Proċedura : 2018/0012(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0326/2018

Testi mressqa :

A8-0326/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/03/2019 - 19.4
CRE 13/03/2019 - 19.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0192

RAPPORT     ***I
PDF 1432kWORD 159k
15.10.2018
PE 620.820v02-00 A8-0326/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

(COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Gesine Meissner

Rapporteur għal opinjoni (*):

Bas Eickhout, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

(COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0033),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0014/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 20181,

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0326/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

————————————————

1 ĠU C 283, 10.8.2018, p. 61.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2005/35/KE, id-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

(Marbuta mal-emenda tal-Artikolu 20a (ġdid), li tipproponi li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis Ikkawżat mill-Bastimenti.)

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)   L-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 14 tan-Nazzjonijiet Uniti jiġbed l-attenzjoni għat-theddidiet ta' tniġġis tal-baħar, ewtrofikazzjoni, tnaqqis tar-riżorsi u tibdil fil-klima, li kollha huma kkawżati primarjament minn azzjonijiet tal-bniedem. Dawk it-theddidiet ipoġġu pressjoni ulterjuri fuq sistemi ambjentali, bħall-bijodiversità u l-infrastruttura naturali, filwaqt li joħolqu problemi soċjoekonomiċi globali, inklużi riskji ta' saħħa, ta' sikurezza u finanzjarji. L-Unjoni Ewropea trid taħdem biex tipproteġi l-ispeċi tal-baħar u biex tappoġġa lill-persuni li jiddependu mill-oċeani, irrispettivament minn jekk dan ikunx minħabba raġunijiet ta' impjieg, riżorsi jew divertiment.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  F'dawn l-aħħar żewġ deċennji, il-Konvenzjoni MARPOL u l-Annessi tagħha għaddew emendi importanti, li jistabbilixxu normi u projbizzjonijiet aktar stretti ta' rimi ta' skart minn bastimenti fuq il-baħar.

(4)  F'dawn l-aħħar żewġ deċennji, il-Konvenzjoni MARPOL u l-Annessi tagħha sarulhom emendi importanti, li jistabbilixxu normi aktar stretti għall-konsenja ta' skart, u projbizzjonijiet ta' rimi ta' skart minn bastimenti fuq il-baħar.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Madankollu, l-Unjoni jenħtieġ li tkompli taħdem fil-livell tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI) dwar projbizzjonijiet ta' rimi għall-ilma mormi minn purifikaturi ta' ċirkwit miftuħ u ċerti fdalijiet ta' merkanzija sabiex jiġu stabbiliti regoli li jkunu daqstant stretti għal bastimenti tal-baħar bħal dawk tal-bastimenti li jbaħħru fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jadottaw projbizzjonijiet ta' rimi għall-ilma mormi minn purifikaturi ta' ċirkwit miftuħ u ċerti fdalijiet ta' merkanzija fl-ilmijiet territorjali tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  L-objettiv ewlieni tad-Direttiva huwa l-prevenzjoni tar-rimi ta' skart minn bastimenti fil-baħar. Għalhekk, l-iskart minn xogħlijiet ta' tiswija u sedimenti mit-tindif jew it-tiswija tat-tankijiet tas-saborra jenħtieġ li ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, peress li dan dejjem jintrema fuq l-art meta bastiment ikun irmiġġat jew fuq baċir imbattal mill-ilma. L-iskart minn xogħlijiet ta' tiswija u sedimenti mit-tindif jew it-tiswija tat-tankijiet tas-saborra huma rregolati mil-leġiżlazzjoni tal-iskart tal-UE u mill-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra tal-OMI rispettivament.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minkejja dawn l-iżviluppi regolatorji, ir-rimi ta' skart fil-baħar għadu jseħħ. Dan hu dovut għal taħlita ta' fatturi, jiġifieri faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li mhumiex dejjem disponibbli, l-infurzar li ħafna drabi huwa insuffiċjenti u n-nuqqas ta' inċentivi biex l-iskart jiġi konsenjat fuq l-art.

(7)  Minkejja dawn l-iżviluppi regolatorji, ir-rimi ta' skart fil-baħar għadu jseħħ u jikkawża kostijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi enormi. Dan hu dovut għal taħlita ta' fatturi, jiġifieri faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li mhumiex dejjem disponibbli, l-infurzar li ħafna drabi huwa insuffiċjenti u n-nuqqas ta' inċentivi biex l-iskart jiġi konsenjat fuq l-art.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Minkejja t-titjib, l-iskart tal-ikel, b'mod partikolari fuq il-bastimenti tal-kruċiera, xorta jista' jkun konsiderevoli. Il-prattiki ta' mmaniġġjar tal-iskart tal-ikel għadhom qasam li jirrikjedi l-iżvilupp ta' prattiki ta' ġbir separat u użu mill-ġdid;

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) L-inizjattivi tas-settur tas-sajd li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iskart mis-sajd jew li jirkupraw l-iskart tal-plastik, inkluż irkaptu tas-sajd mitluf, jenħtieġ li jintlaqgħu tajjeb.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Id-Direttiva 2000/59/KE kkontribwixxiet għal volumi dejjem akbar ta' skart li qed jiġu kkonsinjati lill-faċilitijatiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart sa mid-dħul fis-seħħ tagħha, u bħala tali kienet strumentali biex jitnaqqas l-iskart fil-baħar, kif ħareġ fid-deher fl-Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva.

(8)  Skont id-Direttiva 2000/59/KE, il-bastimenti kollha li jidħlu f'portijiet Ewropej diġà jridu jikkontribwixxu għall-ispejjeż tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet irrispettivament mill-użu proprja tal-faċilitajiet. B'dan il-mod, id-Direttiva 2000/59/KE kkontribwixxiet għal volumi dejjem akbar ta' skart li qed jiġu kkonsinjati lill-faċilitijatiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart sa mid-dħul fis-seħħ tagħha, u bħala tali kienet strumentali biex jitnaqqas l-iskart fil-baħar, kif ħareġ fid-deher fl-Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-Evalwazzjoni REFIT uriet ukoll li d-Direttiva 2000/59/KE ma kinetx effettiva kompletament minħabba nuqqas ta' konsistenza mal-qafas tal-MARPOL. Barra minn hekk, l-Istati Membri żviluppaw interpretazzjonijiet differenti ta' kunċetti ewlenin tad-Direttiva, bħall-adegwatezza tal-faċilitajiet, in-notifika tal-iskart bil-quddiem u l-konsenja obbligatorja tal-iskart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, u l-eżenzjonijiet għal bastimenti fi traffiku skedat. L-evalwazzjoni appellat għal aktar armonizzazzjoni ta' dawn il-kunċetti u aktar allinjament mal-Konvenzjoni MARPOL sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed fuq il-portijiet u l-utenti tal-portijiet.

(9)  L-Evalwazzjoni REFIT uriet ukoll li d-Direttiva 2000/59/KE ma kinetx effettiva kompletament minħabba nuqqas ta' konsistenza mal-qafas tal-MARPOL. Barra minn hekk, l-Istati Membri żviluppaw interpretazzjonijiet differenti ta' kunċetti ewlenin tad-Direttiva, bħall-adegwatezza tal-faċilitajiet, in-notifika tal-iskart bil-quddiem u l-konsenja obbligatorja tal-iskart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, u l-eżenzjonijiet għal bastimenti fi traffiku skedat. L-evalwazzjoni appellat għal aktar armonizzazzjoni ta' dawn il-kunċetti u aktar allinjament mal-Konvenzjoni MARPOL sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed fuq il-portijiet u l-utenti tal-portijiet. Huwa meħtieġ allinjament sħiħ tal-obbligu ta' konsenja mar-regoli ta' rimi stabbiliti fil-Konvenzjoni MARPOL.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-ġerarkija tal-iskart, li titlob preċedenza tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart fuq tipi oħra ta' rkupru u rimi tal-iskart u tesiġi l-istabbiliment ta' sistemi għall-ġbir separat tal-iskart. Dawn l-obbligi japplikaw ukoll għall-immaniġġjar ta' skart minn bastimenti.

(11) Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-ġerarkija tal-iskart, li titlob preċedenza tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart fuq tipi oħra ta' rkupru u rimi tal-iskart u tesiġi l-istabbiliment ta' sistemi għall-ġbir separat tal-iskart. Barra minn hekk, il-kunċett ta' responsabbiltà estiża tal-produttur huwa prinċipju gwida tal-liġi tal-Unjoni dwar l-iskart, li abbażi tiegħu l-produtturi huma responsabbli għall-impatti ambjentali tal-prodotti tagħhom tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom. Dawk l-obbligi japplikaw ukoll għall-immaniġġjar ta' skart minn bastimenti.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-ġbir separat ta' skart mill-bastimenti, inkluż l-irkaptu tas-sajd qadim, huwa meħtieġ biex jiżgura l-irkupru tiegħu aktar 'l isfel fil-katina tal-immaniġġjar tal-iskart. Iż-żibel spiss huwa segregat abbord ta' bastimenti b'konformità ma' normi u standards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li dawn l-isforzi ta' segregazzjoni tal-iskart abbord ma jkunux kompromessi minn nuqqas ta' arranġamenti għal ġbir separat fuq l-art.

(12)  Il-ġbir separat ta' skart mill-bastimenti, inkluż l-irkaptu tas-sajd qadim, huwa meħtieġ biex jiżgura l-irkupru ulterjuri tiegħu għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ aktar 'l isfel fil-katina tal-immaniġġjar tal-iskart u biex jiġi evitat li dan jagħmel ħsara lill-annimali u l-ambjenti tal-baħar. Iż-żibel spiss huwa segregat abbord ta' bastimenti b'konformità ma' normi u standards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiżgura li dawn l-isforzi ta' segregazzjoni tal-iskart abbord ma jkunux kompromessi minn nuqqas ta' arranġamenti għal ġbir separat fuq l-art. L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu sistemi ta' ġbir separat li jkunu adatti bl-aħjar mod għall-karatteristiċi tal-portijiet.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Il-ġbir separat tal-iskart, bħalma huma l-iskart tal-ikel, il-lubrikanti u ż-żejt tal-fjuwil, jenħtieġ li jkompli jiġi żviluppat bl-iskop speċifiku li jippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom b'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għalkemm il-maġġoranza tal-iskart fil-baħar ġejja minn attivitajiet fuq l-art, l-industrija tat-tbaħħir, inklużi s-setturi tas-sajd u l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, hija wkoll kontributur importanti, b'rimi ta' żibel, inkluż plastik u rkaptu tas-sajd qadim, li jisfaw direttament fil-baħar.

(13)  Kull sena, fl-Unjoni waħidha, bejn 150 000 u 500 000 tunnellata ta' plastik jispiċċaw fl-oċean. Għalkemm il-maġġoranza tal-iskart fil-baħar ġej minn attivitajiet fuq l-art, l-industrija tat-tbaħħir, inklużi s-setturi tas-sajd u l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, hija wkoll kontributur importanti, b'rimi ta' żibel, inkluż plastik u rkaptu tas-sajd qadim, li jisfaw direttament fil-baħar. Il-Kummissjoni tistma li l-plastiks jikkostitwixxu aktar minn 80 % tal-iskart fil-baħar, u li l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastiks jammonta għal 27 % tal-oġġetti tal-iskart fil-baħar misjuba fuq il-bajjiet Ewropej, ekwivalenti għal 11 000 tunnellata fis-sena.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart li l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu sabiex jevitaw il-ġenerazzjoni tal-iskart. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jinkludu l-għan li tintemm il-ġenerazzjoni ta' skart fil-baħar bħala kontribuzzjoni lejn l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU li jiġi evitat u jitnaqqas b'mod sinifikanti t-tniġġis tal-baħar ta' kull tip.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta' Frar 2004 tal-OMI għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti ("Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra") daħlet fis-seħħ fit-8 ta' Settembru 2017. Il-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra tobbliga lill-bastimenti kollha jwettqu proċeduri ta' ġestjoni tal-ilma tas-saborra skont l-istandards tal-OMI, u tirrikjedi li l-portijiet u t-terminals iddedikati għat-tindif u t-tiswija tat-tankijiet tas-saborra jkollhom faċilitajiet adegwati biex ikunu jistgħu jiġbru s-sedimenti.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)  F'każ li l-Istati Membri jużaw is-servizzi tal-EMSA fl-investigazzjoni tal-każijiet irrappurtati ta' nuqqasijiet allegati fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet, l-EMSA jenħtieġ li żżomm rekord ta' dawk it-talbiet u tipprovdi lill-Kummissjoni din id-data sabiex tivvaluta jekk huwiex meħtieġ appoġġ addizzjonali għall-EMSA fil-pakkett finanzjarju li jmiss.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Biex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, l-iżvilupp u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-pjan tal-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart huma essenzjali, abbażi ta' konsultazzjoni mal-utenti tal-portijiet rilevanti kollha. Għal raġunijiet prattiċi u ta' organizzazzjoni, portijiet ġirien fl-istess reġjun jaf ikunu jixtiequ jiżviluppaw pjan konġunt, li jkopri d-disponibbiltà tal-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart f'kull wieħed mill-portijiet koperti mill-pjan, filwaqt li jipprovdu qafas amministrattiv komuni.

(17)  Biex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, l-iżvilupp u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-pjan tal-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart huma essenzjali, abbażi ta' konsultazzjoni mal-utenti tal-portijiet rilevanti kollha. Għal raġunijiet prattiċi u ta' organizzazzjoni, portijiet ġirien fl-istess reġjun ġeografiku jaf ikunu jixtiequ jiżviluppaw pjan konġunt, li jkopri d-disponibbiltà tal-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart f'kull wieħed mill-portijiet koperti mill-pjan, filwaqt li jipprovdu qafas amministrattiv komuni.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  L-adozzjoni u l-monitoraġġ tal-pjanijiet tal-akkoljenza u t-trattament tal-iskart għall-portijiet iż-żgħar, bħaż-żoni għall-irmiġġ u l-marini, bi ftit traffiku, li l-maġġoranza tagħhom huma opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, jew jintużaw biss matul parti tas-sena, jaf ikunu ta' sfida. L-iskart minn dawk il-portijiet iż-żgħar normalment jiġi trattat mis-sistema muniċipali ta' ġestjoni tal-iskart skont il-prinċipji tad-Direttiva 2008/98/KE riveduta mid-Direttiva (UE) 2018/851. Sabiex l-awtoritajiet lokali ma jitgħabbewx iżżejjed u sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-iskart f'tali portijiet żgħar, jenħtieġ li jkun biżżejjed li l-iskart miż-żoni tal-irmiġġ u l-marini lokali jiġi inkluż fil-fluss tal-iskart muniċipali u jiġi ġestit kif xieraq, u li l-port iqiegħed għad-disponibbiltà tal-utenti tal-port l-informazzjoni dwar l-akkoljenza tal-iskart.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Biex jindirizzaw il-problema tal-iskart fil-baħar b'mod effettiv, huwa fundamentali jiġi pprovdut livell ġust ta' inċentivi għall-konsenja tal-iskart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, b'mod partikolari ż-żibel. Dan jista' jinkiseb permezz ta' sistema ta' rkupru tal-ispejjeż, li tirrikjedi l-applikazzjoni ta' tariffa indiretta, li tkun dovuta irrispettivament minn jekk jiġix konsenjat skart jew le u li għandha tagħti dritt ta' konsenja ta' skart mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali. Is-settur tas-sajd u tar-rikreazzjoni, minħabba l-kontribut tagħhom fl-okkorrenza ta' skart tal-baħar, għandhom jiġu inklużi wkoll f'din is-sistema.

(18)  Biex il-problema tal-iskart fil-baħar tiġi indirizzata b'mod effettiv, huwa fundamentali jiġi pprovdut livell ġust ta' inċentivi għall-konsenja tal-iskart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, b'mod partikolari ż-żibel. Dan jista' jinkiseb permezz ta' sistema ta' rkupru tal-ispejjeż, li tirrikjedi l-applikazzjoni ta' tariffa indiretta, li tkun dovuta irrispettivament minn jekk jiġix konsenjat skart jew le u li jenħtieġ li tagħti dritt ta' konsenja ta' skart mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali. Madankollu, il-maniġers tal-bastimenti jenħtieġ li jaħdmu wkoll biex inaqqsu l-iskart iġġenerat abbord. Is-settur tar-rikreazzjoni, minħabba l-kontribut tiegħu fl-okkorrenza ta' skart tal-baħar, jenħtieġ li jiġi inkluż f'din is-sistema. Il-konsenja ta' skart mistad jenħtieġ li ma tirriżultax fi spejjeż addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  F'ċerti Stati Membri, ġew stabbiliti skemi li jipprovdu finanzjament għas-sajjieda għall-ispejjeż li jistgħu jġarrbu b'riżultat tal-konsenja fuq l-art ta' skart ta' rkaptu tas-sajd jew skart mistad b'mod attiv u passiv. Dawk l-iskemi jistgħu jiġu appoġġati minn skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, li jistgħu jikkomplementaw is-sistemi ta' rkupru tal-ispejjeż stabbiliti b'konformità ma' din id-Direttiva. B'dan il-mod, dawk is-sistemi ta' rkupru tal-ispejjeż jenħtieġ li ma joħolqux diżinċentiv għall-bastimenti tas-sajd u l-komunitajiet tal-portijiet biex jipparteċipaw fi skemi eżistenti ta' konsenja għal skart mistad b'mod attiv u passiv.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)  Sabiex jippromwovu l-konsenja tal-iskart mistad b'mod passiv maqbud fix-xbieki matul l-operazzjonijiet normali tas-sajd, l-Istati Membri jenħtieġ li jkopru l-ispejjeż assoċjati mal-ġbir tiegħu fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u mal-ġestjoni sussegwenti tiegħu, permezz ta' dħul iġġenerat minn sorsi alternattivi.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kunċett ta' "Bastiment ekoloġikament sensittiv" għandu jiġi żviluppat aktar fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart, b'mod sistema effettiva ta' premjazzjoni tkun tista' tiġi implimentata għal dawk il-bastimenti li jnaqqsu l-iskart tagħhom abbord.

(19)  Il-kunċett ta' "Bastiment ekoloġikament sensittiv" jenħtieġ li jiġi żviluppat aktar u implimentat bis-sħiħ fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi fil-livell tal-UE, u li dawn jitwettqu b'mod armonizzat kemm jista' jkun, b'mod li tkun tista' tiġi implimentata sistema effettiva ta' premjazzjoni għal dawk il-bastimenti li jnaqqsu l-iskart tagħhom abbord., permezz ta' prevenzjoni u ġestjoni ambjentalment sostenibbli tal-iskart, b'konformità mal-aħjar prattiki. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu prattiki lil hinn mill-istandards meħtieġa. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-iskart jinkiseb primarjament permezz ta' segregazzjoni effettiva tal-iskart abbord b'konformità mal-linji gwida tal-OMI għall-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL u l-istandards żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tassenja grupp ta' esperti biex jiġu stabbiliti l-kriterji li jridu jiġu ssodisfati sabiex bastiment jiġi ddikjarat "bastiment ekoloġikament sensittiv" u jenħtieġ ukoll li tinkoraġġixxi l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-iżvilupp ta' skemi minn isfel għal fuq.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-fdalijiet tal-merkanzija jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-merkanzija wara l-ħatt tal-merkanzija fit-terminal, u ta' spiss ikollhom valur ekonomiku. Għal din ir-raġuni, il-fdalijiet tal-merkanzija m'għandhomx jiġu inklużi fis-sistemi għall-irkupru tal-ispejjeż u fl-applikazzjoni ta' tariffa indiretta; it-tariffa għall-kunsinja ta' fdalijiet ta' merkanzija għandha titħallas mill-utent tal-faċilità ta' akkoljenza,kif speċifikat fl-arranġamenti tal-ftehim kontrattwali bejn il-partijiet involuti jew f'arranġamenti oħra lokali.

(20)  Il-fdalijiet tal-merkanzija jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-merkanzija wara l-ħatt tal-merkanzija fit-terminal, u ta' spiss ikollhom valur ekonomiku. Għal din ir-raġuni, il-fdalijiet tal-merkanzija m'għandhomx jiġu inklużi fis-sistemi għall-irkupru tal-ispejjeż u fl-applikazzjoni ta' tariffa indiretta; it-tariffa għall-kunsinja ta' fdalijiet ta' merkanzija għandha titħallas mill-utent tal-faċilità ta' akkoljenza,kif speċifikat fl-arranġamenti tal-ftehim kontrattwali bejn il-partijiet involuti jew f'arranġamenti oħra lokali. Bil-għan li tiġi promossa l-implimentazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tiġi żviluppata gwida teknika dwar il-ġestjoni tal-fdalijiet tal-merkanzija skont l-Annessi I u II tal-Konvenzjoni MARPOL. Madankollu, jenħtieġ li dan ma japplikax għall-fdalijiet tal-merkanzija li ma jiġux irkuprati faċilment, bħalma huma s-sustanzi li jżommu fil-wiċċ persistenti b'viskożità għolja bħall-paraffina. Dawn is-sustanzi jista' jkollhom valur ekonomiku baxx u għalhekk hemm ir-riskju li jintefgħu 'l barra mal-ħasil fuq il-baħar, jekk ma jitnaddfux kif xieraq fil-faċilitajiet tal-akkoljenza għall-iskart fil-portijiet.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  L-irkaptu tas-sajd tal-plastik għandu potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, b'mod partikolari meta jkun iddiżinjat kif xieraq. Għaldaqstant, b'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex tiġi ffinanzjata l-ġestjoni tajba tal-iskart tal-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tiegħu u biex jinkisbu rati għolja ta' ġbir.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b)  L-iskemi ta' sajd għall-iskart jenħtieġ li jiġu appoġġjati finanzjarjament mill-Istati Membri sabiex l-iskart li diġà jinsab fil-baħar ikun jista' jiġi rriċiklat jew jintrema kif xieraq mingħajr ma jitpoġġa ebda piż fuq is-sajjieda.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Sabiex tittejjeb is-sikurezza marittima u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, jenħtieġ li d-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tiġi emendata sabiex jiġi indirizzat ukoll it-tniġġis ta' skart li joriġina mill-bastimenti kif definit fl-Annessi IV sa VI tal-Konvenzjoni MARPOL fid-dritt tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-persuni responsabbli għar-rimi illegali jkunu suġġetti għal penali adegwati.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar tniġġis ikkawżat minn vapuri u dwar l-introduzzjoni ta' penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta' tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  L-obbligu ta' konsenja jenħtieġ li jiġi kkomplementat b'dispożizzjonijiet li jipprojbixxu r-rimi ta' skart sabiex jingħataw sinjali ċari dwar l-obbligi ta' konformità, u tiġi żgurata bażi ċara għall-ksur ċivili jew kriminali.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-monitoraġġ u l-infurzar għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' sistema elettronika ta' rappurtar u skambju ta' informazzjoni. Għal dan il-għan, l-informazzjoni eżistenti u s-sistema ta' monitoraġġ imwaqqfa skont id-Direttiva 2000/59/KE għandhom jiġu żviluppati aktar, u għandhom jiġu mħaddma fuq bażi ta' dejta elettronika eżistenti, b'mod partikolari s-sistemi ta' Informazzjoni u ta' Skambju Marittimi tal-Unjoni (SafeSeaNet) u l-Bażi tad-Dejta tal-Ispezzjoni (THETIS). Is-sistema għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li jkunu disponibbli fil-portijiet differenti.

(24)  Il-monitoraġġ u l-infurzar jenħtieġ li jiġu ffaċilitati permezz ta' sistema elettronika ta' rappurtar u skambju ta' informazzjoni. Għal dan il-għan, is-sistema eżistenti ta' informazzjoni u monitoraġġ imwaqqfa skont id-Direttiva 2000/59/KE jenħtieġ li tiġi żviluppata aktar, u tkompli titħaddem abbażi tas-sistemi ta' data elettronika eżistenti, b'mod partikolari s-sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni Marittima tal-Unjoni (SafeSeaNet) u l-Bażi tad-Data dwar l-Ispezzjonijiet (THETIS). Is-sistema jenħtieġ li tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li jkunu disponibbli fil-portijiet differenti u dwar it-telf ta' rkaptu.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  F'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, it-telf ta' rkaptu tas-sajd jeħtieġ li jiġi nnotifikat.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 24b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24b)  Id-Direttiva 2010/65/UE, li attwalment qed tiġi riveduta, tissimplifika u tarmonizza l-proċeduri amministrattivi applikati għat-trasport marittimu permezz tal-istandardizzazzjoni tar-rappurtar elettroniku tal-informazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-formalitajiet ta' rappurtar. Sabiex jiġu evitati żviluppi inutli u kontradittorji tal-IT, il-formalitajiet ta' rappurtar il-ġodda rigward l-iskart iġġenerat mill-bastimenti jenħtieġ li jiġu implimentati skont id-Direttiva 2010/65/UE riveduta.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, u biex jittħeġġu prattiki ta' ġestjoni tal-iskart ekoloġiċi abbord, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' din id-Direttiva sabiex taġġorna r-referenzi għal strumenti internazzjonali u l-Annessi u biex tibdel r-referenzi għal strumenti internazzjonali, ħalli jiġu evitati, jekk meħtieġ, bidliet għal dawk l-istrumenti internazzjonali milli japplikaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u biex tiżviluppa kriterji komuni għall-għarfien ta' "bastimenti ekoloġikament sensittivi" bil-għan tal-għoti ta' tariffa tal-iskart imnaqqsa lil dawk il-bastimenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, ukoll fil-livell tal-esperti. Meta tiġi biex tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(30)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, u biex jiġu promossi prattiki ta' ġestjoni tal-iskart ekoloġiċi abbord, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' din id-Direttiva sabiex taġġorna r-referenzi għall-istrumenti internazzjonali u l-Annessi u biex tibdel ir-referenzi għall-istrumenti internazzjonali, ħalli jiġi evitat, jekk meħtieġ, li bidliet li jsiru lil dawk l-istrumenti internazzjonali jiġu japplikaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u biex timmodifika, timplimenta u tkompli tipperfezzjoni kriterji komuni għall-għarfien ta' "bastimenti ekoloġikament sensittivi" filwaqt li tqis il-prattiki tajbin u l-iskemi minn isfel għal fuq eżistenti, bil-għan tal-għoti ta' tariffa tal-iskart imnaqqsa lil dawk il-bastimenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, ukoll fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, jenħtieġ li tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)  Kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin għall-membri tal-persunal tal-port li jaħdmu fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet huma ta' importanza kbira biex jinħoloq settur marittimu sikur, effiċjenti u soċjalment responsabbli, li kapaċi jattira ħaddiema kwalifikati u jiżgura kundizzjonijiet ekwi madwar l-Ewropa. It-taħriġ inizjali u perjodiku tal-persunal huwa essenzjali sabiex jiġu żgurati l-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tal-ħaddiema. L-awtoritajiet tal-port u tal-faċilitajiet tal-akkoljenza jenħtieġ li jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex jiksbu l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom, b'attenzjoni speċifika għall-aspetti tas-saħħa u s-sikurezza relatati mal-indirizzar ta' materjali perikolużi, u li r-rekwiżiti ta' taħriġ jiġu aġġornati regolarment biex jitwieġbu l-isfidi tal-innovazzjoni teknoloġika.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a)  Il-karatteristiċi speċifiċi tar-Reġjuni Ultraperiferiċi, rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni biex l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jadottaw miżuri ta' finanzjament nazzjonali speċifiċi f'dawk ir-reġjuni, ħalli jkunu jistgħu jiżguraw l-adegwatezza u d-disponibbiltà tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent marittimu kontra l-effetti negattivi minn rimi ta' skart minn bastimenti li jużaw il-portijiet li jinsabu fl-Unjoni, waqt li jiġi żgurat l-operat mingħajr xkiel tat-traffiku marittimu, billi ttejjeb id-disponibbiltà ta' faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-portijiet u l-konsenja ta' skart lejn dawk il-faċilitajiet.

Din id-Direttiva għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent tal-baħar kontra l-effetti negattivi minn rimi ta' skart minn bastimenti li jużaw il-portijiet li jinsabu fl-Unjoni, waqt li jiġi żgurat l-operat mingħajr xkiel tat-traffiku marittimu, billi ttejjeb id-disponibbiltà u l-użu ta' faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-portijiet u l-konsenja ta' skart lejn dawk il-faċilitajiet.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  "pjattaforma fissa jew li żżomm f'wiċċ l-ilma": tfisser kwalunkwe pjattaforma fissa jew li żżomm f'wiċċ l-ilma, inklużi r-riggijiet għat-tħaffir, il-faċilitajiet li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-produzzjoni, il-ħżin u l-ħatt li jintużaw għall-produzzjoni u l-ħżin taż-żejt lil hinn mill-kosta, u x-xbieki li jżommu f'wiċċ l-ilma li jintużaw għall-ħżin lil hinn mill-kosta taż-żejt prodott;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "skart minn bastimenti" tfisser kull skart, inkluż il-fdalijiet tal-merkanzija, li huma ġġenerati matul is-servizz ta' bastiment jew matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet ta' tindif, jew skart li jinġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, u li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL;

(c)  "skart minn bastimenti" tfisser kull skart, inklużi l-fdalijiet tal-merkanzija, iġġenerat matul is-servizz ta' bastiment jew ta' pjattaforma fissa jew li żżomm f'wiċċ l-ilma, jew matul it-tagħbija, il-ħatt jew l-operazzjonijiet ta' tindif u ta' tiswija tal-bastimenti, inklużi s-sedimenti li joriġinaw mit-tindif jew mit-tiswija tat-tankijiet tas-saborra, u li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "skart minn bastimenti tas-sajd" tfisser kull skart iġġenerat matul is-servizz ta' bastiment tas-sajd jew matul operazzjonijiet ta' tagħbija, ħatt u tindif, u jaqa' direttament u individwalment fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL, iżda bl-esklużjoni tal-ħut frisk sħiħ jew mhux frisk minn attivitajiet tas-sajd li jsiru matul il-vjaġġ jew f'attivitajiet tal-akkwakultura.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  "skart mistad b'mod passiv" tfisser skart li jinġabar b'mod aċċidentali fix-xbieki waqt operazzjonijiet tas-sajd;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  "skart miġbur b'mod attiv" tfisser skart li jinġabar matul vjaġġi mhux tas-sajd f'hotspots tal-iskart, abbażi ta' valutazzjoni ambjentali, u bil-għan waħdieni li jitneħħa l-iskart mill-baħar;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)  "vjaġġ tas-sajd" tfisser kwalunkwe vjaġġ ta' bastiment tas-sajd li matulu jitwettqu attivitajiet tas-sajd, mill-mument li fih il-bastiment tas-sajd jitlaq mill-port u sal-wasla lura fil-port jew sal wasla f'port ieħor fejn isir il-ħatt;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "fdalijiet tal-merkanzija" tfisser il-fdalijiet ta' kwalunkwe materjal tal-merkanzija abbord li jibqgħu fuq il-gverta jew fl-istivi wara t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, inklużi it-tixrid, it-tagħbija u l-ħatt eċċessiv, sew jekk imxarrab jew niexef, inkorporat fl-ilma tal-ħasil, bl-esklużjoni tat-trab li jifdal fuq il-gverta wara knis jew trab mal-uċuħ ta' barra tal-bastiment;

(d)  "fdalijiet tal-merkanzija" tfisser il-fdalijiet ta' kwalunkwe materjal tal-merkanzija abbord li jibqgħu fuq il-gverta jew fl-istivi jew fit-tankijiet wara t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, inklużi l-eċċessi u t-tixrid tat-tagħbija u l-ħatt, sew jekk fi stat imxarrab jew niexef, jew inkorporati fl-ilma tal-ħasil, bl-esklużjoni tat-trab li jifdal fuq il-gverta wara l-knis jew it-trab mal-uċuħ ta' barra tal-bastiment;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe biċċa jew parti ta' tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex ikollu fil-mira jew jaqbad riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew li jżomm f'wiċċ il-baħar u jintuża bil-għan li jattira u jaqbad riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  "opra tal-baħar għar-rikreazzjoni" tfisser bastiment ta' kull tip, b'buq ta' tul ta' 2.metru u aktar, ikunu xi jkunu l-mezzi tal-propulsjoni tiegħu, maħsub għall-isport jew għal raġunijiet ta' divertiment, u li mhux involut fil-kummerċ;

(g)  "opra tal-baħar għar-rikreazzjoni" tfisser bastiment ta' kwalunke tip, b'buq ta' tul minn żewġ metri u nofs (2,m) sa erbgħa u għoxrin metru (24 m), ikunu xi jkunu l-mezzi tal-propulsjoni tiegħu, maħsub għall-isport jew għal raġunijiet ta' divertiment, u li mhux involut fil-kummerċ;

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  "bastiment ekoloġikament sensittiv" tfisser bastiment iddisinjat, ġestit u finalment irriċiklat b'mod ekoloġiku, fejn l-iskariki u l-emissjonijiet operattivi dannużi jiġu eliminati b'mod integrat; id-disinn, it-tagħmir, it-tħaddim u l-politiki ta' akkwist joħolqu sinerġiji sabiex jingħata lok għal kwantitajiet imnaqqsa tat-tip ta' skart li għalih tapplika t-tariffa u li jiġġestixxi l-iskart tiegħu b'mod sostenibbli u ekoloġiku;

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  "vjaġġ internazzjonali" tfisser vjaġġ f'żoni tal-baħar minn port li jinsab barra mill-Unjoni għal port ta' Stat Membru;

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  "port" tfisser post jew żona ġeografika li permezz ta' ħidma ta' titjib u ta' tagħmir isservi ta' akkoljenza għall-bastimenti, inkluża ż-żona ta' ankraġġ fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-port;

(j)  "port" tfisser post jew żona ġeografika li permezz ta' ħidma ta' titjib u ta' tagħmir isservi prinċipalment ta' akkoljenza għall-bastimenti, inkluża ż-żona ta' ankraġġ fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-port;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  "skart mill-industrija tal-ikel" tfisser l-iskart kollu tal-ikel, inklużi żejt tat-tisjir użat li joriġina minn restoranti, faċilitajiet tal-kejtering u kċejjen";

(k)  "skart tal-catering" tfisser l-iskart kollu tal-ikel, inklużi żejt tat-tisjir użat li joriġina minn restoranti, faċilitajiet tal-catering u kċejjen, kif ukoll il-ħġieġ u l-plastik";

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)  "skart tal-catering" tfisser l-iskart kollu tal-ikel iġġenerat matul il-vjaġġi internazzjonali, inklużi żejt tat-tisjir użat li joriġina minn restoranti, faċilitajiet tal-catering u kċejjen, kif ukoll il-ħġieġ u l-plastik";

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  "kapaċità suffiċjenti ta' ħżin" tfisser biżżejjed kapaċità ta' ħżin ta' skart abbord mill-mument tat-tluq sal-port tal-waqfa li jkun imiss li jiġi miżjur, inkluż l-iskart li x'aktarx jiġi ġġenerat matul il-vjaġġ;

(l)  "kapaċità suffiċjenti ta' ħżin" tfisser biżżejjed kapaċità deżinjata għal kull tip ta' skart li jrid jinħażen abbord, skont iċ-ċertifikati jew il-pjanijiet ta' ġestjoni taż-żibel tal-bastimenti, mill-mument tat-tluq sal-port tal-waqfa li jkun imiss li jiġi miżjur, inkluż l-iskart li x'aktarx jiġi ġġenerat matul il-vjaġġ;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  "traffiku skedat" tfisser traffiku bbażat fuq lista ppubblikata jew ippjanata tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, bejn il-portijiet jew traġitti identifikati li jkunu jikkostitwixxu skeda rikonoxxuta;

(m)  "traffiku skedat" tfisser traffiku bbażat fuq lista ppubblikata jew ippjanata tal-ħinijiet tat-tluq u tal-wasla, bejn żewġ portijiet identifikati jew traġitti rikorrenti li jkunu jikkostitwixxu skeda rikonoxxuta; l-iskeda tal-bastiment għandha tkun stabbilita minn qabel u tibqa' stabbli fuq perjodu ta' mill-inqas 4 xhur;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt pa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(pa)  "trattament" tfisser operazzjonijiet ta' rkupru jew rimi, inkluża l-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bastimenti kollha, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, li jidħlu f'port ta' Stat Membru jew joperaw fih, bl-eċċezzjoni ta' kull bastiment tal-gwerra, navali awżiljari jew bastiment ieħor ippossedut jew imħaddem minn Stat u, f'dan iż-żmien, użat fis-servizz tal-gvern jew fuq bażi mhux kummerċjali biss;

(a)  il-bastimenti kollha, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, li jidħlu f'port ta' Stat Membru jew li joperaw fih, bl-eċċezzjoni ta' bastimenti involuti f'servizzi relatati mal-port fis-sens tal-Artiklolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/352, kull bastiment tal-gwerra, bastiment navali awżiljari jew bastiment ieħor fil-pussess ta' Stat jew imħaddem minn Stat u, f'dan iż-żmien, użat biss fuq bażi mhux kummerċjali fis-servizz tal-gvern;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-portijiet kollha tal-Istati Membri li normalment iżuruhom bastimenti li jaqgħu taħt l-iskop tal-punt (a).

(b)  il-portijiet kollha tal-Istati Membri li normalment iżuruhom bastimenti li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (a). Għall-fini ta' din id-Direttiva, u biex jiġi evitat dewmien bla bżonn għall-bastimenti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu ż-żona tal-ankraġġ mill-portijiet tagħhom għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 6, 7 u 8.

 

 

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  kwalunkwe bastiment li jinnaviga fuq passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li, fejn ikun possibbli, bastimenti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jikkunsinjaw l-iskart tagħhom b'mod konsistenti ma' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li, fejn ikun raġonevoli u prattiku, bastimenti li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jikkunsinjaw l-iskart tagħhom b'mod konsistenti ma' din id-Direttiva.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jippermettu l-immaniġġjar tal-iskart tal-bastimenti b'mod ambjentalment xieraq skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni dwar l-iskart. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-ġbir separat ta' skart minn bastimenti f'portijiet kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, b'mod partikolari d-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2012/19/UE u d-Direttiva 2006/66/KE. Il-punt (c) għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti aktar stretti imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-ġestjoni ta' skart mill-industrija tal-ikel minn trasport internazzjonali.

(c)  Il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jippermettu ġestjoni tal-iskart tal-bastimenti b'mod ambjentalment xieraq skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-iskart. Għall-finijiet tal-punt (c), l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-ġbir separat biex jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta' skart minn bastimenti f'portijiet kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, b'mod partikolari d-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2012/19/UE u d-Direttiva 2006/66/KE. Dan il-punt għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti aktar stretti imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-ġestjoni ta' skart tal-catering li joriġina minn trasport internazzjonali.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jinvestigaw il-każijiet kollha rrapportati ta' inadegwatezzi allegati u jiżguraw li kull parti involuta fil-konsenja jew fl-akkoljenza ta' skart minn bastimenti tkun tista' tippretendu kumpens għal xi ħsara kkawżata minn dewmien mhux xieraq.

4.  L-Istati Membri, jekk ikun meħtieġ f'konsultazzjoni mal-EMSA, għandhom jinvestigaw il-każijiet kollha rrapportati ta' inadegwatezzi allegati u jiżguraw li kull parti involuta fil-konsenja jew fl-akkoljenza ta' skart minn bastimenti tkun tista' titlob kumpens għal ħsara kkawżata minn dewmien mhux xieraq, relatat ma' nuqqas ta' konformità mal-pjanijiet ta' akkoljenza u ġestjoni tal-iskart.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtoritajiet tal-port ikkonċernat, jew fin-nuqqas ta' dawn, l-awtoritajiet rilevanti, għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' konsenja jew ta' akkoljenza tal-iskart jitwettqu b'miżuri ta' sikurezza suffiċjenti biex jiġu evitati riskji kemm personali kif ukoll ambjentali fil-portijiet koperti b'din id-Direttiva;

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Minħabba s-sitwazzjoni tar-Reġjuni Ultraperiferiċi, rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ta' finanzjament nozzjonali speċifiċi, biex jiżguraw l-adegwatezza u d-disponibbiltà ta' faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pjan xieraq għall-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart għandu jiġi stabbilit u implimentat għal kull port wara konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet rilevanti, b'mod partikolari mal-utenti tal-port jew mar-rappreżentanti tagħhom. Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm matul l-abbozzar inizjali tal-pjanijiet kif ukoll wara l-adozzjoni tagħhom, b'mod partikolari fejn ikunu seħħu bidliet sinifikanti, fir-rigward tar-rekwiżiti fl-Artikoli 4, 6 u 7. Il-ħtiġiet iddettaljati għall-iżvilupp ta' dawn il-pjani huma ddikjarati fl-Anness 1.

1.  Pjan xieraq għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart għandu jiġi stabbilit u implimentat għal kull port wara konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet rilevanti, inkluż mal-utenti tal-port jew mar-rappreżentanti tagħhom u mas-soċjetà ċivili. Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm matul l-abbozzar inizjali tal-pjanijiet kif ukoll wara l-adozzjoni tagħhom, b'mod partikolari fejn ikunu seħħew bidliet sinifikanti, fir-rigward tar-rekwiżiti fl-Artikoli 4, 6 u 7. Il-ħtiġiet iddettaljati għall-iżvilupp ta' dawn il-pjanijiet huma ddikjarati fl-Anness 1.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjon segwenti mill-pjanijiet għall-akkoljenza u l-immaniġġjar tal-iskart dwar id-disponibbiltà ta' faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-portijiet tagħhom u l-ispejjeż assoċjati għandha tiġi kkomunikata b'mod ċar lill-operaturi tal-bastimenti u ssir pubblikament disponibbli permezz tal-websajt tal- portijiet jew f'forma stampata:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni segwenti mill-pjanijiet għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart dwar id-disponibbiltà ta' faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-portijiet tagħhom u l-istruttura tal-ispejjeż għandha tiġi kkomunikata b'mod ċar lill-operaturi tal-bastimenti u ssir pubblikament disponibbli u faċilment aċċessibbli, kemm bl-Ingliż kif ukoll fil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-port:

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-lokalità tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li tapplika għal kull irmiġġ;

(a)  il-lokalità tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li tapplika għal kull irmiġġ, inklużi s-sigħat tal-ftuħ;

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  deskrizzjoni tas-sistemi ta' rkupru tal-ispejjeż; kif ukoll

(e)  deskrizzjoni tas-sistemi ta' rkupru tal-ispejjeż; inklużi t-tariffi u l-bażi li fuqha dawn ġew ikkalkulati; u

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pjani għall-akoljenza u t-tqandil referiti fil-paragrafu 1, jistgħu, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta' effiċjenza, jiġu żviluppati b'mod konġunt minn żewġ portijiet ġirien jew aktar fl-istess reġjun ,bl-involviment xieraq ta' kull port, sakemm jiġu speċifikati l-ħtieġa tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u d-disponibbiltà tagħhom f'kull port.

3.  Il-pjanijiet għall-akoljenza u l-ġestjoni msemmija fil-paragrafu 1, jistgħu, fejn meħtieġ għal raġunijiet ta' effiċjenza, jiġu żviluppati b'mod konġunt minn żewġ portijiet ġirien jew aktar fl-istess reġjun ġeografiku, bl-involviment xieraq ta' kull port, sakemm jiġu speċifikati l-ħtieġa tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u d-disponibbiltà tagħhom f'kull port.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jevalwaw u japprovaw il-pjan tal-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu u jiżguraw l-approvazzjoni mill-ġdid mill-inqas kull tliet snin wara li jkun ġie approvat jew approvat mill-ġdid u wara li jkunu seħħew bidliet sinifikanti fit-tħaddim tal-port. Dawn il-bidliet għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, bidliet strutturali fit-traffiku lejn il-port, l-iżvilupp ta' infrastruttura ġdida, bidliet fid-domanda u l-provvista ta' faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, u tekniki ġodda tat-trattament abbord.

4.  L-Istati Membri għandhom jevalwaw u japprovaw il-pjan tal-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart, jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tiegħu u jiżguraw l-approvazzjoni mill-ġdid mill-inqas kull erba' snin wara li jkun ġie approvat jew approvat mill-ġdid u wara li jkunu seħħew bidliet sinifikanti fit-tħaddim tal-port. Dawn il-bidliet għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, bidliet strutturali fit-traffiku lejn il-port, l-iżvilupp ta' infrastruttura ġdida, bidliet fid-domanda u l-provvista ta' faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, u tekniki ġodda tat-trattament abbord.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-portijiet mhux kummerċjali żgħar, ikkaratterizzati minn livell ta' traffiku baxx jew mhux frekwenti minn opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, jistgħu jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jekk il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-port tagħhom ikunu integrati fis-sistema tal-ġestjoni tal-iskart immaniġġjata mill-muniċipalità jew f'isimha, u l-Istati Membri, fejn ikunu jinsabu dawk il-portijiet, jiżguraw li l-informazzjoni rigward is-sistema tal-ġestjoni tal-iskart tkun disponibbli għall-utenti ta' dawk il-portijiet.

 

L-Istati Membri fejn ikunu jinsabu tali portijiet għandhom jinnotifikaw il-post u l-isem ta' dawk il-portijiet b'mod elettroniku fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ukoll irrapportata elettronikament lill-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, b'konformità mad-Direttiva 2010/65/UE u d-Direttiva 2002/59/KE.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ukoll irrapportata elettronikament lill-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, b'konformità mad-Direttiva 2010/65/UE u d-Direttiva 2002/59/KE u tkun disponibbli għall-partijiet ikkonċernati rilevanti inklużi l-operaturi tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kaptan ta' bastiment li jidħol f'port tal-Unjoni għandu, qabel iħalli l-port, jikkunsinja l-iskart abbord tal-bastiment lil faċilità tal-akkoljenza fil-port għall-iskart skont in-normi dwar ir-rimi stabbiliti fil-Konvenzjoni MARPOL.

1.  Il-kaptan ta' bastiment li jidħol f'port tal-Unjoni għandu, qabel iħalli l-port, jikkonsenja l-iskart kollu li jkollu abbord tal-bastiment lil faċilità tal-akkoljenza fil-port għall-iskart u, wara li jħalli l-port, m'għandux jarmi skart fil-baħar, skont in-normi u r-regolamenti rilevanti dwar il-konsenja u r-rimi stabbiliti fil-Konvenzjoni MARPOL.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  F'konformità mal-Konvenzjoni MARPOL u l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni, b'mod partikolari d-Direttiva 2005/35/KE, ir-rimi ta' plastik, inklużi ħbula sintetiċi, xbieki tas-sajd sintetiċi, żibel tal-plastik u rmied tal-inċinerazzjoni minn prodotti tal-plastik, huwa pprojbit, ħlief kif ġej:

 

(a)  ir-rimi ta' plastik minn bastiment bħala ħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-bastiment u ta' dawk li jkunu fuqu jew biex tiġi salvata l-ħajja umana fuq il-baħar;

 

(b)  it-telf aċċidentali ta' plastik li jirriżulta minn ħsara lill-bastiment jew it-tagħmir tiegħu, dment li jkunu ttieħdu l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha qabel u wara li tkun ġrat il-ħsara, bil-għan li t-telf aċċidentali jiġi evitat jew minimizzat;

 

(c)  it-telf aċċidentali tal-irkaptu tas-sajd minn bastiment dment li jkunu ttieħdu l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha biex jiġi evitat tali telf;

 

(d)  ir-rimi tal-irkaptu tas-sajd minn bastiment għal raġunijiet ta' protezzjoni tal-ambjent tal-baħar jew għas-sikurezza ta' dak il-bastiment jew tal-ekwipaġġ tiegħu.

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex tiddefinixxi l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat it-telf aċċidentali tal-irkaptu tas-sajd.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mal-konsenja, l-operatur tal-iskart jew l-awtorità tal-port fejn ġie kkonsenjat l-iskart għandha timla b'mod preċiż il-formola fl-Anness 3 u toħroġ l-irċevuta lill-bastiment.

Mal-konsenja, l-operatur tal-iskart jew l-awtorità tal-port fejn ġie kkonsenjat l-iskart għandha timla b'mod preċiż il-formola fl-Anness 3 u toħroġ l-irċevuta tal-iskart lill-bastiment mingħajr dewmien żejjed.

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-portijiet żgħar mingħajr persunal jew dawk li jinsabu f'postijiet remoti, sakemm l-Istat Membru ta' fejn dan ikun jinsab il-port ta' dan it-tip ikun irrapporta dan it-tagħrif b'mod elettroniku fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-portijiet żgħar b'faċilitajiet mingħajr persunal jew għall-portijiet li jinsabu f'postijiet remoti, sakemm l-Istat Membru ta' fejn dan ikun jinsab il-port ta' dan it-tip ikun irrapporta dan it-tagħrif b'mod elettroniku fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Qabel it-tluq, l-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' bastiment li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE, għandu jirrapporta b'mod elettroniku l-informazzjoni fl-irċevuta tal-iskart lill-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, b'konformità mad-Direttiva 2010/65/UE u d-Direttiva 2002/59/KE.

3.  Qabel it-tluq, jew hekk kif ikun prattiku wara li jirċievi l-irċevuta tal-iskart, l-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta' bastiment li jaqa' fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE, għandu jirrapporta b'mod elettroniku l-informazzjoni fl-irċevuta tal-iskart lill-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, b'konformità mad-Direttiva 2010/65/UE u d-Direttiva 2002/59/KE.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd li jidħol f'port tal-Unjoni għandu jirrapporta fi żmien 24 siegħa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tiegħu, kull telf ta' rkaptu tas-sajd f'konformità mal-Artikolu 48 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tiddetermina l-format għar-rappurtar mill-bastimenti tas-sajd.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.   Jekk l-irkaptu tas-sajd mitluf ma jistax jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment għandu jdaħħal l-informazzjoni dwar dan fil-ġurnal ta' abbord. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali.

 

L-informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd mitluf għandha tinġabar u tiġi rreġistrata mill-Istati Membri u għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-bastiment jankra għal inqas minn 24 siegħa jew f'kundizzjonijiet tat-temp ħżiena;

(a)  il-bastiment jankra għal inqas minn 24 siegħa, sakemm jiġi noleġġat jew f'kundizzjonijiet tat-temp ħżiena;

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk il-port tal-waqfa li jmiss ikun jinsab barra l-Unjoni, jew ikun hemm raġunijiet li jagħtu lil wieħed x'jifhem li dak il-port ma għandux disponibbli faċilitajiet xierqa, jew dak il-port ma jkunx magħruf, l-Istat Membru għandu jirrikjedi lill-bastiment li jikkonsenja l-iskart tiegħu qabel it-tluq.

7.  Jekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża l-informazzjoni disponibbli elettronikament fis-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva jew fil-GSIS, ma jistax jiġi stabbilit li faċilitajiet xierqa huma disponibbli fil-port tal-waqfa li jmiss, jew il-port tal-waqfa li jmiss ma jkunx magħruf, l-Istat Membru għandu jirrikjedi lill-bastiment li jikkonsenja, qabel it-tluq, l-iskart kollu li ma jistax jiġi riċevut u trattat b'mod adegwat fil-port tal-waqfa li jmiss.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Il-kaptan ta' bastiment li jidħol f'port tal-Unjoni għandu, qabel iħalli l-port, japplika l-proċeduri ta' ħasil minn qabel għas-sustanzi li jżommu f'wiċċ l-ilma b'viskożità għolja u persistenti, fosthom il-paraffina, skont l-Anness II tal-Konvenzjoni MARPOL u jiskarika kull residwu jew taħlita ta' ilma fil-port tal-ħatt sakemm it-tank ikun vojt u l-pajpijiet ta' skariku jkunu ħielsa mir-residwi.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Prevenzjoni ta' Rkaptu tas-Sajd Mitluf

 

1.  Il-kaptan ta' bastiment li jidħol f'port fi Stat Membru involut f'operazzjonijiet tas-sajd għandu jiżgura li jittieħdu l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha sabiex jiġi evitat it-telf tal-irkaptu tas-sajd.

 

2.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex tistabbilixxi l-prekawzjonijiet raġonevoli kollha li jridu jittieħdu biex jiġi evitat it-telf tal-irkaptu tas-sajd.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7c

 

Iċ-ċirkolarità tal-irkaptu tas-sajd

 

Il-Kummissjoni għandha titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni biex jiżviluppaw standards armonizzati sabiex jiżguraw id-disinn ċirkolari tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikolari fir-rigward tat-tħejjija għall-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà, mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tal-operat ta' faċilitajiet ta' akkoljenza tal-portijiet għall-akkoljenza u l-ipproċessar tal-iskart mill-bastimenti, għajr il-fdalijiet tal-merkanzija, għandhom ikunu koperti permezz tal-ġbir ta' tariffa mill-bastimenti. Dawk l-ispejjeż jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness 4.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tal-operat ta' faċilitajiet ta' akkoljenza tal-portijiet għall-akkoljenza u l-ipproċessar tal-iskart mill-bastimenti, inklużi l-fdalijiet tal-merkanzija ta' sustanzi li jżommu f'wiċċ l-ilma b'viskożità għolja u persistenti, iżda bl-esklużjoni ta' fdalijiet oħra tal-merkanzija, ikunu koperti permezz tal-ġbir ta' tariffa mill-bastimenti, b'rispett tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas". Dawk l-ispejjeż għandhom jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness 4.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-tariffa indiretta għandha tkopri l-ispejjeż amministrattivi indiretti, kif ukoll parti sinifikanti mill-ispejjeż operattivi diretti, kif jiddetermina l-Anness 4. Il-parti sinifikanti mill-ispejjeż operattivi diretti għandha tirrappreżenta tal-anqas 30 % tal-ispejjeż annwali diretti totali fil-każ tal-konsenja effettiva tal-iskart;

(b)  it-tariffa indiretta għandha tkopri l-ispejjeż amministrattivi indiretti, kif ukoll parti sinifikanti mill-ispejjeż operattivi diretti, kif jiddetermina l-Anness 4 u dik il-parti sinifikanti li tirrappreżenta tal-anqas 30 % tal-ispejjeż diretti totali fil-każ tal-konsenja effettiva tal-iskart matul is-sena preċedenti. Jistgħu jitqiesu wkoll l-ispejjeż relatati mal-volum tat-traffiku mistenni għas-sena d-dieħla;

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sabiex tipprovdi inċentiv massimu għall-konsenja tal-iskart kif definit fl-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL, inkluż l-iskart li jkun inġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, it-tariffa li għandha titħallas għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-port għall-iskart għal dan l-iskart, sabiex tiżgura d-dritt ta' konsenja mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali;

(c)  sabiex jiġi previst inċentiv massimu għall-konsenja tal-iskart kif definit fl-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL, għajr il-fdalijiet tal-merkanzija ta' sustanzi li jżommu f'wiċċ l-ilma b'viskożità għolja u persistenti, ma għandha tiġi applikata l-ebda tariffa diretta fuq dan l-iskart, sabiex jiġi żgurat dritt ta' konsenja mingħajr l-ebda tariffa addizzjonali abbażi tal-volum ta' skart ikkonsenjat, ħlief meta dan il-volum ta' skart ikkonsenjat jaqbeż il-kapaċità ta' ħżin massima ddedikata kif imsemmi fil-formola stipulata fl-Anness 2 ta' din id-Direttiva. L-iskart mistad b'mod passiv għandu jkun kopert b'dan ir-reġim, inkluż id-dritt ta' konsenja; It-tariffa indiretta għandha tkopri l-kwantitajiet li normalment jiġu kkonsenjati fir-rigward tal-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment;

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  sabiex jiġu promossi l-iskemi ta' sajd għaż-żibel u jiġi evitat li l-ispejjeż tal-ġbir fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u tat-trattament sussegwenti tal-iskart mistad jiġu mġarrba mill-utenti tal-port, dawn l-ispejjeż għandhom jiġu koperti kemm huma minn dħul iġġenerat minn sistemi ta' finanzjament alternattivi, inklużi r-responsabbiltà estiża tal-produttur u l-iskemi ta' riċiklaġġ; biex jiġu koperti dawn l-ispejjeż għandu jintuża wkoll il-finanzjament reġjonali, nazzjonali u Ewropew disponibbli;

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  It-tariffa indiretta m'għandhiex tkopri skart mis-sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost, li l-ispejjeż tagħhom għandhom ikunu koperti fuq il-bażi tat-tipi u tal-kwantitajiet ta' skart ikkonsenjati.

(d)  it-tariffa indiretta m'għandhiex tkopri skart mis-sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost, li l-ispejjeż tagħhom għandhom ikunu koperti fuq il-bażi tat-tipi u tal-kwantitajiet ta' skart ikkonsenjati.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-parti tal-ispejjeż li ma tkunx koperta bl-imposta referita fis-subparagrafu (b), jekk ikun hemm, għandha tkun koperta fuq il-bażi tat-tipi u tal-kwantitajiet ta' skart li fil-fatt ikun ikkunsinjat mill-bastiment.

3.  Il-parti tal-ispejjeż li ma tkunx koperta bit-tariffa msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, jekk ikun hemm, għandha tkun koperta fuq il-bażi tat-tipi u tal-kwantitajiet ta' skart li fil-fatt ikunu kkonsenjati mill-bastiment.

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  It-tariffi jistgħu ivarjaw rigward, fost ħwejjeġ oħra, il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment u t-tip ta' traffiku li l-bastiment ikun involut fih, kif ukoll fir-rigward ta' servizzi pprovduti barra l-ħin normali tal-ħidma fil-port.

4.  It-tariffi jistgħu jvarjaw rigward, fost ħwejjeġ oħra, il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment u t-tip ta' kummerċ li l-bastiment ikun involut fih, in-natura perikoluża tal-iskart, kif ukoll fir-rigward ta' servizzi pprovduti barra l-ħin normali tal-ħidma fil-port.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  It-tariffi għandhom jiġu mnaqqsa jekk id-disinn, it-tagħmir u l-operat tal-bastiment huma tali li jkun jista' jintwera li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta' skart, u jimmaniġġja l-iskart tiegħu b'mod sostenibbli u li jirrispetta lill-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 19, sabiex tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit bastiment li jkun jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati f'dan il-paragrafu fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart abbord tal-bastiment.

5.  It-tariffi għandhom jiġu mnaqqsa jekk id-disinn, it-tagħmir, il-politiki ta' akkwist u l-operat tal-bastiment huma tali li jkun jista' jintwera li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta' skart, u jimmaniġġja l-iskart tiegħu b'mod sostenibbli u li jirrispetta lill-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit li bastiment ikun jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati f'dan il-paragrafu fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart abbord tal-bastiment. Dan għanu ikun konformi mal-aħjar prattiki u l-linji gwida tal-OMI.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Sabiex jiġi żgurat illi l-imposti huma xierqa, trasparenti, mhux diskriminatorji u li jirriflettu l-ispejjeż tal-faċilitajiet u tas-servizzi magħmula disponibbli u, fejn xieraq, użati, l-ammont tal-imposti u l-bażi li fuqhom kienu kkalkolati għandhom ikunu disponibbli għall-utenti tal-portijiet.

6.  Sabiex jiġi żgurat illi l-imposti huma xierqa, trasparenti, faċilment identifikabbli, mhux diskriminatorji u li jirriflettu l-ispejjeż tal-faċilitajiet u tas-servizzi magħmula disponibbli u, fejn xieraq, użati, l-ammont tat-tariffi u l-bażi li fuqhom kienu kkalkolati għandhom ikunu disponibbli bl-Ingliż għall-utenti tal-portijiet fil-pjanijiet tal-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Inizjattivi ta' sajd għalż-żibel u tindif tal-bajjiet

 

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu fond nazzjonali li jappoġġja l-attivitajiet u l-proġetti għall-ġbir ta' skart mistad b'mod passiv mill-bastimenti tas-sajd u ta' skart li jinsab fil-kosti fil-viċinanzi tal-portijiet u tul ir-rotot tat-tbaħħir.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tinġabar data ta' monitoraġġ dwar il-volum, il-kwantità, u t-tipi ta' skart mistad b'mod passiv u skart li jinsab fil-kosti fil-viċinanzi tal-portijiet u tul ir-rotot tat-tbaħħir, u għandhom jiżguraw li tali data ta' monitoraġġ tiġi trażmessa lejn bażi tad-data elettronika stabbilita u miżmuma mill-Kummissjoni.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-fond nazzjonali stabbilit skont il-paragrafu 1 sal-31 ta' Diċembru [sentejn wara l-adozzjoni], u għandhom jissottomettu rapporti kull sentejn wara dan dwar l-attivitajiet u l-proġetti li jkunu rċevew finanzjament. Dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex tiddefinixxi l-metodoloġiji għall-ġbir ta' data ta' monitoraġġ u l-format għar-rapportar.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-eżenzjoni ma toħloqx impatt negattiv fuq is-sikurezza marittima, is-saħħa, il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol abbord il-bastiment jew l-ambjent tal-baħar;

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-arranġament skont il-punt (b) ikun evidenzjat b'kuntratt iffirmat ma' port jew ma' kuntrattur tal-iskart, b'irċevuti tal-konsenja tal-iskart u b'konferma li l-arranġament ġie aċċettat mill-portijiet kollha tul ir-rotta tal-bastiment. L-arranġament għall-konsenja u għall-ħlas tat-tariffa jrid isir f'port li jkun jinsab fl-Unjoni sabiex jikkostitwixxu biżżejjed evidenza skont dan il-paragrafu.

(c)  l-arranġament skont il-punt (b) ikun evidenzjat b'kuntratt iffirmat ma' port jew ma' kuntrattur tal-iskart, b'irċevuti tal-konsenja tal-iskart u b'konferma li l-arranġament ġie notifikat lill-portijiet kollha tul ir-rotta tal-bastiment. L-arranġament għall-konsenja u għall-ħlas tat-tariffa jrid isir f'port sabiex jikkostitwixxi biżżejjed evidenza skont dan il-paragrafu jew f'port ieħor jekk ikun jista' jiġi stabbilit abbażi tal-informazzjoni rrapportata elettronikament fis-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 u fil-GISIS li faċilitajiet adegwati huma disponibbli fil-port li miegħu jkun sar l-arranġament skont il-punt (b).

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Responsabbiltà estiża tal-produttur

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tal-irkaptu tas-sajd. Minbarra r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, l-elementi li ġejjin għandhom ikunu inklużi f'tali skemi:

 

(a)  tariffa mmodulata li tinkoraġġixxi t-tqegħid fis-suq ta' rkaptu tas-sajd maħsub għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

 

(b)  sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu li jiżguraw ir-ritorn u l-ġbir ta' rkaptu tas-sajd qadim, abbandunat jew li ma jkunx jista' jintuża.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull bastiment ikun suġġett għal spezzjoni sabiex jiġi vverifikat illi jħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi kull bastiment ikun suġġett għal spezzjonijiet, inklużi spezzjonijiet aleatorji sabiex jiġi vverifikat illi jħares ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fir-rigward ta' spezzjonijiet ta' bastimenti li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu f'mill-anqas 20 % tan-numru totali ta' bastimenti individwali għal kull kategorija elenkata hawn taħt:

1.  Fir-rigward ta' spezzjonijiet ta' bastimenti li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu f'mill-anqas 25 % tan-numru totali ta' bastimenti individwali fis-sena għal kull kategorija elenkata hawn taħt:

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għal spezzjonijiet ta' bastimenti tas-sajd ta' inqas minn 100 tunnellaġġ gross kif ukoll ta' opri tal-baħar għar-rikreazzjoni ta' inqas minn 100 tunnellaġġ gross, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet jitwettqu ta' mill-inqas 20 % tan-numru totali ta' bastimenti individwali tas-sajd u opri tal-baħar għar-rikreazzjoni li jidħlu fl-Istat Membru rilevanti kull sena.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva.

2.  Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom jiġu rreġistrati fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għal spezzjonijiet ta' bastimenti tas-sajd ta' inqas minn 100 tunnellata gross kif ukoll għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni ta' inqas minn 100 tunnellata gross, li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.

imħassar

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  f'każ ta' telf ta' rkaptu tas-sajd, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12241a;

 

______________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-informazzjoni rrapportata għall-finijiet tal-Artikoli 4 u 5(2) għandha sussegwentement tiġi trasmessa mill-Kummissjoni fil-Bażi tad-Dejta tal-IMO dwar il-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet għall-Iskart fi ħdan il-GISIS.

4.  L-informazzjoni rrapportata għall-finijiet tal-Artikoli 4 u 5(2) għandha sussegwentement tiġi trażmessa mill-Kummissjoni fil-Bażi tad-Data tal-OMI dwar il-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet għall-Iskart fi ħdan il-GISIS li se teħtieġ aġġornament regolari

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tad-data rappurtata lilha skont il-punt (da) tal-paragrafu 2, tippubblika, sal-31 ta' Diċembru 2022 u kull sentejn wara dan, rapport ta' sinteżi dwar it-telf tal-irkaptu tas-sajd.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-dejta tal-ispezzjonijiet tagħmilha possibbli li tiġi rkuprata kwalunkwe dejta rilevanti rrappurtata mill-Istati Membri għall-fini ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-dejta tal-ispezzjonijiet tagħmilha possibbli li tiġi rkuprata kwalunkwe dejta rilevanti rrappurtata mill-Istati Membri għall-fini ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi regolarment il-bażi tad-data biex tissorvelja l-implimentazzjoni tad-Direttiva u tiġbed l-attenzjoni għal kwalunkwe dubju rigward l-implimentazzjoni komprensiva bil-għan li tistiga azzjoni korrettiva.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Taħriġ tal-persunal

 

L-awtoritajiet tal-portijiet u l-awtoritajiet tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għandhom jiżguraw li l-membri kollha tal-persunal jirċievu t-taħriġ meħtieġ biex jiksbu l-għarfien li huwa essenzjali għax-xogħol tagħhom fir-rigward tal-indirizzar tal-iskart, b'attenzjoni speċifika għall-aspetti tas-saħħa u s-sikurezza relatati mal-indirizzar ta' materjali perikolużi, u li r-rekwiżiti ta' taħriġ jiġu aġġornati regolarment biex jitwieġbu l-isfidi tal-innovazzjoni teknoloġika.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom iqisu s-serjetà tal-ksur u jekk preċedentement twettaqx ksur simili mill-awtorità, l-operatur, l-aġent, il-kaptan jew partijiet rilevanti oħra kkonċernati.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambji ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-esperti, inklużi dawk mis-settur privat, dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-portijiet tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambji ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-esperti, inklużi dawk mis-settur privat, mis-soċjetà ċivili u mit-trejdjunjins, dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-portijiet tal-Unjoni.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard minn ... [12-il xahar wara d-data tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva] u sussegwentement kull sentejn, jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki tagħhom rigward il-ġestjoni sostenibbli tal-iskart abbord il-bastimenti u fil-portijiet tagħhom. Sitt xhur wara kull skadenza tar-rapportar, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dawn l-aħjar prattiki biex tipprovdi gwida favur il-kisba tal-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a – paragrafu 1 – punt 1 (ġdid)

Direttiva 2005/35/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Emendi għad-Direttiva 2005/35/KE

 

Id-Direttiva 2005/35/KE hija emendata kif ġej:

 

(1)  Fl-Artikolu 2, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. "Sustanzi li jniġġżu" għandha tfisser is-sustanzi koperti mill-Annessi I (żejt) u II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa) tal-Marpol 73/78.

"2.  "sustanzi li jniġġżu" għandha tfisser is-sustanzi koperti mill-Annessi I (żejt), II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa), IV (drenaġġ), V (żibel) u VI (residwi relatati mat-tniġġis tal-arja) tal-MARPOL 73/78, fil-verżjoni aġġornata tagħha;"

((https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02005L0035-20091116) (Marbuta mal-emenda l-ġdida tal-Artikolu 20a (ġdid) li tipproponi li tiġi modifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis mill-Bastimenti.))

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a – paragrafu 1 – punt 2 (ġdid)

Direttiva 2005/35/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2)   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:.

1.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) m'għandux jitqies bħala ksur, jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1 jew 4.3 jew fl-Anness II, Regolamenti 13, 3.1.1 jew 3.1.3 tal-Marpol 73/78.

"1.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fi kwalunkwe waħda miż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) m'għandux jitqies bħala ksur, jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1 jew 4.3, fl-Anness II, Regolamenti 13, 3.1.1 jew 3.1.3, fl-Anness IV, Regolamenti 3 u 11, fl-Annes V, Regolamenti 4, 5, 6 jew 7, jew fl-Anness VI, Regolament 3, tal-MARPOL 73/78, fil-verżjoni aġġornata tagħha."

((https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02005L0035-20091116) (Marbuta mal-emenda l-ġdida tal-Artikolu 20a (ġdid) li tipproponi li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis Ikkawżat minn Vapuri.))

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a – paragrafu 1 – punt 3 (ġdid)

Direttiva 2005/35/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3)   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c), (d) u (e) ma għandux jitqies bħala ksur minn-naħa tas-sid, tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ, jekk ir-rimi jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolament 4.2 jew fl-Anness II, Regolament 3.1.2. tal-Marpol 73/78.

"2.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c), (d) u (e) ma għandux jitqies bħala ksur minn-naħa tas-sid, tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ, jekk ir-rimi jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolament 4.2, fl-Anness II, Regolament 3.1.2, fl-Anness IV, Regolamenti 3 u 11, fl-Anness V, Regolamenti 4, 5, 6 jew 7, jew fl-Anness VI, Regolament 3, tal-MARPOL 73/78 fil-verżjoni aġġornata tagħha."

((https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02005L0035-20091116) (Marbuta mal-emenda tal-Artikolu 20a (ġdid) li tipproponi li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis mill-Bastimenti.))

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn seba' snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) għandhiex tingħata kompetenzi addizzjonali għall-infurzar ta' din id-Direttiva. Dan jista' jinkludi rieżami u investigazzjoni tal-allegati inadegwatezzi tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet skont l-Artikolu 4.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawn id-dispożizzjonijiet. L-obbligi skont l-Artikolu 4(3), l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 9(3) għandhom jiġu applikati b'konformità mad-Direttiva 2010/65/UE.

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Anness 4 - sottotitolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kategoriji tal-ispejjeż għall-operat u l-amministrazzjoni ta' PRF

Il-kategoriji tal-ispejjeż u tad-dħul nett relatati mal-operat u l-amministrazzjoni ta' faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Anness 4 – tabella – kolonna 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dħul

 

Ir-rikavati mill-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR) u minn finanzjament nazzjonali/reġjonali disponibbli, inklużi l-elementi ta' dħul elenkati hawn taħt.

 

- Ġbir, trasport u trattament għal skart miġbur mhux b'mod separat (skart kopert mill-EPR iżda li ma jidħolx fil-kanal tal-ġbir separat, eż. skart miġbur flimkien ma' skart muniċipali mħallat);

 

- Għoti ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni pubblika;

 

- Azzjonijiet ta' prevenzjoni tal-iskart;

 

- Prevenzjoni u ġestjoni tal-iskart;

 

- Infurzar u sorveljanza tas-sistema EPR (inklużi awditjar, miżuri kontra l-opportunisti, eċċ.);

 

- Amministrazzjoni, komunikazzjoni, rapportar u ġestjoni tad-data b'rabta mat-tħaddim ta' skemi kollettivi;

 

- Finanzjament taħt il-FEMS;

 

- Finanzjament jew sussidji oħrajn disponibbli għall-portijiet għall-ġestjoni tal-iskart u għas-sajd.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Anness 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dħul nett

 

Id-dħul nett minn skemi ta' ġestjoni tal-iskart u minn finanzjament reġjonali u nazzjonali, inklużi l-elementi ta' dħul elenkati hawn taħt:

 

- Benefiċċji finanzjarji netti li jinkisbu minn skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

 

- Dħul nett ieħor mill-ġestjoni tal-iskart bħalma huma l-iskemi ta' riċiklaġġ;

 

- Finanzjament fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

 

- Finanzjament jew sussidji oħrajn disponibbli għall-portijiet għall-ġestjoni tal-iskart u għas-sajd.

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Anness 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ikteb isem il-bastiment] [ikteb in-numru tal-IMO] [ikteb l-Istat Membru tal-bandiera]

[ikteb isem il-bastiment] [ikteb in-numru tal-OMI] [ikteb l-Istat Membru tal-bandiera]

huwa fi traffiku skedat bi żjarat frekwenti u regoli fil-port(ijiet) li jinsab(u) fi [ikteb isem l-Istat Membru] skont skeda jew rotta predeterminata:

huwa fi traffiku skedat jew vjaġġi tas-sajd bi żjarat frekwenti u regoli fil-port(ijiet) li jinsab(u) fi [ikteb isem l-Istat Membru] skont skeda jew rotta predeterminata:


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni:

It-tnaqqis tal-iskart u t-tniġġis tal-baħar sar waħda mill-akbar sfidi ambjentali. Bejn 4.8 u 12.7 miljun tunnellata ta' skart tal-plastik jidħlu fl-oċeani kull sena. Prattikament kull tip ta' materjal u oġġett tal-plastik jista' jinsab fl-oċean, mill-fond ta' qiegħ tal-oċean sal-Artiku remot. Minħabba l-użu estensiv u r-rimi mhux xieraq tiegħu, dan il-materjal ħafif u durabbli sar fil-forma ta' makro u mikroplastiċi theddida għall-ekosistema marina. Għalkemm biċċa kbira tal-iskart fil-baħar joriġina minn sorsi bbażati fuq l-art, din l-isfida tista' tiġi indirizzata biss permezz ta' approċċ olistiku. Għaldaqstant, l-indirizzar ta' skart u dranaġġ rilaxxat deliberatament jew aċċidentalment mill-bastimenti għandu rwol importanti biex jinkiseb oċean ħieles mill-plastik u b'saħħitu u b'hekk jiġi ppreżervat ir-rwol essenzjali tiegħu għall-benessri tal-bniedem fil-ġejjieni.

Id-Direttiva 2000/59/KE tirregola n-naħa tax-xatt permezz ta' dispożizzjonijiet li jiżguraw id-disponibbiltà ta' faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart (PRF) u t-twassil tal-iskart lejn dawk il-faċilitajiet. Hija timplimenta n-normi internazzjonali rilevanti, jiġifieri dawk li jinsabu fil-Konvenzjoni MARPOL (il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Bastimenti). 17-il sena mid-dħul fis-seħħ tagħha, din id-Direttiva teħtieġ rieżami fil-fond, minħabba li l-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjonijiet ma għadhomx konsistenti mal-qafas internazzjonali u l-Istati Membri għandhom interpretazzjoni differenti tal-kunċetti ewlenin tagħha, u dan joħloq konfużjoni fost il-partijiet ikkonċernati (bastimenti, portijiet u operaturi).

Studju ta' Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni:

L-Istudju ta' Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni identifika żewġ problemi ewlenin u ħames kawżi sottostanti tal-problemi. Iż-żewġ problemi ewlenin huma identifikati kif ġej: skart iġġenerat mill-bastimenti u fdalijiet tal-merkanzija rilaxxati fil-baħar u l-piż amministrattiv assoċjat mal-implimentazzjoni tad-Direttiva PRF. Il-ħames kawżi sottostanti tal-problemi huma: akkoljenza u ġestjoni tal-iskart inadegwati mill-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet. nuqqas ta' inċentivi tal-kost għall-kunsinna tal-iskart iġġenerat mill-bastimenti; infurzar ineffettiv u insuffiċjenti tal-obbligu ta' kunsinna obbligatorju; definizzjonijiet u formoli inkonsistenti u skaduti; applikazzjoni inkonsistenti tal-eżenzjonijiet għal bastimenti fi traffiku skedat.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Iż-żewġ għanijiet ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2000/59/KE ġew definiti kif ġej: it-tnaqqis tar-rimi tal-iskart iġġenerat mill-bastiment fuq il-baħar u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq il-portijiet, l-utenti tal-portijiet u l-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi ġenerali, ġew identifikati l-ħames objettivi speċifiċi li ġejjin: l-iżgurar tad-disponibbiltà ta' faċilitajiet adegwati; il-provvediment ta' inċentivi effettivi (kost) għat-twassil tal-iskart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet, bl-introduzzjoni ta' tariffa indiretta ta' 100 % għall-iskart u l-iskart mistad b'mod passiv; it-tneħħija ta' ostakli fl-infurzar; l-armonizzazzjoni u l-aġġornament tad-definizzjonijiet u n-normi; l-armonizzazzjoni tar-regoli għal eżenzjonijiet.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

•  Ir-rapporteur tilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni, bħala parti minn strateġija lejn ekonomija ċirkolari.

•  Ir-rapporteur tappoġġa d-definizzjoni aktar ġenerika ta' "skart minn bastimenti", rigward l-Annessi rilevanti għall-Konvenzjoni MARPOL, inklużi fdalijiet tal-merkanzija, residwi minn sistemi għat-tindif tal-gass tal-egżost (li jinkludi l-ħama u bleed-off tal-ilma minn dawn is-sistemi), li tiżgura l-konformità sħiħa mad-definizzjonijiet tal-konvenzjoni u l-allinjament ulterjuri mal-forom u ċ-ċertifikati standard tal-OMI. Madankollu, hija taħseb li huma meħtieġa aktar projbizzjonijiet għal ċerti fdalijiet tal-merkanzija u ilma mormi minn purifikaturi b'ċirkwit miftuħ. Hija tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu azzjoni fl-ilmijiet territorjali tagħhom u tħeġġeġ lill-UE taħdem fuq dan fil-livell tal-OMI.

•  Ir-rapporteur tipproponi wkoll l-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-iskart minn attivitajiet ta' tiswija ta' bastimenti u l-ġestjoni tal-ilma tas-saborra skont il-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra tal-OMI li daħlet fis-seħħ f'Settembru 2017.

•  Ir-rapporteur tenfasizza l-importanza li jiġi prodott inqas skart abbord u tisħaq fuq il-ħtieġa ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni u inċentivi pożittivi f'dan il-qasam, bħall-adattament tal-kunċett "Bastiment Ekoloġikament Sensittiv" b'rabta mal-ġestjoni tal-iskart abbord.

•  Peress li ma tantx hemm ċifri dwar it-telf ta' rkaptu tas-sajd li jikkostitwixxi periklu għall-ambjent tal-baħar u s-sikurezza tal-bastimenti r-rapporteur tispeċifika l-obbligu tar-rappurtar għall-irkaptu tas-sajd mitluf mar-ritorn fil-port.

•  Ir-rapporteur tiġbed l-attenzjoni fuq l-iskart mistad b'mod passiv u l-ħtieġa li jiġu mħeġġa proġetti biex jinġabar l-iskart mill-baħar. Għalhekk l-ispejjeż li jirriżultaw mill-ġestjoni tal-iskart mistad b'mod passiv m'għandhomx jiġġarrbu mill-utenti tal-port u s-sajjieda iżda għandhom jiġu koperti minn sistemi alternattivi ta' finanzjament bħal skemi ta' ġestjoni tal-iskart jew fondi pubbliċi.

•  Ir-rapporteur hija mħassba dwar is-sitwazzjoni fil-portijiet iż-żgħar, li jafu jiġu ffaċċjati b'diffikultajiet konsiderevoli, minħabba r-riżorsi limitati disponibbli f'termini ta' persunal, struttura, organizzazzjoni, eċċ.. Sabiex ma jiġux imposti piżijiet amministrattivi sproporzjonati, il-portijiet żgħar ħafna għandhom jiġu eżentati milli jistabbilixxu pjan ta' ġestjoni tal-iskart u milli joħorġu l-irċevuti tal-iskart.

•  Ir-rapporteur tinnota li l-bastimenti involuti fi trasport marittimu fuq distanzi qosra se jiffaċċjaw piż amministrattiv kbir jekk l-istatus partikolari tagħhom ma jitqiesx. Il-possibbiltà ta' tariffa mnaqqsa applikata fuq dan it-tip partikolari ta' bastimenti għandha tiġi prevista.

•  Ir-rapporteur tillimita l-obbligu li l-iskart jiġi skarikat fil-portijiet tal-UE qabel it-tluq għal pajjiżi terzi f'każijiet fejn ma jkunux disponibbli faċilitajiet xierqa fil-port li jmiss.

•  Peress li l-infurzar tal-projbizzjoni ta' rimi fuq il-baħar hija problema kbira, ir-rapporteur tissuġġerixxi li r-rwol tal-EMSA fl-infurzar tad-Direttiva għandu jiġi eżaminat meta l-Kummissjoni tkun qed teżamina mill-ġdid din id-Direttiva.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċeviet kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Hazardous Waste Europe

EUROSHORE

Seas at Risk

European Sea Ports Organisation (ESPO)

Union des Ports de France

Il-Port ta' Rotterdam

Hanse-Office, Vertretung der Hansestadt Hamburg und Schleswig-Holsteins bei der EU

European Community Shipowners’ Associations (ECSA)

Verband Deutscher Reeder (VdR)

Union of Greek Shipowners

Cruise Lines International Association (CLIA)

L-Assoċjazzjoni ta' Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd tal-UE (EUROPECHE)

Rappreżentanti minn diversi gvernijiet ta' Stati Membri

Rappreżentanti mill-Kummissjoni Ewropea


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (18.9.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

(COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Bas Eickhout

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rimi ta' skart minn bastimenti huwa theddida sinifikanti għall-ambjent tal-baħar, u jħalli impatti fuq is-saħħa tal-bniedem u konsegwenzi ambjentali kbar. Għalkemm is-sorsi bbażati fuq l-art huma l-kontributuri ewlenin għall-iskart fil-baħar, sehem sinifikanti ta' dan l-iskart huma wkoll is-sorsi bbażati fuq il-baħar, li skont l-istimi huma responsabbli għal medja tal-UE ta' 32 % tal-iskart, u sa 50 % għal xi baċini tal-baħar tal-UE. Sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-iskart tal-baħar mill-bastimenti, il-Kummissjoni ressqet proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar il-Faċilitajiet tal-Akkoljenza fil-Portijiet (PRF).

Il-proposta tal-Kummissjoni teħtieġ li l-portijiet kollha tal-Unjoni jadottaw sistema ta' "ebda tariffa speċjali" ta' 100 % għall-iskart sabiex jitneħħa l-inċentiv ekonomiku li l-bastimenti jarmu l-iskart fil-baħar. Ir-Rapporteur jilqa' din il-bidla importanti proposta mill-Kummissjoni. Il-bastimenti m'għandux ikollhom inċentivi ekonomiċi biex jarmu l-iskart fil-baħar.

Ir-Rapporteur jilqa' wkoll l-inklużjoni tal-bastimenti tas-sajd fis-sistemi tal-irkupru tal-ispejjeż. Madankollu, ma ġew proposti l-ebda miżuri speċifiċi dwar l-irkaptu tas-sajd innifsu. Dan filwaqt li proporzjon kbir tax-xbieki tas-sajd jintilef (33 %), li jirriżulta f'"sajd fantażma", li jaffettwa l-istokkijiet tal-ħut u jikkawża ħsara lill-ħlejjaq tal-baħar. Huwa jwassal ukoll għal telf ekonomiku sinifikanti, peress li x-xbieki sikwit jikkawżaw ħsara lil bastimenti oħra. Ir-rapporteur iqis li, sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni, huwa importanti li jiddaħħlu fis-seħħ skemi obbligatorji tar-responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR). L-Istati Membri għandhom jużaw tariffi mmodulati biex jinkoraġġixxu d-disinn ta' rkaptu li jkun faċilment riċiklabbli, u skemi ta' depożitu u rimbors għall-irkaptu li jinxtara ġdid biex jinkoraġġixxu l-ġbir tiegħu fl-aħħar tal-ħajja utli tiegħu.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li meta bastiment jitlef l-irkaptu tas-sajd tiegħu, għandu jkun meħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. Din l-informazzjoni għandha tinġabar b'mod sistematiku f'bażi ta' data ċentrali (SafeSeaNet), biex tkun tista' tiġi ssorveljata s-sitwazzjoni, jiġu identifikati problemi speċifiċi, u biex jiġi ffaċilitat l-irkupru. Dan jgħin ukoll biex tiġi infurzata l-projbizzjoni tad-dumping tal-irkaptu tas-sajd qadim. Din id-data se tifforma l-bażi tar-rappurtar perjodiku mill-Kummissjoni, li jippermetti li jiġi mmappjat l-irkaptu tas-sajd mitluf, li jkun ta' għajnuna għall-programmi ta' rkupru u miżuri oħrajn.

Il-bastimenti tas-sajd ħafna drabi "jaqbdu" l-iskart fix-xbieki tagħhom. Fil-fehma tar-Rapporteur, m'għandu jkun hemm l-ebda diżinċentiv ekonomiku biex dan l-iskart jiddaħħal fil-port, u l-Kummissjoni tfittex li tinkoraġġixxi l-konsenja ta' skart maqbud passivament billi inkludietu f'sistema ta' tariffi indiretti ta' 100 %. Ir-Rapporteur iqis dan bħala żieda mixtieqa, madankollu, xorta waħda jista' jwassal għal tariffa ġenerali ogħla għall-bastimenti tas-sajd. Għalhekk ir-Rapporteur jintroduċi r-rekwiżit li l-ispejjeż tal-ġbir tal-iskart mistad b'mod passiv fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u t-trattament sussegwenti għandhom jiġu ffinanzjati minn sorsi alternattivi ta' dħul li jirriżultaw mid-Direttiva dwar il-PRF riveduta, bħal permezz tal-iskemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, jew permezz ta' sussidji.

Il-Kummissjoni tintroduċi l-kunċett tal-"Bastimenti Ekoloġikament Sensittivi", fejn il-bastimenti li jnaqqsu l-iskart tagħhom abbord jistgħu jikkwalifikaw għal tariffa mnaqqsa. Fil-fehma tar-Rapporteur, jeħtieġ jiġu ċċarati u armonizzati r-rekwiżiti minimi. Ir-Rapporteur jintroduċi sett ta' azzjonijiet, f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-linji gwida tal-MARPOL dwar iż-żibel f'Anness ġdid. Il-miżuri jvarjaw mis-separazzjoni fis-sors u l-ġbir, sat-taħriġ u miżuri sabiex jiġi evitat materjal li jintuża darba biss.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jipproponi li jiġi żgurat li r-rimi taż-żibel u ta' residwi relatati mat-tniġġis tal-arja, jekk isir b'intenzjoni, b'mod bla kont jew b'negliġenza serja, jitqiesu bħala reat kriminali skont il-liġi tal-UE u għalhekk jirrikjedu li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ sanzjonijiet adegwati. L-eċċezzjonijiet għal din iż-żieda għandhom jirriflettu dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL).

Fl-aħħar nett, il-pjattaformi lil hinn mill-kosta użati għall-produzzjoni u l-ħżin taż-żejt, kemm jekk ikunu fissi kif ukoll jekk iżommu f'wiċċ l-ilma, bħalissa mhumiex koperti fil-proposta tal-Kummissjoni għar-reviżjoni tad-Direttiva PRF. Fl-2015, l-UE kellha 232 pjattaforma lil hinn mill-kosta li kull waħda minnhom kellha persunal ta' madwar 100-200 persuna. L-analisti kkonkludew li dawn jikkostitwixxu proporzjon sinifikanti tas-sorsi tal-iskart fil-baħar. Ir-rapporteur jipproponi li jiġi żgurat li l-iskart tagħhom ukoll jiddaħħal fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2005/35/KE, id-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

(Marbuta mal-emenda tal-Artikolu 20a (ġdid) li tipproponi li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis Ikkawżat minn Vapuri.)

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2005/35/KE toħloq regoli dwar l-impożizzjoni ta' penali f'każ ta' rimi ta' sustanzi li jniġġsu minn vapuri. Id-Direttiva 2005/35/KE attwalment tkopri biss l-iskart fl-Annessi I (żejt) u II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa) tal-MARPOL. Hija għandha tiġi emendata sabiex tinkludi r-rimi skont l-Anness V (żibel) u VI (residwi relatata mat-tniġġis tal-arja).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Bastimenti (il-"Konvenzjoni MARPOL") tipprevedi projbizzjonijiet ġenerali dwar ir-rimi minn bastimenti fuq il-baħar, imma tirregola wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom ċerti tipi ta' skart jistgħu jintremew fl-ambjent tal-baħar. Il-Konvenzjoni MARPOL teħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-provvediment ta' faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-portijiet.

(2)  Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Prevenzjoni ta' Tniġġis mill-Bastimenti (il-"Konvenzjoni MARPOL") tipprevedi projbizzjonijiet ġenerali dwar ir-rimi minn bastimenti u pjattaformi fissi jew li jżommu f'wiċċ l-ilma fuq il-baħar, imma tirregola wkoll il-kundizzjonijiet li taħthom ċerti tipi ta' skart jistgħu jintremew fl-ambjent tal-baħar. Il-Konvenzjoni MARPOL tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw il-provvediment ta' faċilitajiet adegwati ta' akkoljenza fil-portijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-MARPOL tirregola wkoll ir-rimi minn pjattaformi fissi jew li jżommu f'wiċċ l-ilma. Dawn għandhom jiddaħħlu hawnhekk.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  F'dawn l-aħħar żewġ deċennji, il-Konvenzjoni MARPOL u l-Annessi tagħha għaddew emendi importanti, li jistabbilixxu normi u projbizzjonijiet aktar stretti ta' rimi ta' skart minn bastimenti fuq il-baħar.

(4)  F'dawn l-aħħar żewġ deċennji, il-Konvenzjoni MARPOL u l-Annessi tagħha sarulhom emendi importanti, li jistabbilixxu normi għall-konsenja ta' skart aktar stretti, u projbizzjonijiet għar-rimi ta' skart minn bastimenti fuq il-baħar.

Ġustifikazzjoni

Il-MARPOL tindirizza wkoll il-konsenja tal-iskart lill-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Minkejja dawn l-iżviluppi regolatorji, ir-rimi ta' skart fil-baħar għadu jseħħ. Dan hu dovut għal taħlita ta' fatturi, jiġifieri faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li mhumiex dejjem disponibbli, l-infurzar li ħafna drabi huwa insuffiċjenti u n-nuqqas ta' inċentivi biex l-iskart jiġi konsenjat fuq l-art.

(7)  Minkejja dawn l-iżviluppi regolatorji, ir-rimi ta' skart fil-baħar għadu jseħħ b'konsegwenzi ambjentali, soċjali u ekonomiċi enormi. Dan hu dovut għal taħlita ta' fatturi, jiġifieri faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li mhumiex dejjem disponibbli, l-infurzar li ħafna drabi huwa insuffiċjenti u n-nuqqas ta' inċentivi biex l-iskart jiġi konsenjat fuq l-art.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Minkejja t-titjib, l-iskart tal-ikel, b'mod partikolari fuq il-bastimenti tal-kruċieri, xorta jista' jkun konsiderevoli. Il-prattiki ta' immaniġġjar tal-iskart tal-ikel jibqgħu qasam li jitlob l-iżvilupp ta' prattiki separati ta' ġbir u ta' użu mill-ġdid;

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-ġbir separat ta' skart mill-bastimenti, inkluż l-irkaptu tas-sajd qadim, huwa meħtieġ biex jiżgura l-irkupru tiegħu aktar 'l isfel fil-katina tal-immaniġġjar tal-iskart. Iż-żibel spiss huwa segregat abbord ta' bastimenti b'konformità ma' normi u standards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li dawn l-isforzi ta' segregazzjoni tal-iskart abbord ma jkunux kompromessi minn nuqqas ta' arranġamenti għal ġbir separat fuq l-art.

(12)  Il-ġbir separat ta' skart mill-bastimenti, inkluż l-irkaptu tas-sajd qadim, huwa meħtieġ biex jiżgura l-irkupru ulterjuri tiegħu għall-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ aktar 'l isfel fil-katina tal-immaniġġjar tal-iskart u biex jiġi prevenut li dan jagħmel ħsara lill-annimali u lill-ambjenti tal-baħar. Iż-żibel spiss huwa segregat abbord ta' bastimenti b'konformità ma' normi u standards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tiżgura li dawn l-isforzi ta' segregazzjoni tal-iskart abbord ma jkunux kompromessi minn nuqqas ta' arranġamenti għal ġbir separat fuq l-art. L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu sistemi ta' ġbir separat li jkunu adatti bl-aħjar mod għall-karatteristiċi tal-portijiet.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Il-ġbir separat tal-iskart bħalma huma l-iskart tal-ikel, il-lubrikanti u ż-żejt tal-fjuwil, jenħtieġ li jiġi żviluppat aktar bl-iskop speċifiku li jippermetti l-użu mill-ġdid tagħhom f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għalkemm il-maġġoranza tal-iskart fil-baħar ġejja minn attivitajiet fuq l-art, l-industrija tat-tbaħħir, inklużi s-setturi tas-sajd u l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, hija wkoll kontributur importanti, b'rimi ta' żibel, inkluż plastik u rkaptu tas-sajd qadim, li jisfaw direttament fil-baħar.

(13)  Għalkemm il-maġġoranza tal-iskart fil-baħar ġejja minn attivitajiet fuq l-art, l-industrija tat-tbaħħir, inklużi s-setturi tas-sajd u l-opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, hija wkoll kontributur importanti, b'rimi ta' żibel, inkluż plastik u rkaptu tas-sajd qadim, li jisfaw direttament fil-baħar. Il-Kummissjoni tistma li l-plastiks jikkostitwixxu aktar minn 80 % tal-iskart fil-baħar, u li l-irkaptu tas-sajd li fih il-plastiks jammonta għal 27 % tal-oġġetti tal-iskart fil-baħar misjuba fuq il-bajjiet Ewropej, li huma ekwivalenti għal 11 000 tunnellata fis-sena.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi miżuri ta' prevenzjoni tal-iskart li l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu sabiex jipprevjenu l-ġenerazzjoni tal-iskart. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jinkludu l-għan li jwaqqfu l-ġenerazzjoni tal-iskart fil-baħar biex jikkontribwixxu għall-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU li jiġi prevenut u mnaqqas b'mod sinifikanti t-tniġġis tal-baħar ta' kull tip.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)  Il-pjattaformi fissi jew li jżommu f'wiċċ l-ilma wkoll jikkontribwixxu għall-iskart fil-baħar u jenħtieġ li jkunu meħtieġa jkollhom pjan għall-ġestjoni tal-iskart, li jiġbru l-iskart tagħhom b'mod separat, u li jikkonsenjaw l-iskart tagħhom fil-portijiet tal-Unjoni f'intervalli regolari.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta' Frar 2004 tal-OMI għall-Kontroll u l-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u tas-Sedimenti tal-Bastimenti ("Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra") daħlet fis-seħħ fit-8 ta' Settembru 2017. Il-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra tobbliga lill-bastimenti kollha jwettqu proċeduri ta' ġestjoni tal-ilma tas-saborra skont l-istandards tal-OMI, u tirrikjedi lill-portijiet u lit-terminals iddedikati għat-tindif u t-tiswija tat-tankijiet tas-saborra jkollhom faċilitajiet adegwati biex ikunu jistgħu jiġbru s-sedimenti.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Biex jindirizzaw il-problema tal-iskart fil-baħar b'mod effettiv, huwa fundamentali jiġi pprovdut livell ġust ta' inċentivi għall-konsenja tal-iskart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, b'mod partikolari ż-żibel. Dan jista' jinkiseb permezz ta' sistema ta' rkupru tal-ispejjeż, li tirrikjedi l-applikazzjoni ta' tariffa indiretta, li tkun dovuta irrispettivament minn jekk jiġix konsenjat skart jew le u li għandha tagħti dritt ta' konsenja ta' skart mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali. Is-settur tas-sajd u tar-rikreazzjoni, minħabba l-kontribut tagħhom fl-okkorrenza ta' skart tal-baħar, għandhom jiġu inklużi wkoll f'din is-sistema.

(18)  Biex jindirizzaw il-problema tal-iskart fil-baħar b'mod effettiv, huwa fundamentali jiġi pprovdut livell ġust ta' inċentivi għall-konsenja tal-iskart fil-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, b'mod partikolari ż-żibel. Dan jista' jinkiseb permezz ta' sistema ta' rkupru tal-ispejjeż, li tirrikjedi l-applikazzjoni ta' tariffa indiretta, li tkun dovuta irrispettivament minn jekk jiġix konsenjat skart jew le u li għandha tagħti dritt ta' konsenja ta' skart mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali. Is-settur tas-sajd u tar-rikreazzjoni, minħabba l-kontribut tagħhom fl-okkorrenza ta' skart tal-baħar, għandhom jiġu inklużi wkoll f'din is-sistema. Il-konsenja ta' skart mistad b'mod passiv m'għandhiex tirriżulta fi spejjeż addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Is-sajjieda jistgħu jaqdu rwol sostanzjali fit-tindif tal-iskart fil-baħar billi jġibu l-iskart mistad b'mod passiv lura l-port, ħalli jkun jista' jgħaddi minn ġestjoni xierqa tal-iskart. Sabiex jippromwovu l-konsenja tal-iskart mistad b'mod passiv maqbud fix-xbieki matul l-operazzjonijiet normali tas-sajd, l-Istati Membri jenħtieġ li jkopru l-ispejjeż assoċjati mal-ġbir tiegħu fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u mal-ġestjoni sussegwenti tiegħu, permezz tad-dħul iġġenerat minn sorsi alternattivi.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)  Sabiex tiġi indirizzata b'mod effettiv il-problema tal-iskart fil-baħar, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jiżviluppaw strateġiji u pjanijiet biex inaqqsu l-każijiet ta' rkaptu tas-sajd abbandunat fuq il-baħar u għal dak il-għan jenħtieġ li jagħmlu użu, pereżempju, ta' għotjiet taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), kif ukoll billi jieħdu appoġġ mill-Fondi Strutturali u mill-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea u l-involviment attiv neċessarju tar-reġjuni. Huwa wkoll xieraq li jiġu mħeġġa għodod ta' governanza ġodda u prattiki tajba, bħalma huma dawk li qed jiġu kkunsidrati fl-Adrijatiku, fil-kuntest tal-proġetti kofinanzjati mill-fondi tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea, filwaqt li jista' jiġi rikonoxxut ukoll rwol ġdid għall-flotot tas-sajd bħala Sentinelli tal-Baħar.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-kunċett ta' "Bastiment ekoloġikament sensittiv" għandu jiġi żviluppat aktar fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart, b'mod sistema effettiva ta' premjazzjoni tkun tista' tiġi implimentata għal dawk il-bastimenti li jnaqqsu l-iskart tagħhom abbord.

(19)  Il-kunċett ta' "Bastiment ekoloġikament sensittiv" jenħtieġ li jiġi implimentat fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni, u li dawn jiġu realizzati b'mod armonizzat kemm jista' jkun, b'mod li tkun tista' tiġi implimentata sistema effettiva ta' premjazzjoni għal dawk il-bastimenti li jnaqqsu l-iskart tagħhom abbord, permezz tal-prevenzjoni u l-ġestjoni ambjentalment sostenibbli tal-iskart, f'konformità mal-aħjar prattiki u l-linji gwida tal-2017 tal-OMI għall-implimentazzjoni tal-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinkoraġġixxu prattiki lil hinn mill-istandards rekwiżiti.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Il-fdalijiet tal-merkanzija jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-merkanzija wara l-ħatt tal-merkanzija fit-terminal, u ta' spiss ikollhom valur ekonomiku. Għal din ir-raġuni, il-fdalijiet tal-merkanzija m'għandhomx jiġu inklużi fis-sistemi għall-irkupru tal-ispejjeż u fl-applikazzjoni ta' tariffa indiretta; it-tariffa għall-kunsinja ta' fdalijiet ta' merkanzija għandha titħallas mill-utent tal-faċilità ta' akkoljenza,kif speċifikat fl-arranġamenti tal-ftehim kontrattwali bejn il-partijiet involuti jew f'arranġamenti oħra lokali.

(20)  Il-fdalijiet tal-merkanzija jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-merkanzija wara l-ħatt tal-merkanzija fit-terminal, u ta' spiss ikollhom valur ekonomiku. Għal din ir-raġuni, il-fdalijiet tal-merkanzija m'għandhomx jiġu inklużi fis-sistemi għall-irkupru tal-ispejjeż u fl-applikazzjoni ta' tariffa indiretta; it-tariffa għall-kunsinja ta' fdalijiet ta' merkanzija għandha titħallas mill-utent tal-faċilità ta' akkoljenza,kif speċifikat fl-arranġamenti tal-ftehim kontrattwali bejn il-partijiet involuti jew f'arranġamenti oħra lokali. Madankollu, jenħtieġ li dan ma japplikax għall-fdalijiet tal-merkanzija li ma jiġux irkuprati faċilment, bħalma huma s-sustanzi li jżommu fil-wiċċ persistenti b'viskożità għolja bħall-paraffina. Dawn is-sustanzi jista' jkollhom valur ekonomiku baxx u għalhekk hemm ir-riskju li jintefgħu 'l barra mal-ħasil fuq il-baħar, jekk ma jintefgħux 'il barra mal-ħasil kif xieraq fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a)  Sabiex tittejjeb is-sikurezza marittima u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, jenħtieġ li d-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a tiġi emendata sabiex jiġi indirizzat ukoll it-tniġġis minn skart li joriġina mill-vapuri kif definit fl-Annessi IV sa VI tal-Konvenzjoni MARPOL fid-dritt tal-Unjoni u jiġi żgurat li l-persuni responsabbli għar-rimi illegali jiġu suġġetti għal penali adegwati.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur, inklużi sanzjonijiet kriminali, għal reati ta' tniġġis (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2005/35/KE toħloq regoli dwar l-impożizzjoni ta' penali f'każ ta' rimi ta' sustanzi li jniġġsu minn vapuri. Attwalment hija tkopri biss l-iskart fl-Annessi I (żejt) u II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa) tal-MARPOL. Hija għandha tiġi emendata sabiex tinkludi wkoll ir-rimi tad-drenaġġ (Anness IV), taż-żibel (Anness V) u tal-iskart relatat mat-tniġġis tal-arja (Anness VI).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-monitoraġġ u l-infurzar għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' sistema elettronika ta' rappurtar u skambju ta' informazzjoni. Għal dan il-għan, l-informazzjoni eżistenti u s-sistema ta' monitoraġġ imwaqqfa skont id-Direttiva 2000/59/KE għandhom jiġu żviluppati aktar, u għandhom jiġu mħaddma fuq bażi ta' dejta elettronika eżistenti, b'mod partikolari s-sistemi ta' Informazzjoni u ta' Skambju Marittimi tal-Unjoni (SafeSeaNet) u l-Bażi tad-Dejta tal-Ispezzjoni (THETIS). Is-sistema għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li jkunu disponibbli fil-portijiet differenti.

(24)  Il-monitoraġġ u l-infurzar għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' sistema elettronika ta' rappurtar u skambju ta' informazzjoni. Għal dan il-għan, l-informazzjoni eżistenti u s-sistema ta' monitoraġġ imwaqqfa skont id-Direttiva 2000/59/KE għandhom jiġu żviluppati aktar, u għandhom jiġu mħaddma fuq bażi ta' dejta elettronika eżistenti, b'mod partikolari s-sistemi ta' Informazzjoni u ta' Skambju Marittimi tal-Unjoni (SafeSeaNet) u l-Bażi tad-Dejta tal-Ispezzjoni (THETIS). Is-sistema jenħtieġ li tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li jkunu disponibbli fil-portijiet differenti u dwar it-telf ta' rkaptu.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, u biex jittħeġġu prattiki ta' ġestjoni tal-iskart ekoloġiċi abbord, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar ta' din id-Direttiva sabiex taġġorna r-referenzi għal strumenti internazzjonali u l-Annessi u biex tibdel r-referenzi għal strumenti internazzjonali, ħalli jiġu evitati, jekk meħtieġ, bidliet għal dawk l-istrumenti internazzjonali milli japplikaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u biex tiżviluppa kriterji komuni għall-għarfien ta' "bastimenti ekoloġikament sensittivi" bil-għan tal-għoti ta' tariffa tal-iskart imnaqqsa lil dawk il-bastimenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, ukoll fil-livell tal-esperti. Meta tiġi biex tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(30)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, u biex jiġu promossi prattiki ta' ġestjoni tal-iskart abbord li jkunu jirrispettaw l-ambjent, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar ta' din id-Direttiva sabiex taġġorna r-referenzi għall-istrumenti internazzjonali u l-Annessi u biex tibdel r-referenzi għall-istrumenti internazzjonali, ħalli jiġi prevenut, jekk meħtieġ, li bidliet li jsiru lil dawk l-istrumenti internazzjonali jiġu japplikaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva, u biex timmodifika kriterji komuni għall-għarfien ta' "bastimenti ekoloġikament sensittivi" filwaqt li tqis il-prattiki tajba u l-iskemi minn isfel għal fuq eżistenti, bil-għan tal-għoti ta' tariffa tal-iskart imnaqqsa lil dawk il-bastimenti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, ukoll fil-livell tal-esperti. Meta tiġi biex tħejji u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  "pjattaforma fissa jew li żżomm f'wiċċ l-ilma" tfisser kull pjattaforma fissa jew li żżomm f'wiċċ l-ilma li tinsab lil hinn mill-kosta, inklużi l-pjattaformi għat-tħaffir jew il-faċilitajiet li jżommu f'wiċċ l-ilma għall-produzzjoni, il-ħżin, it-tagħbija u l-ħatt użati għall-produzzjoni u l-ħżin ta' kwalunkwe sostanza jew materja fi stat solidu, likwidu jew gass.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "skart minn bastimenti" tfisser kull skart, inkluż il-fdalijiet tal-merkanzija, li huma ġġenerati matul is-servizz ta' bastiment jew matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet ta' tindif, jew skart li jinġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, u li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL;

(c)  "skart minn bastimenti" tfisser kull skart, inklużi l-fdalijiet tal-merkanzija, li hu ġġenerat matul is-servizz ta' bastiment jew ta' pjattaforma fissa jew li żżomm f'wiċċ l-ilma, jew matul it-tagħbija, il-ħatt jew l-operazzjonijiet ta' tindif u ta' tiswija tal-bastimenti inklużi s-sedimenti li joriġinaw mit-tindif jew it-tiswija tat-tankijiet tas-saborra, jew skart li jinġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, u li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "skart mistad b'mod passiv" tfisser skart li jinġabar b'mod aċċidentali fix-xbieki waqt operazzjonijiet tas-sajd;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "fdalijiet tal-merkanzija" tfisser il-fdalijiet ta' kwalunkwe materjal tal-merkanzija abbord li jibqgħu fuq il-gverta jew fl-istivi wara t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, inklużi it-tixrid, it-tagħbija u l-ħatt eċċessiv, sew jekk imxarrab jew niexef, inkorporat fl-ilma tal-ħasil, bl-esklużjoni tat-trab li jifdal fuq il-gverta wara knis jew trab mal-uċuħ ta' barra tal-bastiment;

(d)  "fdalijiet tal-merkanzija" tfisser il-fdalijiet ta' kwalunkwe materjal tal-merkanzija abbord li jibqgħu fuq il-gverta, fl-istivi jew fit-tankijiet wara t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, inklużi t-tagħbija u l-ħatt eċċessiv jew it-tixrid waqt it-tagħbija u l-ħatt, sew jekk imxarrab jew niexef, inkorporat fl-ilma tal-ħasil, bl-esklużjoni tat-trab li jifdal fuq il-gverta wara knis jew trab mal-uċuħ ta' barra tal-bastiment;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "irkaptu tas-sajd" tfisser kwalunkwe biċċa jew komponent ta' tagħmir li jintuża fis-sajd u fl-akkwakultura biex ikollu fil-mira jew jaqbad riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, jew li jżomm f'wiċċ il-baħar u jintuża bil-għan li jattira u jaqbad riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  "kapaċità suffiċjenti ta' ħżin" tfisser biżżejjed kapaċità ta' ħżin ta' skart abbord mill-mument tat-tluq sal-port tal-waqfa li jkun imiss li jiġi miżjur, inkluż l-iskart li x'aktarx jiġi ġġenerat matul il-vjaġġ;

(l)  "kapaċità suffiċjenti ta' ħżin" tfisser biżżejjed kapaċità ddedikata ta' ħżin għal kull wieħed mit-tipi ta' skart li se jinħażen abbord mill-mument tat-tluq sal-port tal-waqfa li jkun imiss li jiġi miżjur, inkluż l-iskart li x'aktarx jiġi ġġenerat matul il-vjaġġ;

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Il-portijiet u t-terminals fejn iseħħu it-tindif jew it-tiswija tat-tankijiet tas-saborra jkollhom faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart adegwati għall-akkoljenza tas-sedimenti;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jippermettu l-immaniġġjar tal-iskart tal-bastimenti b'mod ambjentalment xieraq skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni dwar l-iskart. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-ġbir separat ta' skart minn bastimenti f'portijiet kif meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, b'mod partikolari d-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 2012/19/UE u d-Direttiva 2006/66/KE. Il-punt (c) għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti aktar stretti imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-ġestjoni ta' skart mill-industrija tal-ikel minn trasport internazzjonali.

(c)  Il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jippermettu l-immaniġġjar tal-iskart tal-bastimenti b'mod ambjentalment xieraq skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/98/KE u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni dwar l-iskart. Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-ġbir separat biex jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart mill-bastimenti fil-portijiet kif rekwiżit skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iskart, b'mod partikolari d-Direttiva 2008/98/KE, id-Direttiva 94/62/KE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2012/19/UE u d-Direttiva 2006/66/KE. Il-punt (c) għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti aktar stretti imposti permezz tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-ġestjoni ta' skart mill-industrija tal-ikel minn trasport internazzjonali.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10)

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtoritajiet tal-port ikkonċernat, jew fin-nuqqas ta' dawn, l-awtoritajiet rilevanti, għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' konsenja jew ta' lqugħ tal-iskart jitwettqu b'biżżejjed miżuri ta' sigurtà biex jiġu prevenuti riskji kemm personali kif ukoll ambjentali fil-portijiet koperti b'din id-Direttiva;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Pjan xieraq għall-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart għandu jiġi stabbilit u implimentat għal kull port wara konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet rilevanti, b'mod partikolari mal-utenti tal-port jew mar-rappreżentanti tagħhom. Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm matul l-abbozzar inizjali tal-pjanijiet kif ukoll wara l-adozzjoni tagħhom, b'mod partikolari fejn ikunu seħħu bidliet sinifikanti, fir-rigward tar-rekwiżiti fl-Artikoli 4, 6 u 7. Il-ħtiġiet iddettaljati għall-iżvilupp ta' dawn il-pjani huma ddikjarati fl-Anness 1.

1.  Pjan xieraq għall-akkoljenza u t-tqandil tal-iskart għandu jiġi stabbilit u implimentat għal kull port wara konsultazzjoni kontinwa mal-partijiet rilevanti, fosthom mal-utenti tal-port jew mar-rappreżentanti tagħhom u s-soċjetà ċivili. Dawk il-konsultazzjonijiet għandhom isiru kemm matul l-abbozzar inizjali tal-pjanijiet kif ukoll wara l-adozzjoni tagħhom, b'mod partikolari fejn ikunu seħħu bidliet sinifikanti, fir-rigward tar-rekwiżiti fl-Artikoli 4, 6 u 7. Il-ħtiġiet iddettaljati għall-iżvilupp ta' dawn il-pjani huma ddikjarati fl-Anness 1.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Portijiet żgħar ħafna li huma kkaratterizzati minn livell baxx ta' traffiku jew traffiku rari minn opri tal-baħar għar-rikreazzjoni, jistgħu jiġu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jekk il-faċilitajiet tal-akkoljenza għall-iskart tagħhom ikunu integrati fis-sistema tat-tqandil tal-iskart immaniġġjata mill-muniċipalità jew f'isimha, u l-Istati Membri fejn ikunu jinsabu dawk il-portijiet jiżguraw li l-informazzjoni rigward is-sistema għall-ġestjoni tal-iskart titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti ta' dawk il-portijiet.

 

L-Istati Membri fejn ikunu jinsabu portijiet bħal dawn għandhom jinnotifikaw dawk il-portijiet b'mod elettroniku fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Taqsima 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-konsenja tal-iskart mill-bastimenti

Ir-rimi u l-konsenja tal-iskart mill-bastimenti

(Marbuta mal-Emenda tal-Artikolu 7(1).)

Ġustifikazzjoni

Din it-taqsima għandha tittratta wkoll il-projbizzjonijiet tar-rimi applikabbli skont il-Konvenzjoni MARPOL.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-konsenja tal-iskart mill-bastimenti

Ir-rimi u l-konsenja tal-iskart mill-bastimenti

(Marbuta mal-Emenda tal-Artikolu 7(1).)

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu għandu jittratta wkoll il-projbizzjonijiet tar-rimi applikabbli skont il-Konvenzjoni MARPOL.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-kaptan ta' bastiment li jidħol f'port tal-Unjoni għandu, qabel iħalli l-port, jikkunsinja l-iskart abbord tal-bastiment lil faċilità tal-akkoljenza fil-port għall-iskart skont in-normi dwar ir-rimi stabbiliti fil-Konvenzjoni MARPOL.

1.  Il-kaptan ta' bastiment li jidħol f'port tal-Unjoni għandu, qabel iħalli l-port, jikkonsenja l-iskart kollu li jkollu abbord tal-bastiment lil faċilità tal-akkoljenza fil-port għall-iskart u, wara li jħalli l-port, m'għandux jarmi skart fil-baħar, skont in-normi u r-regolamenti rilevanti dwar il-konsenja u r-rimi stabbiliti fil-Konvenzjoni MARPOL. Dak ir-rekwiżit għandu japplika wkoll għas-sedimenti li joriġinaw mit-tindif u t-tiswija tat-tankijiet tas-saborra, skont il-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk il-port tal-waqfa li jmiss ikun jinsab barra l-Unjoni, jew ikun hemm raġunijiet li jagħtu lil wieħed x'jifhem li dak il-port ma għandux disponibbli faċilitajiet xierqa, jew dak il-port ma jkunx magħruf, l-Istat Membru għandu jirrikjedi lill-bastiment li jikkonsenja l-iskart tiegħu qabel it-tluq.

7.  Jekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluża l-informazzjoni disponibbli elettronikament fis-sistema ta' informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva jew fil-GISIS, ma jistax jiġi stabbilit li fil-port tal-waqfa li jmiss hemm faċilitajiet xierqa disponibbli, jew dan il-port ma jkunx magħruf, l-Istat Membru għandu jirrikjedi li l-bastiment jikkonsenja l-iskart kollu tiegħu qabel it-tluq.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Il-kaptan ta' pjattaforma fissa jew li iżżomm f'wiċċ l-ilma għandu jiżgura li l-iskart tagħha jiġi konsenjat lil faċilità tal-akkoljenza fil-port għall-iskart f'intervalli regolari skont il-Konvenzjoni MARPOL.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Il-kaptan ta' bastiment li jidħol f'port tal-Unjoni għandu, qabel iħalli l-port, japplika l-proċeduri ta' ħasil minn qabel għas-sustanzi li jżommu f'wiċċ l-ilma b'viskożità għolja u persistenti, fosthom il-paraffina, skont l-Anness II tal-Konvenzjoni MARPOL u jirrilaxxa kull residwu jew taħlita ta' ilma fil-port tal-ħatt sakemm it-tank ikun vojt u l-pajpijiet tar-rilaxx ikunu ħielsa mir-residwi.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-adozzjoni tal-abbozz ta' emendi mis-Sottokumitat għall-Prevenzjoni u r-Rispons għat-Tniġġis fi Frar 2018 li jirrikjedi l-ħasil minn qabel tat-tankijiet b'sustanzi li jżommu f'wiċċ l-ilma b'viskożità għolja u persistenti, li ser jiġi kkunsidrat għall-adozzjoni fl-Anness II fl-MEPC 73, l-UE għandha tinkludi dawn ir-rekwiżiti fil-verżjoni riveduta tad-Direttiva PRF, b'hekk isiru liġi tal-Unjoni, biż-żieda tal-obbligu li jiġi żgurat li l-pajpijiet tar-rilaxx huma ħielsa mir-residwi. B'mod partikolari, il-paraffina qed tintefa' fl-ibħra u tasal fix-xtajtiet Ewropej, fejn qed tikkawża problemi għall-ħajja selvaġġa.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tal-operat ta' faċilitajiet ta' akkoljenza tal-portijiet għall-akkoljenza u l-ipproċessar tal-iskart mill-bastimenti, għajr il-fdalijiet tal-merkanzija, għandhom ikunu koperti permezz tal-ġbir ta' tariffa mill-bastimenti. Dawk l-ispejjeż jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness 4.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tal-operat ta' faċilitajiet ta' akkoljenza tal-portijiet għall-akkoljenza u l-ipproċessar tal-iskart mill-bastimenti, inklużi l-fdalijiet tal-merkanzija ta' sustanzi li jżommu f'wiċċ l-ilma b'viskożità għolja u persistenti, iżda bl-esklużjoni ta' fdalijiet oħra tal-merkanzija, għandhom ikunu koperti permezz tal-ġbir ta' tariffa mill-bastimenti. Dawk l-ispejjeż jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness 4.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sabiex tipprovdi inċentiv massimu għall-konsenja tal-iskart kif definit fl-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL, inkluż l-iskart li jkun inġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, it-tariffa li għandha titħallas għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-port għall-iskart għal dan l-iskart, sabiex tiżgura d-dritt ta' konsenja mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali;

(c)  sabiex ikun hemm dispożizzjoni għal inċentiv massimu għall-konsenja tal-iskart kif definit fl-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL, inkluż l-iskart li jkun inġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, u l-fdalijiet tal-merkanzija ta' sustanzi li jżommu f'wiċċ l-ilma b'viskożità għolja u persistenti, it-tariffa indiretta li għandha titħallas għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-port għal dan l-iskart, sabiex tiżgura d-dritt ta' konsenja mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  sabiex jiġu evitati li l-ispejjeż tal-ġbir fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u tat-trattament sussegwenti tal-iskart mistad b'mod passiv jiġu mġarrba mill-utenti tal-port, l-Istati Membri għandhom ikopru dawn l-ispejjeż kollha kemm huma mid-dħul iġġenerat mis-sorsi alternattivi ta' dħul elenkati fl-Anness 4;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  It-tariffi għandhom jiġu mnaqqsa jekk id-disinn, it-tagħmir u l-operat tal-bastiment huma tali li jkun jista' jintwera li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta' skart, u jimmaniġġja l-iskart tiegħu b'mod sostenibbli u li jirrispetta lill-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 19, sabiex tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit bastiment li jkun jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati f'dan il-paragrafu fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart abbord tal-bastiment.

5.  It-tariffi għandhom jiġu mnaqqsa jekk id-disinn, it-tagħmir, il-politiki tal-akkwist u l-operat tal-bastiment huma tali li jkun jista' jintwera li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa tal-kategorija ta' skart li għaliha tapplika t-tariffa, u jimmaniġġja l-iskart tiegħu b'mod sostenibbli u li jirrispetta lill-ambjent skont l-Anness 4a għall-bastimenti għajr il-bastimenti tas-sajd u skont l-Anness 4b għall-bastimenti tas-sajd. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex temenda l-Annessi 4a u 4b, sabiex timmodifika rekwiżiti minimi armonizzati.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  l-eżenzjoni ma toħloqx impatt negattiv fuq is-sigurtà marittima, is-saħħa, l-għajxien abbord il-bastimenti jew il-kundizzjonijiet tax-xogħol jew fuq l-ambjent tal-baħar;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fir-rigward ta' spezzjonijiet ta' bastimenti li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu f'mill-anqas 20 % tan-numru totali ta' bastimenti individwali għal kull kategorija elenkata hawn taħt:

1.  Fir-rigward ta' spezzjonijiet ta' bastimenti li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu f'mill-anqas 20 % tan-numru totali ta' bastimenti individwali kull sena għal kull kategorija elenkata hawn taħt:

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għal spezzjonijiet ta' bastimenti tas-sajd ta' inqas minn 100 tunnellaġġ gross kif ukoll ta' opri tal-baħar għar-rikreazzjoni ta' inqas minn 100 tunnellaġġ gross, sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispezzjonijiet jitwettqu ta' mill-inqas 20 % tan-numru totali ta' bastimenti individwali tas-sajd u opri tal-baħar għar-rikreazzjoni li jidħlu fl-Istat Membru rilevanti kull sena.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva.

2.  Ir-riżultati tal-ispezzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 1a għandhom jiġu rreġistrati fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għal spezzjonijiet ta' bastimenti tas-sajd ta' inqas minn 100 tunnellata gross kif ukoll għal opri tal-baħar għar-rikreazzjoni ta' inqas minn 100 tunnellata gross, li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' din id-Direttiva.

imħassar

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  f'każ ta' telf ta' rkaptu tas-sajd, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 48 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/20091a;

 

______________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għar-rapportar tat-telf ta' rkaptu tas-sajd, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi l-format tar-rapportar. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha, abbażi tad-data rappurtata lilha skont il-punt (da) tal-paragrafu 2, tippubblika, sal-31 ta' Diċembru 2022 u sussegwentement kull sentejn, rapport ta' sinteżi dwar it-telf ta' rkaptu tas-sajd.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-dejta tal-ispezzjonijiet tagħmilha possibbli li tiġi rkuprata kwalunkwe dejta rilevanti rrappurtata mill-Istati Membri għall-fini ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva.

4.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-dejta tal-ispezzjonijiet tagħmilha possibbli li tiġi rkuprata kwalunkwe dejta rilevanti rrappurtata mill-Istati Membri għall-fini ta' monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha b'mod regolari teżamina mill-ġdid il-bażi tad-dejta biex tissorvelja l-implimentazzjoni tad-Direttiva u tiġbed l-attenzjoni għal kwalunkwe dubju rigward l-implimentazzjoni komprensiva bil-għan li tinstiga azzjoni korrettiva.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambji ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-esperti, inklużi dawk mis-settur privat, dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-portijiet tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha tipprevedi l-organizzazzjoni ta' skambji ta' esperjenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri u l-esperti, inklużi dawk mis-settur privat u mis-soċjetà ċivili, dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fil-portijiet tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-iskambju tal-esperjenza m'għandux ikun biss bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-esperti mis-settur privat, iżda għandu jinkludi wkoll esperti mis-soċjetà ċivili.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard minn ... [12-il xahar wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva] u sussegwentement kull sentejn, jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki tagħhom rigward il-ġestjoni sostenibbli tal-iskart abbord il-bastimenti u fil-portijiet tagħhom. Sitt xhur wara kull skadenza tar-rapportar, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dawn l-aħjar prattiki sabiex tipprovdi gwida għall-progress lejn l-objettivi ta' din id-Direttiva.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a – paragrafu 1 – punt 1 (ġdid)

Direttiva 2005/35/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Emendi għad-Direttiva 2005/35/KE

 

Id-Direttiva 2005/35/KE hija emendata kif ġej:

 

(1)  Fl-Artikolu 2, il-punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. "Sustanzi li jniġġżu" għandha tfisser is-sustanzi koperti mill-Annessi I (żejt) II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa) tal-Marpol 73/78.

2.  "sustanzi li jniġġżu" għandha tfisser is-sustanzi koperti mill-Annessi I (żejt), II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa), IV (drenaġġ), V (żibel) u VI (residwi relatati mat-tniġġis tal-arja) tal-MARPOL 73/78, fil-verżjoni aġġornata tagħha;"

((https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02005L0035-20091116) (Marbuta mal-emenda l-ġdida tal-Artikolu 20a (ġdid) li tipproponi li tiġi modifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis Ikkawżat minn Vapuri.))

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2005/35/KE toħloq regoli dwar l-impożizzjoni ta' penali f'każ ta' rimi ta' sustanzi li jniġġsu minn vapuri. Attwalment hija tkopri biss l-iskart fl-Annessi I (żejt) u II (sustanzi likwidi noċivi bil-grossa) tal-MARPOL. Hija għandha tiġi emendata sabiex tinkludi r-rimi skont l-Anness IV (drenaġġ), l-Anness V (żibel) u VI (residwi relatati mat-tniġġis tal-arja). Dan ir-rimi, jekk isir b'intenzjoni, b'mod bla kont jew b'negliġenza serja, għandu jitqies ukoll bħala reat kriminali.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a – paragrafu 1 – punt 2 (ġdid)

Direttiva 2005/35/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2)   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fi kwalunkwe żona msemmija fl-Artikolu 3(1) m'għandux jitqies bħala ksur, jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1 jew 4.3 jew fl-Anness II, Regolamenti 13, 3.1.1 jew 3.1.3 tal-Marpol 73/78.

“1.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fi kwalunkwe waħda miż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1) m'għandux jitqies bħala ksur, jekk ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolamenti 15, 34, 4.1 jew 4.3, fl-Anness II, Regolamenti 13, 3.1.1 jew 3.1.3, fl-Anness IV, Regolamenti 3 u 11, fl-Annes V, Regolamenti 4, 5, 6 jew 7, jew fl-Anness VI, Regolament 3, tal-MARPOL 73/78, fil-verżjoni aġġornata tagħha."

((https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02005L0035-20091116) (Marbuta mal-emenda l-ġdida tal-Artikolu 20a (ġdid) li tipproponi li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis Ikkawżat minn Vapuri.))

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-emenda tad-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-eċċezzjonijiet jeħtieġ li jiġu mmodifikati kif xieraq. L-eċċezzjonijiet għandhom jirriflettu dawk tal-MARPOL.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a – paragrafu 1 – punt 3 (ġdid)

Direttiva 2005/35/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3)   Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c), (d) u (e) ma għandux jitqies bħala ksur minn-naħa tas-sid, tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ, jekk ir-rimi jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolament 4.2 jew fl-Anness II, Regolament 3.1.2. tal-Marpol 73/78.

"2.   Ir-rimi ta' sustanzi li jniġġsu fiż-żoni msemmija fl-Artikolu 3(1)(c), (d) u (e) ma għandux jitqies bħala ksur minn-naħa tas-sid, tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ, jekk ir-rimi jkun jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Regolament 4.2, fl-Anness II, Regolament 3.1.2, fl-Anness IV, Regolamenti 3 u 11, fl-Anness V, Regolamenti 4, 5, 6 jew 7, jew fl-Anness VI, Regolament 3, tal-MARPOL 73/78 fil-verżjoni aġġornata tagħha."

((https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02005L0035-20091116) (Marbuta mal-emenda tal-Artikolu 20a (ġdid) li tipproponi li tiġi mmodifikata d-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu fid-Direttiva dwar it-Tniġġis Ikkawżat minn Vapuri.))

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-emenda tad-definizzjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-eċċezzjonijiet jeħtieġ li jiġu mmodifikati kif xieraq. L-eċċezzjonijiet għandhom jirriflettu dawk tal-MARPOL. Għas-sustanzi li jniġġsu li jaqgħu fl-ambitu tal-Anness IV, V jew VI, m'hemm l-ebda raġuni biex jiġu applikati eċċezzjonijiet differenti għall-istretti, għaż-żoni ekonomiċi esklużivi jew għall-ibħra internazzjonali.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Anness 4 – sottotitolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kategoriji tal-ispejjeż għall-operat u l-amministrazzjoni ta' PRF

Il-kategoriji tal-ispejjeż u d-dħul nett relatati mal-operat u l-amministrazzjoni tal-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-portijiet (PRF)

Ġustifikazzjoni

Id-dħul nett għandu jiġi indikat ukoll. Dawn għandhom jintużaw, fost l-oħrajn, biex ikopru l-ispejjeż tal-iskart mistad b'mod passiv.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Anness 4 – kolonna 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dħul nett

 

Ir-rikavati netti minn skemi ta' ġestjoni tal-iskart u finanzjament nazzjonali/reġjonali inklużi l-elementi ta' dħul elenkati hawn taħt.

 

-  Benefiċċji netti ġejjin minn skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur;

 

-  Dħul nett ieħor mill-ġestjoni tal-iskart bħalma huma l-iskemi ta' riċiklaġġ;

 

-  Finanzjament fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

 

-  Finanzjament ieħor jew sussidji oħra disponibbli għall-portijiet għall-ġestjoni tal-iskart u għas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi indikat id-dħul nett. Dawn għandhom jintużaw biex ikopru l-ispejjeż tal-iskart mistad b'mod passiv.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Anness 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS 4a

 

REKWIŻITI LI L-BASTIMENTI LI M'HUMIEX BASTIMENTI TAS-SAJD IRIDU JISSODISFAW BIEX IKUNU ELIĠIBBLI GĦAL TNAQQIS FIT-TARIFFA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 8(5)

 

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati għal kwalunkwe bastiment għajr il-bastimenti tas-sajd sabiex ikun eliġibbli għal tnaqqis tat-tariffa:

 

a)  l-adozzjoni ta' pjan ta' ġestjoni għat-tnaqqis taż-żibel b'miżuri u proċeduri sabiex jiġi mminimizzat it-teħid abbord ta' materjal li jista' jsir skart;

 

b)  l-istabbiliment ta' miżuri u proċeduri għat-tnaqqis taż-żibel iġġenerat matul l-akkwist tal-provvisti u l-proviżjonijiet, inkluż:

 

-  l-użu ta' provvisti li jiġu fi kwantitajiet kbar u f'imballaġġ irriċiklat jew f'imballaġġ u kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw;

 

-  l-evitar tal-użu ta' tazzi, pożati, platti, srievet, ċraret u oġġetti oħrajn ta' konvenjenza li jintużaw darba biss, kull meta jkun possibbli;

 

-  l-evitar ta' provvisti li jkunu magħmula mill-plastik jew li jkunu ppakkjati fil-plastik, sakemm ma jkunux iddisinjati speċifikament għall-użu mill-ġdid;

 

c)  l-istabbiliment ta' miżuri u proċeduri biex jitnaqqas iż-żibel iġġenerat waqt l-għażla tal-materjali għall-istivar, u l-iżgurar u l-protezzjoni tal-merkanzija mill-kundizzjonijiet tat-temp, inkluż:

 

-  l-użu ta' għata permanenti li tista' terġa' tintuża għall-protezzjoni tal-merkanzija minflok għata tal-plastik li tintuża darba biss jew riċiklabbli;

 

-  l-użu ta' sistemi u metodi tal-istivar li jużaw mill-ġdid il-materjali tal-paljoli, tal-puntali, tal-kisi u tal-ippakkjar;

 

d)  l-implimentazzjoni tas-separazzjoni u l-ġbir fis-sors, inkluż il-forniment ta' kontenituri għaż-żibel li jkollhom marki li jiddistingwuhom abbord il-bastiment, li fihom jitpoġġa u jiġi separat iż-żibel kif ikun qed jiġi ġġenerat;

 

e)  l-għoti ta' taħriġ lill-ekwipaġġ u li jiddaħħlu fis-seħħ proċeduri operattivi biex jiġi limitat ir-rimi aċċidentali jew intenzjonat ta' kwalunkwe skart;

 

f)  l-implimentazzjoni ta' proċeduri dixxiplinari u li jkun hemm sanzjonijiet għal imġiba ħażina tal-impjegati li twassal għar-rimi ta' skart fil-baħar;

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti sabiex wieħed ikun eleġibbli għal tnaqqis tat-tariffa għandhom jitniżżlu f'Anness. Dawk ir-rekwiżiti huma bbażati fuq il-linji gwida tal-MARPOL. Id-dispożizzjonijiet dwar it-taħriġ tal-ekwipaġġ u l-proċeduri dixxiplinari ġew miżjuda mir-rapporteur.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Anness 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS 4b

 

REKWIŻITI LI JRIDU JISSODISFAW IL-BASTIMENTI TAS-SAJD BIEX IKUNU ELIĠIBBLI GĦAL TNAQQIS FIT-TARIFFA KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 8(5)

 

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu ssodisfati għall-bastimenti tas-sajd sabiex ikunu eliġibbli għal tnaqqis tat-tariffa:

 

1.  Għall-bastimenti kollha tas-sajd:

 

-  l-akkwist ta' rkaptu u komponenti tas-sajd li jkunu mfassla biex jippromwovu l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fi tmiem il-ħajja;

 

-  it-taħriġ sabiex jiġi evitat u rkuprat it-telf;

 

-  il-konsenja tal-iskart mistad b'mod passiv fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd lill-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart;

 

2.  Minbarra l-punt 1, għall-bastimenti tas-sajd itwal minn 12-il metru:

 

a)  l-adozzjoni ta' pjan ta' ġestjoni għat-tnaqqis taż-żibel b'miżuri u proċeduri sabiex jiġi mminimizzat it-teħid abbord ta' materjal li jista' jsir skart;

 

b)  l-istabbiliment ta' miżuri u proċeduri għat-tnaqqis taż-żibel iġġenerat matul l-akkwist tal-provvisti u l-proviżjonijiet, inkluż:

 

-  l-użu ta' provvisti li jiġu fi kwantitajiet kbar u f'imballaġġ irriċiklat jew f'imballaġġ u kontenituri li jistgħu jerġgħu jintużaw;

 

-  l-evitar tal-użu ta' tazzi, pożati, platti, srievet, ċraret u oġġetti oħrajn ta' konvenjenza li jintużaw darba biss, kull meta jkun possibbli;

 

-  l-evitar ta' provvisti li jkunu magħmula mill-plastik jew li jkunu ppakkjati fil-plastik, sakemm ma jkunux iddisinjati speċifikament għall-użu mill-ġdid;

 

c)  l-istabbiliment ta' miżuri u proċeduri biex jitnaqqas iż-żibel iġġenerat waqt l-għażla tal-materjali għall-istivar u l-iżgurar u l-protezzjoni tal-merkanzija mill-kundizzjonijiet tat-temp, inkluż:

 

-  l-użu ta' għata permanenti li tista' terġa' tintuża għall-protezzjoni tal-merkanzija minflok għata tal-plastik li tintuża darba biss jew riċiklabbli;

 

-  l-użu ta' sistemi u metodi tal-istivar li jużaw mill-ġdid il-materjali tal-paljoli, tal-puntali, tal-kisi u tal-ippakkjar;

 

d)  l-implimentazzjoni tas-separazzjoni u l-ġbir fis-sors, inkluż il-forniment ta' kontenituri għaż-żibel li jkollhom marki li jiddistingwuhom abbord il-bastiment, li fihom jitpoġġa u jiġi separat iż-żibel kif ikun qed jiġi ġġenerat;

 

e)  l-għoti ta' taħriġ lill-ekwipaġġ u li jiddaħħlu fis-seħħ proċeduri operattivi biex jiġi limitat ir-rimi aċċidentali jew intenzjonat ta' kwalunkwe skart;

 

f)  l-implimentazzjoni ta' proċeduri dixxiplinari u li jkun hemm sanzjonijiet għal imġiba ħażina tal-impjegati li twassal għar-rimi ta' skart fil-baħar;

 

3.  Minbarra l-punt 1, għall-bastimenti tas-sajd b'tul ta' inqas minn 12-il metru li joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tagħhom jew li qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar:

 

-  il-preżenza ta' tagħmir abbord biex jirkupraw l-irkaptu mitluf.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji għal tnaqqis tat-tariffa għal bastimenti tas-sajd għandhom ikunu stipulati f'Anness. Xi rekwiżiti għandhom japplikaw għall-bastimenti kollha tas-sajd, u wħud b'żieda biss għal dawk ta' daqs medju/kbir jew żgħar. Biex jikkwalifikaw għal tnaqqis fit-tariffa, il-bastimenti tas-sajd kollha għandhom jakkwistaw xbieki li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jkunu riċiklabbli. Il-bastimenti tas-sajd ta' daqs medju/kbir għandhom jadottaw miżuri għat-tnaqqis taż-żibel ibbażati fuq il-linji gwida tal-MARPOL. Il-bastimenti tas-sajd żgħar għandu jkollhom inċentiv biex ikollhom tagħmir abbord sabiex jirkupraw l-irkaptu mitluf.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart minn bastimenti

Referenzi

COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

5.2.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.2.2018

Associated committees - date announced in plenary

31.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bas Eickhout

7.3.2018

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Catherine Bearder, Simona Bonafè, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, José Inácio Faria, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, Jean-François Jalkh, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Jiří Maštálka, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, John Procter, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Linnéa Engström, Elena Gentile, Carolina Punset, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Santiago Fisas YXELITÀ, Tonino Picula, Lieve Wierinck

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Catherine Bearder, Carolina Punset, Lieve Wierinck

GUE/NGL

Jiří Maštálka

PPE

Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Santiago Fisas Ayxelà, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Giovanni La Via, Peter Liese, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

José Blanco López, Simona Bonafè, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jytte Guteland, Jo Leinen, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Tonino Picula, Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Linnéa Engström, Davor Škrlec, Bart Staes

1

-

ECR

John Procter

6

0

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha

ENF

Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh

PPE

Elisabetta Gardini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (13.7.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE

(COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Cláudia Monteiro de Aguiar

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-Għan 14 ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti jiġbed l-attenzjoni għat-theddidiet ta' tniġġis tal-baħar u tan-nutrijenti, it-tnaqqis tar-riżorsi u t-tibdil fil-klima, li kollha huma kkawżati primarjament minn azzjonijiet tal-bniedem. Dawk it-theddidiet ipoġġu aktar pressjoni fuq sistemi ambjentali, bħall-bijodiversità u l-infrastruttura naturali, filwaqt li joħolqu problemi soċjoekonomiċi globali, inklużi riskji għas-saħħa, is-sikurezza u finanzjarji. L-Unjoni Ewropea jenħtieġ li taħdem biex tipproteġi l-ispeċijiet tal-baħar u tappoġġa lill-persuni li jiddependu mill-oċeani, kemm jekk tkun għall-impjieg, ir-riżorsi jew id-divertiment.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) L-inizjattivi tas-settur tas-sajd li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iskart mis-sajd jew li jirkupraw l-iskart tal-plastik, inkluż irkaptu tas-sajd mitluf, jenħtieġ li jintlaqgħu tajjeb.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas” u l-ġerarkija tal-iskart, li titlob preċedenza tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart fuq tipi oħra ta’ rkupru u rimi tal-iskart u tesiġi l-istabbiliment ta’ sistemi għall-ġbir separat tal-iskart. Dawn l-obbligi japplikaw ukoll għall-immaniġġjar ta’ skart minn bastimenti.

(11) Id-Direttiva 2008/98/KE tistabbilixxi l-prinċipji ewlenin tal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż il-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas" u l-ġerarkija tal-iskart, li titlob preċedenza tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart fuq tipi oħra ta' rkupru u rimi tal-iskart u tesiġi l-istabbiliment ta' sistemi għall-ġbir separat tal-iskart. Barra minn hekk, il-kunċett ta' responsabbiltà estiża tal-produttur huwa prinċipju gwida tal-liġi tal-Unjoni dwar l-iskart, li abbażi tiegħu l-produtturi huma responsabbli għall-impatti ambjentali tal-prodotti tagħhom matul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom. Dawk l-obbligi japplikaw ukoll għall-immaniġġjar ta' skart minn bastimenti.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) F'ċerti Stati Membri, ġew stabbiliti skemi li jipprovdu finanzjament għas-sajjieda għall-ispejjeż li jistgħu jġarrbu b'riżultat tal-konsenja fuq l-art ta' skart ta' rkaptu tas-sajd jew skart mistad attivament jew passivament. Dawk l-iskemi jistgħu jiġu appoġġati minn skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur, li jistgħu jikkomplementaw is-sistemi ta' rkupru tal-ispejjeż stabbiliti f'konformità ma' din id-Direttiva. Bħala tali, jenħtieġ li dawk is-sistemi ta' rkupru tal-ispejjeż ma joħolqux diżinċentiv biex bastimenti tas-sajd u komunitajiet tal-portijiet jipparteċipaw fi skemi eżistenti ta' konsenja għal skart mistad attivament jew passivament.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Sabiex jippromwovu l-konsenja tal-iskart mistad b'mod passiv maqbud fix-xbieki matul l-operazzjonijiet normali tas-sajd, l-Istati Membri jenħtieġ li jkopru l-ispejjeż assoċjati mal-ġbir tiegħu fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u mal-immaniġġjar sussegwenti tiegħu, permezz tad-dħul iġġenerat minn sorsi alternattivi.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li din id-Direttiva tindirizza wkoll l-iskart mistad b'mod passiv. Il-konsenja ta' skart mistad b'mod passiv jenħtieġ li ma tirriżultax fi spejjeż addizzjonali għall-bastimenti tas-sajd. L-ispejjeż tal-ġbir ta' skart mistad b'mod passiv fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u t-trattament sussegwenti jenħtieġ li jkunu ffinanzjati permezz ta' sorsi alternattivi ta' dħul.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-kunċett ta' “Bastiment ekoloġikament sensittiv” għandu jiġi żviluppat aktar fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart, b’mod sistema effettiva ta’ premjazzjoni tkun tista’ tiġi implimentata għal dawk il-bastimenti li jnaqqsu l-iskart tagħhom abbord.

(19) Il-kunċett ta' "Bastiment ekoloġikament sensittiv" għandu jiġi implimentat fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi madwar l-Unjoni, b'mod li sistema effettiva ta' premjazzjoni tkun tista' tiġi implimentata għal dawk il-bastimenti li jnaqqsu l-iskart tagħhom abbord, f'konformità mal-aħjar prattiki u l-linji gwida tal-2017 tal-IMO għall-implimentazzjoni tal-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-iskart jinkiseb primarjament permezz ta' segregazzjoni effettiva tal-iskart abbord f'konformità mal-linji gwida tal-IMO għall-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL u l-istandards żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett ta' "Bastiment ekoloġikament sensittiv" għandu jiġi implimentat issa stess, partikolarment peress li diġà jeżistu linji gwida ċari dwar dan.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) L-irkaptu tas-sajd tal-plastik għandu potenzjal għoli ta' riċiklaġġ, b'mod partikolari meta jkun imfassal kif xieraq. Għaldaqstant, f'konformità mal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas, jenħtieġ li jiġu stabbiliti skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur biex jiffinanzjaw il-ġestjoni tajba tal-iskart għall-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tiegħu u biex jinkisbu rati għolja ta' ġbir.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti għal "responsabbiltà estiża tal-produttur" (EPR) għandhom ukoll jiġu stabbiliti għall-irkaptu tas-sajd.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32a)   Il-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE, jenħtieġ li jitqiesu meta tiġi żgurata l-adegwatezza tal-faċilitajiet ta' akkoljenza tal-port f'reġjuni li jista' jkun li ma jkunux jistgħu jikkonformaw magħhom. L-istatus speċjali tagħhom jenħtieġ għalhekk li jittieħed kont tiegħu. Għal dik ir-raġuni, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottaw miżuri ta' finanzjament speċifiċi sabiex ikunu jistgħu jiżguraw id-disponibbiltà ta' faċilitajiet ta' akkoljenza adegwati.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  “skart minn bastimenti” tfisser kull skart, inkluż il-fdalijiet tal-merkanzija, li huma ġġenerati matul is-servizz ta’ bastiment jew matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet ta’ tindif, jew skart li jinġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, u li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL;

(c)  "skart minn bastimenti" tfisser kull skart, inkluż il-fdalijiet tal-merkanzija, li huma ġġenerati matul is-servizz ta' bastiment jew matul it-tagħbija, ħatt jew operazzjonijiet ta' tindif, u li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL.

Ġustifikazzjoni

Il-forom kollha ta' skart relatati mas-sajd għandhom jiġu definiti sabiex jiġi garantit li obbligi inġusti jiġu esklużi, bħal tali skart tal-ħut marbut ma' operazzjoni abbord.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "skart minn bastimenti tas-sajd" tfisser kull skart li huwa ġġenerat matul is-servizz ta' bastiment tas-sajd jew matul operazzjonijiet ta' tagħbija, ħatt u tindif, u jaqa' direttament u individwalment taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI tal-MARPOL, iżda eskluż ħut sħiħ frisk jew mhux frisk minn attivitajiet tas-sajd li jsiru matul il-vjaġġ jew f'attivitajiet tal-akkwakultura.

Ġustifikazzjoni

Il-forom kollha ta' skart relatati mas-sajd għandhom jiġu definiti sabiex jiġi garantit li obbligi inġusti jiġu esklużi, bħal tali skart tal-ħut marbut ma' operazzjoni abbord.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  "skart miġbur passivament" tfisser skart li jinġabar fi xbieki matul operazzjonijiet tas-sajd.

Ġustifikazzjoni

Il-forom kollha ta' skart relatati mas-sajd għandhom jiġu definiti sabiex jiġi garantit li obbligi inġusti jiġu esklużi, bħal tali skart tal-ħut marbut ma' operazzjoni abbord.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  "skart miġbur attivament" tfisser skart li jinġabar matul vjaġġi mhux tas-sajd bl-għan waħdieni li jitneħħa l-iskart tal-baħar mill-baħar;

Ġustifikazzjoni

Il-forom kollha ta' skart relatati mas-sajd għandhom jiġu definiti sabiex jiġi garantit li obbligi inġusti jiġu esklużi, bħal tali skart tal-ħut marbut ma' operazzjoni abbord.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "vjaġġ tas-sajd" tfisser kull vjaġġ ta' bastiment tas-sajd li matulu jitwettqu attivitajiet tas-sajd, mill-mument li fih il-bastiment tas-sajd jitlaq mill-port u sal-wasla lura fil-port jew f'port ieħor fejn isir il-ħatt;

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għal irkaptu tas-sajd u komponenti tal-irkaptu tas-sajd li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, u jinkludu kontribuzzjonijiet finanzjarji modulati li jħeġġu t-tqegħid fis-suq ta' rkaptu tas-sajd maħsub biex jippromwovi r-riċiklaġġ;

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR) obbligatorji f'konformità mal-kundizzjonijiet operattivi minimi kif stabbiliti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart riveduta, b'enfasi fuq it-tariffi mmodulati biex jinkoraġġixxu d-disinn ta' rkaptu li jkun faċilment riċiklabbli.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi, rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw miżuri ta' finanzjament speċifiċi sabiex ikunu jistgħu jiżguraw id-disponibbiltà ta' faċilitajiet ta' akkoljenza adegwati. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jingħataw deroga ta' sentejn dwar l-obbligi ddikjarati hawn fuq għar-reġjuni ultraperiferiċi tagħhom, jekk dawk ir-reġjuni jitqiesu li ma jkunux jistgħu jiżguraw l-adegwatezza tal-faċilitajiet ta' akkoljenza fil-portijiet.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-portijiet żgħar mingħajr persunal jew dawk li jinsabu f’postijiet remoti, sakemm l-Istat Membru ta’ fejn dan ikun jinsab il-port ta’ dan it-tip ikun irrapporta dan it-tagħrif b’mod elettroniku fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta’ din id-Direttiva.

Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika għall-portijiet mingħajr persunal, għal portijiet żgħar jew dawk li jinsabu f'postijiet remoti, sakemm l-Istat Membru ta' fejn dan ikun jinsab il-port ta' dan it-tip ikun irrapporta dan it-tagħrif b'mod elettroniku fil-parti tas-sistema tal-informazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar imsemmija fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Kull meta bastiment qed jikkonsenja l-iskart tiegħu f'jiem mhux tax-xogħol jew barra l-ħinijiet normali tax-xogħol f'portijiet żgħar, huwa probabbli li dawn il-portijiet ikollhom ftit wisq persunal, u l-bastiment jista' ma jiksibx l-irċevuta tal-konsenja tal-iskart.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jekk it-tagħmir tas-sajd mitluf ma jistax jiġi rkuprat, il-kaptan tal-bastiment għandu jdaħħal l-informazzjoni dwar dan fil-ġurnal ta' abbord. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kostali.

 

L-informazzjoni dwar l-irkaptu tas-sajd mitluf għandha tinġabar u tiġi rreġistrata mill-Istati Membri u għandha tiġi trażmessa kull sena lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-abbozz tar-rapport fil-Kumitat TRAN, il-Kumitat responsabbli, fih rekwiżiti simili iżda kieku jinkludi delega ta' awtorità lill-Kummissjoni fir-rigward tal-format ta' rappurtar. L-adattament tar-rekwiżiti għall-kliem tal-Artikolu 1(42) tal-proposta għal Regolament fir-rigward tal-kontrolli tas-sajd (COM(2018)368 final) jevita l-ħolqien ta' rekwiżiti potenzjalment diverġenti.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Jekk il-port tal-waqfa li jmiss ikun jinsab barra l-Unjoni, jew ikun hemm raġunijiet li jagħtu lil wieħed x'jifhem li dak il-port ma għandux disponibbli faċilitajiet xierqa, jew dak il-port ma jkunx magħruf, l-Istat Membru għandu jirrikjedi lill-bastiment li jikkonsenja l-iskart tiegħu qabel it-tluq.

7. Jekk il-port tal-waqfa li jmiss ikun jinsab barra l-Unjoni, u jkun hemm raġunijiet li jagħtu lil wieħed x'jifhem li dak il-port ma għandux disponibbli faċilitajiet xierqa, jew dak il-port ma jkunx magħruf, l-Istat Membru għandu jirrikjedi lill-bastiment li jikkonsenja l-iskart tiegħu qabel it-tluq.

Ġustifikazzjoni

Wisq inqas meta l-bastimenti għandhom biżżejjed kapaċità ta' ħżin biex jibqgħu joperaw mingħajr ma jkollhom bżonn jikkonsenjaw parzjalment l-iskart, iżda l-aktar importanti fid-dawl tal-Brexit, huwa strett wisq ir-rekwiżit li l-bastimenti jikkonsenjaw l-iskart kollu lil port tal-Unjoni Ewropea qabel it-tluq. Pereżempju, l-eżenzjoni ma tkunx applikabbli għal bastiment tas-sajd li jitlaq minn Franza, iħott l-art il-ħut f'port tar-Renju Unit u jirritorna. Dan jgħodd għar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tal-operat ta’ faċilitajiet ta’ akkoljenza tal-portijiet għall-akkoljenza u l-ipproċessar tal-iskart mill-bastimenti, għajr il-fdalijiet tal-merkanzija, għandhom ikunu koperti permezz tal-ġbir ta’ tariffa mill-bastimenti. Dawk l-ispejjeż jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness 4.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż tal-operat ta' faċilitajiet ta' akkoljenza tal-portijiet għall-akkoljenza u l-ipproċessar tal-iskart mill-bastimenti, għajr il-fdalijiet tal-merkanzija, ikunu koperti minn għaqda ta' tariffi miġbura mill-bastimenti, dħul minn skemi ta' ġestjoni tal-iskart u fondi oħrajn. Dawk l-ispejjeż jinkludu l-elementi elenkati fl-Anness 4.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sabiex tipprovdi inċentiv massimu għall-konsenja tal-iskart kif definit fl-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL, inkluż l-iskart li jkun inġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd, it-tariffa li għandha titħallas għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-port għall-iskart għal dan l-iskart, sabiex tiżgura d-dritt ta’ konsenja mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali;

(c)  sabiex tipprovdi inċentiv massimu għall-konsenja tal-iskart kif definit fl-Anness V tal-Konvenzjoni MARPOL, l-iskart li jkun inġabar attivament jew passivament minn bastimenti tas-sajd għandu jkun eżenti mill-applikazzjoni tal-iskema ta' tariffa diretta stabbilita f'din id-Direttiva. It-tariffa li għandha titħallas għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-faċilitajiet tal-akkoljenza tal-port għal dan l-iskart, sabiex tiżgura d-dritt ta' konsenja mingħajr l-ebda spejjeż diretti addizzjonali.

 

Miżuri oħra jistgħu jiġu stabbiliti u ffinanzjati fil-livell nazzjonali u reġjonali sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u sabiex jipprovdu inċentivi għas-sajjieda biex b'mod attiv u passiv jiġbru l-iskart.

 

Sabiex jiġi evitat li l-ispejjeż tal-ġbir fil-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet u tat-trattament sussegwenti tal-iskart mistad b'mod passiv isofruhom biss l-utenti tal-port, l-Istati Membri għandhom ikopru dawn l-ispejjeż kollha kemm huma mid-dħul iġġenerat mis-sorsi alternattivi ta' dħul elenkati fl-Anness 4;

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. It-tariffi jistgħu ivarjaw rigward, fost ħwejjeġ oħra, il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment u t-tip ta’ traffiku li l-bastiment ikun involut fih, kif ukoll fir-rigward ta’ servizzi pprovduti barra l-ħin normali tal-ħidma fil-port.

4. It-tariffi jistgħu ivarjaw rigward, fost ħwejjeġ oħra, il-kategorija, it-tip u d-daqs tal-bastiment, ir-rikonoxximent ta' "Bastiment ekoloġikament sensittiv" u t-tip ta' traffiku li l-bastiment ikun involut fih, id-diversi tipi u kategoriji ta' skart definiti fl-Anness 3 u għad-diversi tipi ta' akkoljenza skont it-tip ta' port, kif ukoll fir-rigward ta' servizzi pprovduti barra l-ħin normali tal-ħidma fil-port.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. It-tariffi għandhom jiġu mnaqqsa jekk id-disinn, it-tagħmir u l-operat tal-bastiment huma tali li jkun jista’ jintwera li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta’ skart, u jimmaniġġja l-iskart tiegħu b’mod sostenibbli u li jirrispetta lill-ambjent. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 19, sabiex tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit bastiment li jkun jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati f’dan il-paragrafu fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart abbord tal-bastiment.

5. It-tariffi għandhom jiġu mnaqqsa jekk id-disinn, it-tagħmir u l-operat tal-bastiment huma tali li jkun jista' jintwera li l-bastiment jipproduċi kwantitajiet imnaqqsa ta' skart, jew jimmaniġġja l-iskart tiegħu b'mod sostenibbli u li jirrispetta lill-ambjent permezz ta' separazzjoni tal-iskart abbord skont il-pjanijiet ta' ġestjoni stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 19, sabiex tiddefinixxi l-kriterji sabiex jiġi stabbilit bastiment li jkun jissodisfa r-rekwiżiti ddikjarati f'dan il-paragrafu fir-rigward tal-ġestjoni tal-iskart abbord tal-bastiment.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-arranġament skont il-punt (b) ikun evidenzjat b’kuntratt iffirmat ma’ port jew ma’ kuntrattur tal-iskart, b’irċevuti tal-konsenja tal-iskart u b’konferma li l-arranġament ġie aċċettat mill-portijiet kollha tul ir-rotta tal-bastiment. L-arranġament għall-konsenja u għall-ħlas tat-tariffa jrid isir f’port li jkun jinsab fl-Unjoni sabiex jikkostitwixxu biżżejjed evidenza skont dan il-paragrafu.

(c)  l-arranġament skont il-punt (b) ikun evidenzjat b'kuntratt iffirmat ma' port jew ma' kuntrattur tal-iskart, u b'irċevuti tal-konsenja tal-iskart. L-arranġament għall-konsenja u għall-ħlas tat-tariffa jrid isir f'port li jkun jinsab fl-Unjoni sabiex jikkostitwixxu biżżejjed evidenza skont dan il-paragrafu.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li l-portijiet kollha fuq ir-rotta tal-bastiment għandhom espressament jaċċettaw u jikkonfermaw li bastiment ikun iddeċieda li jikkonsenja l-iskart tiegħu, skont skema tal-iskart, f'port partikolari, iżid burokrazija żejda u piż tax-xogħol kemm għall-bastimenti tas-sajd kif ukoll għall-awtoritajiet tal-port, filwaqt li ma jikkontribwixxix għall-kisba tal-objettivi stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Dispożizzjonijiet tal-Istati Membri

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-portijiet kollha jipprovdu akkoljenza lill-bastimenti tas-sajd, bl-eċċezzjoni ta' portijiet remoti jew dawk b'għadd żgħir biss ta' bastimenti tas-sajd, jistabbilixxu inizjattivi ta' sajd għall-iskart biex jiġu mħeġġa l-ġbir u l-kejl ta' skart mistad b'mod passiv minn attivitajiet normali ta' sajd. 

 

2. Tali skemi għandhom jiġu stabbiliti skont il-linji gwida stipulati fir-Rakkomandazzjoni OSPAR 2016/1 dwar it-tnaqqis tal-iskart fil-baħar permezz tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi ta' sajd għall-iskart. 

 

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu u jżommu fond nazzjonali biex jappoġġaw il-ġbir ta' skart mistad b'mod passiv minn bastimenti tas-sajd. Il-Fond jista' jintuża biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-inizjattivi ta' sajd għall-iskart, inkluż id-dispożizzjoni ta' faċilitajiet ta' ħżin ta' skart abbord, il-monitoraġġ ta' skart mistad b'mod passiv, l-edukazzjoni u l-promozzjoni ta' parteċipazzjoni volontarja fl-inizjattiva, l-ispejjeż ta' trattament tal-iskart u biex jiġu koperti l-ispejjeż ta' persunal meħtieġa għall-funzjonament ta' skemi bħal dawn. 

 

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li data dwar il-kwantitajiet ta' skart mistad b'mod passiv hija miġbura u maħżuna f'bażi tad-data nazzjonali jew reġjonali għall-finijiet ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-fondi nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru  [sentejn wara l-adozzjoni], u wara dan għandhom jissottomettu rapporti biennali kull sentejn dwar l-attivitajiet iffinanzjati taħt dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Fishing for litter initiatives were first launched in 2002 in Sweden. Quantities of waste collected by such schemes can be substantial. The OSPAR Convention adopted guidelines on how to develop a fishing for litter project (OSPAR Agreement 2017-08). Such schemes are voluntary but require significant engagement to ensure that vessel crew participate in the scheme. Fishing vessels must be provided with a large, sturdy bag to separately collect waste that has been passively fished, and once back at port the waste should be weighed and the data collected before disposal. Due to the monetary cost involved in the establishment and running of such schemes, it is possible that the 100% indirect fee for garbage delivery fees in ports could be increased substantially to cover these costs. As most of the passively fished waste would not have originated from fishing activities, there is an argument that fishing vessels should not be obliged to pay for it. Indeed if they were this would provide an incentive to not participate in such activities. A national fund would spread the costs for fishing for litter across all maritime users in that area.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 9b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9b

 

Ir-Responsabbiltà Estiża tal-Produttur

 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur għall-irkaptu tas-sajd u l-komponenti tal-irkaptu tas-sajd. Minbarra r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 8a tad-Direttiva 2008/98/KE, dawk l-iskemi għandhom jinkludu tariffa modulata biex tħeġġeġ it-tqegħid fis-suq ta' tagħmir tas-sajd iddisinjat u ppreparat għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jimplimentaw skemi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR) obbligatorji f'konformità mar-rekwiżiti minimi kif stabbiliti fid-Direttiva Qafas dwar l-Iskart riveduta, b'enfasi fuq tariffi mmodulati biex iħeġġu d-disinn ta' rkaptu li jkun faċilment riċiklabbli.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Anness 4 – tabella – kolonna 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dħul

 

Ir-rikavati mill-iskema tar-responsabbiltà estiża tal-produttur (EPR) u finanzjament nazzjonali/reġjonali, inklużi l-elementi ta' dħul elenkati hawn taħt.

 

- Ġbir, trasport u trattament għal skart miġbur mhux separat (skart kopert mill-EPR iżda li ma jidħolx fil-kanal tal-ġbir separat, eż. skart miġbur flimkien ma' skart muniċipali mħallat);

 

- Għoti ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni pubblika;

 

- Azzjonijiet ta' prevenzjoni tal-iskart;

 

- Prevenzjoni u ġestjoni tal-iskart;

 

- Infurzar u sorveljanza tas-sistema EPR (inklużi verifika, miżuri kontra l-opportunisti, eċċ.);

 

- Amministrazzjoni, komunikazzjoni, ġestjoni tad-data u rappurtar b'rabta mal-operazzjoni ta' skemi kollettivi;

 

- Finanzjament taħt il-FEMS;

 

- Finanzjament jew sussidji oħrajn disponibbli għall-portijiet għal ġestjoni tal-iskart u s-sajd.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Anness 4 - sottotitolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kategoriji tal-ispejjeż għall-operat u l-amministrazzjoni ta’ PRF

Il-kategoriji tal-ispejjeż u d-dħul nett b'rabta mal-operat u l-amministrazzjoni ta' PRF

Ġustifikazzjoni

Ikun tajjeb li jiġi speċifikat ukoll id-dħul nett, peress li dan għandu jintuża inter alia biex ikopri l-ispejjeż iġġenerati minn skart mistad b'mod passiv.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Anness 4 – tabella – kolonna 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dħul nett

 

Ir-rikavati netti minn skemi tal-ġestjoni tal-iskart u finanzjament nazzjonali/reġjonali, inklużi l-elementi ta' dħul elenkati hawn taħt.

 

Benefiċċji netti ġejjin minn skemi ta' responsabbiltà estiża tal-produttur.

 

–Dħul nett ieħor mill-ġestjoni tal-iskart bħall-iskemi ta' riċiklaġġ.

 

–Finanzjament fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.

 

–Finanzjament jew sussidji oħrajn disponibbli għall-portijiet għal ġestjoni tal-iskart u s-sajd.

Ġustifikazzjoni

Ikun tajjeb li jiġi speċifikat ukoll id-dħul nett, peress li dan għandu jintuża inter alia biex ikopri l-ispejjeż iġġenerati minn skart mistad b'mod passiv.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Anness 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ikteb isem il-bastiment] [ikteb in-numru tal-IMO]

[ikteb isem il-bastiment] [ikteb in-numru tal-IMO] [ikteb l-Istat Membru tal-bandiera]

huwa fi traffiku skedat bi żjarat frekwenti u regoli fil-port(ijiet) li jinsab(u) fi [ikteb isem l-Istat Membru] skont skeda jew rotta predeterminata:

huwa fi traffiku skedat jew vjaġġi tas-sajd bi żjarat frekwenti u regolari fil-port(ijiet) li jinsab(u) fi [ikteb isem l-Istat Membru] skont skeda jew rotta predeterminata:

Ġustifikazzjoni

Huwa evidenti li d-Direttiva tiffoka prinċipalment fuq it-trasport marittimu, madankollu, bastimenti tas-sajd u rikreattivi wkoll iwettqu vjaġġi skedati b'waqfiet frekwenti u dħul regolari fil-portijiet li għalihom għandhom ikunu possibbli eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta' konsenja obbligatorja ta' skart minn bastimenti, notifika bil-quddiem tal-iskart, u ħlas ta' tariffa obbligatorja f'ċerti portijiet tul ir-rotta.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titlu

il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja tal-iskart minn bastimenti

Referenzi

(COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD)) Onor.

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

5.2.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

il-Kumitat PECH

19.4.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Cláudia Monteiro de Aguiar

20.3.2018

Eżami fil-kumitat

21.3.2018

20.6.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Alain Cadec, Richard Corbett, Linnéa Engström, João Ferreira, Sylvie Goddyn, Mike Hookem, Ian Hudghton, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Giuseppe Ferrandino, Francisco José Millán Mon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Deirdre Clune, Dieter-Lebrecht Koch, Fernando Ruas, Wim van de Camp

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

22

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Peter van Dalen, Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić

PPE

Alain Cadec, Wim van de Camp, Deirdre Clune, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Francisco José Millán Mon, Fernando Ruas, Annie Schreijer-Pierik

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Nicola Caputo, Giuseppe Ferrandino, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

1

-

EFDD

Mike Hookem

3

0

ENF

Sylvie Goddyn

GUE/NGL

João Ferreira, Liadh Ní Riada

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta’ skart minn bastimenti

Referenzi

COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.1.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

5.2.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.2.2018

PECH

19.4.2018

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

31.5.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gesine Meissner

19.2.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.7.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Renaud Muselier, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Jakop Dalunde, Michael Detjen, Maria Grapini, Ryszard Antoni Legutko, Marek Plura

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, John Howarth, Clare Moody

Data tat-tressiq

15.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

46

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Angel Dzhambazki, Ryszard Antoni Legutko, Peter Lundgren, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Marie-Christine Arnautu, Georg Mayer

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Markus Pieper, Marek Plura, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Francisco Assis, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Maria Grapini, John Howarth, Bogusław Liberadzki, Clare Moody, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

2

-

ECR

Jacqueline Foster

EFDD

Jill Seymour

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Novembru 2018Avviż legali