Proċedura : 2017/0043(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0337/2018

Testi mressqa :

A8-0337/2018

Dibattiti :

PV 12/11/2018 - 15
CRE 12/11/2018 - 15

Votazzjonijiet :

PV 13/11/2018 - 4.6
CRE 13/11/2018 - 4.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0445

RAPPORT     ***I
PDF 1030kWORD 112k
16.10.2018
PE 602.914v01-00 A8-0337/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

(COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Ruža Tomašić

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

(COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0097),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0095/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-pożizzjoni f'forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0337/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd (il-PKS) tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent marin, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha sfruttati b'mod kummerċjali, u b'mod partikulari għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.40

(1)  Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd (il-PKS) tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent marin, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha sfruttati b'mod kummerċjali, u b'mod partikulari għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40, u status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ispeċijiet u l-ħabitats skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE40a u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40b.

_________________

_________________

40 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

40 Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)(ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

 

40a Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

 

40b Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar fi New York fl-2015, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li, sal-2020, itemmu b'mod effettiv il-qbid u s-sajd eċċessiv, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-prattiki ta' sajd qerrieda u jimplementaw pjanijiet ta' ġestjoni bbażati fuq ix-xjenza, sabiex l-istokkijiet tal-ħut jiġu ripristinati fl-inqas żmien fattibbli, għall-inqas sa livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli skont kif determinat mill-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41 jistabbilixxi r-regoli tal-PKS f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41 jistabbilixxi r-regoli tal-PKS f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. L-għanijiet tal-PKS huma, fost l-oħrajn, li jkun żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu sostenibbli fit-tul mil-lat ambjentali, ekonomiku u soċjali, li jiġi applikat l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

__________________

__________________

41 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

41 Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli titlob settijiet ta' dejta armonizzati, affidabbli u preċiżi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-Baħar Adrijatiku huwa subżona importanti fil-Mediterran li tirrappreżenta madwar terz tal-valur totali tal-ħatt l-art.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-pjanijiet ta' ġestjoni implimentati u l-miżuri tekniċi introdotti fl-2016 mistennija jipproduċu effetti fuq l-istokkijiet u jridu jiġu analizzati u kkunsidrati meta jiġi stabbilit pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi fir-reġjun.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-miżuri attwali ta' ġestjoni għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku għandhom x'jaqsmu mal-aċċess għall-ilmijiet, mal-kontroll tal-isforz tas-sajd u ma' miżuri tekniċi li jirregolaw l-użu tal-irkaptu. Il-pariri xjentifiċi indikaw li l-kontroll tal-qabdiet huwa l-iktar mezz xieraq biex tiġi adattata l-mortalità mis-sajd u li dan se jkun għodda ta' ġestjoni aktar effettiva għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar.43

(5)  Il-miżuri attwali ta' ġestjoni għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku għandhom x'jaqsmu mal-aċċess għall-ilmijiet, mal-kontroll tal-isforz tas-sajd u ma' miżuri tekniċi li jirregolaw l-użu tal-irkaptu.

__________________

 

43 Id-dokument tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar il-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fil-Baħar Mediterran imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) Assessment of Mediterranean Sea stocks - part 2 (STECF-11-14)".

 

Ġustifikazzjoni

B'kont meħud tal-aħħar rapport tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF 16-14) li, billi analizza l-effetti pożittivi u negattivi ta' diversi prinċipji ta' ġestjoni, ikkonkluda li l-aħjar effetti kellhom l-approċċ b'taħlita ta' miżuri differenti ta' ġestjoni (il-qabda, l-isforz, il-limiti tal-kapaċità) u li l-approċċ individwali għal kull miżura fih ukoll effetti negattivi, qed jiġi propost li din id-dikjarazzjoni li ġejja titħassar.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta' miżuri ta' konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali, il-miżuri tekniċi, l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd u l-allokazzjoni tagħhom, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinament.

(6)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta' miżuri ta' konservazzjoni bħalma huma l-pjanijiet pluriennali u l-miżuri tekniċi, skont kif ikun xieraq, fi kwalunkwe kombinament tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Is-sajd tal-ħut pelaġiku ż-żgħir fil-Baħar Adrijatiku, speċjalment fis-Subżoni Ġeografiċi 17 u 18 (GSA 17 u 18), għandu impatt soċjoekonomiku importanti ħafna għall-għajxien u l-futur tal-komunità kostali tal-Istati Membri.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  F'konformità mal-prinċipji u l-objettivi tal-PKS u skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ir-reġjonalizzazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni li jieħdu kont tal-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u għas-salvagwardja tal-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati f'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bl-użu ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu wkoll distribwiti b'mod ġust fid-diversi segmenti tas-sajd, inkluż is-sajd tradizzjonali u dak fuq skala żgħira. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu ibbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi u għandhom ikunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni u salvagwardji.

(7)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu ibbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi u għandhom ikunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skedi taż-żmien ċari, punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni, objettivi għall-miżuri ta' konservazzjoni u tekniċi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art, kif ukoll miżuri maħsuba biex kemm jista' jkun jiġu evitati u mnaqqsa l-qabdiet mhux mixtieqa, u salvagwardji.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-għan tal-pjan pluriennali għandu jkun li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, u b'mod speċjali biex jintlaħaq u jinżamm l-MSY għall-istokkijiet ikkonċernati, biex is-settur tas-sajd isir sostenibbli u biex jipprovdi qafas ta' ġestjoni effettiv.

(8)  L-għan tal-pjan pluriennali għandu jkun li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-PKS, u b'mod speċjali biex l-istokkijiet tal-ħut jerġgħu jiżdiedu u jinżammu 'l fuq mil-livelli ta' bijomassa li jistgħu jipproduċu MSY, jiġi implimentat l-obbligu tal-ħatt l-art, ikun hemm settur tas-sajd sostenibbli u jiġi pprovdut qafas ta' ġestjoni effettiv.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jitqiesx bħala preċedent għal pjanijiet pluriennali oħra fil-Baħar Mediterran, sakemm ma jkunx previst mod ieħor.

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta għall-Baħar Adrijatiku, kif inhi, toħloq preċedent perikoluż peress li jekk tiġi adottata tista' tintuża bħala mudell għal żoni tal-Baħar Mediterran oħra wkoll, b'impatt ekonomiku u soċjali saħansitra akbar. Kull reġjun tal-baħar għandu karatteristiċi oċeaniċi differenti u ċirkostanzi uniċi.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Jenħtieġ li pjan pluriennali dejjem isib bilanċ bejn ir-riżultat li jista' jinkiseb, b'kont meħud tal-perjodu ta' żmien, u l-impatt soċjoekonomiku.

 

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  F'konformità mal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, minbarra d-deskrittur relatat mas-sajd mogħti fid-Direttiva 2008/56/KE, id-deskritturi kwalitattivi 1, 4 u 6 mogħtija fl-Anness I tad-Direttiva wkoll għandhom jitqiesu fil-qafas tal-ġestjoni tas-sajd.

(10)  F'konformità mal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema, dan il-pjan jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-ksib ta' status ambjentali tajjeb kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, id-deskritturi kwalitattivi 1, 4 u 6 mogħtija fl-Anness I tad-Direttiva wkoll jenħtieġ li jitqiesu fil-qafas tal-ġestjoni tas-sajd. Jenħtieġ li dan il-pjan jikkontribwixxi wkoll għall-ksib ta' status ta' konservazzjoni favorevoli għall-ħabitats u l-ispeċijiet kif jirrikjedu d-Direttiva 2009/147/KE 1a u d-Direttiva 92/43/KE 1b rispettivament.

 

_________________

 

1a Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

 

1b Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti b'mod konsistenti mal-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.

imħassar

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Huwa xieraq li l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY tiġi stabbilita bħala meded ta' valuri li huma konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, ibbażati fuq pariri xjentifiċi, huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY ikkalkulahom il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) u huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta' mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY.45 Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda huwa limitat, hekk li l-probabbiltà li l-istokk jaqa' taħt il-Blim mhijiex ta' iktar minn 5 %.

(12)  Huwa xieraq li l-mortalità mis-sajd fil-mira (F) li tikkorrispondi mal-għan li jintlaħaq u jinżamm l-MSY tiġi stabbilita bħala meded ta' valuri li huma konsistenti mal-kisba tar-rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dawk il-meded, ibbażati fuq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-flessibbiltà biex jitqiesu l-iżviluppi fil-pariri xjentifiċi, sabiex jingħata kontribut għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u sabiex jitqiesu l-karatteristiċi tas-sajd imħallat. Il-meded tal-FMSY ikkalkulahom il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF)45a. Abbażi ta' dan il-pjan, dawn huma mfasslin biex jagħtu tnaqqis ta' mhux aktar minn 5 % fir-rendiment fit-tul meta mqabbel mal-MSY. Barra minn hekk, il-limitu massimu tal-medda huwa limitat, hekk li l-probabbiltà li l-istokk jaqa' taħt il-Blim mhijiex ta' iktar minn 5 %.

_________________

_________________

45 Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u l-valutazzjonijiet tal-Mediterran imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea". Ir-rapport tal-ewwel parti tal-valutazzjonijiet tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran imsejjaħ "Mediterranean assessments part 1" (STECF-15-14). 2015" ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, u fih 52 paġna. [It-tieni parti ta' din ir-referenza tidher li hija żbaljata. OPOCE, jekk jogħġbok iċċekkja.]

 

 

45a Id-dokument tal-2015 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar l-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku imsejjaħ "Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries (STECF) – Small pelagic stocks in the Adriatic Sea. Ir-rapport tal-ewwel parti tal-valutazzjonijiet tal-istokkijiet fil-Baħar Mediterran imsejjaħ "Mediterranean assessments part 1" (STECF-15-14). 2015 ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu bin-numru EUR 27492 EN, JRC 97707, u fih 52 paġna. [It-tieni parti ta' din ir-referenza tidher li hi żbaljata. OPOCE, jekk jogħġbok iċċekkja.]

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għall-għanijiet tal-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd, irid ikun hemm limitu massimu għall-meded tal-FMSY fil-każ ta' użu normali u limitu ogħla f'ċerti każijiet, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat jitqies li jkun fi stat tajjeb. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jiġu ffissati sal-limitu ogħla biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rabta mas-sajd imħallat jew jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti, jew sabiex jiġu llimitati l-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd minn sena għall-oħra.

(13)  Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali, jenħtieġ li l-mira għal kull speċi tkun SSBpa. Jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi ffissata mira ogħla biss jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rabta mas-sajd imħallat jew jekk dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat id-dannu lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti, jew fejn wieħed mill-istokkijiet ta' pelaġiċi żgħar ikun inqas mill-SSBlim.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijomassa biss huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti mill-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma tittejjeb il-valutazzjoni xjentifika.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Għall-istokkijiet li għalihom ikunu disponibbli dawn il-miri, u għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja, jeħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala MSY Btrigger u Blim għall-istokkijiet tal-inċova u tas-sardin. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt l-MSY Btrigger, il-mortalità mis-sajd għandha titnaqqas iktar mill-FMSY.

(15)  Għall-fini tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja, jeħtieġ li jiġu stabbiliti punti ta' referenza għall-konservazzjoni espressi bħala SSBlim u SSBpa għall-ħut pelaġiku żgħir. Jekk l-istokkijiet jaqgħu taħt SSBlim, ikun jenħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' rimedju xierqa biex jikkontribwixxu biex l-istokk ikkonċernat jirritorna b'mod rapidu għal livelli ogħla mill-SSBpa.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijomassa biss huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti mill-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma tittejjeb il-valutazzjoni xjentifika.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li jiġu implimentati iktar miżuri ta' salvagwardja jekk id-daqs tal-istokk jaqa' taħt il-punt ta' referenza ta'Blim. Jenħtieġ li l-miżuri ta' salvagwardja jkunu jinkludu t-tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li xi stokk ikun mhedded. Jenħtieġ li dawk il-miżuri jkollhom magħhom miżuri oħrajn, skont kif ikun xieraq, bħal miżuri tal-Kummissjoni meħudin skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri meħudin skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

imħassar

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Għall-istokkijiet li għalihom ma jkunux disponibbli l-punti ta' referenza, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta' prekawzjoni. Fil-każ speċifiku tal-istokkijiet li jinqabdu bħala qabdiet aċċessorji, jekk ma jkunx hemm parir xjentifiku dwar il-livelli minimi tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għat-tali stokkijiet, jenħtieġ li jiġu adottati miżuri speċifiċi ta' konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jkun jindika li hemm bżonn ta' miżuri ta' rimedju.

(17)  Għall-istokkijiet li għalihom ma jkunux disponibbli l-punti ta' referenza, jenħtieġ li japplika l-approċċ ta' prekawzjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex ikun jista' jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi miżuri addizzjonali ta' ġestjoni. Jenħtieġ li t-tali miżuri jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati.

(18)  Sabiex ikun jista' jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li l-pjan jipprevedi miżuri addizzjonali ta' ġestjoni, b'mod partikolari miżuri biex l-iskartar jiġi eliminat b'mod gradwali, biex jiġi kkalkulat in-numru ta' ħut taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, u biex jitnaqqsu u, fejn possibbli, jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd minn fuq l-ambjent marin. Jenħtieġ li t-tali miżuri jiġu stabbiliti permezz ta' atti delegati.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Rakkomandazzjoni konġunta mill-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja (Il-Grupp ta' Livell Għoli "Adriatica") u studju dwar il-karatteristiċi tekniċi tax-xbieki bit-tartarun tal-borża u l-impatt tagħhom fuq il-komunitajiet tal-qiegħ ġew sottomessi, u riveduti, minn esperti indipendenti u l-STECF. Huwa għalhekk xieraq li tiġi prevista deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  Jenħtieġ li l-Kunsill iqis is-sajd rikreattiv meta l-parir xjentifiku jindika li tali sajd għandu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' stokk partikolari. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista' jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) għall-qabdiet kummerċjali li tieħu kont tal-volum ta' qabdiet rikreattivi u/jew jadotta miżuri oħra li jillimitaw is-sajd rikreattiv, bħal-limitu tal-qabda u l-perjodi ta' għeluq.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li l-pjan jipprevedi wkoll l-adozzjoni ta' ċerti miżuri tekniċi ta' akkumpanjament, permezz ta' atti delegati, sabiex dawn jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber jew biex titjieb is-selettività.

(20)  Jenħtieġ li l-pjan jipprevedi wkoll l-adozzjoni ta' ċerti miżuri tekniċi ta' akkumpanjament, kif ukoll miżuri temporali u spazjali, permezz ta' atti delegati u b'kont meħud tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, sabiex dawn jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber jew biex titjieb is-selettività.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Jenħtieġ li l-irkapti artiġjanali bbażati fuq prattiki storiċi stabbiliti fil-komunitajiet tas-sajd jiġu ssalvagwardjati meta jiġu definiti l-miżuri tekniċi li jirriżultaw mill-pjan pluriennali jew mill-atti delegati adottati skont il-pjan pluriennali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Bil-għan li l-industrija tkun tista' tlaħħaq mal-miżuri għat-tnaqqis tal-isforz tas-sajd u t-tnaqqis konsegwenti ta' introjtu għan-negozji u l-baħħara, jenħtieġ li jkun hemm arranġamenti għal aċċess ta' prijorità għal sostenn xieraq mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) skont ir-Regolament Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_____________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b)  Bil-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti mal-impatti soċjoekonomiċi, minn naħa waħda jkun ideali li jingħataw derogi mill-perjodi ta' żmien għall-miżuri ta' waqfien temporanju kif imsemmi fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u b'hekk tiġi estiża biss għal bastimenti koperti minn dan il-pjan pluriennali u, min-naħa l-oħra, li jiġi permess il-ftuħ mill-ġdid u l-aċċess mill-istess bastimenti għall-miżuri ta' waqfien permanenti previsti mill-Artikolu 34 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li t-tendenza għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku hi li huma jagħmlu vjaġġi qosra tas-sajd, jenħtieġ li l-użu tan-notifiki minn qabel kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jiġi adattat sabiex in-notifiki minn qabel jintbagħtu mill-inqas siegħa u nofs qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. Madankollu, meta jitqies l-effett limitat ta' vjaġġi tas-sajd li jinvolvu kwantitajiet żgħar ħafna ta' ħut fuq l-istokkijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu għat-tali notifiki minn qabel meta dawn il-bastimenti jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta' inċova jew ta' sardin.

(22)  Filwaqt li jiġi rrikonoxxut li t-tendenza għall-bastimenti li jistadu għall-ispeċijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku hi li huma jagħmlu vjaġġi qosra tas-sajd, jenħtieġ li l-użu tan-notifiki minn qabel kif inhu meħtieġ skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 jiġi adattat sabiex in-notifiki minn qabel jintbagħtu mill-inqas nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. Madankollu, meta jitqies l-effett limitat ta' vjaġġi tas-sajd li jinvolvu kwantitajiet żgħar ħafna ta' ħut fuq l-istokkijiet ikkonċernati, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu massimu għat-tali notifiki minn qabel meta dawn il-bastimenti jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta' ħut pelaġiku żgħir.

Ġustifikazzjoni

Minħabba kosta speċifika u minħabba l-fatt li ż-żoni tas-sajd huma relattivament qrib il-portijiet, huwa meħtieġ li jiġi previst perjodu iqsar għan-notifika minn qabel.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-qabdiet tal-inċova u tas-sardin li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet f'port deżinjat jew f'post viċin il-kosta skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jkunu qed jagħżlu dawk il-portijiet jew dawk il-postijiet viċin il-kosta, jeħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta' dak ir-Regolament b'tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv.

(24)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti massimi għall-qabdiet ta' ħut pelaġiku żgħir li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet f'port deżinjat jew f'post viċin il-kosta skont l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jkunu qed jagħżlu dawk il-portijiet jew dawk il-postijiet viċin il-kosta, jeħtieġ li l-Istati Membri japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta' dak ir-Regolament b'tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li tintuża d-definizzjoni ta' "speċijiet pelaġiċi żgħar" mill-pjan ta' ġestjoni attwali tal-GFCM. Din id-definizzjoni timplika li dawn iż-żewġ speċijiet huma immaniġġjati flimkien. Dawn iż-żewġ speċijiet jinqabdu flimkien, u peress li fis-sajd bit-tartarun tal-borża mhuwiex possibbli li tiġi mmirata biss speċi waħda, il-miżuri ta' ġestjoni għandhom japplikaw għat-tnejn li huma flimkien. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ speċijiet jalternaw fin-natura tagħhom, u huma dipendenti ħafna mill-kundizzjonijiet ambjentali. Minħabba dan, l-isfruttament ta' dawn l-ispeċijiet għandu jkun ikkontrollat u ġestit flimkien, kif inhu diġà rikonoxxut fil-qafas attwali tal-GFCM.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Sabiex ikun hemm adattament f'waqtu u b'mod proporzjonat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta' ċerti miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mas-supplimentar ta' dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam ma' miżuri ta' rimedju għall-konservazzjoni tal-kavalli u tas-sawrell, mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u ma' miżuri tekniċi. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(25)  Sabiex ikun hemm adattament f'waqtu u b'mod proporzjonat għall-progress tekniku u xjentifiku u biex tiġi żgurata l-flessibbiltà u tiġi permessa l-evoluzzjoni ta' ċerti miżuri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mas-supplimentar ta' dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art u ma' miżuri tekniċi. Huwa importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet ix-xierqa matul il-ħidma tagħha ta' tħejjija, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet twettaqhom skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-pjan pluriennali għandhom japplikaw biss għas-sardin u l-inċova, peress li għal speċijiet oħra (il-kavalli (Scomber spp.) u s-sawrell (Trachurus spp.)) hemm nuqqas qawwi ta' dejta u ta' valutazzjonijiet xjentifiċi. Dawn l-ispeċijiet għandhom jiġu koperti mill-pjan pluriennali minħabba obbligu ta' ħatt l-art, peress li din kienet l-ispjegazzjoni ewlenija tal-KE, iżda dan għandu jkun separat b'mod ċar fl-ambitu tal-pjan pluriennali.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-tali valutazzjoni ssegwi evalwazzjoni perjodika tal-pjan li tkun ibbażata fuq il-parir xjentifiku u li din tissejjes fuqha. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat kull ħames snin. Dan il-perjodu jippermetti li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu tal-ħatt l-art u li jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonalizzati u li dawn jibda jkollhom impatt fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd. Dan huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet biex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni perjodika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-tali valutazzjoni ssegwi evalwazzjoni perjodika tal-pjan li tkun ibbażata fuq il-parir xjentifiku u li din tissejjes fuqha. Jenħtieġ li l-pjan jiġi evalwat tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u sussegwentement kull ħames snin. Dan il-perjodu jippermetti li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu tal-ħatt l-art u li jiġu adottati u implimentati miżuri reġjonalizzati u li dawn jibda jkollhom impatt fuq l-istokkijiet u fuq is-sajd. Dan huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Bil-għan li s-sajjieda jiġu megħjuna jimplimentaw il-miżuri previsti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-akbar użu possibbli tal-miżuri disponibbli taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li l-miżuri ta' waqfien temporanju li ġew adottati bil-għan li jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament jistgħu jitqiesu eleġibbli għal appoġġ taħt ir-Regolament (UE) Nru 508/2014, bil-għan li jitqiesu l-aspetti soċjoekonomiċi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, huwa xieraq li tingħata deroga, għall-bastimenti milquta minn dan il-pjan pluriennali, mill-perjodi li matulhom jista' jingħata sostenn kif ukoll mil-limitu massimu fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEMS għall-miżuri ta' waqfien temporanju stabbiliti fir-Regolament Nru 508/2014.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus) u tas-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku ("l-istokkijiet ikkonċernati") u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Huwa għandu japplika wkoll għall-qabdiet aċċessorji tal-kavalli (Scomber spp.) u tas-sawrell (Trachurus spp.) fil-Baħar Adrijatiku li jinqabdu waqt is-sajd għal wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati jew għat-tnejn li huma.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-istokkijiet tal-inċova (Engraulis encrasicolus) u tas-sardin (Sardina pilchardus) fil-Baħar Adrijatiku ("ħut pelaġiku żgħir") u għas-sajd li jimmira għal dawk l-istokkijiet. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-qabdiet aċċessorji tal-kavalli (Scomber spp.) u tas-sawrell (Trachurus spp.) fil-Baħar Adrijatiku li jinqabdu waqt is-sajd għall-ħut pelaġiku żgħir.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-pjan pluriennali għandhom japplikaw biss għas-sardin u l-inċova, peress li għal speċijiet oħra hemm nuqqas qawwi ta' dejta u ta' valutazzjonijiet xjentifiċi. Dawn l-ispeċijiet għandhom jiġu koperti mill-pjan pluriennali minħabba obbligu ta' ħatt l-art, peress li din kienet l-ispjegazzjoni ewlenija tal-KE, iżda dan għandu jkun separat b'mod ċar fl-ambitu tal-pjan pluriennali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  "L-aħjar parir xjentifiku disponibbli" tfisser parir xjentifiku disponibbli b'mod pubbliku li huwa appoġġjat mill-aktar data u metodi xjentifiċi aġġornati u li jkun jew ġie maħruġ jew rieżaminat minn korp xjentifiku indipendenti li huwa rikonoxxut fuq livell tal-Unjoni jew fil-livell internazzjonali.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "Iffukar" tfisser li s-sardin jew l-inċova jirrappreżentaw tal-inqas 50 % tal-qabda f'piż ħaj;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' iffukar hija importanti għall-ġestjoni f'termini ta' jiem ta' sajd.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "stokkijiet pelaġiċi żgħar" tfisser l-istokkijiet imniżżlin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament u kwalunkwe kombinament tagħhom;

(c)  "Ħut pelaġiku żgħir" tfisser stokkijiet tas-sardin (Sardina pilchardus) u l-inċova (Engraulis encrasicolus);

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li tintuża d-definizzjoni ta' "speċijiet pelaġiċi żgħar" attwali tal-pjan ta' ġestjoni tal-GFCM MP. Din id-definizzjoni timplika li dawn iż-żewġ speċijiet huma immaniġġjati flimkien. Dawn iż-żewġ speċijiet jinqabdu flimkien, u peress li fis-sajd bit-tartarun tal-borża mhuwiex possibbli li tiġi mmirata biss speċi waħda, il-miżuri ta' ġestjoni għandhom japplikaw għat-tnejn li huma flimkien. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ speċijiet jalternaw fin-natura tagħhom, u huma dipendenti ħafna mill-kundizzjonijiet ambjentali. Minħabba dan, l-isfruttament ta' dawn l-ispeċijiet għandu jkun ikkontrollat u ġestit flimkien, kif diġà rikonoxxut fil-qafas attwali tal-GFCM.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "medda tal-FMSY" tfisser medda ta' valuri fejn, f'sitwazzjonijiet ta' sajd imħallat u bi qbil mal-parir xjentifiku, il-livelli kollha ta' mortalità mis-sajd fil-limiti xjentifikament indikati ta' dik il-medda jwasslu għal rendiment massimu sostenibbli (MSY) fit-tul bil-kundizzjonijiet ambjentali medji eżistenti mingħajr ma jaffettwaw b'mod sinifikanti l-proċess ta' riproduzzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati;

imħassar

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  "Jum tas-sajd" tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa, jew parti minnu, meta bastiment tas-sajd ikun involut f'attività tas-sajd, bħat-tiftix għall-ħut, l-isparar, il-kalar, l-irmonk, l-irfigħ tal-irkaptu tas-sajd, it-teħid tal-qabdiet abbord, it-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord jew it-trasferiment, it-tqegħid fil-gaġeġ, it-tismin u l-ħatt l-art ta' ħut u prodotti tas-sajd, kif definit fil-punt 28 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru  1380/2013; .

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  "SSBlim" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni ta' rimedju sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza;

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijomassa biss huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti fuq mill-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma titjieb il-valutazzjoni xjentifika.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  "SSBpa" tfisser il-punt ta' referenza prekawzjonarju tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni ta' ġestjoni sabiex jiġi żgurat li l-istokk jerġa' jinbena sa livell fejn ikun fil-limiti bijoloġiċi ta' sikurezza;

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijomassa biss huwa aktar xieraq u huwa valur aktar ċert għall-ġestjoni ta' speċijiet pelaġiċi żgħar, li huma aktar dipendenti mill-kundizzjonijiet ambjentali mill-isfruttament, għall-inqas sa ma tittejjeb il-valutazzjoni xjentifika.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "MSY Btrigger" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta' ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY fit-tul;

imħassar

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "opportunità tas-sajd" tfisser dritt legali kkwantifikat għas-sajd, mogħti f'termini tal-qabdiet u/jew tal-isforz tas-sajd.

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikulari billi japplika l-approċċ ta' prekawzjoni għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa' jżid il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom f'livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY.

1.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd imniżżlin fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Ġustifikazzjoni

L-għanijiet huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mhuwiex meħtieġ li jiġu ripetuti hawnhekk. L-għanijiet tal-PKS huma importanti wkoll u l-ilħuq tal-MSY ma jistax ikun aktar importanti minn għanijiet oħra bħalma huma l-istabbiltà soċjali tas-segment tas-sajd ikkonċernat.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-pjan pluriennali għandu jipprovdi qafas ta' ġestjoni effettiv, sempliċi u stabbli għall-isfruttament tal-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

2.  Il-pjan pluriennali għandu jipprovdi qafas ta' ġestjoni effettiv, sempliċi u stabbli għall-isfruttament tal-pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-pjan pluriennali għandu jqis l-aspetti soċjoekonomiċi meta jkun qiegħed jiġi żviluppat jew mibdul, f'konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni tal-qbid skartat billi jevita l-qabdiet mhux mixtieqa u jnaqqashom kemm jista' jkun u għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li huma suġġetti għalih u li għalihom japplika dan ir-Regolament.

3.  Il-pjan pluriennali għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-qbid skartat billi jevita l-qabdiet mhux mixtieqa u jnaqqashom kemm jista' jkun u għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li huma suġġetti għalih u li għalihom japplika dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija totali tal-ħut skartat hija operazzjonalment impossibbli, anki minħabba li d-de minimis xorta għadu possibbiltà prevista fir-regolament bażiku.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-pjan pluriennali għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar. Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u b'mod partikulari mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

4.  Il-pjan pluriennali għandu jimplimenta l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiżgura li jitnaqqsu kemm jista' jkun, u fejn possibbli jiġu eliminati, l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, b'mod partikolari l-ħabitats li jinsabu mhedda u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar, it-tjur tal-baħar u r-rettili, Huwa għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent u b'mod partikulari mal-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb sal-2020 kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u mal-miri u r-regoli stabbiliti fid-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-miżuri skont il-pjan għandhom jittieħdu f'konformità mal-aħjar parir xjentifiku disponibbli.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 - Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

MIRI, SALVAGWARDJI U MIŻURI SPEĊIFIĊI

MIRI SOĊJOEKONOMIĊI, SALVAGWARDJI U MIŻURI SPEĊIFIĊI

Ġustifikazzjoni

L-inserzjoni tal-kelma "soċjoekonomiċi" hija konformi mal-emenda lill-Artikolu 4a (għanijiet soċjoekonomiċi) li ġej u l-Premessi l-ġodda (21a) u (24a).

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miri għall-inċova u għas-sardin

Miri għall-pelaġiċi ż-żgħar

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni timplika li dawn iż-żewġ speċijiet huma immaniġġjati flimkien.

Emenda    53

Proposta għal regolament

L-Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mortalità mis-sajd fil-mira għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u fuq bażi progressiva u inkrimentali sal-2020 għall-istokkijiet ikkonċernati u, wara dak iż-żmien, għandha tinżamm fil-meded stabbiliti fl-Anness I u f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

1.  Il-punti ta' referenza fil-mira għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jintlaħqu mill-aktar fis possibbli u għandhom, minn hemm 'il quddiem, jinżammu 'l fuq mill-valuri mogħtija fl-Anness I u f'konformità mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1).

Ġustifikazzjoni

Dan huwa aġġustament tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 skont il-proposta għal punti ta' referenza bbażati fuq il-bijomassa.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mortalità mis-sajd fil-mira stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-miżuri ta' ġestjoni għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jikkonformaw mal-punti ta' referenza fil-mira stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa aġġustament tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 skont il-proposta għal punti ta' referenza bbażati fuq il-bijomassa. Qed jiġi propost li jitħassar it-terminu "opportunitajiet tas-sajd" u li dan jinbidel bit-terminu "miżuri ta' ġestjoni". B'mod partikolari, it-terminu "opportunitajiet tas-sajd" jindika s-sistema tal-qabdiet totali permissibbli (TAC) u, minflok, qed jiġi propost li dan it-terminu jiġi sostitwit bit-terminu "miżuri ta' ġestjoni" li hu aktar xieraq għal sistema ta' ġestjoni bbażata fuq l-isforzi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f'livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta' mortalità mis-sajd minn dawk stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I.

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, il-miżuri ta' ġestjoni jista' jkollhom fil-mira l-livelli li jikkorrispondu għal valuri ogħla minn dawk stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness I jekk:

 

(a)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

 

(b)  abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti; jew

 

(c)  wieħed mill-istokkijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar huwa inqas mill-punt ta' referenza spjegat fil-kolonna B tal-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Dan huwa aġġustament tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 skont il-proposta għal punti ta' referenza bbażati fuq il-bijomassa. B'mod partikolari, it-terminu "opportunitajiet tas-sajd" jindika s-sistema tal-qabdiet totali permissibbli (TAC) u, minflok, qed jiġi propost li dan it-terminu jiġi sostitwit bit-terminu "miżuri ta' ġestjoni" li hu aktar xieraq għal sistema ta' ġestjoni bbażata fuq l-isforzi.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Minkejja l-paragrafi 2 u 3, l-opportunitajiet tas-sajd għal xi stokk partikulari jistgħu jiġu ffissati skont il-meded tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I, dejjem jekk l-istokk ikkonċernat ikun f'livell ogħla mil-livell minimu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A tal-Anness II:

imħassar

(a) jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ tas-sajd imħallat;

 

(b) jekk, abbażi tal-parir xjentifiku jew tal-evidenza xjentifika, dan ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil xi stokk ikkawżat mid-dinamika tal-istokk tal-ispeċi jew mid-dinamika ta' bejn l-istokkijiet ta' speċijiet differenti, jew

 

(c) sabiex il-varjazzjonijiet fl-opportunitajiet tas-sajd bejn snin konsekuttivi jiġu llimitati għal mhux aktar minn 20 %.

 

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Meta l-parir xjentifiku jindika li s-sajd rikreattiv ikollu impatt sinifikanti fuq il-mortalità mis-sajd ta' xi stokk partikolari, il-Kunsill dan għandu jqisu u jista' jillimita s-sajd rikreattiv meta jkun qed jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd biex jevita li tinqabeż il-mira totali tal-mortalità mis-sajd.

 

 

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

L-għanijiet soċjoekonomiċi

 

Bil-għan li jitqiesu l-objettivi soċjoekonomiċi spjegati fil-punt (f) tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, meta jkunu qed japplikaw il-miżuri tekniċi u ta' konservazzjoni previsti f'dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu estensiv tal-miżuri rilevanti spjegati fir-Regolament (UE) Nru 508/2014.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba biex tagħmilha possibbli li, meta s-sajjieda huma affettwati minn miżuri tekniċi u/jew ta' konservazzjoni li għandhom impatt partikolarment qawwi li jaffettwa ħażin kemm lill-kumpaniji kif ukoll lill-ħaddiema, l-Istati Membri jagħtu aċċess għall-appoġġ finanzjarju mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala livelli minimi u livelli ta' limitu tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-istokkijiet ikkonċernati huma stabbiliti fl-Anness II.

1.  Il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni mogħtija bħala livelli minimi u livelli ta' limitu tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv għandhom jiġu applikati sabiex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità riproduttiva sħiħa tal-istokkijiet ikkonċernati.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Tliet snin wara l-applikazzjoni tal-miżuri ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 6(1a), ir-riċerka xjentifika għandha tivverifika l-effikaċja tal-miżuri li jkunu ttieħdu, b'mod partikulari fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta lil dawk l-istokkijiet.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa biex tiġi vvalutata l-effettività tal-miżuri proposti fl-Artikolu 4a.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-livell minimu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati l-miżuri kollha ta' rimedju x-xierqa biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu l-MSY. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2) u (4) ta' dan ir-Regolament, l-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet ikkonċernati għandhom jiġu ffissati f'livell li jkun konsistenti ma' mortalità mis-sajd li tkun tnaqqset iktar mill-medda stabbilita fil-kolonna A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa ta' dak l-istokk.

2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-livell minimu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv stabbilit fil-kolonna B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati l-miżuri kollha ta' rimedju x-xierqa biex isir kontribut ħalli l-popolazzjonijiet tal-pelaġiċi ż-żgħar jerġgħu jitilgħu malajr għal livelli li jkunu 'l fuq mill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2) u f'konformità mal-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament, il-miżuri ta' ġestjoni għandhom jiġu aġġustati filwaqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa ta' dak l-istokk.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti huma konformi ma' proposti oħra li huma bbażati fuq il-bijomassa bħala valur aktar ċert.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-limitu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (Blim) kif stabbilit fil-kolonna B tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu iktar miżuri ta' rimedju biex ikun żgurat li l-istokk ikkonċernat jerġa' jitla' malajr għal livelli li jkunu 'l fuq minn dak li jista' jipproduċi l-MSY. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2) u (4), dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis ix-xieraq tal-opportunitajiet tas-sajd.

3.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa tal-istokk riproduttiv taż-żewġ stokkijiet ta' pelaġiċi ż-żgħar tkun taħt il-limitu tal-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv (SSBlim) kif stabbilit fil-kolonna B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu iktar miżuri ta' rimedju biex isir kontribut ħalli ż-żewġ stokkijiet jerġgħu jitilgħu malajr għal livelli li jkunu 'l fuq mill-punt ta' referenza mogħti fil-kolonna A tal-Anness I. B'mod partikulari, b'deroga mill-Artikolu 4(2), dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu s-sospensjoni tas-sajd li jkollu fil-mira lill-istokk ikkonċernat u miżuri oħra adegwati ta' ġestjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti huma konformi ma' proposti oħra li huma bbażati fuq il-bijomassa bħala valur aktar ċert.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-parir xjentifiku jindika li hemm bżonn ta' azzjoni ta' rimedju biex tkun żgurata l-konservazzjoni tal-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar imsemmijin fl-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament jew, fil-każ tal-inċova u tas-sardin, meta l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet għal sena partikulari tkun taħt il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna A tal-Anness II ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:

1.   Meta l-parir xjentifiku jindika li hemm bżonn ta' azzjoni ta' rimedju għall-konservazzjoni tal-pelaġiċi ż-żgħar jew meta l-bijomassa tal-istokk riproduttiv ta' kwalunkwe wieħed minn dawn l-istokkijiet għal sena partikulari tkun taħt il-punti ta' referenza dwar il-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna B tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 b'rabta mal-affarijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet proposti huma konformi ma' proposti oħra li huma bbażati fuq il-bijomassa bħala valur aktar ċert.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b'mod partikulari d-daqs tal-malja, il-bini tal-irkaptu, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta' tagħmir tas-selettività sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

imħassar

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-użu tal-irkaptu tas-sajd u l-fond li fih jintuża l-irkaptu sabiex tkun żgurata s-selettività jew sabiex din tittejjeb;

imħassar

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-projbizzjoni tas-sajd f'żoni speċifiċi jew il-limitazzjoni tas-sajd fihom sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv u l-ħut li għadu qed jikber jew il-ħut ta' daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira;

imħassar

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  il-projbizzjoni tas-sajd jew tal-użu ta' ċertu tip ta' rkaptu f'ċerti perjodi taż-żmien jew il-limitazzjoni tagħhom f'dawn il-perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv jew il-ħut ta' daqs li jkun inqas mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jew biex jiġu protetti l-ispeċijiet tal-ħut li ma jkunux fil-mira;

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  id-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar, u

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  karatteristiċi oħrajn marbutin mas-selettività.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-termini użati fil-punt (f), is-suġġett ta' delega, huma tant ġenerali li jistgħu jiksru l-limiti sostantivi imposti mill-Artikolu 290 tat-TFUE. Huwa aħjar li wieħed jagħżel li t-test jitħassar.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Minkejja l-paragrafu 1, sabiex jintlaħqu l-miri spjegati fl-Artikolu 4, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin għas-snin 2019–2022:

 

(a)   fl-2019 il-limitu tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandu jkun stabbilit fil-livell tal-qbid tal-2014; ibda mill-2020, il-limiti tal-qabdiet għall-pelaġiċi ż-żgħar għandhom jitnaqqsu gradwalment kull sena għall-Istat Membru kkonċernat b'4 % meta mqabbel mas-sena preċedenti sal-2022; madankollu, it-tnaqqis ma għandux japplika jekk fis-sena ta' qabel il-qabda totali għal kull Stat Membru kkonċernat tkun ta' aktar minn 2 % taħt il-livell tal-qabdiet tal-2014;

 

(b)   l-isforz tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li jimmiraw għal pelaġiċi ż-żgħar ma għandux jaqbeż il-180  jum ta' sajd fis-sena u l-20 jum ta' sajd fix-xahar, b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għas-sardin u b'massimu ta' 144 jum ta' sajd fis-sena mmirati għall-inċova;

 

(c)   l-għeluq ġeotemporali għandu jiġi implimentat kull sena sabiex jiġu protetti ż-żoni tat-tkabbir u tar-riproduzzjoni. tali għeluq, għal tipi differenti ta' rkaptu tas-sajd, għandhom ikopru d-distribuzzjoni sħiħa tal-pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku, għal perjodi ta' mhux anqas minn 15-il jum kontinwi u sa 30 jum kontinwi. dak l-għeluq għandu jseħħ matul il-perijodi li ġejjin:

 

(i)   għas-sardin, mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Marzu, u

 

(ii)   għall-inċova, mill-1 ta' April sat-30 ta' Settembru;

 

(d)   għeluq addizzjonali għall-bastimenti ta' tul totali ta' aktar minn 12 il metru, separatament għal kull tip ta' rkaptu tas-sajd, għandu jiġi implimentat għal mhux inqas minn sitt xhur; tali għeluq għandu jkopri mill-inqas 30 % taż-żona li tkun ġiet identifikata bħala żona ta' tkabbir jew bħala żona li tkun importanti għall-protezzjoni ta' klassijiet ta' ħut ta' età bikrija (f'ibħra territorjali u interni);

 

(e)   il-kapaċità totali tal-flotta tal-bastimenti tat-tkarkir u tal-bastiment tas-sajd bit-tartarun tal-borża li jkunu qed jistadu b'mod attiv għal stokkijiet pelaġiċi ż-żgħar ma għandhiex taqbeż il-kapaċità tal-flotta reġistrata tal-flotta attiva tal-2014 f'termini ta' tunnellaġġ gross (GT) u/jew tunnellaġġ reġistrat gross (GRT), saħħa tal-magna (kW) u numru ta' bastimenti.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.   Minkejja l-paragrafu 1a, sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà u jiġu limitati l-varjazzjonijiet fil-miżuri ta' ġestjoni, id-durata tal-għeluq imsemmi fil-punti (c) u (d) tiegħu ma għandhiex tvarja b'aktar minn 10 % minn sena għall-oħra konsekuttivi.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri proposti ġew implimentati għalkollox mill-2017 'il quddiem, u parzjalment mill-2015. Dawn huma konformi mal-pjan ta' ġestjoni tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) u huwa essenzjali li jitkompla l-użu tal-istess approċċ u miżuri ta' ġestjoni sabiex inkunu nistgħu nivvalutaw kif suppost l-effett tagħhom. Barra minn hekk, qed jiġi propost li jiġi implimentat tnaqqis gradwali tal-limitu tal-qabdiet għall-istess perjodu.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Miżuri tekniċi

 

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, u l-punt 2 tal-Anness II tal-istess Regolament ma għandhomx japplikaw.

 

2.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-tul massimu tax-xbieki tat-tidwir (tartarun tal-borża u tartaruni mingħajr borża) għandu jkun ristrett għal 600 metru, l-għoli ta' kemm tinżel ix-xibka tkun ta' massimu ta' 1/3 tat-tul tagħha.

Ġustifikazzjoni

Għall-implimentazzjoni ta' kwalunkwe pjan ta' ġestjoni huwa essenzjali li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu inklużi fil-pjan ta' ġestjoni pluriennali. Dan diġà ġie mitlub permezz ta' rakkomandazzjoni konġunta mill-Istati Membri Adriatiċi u elaborat permezz ta' Studju dwar il-karatteristiċi tekniċi tat-tartarun bil-borża u l-impatt tagħhom fuq il-komunitajiet tal-qiegħ. Dan l-istudju u t-talba ġew ukoll riveduti minn esperti indipendenti u mill-STECF, li kkonfermaw l-konklużjonijiet. Dan jirrappreżenta waħda mid-dispożizzjonijiet ewlenin biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tas-sajd bit-tartarun tal-borża għall-pelaġiċi ż-żgħar fl-Adrijatiku.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar l-affarijiet li ġejjin:

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar l-affarijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli mogħtija fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar l-obbligu tal-ħatt l-art u r-reġjonalizzazzjoni huma biżżejjed. Għalhekk, ma jkunx xieraq li l-Kummissjoni tieħu kwalunkwe miżura ulterjuri permezz ta' atti delegati.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li għalihom l-evidenza xjentifika turi rati għoljin ta' sopravvivenza, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkaptu, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; u

(a)  l-eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li għalihom l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri rati għoljin ta' sopravivenza, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-irkaptu, il-prattiki tas-sajd u l-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; u

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-iffissar tad-daqsijiet minimi ta' referenza għall-konservazzjoni sabiex tkun żgurata l-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-ittra (d) għandha titħassar peress li din iż-żona diġà hija koperta fl-Artikolu 6 hawn fuq u ma hemmx bżonn ta' ripetizzjoni.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 10 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B'deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, in-notifika minn qabel imsemmija f'dak l-Artikolu għandha ssir mill-inqas siegħa u nofs qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kostali jistgħu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jagħtu permess għal dħul qabel fil-port.

1.  B'deroga mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, in-notifika minn qabel imsemmija f'dak l-Artikolu għandha ssir mill-inqas nofs siegħa qabel il-ħin mistenni tal-wasla fil-port. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kostali jistgħu, fuq il-bażi ta' każ b'każ, jagħtu permess għal dħul qabel fil-port.

Ġustifikazzjoni

F'ħafna żoni tal-Adrijatiku, il-membri tal-ekwipaġġ ikunu għadhom imħabbtin jagħżlu l-ħut li jkunu qabdu fil-kaxxi xierqa, minuti biss qabel jerġgħu lura lejn il-port. L-għoti tan-notifika msemmija hawn fuq qabel il-wasla fil-port, li jfisser li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd ikollhom jikkomunikaw ġabra ta' informazzjoni dwar il-bastiment u l-qabda ħafna qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tagħhom, huwa rekwiżit pjuttost oneruż.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-obbligu ta' notifika minn qabel għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord mill-inqas tunnellata ta' inċova jew tunnellata ta' sardin.

2.  L-obbligu ta' notifika minn qabel għandu japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jżommu abbord mill-inqas żewġ tunnellati ta' inċova jew tunnellata ta' sardin. Dawk il-kwantitajiet għandhom jiġu kkalkolati wara li jitnaqqsu l-qabdiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li dan jiġi speċifikat minħabba l-obbligu ta' ħatt l-art, li taħtu l-prodotti li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni jridu jinħattu l-art u jiġu mgħoddija għal użu dirett għajr il-konsum mill-bniedem. Il-kwantitajiet huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 13(a) u (b) ta' din il-proposta għal regolament.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  B'deroga mill-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti kollha tal-Unjoni b'tul globali ta' 12-il metri jew aktar għandhom jibagħtu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament qabel il-bidu tal-operazzjonijiet tal-ħatt l-art.

 

 

Ġustifikazzjoni

Il-bastimenti soġġetti għar-rekwiżiti ta' dan il-pjan ta' ġestjoni u li jaħdmu fuq speċijiet kbar ta' ħut għandhom jitħallew jimlew il-ġurnal ta' abbord tas-sajd qabel ma jibdew l-operazzjonijiet tal-ħatt l-art. Li wieħed jibgħat din l-informazzjoni qabel ma jidħol fil-port skont ir-regolamenti ġenerali jista' jkun diffiċli u kultant jista' jkun perikoluż, kemm minħabba d-diffikultà tal-ittrakkar u kemm minħabba l-ammonti kbar ta' ħut li jridu jiġu magħżula u mqiegħda fil-kaxxi.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limiti massimi li japplikaw għall-piż ħaj tal-ispeċijiet tal-istokkijiet rispettivi li huma suġġetti għall-pjan pluriennali li, jekk jaqbiżhom, bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu f'port deżinjat jew f'post viċin il-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Il-limitu massimu applikabbli għall-piż ħaj tal-pelaġiċi ż-żgħar, li jekk jinqabeż, il-bastiment tas-sajd għandu jħott l-art il-qabdiet tiegħu f'port deżinjat jew f'post viċin il-kosta kif stabbilit fl-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, għandu jkun ta' 4 tunnellati.

(a) 2 000 kg ta' inċova;

 

(b) 2 000 kg ta' sardin.

 

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 14 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u għandha, jekk ikun xieraq, tressaq proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 15 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Appoġġ mill-FEMS

 

1. Il-miżuri ta' waqfien temporanju adottati sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan pluriennali għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju tal-attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

 

2. B'deroga mill-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, sal-31 ta' Diċembru 2020 id-durata massima tal-appoġġ taħt dak ir-Regolament għandha tkun ta' disa' xhur, għall-bastimenti tas-sajd soġġetti għall-għeluq ġeografiku u temporali previst f'dan ir-Regolament.

 

3. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, bħala deroga mill-Artikolu 25(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandu jkun possibbli li tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-FEMS 'il fuq mil-limitu massimu ta' 15 % stabbilit f'dak l-Artikolu.

 

4. Fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, għandha tingħata prijorità lis-sajjieda affettwati mill-implimentazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dan il-pjan pluriennali.

 

5. Sal-31 ta' Diċembru 2020, u b'deroga mill-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-bastimenti li jkunu waqqfu l-attivitajiet tas-sajd kollha b'riżultat tal-miżuri biex jitnaqqas l-isforz tas-sajd imsemmi f'dan ir-Regolament jistgħu jkunu eliġibbli għall-appoġġ għall-waqfien permanenti kif imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

 

 

 

 

Emenda    83

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    84

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

(1)

ĠU C 288, 31.8.2017, p. 68.


NOTA SPJEGATTIVA

1) Sfond tal-proposta tal-Kummissjoni

Il-pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u s-sajd li jisfrutta lil dawk l-istokkijiet (minn hawn' il quddiem "pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku") qed jiġi stabbilit skont ir-Regolament Bażiku. Il-pjanijiet pluriennali huma adottati bħala prijorità, abbażi ta' parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku, u jridu jinkludu miżuri ta' konservazzjoni sabiex jerġgħu jiżdiedu l-livelli tal-istokkijiet u jinżammu 'l fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Ir-Regolament Bażiku jistipula wkoll li l-miżuri ma jistgħux jiġu inklużi fil-pjanijiet pluriennali sakemm ma jkunx ġie kkunsidrat l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom.

Il-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku, l-ewwel pjan tat-tip tiegħu fiż-żona tal-Mediterran, x'aktarx li jkollu impatt kbir fuq il-ġestjoni tas-sajd fil-Mediterran kollu kemm hu.

Il-Baħar Adrijatiku huwa subżona importanti tal-Mediterran li tirrappreżenta madwar terz tal-valur totali tal-ħatt l-art ta' ħut. Is-sardin u l-inċova jiffurmaw il-parti l-kbira tal-qabdiet pelaġiċi ż-żgħar. L-ikbar kwantitajiet jinqabdu mill-Italja u l-Kroazja. Stat Membru ieħor, is-Slovenja, jaqbad inqas minn 1 %, u l-Albanija u l-Montenegro jirrappreżentaw proporzjonijiet żgħar simili għal tas-Slovenja. Fil-preżent, is-sajd ta' pelaġiċi ż-żgħar huwa regolat fil-livell nazzjonali, fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali. Il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran hija l-korp internazzjonali li bħalissa qed jirregola s-sajd ta' dan it-tip.

L-għan aħħari tal-proposta huwa li jintlaħaq ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) sal-2020, kif rekwiżit mill-politika komuni tas-sajd. Fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta, il-Kummissjoni tiddikjara li l-għan ewlieni tal-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku huwa li l-istokkijiet u s-settur tas-sajd jitreġġgħu lura għal stat b'saħħtu billi jiġi żgurat li s-sajd isir sostenibbli.

2) Is-sostanza tal-proposta

Fl-24 ta' Frar 2017, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta lil dawn l-istokkijiet. Il-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku jista' japplika għall-istokkijiet tal-inċova, tas-sardin, tal-kavalli, u tas-sawrell. L-għan fundamentali tal-pjan pluriennali huwa li jintlaħaq u jinżamm ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) għall-istokkijiet ikkonċernati, li s-settur tas-sajd isir sostenibbli, u jiġi pprovdut qafas ta' ġestjoni effettiv.

Skont il-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku, il-miri proposti huma espressi bħala meded tal-mortalità mis-sajd madwar l-FMSY kif irrakkomandat mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), bl-iskadenza tal-2020. Ġew inklużi miri għall-inċova u għas-sardin, u l-meded huma bbażati fuq rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-STECF. Skont il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Kummissjoni, dawn il-meded se jippermettu li l-istokkijiet ikkonċernati jiġu ġestiti fuq bażi ta' MSY u preżumibbilment jagħtu lok għal aġġustament jekk ikun hemm xi bidliet fil-parir xjentifiku. Fejn ikun hemm dejta disponibbli dwar l-istokkijiet tal-ħut, dawn il-punti ta' referenza huma espressi bħala bijomassa ta' stokk riproduttiv;

Il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet marbuta mal-obbligu tal-ħatt l-art li għandhom jiġu adottati għall-finijiet tar-reġjonalizzazzjoni.  

3) Pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur tilqa' l-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku, peress li se jipprovdi għodda għall-ġestjoni pluriennali tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar biex ikunu jistgħu jerġgħu jinbnew l-istokkijiet u s-settur tas-sajd ikun jista' jerġa' lura għal livell sostenibbli. Skont il-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-istatus tal-istokkijiet tas-sardin u tal-inċova, il-livell attwali tas-sajd fl-Adrijatiku jikkostitwixxi sfruttament żejjed. Ir-rapporteur jappoġġa l-miżuri maħsuba biex itejbu l-istat tal-istokkijiet, b'enfasi partikolari fuq il-protezzjoni spazjali ta' żoni li fihom ikun jista' jiġi priservat il-ħut li għadu ta' età żgħira u jiġi protett stokk waqt li jkun qed ibid.

Filwaqt li jitqiesu l-istat tal-istokkijiet, in-natura speċifika tas-sajd, u s-sitwazzjoni soċjoekonomika kumplessa fl-Adrijatiku, u bil-ħsieb li tiġi żgurata ġestjoni effettiva u li jiġu ċċarati u ssimplifikati d-dispożizzjonijiet individwali tal-proposta, ir-Rapporteur qed tipproponi li jsiru l-emendi li ġejjin:

Ġestjoni konġunta tas-sardin u tal-inċova

Ir-Rapporteur ma taqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni separata għas-sardin u għall-inċova, u qed tipproponi minflok li dawn iż-żewġ speċijiet jiġu ġestiti flimkien. Il-bijomassa tal-pelaġiċi ż-żgħar tista' tvarja ħafna minn sena għall-oħra, irrispettivament mill-mortalità mis-sajd, peress li l-pelaġiċi ż-żgħar jiddependu ħafna mill-kundizzjonijiet ambjentali. Minħabba li fis-sajd mhuwiex kompletament possibbli li esklussivament tiġi mmirata waħda miż-żewġ speċijiet ta' hawn fuq, ir-Rapporteur tqis li dawn għandhom jiġu ġestiti flimkien. Barra minn hekk, iż-żewġ speċijiet, is-sardin u l-inċova, għandhom l-istess niċċa ekoloġika u l-bijomassa tagħhom qed tinbidel. Fil-proposta, ir-Rapporteur tintroduċi t-terminu "il-pelaġiċi ż-żgħar", li jintuża wkoll fil-pjan reġjonali mfassal mill-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran.

Iż-żamma tal-prinċipju ta' reġim ibbażat fuq il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd

Ir-Rapporteur toġġezzjona b'mod qawwi għat-tentattivi min-naħa tal-Kummissjoni li tiżgura li s-sajd huwa rregolat billi tistabbilixxi l-volumi totali tal-qabdiet u tistabbilixxi sistema ta' kwoti. Fil-preżent, iż-żona Adrijatika kollha kemm hi (GSA 17 u GSA 18) hija koperta mill-pjan ta' ġestjoni li pproduċiet il-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), li huwa bbażat fuq ir-regolamentazzjoni tal-isforz u l-kapaċità tas-sajd permezz tar-regolamentazzjoni u l-limiti ġeotemporali fuq in-numru ta' ġranet ta' sajd għal kull bastiment, iżda inizjalment jistabbilixxi limitu sikur tal-qabdiet fil-livell tal-qabdiet tal-2014. Ir-rakkomandazzjoni tal-GFCM li issa tinsab fis-seħħ (GFCM/40/2016/2) inħarġet fl-2016. Ir-Rapporteur tqis li r-rakkomandazzjoni attwali hija partikolarment importanti minħabba li tagħti stabbiltà relattiva lis-settur. Il-pakkett ta' miżuri qed jiġi applikat fl-2017 u fl-2018, u matul dak iż-żmien għandu jidher ċar jekk dawk il-miżuri, li ilhom applikabbli bis-sħiħ sa mill-2015, humiex effettivi u humiex qed jipproduċu riżultati.

Fil-Mediterran kollu kemm hu, is-sistema ta' ġestjoni qed tiġi implimentata kif deskritt hawn fuq, u kwalunkwe bidla sinifikanti fil-ġestjoni f'parti żgħira waħda x'aktarx li tisfratta s-suq tal-UE, tiftaħ l-ispazju għal aktar importazzjonijiet minn pajjiżi barra mill-UE, u tpoġġi s-settur tas-sajd f'pożizzjoni tas-suq mhux ugwali.

Peress li l-proposta tar-rapporteur hija bbażata fuq il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd, qed tipproponi li tbiddel l-arranġament ta' ġestjoni li jinvolvi "opportunitajiet" b' "miżuri ta' ġestjoni".

Ir-Rapporteur tindika li l-valutazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi għandu mnejn jinbidlu u jqis li din hija raġuni oħra għala wieħed għandu jitbiegħed mis-sistemi tal-kwoti. Ta' min jenfasizza l-fatt li nkisbu riżultati differenti mill-istess dejta prodotti mill-gruppi ta' ħidma tal-GFCM u tal-STECF. L-inċertezza inerenti f'dawn il-valutazzjonijiet toħloq dubji addizzjonali meta jkunu qed jittieħdu deċiżjonijiet importanti ħafna b’impatt wiesa' bbażati fuq rakkomandazzjonijiet xjentifiċi li jistgħu jvarjaw b'mod daqshekk kbir.

Il-valutazzjonijiet xjentifiċi u l-użu tagħhom fil-pjan propost

Waħda mid-dispożizzjonijiet ewlenin tal-proposta hija marbuta mal-punti ta' referenza bijoloġiċi. Fil-proposta dawn il-punti ta' referenza huma bbażati fuq il-valur tal-mortalità mis-sajd (F), li jikkorrispondi għall-isfruttament tar-riżorsi fi stat ta' rendiment massimu sostenibbli (FMSY). Dak il-valur jikkostitwixxi l-livell fil-mira li jrid jintlaħaq, skont ir-Regolament Bażiku, sal-2020. Madankollu, il-valur tal-mortalità mis-sajd li jikkorrispondi għall-valur teoretiku tal-isfruttament fi stat ta' rendiment massimu sostenibbli jiddependi minn għadd ta' suppożizzjonijiet inkorporati fil-proċedura għall-valutazzjoni xjentifika tal-istatus tal-istokk u għalhekk jista' jvarja ħafna. Fl-2016, pereżempju, l-STECF kien tal-fehma li l-valur tal-FMSY għas-sardin kien ta' 0.08, filwaqt li, fl-istess ħin, il-GFCM qiegħdet il-valur għal 0.7, fi kliem ieħor kważi għaxar darbiet ogħla. Fl-aħħar laqgħa plenarja tal-STECF (17-01) inħarġet rakkomandazzjoni bl-effett li l-valur li għandu jintuża għal-livell immirat ta' rendiment massimu sostenibbli ma għandux ikun FMSY, iżda konverżjoni teoretika b'rata ta' sfruttament (proporzjon bejn il-mortalità mis-sajd u l-mortalità totali, E=0.4), li tista' tiġi espressa wkoll bħala l-valur tal-mortalità mis-sajd F. Minħabba li anki l-korp xjentifiku konsultattiv tal-Kummissjoni (l-STECF) ikkonkluda li hemm bosta inċertezzi f'dawn il-valutazzjonijiet, ir-Rapporteur tipproponi li l-punt ta' referenza li għandu jintuża fil-pjan pluriennali għall-Baħar Adrijatiku għandu jkun il-bijomassa tal-istokk u mhux il-mortalità mis-sajd. Huwa partikolarment importanti li, fi żmien meta din il-kwistjoni qed tqajjem kontroversja fi ħdan il-komunità xjentifika, ma għandu jkun hemm l-ebda possibbiltà li tiġi introdotta sistema ta' kwoti, fejn il-qabda totali tiġi ddeterminata preċiżament billi jiġu mmirati dawk il-punti ta' referenza. Minħabba l-varjazzjonijiet fil-punti ta' referenza, dawn ma jistgħux jintużaw biex tiġi ddeterminata l-qabda totali permissibbli; l-arranġament li għandu jiġi applikat għandu jkun ibbażat fuq ir-regolamentazzjoni tal-isforz tas-sajd sabiex tiġi żgurata s-sopravivenza ta' speċi individwali fi kwantità suffiċjenti f'termini tal-bijomassa tagħha.

Id-definizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tat-tartarun tal-borża għas-sajd tal-pelaġiċi ż-żgħar fl-Adrijatiku

Ir-Rapporteur tipproponi li l-proposta tal-pjan tiddisponi għal eżenzjoni mid-dispożizzjoni tar-Regolament dwar il-Mediterran li tikkonċerna l-għoli ta' kemm jinżel it-tartarun tal-borża u r-relazzjoni tal-fond mal-għoli nett ta' kemm jinżel it-tartarun. Għandu jiġi enfasizzat li l-pjan qed jiġi prodott skont il-karatteristiċi reġjonali u għandu jkun adattat għas-sajd taż-żona li għaliha huwa ddisinjat; għandu wkoll, mill-bidu nett, jirrikonoxxi, u jippermetti, il-karatteristiċi speċifiċi tal-irkaptu tas-sajd li jintuża fl-Adrijatiku.

Il-pajjiżi tal-Adrijatiku miġbura flimkien fi ħdan AdriaMed (inizjattiva subreġjonali fil-forma ta' proġett tal-FAO), wettqu studju xjentifiku sabiex jiddeskrivu l-karatteristiċi tekniċi tat-tartaruni tal-borża fil-Baħar Adrijatiku, l-impatt possibbli tagħhom fuq qiegħ il-baħar u l-imġiba tas-sajd tagħhom. Dan l-istudju wera li l-Italja, il-Kroazja, u s-Slovenja huma korretti meta qed jitolbu li l-qisien ta' tartarun tal-borża jiġu definiti b'tali mod skont il-pjan li t-tul massimu se jkun 600 m u l-għoli ta' kemm jinżel ma jkunx ta' aktar minn 1/3 it-tul tiegħu. Minħabba li dawk huma d-dimensjonijiet li qed jiġu proposti, huwa essenzjali li titneħħa d-dispożizzjoni tar-Regolament dwar il-Mediterran li tirrestrinġi l-użu tat-tartaruni tal-borża f'żoni li huma aktar baxxi minn 70 % tal-għoli nett ta' kemm jinslu dawn ix-xbieki; minħabba l-konfigurazzjoni ta' qiegħ il-baħar tal-Adrijatiku, dan mhuwiex infurzabbli.

L-impatt soċjoekonomiku tal-pjan propost

Ir-Regolament Bażiku jistipula, fost affarijiet oħra, li l-miżuri ma jistgħux jiġu inklużi fil-pjanijiet pluriennali sakemm ma jkunx tqies l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom.

Ir-Rapporteur tirrimarka li fil-proposta tal-Kummissjoni ma hemm l-ebda valutazzjoni dettaljata tal-impatti soċjoekonomiċi. Hija tinsab inkwetata b'mod partikolari għaliex is-settur tas-sajd fil-Mediterran ilu fi kriżi għal aktar minn għoxrin sena, u dispożizzjonijiet ġodda li ma jkunux ġew maħsuba sew jista' jkollhom effett sinifikanti u jġibu r-rovina tas-settur kollu kemm hu. Barra minn hekk, ma hemm xejn bħala appoġġ finanzjarju u/jew miżuri ta' konverżjoni għad-ditti u l-ħaddiema flimkien mal-proposta biex jitnaqqsu l-qabdiet tas-sardin u tal-inċova, minkejja li dawn huma riżorsa ekonomika ewlenija għall-komunitajiet lokali żgħar, speċjalment il-komunitajiet tal-gżejjer, u għall-industriji lokali żgħar.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (14.9.2017)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

(COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD))

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd (il-PKS) tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent marin, għall-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha sfruttati b'mod kummerċjali, u b'mod partikulari għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.40

(1)  Jenħtieġ li l-politika komuni tas-sajd (il-PKS) tiżgura l-ħarsien tal-ambjent marin u l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet kollha sfruttati b'mod kummerċjali, u jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-kisba ta' status ambjentali tajjeb fl-ambjent marin sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.40

__________________

__________________

40 Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

40 Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Jenħtieġ li r-reġjonalizzazzjoni tintuża biex jinħolqu miżuri mfassla apposta li jqisu l-ispeċifiċitajiet ta' kull żona tas-sajd u jħarsu l-kundizzjonijiet ambjentali tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu allokati f'konformità mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bl-użu ta' kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd ikunu wkoll distribwiti b'mod ġust fid-diversi segmenti tas-sajd, inkluż is-sajd tradizzjonali u s-sajd fuq skala żgħira. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali iċken.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Dawk il-miżuri ta' rimedju jistgħu jinkludu wkoll, kif xieraq, is-sottomissjoni ta' proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni u miżuri ta' emerġenza adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dak iż-żmien, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-riżultati ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u kull ħames snin minn dakinhar 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tiżgura valutazzjoni tal-impatt tal-pjan pluriennali fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u fuq is-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-progress miksub għall-irkupru u ż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut 'il fuq mil-livelli li jkunu kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-riżultati ta' din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tista', fejn xieraq u filwaqt li jitqiesu l-pariri xjentifiċi l-aktar riċenti, tipproponi adattamenti għall-pjan pluriennali jew tagħti bidu għall-modifiki tal-atti delegati.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

Referenzi

COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

1.3.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

1.3.2017

Data tal-adozzjoni

7.9.2017

 

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Pjan pluriennali għall-istokkijiet pelaġiċi ż-żgħar fil-Baħar Adrijatiku u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

Referenzi

COM(2017)0097 – C8-0095/2017 – 2017/0043(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.2.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

1.3.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

1.3.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ruža Tomašić

22.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.4.2017

21.6.2017

21.11.2017

21.3.2018

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

11

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Ruža Tomašić

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Rosa D’Amato, Giuseppe Ferrandino, Elisabetta Gardini, Anja Hazekamp, Francisco José Millán Mon, Nosheena Mobarik

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Borrelli, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Tadeusz Zwiefka

Data tat-tressiq

16.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

14

+

ECR

Nosheena Mobarik, Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić

EFDD

Fabio Massimo Castaldo, Rosa D'Amato

NI

David Borrelli

PPE

Alain Cadec, Elisabetta Gardini, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon, Tadeusz Zwiefka

S&D

Renata Briano

11

-

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

GUE/NGL

Anja Hazekamp

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Nicola Caputo, Giuseppe Ferrandino, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos

VERTS/ALE

Marco Affronte, Klaus Buchner, Linnéa Engström

1

0

ENF

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Novembru 2018Avviż legali