliku. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tinnota li l-Istati Membri qed kulma jmur jistabbilixxu aktar miri, skont il-kapaċità ekonomika tagħhom u skont is-serjetà tal-problema. L-Istati Membri, madankollu, huma mħeġġa japplikaw miri aktar ambizzjużi skont il-prestazzjoni ekonomika tagħhom (il-Prodott Domestiku Gross per capita) u l-esponiment għat-tniġġis (id-densità tal-popolazzjoni urbana). Meta wieħed iqis li ħafna drabi dawn il-parametri mhumiex uniformi fi ħdan Stat Membru, valutazzjoni tal-affidabbiltà tagħhom se tkun meħtieġa sabiex eventwalment il-metodoloġija tkun tista' tiġi kkomplementata. Jenħtieġ li l-miri minimi tal-akkwist jiġu kkumplimentati bl-obbligu tal-awtoritajiet, l-entitajiet u l-operaturi kontraenti biex fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom iqisu l-aspetti enerġetiċi u ambjentali rilevanti kollha. Il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali ta' din id-Direttiva emendata turi li l-impatt se jitqassam b'mod ekwu fost ir-reġjuni tal-Unjoni. Fid-dawl tal-iżviluppi li għaddejjin fit-teknoloġiji tat-trasport, rieżami ta' nofs it-terminu ta' dawn il-miri minimi u valutazzjoni tal-parametri nazzjonali jistgħu jkunu meħtieġa biex jippermettu li jkun hemm adattament tal-valuri fi stadju aktar tard.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-impatt massimu jista' jinkiseb jekk l-akkwist pubbliku tal-vetturi nodfa jiġi mmirat f'oqsma li għandhom livell relattivament għoli ta' tniġġis tal-arja. L-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri huma mħeġġa biex meta jkunu qed jikkonkludu l-implimentazzjoni tal-miri minimi nazzjonali tagħhom jiffukaw l-aktar fuq dawk l-oqsma u biex fir-rappurtar tagħhom skont din id-Direttiva emendata jirriflettu l-azzjoni relatata.

(13)  L-impatt massimu jista' jinkiseb jekk l-akkwist pubbliku tal-vetturi nodfa jiġi mmirat f'oqsma li għandhom livell relattivament għoli ta' tniġġis tal-arja u tniġġis akustiku. L-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri huma mħeġġa biex meta jkunu qed jikkonkludu l-implimentazzjoni tal-miri minimi nazzjonali tagħhom jiffukaw l-aktar fuq dawk l-oqsma u biex fir-rappurtar tagħhom skont din id-Direttiva emendata jirriflettu l-azzjoni relatata. Sabiex jiġi evitat piż sproporzjonat u r-riżultati potenzjali ta' din id-Direttiva jiġu ottimizzati, jenħtieġ li tiġi pprovduta assistenza teknika xierqa lill-awtoritajiet pubbliċi.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-limiti stabbiliti f'din id-Direttiva huma diffiċli biex jiġu implimentati mingħajr l-iżvilupp ta' prodotti kummerċjabbli u teknikament maturi. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-progress tiġi aġġornata regolarment, il-Kummissjoni tintalab tissottometti rapport kull sentejn li fih tivvaluta jekk jeżistux soluzzjonijiet kummerċjabbli għal vetturi nodfa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu kontributi finanzjarji u mhux finanzjarji akbar biex dawn il-vetturi nodfa jiddaħħlu fis-suq aktar malajr.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Filwaqt li titqies id-differenza sinifikanti fil-marġini ta' flessibbiltà finanzjarja tal-operaturi tat-trasport privat għall-adozzjoni ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi u li potenzjalment jiswew aktar, iridu jiġu magħmula disponibbli mekkaniżmi sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tat-trasport pubbliku u privat fi proċessi ta' offerti u ta' akkwist u li l-kostijiet tal-konformità mal-miri minimi tal-akkwist stabbiliti f'din id-Direttiva ma jiġux imgħoddija lill-awtoritajiet lokali, b'mod partikolari fil-każ ta' muniċipalitajiet iżgħar, jew iwasslu għal esternalizzazzjoni ta' kostijiet rikorrenti ogħla permezz ta' prezzijiet ogħla tal-biljetti, taxxi lokali ogħla jew it-tnaqqis ta' servizzi tat-trasport pubbliku.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-ikkalkular tal-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja hu għodda importanti għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet biex ikopru l-kostijiet tal-enerġija u l-ambjent tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vettura, inkluż il-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta' sustanzi oħra li jniġġsu l-arja, permezz ta' metodoloġija rilevanti biex jinstab il-valur monetarju tagħhom. Minħabba l-użu skars tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet tul il-ħajja operattiva skont id-Direttiva 2009/33/UE u l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti dwar l-użu tal-metodoloġiji tagħhom imfassla skont iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jenħtieġ li l-ebda metodoloġija ma ssir obbligatorja, iżda jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet u l-operaturi jkunu kapaċi jagħżlu xi metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet tul il-ħajja biex tappoġġa l-proċessi tal-akkwist tagħhom.

(14)  L-ikkalkular tal-kostijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja hu għodda importanti għall-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet biex ikopru l-kostijiet tal-enerġija u l-ambjent tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' vettura, inkluż il-kost tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u ta' sustanzi oħra li jniġġsu l-arja, permezz ta' metodoloġija rilevanti biex jinstab il-valur monetarju tagħhom. Minħabba l-użu skars tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet tul il-ħajja operattiva skont id-Direttiva 2009/33/UE u l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti dwar l-użu tal-metodoloġiji tagħhom imfassla skont iċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jenħtieġ li l-ebda metodoloġija ma ssir obbligatorja, iżda jenħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet u l-operaturi jkunu kapaċi jagħżlu kwalunkwe metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet tul il-ħajja biex tappoġġa l-proċessi tal-akkwist tagħhom. Madankollu, minħabba nuqqas ta' fehim ċar tal-emissjonijiet globali taċ-ċiklu tal-ħajja tat-tipi varji tal-fjuwil, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi analiżi li twassal għal metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-manifatturi biex jirrappurtaw id-data rigward l-emissjonijiet tas-CO2 tat-tipi kollha ta' fjuwil b'mod konsistenti.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ir-rappurtar dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva emendata jenħtieġ jagħti ħarsa ġenerali ċara tas-suq biex isir monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni. Dan jenħtieġ jibda b'rapport intermedju fl-2023 u jissokta b'rappurtar sħiħ fl-2026 dwar l-implimentazzjoni tal-miri minimi, u mbagħad kull tliet snin. Jenħtieġ jiġi ffaċilitat rappurtar sempliċi ħalli jonqos il-piż amministrattiv fuq il-korpi pubbliċi individwali u tinkiseb ħarsa ġenerali effettiva tas-suq. Il-Kummissjoni se tiżgura rappurtar sħiħ għall-vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi jew għal vetturi oħra bi fjuwil alternattiv, fil-kuntest tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti tal-Unjoni. Il-kodiċijiet speċifiċi tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti se jgħinu r-reġistrazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-offerti elettroniċi ta' kuljum, u l-monitoraġġ tagħha.

(15)  Ir-rappurtar dwar l-akkwist pubbliku skont din id-Direttiva emendata jenħtieġ jagħti ħarsa ġenerali ċara tas-suq biex isir monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni. Dan jenħtieġ jibda b'rapport intermedju fl-2023 u jissokta brappurtar sħiħ fl-2026 dwar l-implimentazzjoni tal-miri minimi, u mbagħad kull tliet snin: dan ir-rapport ġdid irid iqis l-iżviluppi ekoloġiċi u l-prijoritajiet ambjentali tal-Istati Membri matul l-aħħar tliet snin skont l-istess kriterji applikabbli għall-Istati Membri kollha. Sabiex jiġu minimizzati l-piż amministrattiv u l-kost addizzjonali għall-korpi pubbliċi individwali u biex tinkiseb ħarsa ġenerali effettiva tas-suq, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat rappurtar sempliċi u l-proċeduri tal-akkwist jenħtieġ li jsiru online sabiex tiżdied it-trasparenza. Il-Kummissjoni se tiżgura rappurtar sħiħ għall-vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi jew għal vetturi oħra bi fjuwil alternattiv, fil-kuntest tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti tal-Unjoni. Il-kodiċijiet speċifiċi tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti se jgħinu r-reġistrazzjoni fil-bażi tad-dejta tal-offerti elettroniċi ta' kuljum, u l-monitoraġġ tagħha.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-istrumenti finanzjarji tal-UE jenħtieġ li jiġu mobilizzati sabiex jappoġġaw lill-Istati Membri fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali biex jilħqu l-miri skont din id-Direttiva. Jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll miri minimi vinkolanti għall-punti tal-iċċarġjar għal kull Stat Membru, flimkien ma' finanzjament dirett ta' infrastruttura u finanzjament ta' punti ta' ċċarġjar tal-vetturi elettriċi u stazzjonijiet ta' riforniment tal-vetturi li jaħdmu bl-idroġenu, fejn ma jkunux kummerċjalment vijabbli waħedhom. Għal dan il-għan, jistgħu jiġu mobilizzati strumenti ta' finanzjament bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li tappoġġa l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej ta' prestazzjoni għolja, sostenibbli u effiċjentement interkonnessi fl-oqsma tat-trasport, u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi jew il-Faċilità għal Trasport Aktar Nadif li jappoġġaw l-użu ta' vetturi tat-trasport aktar nodfa u l-ħtiġijiet tagħhom ta' infrastrutturi assoċjati. Iċ-Ċentri ta' Konsulenza jenħtieġ li jkollhom rwol ewlieni f'din it-tranżizzjoni billi jiffaċilitaw u jippromwovu l-investimenti u jappoġġaw lill-kapaċitajiet istituzzjonali.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, il-mobbiltà u l-ippjanar urban jeħtieġ li jkunu kkoordinati aħjar permezz ta' għodod bħall-pjanijiet ta' mobbiltà urbana sostenibbli (SUMPs). Is-SUMPs huma pjanijiet li jiġu żviluppati tul il-firxa tal-oqsma ta' politika individwali u b'kooperazzjoni mal-livelli differenti ta' governanza b'kombinament ta' modi differenti ta' trasport, sikurezza fit-toroq, konsenja ta' merkanzija, ġestjoni tal-mobbiltà u sistemi ta' trasport intelliġenti. L-applikazzjoni tas-SUMPs jenħtieġ li tkun element importanti li jrid jiġi kkunsidrat fil-finanzjament tal-proġetti tal-UE fil-qasam tat-trasport urban, inkluż fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva emendata. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti l-pariri u l-appoġġ tekniku meħtieġa fl-iżvilupp tas-SUMPs, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' sussidjarjetà.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)  Minbarra l-appoġġ għall-adozzjoni ta' vetturi nodfa, l-akkwisti pubbliċi jagħtu spinta qawwija lil forom ġodda ta' mobbiltà. Filwaqt li l-vetturi nodfa se jiġu inċentivati u jwasslu għall-użu ta' infrastruttura aċċelerata f'żoni urbani, id-diġitalizzazzjoni se tottimizza l-effiċjenza tat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija. Il-mobbiltà multimodali u kondiviża, kif ukoll is-soluzzjonijiet ta' biljetti integrati huma strumentali fit-tranżizzjoni għal Mobbiltà bħala Servizz.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)   Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu inċentivati jixtru vetturi nodfa u l-Istati Membri jinvestu fl-użu tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, iżda wkoll jiġi evitat ir-riskju li xiri bħal dan iwassal għal prezzijiet ogħla għall-passiġġieri, il-politika baġitarja u finanzjarja tal-Unjoni wara l-2020 jenħtieġ li tipprovdi appoġġ lill-entitajiet kontraenti. Dan jenħtieġ li jiġi rifless fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur u fir-regoli dwar finanzjament sostenibbli u l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jespandu l-inċentivi finanzjarji u mhux finanzjarji u jippjanaw awditi ambjentali, sabiex iħaffu l-adozzjoni mis-suq ta' vetturi nodfa. Dawn l-isforzi se jnaqqsu l-investiment inizjali għoli għall-bidliet infrastrutturali u se jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2009/33/KE

Titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi

Id-Direttiva 2009/33/UE dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq użati fis-servizzi pubbliċi b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 1(1) hu mibdul b'dan li ġej:

"Din-Direttiva teħtieġ lill-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti kif ukoll ċerti operaturi, iqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jixtru vetturi ta' trasport fuq it-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Komunità."

"Din id-Direttiva tesiġi li l-awtoritajiet kontraenti, l-entitajiet kontraenti kif ukoll ċerti operaturi jqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jixtru, iwellu, jikru jew jixtru bin-nifs jew jimmodifikaw b'mod retroattiv vetturi ta' trasport bit-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&qid=1530868809501&from=EN)

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)  fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva kuntratti għax-xiri ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/46/KE, li ma jkunux suġġetti għal approvazzjoni tat-tip jew approvazzjoni individwali fit-territorju tagħhom."

"L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva kuntratti għax-xiri, għat-twellija, għall-kiri, għax-xiri bin-nifs jew għall-modifika retroattiva ta' vetturi msemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2007/46/KE, li ma jkunux soġġetti għal approvazzjoni tat-tip jew approvazzjoni individwali fit-territorju tagħhom."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&from=EN)

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti tax-xiri, tal-kiri, tat-twellija jew tax-xiri bin-nifs ta' vetturi tat-trasport bit-triq minn:

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-kuntratti ġodda tax-xiri, tat-twellija, tal-kiri jew tax-xiri bin-nifs jew tal-modifika retroattiva ta' vetturi tat-trasport bit-triq użati fis-servizzi pubbliċi li jiġu konklużi wara li din id-Direttiva tidħol fis-seħħ minn:

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  vettura tal-kategorija M1 jew M2 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif imsemmi fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;

(a)  vettura tal-kategorija L, M1, M2 jew N1 mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi li taħdem bi fjuwils kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi b'emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif imsemmi fit-Tabella 2 tal-Anness;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  vettura tal-kategorija N1 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif imsemmi fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;

imħassar

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  vettura tal-kategorija M3, N2 jew N3 kif definit fit-Tabella 3 tal-Anness".

(c)  vettura tal-kategorija M3, N2 jew N3 mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi (vettura tqila) kif definit fit-Tabella 3 tal-Anness".

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  "batterija sostenibbli" tfisser batterija li għaliha titqies il-katina tal-valur sħiħa, u l-prodott tal-batterija finali huwa tajjeb biex jintuża mill-ġdid u/jew biex jiġi rriċiklat.

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat sa [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] b'definizzjoni aktar preċiża bbażata fuq valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 li tqis il-katina sħiħa, eż. iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-batterija inkluż iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-emissjonijiet tal-karbonju waqt il-proċess tal-produzzjoni u l-impronta tal-karbonju fi tmiem il-ħajja tal-batterija.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  "vettura ta' ċiklu tal-ħajja sostenibbli" tfisser vettura li tiġi prodotta bl-użu ta' emissjonijiet ferm aktar baxxi minn tipi ta' vetturi komparabbli, u li hija mfassla biex tippermetti tmiem tal-ħajja aktar sostenibbli, inkluż il-potenzjal tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ tal-komponenti tagħha. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat sa [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] b'definizzjoni aktar preċiża.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c.   "vettura modifikata b'mod retroattiv bħala vettura nadifa" tfisser vettura b'modifiki fil-magna kollha tagħha jew f'partijiet minnha b'teknoloġiji li jnaqqsu t-tniġġis u/jew li jiffrankaw il-fjuwil, li tkun aġġornata għall-istandards ta' vettura nadifa kif definit fil-paragrafu 4 bl-installazzjoni ta' diversi teknoloġiji awżiljarji ta' kontroll tal-emissjonijiet.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4d.   "xarabank mingħajr emissjonijiet" tfisser vettura tal-kategorija M li taħdem bil-fjuwil kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi, li ma tipproduċix emissjonijiet lokali u diretti tas-CO2 jew sustanzi oħra li jniġġsu, ħlief fejn dawn l-emissjonijiet huma negliġibbli.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri, il-kiri, it-twellija u x-xiri bin-nifs tal-vetturi tat-trasport bit-triq, u l-kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u l-kuntratti tas-servizz pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief imsemmija fit-Tabella 4 tal-Anness, u għall-vetturi tqal imsemmija fit-Tabella 5 tal-Anness.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xiri, it-twellija, il-kiri u x-xiri bin-nifs jew il-modifika retroattiva għal standards tal-vetturi b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet tal-vetturi tat-trasport bit-triq użati fis-servizzi pubbliċi, u l-kuntratti tas-servizz pubbliku għal servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija kif ukoll il-kuntratti tas-servizz pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jkunu konformi mal-miri minimi tal-akkwist għall-vetturi ħfief imsemmija fit-Tabella 4 tal-Anness, u għall-vetturi tqal imsemmija fit-Tabella 5 tal-Anness u jinkludu dispożizzjonijiet kuntrattwali biex jiġi żgurat l-użu reali ta' fjuwils alternattivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kost tal-konformità mal-miri minimi ta' akkwist pubbliku stabbiliti f'din id-Direttiva ma jiġix mgħoddi lill-awtoritajiet lokali u li jkunu magħmula disponibbli riżorsi finanzjarji suffiċjenti lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom joffru finanzjament addizzjonali għax-xiri ta' vetturi li mhumiex affettwati mill-liġi dwar l-għajnuna mill-istat.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Biex jintlaħqu l-miri tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' kuntratti fuq l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża ("MEAT") kif deskritt fl-Artikolu 82 tad-Direttiva 2014/25/UE. L-ispeċifikazzjonijiet għall-offerti għandhom jiġu definiti mhux biss b'enfasi fuq il-Kost Totali tas-Sjieda (TCO) iżda anki fuq karatteristiċi oħra tal-vetturi bħall-aċċessibbiltà, l-introduzzjoni fil-pajsaġġ urban, il-livelli akustiċi, l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċiklabbiltà tal-batteriji u l-komponenti tal-vetturi.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu japplikaw mandati minimi ogħla minn dawk imsemmija fl-Anness ta' din id-Direttiva.

2.  L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu japplikaw mandati minimi ogħla minn dawk imsemmija fl-Anness ta' din id-Direttiva. L-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu japplikaw ukoll mandati aktar baxxi jekk iġġustifikati filwaqt li jqisu ċ-ċirkostanzi nazzjonali jew reġjonali, bħad-distanzi u l-kundizzjonijiet topoloġiċi u klimatiċi, jew il-kapaċità li jinkisbu l-istess riżultati ambjentali permezz ta' soluzzjonijiet oħra li huma ppruvati li sarrfu l-kostijiet f'effiċjenza akbar.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 5a

 

Pjan ta' azzjoni għal fjuwils alternattivi għat-trasport pubbliku

 

1.  Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill pjan ta' azzjoni biex jitħaffef l-istabbiliment ta' infrastruttura għall-iċċarġjar u r-riforniment tal-fjuwil għall-vetturi tqal li huma proprjetà ta' kumpaniji tat-trasport fil-garaxxijiet u l-postijiet ta' manutenzjoni tagħhom stess kif ukoll fl-ispazju pubbliku.

 

2.  Dan il-pjan ta' azzjoni għandu jinkludi informazzjoni dwar strumenti ta' finanzjament disponibbli tal-Unjoni u jistipula b'mod ċar il-proċeduri dwar kif appoġġ bħal dan jista' jingħata, inkluż ir-relazzjoni tiegħu mar-regoli eżistenti Ewropej dwar l-għajnuna mill-Istat.

 

3.  Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni dwar kif l-istrumenti ta' finanzjament Ewropej jistgħu jiġu riveduti biex tingħata prijorità għall-finanzjament lil kumpaniji tat-trasport pubbliku ta' kull daqs biex jissostitwixxu l-vetturi tagħhom."

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Wara r-rappurtar tal-Istati Membri, kull tliet snin mill-1 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u dwar l-azzjonijiet li jittieħdu minn Stati Membri individwali għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva.

1.  Wara r-rappurtar tal-Istati Membri, kull tliet snin mill-1 ta' Jannar 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u dwar l-azzjonijiet li jittieħdu minn Stati Membri individwali għall-implimentazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jiġi integrat fil-valutazzjoni globali tal-politiki tal-Unjoni tat-trasport, l-ambjent, il-klima u l-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport intermedju sal-1 ta' Jannar 2024 dwar il-passi meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva, wara rappurtar mill-Istati Membri.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  Dawk ir-rapporti għandhom jevalwaw l-effetti tad-Direttiva, speċjalment tal-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3), u l-ħtieġa ta' aktar azzjoni, u jinkludu proposti kif meħtieġ.

"2.  Dawk ir-rapporti għandhom jevalwaw l-effetti tad-Direttiva, speċjalment tal-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5, fil-promozzjoni u l-istimular tas-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-enerġija, u l-ħtieġa ta' aktar azzjoni, u jinkludu proposti kif meħtieġ.

F'dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tqabbel iċ-ċifri nominali u relattivi tal-vetturi mixtrija li jikkorrispondu mal-aqwa alternattiva tas-suq f'termini ta' enerġija tul il-ħajja operattiva u tal-impatti ambjentali, f'kull waħda mill-kategoriji tal-vetturi elenkati fit-Tabella 3 tal-Anness, mas-suq totali għal dawn il-vetturi, u tagħmel stima kif l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3) affettwaw is-suq. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għal iktar azzjoni u tinkludi proposti kif meħtieġ.

F'dawk ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tqabbel iċ-ċifri nominali u relattivi tal-vetturi mixtrija, imwellija, mikrija jew mixtrija bin-nifs jew modifikati b'mod retroattiv, li jikkorrispondu mal-aqwa alternattiva tas-suq f'termini ta' enerġija tul il-ħajja operattiva u tal-impatti ambjentali, f'kull waħda mill-kategoriji tal-vetturi elenkati fl-Artikolu 4(4), mas-suq totali għal dawn il-vetturi, u tagħmel stima kif il-miri minimi msemmija fl-Artikolu 5 affettwaw is-suq fl-Unjoni b'mod globali u f'kull wieħed mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-effetti ta' din id-Direttiva fuq l-industrija Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għal iktar azzjoni u tinkludi proposti kif meħtieġ.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&qid=1530868809501&from=EN)

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ab (ġdid)

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  Il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

3.  Mhux aktar tard mid-data tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina l-għażliet imsemmija fl-Artikolu 5(3), tippreżenta evalwazzjoni tal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 6, u tipproponi aġġustamenti adatti jekk meħtieġ.

"3.  Mhux aktar tard mid-data tal-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha teżamina l-konformità tal-Istati Membri mal-miri minimi msemmija fl-Artikolu 5, tippreżenta evalwazzjoni tal-metodoloġija użata biex tiddefinixxi dawn il-miri u tipproponi aġġustamenti adatti jew tal-metodoloġija jew tal-miri, jekk meħtieġ.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&qid=1530868809501&from=EN)

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 2026, u mbagħad kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport intermedju lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2023. Dak ir-rapport għandu jiġbor informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu biex titwettaq din id-Direttiva, fosthom l-għadd u l-kategoriji tal-vetturi akkwistati mill-awtoritajiet u l-entitajiet, u dwar id-djalogu li sar bejn il-livelli differenti ta' governanza, kif ukoll informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-attivitajiet tar-rappurtar imsemmija hawn fuq, u kull informazzjoni siewja oħra. L-informazzjoni jenħtieġ timxi mal-kategoriji tal-informazzjoni li hemm fir-Regolament Nru 2195/2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV)31 kif imniżżel fl-Anness.

4.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 2026, u mbagħad kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport intermedju lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2023. Dak ir-rapport għandu jiġbor informazzjoni dwar il-passi li ttieħdu biex titwettaq din id-Direttiva, fosthom l-għadd u l-kategoriji tal-vetturi akkwistati mill-awtoritajiet u l-entitajiet, u dwar id-djalogu li sar bejn il-livelli differenti ta' governanza, kif ukoll informazzjoni dwar l-intenzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-attivitajiet tar-rappurtar imsemmija hawn fuq, u informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji diġà disponibbli jew li qed jitħejjew u dwar l-istrateġiji tal-Istati Membri biex irawmu l-użu ta' infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, b'mod partikolari għan-netwerks tat-trasport pubbliku. L-informazzjoni għandha timxi mal-kategoriji tal-informazzjoni li hemm fir-Regolament Nru 2195/2002 dwar il-Vokabolarju Komuni tal-Akkwist (CPV)31 kif imniżżel fl-Anness.

_________________

_________________

31 ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1,

31 ĠU L 340, 16.12.2002, p. 1,

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Ladarba l-Kummissjoni tistabbilixxi metodoloġija għar-reġistrazzjoni tal-emissjonijiet mill-estrazzjoni sal-użu sabiex il-katina kollha tal-provvista tal-fjuwil mill-fażi tal-estrazzjoni sal-egżost tkun koperta, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-miri minimi msemmija fl-Artikolu 5 u taġġustahom b'mod korrispondenti.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009L0033&qid=1530868809501&from=EN)

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida lill-Istati Membri rigward il-fondi differenti tal-UE li jistgħu jintużaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva, eż. il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li tappoġġa l-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej ta' prestazzjoni għolja, sostenibbli, interkonnessi effiċjentement fil-qasam tat-trasport u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi jew il-Faċilità għal Trasport Aktar Nadif li jappoġġaw l-użu ta' vetturi tat-trasport aktar nodfa, u l-ħtiġijiet tagħhom ta' infrastruttura assoċjata jistgħu jiġu mobilizzati.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Direttiva 2009/33/KE

Artikolu 10 – paragrafu 5b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Iċ-Ċentri ta' Konsulenza għandu jkollhom rwol ewlieni f'din it-tranżizzjoni billi jiffaċilitaw u jippromwovu l-investimenti u jappoġġaw lill-kapaċitajiet istituzzjonali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ b'mod sostanzjali r-rwol u l-kapaċità taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti, b'mod partikolari permezz ta' preżenza lokali u rwol proattiv fit-tħejjija tal-proġetti.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2009/33/KE

Anness I – Tabella 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 1: Il-kodiċijiet tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) imsemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

60112000-6

Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

60130000-8

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

60140000-1

Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

60172000-3

Kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier

90511000-2

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

60160000-7

Trasport tal-posta bit-triq

60161000-4

Servizzi ta' trasport tal-pakketti

 

Emenda

Tabella 1: Il-kodiċijiet tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) imsemmija fl-Artikolu 3

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

60112000-6

Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

60130000-8

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

60140000-1

Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

60172000-3

Kiri ta' xarabanks u kowċijiet b'xufier

90511000-2

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

60160000-7

Trasport tal-posta bit-triq

60161000-4

Servizzi ta' trasport tal-pakketti

64121100-1

Servizzi ta' konsenja tal-posta

64121200-2

Servizzi ta' konsenja tal-pakketti

60120000-5

Servizzi tat-taxi

60170000-0

Kiri ta' vetturi tat-trasport tal-passiġġieri b'xufier

60171000-7

Kiri ta' karozzi tal-passiġġieri b'xufier

60181000-0

Kiri ta' trakkijiet b'xufier

60180000-3

Kiri ta' vetturi tat-trasport tal-merkanzija b'xufier

90511100-3

Servizzi ta' ġbir tal-iskart solidu urban

90511200-4

Servizzi ta' ġbir tal-iskart domestiku

90511300-5

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

90511400-6

Servizzi ta' ġbir tal-karti

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2009/33/KE

Anness – Tabella 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 2: Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief

Kategoriji ta' vetturi

2025

2030

 

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet**

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet

Vetturi M1

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M2

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi N1

40

80%

0

Mhux applikabbli

* Emissjonijiet tas-sewqan reali tal-partikuli ultrafini f'#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f'mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.

** Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli jinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

 

Emenda

Tabella 2: Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief

Kategoriji ta' vetturi

2025

2030

 

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet**

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja* bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet

Vetturi L

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M1

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi M2

25

80%

0

Mhux applikabbli

Vetturi N1

40

80%

0

Mhux applikabbli

* Emissjonijiet tas-sewqan reali tal-partikuli ultrafini f'#/km (PN) ta' ossidi tan-nitroġenu f'mg/km (NOx) imkejla skont il-verżjoni applikabbli tal-Anness IIIA, ir-Regolament 2017/1151.

** Il-limitu tal-emissjonijiet applikabbli jinsab fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

 

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2009/33/KE

Anness – Tabella 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 3: Ir-rekwiżiti tal-fjuwils alternattivi għall-vetturi tqal

Kategoriji ta' vetturi

Fjuwils alternattivi

Vetturi M3, N2, N3

Elettriku*, idroġenu, gass naturali inkluż il-bijometanu, f'forma gassuża (gass naturali kompressat (CNG)) u f'forma likwifikata (gass naturali likwifikat (LNG))

*Għal użu f'vettura kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2014/94/UE, dment li l-elettriku jintuża għal parti rilevanti tal-użu operazzjonali tal-vettura.

 

Emenda

Tabella 3: Ir-rekwiżiti tal-fjuwils alternattivi għall-vetturi tqal

Kategoriji ta' vetturi

Fjuwils alternattivi

Vetturi M3, N2, N3

Kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi.

 

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2009/33/KE

Anness – Tabella 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 4: Mira minima għas-sehem tal-vetturi ħfief skont it-Tabella 2 fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi ħfief fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

2025

2030

il-Lussemburgu

35%

35%

L-Iżvezja

35%

35%

Id-Danimarka

34%

34%

Il-Finlandja

35%

35%

Il-Ġermanja

35%

35%

Franza

34%

34%

Ir-Renju Unit

35%

35%

In-Netherlands

35%

35%

L-Awstrija

35%

35%

Il-Belġju

35%

35%

L-Italja

35%

35%

L-Irlanda

35%

35%

Spanja

33%

33%

Ċipru

29%

29%

Malta

35%

35%

Il-Portugall

27%

27%

Il-Greċja

23%

23%

Is-Slovenja

20%

20%

Ir-Repubblika Ċeka

27%

27%

L-Estonja

21%

21%

Is-Slovakkja

20%

20%

Il-Litwanja

19%

19%

Il-Polonja

20%

20%

Il-Kroazja

17%

17%

L-Ungerija

21%

21%

Il-Latvja

20%

20%

Ir-Rumanija

17%

17%

Il-Bulgarija

16%

16%

*Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost għandhom jingħaddu bħala vettura waħda li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Il-vetturi l-oħra kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 2 f'dan l-Anness għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li qed tikkontribwixxi.

 

Emenda

Tabella 4: Mira minima għas-sehem tal-vetturi ħfief skont it-Tabella 2 fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi ħfief fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

2025

2030

il-Lussemburgu

35%

35%

L-Iżvezja

35%

35%

Id-Danimarka

34%

34%

Il-Finlandja

35%

35%

Il-Ġermanja

35%

35%

Franza

34%

34%

Ir-Renju Unit

35%

35%

In-Netherlands

35%

35%

L-Awstrija

35%

35%

Il-Belġju

35%

35%

L-Italja

35%

35%

L-Irlanda

35%

35%

Spanja

33%

33%

Ċipru

29%

29%

Malta

35%

35%

Il-Portugall

27%

27%

Il-Greċja

23%

23%

Is-Slovenja

20%

20%

Ir-Repubblika Ċeka

27%

27%

L-Estonja

21%

21%

Is-Slovakkja

20%

20%

Il-Litwanja

19%

19%

Il-Polonja

20%

20%

Il-Kroazja

17%

17%

L-Ungerija

21%

21%

Il-Latvja

20%

20%

Ir-Rumanija

17%

17%

Il-Bulgarija

16%

16%

* Il-valuri speċifiċi għall-pajjiż jistgħu jiġu aġġustati b'mod individwali f'konformità mal-Artikolu 10(3) b'ġustifikazzjoni dovuta biex jittieħed kont ta' bidliet verifikabbli fiċ-ċirkostanzi li jaffettwaw il-kapaċità tal-Istat Membru kkonċernat li jikkonforma mal-miri rilevanti, inkluż meta Stat Membru jitlob żieda f'din il-mira;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Anness 1

Direttiva 2009/33/KE

Anness – Tabella 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella 5 – Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal skont it-Tabella 3 fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

Trakkijiet

Xarabanks

 

2025

2030

2025

2030

il-Lussemburgu

10%

15%

50%

75%

L-Iżvezja

10%

15%

50%

75%

Id-Danimarka

10%

15%

50%

75%

Il-Finlandja

9%

15%

46%

69%

Il-Ġermanja

10%

15%

50%

75%

Franza

10%

15%

48%

71%

Ir-Renju Unit

10%

15%

50%

75%

In-Netherlands

10%

15%

50%

75%

L-Awstrija

10%

15%

50%

75%

Il-Belġju

10%

15%

50%

75%

L-Italja

10%

15%

50%

75%

L-Irlanda

10%

15%

50%

75%

Spanja

10%

14%

50%

75%

Ċipru

10%

13%

50%

75%

Malta

10%

15%

50%

75%

Il-Portugall

8%

12%

40%

61%

Il-Greċja

8%

10%

38%

57%

Is-Slovenja

7%

9%

33%

50%

Ir-Repubblika Ċeka

9%

11%

46%

70%

L-Estonja

7%

9%

36%

53%

Is-Slovakkja

8%

9%

39%

58%

Il-Litwanja

9%

8%

47%

70%

Il-Polonja

7%

9%

37%

56%

Il-Kroazja

6%

7%

32%

48%

L-Ungerija

8%

9%

42%

63%

Il-Latvja

8%

9%

40%

60%

Ir-Rumanija

6%

7%

29%

43%

Il-Bulgarija

8%

7%

39%

58%

* Il-vetturi mingħajr emissjonijiet mill-egżost jew il-vetturi li jużaw il-gass naturali, dment li dawn jaħdmu għalkollox bil-bijometanu, li għandu jintwera permezz ta' kuntratt għall-akkwist tal-bijometanu jew mezz ieħor ta' aċċess għall-bijometanu, għandhom jingħaddu bħala vettura waħda li qed tikkontribwixxi għall-mandat. Dan il-kalkolu jiġi abbandunat fil-każ ta' dawk l-Istati Membri fejn il-mandat minimu tal-akkwist jaqbeż il-50 % tal-volum totali tal-akkwist pubbliku, b'limitu fil-livell ta' 50 %. Il-vetturi l-oħra kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Tabella 2 f'dan l-Anness għandhom jingħaddu bħala 0,5 ta' vettura li qed tikkontribwixxi.

 

Emenda

Tabella 5 – Mira minima għas-sehem tal-vetturi tqal skont l-Artikolu 4(4)(b) fl-akkwist pubbliku kollu tal-vetturi tqal fil-livell tal-Istati Membri*

Stat Membru

Trakkijiet

Xarabanks**

 

2025

2030

2025

2030

il-Lussemburgu

10%

15%

50%

75%

L-Iżvezja

10%

15%

50%

75%

Id-Danimarka

10%

15%

50%

75%

Il-Finlandja

9%

15%

46%

69%

Il-Ġermanja

10%

15%

50%

75%

Franza

10%

15%

48%

71%

Ir-Renju Unit

10%

15%

50%

75%

In-Netherlands

10%

15%

50%

75%

L-Awstrija

10%

15%

50%

75%

Il-Belġju

10%

15%

50%

75%

L-Italja

10%

15%

50%

75%

L-Irlanda

10%

15%

50%

75%

Spanja

10%

14%

50%

75%

Ċipru

10%

13%

50%

75%

Malta

10%

15%

50%

75%

Il-Portugall

8%

12%

40%

61%

Il-Greċja

8%

10%

38%

57%

Is-Slovenja

7%

9%

33%

50%

Ir-Repubblika Ċeka

9%

11%

46%

70%

L-Estonja

7%

9%

36%

53%

Is-Slovakkja

8%

9%

39%

58%

Il-Litwanja

9%

8%

47%

70%

Il-Polonja

7%

9%

37%

56%

Il-Kroazja

6%

7%

32%

48%

L-Ungerija

8%

9%

42%

63%

Il-Latvja

8%

9%

40%

60%

Ir-Rumanija

6%

7%

29%

43%

Il-Bulgarija

8%

7%

39%

58%

* Il-valuri speċifiċi għall-pajjiż jistgħu jiġu aġġustati b'mod individwali f'konformità mal-Artikolu 10(3) b'ġustifikazzjoni dovuta biex jittieħed kont ta' bidliet verifikabbli fiċ-ċirkostanzi li jaffettwaw il-kapaċità tal-Istat Membru kkonċernat li jikkonforma mal-miri rilevanti, inkluż meta Stat Membru jitlob żieda f'din il-mira;

** Sal-2030, mill-inqas 50 % ta' din il-mira tal-akkwist għandhom ikunu xarabanks mingħajr emissjonijiet.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

Referenzi

COM(2017)0653 – C8-0393/2017 – 2017/0291(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

29.11.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

29.11.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Andor Deli

22.1.2018

Eżami fil-kumitat

9.7.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Claudia Schmidt, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Hedh

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

ERC

PPE

 

S&D

 

 

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet

Jacqueline Foster, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Anna Hedh, Miltiadis Kyrkos, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Janusz Zemke

5

-

ECR

GUE/NGL

VERTS/ALE

Peter Lundgren

Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

Michael Cramer, Karima Delli,

 

3

0

EFDD

ENF

 

Daniela Aiuto

Marie-Christine Arnautu, Georg Mayer

 

 

Corrections to vote

+

 

-

 

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija

Referenzi

COM(2017)0653 – C8-0393/2017 – 2017/0291(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.11.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

29.11.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

29.11.2017

IMCO

29.11.2017

TRAN

29.11.2017

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

4.12.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andrzej Grzyb

16.1.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.5.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

10

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Jørn Dohrmann, Linnéa Engström, Eleonora Evi, Fredrick Federley, Christophe Hansen, Jan Huitema, Norbert Lins, Rupert Matthews, Tilly Metz, Younous Omarjee, Gabriele Preuß, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anthea McIntyre, Kati Piri

Data tat-tressiq

15.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Fredrick Federley, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

GUE/NGL

Lynn Boylan, Kateřina Konečná

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Christophe Hansen, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Kati Piri, Pavel Poc, Gabriele Preuß

10

-

EFDD

Eleonora Evi, Julia Reid

ENF

Sylvie Goddyn, Joëlle Mélin

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Benedek Jávor, Tilly Metz, Michèle Rivasi, Bart Staes

7

0

ECR

Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Urszula Krupa, Rupert Matthews, Anthea McIntyre, Bolesław G. Piecha

GUE/NGL

Younous Omarjee

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali