Proċedura : 2018/0070(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0336/2018

Testi mressqa :

A8-0336/2018

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 23
CRE 14/11/2018 - 23

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2018 - 5.6
CRE 15/11/2018 - 5.6
PV 18/04/2019 - 10.16

Testi adottati :

P8_TA(2018)0463
P8_TA(2019)0436

RAPPORT     ***I
PDF 1031kWORD 109k
16.10.2018
PE 622.205v02-00 A8-0336/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni)

(COM(2018)0144 - C8-0124/2018 – 2018/0070(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Julie Girling

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni)

(COM(2018)0144 – C8-0124/2018 – 2018/0070(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0144),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0124/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-10 ta' Settembru 2018 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0336/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, li kienet approvata mill-Unjoni fid-19 ta' Diċembru 200217 u ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini, ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu, li kienet approvata mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 199318. Din il-koordinazzjoni u din il-koerenza jenħtieġ li ukoll jinżammu meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-implementazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta' Kimiċi (SAICM), adottat mill-Ewwel Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi f'Dubai fis-6 ta' Frar 2006 fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Meta jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-koerenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali, li kienet approvata mill-Unjoni fid-19 ta' Diċembru 200217; tal-Konvenzjoni ta' Basel dwar il-kontroll tal-moviment barra l-konfini, ta' skart perikoluż u r-rimi tiegħu, li kienet approvata mill-Unjoni fl-1 ta' Frar 199318; tal-Konvenzjoni ta' Minamata dwar il-Merkurju, li kienet approvata mill-Unjoni fil-11 ta' Mejju 201718a. Din il-koordinazzjoni u din il-koerenza jenħtieġ li jinżammu wkoll meta jkun hemm parteċipazzjoni fl-implementazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-Approċċ Strateġiku għall-Immaniġġjar Internazzjonali ta' Kimiċi (SAICM), adottat mill-Ewwel Konferenza Internazzjonali dwar il-Ġestjoni tas-Sustanzi Kimiċi f'Dubai fis-6 ta' Frar 2006 fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti.

_________________

_________________

17 ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.

17 ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.

18 ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.

18 ĠU L 39, 16.2.1993, p. 3.

 

18a ĠU L 142, 2.6.2017, p. 4.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet fil-Konvenzjoni ta' Minamata huma ta' rilevanza partikolari għar-Regolament POPs. Għalhekk, huwa xieraq u importanti li ssir referenza għal dik il-Konvenzjoni fil-premessi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Kumuli mwarrba ta' POPs li m'għadhomx jintużaw jew li huma maniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, pereżempju, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jkun hemm regoli aktar stretti dwar l-immaniġġjar ta' dawn il-kumuli meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta' sustanzi projbiti jenħtieġ li jiġu trattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta' sustanzi li l-manifattura jew l-użu tagħhom għadhom permessi, jenħtieġ li jiġu notifikati lill-awtoritajiet u sorveljati sew. B'mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn jew li jkunu jinsabu fihom POPs projbiti jenħtieġ li jiġu maniġġjati bħala skart malajr kemm jista' jkun.

(10)  Kumuli mwarrba ta' POPs li m'għadhomx jintużaw jew li huma maniġġjati bi traskuraġni jistgħu jipperikolaw serjament l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn, pereżempju, il-kontaminazzjoni tal-ħamrija u tal-ilma taħt l-art. Huwa xieraq, għalhekk, li jkun hemm regoli aktar stretti dwar l-immaniġġjar ta' dawn il-kumuli meta mqabbla ma' dawk stabbiliti fil-Konvenzjoni. Kumuli mwarrba ta' sustanzi projbiti jenħtieġ li jiġu trattati bħala skart, waqt li kumuli mwarrba ta' sustanzi li l-manifattura jew l-użu tagħhom għadhom permessi, jenħtieġ li jiġu notifikati lill-awtoritajiet u sorveljati sew. B'mod partikolari, kumuli mwarrba eżistenti li jikkonsistu minn jew li jkunu jinsabu fihom POPs projbiti jenħtieġ li jiġu maniġġjati bħala skart malajr kemm jista' jkun. Jekk sustanzi oħra jiġu pprojbiti fil-futur, il-ħażniet tagħhom jenħtieġ li jinqerdu wkoll mingħajr dewmien u jenħtieġ li ma jkunx hemm kumuli ġodda. Fid-dawl tal-problemi partikolari ta' ċerti Stati Membri, jenħtieġ li tingħata assistenza finanzjarja u teknika adegwata permezz ta' strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandu jinżamm it-test oriġinali, kemxejn aġġornat.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Bi qbil mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta' POPs li huma prodotti sekondarji m'humiex intenzjonali ta' proċessi industrijali jenħtieġ li jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista' jkun bil-għan finali tal-eliminazzjoni, fejn possibbli. Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-għejun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, għandhom ikunu implimentati u żviluppati biex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b'mod effettiv. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.

(11)  Bi qbil mal-Protokoll u l-Konvenzjoni, emissjonijiet ta' POPs li huma prodotti sekondarji mhux intenzjonali ta' proċessi industrijali jenħtieġ li jiġu identifikati u mnaqqsa malajr kemm jista' jkun bil-għan finali tal-eliminazzjoni, fejn possibbli. Pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali xierqa, li jkopru l-għejun u l-miżuri kollha, inklużi dawk previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, jenħtieġ li jkunu implimentati u żviluppati biex dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu kontinwament u b'mod effettiv kemm jista' jkun malajr. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu żviluppati għodod xierqa fil-qafas tal-Konvenzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tallinja mill-ġdid it-test ma' dak attwali, fejn il-proposta tal-Kummissjoni tħassar ir-referenza għal "kemm jista' jkun malajr".

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha l-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi-kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ għalhekk li jwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-iskambju tal-informazzjoni. Ir-rwol tal-Aġenzija għandu jinkludi l-preparazzjoni u l-eżami ta' dossiers tekniċi, inkluż il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u t-tfassil ta' opinjonijiet li jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni meta tikkunsidra jekk tressaqx proposta għall-elenkar ta' sustanza bħala POP fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, jenħtieġ jikkoperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.

(15)  Hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-ġestjoni effikaċi tal-aspetti tekniċi u amministrattivi ta' dan ir-Regolament fil-livell tal-Unjoni. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha l-kompetenza u l-esperjenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi u l-ftehimiet internazzjonali dwar is-sustanzi-kimiċi. L-Istati Membri u l-Aġenzija jenħtieġ għalhekk li jwettqu kompiti fir-rigward tal-aspetti amministrattivi, tekniċi u xjentifiċi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-iskambju tal-informazzjoni. Huwa meħtieġ li r-rwol tal-Aġenzija jkopri l-preparazzjoni u l-eżami ta' dossiers tekniċi, inkluż il-konsultazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, u t-tfassil ta' opinjonijiet li għandhom jintużaw mill-Kummissjoni meta tikkunsidra jekk tressaqx proposta għall-elenkar ta' sustanza bħala POP fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, l-Istati Membri, u l-Aġenzija, jenħtieġ li jikkoperaw sabiex jimplimentaw b'mod effettiv l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni skont il-Konvenzjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-ECHA jkollha s-setgħa kollha li teħtieġ biex twettaq valutazzjonijiet dettaljati dwar jekk l-elenkar taħt il-Konvenzjoni ta' Stokkolma huwa l-aktar miżura ta' ġestjoni tar-riskji xierqa għal sustanza partikolari sabiex b'mod adegwat jiġu appoġġjati l-Kummissjoni u l-Kunsill f'nomini potenzjali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-Konvenzjoni tipprovdi li kull Parti għandha tfassal u taħdem biex timplimenta, skont il-każ, pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-aġġornar tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi komuni f'dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni għandhom ikunu mfassla kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-koperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa.

(16)  Il-Konvenzjoni tipprovdi li kull Parti għandha tfassal u taħdem biex timplimenta, skont il-każ, pjan għall-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni u tittrażmettih lill-Konferenza tal-Partijiet kemm jista' jkun malajr, sa mhux aktar tard minn ... [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-aġġornar tal-pjanijiet għall-implimentazzjoni tagħhom. Peress li l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom kompetenzi komuni f'dak ir-rigward, il-pjanijiet għall-implimentazzjoni jenħtieġ li jkunu mfassla kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-koperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jkunu mħeġġa.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma: kull Parti għandha "tittrażmetti l-pjan ta' implimentazzjoni tagħha lill-COP fi żmien sentejn mid-data li fiha din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ għaliha".

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu mmanifatturati u użati bħala prodotti intermedji limitati għas-sit ta' produzzjoni f'sistema magħluqa biss jekk annotazzjoni f'dan is-sens tiddaħħal f'dak l-Anness u jekk il-manifattur jikkonferma lill-Istat Membru kkonċernat li s-sustanza tiġi mmanifatturata u tintuża biss f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett.

(17)  Is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu mmanifatturati u użati bħala prodotti intermedji limitati għas-sit ta' produzzjoni f'sistema magħluqa biss jekk annotazzjoni f'dan is-sens tiddaħħal f'dak l-Anness u jekk il-manifattur jikkonferma lill-Istat Membru kkonċernat li s-sustanza tiġi mmanifatturata u tintuża biss f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett, jiġifieri mingħajr ma jinħolqu riskji sinifikanti lill-ambjent jew lis-saħħa tal-bniedem u fin-nuqqas ta' kwalunkwe alternattiva teknikament fattibbli.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda torbot mal-emendi mressqa għall-Artikolu 4(3)(b) u l-Artikolu 4(3)(d), li jemendaw il-premessa rilevanti skont dan.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar POPs jenħtieġ li ikunu provduti lill-Partijiet oħra għal dawk il-Ftehimiet. L-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti minn dak il-Ftehim jenħtieġ li wkoll jiġi mħeġġeġ.

(18)  Skont il-Konvenzjoni u l-Protokoll, informazzjoni dwar POPs jenħtieġ li jkunu provduti lill-Partijiet oħra għal dawk il-Ftehimiet. L-iskambju ta' informazzjoni ma' pajjiżi terzi li ma jiffurmawx parti minn dak il-Ftehim jenħtieġ li wkoll jiġi mħeġġeġ. Bl-istess mod, il-Konvenzjoni teħtieġ li kull Parti timpenja ruħha li tiżviluppa strateġiji xierqa biex tidentifika siti kkontaminati minn POPs, u s-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni, sal-2020, jimpenja lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jirrimedjaw dawn is-siti kkontaminati.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tallinja l-premessa mal-emendi għall-Artikolu 11(2) u l-Artikolu 11(3).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Billi ħafna drabi hemm nuqqas ta' kuxjenza pubblika dwar il-perikli li l-POPs joħolqu għas-saħħa ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għall-ambjent, b'mod partikolari f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, informazzjoni fuq skala wiesgħa hija meħtieġa biex jiżdied il-livell ta' attenzjoni u ta' fehim pubbliku dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. Skont il-Konvenzjoni, programmi ta' kuxjenza pubblika dwar dawk is-sustanzi, speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta' ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali jenħtieġ li jkun imħeġġeġ u faċilitat, kif xieraq.

(19)  Billi ħafna drabi hemm nuqqas ta' kuxjenza pubblika dwar il-perikli li l-POPs joħolqu għas-saħħa ta' ġenerazzjonijiet preżenti u futuri kif ukoll għall-ambjent, b'mod partikolari f'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, informazzjoni fuq skala wiesgħa hija meħtieġa biex jiżdied il-livell ta' attenzjoni u ta' fehim pubbliku dwar ir-raġunijiet għar-restrizzjonijiet u l-projbizzjonijiet. Skont il-Konvenzjoni, programmi ta' kuxjenza pubblika dwar dawk is-sustanzi, f'dak li jikkonċerna l-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent, speċjalment għall-aktar gruppi vulnerabbli, kif ukoll it-taħriġ ta' ħaddiema, xjentisti, edukaturi, persunal tekniku/maniġerjali jenħtieġ li jkunu promossi u faċilitati, kif xieraq. Jenħtieġ li l-Unjoni tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika, l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tal-NU/KEE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (il-Konvenzjoni ta' Aarhus), li ġiet approvata mill-Unjoni fis-17 ta' Frar 20051a.

 

_________________

 

1a ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Il-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku għandha tiġi rrispettata u implimentata. Dan huwa strumentali fil-kisba ta' sensibilizzazzjoni pubblika u parteċipazzjoni tal-pubbliku akbar f'konformità mal-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar l-informazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-edukazzjoni pubbliċi. Ir-referenza għall-programmi ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar "l-effetti tas-saħħa u ambjentali u fuq l-alternattivi tagħhom" tal-POPs issirilhom ukoll referenza fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  "prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa" tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza waħda oħra jew aktar u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u t-trasformazzjoni tagħha f'sustanza waħda oħra jew aktar isiru fl-istess sit f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha.

(j)  "prodott intermedju limitat għas-sit ta' produzzjoni u f'sistema magħluqa" tfisser sustanza li tkun manifatturata għal u użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra, min hawn 'il quddiem imsejħa "sinteżi", u fejn il-manifattura tas-sustanza intermedja u t-trasformazzjoni tagħha f'sustanza waħda oħra jew aktar isiru permezz ta' sinteżi fl-istess sit, inkluż sit li hu operat minn entità waħa jew aktar, f'kundizzjonijiet ikkontrollati b'mod strett b'tali mod li tkun ikkontenuta rigorożament b'mezzi tekniċi matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha.

Ġustifikazzjoni

Konsistenza mal-Artikolu 3.15 tar-Regolament REACH li jiddefinixxi "sustanza intermedja" bħala "sustanza li tkun manifatturata għal u kkonsmata fi jew użata għal proċessar kimiku sabiex tinbidel f'sustanza oħra (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "sintesi")".

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-manifattur juri li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP;

(b)  il-manifattur juri li l-proċess ta' manifattura se jittrasforma s-sustanza f'sustanza waħda jew aktar li ma jurux il-karatteristiċi ta' POP, li la l-bnedmin u lanqas l-ambjent mhuma mistennija li jkunu esposti għal xi kwantitajiet sinifikanti ta' sustanza matul il-produzzjoni u l-użu tagħha, kif muri permezz tal-valutazzjoni ta' dik is-sistema magħluqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/20081a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li ma hemmx alternattivi teknikament fattibbli għall-użu ta' sustanza elenkata fil-Parti A tal-Anness I jew fil-Parti A tal-Anness II għal dan ir-Regolament;

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma tistipula li l-manifatturi tal-POP iridu jġorru r-responsabbiltà li jnaqqsu l-effetti negattivi li l-prodotti tagħhom għandhom fuq is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u jipprovdu informazzjoni lill-utenti, lill-gvernijiet u lill-pubbliku dwar il-proprjetajiet ta' dawk is-sustanzi. Dak il-prinċipju għandu jiġi estiż ukoll għall-utenti tal-POPs. Din l-emenda hija konsistenti mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/852 dwar il-merkurju. Ir-Regolament POPs għandu jiġi allinjat mal-Konvenzjoni u mal-aħħar leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent.

Id-detentur għandu jimmaniġġja l-kumulu mwarrab b'mod żgur, effiċjenti u mingħajr riskji għall-ambjent, skont il-limiti massimi u r-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, fejn applikabbli.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva 2012/18/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-kontroll ta' perikli ta' inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 1).

 

1b Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2012/18/UE tapplika wkoll għas-sustanzi perikolużi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament POPs. Għaldaqstant għandha ssir referenza għar-rekwiżiti tagħha f'din il-proposta għal regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tiġi espressa bl-użu tal-kodiċijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2002 dwar l-istatistika tal-iskart (ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Peress li l-ħażniet tal-POP iridu jkunu mmaniġġjati bħala skart, u wkoll skont l-Artikolu 7 tal-proposta għal regolament dwar l-immaniġġjar tal-iskart, jista' jkun ta' għajnuna li ssir referenza għar-Regolament (KE) Nru 2150/2002 dwar l-istatistika tal-iskart fir-rigward tal-arranġamenti għas-sottomissjoni tal-informazzjoni mitluba f'dan l-Artikolu.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiċi alternattivi li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30.

3.  L-Istati Membri għandhom, waqt li jikkonsidraw proposti għall-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ġodda jew għall-modifikazzjoni b'mod sinifikanti ta' faċilitajiet eżistenti li jużaw proċessi li jikkaġunaw l-emissjoni tal-kimiċi elenkati fl-Anness III, jikkonsidraw bħala prijorità proċessi, metodi ta' teknika jew prattiki alternattivi29a li għandhom utilità simili iżda li jevitaw formazzjoni u emissjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2010/75/EU30 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

_________________

_________________

 

29a Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs (2008). Linji gwida dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli u l-Gwida Provviżorja dwar l-Aqwa Prattiki Ambjentali Rilevanti għall-Artikolu 5 u l-Anness C tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes. Ġinevra, Segretarjat tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar il-POPs. http://www.pops.int/Implementation/BATandBEP/BATBEPGuidelinesArticle5/tabid/187/Default.aspx

30 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

30 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

Ġustifikazzjoni

Fil-paragrafu 3, huwa meħtieġ li tiżdied referenza għal-Linji Gwida BAT/BEP tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma, li jipprovdu alternattivi għall-inċinerazzjoni tal-iskart li jkun fih il-POPs li jwasslu għal diossini. Mhux possibbli li jinstabu dawn l-alternattivi f'xi dokument tal-UE. L-iskop ta' din ir-referenza huwa li jiġu implimentati u kkjarifikati aħjar l-obbligi taħt il-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, miżuri addizjonali dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tispeċifika l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 4(b)(iii). Dawn il-miżuri għandhom jiġu deċiżi skont il-proċedura konsultattiva stabbilita fl-Artikolu 20(2).

6.  Il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, u waqt li tikkonsidra l-iżviluppi tekniċi u l-linji gwida u d-deċiżjonijiet internazzjonali relevanti u kull awtorizzazzjoni mogħtija minn Stat Membru, jew mill-awtorità kompetenti nominata minn dak l-Istat Membru skont il-paragrafu 4 u l-Anness V, tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri skont il-punt (b)(iii) tal-paragrafu 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tiddefinixxi b'mod preċiż u ċar l-oġġett tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif meħtieġ mill-każistika relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  meta tintalab, tipprovdi għajnuna teknika u xjentifika u input lill-Kummissjoni għal sustanzi li jistgħu jkunu konformi mal-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll;

(c)  meta tintalab, tipprovdi għajnuna teknika u xjentifika u input robusti lill-Kummissjoni għal sustanzi li jistgħu jkunu konformi mal-kriterji għall-elenkar fil-Konvenzjoni jew fil-Protokoll, inkluż dwar il-prevenzjoni tal-produzzjoni u l-użu ta' POPs ġodda, u dwar il-valutazzjoni tal-pestiċidi jew il-kimiċi industrijali li qed jintużaw bħalissa;

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma, l-Artikolu 3, il-paragrafi 3 u 4. Huwa kruċjali li l-proċess tan-nomina jkun strettament ibbażat fuq evidenza xjentifika, skont il-proċess stabbilit skont il-Konvenzjoni. Kunsiderazzjonijiet oħra, bħall-analiżi soċjoekonomika, jirriskjaw li jdgħajfu l-bażi xjentifika u għalhekk m'għandhomx isiru skont dan l-Artikolu, speċjalment minħabba li huma diġà mwettqa mill-korp espert tal-Konvenzjoni (POPRC) bħala parti mill-valutazzjoni tiegħu.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 7(4)(b) (iii), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzali disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni relevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);

(f)  tikkompila, tirreġistra, tipproċessa u tagħmel disponibbli lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-informazzjoni kollha li tirċievi jew li tkun disponibbli skont l-Artikolu 4(2) u (3), l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(4)(b)(iii), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 13(1). L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni mhux kunfidenzali disponibbli pubblikament fuq is-sit web tagħha u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' dik l-informazzjoni bi pjattaformi ta' informazzjoni relevanti bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 13(2);

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5 għandha tkun espliċitament inkluża fost dik li għaliha l-ECHA hija meħtieġa tistabbilixxi reġistru. Din l-informazzjoni kollha, barra minn hekk, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku, iżda dan mhux ċar fil-verżjoni Taljana tat-test propost mill-Kummissjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a  L-Aġenzija għandha tibda tipprovdi l-assistenza u l-gwida teknika u xjentifika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 8(1) sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm qbil fuq skadenza speċifika għall-gwida proposta sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha huma konformi fl-iqsar żmien possibbli.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri dwar il-miżuri meħuda fil-livell nazzjonali biex jiġu identifikati u vvalutati s-siti kontaminati bil-POPs u biex jiġu indirizzati r-riskji sinifikanti li tali kontaminazzjoni tista' tippreżenta għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni jistipula li "kull Parti għandha: (...) (a) Tiżviluppa strateġiji xierqa għal identifikazzjoni tal-ħażniet li jikkonsistu minn jew li fihom kimiċi (...)". Is-Seba' EAP jimpenja lill-UE tirrimedja s-siti kontaminati. F'diversi Stati Membri, tali identifikazzjoni u rimedju għad iridu jsiru. Din l-emenda hija konsistenti mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2017/852 dwar il-merkurju. Dan ir-Regolament għandu jiġi allinjat ukoll mal-Konvenzjoni u mal-aħħar leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni .

3.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE32 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, informazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u l-ambjent m'għandhiex titqies bħala kunfidenzali. Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri li jagħmlu skambju ta' informazzjoni oħra ma' pajjiż terz għandhom jipproteġu kull informazzjoni kunfidenzjali skont il-liġi tal-Unjoni.

_________________

_________________

32 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

32 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Unjoni għandha tiżgura l-aċċess għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku matul il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkomplu jispeċifikaw l-informazzjoni minima li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1(f). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni li għandha tingħata skont il-paragrafu 1, inkluż id-definizzjoni ta' indikaturi, mapep u l-ħarsa ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 20(2).

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li jiċċara li l-kontenut tal-informazzjoni li hija determinata fl-att bażiku u li s-setgħat ta' implimentazzjoni jingħataw lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 13(1) huwa mfassal mill-Istati Membri b'mod uniformi.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat li jibda minn nhar […].

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(5) u 15 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

Id-delega ta' setgħa konferita fuq il-Kummissjoni ma tistax tkun għal perjodu ta' żmien indeterminat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jkunu kapaċi jeżerċitaw kontroll politiku fuq kwalunkwe delegazzjoni konferita fuq il-Kummissjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha jkollha l-assistenza tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-kwistjonijiet kollha f'dan ir-Regolament.

1.  Il-Kummissjoni għandu jkollha l-assistenza ta':

 

(a)  il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 13(5), ħlief fejn issir referenza għall-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) fejn issir referenza għall-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iii) tal-Artikolu 7(4); kif ukoll

 

(b)  il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikoli 7(6) u 13(5) fejn issir referenza għall-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-format tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(1) fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7, u l-punt (b) tal-Artikolu 13(1) fejn issir referenza għall-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 5(2) u l-punt (b)(iii) tal-Artikolu 7(4).

 

_________________

 

1a Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

Ġustifikazzjoni

Is-separazzjoni tal-kompetenzi bejn il-Kumitat dwar l-iskart u l-Kumitat REACH għandha tinżamm.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – tabella – ringiela 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli iżda mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Emenda

Bifenili poliklorinati (PCB)

1336-36-3 u oħrajn

215-648-1 u oħrajn

Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/59/KE, l-oġġetti li diġà kienu qed jintużaw fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jistgħu jintużaw.

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jidentifikaw u jneħħu mill-użu tagħmir (eż. transformers, kapasiters jew reċipjenti oħrajn li fihom stokkijiet likwidi) li fih iktar minn 0,005 % ta' PCBs u volumi ikbar minn 0,05 dm3, mill-iktar fis possibbli u mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025.

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta tallinja t-test ma' dak tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Anness I – punt A – ringiela 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Eteru tal-bis(pentabromofenil) (eteru tad-dekabromodifenil; decaBDE)

1163-19-5

214-604-9

1.  Għall-finijiet ta' din l-entrata, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika għall-konċentrazzjonijiet tad-decaBDE ekwivalenti għal jew inqas minn 10 mg/kg (0,001 % skont il-piż) meta jokkorri f'sustanzi, taħlit, oġġetti jew bħala kostitwenti tal-partijiet tal-oġġetti li jdewmu t-tifrix tan-nar.

 

 

 

2.  B'deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tad-decaBDE għandhom ikunu permessi:

 

 

 

(a)   fil-produzzjoni ta' inġenju tal-ajru, li għalih tkun saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u tkun ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, qabel it-2 ta' Marzu 2027;

 

 

 

(b)  fil-produzzjoni ta' spare parts għal kull wieħed minn dawn li ġejjin:

 

 

 

(i)  inġenju tal-ajru, li għalih saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip qabel id-data tad-dħul fis-seħħ u ġiet riċevuta qabel Diċembru 2022, prodott qabel it-2 ta' Marzu 2027 sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk l-inġenji tal-ajru;

 

 

 

(ii)  vetturi bil-mutur fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, prodotti qabel ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], sal-2036 jew sal-aħħar tal-ħajja tas-servizz ta' dawk il-vetturi bil-mutur, skont liema data tiġi qabel.

 

 

 

3.  L-eżenzjonijiet speċifiċi għal spare parts għall-użu f'vetturi bil-mutur imsemmija fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta' decaDBE kummerċjali li jaqa' taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin:

 

 

 

(i)  applikazzjonijiet tas-sistemi tal-motopropulsjoni u ta' taħt il-bonit bħall-wajers tal-massa tal-batterija, il-wajers tal-interkonnessjoni tal-batterija, il-pajpijiet tal-arja kundizzjonata mobbli (MAC), is-sistemi tal-motopropulsjoni, il-buxings tal-manifold tal-egżost, l-iżolament taħt il-bonit, il-wajers u l-faxx tal-wajers taħt il-bonit (wajers tal-magna, eċċ.), is-sensuri tal-veloċità, il-pajpijiet, il-moduli tal-fannijiet u s-sensuri tad-detonazzjoni;

 

 

 

(ii)  applikazzjonijiet tas-sistema tal-fjuwil bħal pajpijiet tal-fjuwil, tankijiet tal-fjuwil u tankijiet tal-fjwuil taħt il-karozzerija;

 

 

 

(iii)  apparati pirotekniċi u applikazzjonijiet affettwati minn apparati pirotekniċi bħal kejbils tal-ignixin tal-airbag, covers/drappijiet tas-sits (jekk relevanti għall-airbag biss) u airbags (ta' quddiem u tal-ġenb);

 

 

 

(iv)  applikazzjonijiet tas-sospensjoni u ta' ġewwa bħal komponenti tal-finitura, materjal akustiku u ċinturini tas-sikurezza;

 

 

 

(v)  plastik rinfurzat (pannelli għall-istrumenti u finitura ta' ġewwa);

 

 

 

(vi)  taħt il-bonit jew id-daxxbord (kaxxi tat-terminal/tal-fjuż, wajers b'amperaġġ ogħla u kejsing tal-kejbils (wajers tal-isparkplagg));

 

 

 

(vii)  tagħmir elettriku u elettroniku (kejsing tal-batterija u trejs tal-batterija, konnetturi elettriċi tal-kontroll tal-magna, komponenti tad-diski tar-radju, sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita, sistemi ta' pożizzjonament globali u sistemi tal-kompjuter);

 

 

 

(viii)  drapp bħat-tessut tal-bagoll, it-tapizzerija, is-saqaf, is-sits tal-karozzi, il-headrests, il-viżiera tax-xemx, il-pannelli tal-finitura, it-twapet.

 

 

 

3.  Il-manifattura tad-decaBDE u l-użu tiegħu fil-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-oġġetti li ġejjin għandhom ikunu permessi:

 

 

 

(a)  oġġetti mqiegħda fis-suq qabel ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

 

 

 

(b)  inġenju tal-ajru mmanifatturat skont is-subparagrafu 2(a);

 

 

 

(c)  spare parts ta' inġenju tal-ajru mmanifatturat skont il-punt (b) tal-paragrafu 2;

 

 

 

(d)  tagħmir elettriku u elettroniku fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

 

 

4.  Għall-finijiet ta' din l-entrata "inġenju tal-ajru" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

 

 

 

(a)  inġenju tal-ajru ċivili mmanifatturat f'konformità ma' ċertifikat tat-tip maħruġ skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/11391c tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew bl-approvazzjoni tad-disinn maħruġa skont ir-regolamentazzjoni nazzjonali ta' Stat Kontraenti tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), jew li għalih inħareġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà minn Stat Kontraenti tal-ICAO skont l-Anness 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali;

 

 

 

(b)  inġenju tal-ajru militari.

 

 

 

___________

 

 

 

1a Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi ("Direttiva Kwadru") (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

 

 

 

1b Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88).

 

 

 

1c Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tallinja din ir-riformulazzjoni mad-deċiżjonijiet l-aktar reċenti tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Anness I – parti A – ringiela 24b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

1.  Permezz ta' deroga, il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew preparazzjonijiet li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom jiġu permessi.

 

 

 

2.  L-użu għandu jiġi permess fir-rigward ta':

 

 

 

(a)  ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu jintużaw fl-4 ta' Diċembru 2015 jew qabel; kif ukoll

 

 

 

(b)  oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

 

 

 

3.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tallinja din ir-riformulazzjoni mad-deċiżjonijiet l-aktar reċenti tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness I – parti B

 

Test propost mill-Kummissjoni

Sustanza

Nru tal-CAS

Nru tal-KE

Eżenzjoni speċifika dwar użu intermedju jew speċifikazzjoni oħra

4

4

4

4

4

 

 

4

5 Alkani C10-C13, kloru (paraffini klorinati ta' katina qasira) (SCCPs)

5 85535-84-8

5 287-476-5

5 1.  B'deroga, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi jew taħlit li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 1 % skont il-piż jew oġġetti li jkun fihom l-SCCPs f'konċentrazzjonijiet inqas minn 0,15 % skont il-piż, għandhom ikunu permessi.

 

 

 

2.  L-użu għandu jiġi permess fir-rigward ta':

 

 

 

(a)  ċineg tal-konvejers fl-industrija tal-minjieri u siġillanti tad-digi li fihom l-SCCPs li diġà kienu jintużaw qabel jew fl-4 ta' Diċembru 2015; kif ukoll

 

 

 

(b)  oġġetti li fihom l-SCCPs għajr dawk imsemmija fil-punt (a) li diġà kienu jintużaw fl-10 ta' Lulju 2012 jew qabel.

 

 

 

3.  It-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 2.

 

Emenda

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tallinja din ir-riformulazzjoni mad-deċiżjonijiet l-aktar reċenti tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI

LISTA TA' SUSTANZI SUĠĠETTI GĦAL DISPOŻIZZJONIJIET GĦAL TNAQQIS TA' EMISSJONI

SUSTANZA (Nru tas-SAK)

SUSTANZA (Nru tas-SAK)

Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)

Dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF)

Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1)

Eżaklorobenżen (HCB) (Nru tal-CAS: 118-74-1) 118-74-1)

Poliklorobifenili (PCB)

Poliklorobifenili (PCB)

Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs)37

Idrokarbonuri poliċikliċi aromatiċi (PAHs)37

37.

Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.

37.

Għall-iskop ta' inventarji ta' emissjonijiet, l-erba' indikaturi ta' kompożizzjoni indikattivi li ġejjin ser jintużaw: benżo(a)pyrene, benżo(b)fluoranthene, benżo(k)fluoranthene, u indeno(1,2,3-cd)pyrene.

Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)

Pentaklorobenżin (Nru tal-CAS 608-93-5)

 

Naftaleni Poliklorinati (1)

 

(1) "Naftaleni poliklorinati" tfisser komposti kimiċi bbażati fuq is-sistema taċ-ċirku tan-naftalen, fejn atomu wieħed jew aktar tal-idroġenu jinbidlu b'atomi tal-kloru.

 

Eżaklorobutadjen (Nru tal-CAS 87-68-3)

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tallinja din ir-riformulazzjoni mad-deċiżjonijiet l-aktar reċenti tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Anness IV – tabella 1 — kolonna "Limitu ta' konċentrazzjoni riferut fl-Artikolu 7(4)(a)" – ir-ringiela "Polikloronaftaleni" – nota f'qiegħ il-paġna 7

PCDD

TEF

PCDF

TEF

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

Emenda

7.   Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

PCDD

TEF

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet tekniċi dwar it-titoli tal-iskeda prevista fin-nota f'qiegħ il-paġna Nru 7 tal-Anness IV.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-riformulazzjoni tal-POPs hija l-aħħar aġġornament tar-rapport li kien adottat għall-ewwel darba fl-2004 u taġġorna l-annessi f'konformità mad-deċiżjonijiet li saru fl-2015 u l-laqgħat COP tal-2017 tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma. L-aġġornament jistabbilixxi wkoll rwol ġdid għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) b'appoġġ għall-ħidma tal-Kummissjoni fit-tħejjija ta' dossiers dwar is-sustanzi.

L-emendi hawn taħt għandhom l-għan li jallinjaw it-test ma' dak tar-Regolament REACH sabiex jiżguraw ċarezza u konsistenza mal-atturi kollha, inklużi ċ-ċittadini u l-industriji li l-attivitajiet tagħhom huma affettwati minn din ir-riformulazzjoni. L-Anness Va l-ġdid huwa meħud mir-Regolament REACH. L-użu tal-valutazzjonijiet tal-impatt biex jiġu vvalutati l-proposti POP meta metħieġ huwa wkoll mod kif tinżamm konformità mal-Linji Gwida dwar Regolamentazzjoni Aħjar.

L-UE, permezz tar-Regolament pijunier tagħha - REACH - hija minn ta' quddiem fid-dinja fir-rigward tar-regolamentazzjoni dwar sustanzi kimiċi u, bħala tali, id-deċiżjonijiet tagħha dwar is-sikurezza tas-sustanzi kimiċi għandhom konsegwenzi kbar. Ir-Rapporteur tieħu din ir-responsabbiltà serjament u temmen li huwa xieraq li jiġu kkunsidrati mhux biss l-aspetti tekniċi u xjentifiċi tal-proposti l-ġodda iżda wkoll l-effetti soċjoekonomiċi tal-elenkar tal-POPs. Huwa fundamentali li jittieħdu l-passi kollha biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet li jittieħdu jkunu bbażati fuq evidenza xjentifika.

L-emendi jfittxu wkoll li jiċċaraw u, f'ċerti drabi, isaħħu r-rwol il-ġdid tal-ECHA li ssemma l-ewwel fl-abbozz ta' proposta tal-Kummissjoni sabiex jiġi ggarantit li l-għarfien espert tagħha jiġi sfruttat bis-sħiħ meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet futuri rigward il-proposti POP. Sabiex jiġi appoġġjat ir-rwol ġdid propost għall-ECHA, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-riżultati tagħha huma inkorporati fil-proċessi kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet u li l-attivitajiet tagħha huma ffinanzjati b'mod adegwat.

Qed tintalab kjarifika ulterjuri mill-Kummissjoni rigward l-użu tal-atti ta' implimentazzjoni u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 1 biex jiġi żgurat li r-rapport imsemmi fl-Artikolu 13(1) jitfassal mill-Istati Membri b'mod uniformi b'tali mod li jitħaffef l-ipproċessar ta' din l-informazzjoni.


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2018)33866

Is-Sa Adina-Ioana VĂLEAN

President, Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

ASP 13E102

Brussell

Suġġett:  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni)

COM(2018)0144 - C8-0124/2018 - 2018/0070(COD)

Sa President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli mill-kumitat responsabbli mis-suġġett jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet sostanzjali.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet iridu jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizz Legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata ta' dan l-aħħar, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur għal opinjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Fl-aħħar nett, waqt il-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Settembru 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b'vot unanimu(1), irrakkomanda li l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi biex jeżamina l-proposta msemmija hawn fuq skont l-Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuż: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Marie Christine Boutonnet, Jean Marie Cavada, Mady Delvaux, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Jytte Guteland, Gilles Lebreton, Jiří Maštálka, Angelika Niebler, Răzvan Popa, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka, Luis de Grandes Pascual.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, il-25 ta' Ġunju 2018

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  IL-PARLAMENT EWROPEW

    IL-KUNSILL

    IL-KUMMISSJONI

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni)

COM(2018) 144 final tat-22.3.2018 - 2018/0070 (COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikulari l-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-13 u l-20 ta' April 2018 kellu laqgħat iddedikati, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawk il-laqgħat(1), eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim komuni, dan li ġej.

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati tibdiliet sostantivi:

- fl-Artikolu 4(3), ir-raba' subparagrafu, iż-żieda tal-kliem "f'annotazzjoni" u s-sostituzzjoni tal-kliem "fl-ewwel" bil-kliem "fit-tieni";

- fl-Artikolu 7(5), is-sostituzzjoni tar-referenzi attwali għall-"paragrafu 4(b)" b'referenzi għall-"paragrafu 4";

- fl-Artikolu 9(2), iż-żieda tal-kliem "l-pubblikazzjoni tiegħu";

- fl-Artikolu 13(1)(b), it-tħassir tal-kliem "jibagħtu lill-Kummissjoni";

- fl-Artikolu 13(1)(f), it-tħassir tal-kliem "jipprovdu lill-Kummissjoni";

2. Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4), iż-żieda ta' "l-" kellha tkun identifikata bi vleġeġ tal-adattament u l-kelma "pjan" ma kellhiex tiġi ppreżentata bejn vleġeġ tal-adattament.

3. Fl-Anness IV, in-nota ta' qiegħ il-paġna nru 7 għandha tiġi adattata biex taqra kif indikat fid-dokument mehmuż.

L-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv innota wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-att preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-att eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

Test tan-nota f'qiegħ il-paġna nru 7 tal-Anness IV

Il-limitu jiġi kkalkulat bħala PCDD u PCDF skont il-fatturi ta' ekwivalenza ta' tossiċità (TEFs) li ġejjin:

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

PCDD

TEF

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0144 – C8-0124/2018 – 2018/0070(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

22.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

16.4.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

24.4.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Julie Girling

6.4.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Jørn Dohrmann, Linnéa Engström, Eleonora Evi, Fredrick Federley, Christophe Hansen, Jan Huitema, Norbert Lins, Rupert Matthews, Tilly Metz, Younous Omarjee, Gabriele Preuß, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anthea McIntyre, Kati Piri

Data tat-tressiq

16.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

52

+

ALDE

Fredrick Federley, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Jørn Dohrmann, Urszula Krupa, Rupert Matthews, Anthea McIntyre, Bolesław G. Piecha

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Lynn Boylan, Kateřina Konečná, Younous Omarjee

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Kati Piri, Pavel Poc, Gabriele Preuß

Verts/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Benedek Jávor, Tilly Metz, Michèle Rivasi, Bart Staes

3

-

EFDD

Julia Reid

ENF

Sylvie Goddyn, Joëlle Mélin

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 31 ta' Ottubru 2018Avviż legali