Proċedura : 2018/0205(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0324/2018

Testi mressqa :

A8-0324/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 23/10/2018 - 7.15
CRE 23/10/2018 - 7.15
PV 26/03/2019 - 7.15

Testi adottati :

P8_TA(2018)0399
P8_TA(2019)0235

RAPPORT     ***I
PDF 1208kWORD 129k
15.10.2018
PE 625.332v02-00 A8-0324/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005

(COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Adina-Ioana Vălean

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005

(COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0381),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114, 192(1) u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0244/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0324/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005

dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Ġustifikazzjoni

Emenda għat-titolu li tirrifletti li mhux l-atti legali kollha elenkati hawnhekk huma l-leġiżlazzjoni ambjentali per se.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa għall-implimentazzjoni u l-informazzjoni dwar il-konformità, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi ta' diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni ambjentali filwaqt li jitqiesu r-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Azzjonijiet għar-Razzjonalizzazzjoni tar-Rapport Ambjentali45 u l-Kontroll tal-Idoneità relatat46.

(1)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa għall-implimentazzjoni u l-informazzjoni dwar il-konformità, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi ta' diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni relatati mal-ambjent, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Azzjonijiet għar-Razzjonalizzazzjoni tar-Rapport Ambjentali45 u l-Kontroll tal-Idoneità46 relatat.

__________________

__________________

45 COM(2017) 312.

45 COM(2017) 312.

46 SWD(2017) 230.

46 SWD(2017) 230.

Ġustifikazzjoni

F'konformità ma' emenda simili li saret lit-Titolu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jimmodernizza l-ġestjoni tal-informazzjoni u jiżgura approċċ aktar konsistenti mal-atti leġiżlattivi fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu billi jissimplifika r-rapportar sabiex inaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb il-bażi ta' data għal evalwazzjonijiet futuri u jżid it-trasparenza għall-benefiċċju tal-pubbliku, kull darba skont iċ-ċirkostanzi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jeħtieġ li l-aċċessibbiltà tad-data tiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa' limitat kemm jista' jkun. Jenħtieġ it-tixrid attiv tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità mad-Direttivi 2003/4/KE47 u 2007/2/KE48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, biex tiġi żgurata l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, ir-rapportar u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet pubbliċi.

(2)  Jeħtieġ li l-aċċessibbiltà tad-data tiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa' limitat kemm jista' jkun, b'mod speċjali fuq l-entitajiet mhux governattivi bħalma huma l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Jenħtieġ it-tixrid attiv tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità mad-Direttivi 2003/4/KE47 u 2007/2/KE48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, biex tiġi żgurata l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, ir-rapportar u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet pubbliċi.

_________________

_________________

47 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

47 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

48 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

48 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-data li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa għal data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jinħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jintużaw ukoll bħala indikaturi għal dan il-għan.

(3)  Il-proċess tar-rapportar komprensiv u f'waqtu tad-data rilevanti tal-Istati Membri huwa essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa ta' data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jeħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jservu wkoll ta' indikaturi għal dan il-għan kemm għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet kif ukoll għall-pubbliku ġenerali.

_________________

_________________

49ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

49ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Skont l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, hemm il-ħtieġa li jiġu rrazzjonalizzati l-iskadenzi tar-rapportar għall-mapep tal-ħsejjes u l-pjanijiet ta' azzjoni biex jitħalla biżżejjed żmien għal konsultazzjoni pubblika dwar il-pjanijiet ta' azzjoni. Għal dak il-għan, u għal darba waħda biss, l-iskadenza għar-rieżami jew għar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tiġi posposta b'sena sabiex l-iskadenza tal-fażi li jmiss (ir-raba' ċiklu) tal-pjanijiet ta' azzjoni ma tkunx fit-18 ta' Lulju 2023, iżda fit-18 ta' Lulju 2024. B'hekk, mir-raba' ċiklu ’l quddiem, l-Istati Membri se jkollhom madwar sentejn bejn li jagħmlu l-mapep tal-ħsejjes u t-tlestija tar-rieżami jew tar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni minflok sena kif inhu l-każ bħalissa. Għal dawn is-sessjonijiet ta' ppjanar ta' azzjoni, iċ-ċiklu ta' ħames snin għar-rieżami jew għar-reviżjoni se jissoktaw. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tad-Direttiva 2002/49/KE u sabiex tiġi pprovduta bażi għall-iżvilupp ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni, ir-rapportar mill-Istati Membri għandu jsir permezz ta' mezzi elettroniċi. Huwa wkoll neċessarju li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni pubblika billi jiġi rikjest li ċerta informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku filwaqt li dan l-obbligu jiġi allinjat ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2007/2/KE, mingħajr ma jiġu dduplikati r-rekwiżiti prattiċi.

(5)  Skont l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill50, hemm il-ħtieġa li jiġu rrazzjonalizzati l-iskadenzi tar-rapportar għall-mapep tal-ħsejjes u l-pjanijiet ta' azzjoni biex jitħalla biżżejjed żmien għal konsultazzjoni pubblika dwar il-pjanijiet ta' azzjoni. Għal dak il-għan, u għal darba waħda biss, l-iskadenza għar-rieżami jew għar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni tiġi posposta b'sena sabiex l-iskadenza tal-fażi li jmiss (ir-raba' ċiklu) tal-pjanijiet ta' azzjoni ma tkunx fit-18 ta' Lulju 2023, iżda fit-18 ta' Lulju 2024. B'hekk, mir-raba' ċiklu ’l quddiem, l-Istati Membri se jkollhom madwar sentejn bejn li jagħmlu l-mapep tal-ħsejjes u t-tlestija tar-rieżami jew tar-reviżjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni minflok sena kif inhu l-każ bħalissa. Għal dawn is-sessjonijiet ta' ppjanar ta' azzjoni, iċ-ċiklu ta' ħames snin għar-rieżami jew għar-reviżjoni se jissoktaw. Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tad-Direttiva 2002/49/KE u sabiex tiġi pprovduta bażi għall-iżvilupp ta' miżuri fil-livell tal-Unjoni, ir-rapportar mill-Istati Membri għandu jsir permezz ta' mezzi elettroniċi. Huwa wkoll neċessarju li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni pubblika billi jiġi rikjest li informazzjoni komprensibbli, preċiża u kumparabbli ssir disponibbli għall-pubbliku filwaqt li dan l-obbligu jiġi allinjat ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2007/2/KE, mingħajr ma jiġu dduplikati r-rekwiżiti prattiċi.

_________________

_________________

50 Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002).

50 Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE u tal-evalwazzjoni REFIT52, huwa xieraq, bil-ħsieb li tiġi simplifikata l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-monitoraġġ mill-Istati Membri, li ma jibqax jinħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu rapporti kull tliet snin lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni tippreżenta rapport sommarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi r-rapport tal-Kontroll tal-Idoneità kkonferma li l-utilità ta' dawn ir-rapporti hija limitata.53

(7)  Fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE u tal-evalwazzjoni REFIT52, huwa xieraq, bil-ħsieb li tiġi simplifikata l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-monitoraġġ mill-Istati Membri, li ma jibqax jinħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu rapporti kull tliet snin lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni tippreżenta rapport sommarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi r-rapport tal-Kontroll tal-Idoneità kkonferma li l-utilità ta' dawn ir-rapporti hija limitata.53 Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli twettaq, f'intervalli regolari, evalwazzjoni ta' dik id-Direttiva u tagħmel dik l-evalwazzjoni disponibbli pubblikament.

_________________

_________________

52 COM(2016) 478 u SWD(2016) 273.

52 COM(2016) 478 u SWD(2016) 273.

53 COM(2017) 312.

53 COM(2017) 312.

Ġustifikazzjoni

It-test kurrenti tad-Direttiva 2007/2/KE jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għalhekk, hija meħtieġa tal-inqas evalwazzjoni regolari li tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Huwa meħtieġ li jiġu emendati l-obbligi ta' rapportar stipulati fl-Artikoli 43, 54 u 57 tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu, bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali, b'aċċess miftuħ u disponibbli għat-tiftix għal sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta' sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-sostituzzjoni tar-rapportar tal-istatistika ta' kull tliet snin mill-Kummissjoni bir-rekwiżit tal-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali dinamika ospitata mill-Kummissjoni u r-rilaxx ta' informazzjoni fuq bażi annwali.

(9)  Huwa meħtieġ li jiġu emendati l-obbligi ta' rapportar stipulati fl-Artikoli 43, 54, 57 u 58 tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu, bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali, b'aċċess miftuħ u disponibbli għat-tiftix għal sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta' sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-sostituzzjoni tar-rapportar tal-istatistika ta' kull tliet snin mill-Kummissjoni bir-rekwiżit tal-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali dinamika ospitata mill-Kummissjoni u r-rilaxx ta' informazzjoni fuq bażi annwali. Fid-dawl ta' rapport tal-Kummissjoni fl-201756a, il-klawżola għal rieżami ta' dik id-Direttiva kif stabbilita fl-Artikolu 58 jenħtieġ li terġa' tiġi kkunsidrata bl-għan ta' reviżjoni futura.

__________________

__________________

56 Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

56 Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

 

56a COM(2017)631 finali, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni skont l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Id-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati skont il-każ,

Ġustifikazzjoni

Premessa ġdida maħsuba biex tipprovdi direzzjoni għal azzjoni, bħala konklużjoni għall-premessi l-oħra kollha.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(da) "settijiet ta' data ġeografika": tfisser l-operazzjonijiet li jistgħu jitwettqu, billi tintuża applikazzjoni tal-kompjuter, fuq id-data ġeografika li tinsab fis-settijiet ta' data ġeografika jew fuq il-metadata relatata kif definita fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

 

__________________

 

* Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).”.

(Ara l-formulazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE (INSPIRE))

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet jinsabu fl-Artikolu 2 tal-att bażiku. Għalhekk għall-koerenza u ċ-ċarezza, id-definizzjoni l-ġdida għal "settijiet ta' data speċjali" ġiet miżjuda fl-Artikolu 2.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(db) "sett ta' data ġeografika": tfisser kollezzjoni identifikabbli ta' data ġeografika kif definita fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2007/2/KE."

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet jinsabu fl-Artikolu 2 tal-att bażiku. Għalhekk għall-koerenza u ċ-ċarezza, id-definizzjoni l-ġdida għal "settijiet ta' data speċjali" ġiet miżjuda fl-Artikolu 2.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-ismijiet u l-indirizzi ta' min qed jirċievi l-ħama u l-post fejn dan ikun se jintuża;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-data operattiva konkreta, bħax-xerrejja tal-ħama tad-dranaġġ f'dan il-każ, ma għandhiex tkun pubblikament disponibbli. Il-protezzjoni tad-data trid tiġi żgurata. Il-pubblikazzjoni tad-data tal-bdiewa tista' twassal għall-fastidju minn gruppi ambjentalisti anki jekk l-attivitajiet tal-bdiewa huma għalkollox legali. Pubblikazzjoni bħal din tista' twassal biex il-bdiewa jiġu stimmatizzati. L-awtoritajiet jeħtiġilhom ikollhom id-data disponibbli internament għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti u r-regolamenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  kwalunkwe informazzjoni oħra rigward it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-test propost joħloq ċirkwit minħabba r-referenza għall-Artikolu 17 li hu stess jirreferi għal att ta' implimentazzjoni li għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-Artikolu 10.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika inklużi fl-informazzjoni rreġistrata f'dawk ir-rekords għandhom jintużaw s-servizzi ta' data ġeografika kif definiti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* .

Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika inklużi fl-informazzjoni rreġistrata f'dawk ir-rekords għandhom jintużaw s-servizzi ta' data ġeografika.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu għandu jitqiegħed separatament bħala l-Artikolu 2e ġdid għal skopijiet ta' ċarezza peress li d-definizzjonijiet jinsabu fl-Artikolu 2 tal-att bażiku.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku għal kull sena kalendarja, fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja rilevanti, f'format konsolidat kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE** jew f'format ieħor previst skont l-Artikolu 17.

Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli u faċilment aċċessibbli għall-pubbliku għal kull sena kalendarja, fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja rilevanti, f'format konsolidat kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE** jew f'format ieħor previst skont l-Artikolu 17.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-informazzjoni dwar il-metodi ta' trattament u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrilaxxati kull meta ssir talba mill-awtoritajiet kompetenti.

3. L-informazzjoni dwar il-metodi ta' trattament u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrilaxxati lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lir-repożitorju tad-data li għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lir-repożitorju tad-data mandatarju. Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fl-Artikolu 10, wara l-paragrafu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-istabbiliment tar-repożitorju tad-data obbligatorju msemmi fil-paragrafu 2, u r-regoli dettaljati tal-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali biex jaqsmu l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-istorbju u s-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni.".

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Jiżdied l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 12a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2a) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(2a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

__________________

 

* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.".

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2002/49/KE

Anness VI – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fl-Anness VI, il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

5.  Fl-Anness VI, il-punt 3 huwa mħassar.

3.  “3. Mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni.

 

“Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali obbligatorju biex titqassam l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u mis-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).”.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

16c.   "settijiet ta' data ġeografika" tfisser l-operazzjonijiet li jistgħu jsiru, billi tintuża applikazzjoni tal-kompjuter, fuq id-data ġeografika li tinsab fis-settijiet ta' data ġeografika jew fuq il-metadata relatata kif definita fid-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

 

__________________

 

* Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).".

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjonijiet jinsabu fl-Artikolu 2 tal-att bażiku. Għalhekk għall-koerenza u ċ-ċarezza, id-definizzjoni l-ġdida għal "settijiet ta' data speċjali" ġiet miżjuda fl-Artikolu 2.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-pubbliku informazzjoni adegwata u aġġornata, tal-anqas fuq it-theddid imminenti ta' danni, f'format ta' data miftuħa online, skont l-Anness VI ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *. Għal kull inċident, għandha tiġi pprovduta talanqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-pubbliku u għall-Kummissjoni informazzjoni adegwata u aġġornata, tal-anqas fuq it-theddid imminenti ta' danni, f'format ta' data miftuħa online, skont l-Anness VI ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Għal kull inċident, għandha tiġi pprovduta talanqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 18a sabiex temenda l-Anness VI għal din id-Direttiva dwar kriterji dettaljati li skonthom l-iskala u t-tip ta' ħsara ambjentali għandhom jiġu kklassifikati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika, bħal-lokalizzazzjoni ġeografika tal-inċidenti, inklużi fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jintużaw is-servizzi ta' data ġeografika kif definiti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**.

2.  Sabiex jiġu ppreżentati s-settijiet ta' data ġeografika, bħal-lokalizzazzjoni ġeografika tal-inċidenti, inklużi fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jintużaw is-servizzi ta' data ġeografika.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont il-paragrafu 1.

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont il-paragrafu 1 u jaġġornawha regolarment.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 - paragrafu 4 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

4.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021 u suċċessivament mill-inqas kull ħames snin, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tal-implimentazzjoni tagħha. L-evalwazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku u tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  analiżi tal-iżviluppi u l-bidliet rilevanti fl-Istati Membri.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xieraq, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u jekk ikun meħtieġ, tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tqis ukoll l-estensjoni tad-definizzjoni ta' "ħsara ambjentali" kif definita fl-Artikolu 2(1), u tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva biex jinkludu l-ħsarat li jsiru lis-saħħa tal-bniedem, sabiex jiġu inklużi wkoll il-ħsarat li jsiru lill-arja li jistgħu jkollhom riskji sinifikanti għas-saħħa.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 18a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Għandha tingħata lill-Kummissjoni s-setgħa li taddotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 18(1a) għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-...[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.  Id-delega tas-setgħa li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 18(1a) tista' tkun revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet*.

 

5.  Hekk kif hija tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 18(1a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

 

__________________

 

* ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.".

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2004/35/KE

Anness VI – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) għandha tirreferi għal emissjonijiet, avvenimenti jew inċidenti li jikkawżaw danni ambjentali jew periklu imminenti ta' danni, bl-informazzjoni u d-data li ġejjin għal kull każ:

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) għandha tinkludi lista tal-emissjonijiet, avvenimenti jew inċidenti li jikkawżaw danni ambjentali jew theddida imminenti ta' danni, bl-informazzjoni u d-data li ġejjin għal kull każ:

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2004/35/KE

Anness VI – punt 7 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  proċeduri ġudizzjarji rilevanti;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Direttiva 2007/2/KE

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 2 jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ca)  analiżi tal-iżvilupp tal-infrastruttura għal INSPIRE fl-Istati Membri;"

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/2/KE

Artikolu 23 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2022 u suċċessivament mill-inqas kull ħames snin, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/2/KE

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien xieraq, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu u jekk ikun meħtieġ, tippreżenta proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 1

Direttiva 2009/147/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull sitt snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess żmien tar-rapport imfassal skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u l-impatti ewlenin ta' dawn il-miżuri. Dan ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatus u t-tendenzi tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi protetti b'din id-Direttiva, it-theddid u l-pressjoni fuqhom, il-miżuri ta' konservazzjoni meħudin għalihom u l-kontribut tan-netwerk taż-Żoni ta' Protezzjoni Speċjali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.";

1.  Kull sitt snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess żmien tar-rapport imfassal skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u l-impatti ewlenin ta' dawn il-miżuri. Dak ir-rapport għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatus u t-tendenzi tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi protetti b'din id-Direttiva, it-theddid u l-pressjoni fuqhom, il-miżuri ta' konservazzjoni meħudin għalihom u l-kontribut tan-netwerk taż-Żoni ta' Protezzjoni Speċjali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/147/KE

Artikolu 12 – paragrafu 2 – sentenza 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull sitt snin, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tħejji rapport kompost ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Kull sitt snin, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tħejji u tippubblika rapport kompost ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

 

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data li tkun saret disponibbli mill-Istati Membri.

Mhux aktar tard minn 6 xhur wara s-sottomissjoni mill-Istati Membri tad-data msemmija fit-tieni subparagrafu, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw u jaġġornaw b'mod regolari, ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi ta' dik id-data.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 54 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format u kontenuti komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 56(3).";

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format u kontenuti komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(3).";

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura regolatorja tinbidel għal att ta' implimentazzjoni (proċedura ta' eżami).

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 56 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a.  Fl-Artikolu 56, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kusiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

"3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura regolatorja tinbidel għal att ta' implimentazzjoni (proċedura ta' eżami).

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 57

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jitħassar l-Artikolu 57.

3.  L-Artikolu 57 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"Artikolu 57

 

Rapport tal-Kummissjoni

 

Sa mhux aktar tard mill-10 ta' Novembru 2020 u suċċessivament kull tliet snin, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni statistika fornuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 54(2), għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jagħti sintesi ta' dik l-informazzjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 58 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.  fl-Artikolu 58, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit minn dan li ġej:

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-10 ta' Novembru 2024, b'konsiderazzjoni għall-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' metodi alternattivi li ma jinkludux l-użu ta' annimali, u b'mod partikolari ta' primati mhux umani, u għandha tipproponi l-emendi li jidhrilha jkunu xierqa.

"Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-10 ta' Novembru 2017, b'konsiderazzjoni għall-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' metodi alternattivi li ma jinkludux l-użu ta' annimali, u b'mod partikolari ta' primati mhux umani, u għandha tipproponi l-emendi li jidhrilha jkunu xierqa".

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 166/2006

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, lill-Kummissjoni permezz ta' trasferiment elettroniku, rapport li jkun fih id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) f'format u sa data li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Id-data tar-rapportar għandha tkun, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmiem tas-sena ta' rapportar.

2.  Mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, lill-Kummissjoni permezz ta' trasferiment elettroniku, rapport li jkun fih id-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) f'format li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Id-data tar-rapportar għandha tkun, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn disa' xhur wara t-tmiem tas-sena ta' rapportar.

Ġustifikazzjoni

Allinjament maż-żmien tar-rapport tal-Kummissjoni kif stipulat fi proposti oħra emendati inklużi f'dan l-att bażiku.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 995/2010

Artikolu 20 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu t-tali informazzjoni disponibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu t-tali informazzjoni disponibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Regolament 995/2010/UE

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sat-3 ta' Diċembru 2015, u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tar-rapportar u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa."

3.  Sat-3 ta' Diċembru 2021, u suċċessivament kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tar-rapportar u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa."

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jingħata l-possibbiltà li jirrevedi r-rapporti tal-Kummissjoni u l-proposti leġiżlattivi eventwali matul kull terminu leġiżlattiv.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 2173/2005

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2173/2005

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa Diċembru 2021 u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapportar u tal-esperjenza fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan hija għandha tieħu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija volontarji. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun xieraq, bi proposti għat-titjib tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT.

Sa Diċembru 2021 u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapportar u tal-esperjenza fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan hija għandha tqis il-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija volontarji. Il-Kummissjoni għandha kull ħames snin tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun xieraq, bi proposti għat-titjib tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 338/97

Artikolu 15, paragrafu 4, punt (c)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7 (b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).

(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7 (b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. Il-format tal-preżentazzjoni tagħha għandu jkun speċifikat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata m'għandiex tiġi deċiża mill-Kummissjoni u l-proċedura regolatorja għandha tiġi ttrasformata f'att ta' implimentazzjoni (proċedura ta' eżami).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 338/97

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Fejn issir referenza għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha

"2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.".

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. F'dak li jirrigwarda l-ħidmiet tal-Kumitat imsemmijin fil-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 19, jekk, meta jiskadi l-perjodu ta' tlett xhur mid-data li fiha s-suġġett ikun ġie riferit lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

 

(1)

  ĠU C ....

(2)

  ĠU C ....


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur tilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tissimplifika l-allinjament tal-obbligi tar-rappurtar tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent, billi taġġorna dispożizzjonijiet speċifiċi ta' 10 direttivi u regolamenti settorjali. Fil-fehma tar-Rapporteur, din il-proposta tal-Kummissjoni tiġi f'mument tajjeb meta qed isiru sforzi sabiex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni ambjentali, inklużi d-dispożizzjonijiet ta' rappurtar, li ilhom jiżdiedu gradwalment sa mis-snin sebgħin.

Konkretament, din il-proposta leġiżlattiva tirriżulta minn pjan ta' azzjoni aġġornata sabiex jiġi ssimplifikat ir-rappurtaġġ ambjentali(1), li huwa wieħed mill-eżiti tal-evalwazzjoni tal-Kontroll tal-Idoneità dwar ir-rappurtaġġ u l-monitoraġġ tal-politika ambjentali tal-Unjoni(2). Barra minn hekk, din il-proposta tal-Kummissjoni tikkumplimenta d-deċiżjoni adottata dan l-aħħar dwar ir-regoli proċedurali fil-qasam tar-rappurtar ambjentali(3).

Ir-Rapporteur tappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li żżid it-trasparenza, tipprovdi bażi ta' evidenza għal evalwazzjonijiet futuri, u tissimplifika u tnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. Hija tagħmel bosta suġġerimenti biex ittejjeb il-proposta leġiżlattiva li b'mod ġenerali għandha timmodernizza l-ġestjoni tal-informazzjoni u tnaqqas il-piż amministrattiv.

Barra minn hekk, proposta leġiżlattiva msaħħa tnaqqas l-ispejjeż għall-partijiet interessati, u żżid il-benefiċċji, billi tapplika b'mod usa' l-aktar proċessi effiċjenti u billi żżid l-użu ta' għodod u mudelli elettroniċi. B'dawn it-titjib, id-data tinġabar u tiġi pproċessata aħjar, u toffri valutazzjonijiet komprensivi aktar malajr għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni.

Ċerti suġġerimenti proposti mir-Rapporteur għandhom l-għan li joffru aċċess aktar trasparenti għal tagħrif ambjentali ċar għal diversi partijiet interessati, inkluż il-pubbliku, u jikkontribwixxu inter alia għall-għan prijoritarju 4 tas-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali(4). Pereżempju, bosta emendi, li jikkonċernaw d-definizzjonijiet ta' diversi termini fi ħdan l-atti bażiċi msemmija fi ħdan din il-proposta jew li jagħtu dettalji dwar ċerti termini, għandhom l-intenzjoni li jiżguraw koerenza aħjar, jissimplifikaw it-test u jwasslu għal aktar ċarezza.

Xi bidliet li saru mir-Rapporteur isaħħu r-rwol tal-koleġiżlaturi, inkluż dak tal-Parlament Ewropew, u jiċċaraw ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) fl-eżerċizzju ġenerali ta' rappurtar u ta' monitoraġġ.

Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li hemm ħtieġa għal kriterji dettaljati li skonthom għandha tiġi kklassifikata l-iskala u t-tip ta' ħsara ambjentali fi ħdan id-Direttiva 2004/35/KE(5).

Fil-każ tad-Direttiva 2010/63/KE(6), ir-Rapporteur tintroduċi rekwiżit għall-Kummissjoni mhux biss biex tippubblika iżda wkoll biex regolarment tipprovdi aġġornament dwar ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni bbażata fuq id-data ppreżentata mill-Istati Membri.

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 166/2006(7), hija proposta wkoll skadenza ċara ta' rappurtar għall-Istati Membri biex jipprovdu lill-Kummissjoni permezz ta' trasferiment elettroniku d-data kollha meħtieġa speċifikata f'dan ir-Regolament.

F'dak li jikkonċerna r-Regolament (KE) Nru 995/2010, ir-Rapporteur tqis li l-Parlament għandu jingħata l-possibbiltà li jirrevedi r-rapporti tal-Kummissjoni u l-proposti leġiżlattivi eventwali matul kull terminu leġiżlattiv u għalhekk inaqqas il-perjodu ta' reviżjoni tal-Kummissjoni minn sitt snin għal ħames snin.

Ir-Rapporteur tqis li ċerti dispożizzjonijiet li jirreferu għall-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju f'atti bażiċi msemmija f'din il-proposta għandhom jiġu allinjati mat-Trattat ta' Lisbona. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur titlob l-użu tal-atti delegati f'każ ta' ċerti oġġetti ta' xi atti bażiċi msemmija f'din il-proposta, li jġib iżjed ċarezza għas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni miż-żewġ koleġiżlaturi: il-Parlament u l-Kunsill. Dettalji għall-eżerċizzju tad-delega huma pprovduti wkoll. Konsegwentement, l-allinjament issuġġerit mat-Trattat ta' Lisbona u speċjalment l-użu ta' atti delegati mhux biss se jkun aġġornament importanti tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda se jtejjeb ukoll l-eżerċizzju ġenerali ta' rappurtar u ta' monitoraġġ.

(1)

Rapport mill-Kummissjoni (COM(2017)0312). 

(2)

SWD(2017)0230.

(3)

Deċiżjoni (UE) 2018/853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda r-Regolament (UE) Nru 1257/2013 u d-Direttivi 94/63/KE u 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kunsill 86/278/KEE u 87/217/KEE fir-rigward tar-regoli proċedurali fil-qasam tar-rappurtar ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE.

(4)

ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171-200.

(5)

Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali.

(6)

Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (2.10.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005

(COM(2018)0381 – C8‑0244/2018 – 2018/0205(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nicola Caputo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' t-titjib li sar f'dawk li huma trasparenza u simplifikazzjoni tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi, b'mod partikolari l-istabbiliment ta' bażi tad-data tal-istatistika li tista' tiġi kkonsultata b'aċċess miftuħ. Din il-bażi tad-data se tippermetti li jsir monitoraġġ wisq aktar regolari tal-użu tal-annimali għal finijiet xjentifiċi, tat-tensjoni li jġarrbu l-annimali u tal-ispeċijiet użati, b'mod partikolari l-primati mhux umani. Madankollu, il-Kummissjoni xorta għandha tipprovdi rapport lill-Parlament u lill-Kunsill fejn tingħata ħarsa ġenerali u interpretazzjoni tad-data statistika mhix analizzata li tinsab f'din il-bażi tad-data. Barra minn hekk, kif enfasizza r-rapport tal-2017 tal-Kummissjoni, minħabba l-fatt li r-rieżami kurrenti qed jitwettaq fi stadju bikri fl-implimentazzjoni tad-direttiva, għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat kemm qed jintlaħqu l-objettivi strateġiċi. Fil-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport, ġew enfasizzati xi punti li jeħtieġ li jinbidlu fil-ġejjieni. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur iqis li huwa indispensabbli li l-Artikolu dwar ir-rieżami tad-Direttiva jinżamm kif inhu .

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għalREGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam

tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 

Proposta għalREGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam

tal-leġiżlazzjoni relatata mal-ambjent u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

 

Ġustifikazzjoni

Emenda għat-titolu li tirrifletti li mhux l-atti legali kollha elenkati hawnhekk huma l-leġiżlazzjoni ambjentali per se.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa għall-implimentazzjoni u l-informazzjoni dwar il-konformità, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi ta' diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni ambjentali filwaqt li jitqiesu r-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Azzjonijiet għar-Razzjonalizzazzjoni tar-Rapport Ambjentali45 u l-Kontroll tal-Idoneità46 relatat.

(1)  Sabiex tiġi indirizzata l-ħtieġa tal-implimentazzjoni u l-informazzjoni dwar il-konformità, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi ta' diversi biċċiet ta' leġiżlazzjoni relatati mal-ambjent filwaqt li jitqiesu r-riżultati tar-Rapport tal-Kummissjoni dwar Azzjonijiet għar-Razzjonalizzazzjoni tar-Rapport Ambjentali45 u l-Kontroll tal-Idoneità46 relatat.

_________________

_________________

45 COM(2017) 312.

45 COM(2017) 312.

46 SWD(2017) 230.

46 SWD(2017) 230.

Ġustifikazzjoni

F'konformità ma' emenda simili li saret lit-Titolu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jeħtieġ li l-aċċessibbiltà tad-data tiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa' limitat kemm jista' jkun. Jenħtieġ it-tixrid attiv tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità mad-Direttivi 2003/4/KE47 u 2007/2/KE48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, biex tiġi żgurata l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, ir-rapportar u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet pubbliċi.

(2)  Jeħtieġ li l-aċċessibbiltà tad-data tiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa' limitat kemm jista' jkun, b'mod speċjali fuq l-entitajiet mhux governattivi bħalma huma l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Jenħtieġ it-tixrid attiv tal-informazzjoni fil-livell nazzjonali f'konformità mad-Direttivi 2003/4/KE47 u 2007/2/KE48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħhom, biex tiġi żgurata l-infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, ir-rapportar u l-kondiviżjoni tad-data fost l-awtoritajiet pubbliċi.

_________________

_________________

47 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26);

47 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26);

48 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

48 Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-data li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201649. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa għal data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jinħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jintużaw ukoll bħala indikaturi għal dan il-għan.

(3)  Id-data li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201649. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa ta' data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jeħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jservu wkoll ta' indikaturi għal dan il-għan kemm għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u kemm għall-pubbliku ġenerali.

_________________

_________________

49 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

49 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Huwa meħtieġ li jiġu emendati l-obbligi ta' rapportar stipulati fl-Artikoli 43, 54 u 57 tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu, bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali, b'aċċess miftuħ u disponibbli għat-tiftix għal sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta' sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-sostituzzjoni tar-rapportar tal-istatistika ta' kull tliet snin mill-Kummissjoni bir-rekwiżit tal-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali dinamika ospitata mill-Kummissjoni u r-rilaxx ta' informazzjoni fuq bażi annwali.

(9)  Huwa meħtieġ li jiġu emendati l-obbligi ta' rapportar stipulati fl-Artikoli 43, 54, 57 u 58 tad-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill56. Dawn id-dispożizzjonijiet jinkludu, bil-għan li tittejjeb it-trasparenza u jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali, b'aċċess miftuħ u disponibbli għat-tiftix għal sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, l-għoti ta' setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi format komuni għall-preżentazzjoni ta' sommarji mhux tekniċi ta' proġetti u ta' valutazzjonijiet retrospettivi relatati, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u s-sostituzzjoni tar-rapportar tal-istatistika ta' kull tliet snin mill-Kummissjoni bir-rekwiżit tal-istabbiliment ta' bażi tad-data ċentrali dinamika ospitata mill-Kummissjoni u r-rilaxx ta' informazzjoni fuq bażi annwali. Skont l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi56a, il-klawsola ta' rieżami jenħtieġ li tiġi riveduta bil-ħsieb ta' reviżjoni futura wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni.

__________________

__________________

56 Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

56 Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

 

56a COM(2017)631 final, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni skont l-Artikolu 58 tad-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-ismijiet u l-indirizzi ta' min qed jirċievi l-ħama u l-post fejn dan ikun se jintuża;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-data operattiva konkreta, bħal dawn ix-xerrejja tal-ħama tad-dranaġġ f'dan il-każ, ma għandhiex tkun pubblikament disponibbli. Il-protezzjoni tad-data trid tiġi żgurata. Il-pubblikazzjoni tad-data tal-bdiewa tista' twassal għall-fastidju minn gruppi ambjentalisti anki jekk l-attivitajiet tal-bdiewa huma għalkollox legali. Pubblikazzjoni bħal din tista' twassal biex il-bdiewa jiġu stimmatizzati. L-awtoritajiet jeħtiġilhom ikollhom id-data disponibbli internament għall-finijiet tal-monitoraġġ tal-konformità mar-rekwiżiti u r-regolamenti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  kwalunkwe informazzjoni oħra rigward it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-test propost joħloq ċirkwit minħabba r-referenza għall-Artikolu 17 li hu stess jirreferi għal att ta' implimentazzjoni li għandu jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-Artikolu 10.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-format skont liema l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE kif mitlub mill-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi wkoll mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli skont l-Artikoli 10 u 17.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-format skont liema l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE kif mitlub mill-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi wkoll mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli skont l-Artikoli 10 u 17 u għandhom jissottomettu, kull sentejn, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposti għall-protezzjoni aħjar tal-ħamrija u tal-ambjent .

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lir-repożitorju tad-data li għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lil repożitorju tad-data mandatarju. Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-att bażiku mal-proċedura tal-Atti Delegati.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Fl-Artikolu 10, wara l-paragrafu 2, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva dwar l-istabbiliment tar-repożitorju tad-data mandatarju msemmi fil-paragrafu 2, u r-regoli dettaljati tal-mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali biex issir kondiviżjoni tal-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u mis-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni.".

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-att bażiku mal-proċedura tal-Atti Delegati. Dan il-paragrafu ġdid qed jemenda l-paragrafu 5 tal-Artikolu 10(2) u jittrasforma ruħu f'subparagrafu tal-paragrafu 2.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Jiżdied l-Artikolu li ġej: 

 

"Artikolu 12a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 

 

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. 

 

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2a) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ. 

 

4. Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. 

 

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru. 

 

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(2a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-att bażiku mal-proċedura tal-Atti Delegati.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2002/49/KE

Anness VI – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fl-Anness VI, il-punt 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.  Fl-Anness VI, il-punt 3 huwa mħassar.

"3. Mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni.

 

"Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali mandatarju biex tiġi kondiviża l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u mis-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3)."

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet riformulata u mċaqilqa fis-subparagrafu 2a tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 10.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fl-Artikolu 3, paragrafu 1, jiżdied il-punt ba li ġej:

 

(ba) Id-danni kkawżati mill-introduzzjoni ta' speċijiet tal-foresti barranin li mhumiex adattati minħabba l-fatt li jnaqqsu s-sorsi lokali tal-ilma jew għax jieħdu n-nar malajr ħafna.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2004/35/KE

Anness I – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  l-iskala u t-tip ta' danni ambjentali, id-data ta' meta seħħew u/jew ta' meta ġew skoperti d-danni. L-iskala tad-danni ambjentali għandha tiġi kklassifikata bħala ta' daqs żgħir, medju, kbir jew kbir ħafna. It-tip ta' danni ambjentali għandu jiġi kklassifikat bħala dannu għall-ilma, għall-baħar, għall-ħamrija, għan-natura/għall-ekosistemi jew dannu għas-saħħa tal-bniedem ikkawżat mit-tniġġis;

1.  l-iskala u t-tip ta' danni ambjentali, id-data ta' meta seħħew u/jew ta' meta ġew skoperti d-danni. L-iskala tad-danni ambjentali għandha tiġi kklassifikata bħala ta' daqs żgħir, medju, kbir jew kbir ħafna. It-tip ta' danni ambjentali għandu jiġi kklassifikat bħala dannu għall-ilma, għall-ambjent tal-baħar, għall-ħamrija, għan-natura/għall-ekosistemi, għall-kampanja, jew dannu għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali ikkawżat mit-tniġġis;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/2/KE

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Kull sena, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna l-ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tal-metadata u tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli permezz ta' servizzi tan-netwerk skont l-Artikolu 21. Il-ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-eżiti, għar-riżultati u għall-impatti ta' din id-Direttiva, mapep li jagħtu ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha u rapporti li jagħtu ħarsa ġenerali tal-Istati Membri.

"Kull sentejn, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika u taġġorna l-ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tal-metadata u tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli permezz ta' servizzi tan-netwerk skont l-Artikolu 21. Il-ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha għandha tinkludi, kif xieraq, indikaturi għall-eżiti, għar-riżultati u għall-impatti ta' din id-Direttiva, mapep li jagħtu ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha u rapporti li jagħtu ħarsa ġenerali tal-Istati Membri.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2010/63/KE

Artikolu 43 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw is-sommarji mhux tekniċi tal-proġetti awtorizzati u kwalunkwe aġġornamenti relatati magħhom. Sa mill-1 ta' Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw u jippubblikaw is-sommarji mhux tekniċi tal-proġetti, l-aktar tard fi żmien sitt xhur mill-awtorizzazzjoni, u kwalunkwe aġġornament tagħha, permezz ta' trasferiment elettroniku lill-Kummissjoni."

3.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw is-sommarji mhux tekniċi tal-proġetti awtorizzati u kwalunkwe aġġornamenti relatati magħhom. Mill-1 ta' Jannar 2022 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw u jippubblikaw is-sommarji mhux tekniċi tal-proġetti, l-aktar tard fi żmien sitt xhur mill-awtorizzazzjoni, u kwalunkwe aġġornamenti tagħhom, permezz ta' trasferiment elettroniku lill-Kummissjoni."

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/KE

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sat-30 ta' Novembru 2023, u suċċessivament kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Artikoli 10(1), 26, 28, 34, 38, 39, 43 u 46 tagħha.

Sat-30 ta' Settembru 2024, u suċċessivament kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Artikoli 10(1), 26, 28, 34, 38, 39, 43 u 46 tagħha.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/KE

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data li tkun saret disponibbli mill-Istati Membri.

Mhux aktar tard minn 6 xhur wara s-sottomissjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tad-data msemmija fit-tieni subparagrafu, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data sottomessa mill-Istati Membri.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 57

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jitħassar l-Artikolu 57.

3.  L-Artikolu 57 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

Artikolu 57

 

Rapport tal-Kummissjoni

 

 

 

Sa mhux aktar tard mill-10 ta' Novembru 2020 u suċċessivament kull tliet snin, il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni statistika fornuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 54(2), għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jagħti sintesi ta' dik l-informazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 58 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

3a.  fl-Artikolu 58, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-10 ta' Novembru 2017, b'konsiderazzjoni għall-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' metodi alternattivi li ma jinkludux l-użu ta' annimali, u b'mod partikolari ta' primati mhux umani, u għandha tipproponi l-emendi li jidhrilha jkunu xierqa.

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-10 ta' Novembru 2024, b'konsiderazzjoni għall-progress li jkun sar fl-iżvilupp ta' metodi alternattivi li ma jinkludux l-użu ta' annimali, u b'mod partikolari ta' primati mhux umani, u għandha tipproponi l-emendi li jidhrilha jkunu xierqa.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 995/2010

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sat-3 ta' Diċembru 2015, u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tar-rapportar u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

3.  Sat-3 ta' Diċembru 2021, u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tar-rapportar u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 338/97

Artikolu 15, paragrafu 4, punt (c)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII 7 (b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).

(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII 7 (b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. Il-format tal-preżentazzjoni tagħha għandu jkun speċifikat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni li trid tiġi kkomunikata m'għandiex tiġi deċiża mill-Kummissjoni u l-proċedura regolatorja għandha tiġi ttrasformata f'att ta' implimentazzjoni (proċedura ta' eżami).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali

Referenzi

COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nicola Caputo

28.6.2018

Data tal-adozzjoni

1.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Jacques Colombier, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Esther Herranz García, Jan Huitema, Martin Häusling, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Michela Giuffrida, Elsi Katainen, Anthea McIntyre, Momchil Nekov, Molly Scott Cato, Vladimir Urutchev, Thomas Waitz

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Elsi Katainen, Ulrike Müller

ECR

Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, Anthea McIntyre, James Nicholson

EFDD

Giulia Moi, Marco Zullo

ENF

Jacques Colombier, Philippe Loiseau

PPE

Richard Ashworth, Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski, Vladimir Urutchev

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Michela Giuffrida, Karine Gloanec Maurin, Momchil Nekov, Maria Noichl, Tibor Szanyi

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Molly Scott Cato, Thomas Waitz

4

-

EFDD

John Stuart Agnew

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (27.9.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005

(COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Heidi Hautala

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Ir-Regolament għandu l-għan li jimmodernizza l-ġestjoni tal-informazzjoni u jiżgura approċċ aktar konsistenti mal-atti leġiżlattivi fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu billi – skont iċ-ċirkostanzi – jissimplifika r-rapportar sabiex inaqqas il-piż amministrattiv, itejjeb il-bażi ta' data għal evalwazzjonijiet futuri, jew iżid it-trasparenza għall-benefiċċju tal-pubbliku.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Id-data li jirrappurtaw l-Istati Membri hi essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201649. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa għal data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jinħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jintużaw ukoll bħala indikaturi għal dan il-għan.

(3)  Il-proċess tar-rapportar komprensiv u tempestiv tad-data rilevanti mill-Istati Membri huwa essenzjali biex il-Kummissjoni timmonitorja, tirrieżamina u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni vis-a-vis l-għanijiet ta' din tal-aħħar sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni, skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201649. Huwa xieraq li jiżdiedu xi dispożizzjonijiet ma' diversi atti leġiżlattivi fis-settur ambjentali għall-fini tal-evalwazzjoni futura tagħhom, fuq il-bażi tad-data miġbura matul l-implimentazzjoni, possibbilment flimkien ma' aktar data analitika u xjentifika. F'dan il-kuntest, teżisti l-ħtieġa għal data rilevanti li tippermetti l-valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effikaċja, tar-rilevanza, tal-koerenza u tal-valur miżjud tal-UE tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u b'hekk jeħtieġ li jiġu żgurati mekkaniżmi ta' rapportar adattati li jistgħu jintużaw ukoll bħala indikaturi għal dan il-għan.

_________________

_________________

49 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

49 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE u tal-evalwazzjoni REFIT52, huwa xieraq, bil-ħsieb li tiġi simplifikata l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-monitoraġġ mill-Istati Membri, li ma jibqax jinħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu rapporti kull tliet snin lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni tippreżenta rapport sommarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi r-rapport tal-Kontroll tal-Idoneità kkonferma li l-utilità ta' dawn ir-rapporti hija limitata53.

(7)  Fuq il-bażi tar-rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE u tal-evalwazzjoni REFIT52, huwa xieraq, bil-ħsieb li tiġi simplifikata l-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva u jitnaqqas il-piż amministrattiv relatat mal-monitoraġġ mill-Istati Membri, li ma jibqax jinħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu rapporti kull tliet snin lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni tippreżenta rapport sommarju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, billi r-rapport tal-Kontroll tal-Idoneità kkonferma li l-utilità ta' dawn ir-rapporti hija limitata53. Madankollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli twettaq, b'intervalli regolari, evalwazzjoni ta' dik id-Direttiva u tagħmilha pubblikament disponibbli.

_________________

_________________

52 COM(2016)478 u SWD(2016) 273.

52 COM(2016)478 u SWD(2016) 273.

53 COM(2017)312.

53 COM(2017)312.

Ġustifikazzjoni

It-test kurrenti tad-Direttiva 2007/2/KE jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għalhekk, hija meħtieġa tal-inqas evalwazzjoni regolari li tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku għal kull sena kalendarja, fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja rilevanti, f'format konsolidat kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE** jew f'format ieħor previst skont l-Artikolu 17.

Ir-reġistri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru disponibbli u faċilment aċċessibbli għall-pubbliku għal kull sena kalendarja, fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja rilevanti, f'format konsolidat kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE** jew f'format ieħor previst skont l-Artikolu 17.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-informazzjoni dwar il-metodi ta' trattament u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrilaxxati kull meta ssir talba mill-awtoritajiet kompetenti.

3. L-informazzjoni dwar il-metodi ta' trattament u r-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrilaxxati lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 17 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-format skont liema l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE kif mitlub mill-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi wkoll mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli skont l-Artikoli 10 u 17.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-format skont liema l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni fi żmien debitu dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 86/278/KEE kif mitlub mill-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15(2). Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi wkoll mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli skont l-Artikoli 10 u 17.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Id-Direttiva 86/278/KEE

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021 u mill-inqas kull tliet snin wara dan, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-mappep strateġiċi tal-ħsejjes li huma jkunu għamlu, u meta xieraq adottaw, u l-pjanijiet ta'azzjoni li huma jkunu fasslu, isiru disponibbli u jitqassmu lill-pubbliku bi qbil mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, u b'konformità mal-Annessi IV u V ta' tad-Direttiva 2002/49/KE, inkluż permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni li jkunu disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mapep strateġiċi tal-ħsejjes li huma jkunu għamlu, u meta xieraq adottaw, u l-pjanijiet ta' azzjoni li huma jkunu fasslu, isiru disponibbli mingħajr dewmien u jitqassmu lill-pubbliku bi qbil mal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, u b'konformità mal-Annessi IV u V tad-Direttiva 2002/49/KE, inkluż permezz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni li jkunu disponibbli.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u s-sommarji tal-pjanijiet tal-azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lir-repożitorju tad-data li għandu jiġi stabbilit skont il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3). Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi tal-ħsejjes u sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni, kif imsemmija fl-Anness VI, jintbagħtu lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-dati stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 rispettivament. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni b'mod elettroniku biss lir-repożitorju tad-data. Fil-każ li Stat Membru jkun irid jaġġorna l-informazzjoni, għandu jiddeskrivi d-differenzi bejn l-informazzjoni aġġornata u dik oriġinali u r-raġunijiet għall-aġġornament meta jagħmel l-informazzjoni aġġornata disponibbli fir-repożitorju tad-data. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 10a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva rigward l-istabbiliment tar-repożitorju tad-data.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Direttiva 2002/49/KE

Artikolu 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a.  Jiżdied l-Artikolu li ġej:

 

Artikolu 10a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [ĠU: data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*+]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 10(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

______________

 

* Ir-Regolament (UE) 2018/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar [l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali ...], (ĠU L ..., p. ...).

 

+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal fit-test in-numru tar-Regolament li jinsab fid-dokument 2018/0205(COD) u daħħal in-numru, l-isem, id-data, u r-referenza tal-ĠU ta' dak ir-Regolament fin-nota ta' qiegħ il-paġna.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2002/49/KE

Anness VI – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tiżviluppa mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali obbligatorju biex titqassam l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u mis-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(2) skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(3).

Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a biex tissupplimenta din id-Direttiva rigward l-iżvilupp ta' mekkaniżmu ta' skambju ta' informazzjoni diġitali obbligatorju biex titqassam l-informazzjoni mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes u mis-sommarji tal-pjanijiet ta' azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 10(2).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt 1

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jitħassar l-Artikolu 14(2);

1.  L-Artikolu 14(2) huwa emendat kif ġej:

 

Il-Kummissjoni, qabel l-1 ta' Jannar 2021, għandha tippreżenta rapport dwar l-effikaċja tad-Direttiva f'termini ta' rimedju attwali tad-danni ambjentali, dwar id-disponibbiltà bi prezz raġonevoli u dwar il-kondizzjonijiet tal-assigurazzjoni u tipi oħra ta' sigurtà finanzjarja għall-attivitajiet imsemmija fl-Anness III. Ir-rapport għandu wkoll jikkunsidra f'dak li għandu x'jaqsam ma' sigurtà finanzjarja l-aspetti li ġejjin: approċċ gradwali, limitu massimu għall-garanzija finanzjarja u l-esklużjoni ta' attivitajiet ta' riskju baxx. Fid-dawl ta' dak ir-rapport, u ta' valutazzjoni tal-impatt estiża, inkluża analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposti għal sistema ta' sigurtà finanzjarja obbligatorja armonizzata.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu aġġornati l-obbligi l-ġodda fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-rimedju ta' danni ambjentali u ta' sigurtà finanzjarja.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għall-pubbliku informazzjoni adegwata u aġġornata, tal-anqas fuq it-theddid imminenti ta' danni, f'format ta' data miftuħa online, skont l-Anness VI ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Għal kull inċident, għandha tiġi pprovduta talanqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun direttament disponibbli għall-pubbliku u l-Kummissjoni informazzjoni adegwata u aġġornata, inter alia dwar it-theddid imminenti ta' danni, f'format ta' data miftuħa online, skont l-Anness VI ta' din id-Direttiva u l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Għal kull inċident, għandha tiġi pprovduta tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness VI ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Dan sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni jkollha aċċess għad-data sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 18(3).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont il-paragrafu 1.

3.  Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha li tinkludi mapep fuq il-bażi tad-data li l-Istati Membri jkunu għamlu disponibbli skont il-paragrafu 1 u jaġġornawha regolarment, tal-inqas fuq bażi annwali.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa referenza espliċita għall-obbligu li tiġi aġġornata b'mod regolari l-ħarsa ġenerali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 - paragrafu 4 - parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

4.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021 u mill-inqas kull tliet snin wara dan, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku u tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa referenza espliċita għall-pubbliċità tal-evalwazzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;

(a)  l-esperjenza miksuba permezz tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u l-valutazzjoni tal-iżviluppi fl-Istati Membri, f'termini ta' rimedju attwali tal-ħsara ambjentali, b'mod partikolari fir-rigward ta' kull inċident ta' ħsara ambjentali kkawżat minn organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM), l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal speċi protetti u ħabitats naturali, id-dritt ta' operatur li jillimita r-responsabbiltà tiegħu skont il-konvenzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 4(3), u l-esklużjoni tat-tniġġis kopert mill-istrumenti internazzjonali elenkati fl-Annessi IV u V mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

 

(Parti minn din l-emenda li tgħid "u l-valutazzjoni tal-iżviluppi fl-Istati Membri" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha tkun teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Fil-forma kurrenti tagħha, id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw kwalunkwe żvilupp jew tibdil speċifiku li jista' jaffettwa l-kamp ta' applikazzjoni tar-regolamenti inkwistjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni ma għadhiex tipprevedi dik il-valutazzjoni. Madankollu, għandha tiġi inkluża – tal-inqas bħala regola ġenerali – sabiex jiġi żgurat rapportar komprensiv u konsistenti.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)  analiżi tal-iżviluppi u t-tibdil fil-fora internazzjonali rilevanti u l-implimentazzjoni tagħhom fl-Istati Membri.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2004/35/KE

Artikolu 18 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2004/35/KE

Anness VI – punt 7 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  proċeduri ġudizzjarji rilevanti;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/2/KE

Artikolu 23 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, f'intervalli regolari, twettaq evalwazzjoni ta' din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021 u mill-inqas kull tliet snin wara dan, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-elementi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

It-test kurrenti tal-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/2/KE jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Għalhekk, hija meħtieġa referenza espliċita għall-pubbliċità tal-evalwazzjoni.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/2/KE

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt 1

Direttiva 2009/147/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull sitt snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess żmien tar-rapport imfassal skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u l-impatti ewlenin ta' dawn il-miżuri. Dan ir-rapport għandu jinkludi b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatus u t-tendenzi tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi protetti b'din id-Direttiva, it-theddid u l-pressjoni fuqhom, il-miżuri ta' konservazzjoni meħudin għalihom u l-kontribut tan-netwerk taż-Żoni ta' Protezzjoni Speċjali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.";

1.  Kull sitt snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess żmien tar-rapport imfassal skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE*, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda skont din id-Direttiva u l-impatti ewlenin ta' dawn il-miżuri. Dak ir-rapport għandu jkun aċċessibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-istatus u t-tendenzi tal-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi protetti b'din id-Direttiva, it-theddid u l-pressjoni fuqhom, il-miżuri ta' konservazzjoni meħudin għalihom u l-kontribut tan-netwerk taż-Żoni ta' Protezzjoni Speċjali għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt 1a (ġdid)

Direttiva 2009/147/KE

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  jiddaħħal il-paragrafu 1a:

 

Il-parti terrestri u l-parti tal-baħar rilevanti skont din id-Direttiva għandhom jiġu rrapportati fl-istess ħin.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2009/147/KE

Artikolu 12 – paragrafu 2 – sentenza 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull sitt snin, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tħejji rapport kompost ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Kull sitt snin, il-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tħejji u tippubblika rapport kompost ibbażat fuq l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha tkun teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/KE

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sat-30 ta' Novembru 2023, u suċċessivament kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Artikoli 10(1), 26, 28, 34, 38, 39, 43 u 46 tagħha.

Sat-30 ta' Novembru 2023, u suċċessivament kull ħames snin, l-Istati Membri għandhom jibagħtu mingħajr dewmien l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari l-Artikoli 10(1), 26, 28, 34, 38, 39, 43 u 46 tagħha.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/KE

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw u jippublikaw din id-data, permezz ta' trasferiment elettroniku f'format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw u jippublikaw din id-data mingħajr dewmien, permezz ta' trasferiment elettroniku f'format stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 54 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi tad-data li tkun saret disponibbli mill-Istati Membri.

Mhux aktar tard minn 6 xhur wara s-sottomissjoni mill-Istati Membri tad-data msemmija fit-tieni subparagrafu, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jippubblikaw ħarsa ġenerali għall-Unjoni kollha fuq il-bażi ta' dik id-data.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 54 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha twettaq, mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2021 u mill-inqas kull tliet snin wara dan, evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u l-implimentazzjoni tagħha, ibbażata b'mod partikolari fuq l-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 54(1), u b'kont meħud tal-avvanzi fl-iżvilupp ta' metodi alternattivi li ma jinvolvux l-użu tal-annimali. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/KE

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sena, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jippubblikaw informazzjoni statistika dwar l-użu ta' annimali fi proċeduri, inkluża informazzjoni dwar is-severità vera tal-proċeduri u dwar l-oriġini u l-ispeċijiet ta' primati mhux umani użati fil-proċeduri.

Kull sena u mingħajr dewmien, l-Istati Membri għandhom jiġbru u jippubblikaw informazzjoni statistika dwar l-użu ta' annimali fi proċeduri, inkluża informazzjoni dwar is-severità attwali tal-proċeduri u dwar l-oriġini u l-ispeċijiet ta' primati mhux umani użati fil-proċeduri.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Direttiva 2010/63/KE

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din l-informazzjoni statistika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara, permezz ta' trasferiment elettroniku f'format mhux imqassar stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw din l-informazzjoni statistika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena ta' wara, permezz ta' trasferiment elettroniku f'format imqassar u mhux imqassar stabbilit mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 54 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format u kontenuti komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 56(3).”;

4.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi format u kontenuti komuni għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 56(3).

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)

Direttiva 2010/63/UE

Artikolu 56 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

2a.  Fl-Artikolu 56, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kusiderazzjoni għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - paragrafu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 166/2006

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operatur ta' kull faċilità li jieħu f'idejh waħda jew iktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I,’il fuq mil-limitu ta' kapaċità applikabbli speċifikat fl-istess Anness għandu jikkomunika permezz ta' mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tiegħu l-informazzjoni li tidentifika l-faċilità skont il-format imsemmi fl-Artikolu 7(2) sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti.”;

L-operatur ta' kull faċilità li jieħu f'idejh waħda jew iktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I, ’il fuq mil-limitu ta' kapaċità applikabbli speċifikat fl-istess Anness għandu jikkomunika mingħajr dewmien permezz ta' mezzi elettroniċi lill-awtorità kompetenti tiegħu l-informazzjoni li tidentifika l-faċilità skont il-format imsemmi fl-Artikolu 7(2) sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli għall-awtorità kompetenti.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 166/2006

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

Artikolu 11

 

Kunfidenzjalità

 

Meta l-informazzjoni titqies kunfidenzjali minn Stat Membru skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena ta' rapportar ikkonċernata għandu jindika separatament għal kull faċilità liema informazzjoni ma tkunx tista' ssir pubblika u għaliex. Dik ir-raġuni għandha ssir pubblika.

 

Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess tal-pubbliku għat-tagħrif dwar l-ambjent (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

 

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament dwar il-PRTR Ewropew huwa strument importanti fl-acquis ambjentali tal-UE minħabba l-informazzjoni li tagħmlu pubblikament disponibbli dwar il-prestazzjoni ta' industriji kbar. Għalhekk, id-diċitura u l-applikazzjoni kurrenti tal-Artikolu 11 fir-regolament kurrenti huma konformi mal-iskop tiegħu u m'hemmx bżonn li jiġi emendat rigward ir-rapportar ta' data kunfidenzjali u t-tħassir tal-Artikoli 16 u 17.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 995/2010

Artikolu 20 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu t-tali informazzjoni disponibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, il-format u l-proċedura għall-Istati Membri biex jagħmlu t-tali informazzjoni disponibbli. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 995/2010

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku fuq bażi annwali, ħarsa ġenerali għall-Unjoni fuq il-bażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri. Fit-tħejjija tal-ħarsa ġenerali, il-Kummissjoni għandha tqis il-progress li jkun sar rigward il-konklużjoni u l-operazzjoni tal-VPA FLEGT skont ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u l-kontribut tagħhom sabiex tkun imminizzata l-preżenza fis-suq intern tal-injam maħsud b'mod illegali jew ta' prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam.

2.  Fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu disponibbli mingħajr dewmien għall-pubbliku fuq bażi annwali, ħarsa ġenerali għall-Unjoni fuq il-bażi tad-data ppreżentata mill-Istati Membri. Fit-tħejjija tal-ħarsa ġenerali, il-Kummissjoni għandha tqis il-progress li jkun sar rigward il-konklużjoni u l-operazzjoni tal-VPA FLEGT skont ir-Regolament (KE) Nru 2173/2005 u l-kontribut tagħhom sabiex tkun minimizzata l-preżenza fis-suq intern tal-injam maħsud b'mod illegali jew ta' prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 995/2010

Artikolu 20 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Sat-3 ta' Diċembru 2015, u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tar-rapportar u l-esperjenza tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

3.  Sat-3 ta' Diċembru 2015, u suċċessivament kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u abbażi tal-esperjenza fiha, il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluża l-prevenzjoni tat-tqegħid fis-suq intern ta' injam maħsud b'mod illegali jew prodotti tal-injam ġejjin minn tali injam. B'mod partikolari għandha tqis il-konsegwenzi amministrattivi għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-kopertura tal-prodott. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 2173/2005

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sat-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku u lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta' April ta' kull sena, l-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament matul is-sena kalendarja preċedenti.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2173/2005

Artikolu 9 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa Diċembru 2021 u suċċessivament kull sitt snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi tar-rapportar u tal-esperjenza fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan hija għandha tieħu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija volontarji. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun xieraq, bi proposti għat-titjib tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT."

Sa Diċembru 2021 u suċċessivament kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u abbażi tal-esperjenza fiha, teżamina l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan hija għandha tieħu kont tal-progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija volontarji. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tar-rieżami u takkumpanja rapporti bħal dawn, jekk ikun xieraq, bi proposti għat-titjib tal-iskema tal-liċenzjar FLEGT."

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt 1

Regolament (KE) Nru 338/97

Artikolu 15, paragrafu 4, punt (c)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7(b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 18(2).

(c)  Bla ħsara għall-Artikolu 20, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri għandhom, sena qabel kull laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha x'taqsam mal-perjodu preċedenti rilevanti li tkun meħtieġa biex jitħejjew ir-rapporti msemmijin fl-Artikolu VIII.7(b) tal-Konvenzjoni u informazzjoni ekwivalenti dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma barra mill-iskop tal-Konvenzjoni. L-informazzjoni li għandha tkun ikkomunikata u l-format tal-preżentazzjoni tagħha għandhom ikunu speċifikati mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 338/97

Artikolu 18 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

1a.  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli, wara li jkunu kunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Il-perijodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. F'dak li jirrigwarda l-ħidmiet tal-Kumitat imsemmijin fil-punti 1 u 2 ta' l-Artikolu 19, jekk, meta jiskadi l-perjodu ta' tlett xhur mid-data li fiha s-suġġett ikun ġie riferit lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni.

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali

Referenzi

COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Heidi Hautala

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Rosa Estaràs Ferragut, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Jytte Guteland, Jiří Maštálka

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, John Howarth, Christelle Lechevalier

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT MITLUB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

EFDD

Joëlle Bergeron

GUE/NGL

Jiří Maštálka

PPE

Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Guillaume Balas, Sergio Gaetano Cofferati, Jytte Guteland, John Howarth, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand

0

-

 

 

2

0

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Christelle Lechevalier

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-allinjament tal-obbligi ta’ rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali

Referenzi

COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

31.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.6.2018

AGRI

11.6.2018

JURI

11.6.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

14.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Jørn Dohrmann, Linnéa Engström, Eleonora Evi, Fredrick Federley, Christophe Hansen, Jan Huitema, Norbert Lins, Tilly Metz, Younous Omarjee, Gabriele Preuß, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anthea McIntyre, Kati Piri

Data tat-tressiq

15.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

53

+

ALDE

Fredrick Federley, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Urszula Krupa, Anthea McIntyre, Bolesław G. Piecha

EFDD

Eleonora Evi

ENF

Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Lynn Boylan, Younous Omarjee

PEE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Kati Piri, Pavel Poc, Gabriele Preuß

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Benedek Jávor, Tilly Metz, Michèle Rivasi, Bart Staes

1

-

EFDD

Julia Reid

1

0

ENF

Joëlle Mélin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2018Avviż legali