Proċedura : 2017/0237(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0340/2018

Testi mressqa :

A8-0340/2018

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 22
CRE 14/11/2018 - 22

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2018 - 5.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0462

RAPPORT     ***I
PDF 1586kWORD 176k
18.10.2018
PE 618.100v02-00 A8-0340/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Riformulazzjoni)

(COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Bogusław Liberadzki

(Riformulazzjoni – Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Riformulazzjoni)

(COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0548),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0324/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Jannar 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali(2),

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu f'konformità mal-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0340/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Iridu jsiru għadd ta' emendi fir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24. Fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jiġi riformulat.

(1)  Iridu jsiru għadd ta' emendi fir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 sabiex tingħata protezzjoni aħjar lill-passiġġieri u titħeġġeġ żieda fl-ivvjaġġar bil-ferrovija, filwaqt li jitqiesu b'mod xieraq l-Artikoli 11, 12 u 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fid-dawl ta' dawn l-emendi u fl-interess taċ-ċarezza, jenħtieġ għalhekk li r-Regolament 1371/2007 jiġi riformulat.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Minkejja li fl-Unjoni sar bosta progress fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji jeħtieġ titjieb aktar.

(3)  Minkejja li fl-Unjoni sar bosta progress fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji u l-iżgurar ta' kumpens għal dewmien, kanċellazzjonijiet u kwalunkwe ħsara materjali jeħtieġ li jitjiebu aktar.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jekk il-passiġġieri tal-ferroviji li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u domestiċi fuq distanzi twal jingħataw l-istess drittijiet, dan iżid il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni, jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji, u lill-passiġġieri jiggarantilhom livell uniformi ta' drittijiet.

(5)  Jekk il-passiġġieri tal-ferroviji li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u domestiċi jingħataw l-istess drittijiet, dan iżid il-livell tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni, b'mod partikolari rigward l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni u għall-kumpens f'każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni. Il-passiġġieri jenħtieġ li jirċievu informazzjoni kemm jista' jkun preċiża rigward id-drittijiet tagħhom.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax ħażin l-abbiltà tal-Istati Membri jew tal-awtoritajiet kompetenti li jistabbilixxu tariffi soċjali għal servizzi regolati taħt obbligu ta' servizz pubbliku, kif ukoll għal servizzi kummerċjali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri għandhom natura differenti mis-servizzi fuq distanzi twal. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw lis-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri li mhumiex servizzi transfruntieri fl-Unjoni minn ċerti dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

(6)  Is-servizzi ferrovjarji urbani u suburbani tal-passiġġieri għandhom natura differenti mis-servizzi fuq distanzi twal. Għalhekk l-Istati Membri jenħtieġ li jitħallew jeżentaw lis-servizzi ferrovjarji urbani u suburbani tal-passiġġieri minn ċerti dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Madankollu, l-eżenzjonijiet m'għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jiffaċilitaw l-użu tas-servizzi ferrovjarji mill-persuni b'diżabbiltà jew mill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Minbarra dan, l-eżenzjoni temporanja m'għandhiex tapplika għad-drittijiet ta' dawk li jixtiequ jixtru biljetti biex jivvjaġġaw bil-ferrovija biex jagħmlu dan mingħajr diffikultajiet żejda, u lanqas għal dawk id-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà tal-impriżi ferrovjarji fir-rigward tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom, u lanqas għar-rekwiżit li l-impriżi ferrovjarji jkunu assigurati sew, u lanqas għar-rekwiżit li dawk l-impriżi jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw is-sigurtà personali tal-passiġġieri fl-istazzjonijiet ferrovjarji u fuq il-ferroviji u biex jimmaniġġaw ir-riskju.

imħassar

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Id-drittijiet tal-utenti għal servizzi bil-ferrovija jinkludu li jirċievu informazzjoni rigward is-servizz kemm qabel kif ukoll matul il-vjaġġ. Kull meta hu possibbli, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minn qabel u mill-aktar fis possibbli. Dik l-informazzjoni jenħtieġ tingħata b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(9)  Id-drittijiet tal-utenti għal servizzi bil-ferrovija jinkludu li jirċievu informazzjoni rigward dawk is-servizzi u kwistjonijiet relatati kemm qabel, matul il-vjaġġ kif ukoll warajh. L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni , mill-aktar fis possibbli, minn qabel jew għall-inqas fil-bidu tal-vjaġġ . Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lill-impriżi ferrovjarji oħra li jbigħu s-servizz tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Aċċess għad-data operattiva kollha u għat-tariffi f'ħin reali fuq bażi nondiskriminatorja u vijabbli jagħmel l-ivvjaġġar aktar aċċessibbli għal konsumaturi ġodda u jipprovdilhom firxa aktar wiesgħa ta' possibbiltajiet ta' vvjaġġar u tariffi minn fejn jistgħu jagħżlu. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jipprovdu lill-bejjiegħa tal-biljetti kollha data operattiva u dwar it-tariffi, sabiex jiffaċilitaw l-ivvjaġġar bil-ferrovija. Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jippermettu lill-passiġġieri jibbukkjaw il-biljetti globali u l-aħjar vjaġġi ferrovjarji individwali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b)  Trasport tal-passiġġieri multimodali intensiv se jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Għalhekk jenħtieġ ukoll li l-impriżi ferrovjarji jirreklamaw kombinazzjonijiet ma' mezzi oħra tat-trasport sabiex l-utenti tal-ferroviji jkunu jafu bihom qabel ma jagħmlu r-riżervazzjonijiet tal-ivvjaġġar tagħhom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9c)  Sistemi tat-trasport tal-passiġġieri multimodali żviluppati sew se jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Għalhekk jenħtieġ ukoll li l-impriżi ferrovjarji jirreklamaw kombinazzjonijiet ma' mezzi oħra tat-trasport sabiex l-utenti tal-ferroviji jkunu jafu bihom qabel ma jagħmlu r-riżervazzjonijiet tal-ivvjaġġar tagħhom.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fil-kuntest tal-bejgħ tal-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza, irrispettivament minn jekk il-passiġġier konċernat hux preżenti, b'mod permanenti jew temporanju, fi Stat Membru ieħor. Dawk il-miżuri jenħtieġ ikopru kull forma moħbija ta' diskriminazzjoni li, għax jitħaddmu kriterji oħrajn, bħalma huma r-residenza, il-post fiżiku jew diġitali, jista' jkollhom l-istess effett. Minħabba l-iżvilupp ta' pjattaformi fuq l-internet li jbigħu l-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni waqt il-proċess biex jiġu aċċessati l-pjattaformi fuq l-internet jew biex jinxtraw il-biljetti. Iżda jenħtieġ li l-iskemi tat-trasport li jinvolvu tariffi soċjali ma jiġux esklużi awtomatikament, diment li dawn ikunu proporzjonati u jitħaddmu indipendentement min-nazzjonalità tal-persuni konċernati.

(12)  Fil-kuntest tal-bejgħ tal-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprojbixxu diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza, irrispettivament minn jekk il-passiġġier konċernat hux preżenti, b'mod permanenti jew temporanju, fi Stat Membru ieħor. Dawk il-miżuri jenħtieġ ikopru kull forma moħbija ta' diskriminazzjoni li, għax jitħaddmu kriterji oħrajn, bħalma huma r-residenza, il-post fiżiku jew diġitali, jista' jkollhom l-istess effett. Minħabba l-iżvilupp ta' pjattaformi fuq l-internet li jbigħu l-biljetti tat-trasport tal-passiġġieri, l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali biex jiżguraw li ma ssir l-ebda diskriminazzjoni waqt il-proċess ta' aċċess għall-pjattaformi fuq l-internet jew biex jinxtraw il-biljetti. Madankollu, jenħtieġ li l-iskemi tat-trasport li jinvolvu tariffi soċjali ma jiġux esklużi, dment li dawn jitħaddmu indipendentement min-nazzjonalità tal-persuni konċernati.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Iż-żieda fil-popolarità taċ-ċikliżmu madwar l-Unjoni qed tħalli implikazzjonijiet fuq il-mobbiltà ġenerali u t-turiżmu. Jekk fil-qasma modali jiżdied l-użu tal-ferroviji u taċ-ċikliżmu, jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Għalhekk l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jiffaċilitaw kemm jista' jkun it-taħlita taċ-ċikliżmu u l-vjaġġi bil-ferrovija, l-aktar billi jippermettu l-ġarr tar-roti fuq il-ferroviji.

(13)  Iż-żieda fil-popolarità taċ-ċikliżmu madwar l-Unjoni qed tħalli implikazzjonijiet fuq il-mobbiltà ġenerali u t-turiżmu. Jekk fil-qasma modali jiżdied l-użu tal-ferroviji u taċ-ċikliżmu, jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Għalhekk l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jiffaċilitaw kemm jista' jkun it-taħlita taċ-ċikliżmu u l-vjaġġi bil-ferrovija, b'mod partikolarijenħtieġ li jipprovdu biżżejjed stands għall-ġarr tar-roti miġbura f'żoni maħsuba għal dak l-iskop abbord ta' kull tip ta' ferrovija tal-passiġġieri, inklużi servizzi b'veloċità għolja, fuq distanza twila, transfruntiera u lokali. Il-passiġġieri jenħtieġ li jiġu infurmati dwar l-ispazju disponibbli għar-roti. Dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li japplikaw għall-impriżi ferrovjarji kollha minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-impriżi ferrovjarji għandhom jiffaċilitaw it-trasferiment ta' passiġġieri ferrovjarji minn operatur għal ieħor billi jipprovdu biljetti globali, kull meta dan ikun possibbli.

(14)  Jenħtieġ li l-impriżi ferrovjarji jiffaċilitaw it-trasferiment ta' passiġġieri ferrovjarji minn operatur għal ieħor billi jipprovdu biljetti globali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferroviji li jkunu komparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħra, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza waqt il-vjaġġ tagħhom. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata mid-diżabilità, mill-età jew minn xi fattur ieħor, għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu u għan-nondiskriminazzjoni. Fost l-oħrajn, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-għoti ta' informazzjoni lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vaguni u l-faċilitajiet abbord. Sabiex il-passiġġieri b'indeboliment sensorju jkunu mogħtija l-aħjar informazzjoni dwar xi dewmien, għandhom jintużaw sistemi viżivi u awditivi, kif jixraq. Il-Persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti minn fuq il-ferrovija mingħajr ħlasijiet żejda. Il-persunal għandu jingħata t-taħriġ kif xieraq biex ikun jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, l-aktar meta jkun qed jagħtihom assistenza. Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar, dawn il-persuni għandhom jingħataw assistenza fl-istazzjonijiet u abbord f'kull ħin meta joperaw il-ferroviji u mhux biss f'ċerti ħinijiet tal-jum.

(15)  Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferroviji li jkunu komparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħra, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza waqt il-vjaġġ tagħhom. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata mid-diżabbiltà, mill-età jew minn xi fattur ieħor, għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu u għan-nondiskriminazzjoni. Fost l-oħrajn, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-għoti ta' informazzjoni aċċessibbli lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vaguni u l-faċilitajiet abbord. Sabiex il-passiġġieri b'indeboliment sensorju jkunu mogħtija l-aħjar informazzjoni dwar xi dewmien, jenħtieġ li jintużaw sistemi viżivi u awditivi, li huma xierqa u komprensibbli għal dawk il-passiġġieri. Il-persunal jenħtieġ li jingħata t-taħriġ kif xieraq biex ikun jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, l-aktar meta jkun qed jagħtihom assistenza. Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar, jenħtieġ li dawn il-persuni jingħataw assistenza mingħajr ħlas biex jitilgħu abbord u biex jinżlu mill-ferrovija.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a)  Jekk ma jkun hemm l-ebda faċilità disponibbli għall-bejgħ tal-biljetti fl-istazzjon, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jenħtieġ li jkunu jistgħu jixtru l-biljetti abbord il-ferrovija.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, permezz ta' konformità mat-TSIs għal persuni b'mobbilità mnaqqsa. Minbarra dan, b'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26, il-bini u l-vaguni kollha jenħtieġ ikunu aċċessibbli billi progressivament jitneħħew l-ostakli fiżiċi u t-tfixikil funzjonali meta jinxtara materjal ġdid jew isir xogħol ta' kostruzzjoni jew xogħol maġġuri ta' rinnovazzjoni.

(16)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, permezz ta' konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni 1300/2014 (TSI)25a u d-Direttiva XXX meta jiġu kkomplementati t-TSI. Minbarra dan, b'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26, il-bini u l-vaguni kollha jenħtieġ li jkunu aċċessibbli billi progressivament jitneħħew l-ostakoli fiżiċi u t-tfixkil funzjonali meta jinxtara materjal ġdid jew isir xogħol ta' kostruzzjoni jew xogħol maġġuri ta' rinnovazzjoni.

__________________

__________________

25a Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà relatati mal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 110-178).

26 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

26 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Hu mixtieq li dan ir-Regolament joħloq sistema ta' kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta' dewmien, li hija marbuta mar-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja, fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali pprovduta mill-COTIF u b'mod partikolari r-Regoli Uniformi CIV tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. F'każ ta' dewmien fit-tul ta' servizz tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jagħtu kumpens lill-passiġġieri skont persentaġġ tal-prezz tal-biljett.

(17)  Hu mixtieq li dan ir-Regolament joħloq sistema ta' kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta' dewmien, li hija marbuta mar-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja, fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali pprovduta mill-COTIF u b'mod partikolari r-Regoli Uniformi CIV tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Il-biljetti mixtrija jenħtieġ li jkunu kompletament rimborżabbli. F'każ ta' dewmien fit-tul ta' servizz tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jagħtu kumpens lill-passiġġieri skont perċentwal sa 100 % tal-prezz tal-biljett.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu obbligati li jkunu assigurati, jew li jagħmlu arranġamenti ekwivalenti, għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri tal-ferroviji fil-każ ta' inċident. Jekk l-Istati Membri jistabbilixxu ammont massimu ta' kumpens għad-danni f'każ ta' mewt ta' passiġġieri jew korrimenti personali ta' passiġġieri, dak l-ammont tal-inqas jenħtieġ ikun daqs l-ammont stabbilit fir-Regoli Uniformi CIV.

(18)  L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jkunu obbligati li jkunu assigurati, jew li jagħmlu arranġamenti ekwivalenti, għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri tal-ferroviji fil-każ ta' inċident. Jekk l-Istati Membri jistabbilixxu ammont massimu ta' kumpens għad-danni f'każ ta' mewt ta' passiġġieri jew korrimenti personali ta' passiġġieri, dak l-ammont tal-inqas jenħtieġ li jkun daqs l-ammont stabbilit fir-Regoli Uniformi CIV. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jżidu l-ammont ta' kumpens għad-danni fil-każ ta' mewt jew korrimenti personali ta' passiġġieri fi kwalunkwe ħin.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  F'każ ta' dewmien, il-passiġġieri għandhom jingħataw alternattivi għal kontinwazzjoni tat-trasport jew għal ridirezzjonar tar-rotta b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli. F'dan il-każ jenħtieġ jitqiesu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(20)  F'każ ta' dewmien, il-passiġġieri jenħtieġ li jingħataw alternattivi għal kontinwazzjoni tat-trasport jew għal ridirezzjonar tar-rotta b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli. F'dan il-każ jenħtieġ li jitqiesu b'mod partikolari l-ħtiġijiet ta' informazzjoni xierqa għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Iżda l-impriża ferrovjarja ma jenħtieġx tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi. Kull każ bħal dan jenħtieġ ikollu l-karattru ta' katastrofi naturali eċċezzjonali, kif distint mill-kundizzjonijiet normali u staġunali tat-temp, bħal ngħidu aħna l-maltempati tal-ħarifa jew l-għargħar urbani regolari li jseħħ bil-mareat jew meta jinħall is-silġ. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ juru li la setgħu jbassru u lanqas jevitaw id-dewmien anki meta jkunu ħadu l-miżuri raġonevoli kollha.

imħassar

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  F'koperazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ iħejju pjanijiet ta' kontinġenza biex kemm jista' jkun inaqqsu l-impatt tal-interruzzjonijiet il-kbar billi lill-passiġġieri jagħtuhom informazzjoni xierqa u attenzjoni.

(22)  F'koperazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jħejju u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku pjanijiet ta' kontinġenza biex kemm jista' jkun inaqqsu l-impatt tal-interruzzjonijiet il-kbar billi lill-passiġġieri jagħtuhom informazzjoni xierqa u attenzjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Dan ir-Regolament m'għandux jillimita d-drittijiet tal-impriżi ferrovjarji milli jitolbu kumpens mingħand xi persuna, inkluż mingħand xi partijiet terzi, skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

(23)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jillimitax id-drittijiet tal-impriżi ferrovjarji, tal-bejjiegħa tal-biljetti, tal-istazzjonijiet ferrovjarji jew tal-amministraturi tal-infrastruttura milli jitolbu kumpens, meta jkun applikabbli, mingħand kwalunkwe persuna, inkluż mingħand xi partijiet terzi, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-passiġġieri skont dan ir-Regolament.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-passiġġieri ferrovjarji għandhom ikunu jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja involuta dwar id-drittijiet u l-obbligi mogħtija minn dan ir-Regolament, u għandhom ikun intitolati li jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.

(27)  Il-passiġġieri ferrovjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon ferrovjarju jew amministratur tal-infrastruttura involuti dwar id-drittijiet u l-obbligi mogħtija minn dan ir-Regolament, u jenħtieġ li jkunu intitolati li jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi tal-passiġġieri tal-ferroviji, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, jamministrawhom u jimmonitorjawhom.

(28)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi tal-passiġġieri tal-ferroviji, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, jamministrawhom u jimmonitorjawhom, inkluż dawk għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Biex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport ferrovjarju, għandu jkun meħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw Korpi Nazzjonali tal-Infurzar biex isegwu mill-qrib u jinfurzaw dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Dawk il-Korpi għandhom ikunu jistgħu jieħdu bosta miżuri ta' infurzar. Il-passiġġieri jenħtieġ ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dawn il-korpi dwar l-allegat ksur tar-Regolament. Biex ikun żgurat li dawn l-ilmenti jiġu trattati b'mod sodisfaċenti, il-korpi jenħtieġ jikkoperaw ukoll bejniethom.

(29)  Biex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport ferrovjarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu obbligati jinnominaw Korpi Nazzjonali tal-Infurzar biex isegwu mill-qrib u jinfurzaw dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Dawk il-Korpi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu bosta miżuri ta' infurzar, u jipprovdu l-għażla għall-passiġġieri ta' soluzzjoni alternattiva tat-tilwim vinkolanti, f'konformità mad-Direttiva 2013/11/UE1a. Il-passiġġieri jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dawn il-korpi dwar l-allegat ksur tar-Regolament, u li jużaw soluzzjoni tat-tilwim online stabbilita skont ir-Regolament 524/2013/UE1b meta jkun hemm qbil. Jenħtieġ li jiġi previst ukoll li l-ilmenti jkunu jistgħu jsiru minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi ta' passiġġieri. Biex ikun żgurat li dawn l-ilmenti jiġu trattati b'mod sodisfaċenti, il-korpi jenħtieġ li jikkooperaw ukoll bejniethom u dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli jiġi elenkat fl-Anness għar-Regolament 2017/2394/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c. Kull sena l-korpi tal-infurzar jenħtieġ li jippubblikaw rapporti bl-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jiddeskrivu n-numru u t-tip ta' lmenti li jkunu rċevew, u r-riżultati tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti jenħtieġ li jkunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji .

__________________

1a  Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 14).

1b  Ir-Regolament 524/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

1c  Ir-Regolament 2017/2394/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta' kumpens lill-persuna inkwistjoni, jenħtieġ ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(31)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta' kumpens lill-persuna inkwistjoni, jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jenħtieġ li jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, multa minima jew perċentwal tal-fatturat annwali tal-impriża jew l-organizzazzjoni rilevanti, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33a)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta mudell standardizzat għal formola ta' lment tal-Unjoni li l-passiġġieri jistgħu jużaw biex japplikaw għal kumpens f'konformità ma dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni1a.

_________________

1a  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-suġġett

Is-suġġett u l-objettivi

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-trasport ferrovjarju fir-rigward ta' dan li ġej:

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-trasport ferrovjarju li jipprevedu l-protezzjoni effettiva tal-passiġġieri u jinkoraġġixxu l-ivvjaġġar ferrovjarju fir-rigward ta' dan li ġej:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport;

(a)  in-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport u tal-ħruġ tal-biljetti;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  id-drittijiet tal-passiġġieri f'każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien;

(d)  id-drittijiet u l-kumpens tal-passiġġieri f'każ ta' tfixkil, bħal kanċellazzjoni jew dewmien;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-informazzjoni minima li għandha tingħata lill-passiġġieri;

(e)  l-informazzjoni minima, preċiża u f'waqtha li għandha tiġi pprovduta f'format aċċessibbli għall-passiġġieri, inkluż il-konklużjoni ta' kuntratti ta' trasport u l-ħruġ ta' biljetti;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  in-nondiskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, u l-assistenza obbligatorja lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

(f)  in-nondiskriminazzjoni kontra l-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, u l-assistenza obbligatorja minn persunal imħarreġ lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-trattament tal-ilmenti;

(h)  proċeduri xierqa għall-preżentazzjoni u t-trattament tal-ilmenti;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fid-Direttiva 2012/34/UE, għajr is-servizzi transfruntieri fl-Unjoni;

(a)  is-servizzi ferrovjarji urbani u suburbani tal-passiġġieri kif imsemmi fid-Direttiva 2012/34/UE, għajr is-servizzi transfruntiera fl-Unjoni;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom, inkluż minn tal-inqas waqfa waħda prevista fi stazzjon, issir barra l-Unjoni, u diment li d-drittijiet tal-passiġġieri jkunu żgurati kif xieraq skont il-liġi nazzjonali rilevanti fit-territorju tal-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni.

(b)  is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom, inkluż minn tal-inqas waqfa waħda prevista fi stazzjon, issir barra mill-Unjoni;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  servizzi domestiċi ferrovjarji tal-passiġġieri meta din l-eżenzjoni tkun ingħatat mill-Istati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 għal massimu ta' 12-il xahar wara [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, u dwar l-adegwatezza tal-liġi nazzjonali tagħhom fit-territorju tagħhom għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont il-punti (a), (b) u (ba) tal-paragrafu 2.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Artikoli 5, 10, 11 u 25 u l-Kapitolu V għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, inkluż is-servizzi eżentati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

4.  L-Artikoli 5, 6, 11, 12,17 u l-Kapitolu V għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, inkluż is-servizzi eżentati skont il-punt (a) tal-paragrafu 2.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Dan ir-Regolament m'għandux japplika għas-servizzi li jitħaddmu strettament għall-interess storiku tagħhom.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1 a)  "trasportatur" tfisser l-impriża ferrovjarja kuntrattwali li magħha l-passiġġier ikun ikkonkluda l-kuntratt ta' trasport jew serje ta' impriżi ferrovjarji suċċessivi li jinżammu responsabbli abbażi ta' dan il-kuntratt;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1 b)  "trasportatur sostituttiv" tfisser impriża ferrovjarja, li ma tkunx ikkonkludiet il-kuntratt ta' trasport mal-passiġġier, iżda li lilha l-impriża ferrovjarja li tkun parti għall-kuntratt tkun fdat, bis-sħiħ jew parzjalment, it-twettiq tat-trasport bil-ferrovija;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "operatur tal-vjaġġi" tfisser organizzatur jew bejjiegħ, minbarra impriża ferrovjarja, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 il-punti (8) u (9) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30;

(4)  "operatur tal-vjaġġi" tfisser organizzatur, minbarra impriża ferrovjarja, skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30;

__________________

__________________

30 Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "bejjiegħ tal-biljetti" tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jikkonkludi kuntratti ta' trasport u li jbigħ biljetti f'isem impriża ferrovjarja jew għalih innifsu;

(5)  "bejjiegħ tal-biljetti" tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jikkonkludi kuntratti ta' trasport u li jbigħ biljetti, biljetti separati jew biljetti globali f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar jew għalih innifsu;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  "distributur" tfisser bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jbigħ biljetti f'isem impriża ferrovjarja u li ma jkollu ebda obbligu fil-kuntratt konkluż bejn il-passiġġier u l-impriża ferrovjarja.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "kuntratt ta' trasport" tfisser kuntratt ta' trasport bi ħlas jew mingħajr ħlas bejn impriża ferrovjarja jew bejjiegħ tal-biljetti u l-passiġġier għall-għoti ta' servizz tat-trasport wieħed jew aktar;

(6)  "kuntratt ta' trasport" tfisser kuntratt ta' trasport bi ħlas jew mingħajr ħlas bejn impriża ferrovjarja u l-passiġġier għall-għoti ta' servizz tat-trasport wieħed jew aktar;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  "biljett" tfisser evidenza valida li tintitola lill-passiġġier għal trasport ferrovjarju, irrispettivament mill-forma, il-karta, il-biljett elettroniku, l-Ismart card jew il-kard tal-ivvjaġġar tiegħu;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6b)  "vjaġġ ikkombinat" tfisser biljett jew biljetti li jirrappreżentaw aktar minn kuntratt ta' trasport wieħed għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "biljetti globali" tfisser biljett jew biljetti li jirrappreżentaw kuntratt ta' trasport uniku għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mogħtija minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar;

(8)  "biljetti globali" tfisser biljett jew biljetti separati li jirrappreżentaw kuntratt ta' trasport uniku jew bosta kuntratti ta' trasport għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar mixtrija mill-istess bejjiegħ tal-biljetti, mill-operatur tal-ivvjaġġar jew mill-impriża ferrovjarja għal vjaġġ minn tarf sa tarf;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "vjaġġ" tfisser il-ġarr ta' passiġġieri bejn stazzjon tat-tluq u stazzjon tal-wasla skont kuntratt ta' trasport uniku;

(10)  "vjaġġ" tfisser il-ġarr ta' passiġġieri bejn stazzjon tat-tluq u stazzjon tal-wasla;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13 a)  "wasla" tfisser il-ħin meta, fuq il-pjattaforma tad-destinazzjoni, il-bibien tal-ferrovija jinfetħu u l-passiġġieri jitħallew jinżlu;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  "konnessjoni li ma ntlaħqitx" tfisser sitwazzjoni fejn passiġġier jitlef servizz wieħed jew aktar waqt vjaġġ minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta' servizz preċedenti wieħed jew aktar;

(15)  "konnessjoni li ma ntlaħqitx" tfisser sitwazzjoni meta, taħt kuntratt ta' trasport uniku, passiġġier jitlef servizz wieħed jew aktar waqt vjaġġ minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta' servizz preċedenti wieħed jew aktar;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  "persuna b'diżabbiltà" u "persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kull persuna li għandha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew li jolqot is-sensi, permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa' ma' bosta ostakli, jista' jfixkilha milli tuża t-trasport bis-sħiħ u b'mod effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport tonqos minħabba l-età;

(16)  "persuna b'diżabbiltà" u "persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kull persuna li għandha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew li sensorjali, permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa' ma' bosta ostakoli, jista' jfixkilha milli tuża t-trasport bis-sħiħ u b'mod effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport tonqos;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  "ċirkostanzi straordinarji" tfisser ċirkostanzi li huma barra mill-kontroll tat-trasportatur ferrovjarju kkonċernat fl-eżerċizzju normali tal-attività tiegħu u barra l-obbligi imposti mir-regoli ta' sikurezza u sigurtà rilevanti li għandhom jiġu osservati.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tariffi lill-pubbliku ġenerali mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza tal-klijent aħħari jew minħabba l-post tal-istabbiliment tal-impriża ferrovjarja jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fl-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, l-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tal-biljetti tat-trasport u tariffi lill-pubbliku ġenerali u għandhom ibiegħu biljetti, biljetti globali u jaċċettaw riżervazzjonijiet mill-passiġġieri f'konformità mal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza tal-passiġġier aħħari jew minħabba l-post tal-istabbiliment tal-impriża ferrovjarja, tal-operaturi tal-vjaġġi jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fl-Unjoni jew il-mezz użat mill-passiġġieri biex jixtru l-biljett.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jrikkbu r-roti abbord il-ferrovija, meta jkun xieraq, bi ħlas raġonevoli. Dawn għandhom iżommu għajnejhom fuq ir-roti tagħhom matul il-vjaġġ u jiżguraw li ma jkunux ta' inkonvenjenza u li ma jikkawżaw l-ebda dannu lill-passiġġieri l-oħrajn, lit-tagħmir tal-mobbiltà, lill-bagalji jew lill-operazzjonijiet ferrovjarji. Il-ġarr tar-roti jista' jiġi rrifjutat jew ristrett minħabba s-sikurezza jew minħabba raġunijiet operazzjonali, diment li l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-operaturi turistiċi u, fejn xieraq, l-amministraturi tal-istazzjonijiet javżaw lill-passiġġieri bil-kundizzjonijiet għal dan ir-rifjut jew għal din ir-restrizzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 454/2011.

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jrikkbu r-roti abbord il-ferrovija, inkluż fuq servizzi ta' veloċità għolja, fuq distanza twila, transfruntiera u lokali. Il-ferroviji tal-passiġġieri ġodda jew rinnovati kollha għandhom, minn tal-inqas sa sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jinkludu spazju magħżul apposta għall-ġarr tar-roti miġbura flimkien bi spazju għal mill-inqas tmien roti. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-operaturi turistiċi u, meta jkun xieraq, l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom javżaw lill-passiġġieri sa mhux aktar tard mix-xiri tal-biljett bil-kundizzjonijiet għall-ġarr tar-roti fuq is-servizzi kollha skont ir-Regolament (UE) Nru 454/2011.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-obbligi lejn il-passiġġieri skont dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew rinunzjati, b'mod partikolari permezz ta' xi deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt ta' trasport.

1.  L-obbligi lejn il-passiġġieri skont dan ir-Regolament ma jistgħux jiġu limitati jew rinunzjati, b'mod partikolari permezz ta' xi deroga jew klawżola restrittiva fil-kuntratt ta' trasport. Kwalunkwe kundizzjoni kuntrattwali li timplika direttament jew indirettament li tirrinunzja, tidderoga minn jew tirrestrinġi d-drittijiet li jirriżultaw minn dan ir-Regolament m'għandhiex tkun vinkolanti fuq il-passiġġier.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impriżi ferrovjarji jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli lill-passiġġieri mill-kundizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

2.  L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli lill-passiġġieri mill-kundizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impriżi ferrovjarji, jew meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kuntratt tas-servizz ferrovjarju pubbliku għandhom jippubblikaw b'mezzi xierqa, inkluż b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX31, u qabel l-implimentazzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet li jitwaqqfu s-servizzi kemm jekk b'mod permanenti jew b'mod temporanju.

L-impriżi ferrovjarji, jew meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kuntratt tas-servizz ferrovjarju pubbliku għandhom jippubblikaw b'mezzi xierqa, u mingħajr dewmien, inkluż b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX31, u fir-Regolament tal-Kummissjoni 1300/2014, u fi żmien biżżejjed qabel l-implimentazzjoni, il-proposti li jitwaqqfu jew li jitnaqqsu sostanzjalment is-servizzi kemm jekk b'mod permanenti jew b'mod temporanju, u għandhom jiżguraw li dawk il-proposti jkunu soġġetti għal konsultazzjoni sinifikanti u xierqa qabel ma ssir kwalunkwe implimentazzjoni.

__________________

__________________

31  Id-Direttiva XXX dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) (ĠU L X, X.X.XXXX, p. X).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier, fuq talba tiegħu, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti I fir-rigward tal-vjaġġi li għalihom jiġi offrut kuntratt ta' trasport mill-impriża ferrovjarja konċernata. Il-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport għalihom infushom, u l-operaturi tal-vjaġġi, għandhom jipprovdu din l-informazzjoni meta tkun disponibbli.

1.  L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport f'isimhom stess jew f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti I fir-rigward tal-vjaġġi li għalihom jiġi offrut kuntratt ta' trasport mill-impriża ferrovjarja konċernata. Il-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport għalihom infushom, u l-operaturi tal-vjaġġi, għandhom jipprovdu din l-informazzjoni meta tkun disponibbli. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-impriżi ferrovjarji u, meta possibbli l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu lill-passiġġier waqt il-vjaġġ, inkluż fl-istazzjonijiet ta' konnessjoni, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti II.

2.  L-impriżi ferrovjarji u, meta applikabbli, il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu lill-passiġġier waqt il-vjaġġ, inkluż fl-istazzjonijiet ta' konnessjoni, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti II. Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu din l-informazzjoni lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata bl-aktar format xieraq inkluż billi jintużaw teknoloġiji aġġornati tal-komunikazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011.

3.  L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata mill-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti lill-passiġġieri billi jintużaw teknoloġiji aġġornati tal-komunikazzjoni faċilment aċċessibbli, użati b'mod komuni u, fir-rigward tal-paragrafu 2, f'ħin reali, u bil-miktub, meta jkun possibbli, sabiex il-passiġġieri jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Anness II ta' dan ir-Regolament. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX, fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011. u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1300/2014. Id-disponibbiltà tal-formati aċċessibbli għall-PMM għandha tiġi rreklamata b'mod ċar.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta ta' ħin reali dwar il-ferroviji, anki dwar dawk is-servizzi mħaddma minn impriżi ferrovjarji oħrajn, għall-impriżi ferrovjarji u għall-bejjiegħa tal-biljetti b'mod mhux diskriminatorju.

4.  L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku d-data ta' ħin reali dwar il-ferroviji, anki dwar dawk is-servizzi mħaddma minn impriżi ferrovjarji oħrajn, f'ħin reali sabiex titneħħa kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-passiġġieri.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-impriżi ferrovjarji f'kooperazzjoni mal-amministraturi tal-istazzjon u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jindikaw fl-iskedi ta' żmien informazzjoni dwar konnessjonijiet u stazzjonijiet ferrovjarji aċċessibbli.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru biljetti u, meta disponibbli, biljetti globali u riżervazzjonijiet. Dawn għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex joffri biljetti globali, anki għall-vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri u li jinvolvu aktar minn impriża ferrovjarja waħda.

1.  L-impriżi ferrovjarji u il-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru biljetti, biljetti globali u riżervazzjonijiet, anki għall-vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri jew li jinvolvu ferroviji u vjaġġi ta' bil-lejl b'aktar minn impriża ferrovjarja waħda.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-impriżi ferrovjarji jipprovdu biljetti għas-servizzi pprovduti skont kuntratti ta' servizz pubbliku permezz ta' aktar minn punt wieħed tal-bejgħ li ġejjin.

L-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jistgħu jeżiġu li l-impriżi ferrovjarji jipprovdu biljetti għas-servizzi pprovduti skont kuntratti ta' servizz pubbliku permezz ta' aktar minn punt wieħed tal-bejgħ.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-impriżi ferrovjarji għandhom joffru l-possibbiltà li jinkisbu biljetti għas-servizz rispettiv abbord il-ferrovija, diment li dan ma jkunx limitat jew miċħud minħabba raġunijiet marbuta mas-sigurtà jew ta' politika kontra l-frodi jew ta' riżervazzjoni ferrovjarja obbligatorja jew minħabba raġunijiet kummerċjali raġonevoli.

3.  L-impriżi ferrovjarji għandhom joffru l-possibbiltà li jinkisbu biljetti għas-servizz rispettiv abbord il-ferrovija, dment li dan ma jkunx limitat jew miċħud minħabba raġunijiet ġustifikati sew marbuta mas-sigurtà jew ta' politika kontra l-frodi jew ta' riżervazzjoni ferrovjarja obbligatorja jew minħabba raġunijiet kummerċjali raġonevoli, fosthom limitazzjoni dwar spazju jew disponibbiltà ta' postijiet.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti aċċessibbli fl-istazzjon tat-tluq, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti fuq il-ferrovija mingħajr ħlas żejjed.

5.  Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti aċċessibbli fl-istazzjon tat-tluq, jew kwalunkwe mezz ieħor biex jinxtraw il-biljetti minn qabel, il-passiġġieri għandhom jitħallew jixtru l-biljetti fuq il-ferrovija mingħajr ħlas żejjed.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-passiġġier jirċievi biljetti separati għal vjaġġ wieħed li jinkludi servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, id-drittijiet tiegħu għall-informazzjoni, l-assistenza, l-għajnuna u l-kumpens għandhom ikunu bħal dawk mogħtija bil-biljetti globali u jkopru l-vjaġġ kollu tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali, għajr jekk il-passiġġier ikun informat b'mod espliċitu mod ieħor bil-miktub. B'mod partikolari, din l-informazzjoni għandha tiddikjara li meta l-passiġġier ma jilħaqx xi konnessjoni, dan ma jkunx intitolat għal assistenza jew kumpens abbażi tat-tul kollu tal-vjaġġ. L-oneru tal-prova li l-informazzjoni ngħatat għandha tkun f'idejn l-impriża ferrovjarja, l-aġent tagħha, l-operatur tal-vjaġġi jew il-bejjiegħ tal-biljetti.

6.  Meta l-passiġġier jirċievi mingħand entità unika u fir-rigward ta' tranżazzjoni kummerċjali unika, biljetti separati għal vjaġġ wieħed li jinkludi servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, id-drittijiet tiegħu għall-informazzjoni, l-assistenza, l-għajnuna u l-kumpens għandhom ikunu bħal dawk mogħtija bil-biljetti globali u jkopru l-vjaġġ kollu tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet

1.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni kollha dwar l-ivvjaġġar, inkluża informazzjoni operattiva f'ħin reali u d-data dwar l-orarji u t-tariffi, kif imsemmi fl-Artikolu 9, permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs).

2.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu lill-operaturi tal-vjaġġi, lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom, aċċess nondiskriminatorju għas-sistemi ta' riżervazzjoni permezz ta' APIs, sabiex ikunu jistgħu jikkonkludu kuntratti tat-trasport u joħorġu biljetti, biljetti globali u riżervazzjonijiet, b'tali mod li jipprovdu l-aħjar vjaġġ u l-aktar wieħed kosteffettiv, inklużi vjaġġi transfruntiera.

3.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-APIs huma dokumentati sew u aċċessibbli b'mod miftuħ mingħajr ebda spiża. L-APIs għandhom jużaw standards miftuħa, protokolli użati b'mod komuni u formati li jinqraw minn magna sabiex jagħmluhom interoperabbli.

4.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li, ħlief għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-APIs tagħhom issir disponibbli bil-quddiem għall-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti kemm jista' jkun malajr u mhux inqas minn 3 xhur qabel ma tiġi implimentata bidla. Sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandhom jiġu dokumentati sew u d-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

5.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-APIs jingħata b'mod nondiskriminatorju, fl-istess livell ta' disponibbiltà u prestazzjoni, inklużi l-appoġġ, l-aċċess għad-dokumentazzjoni, l-istandards, il-protokolli u l-formati kollha. L-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti m'għandhomx ikunu fi żvantaġġ meta mqabbla mal-impriżi ferrovjarji nfushom.

6.   L-APIs għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta' Mejju 2017.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ li jkun hemm mistenni b'mod raġonevoli, fil-post tat-tluq jew f'każ ta' konnessjonijiet li ma ntlaħqux matul vjaġġ b'biljett globali, li d-dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali skont il-kuntratt ta' trasport se jkun aktar minn 60 minuta, il-passiġġier għandu minnufih jingħata l-għażla bejn waħda minn dawn li ġejjin:

1.  F'każ li jkun hemm mistenni, fil-post tat-tluq jew f'każ ta' konnessjonijiet li ma ntlaħqux matul vjaġġ, li d-dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali skont il-kuntratt ta' trasport se jkun aktar minn 60 minuta jew ikkanċellati, il-passiġġier għandu minnufih jingħata l-għażla bejn waħda minn dawn li ġejjin:

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali mal-ewwel opportunità;

(b)  tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, u mingħajr spejjeż addizzjonali, lejn id-destinazzjoni finali mal-ewwel opportunità, inkluż fil-każ ta' konnessjoni mitlufa minħabba dewmien jew kanċellazzjoni tal-parti ta' qabel tal-passiġġier matul il-vjaġġ. F'każ bħal dan, il-passiġġier għandu jitħalla juża s-servizz disponibbli li jkun imiss għad-destinazzjoni finali anki jekk ma jkunx hemm riżervazzjoni speċifika jew il-ferrovija li jmiss titħaddem minn impriża ferrovjarja oħra.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali f'data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier.

(c)  tkomplija jew ridirezzjonar tar-rotta, b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli, lejn id-destinazzjoni finali f'data aktar tard skont il-konvenjenza tal-passiġġier iżda mhux aktar tard minn xahar wara l-istabbiliment mill-ġdid tas-servizz.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-ridirezzjonar komparabbli jista' jsir minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u jista' jkun jinvolvi l-użu ta' trasport ta' klassi ogħla u mezzi alternattivi ta' trasport mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali lill-passiġġier. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali. B'kollox, il-ħin tal-vjaġġ bil-mezz ta' trasport alternattiv għall-parti tal-vjaġġ li ma tkunx saret skont kif ippjanat għandu jkun komparabbli mal-ħin skedat tal-vjaġġ oriġinali. Il-passiġġieri m'għandhomx jingħataw faċilitajiet tat-trasport ta' klassi aktar baxxa għajr meta dawn il-faċilitajiet ikunu l-uniku mezz ta' ridirezzjonar disponibbli.

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-ridirezzjonar komparabbli jista' jsir minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u jista' jkun jinvolvi l-użu ta' trasport ta' klassi ogħla u mezzi alternattivi ta' trasport fuq l-art mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali lill-passiġġier. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali. B'kollox, il-ħin tal-vjaġġ bil-mezz ta' trasport alternattiv għall-parti tal-vjaġġ li ma tkunx saret skont kif ippjanat għandu jkun komparabbli mal-ħin skedat tal-vjaġġ oriġinali. Il-passiġġieri m'għandhomx jingħataw faċilitajiet tat-trasport ta' klassi aktar baxxa għajr meta dawn il-faċilitajiet ikunu l-uniku mezz ta' ridirezzjonar disponibbli.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport ridirezzjonat għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw livell ta' aċċessibbiltà li hu komparabbli ma' dak tas-servizz alternattiv.

3.  Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport ridirezzjonat għandhom jipprovdu lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa livell ta' assistenza u aċċessibbiltà li hu komparabbli meta joffru servizz alternattiv. Dan is-servizz alternattiv jista' jkun komuni għall-passiġġieri kollha jew, fuq deċiżjoni tat-trasportatur, jista' jkun mezz individwali ta' trasport adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ma jitlef id-dritt għat-trasport, passiġġier jista' jitlob kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk ikollu dewmien bejn il-postijiet tat-tluq u tal-wasla mogħtija fil-kuntratt ta' trasport li għalih l-ispiża tal-biljett ma ġietx rimborżata skont l-Artikolu 16. Il-kumpens minimu għad-dewmien għandu jkun kif ġej:

1.  Filwaqt li jinżamm id-dritt għat-trasport, passiġġier jista' jitlob kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk ikollu dewmien bejn il-postijiet tat-tluq u tal-wasla mogħtija fuq il-biljett jew il-biljetti li jirrappreżentaw kuntratt ta' trasport wieħed jew bosta li għalih l-ispiża tal-biljett ma tkunx ġiet rimborżata skont l-Artikolu 16. Il-kumpens minimu għad-dewmien għandu jkun kif ġej:

(a) 25 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 60 minuta sa 119-il minuta,

(a) 50 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 60 minuta sa 90 minuta,

(b) 50 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 120 minuta jew aktar.

(b) 75 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 91 minuta sa 120 minuta,

(ba) 100 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 121 minuta jew aktar.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-passiġġieri li jkollhom pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali. Jekk dawn jaffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali, dawn jistgħu jitolbu kumpens adegwat skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tad-dewmien u għall-kalkolu tal-kumpens. Meta d-dewmien ta' inqas minn 60 minuta jseħħ b'mod ripetut waqt il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġunali, id-dewmien għandu jiġi kkalkulat b'mod kumulattiv u l-passiġġieri għandhom jiġu kumpensati skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja.

2.  Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-passiġġieri li jkollhom pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali. Jekk dawn jaffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar, kard ta' riduzzjoni jew biljett staġunali, dawn jistgħu jitolbu kumpens adegwat skont l-arranġamenti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (ba) taħt il-paragrafu 1.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-kumpens għad-dewmien għandu jiġi kkalkulat f'relazzjoni mal-prezz sħiħ li l-passiġġier ikun fil-fatt ħallas għas-servizz ittardjat. Meta l-kuntratt ta' trasport ikun għal vjaġġ bir-ritorn, il-kumpens għad-dewmien 'l hemm jew 'l hawn għandu jiġi kkalkulat fuq nofs il-prezz imħallas għall-biljett. Bl-istess mod, il-prezz għad-dewmien fis-servizz bi kwalunkwe kuntratt ta' trasport ieħor li jippermetti diversi proporzjonalment għall-prezz sħiħ għandu jiġi kkalkulat bi proporzjon mal-prezz sħiħ.

3.  Il-kumpens għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien għandu jiġi kkalkulat f'relazzjoni mal-prezz sħiħ li l-passiġġier ikun fil-fatt ħallas għas-servizz ikkanċellat jew ittardjat. Meta l-kuntratt ta' trasport ikun għal vjaġġ bir-ritorn, il-kumpens għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien 'l hemm jew 'l hawn għandu jiġi kkalkulat fuq nofs il-prezz imħallas għall-biljett. Bl-istess mod, il-prezz għall-kanċellazzjoni jew għad-dewmien fis-servizz bi kwalunkwe kuntratt ta' trasport ieħor li jippermetti l-ivvjaġġar ta' diversi partijiet sussegwenti tal-vjaġġ għandu jiġi kkalkulat bi proporzjon mal-prezz sħiħ.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-kumpens tal-prezz tal-biljett m'għandux jitnaqqas bi spejjeż ta' transazzjonijiet finanzjarji bħal miżati, spejjeż tat-telefown jew bolol. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jdaħħlu livell minimu li inqas minnu ma jsirux ħlasijiet ta' kumpens. Dan il-livell ma jistax ikun aktar minn EUR 4 għal kull biljett.

6.  Il-kumpens tal-prezz tal-biljett m'għandux jitnaqqas bi spejjeż ta' tranżazzjonijiet finanzjarji bħal miżati, spejjeż tat-telefon jew bolol. L-impriżi ferrovjarji jistgħu jdaħħlu livell minimu li inqas minnu ma jsirux ħlasijiet ta' kumpens. Dan il-livell ma jistax ikun aktar minn EUR 5 għal kull biljett .

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-passiġġier m'għandu l-ebda dritt għal kumpens jekk jiġi infurmat bid-dewmien qabel jixtri l-biljett, jew jekk id-dewmien, minħabba kontinwazzjoni fuq servizz differenti jew ridirezzjonar tar-rotta, jibqa' inqas minn 60 minuta.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-impriża ferrovjarja m'għandhiex tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi u li ma setgħux jitbassru jew ikunu evitati anke kieku ttieħdet kull miżura raġonevoli.

imħassar

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8a.  Meta ma tingħatax prova tal-eżistenza taċ-ċirkostanzi straordinarji mill-impriża ferrovjarja f'forma bil-miktub, il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 17(1) għandu jitħallas mill-impriża ferrovjarja.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ ta' dewmien fil-wasla jew fit-tluq, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla mill-impriża ferrovjarja jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew mill-amministratur tal-istazzjon hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

1.  F'każ ta' dewmien fil-wasla jew fit-tluq, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla mill-impriża ferrovjarja jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew mill-amministratur tal-istazzjon, f'konformità mal-Artikolu 9, hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn l-istazzjon ferrovjarju u l-post tal-akkomodazzjoni, f'każijiet fejn jeħtieġu waqfa ta' lejl jew aktar jew tkun teħtieġ waqfa addizzjonali, fejn u meta jkun fiżikament possibbli;

(b)  lukanda jew akkomodazzjoni oħra, u trasport bejn l-istazzjon ferrovjarju u l-post tal-akkomodazzjoni, f'każijiet fejn jeħtieġu waqfa ta' lejl jew aktar jew tkun teħtieġ waqfa addizzjonali, fejn u meta jkun fiżikament possibbli, filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta' aċċess tal-persuni b'diżabbiltajiet u b'mobbiltà mnaqqsa u l-ħtiġijiet ta' annimali ta' assistenza iċċertifikati;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-impriżi ferrovjarji għandhom, fuq talba tal-passiġġier, jiċċertifikaw fuq il-biljett jew b'xi mod ieħor li s-servizz tal-ferrovija kellu dewmien, wassal biex konnessjoni ma ntlaħqitx jew għal kanċellazzjoni, skont il-każ.

4.  Fir-rigward tal-passiġġieri affettwati, l-impriżi ferrovjarji għandhom joffru li jiċċertifikaw fuq il-biljetti tagħhom jew b'xi mod ieħor li s-servizz tal-ferrovija kellu dewmien, wassal biex konnessjoni ma ntlaħqitx jew għal kanċellazzjoni, skont il-każ. Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tapplika b'rabta mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17, soġġett għall-prova tal-passiġġier detentur tal-pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali, li kien qed jivvjaġġa fuq is-servizz affettwat.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3 u 4, l-impriża ferrovjarja li tkun qed topera għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u tal-persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom.  

5.  Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 3 u 4, l-impriża ferrovjarja li tkun qed topera għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kwalunkwe persuni li jkunu qed jakkumpanjawhom u annimali ta' assistenza ċċertifikati.  

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Minbarra l-obbligi fuq l-impriżi ferrovjarji skont l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-amministratur ta' stazzjon ferrovjarju li minnu jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-istazzjon, tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministratur tal-infrastruttura huma kkoordinati bi pjan xieraq ta' kontinġenza biex iservi ta' tħejjija għall-possibbiltà ta' interruzzjonijiet kbar u ta' dewmien twil li jistgħu jwasslu biex għadd konsiderevoli ta' passiġġieri jitħallew l-art fl-istazzjon. Il-pjan għandu jiżgura li l-passiġġieri li jitħallew l-art jingħataw assistenza xierqa u informazzjoni, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX. Meta jintalab jagħmel hekk, l-amministratur tal-istazzjon għandu jagħmel il-pjan, u kull emenda fih, disponibbli għall-Korp Nazzjonali tal-Infurzar jew għal kwalunkwe korp ieħor maħtur minn Stat Membru. L-amministraturi tal-istazzjonijiet ferrovjarji li minnhom jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jikkoordinaw l-utenti tal-istazzjonijiet u biex jassistu u jinformaw lill-passiġġieri li jitħallew l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

6.  Minbarra l-obbligi fuq l-impriżi ferrovjarji skont l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-Istati Membri, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-pjanijiet ta' kontinġenza msemmija fl-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE jinkludu rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tas-sistemi ta' twissija u ta' informazzjoni.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta impriża ferrovjarja tħallas kumpens jew tissodisfa l-obbligi l-oħra tagħha skont dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament jew tal-liġi nazzjonali ma tista' tiġi interpretata li tillimita d-dritt tagħha li tfittex kumpens mingħand kwalunkwe persuna, inkluż minn partijiet terzi, skont il-liġi applikabbli. B'mod partikolari, dan ir-Regolament m'għandu bl-ebda mod jillimita d-dritt tal-impriża ferrovjarja li tfittex rimborż mingħand parti terza, li magħha jkollha kuntratt u li tkun ikkontribwiet għall-avveniment li wassal għall-kumpens jew għal obbligi oħra. L-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma tista' tiġi interpretata bħala li tillimita d-dritt ta' parti terza, minbarra passiġġier, li magħha impriża ferrovjarja għandha kuntratt, li tfittex rimborż jew kumpens mingħand l-impriża ferrovjarja skont il-liġijiet rilevanti applikabbli.

imħassar

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu, jew għandu jkollhom f'posthom, bl-involviment attiv ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, regoli ta' aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa inkluż l-assistenti personali tagħhom. Ir-regoli għandhom jippermettu lill-passiġġieri jkunu akkumpanjati minn kelb ta' assistenza skont kwalunkwe regoli nazzjonali rilevanti.

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu, jew għandu jkollhom f'posthom, bl-involviment attiv ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, regoli ta' aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa inkluż l-assistenti personali tagħhom. Ir-regoli għandhom jippermettu lill-passiġġieri jkunu akkumpanjati minn annimal ta' assistenza ċċertifikat jew persuna li takkumpanjahom mingħajr ħlas jekk il-mobbiltà indipendenti ma tkunx possibbli, skont kwalunkwe regoli nazzjonali rilevanti, u għandhom jiżguraw li t-trasport ferrovjarju għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkun immedjat kull fejn ikun possibbli.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20a

Impriżi ferrovjarji u amministraturi ta' stazzjonijiet għandhom, meta jikkonformaw mat-TSI għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, jiżguraw li l-istazzjonijiet, il-pjattaformi, il-vetturi ferrovjarji u l-faċilitajiet l-oħra jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq talba, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jagħtu lil persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-informazzjoni, inkluż b'formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fid-Direttiva XXX, dwar l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet fl-istazzjon u ta' faċilitajiet assoċjati, tas-servizzi ferrovjarji u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess ta' vetturi ferrovjarji bi qbil mar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) u għandhom jinfurmaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa dwar il-faċilitajiet abbord.

1.  Fuq talba, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jagħtu lil persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-informazzjoni, inkluż b'formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fid-Direttiva XXX u r-Regolament Nru 1300/2014, dwar l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet fl-istazzjon u ta' faċilitajiet assoċjati, tas-servizzi ferrovjarji u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess ta' vetturi ferrovjarji bi qbil mar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) u għandhom jinfurmaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa dwar il-faċilitajiet abbord.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi jeżerċitaw id-deroga stabbilita fl-Artikolu 20(2), dawn għandhom jinfuraw bil-miktub lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn għamlet hekk, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mir-rifjut milli ssir ir-riżervazzjoni jew milli jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kundizzjoni ta' akkumpanjament. L-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva tat-trasport lill-persuna kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha.

2.  Meta impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi jeżerċitaw id-deroga stabbilita fl-Artikolu 20(2), dawn għandhom jinfuraw bil-miktub lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn għamlet hekk, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mir-rifjut milli ssir ir-riżervazzjoni jew milli jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kundizzjoni ta' akkumpanjament. L-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi għandhom jipproponu alternattiva tat-trasport lill-persuna kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fil-ħin tat-tluq minn stazzjon tal-ferrovija, waqt t-tranżitu jew fil-ħin tal-wasla fi stazzjon tal-ferrovija b'persunal ta' persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, l-amministratur tal-istazzjon jew l-impriża ferrovjarja jew it-tnejn li huma għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas ħalli dik il-persuna tkun tista' titla' abbord is-servizz qabel it-tluq jew li tinżel mis-servizz li jkun wasal li għalih hi tkun xtrat il-biljett, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1).

1.  Fil-ħin tat-tluq minn stazzjon tal-ferrovija, waqt it-tranżitu jew fil-ħin tal-wasla fi stazzjon tal-ferrovija b'persunal ta' persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, l-amministratur tal-istazzjon jew l-impriża ferrovjarja jew it-tnejn li huma għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas ħalli dik il-persuna tkun tista' titla' abbord is-servizz qabel it-tluq jew li tinżel mis-servizz li jkun wasal li għalih hi tkun xtrat il-biljett, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1). Il-prenotazzjoni tal-assistenza għandha dejjem issir mingħajr ħlas supplementari, ikun liema jkun il-mezz ta' komunikazzjoni li jkun qed jintuża.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fin-nuqqas ta' persunal fi stazzjon, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija.

2.  Fin-nuqqas ta' persunal ta' akkumpanjament fuq ferrovija jew ta' persunal fi stazzjon, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġonevoli biex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija f'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà tad-Direttiva XXX [Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà] u r-Regolament (UE) Nru 454/2011.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX, u li din tingħata skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) dwar l-eqreb stazzjonijiet b'persunal u li l-assistenza tkun disponibbli b'mod dirett għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.  Fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u fir-Regolament Nru 1300/2014, u li din tingħata skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) dwar l-eqreb stazzjonijiet b'persunal u li l-assistenza tkun disponibbli b'mod dirett għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-assistenza għandha tkun disponibbli fl-istazzjonijiet kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji.

imħassar

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fin-nuqqas ta' persunal ta' akkumpanjament fuq il-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu l-isforzi raġonevoli kollha biex il-persuni b'diżabbiltà jew il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija.

(2)  Fin-nuqqas ta' persunal ta' akkumpanjament fuq il-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji għandhom madankollu jippermettu lill-persuni b'diżabbiltà jew il-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkollhom aċċess għall-ivvjaġġar bil-ferrovija.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-assistenza abbord għandha tkun tikkonsisti mill-isforzi raġonevoli kollha biex tingħata assistenza lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa biex dik il-persuna jkun jista'jkollha aċċess għall-istess servizzi fil-ferrovija bħall-passiġġieri l-oħra, f'każ li d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa jkunu mod li ma jħalluhiex ikollha aċċess għal dawk is-servizzi b'mod indipendenti u sikur.

(3)  Persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa għandha tiġi offruta assistenza biex dik il-persuna jkun jista' jkollha aċċess għall-istess servizzi fil-ferrovija bħall-passiġġieri l-oħra, f'każ li d-diżabbiltà jew il-mobbiltà mnaqqsa jkunu ta' grad tali li ma jħalluhiex ikollha aċċess għal dawk is-servizzi b'mod indipendenti u sikur.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-assistenza għandha tkun disponibbli abbord il-ferroviji kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji.

imħassar

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jikkoperaw biex jipprovdu assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa skont l-Artikoli 20 u 21 skont il-punti li ġejjin:

L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jikkoperaw biex jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa skont l-Artikoli 20 u 21 skont il-punti li ġejjin:

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li mingħandu nxtara l-biljett jkunu mgħarrfa bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza mill-inqas 48 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza. Meta xi biljett jew xi biljett staġunali jippermettu aktar minn vjaġġ wieħed, notifika waħda għandha tkun biżżejjed diment li tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti. Din in-notifika għandha tintbagħat lil kull impriża ferrovjarja oħra u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet involuti fil-vjaġġ tal-persuna;

(a)  l-assistenza fl-istazzjonijiet għandha tingħata fil-ħinijiet li waqthom jopera s-servizz bil-kundizzjoni li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li mingħandu jkun inxtara l-biljett ikunu mgħarrfa bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza mill-inqas 12-il siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza. Fi stazzjonijiet fejn it-traffiku ta' kuljum jaqbeż l-10 000 passiġġier kuljum, l-ebda notifika minn qabel ma hija meħtieġa, madankollu, il-persuni li tkun teħtieġ l-assistenza għandha tkun fl-istazzjon rispettiv mill-inqas 30 minuta qabel it-tluq tal-ferrovija. Fi stazzjonijiet fejn it-traffiku ta' kuljum huwa ta' bejn l-2 000 u l-10 000 passiġġier kuljum, in-notifika għandha titnaqqas għal massimu ta' tliet siegħat. Meta xi biljett jew xi biljett staġunali jippermettu aktar minn vjaġġ wieħed, notifika waħda għandha tkun biżżejjed dment li tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti. Din in-notifika għandha tintbagħat lil kull impriża ferrovjarja oħra u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet involuti fil-vjaġġ tal-persuna;

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tippreżenta ruħha fil-punt magħżul f'ħin stipulat mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-istazzjon li jipprovdu din l-assistenza. Il-ħin stipulat m'għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew il-ħin meta l-passiġġieri kollha huma mitluba jagħmlu check-in. Jekk ma jkun stipulat l-ebda ħin meta l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa jeħtieġ tippreżenta lilha nnifisha, il-persuna għandha tippreżenta lilha nnifisha fil-punt magħżul mhux inqas minn 30 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew il-ħin meta l-passiġġieri kollha huma mitluba jagħmlu check-in.

(e)  l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-persuna b'diżabbiltà jew il-persuna b'mobbiltà mnaqqsa tippreżenta ruħha fil-punt magħżul f'ħin stipulat mill-impriża ferrovjarja jew mill-amministratur tal-istazzjon li jipprovdu din l-assistenza. Il-ħin stipulat m'għandux ikun aktar minn 60 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat jew il-ħin meta l-passiġġieri kollha huma mitluba jagħmlu check-in.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkawżaw telf jew dannu fis-siġġijiet tar-roti, f'tagħmir ieħor tal-mobbiltà jew fit-tagħmir ta' assistenza u lill-klieb ta' assistenza użati mill-persuni b'diżabbiltà u mill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew id-dannu u għandhom jikkumpensawh.

1.  Meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkawżaw telf jew dannu fis-siġġijiet tar-roti, f'tagħmir ieħor tal-mobbiltà jew fit-tagħmir ta' assistenza u lill-annimali ta' assistenza ċċertifikati użati mill-persuni b'diżabbiltà u mill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew id-dannu u għandhom jikkumpensawh mill-aktar fis possibbli.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs l-ispiża biex jinbidel jew jissewwa l-apparat jew it-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara.

2.  Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi eżegwit fil-ħin u jkun daqs l-ispiża sħiħa biex jinbidel abbażi tal-valur attwali, jew l-ispejjeż sħaħ ta' tiswija tas-siġġu bir-roti, l-apparat jew it-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara, jew it-telf jew il-korriment tal-annimal ta' assistenza ċċertifikat. Il-kumpens għandu wkoll jkopri wkoll l-ispiża għas-sostituzzjoni temporanja fl-eventwalità ta' tiswija meta dawk l-ispejjeż jiġġarrbu mill-passiġġier.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn xi parti adempjenti oħra, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, ikun jaf kif jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż ta' dawk b'diżabbiltà mentali u b'nuqqasijiet intellettwali;

(a)  jiżguraw li l-persunal kollu, inkluż dak impjegat minn xi parti adempjenti oħra, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, jirċievi taħriġ relatat mad-diżabbiltà sabiex ikun jaf kif jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż ta' dawk b'diżabbiltà mentali u b'nuqqasijiet intellettwali;

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżguraw li, meta jiġu ingaġġati, l-impjegati l-ġodda kollha jirċievu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jattendi korsijiet ta' taħriġ ta' aġġornament fuq bażi regolari.

(c)  jiżguraw li, meta jiġu ingaġġati, il-persunal il-ġdid kollu li se jirrelata direttament mal-pubbliku li jivvjaġġa jirċievi introduzzjoni għal kwistjonijiet relatati mad-diżabbiltà għall-passiġġieri u l-impriża ferrovjarja, u li l-impjegati li jipprovdu assistenza diretta lill-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa jirċievu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u jattendu korsijiet ta' taħriġ ta' aġġornament fuq bażi regolari.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  meta jintalbu, fit-taħriġ jaċċettaw il-parteċipazzjoni ta' impjegati b'diżabbiltà, ta' passiġġieri b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa, u/jew ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom.

(d)  jistgħu jaċċettaw il-parteċipazzjoni ta' impjegati b'diżabbiltà fit-taħriġ, u jikkunsidraw il-parteċipazzjoni ta' passiġġieri b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa, u/jew ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull impriża ferrovjarja, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura tal-istazzjonijiet li jgħaddu minnhom iżjed minn 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom iwaqqfu mekkaniżmu kull wieħed u waħda minnhom biex jittratta l-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fil-qasam rispettiv tagħhom ta' responsabbiltà. Dawn għandhom jgħarrfu b'mod wiesa' lill-passiġġieri bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwi ta' ħidma tagħhom.

1.  Kull impriża ferrovjarja, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu biex jittratta l-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fil-qasam rispettiv tagħhom ta' responsabbiltà. Dawn għandhom jgħarrfu b'mod wiesa' lill-passiġġieri bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwi ta' ħidma tagħhom. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw ilmenti fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih l-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti u l-amministratur tal-istazzjon rispettivi jkunu stabbiliti u fi kwalunkwe każ bl-Ingliż.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon tal-ferroviji jew amministratur tal-infrastruttura involuti. L-ilmenti għandhom jitressqu fi żmien sitt ġimgħat minn meta jseħħ l-inċident li dwaru jkun qed isir l-ilment. Fi żmien xahar minn meta jasal l-ilment, id-destinatarju għandu jagħti tweġiba raġunata jew f'każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data, f'inqas minn tliet xhur mid-data minn meta jasal l-ilment, wieħed jista' jistenna tweġiba għall-ilment. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu d-dejta dwar l-inċidenti li hi meħtieġa għal valutazzjoni tal-ilmenti sa sentejn u jagħmluha disponibbli għall-korpi nazzjonali tal-infurzar meta jintalbu jagħmlu hekk.

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew amministratur tal-istazzjon involuti. L-ilmenti għandhom jitressqu fi żmien sitt xhur minn meta jseħħ l-inċident li dwaru jkun qed isir l-ilment. Fi żmien xahar minn meta jasal l-ilment, id-destinatarju għandu jagħti jew tweġiba motivata jew f'każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier li l-passiġġier se jirċievi tweġiba f'inqas minn tliet xhur mid-data minn meta jasal l-ilment.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.  Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu disponibbli faċilment għall-passiġġieri u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq talba fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih hija stabbilita l-impriża ferrovjarja.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu formola standardizzata tal-Unjoni għall-ilmenti li l-passiġġieri jistgħu jużaw sabiex japplikaw għall-kumpens skont dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37a(2).

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jikkooperaw b'mod attiv mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà biex itejbu l-kwalità tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tat-trasport.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jbigħu biljetti għal vjaġġi bil-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Sabiex ikunu konformi ma' dan ir-rekwiżit tal-informazzjoni, dawn jistgħu jużaw riassunt tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ippreparat mill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea magħmula disponibbli għalihom. Minbarra dan, dawn għandhom jipprovdu avviż fuq il-biljett stampat fuq karta jew b'format elettroniku jew b'xi mezz ieħor, inkluż bil-formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall persuni b'mobbiltà mnaqqsa b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva XXX. Dak l-avviż għandu jispeċifika mnejn tista' tinkiseb din l-informazzjoni f'każ ta' kanċellazzjoni, konnessjoni li ma tintlaħaqx jew dewmien fit-tul.

1.  Meta jbigħu biljetti għal vjaġġi bil-ferrovija, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Sabiex ikunu konformi ma' dan ir-rekwiżit tal-informazzjoni, dawn jistgħu jużaw riassunt tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ippreparat mill-Kummissjoni bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni magħmula disponibbli għalihom. Minbarra dan, dawn għandhom jipprovdu informazzjoni stampata fuq karta jew b'format elettroniku jew bi kwalunkwe mezz ieħor, inkluż bil-formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament 1300/2014 li jispeċifika minn fejn tista' tinkiseb din l-informazzjoni f'każ ta' kanċellazzjoni, konnessjoni li ma tintlaħaqx jew dewmien fit-tul.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b'mod xieraq fl-istazzjoni u fuq il-ferrovija, inkluż bil-formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX, bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u bid-dettalji tal-kuntatt tal-korp maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 31.

2.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b'mod xieraq fl-istazzjoni, fuq il-ferrovija u fuq is-sit web tagħhom, inkluż bil-formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament 1300/2014, bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u bid-dettalji tal-kuntatt tal-korp jew korpi maħtura mill-Istat Membru skont l-Artikolu 31.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u għandhom jippubblikawhom fuq is-siti web tagħhom f'post xieraq.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità ma' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati. Għal dan il-għan, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet b'dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 33 biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti. Dawn jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar azzjonijiet tal-infurzar abbażi ta' lmenti individwali li jgħaddilhom dak il-korp.

1.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità ma' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati. Għal dan il-għan, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lill-korpi b'dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 33 biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nazzjonali tal-infurzar u dawk li jittrattaw l-ilmenti għandhom jingħataw biżżejjed setgħat u riżorsi għall-infurzar xieraq u effettiv ta' lmenti individwali mill-passiġġieri skont dan ir-Regolament.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jippubblikaw l-istatistika dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet applikati, kull sena, sa mhux wara l-aħħar ta' April tas-sena kalendarja ta' wara.

2.  Kull sena, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jippubblikaw rapporti dwar l-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jagħtu dettalji dwar l-għadd u t-tip ta' lmenti li dawn ikunu rċevew, filwaqt li jagħtu dettalji dwar l-eżitu tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet li huma jkunu applikaw. Dan għandu jsir għal kull sena sa mhux aktar tard mill-ewwel jum ta' April tas-sena ta' wara. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar, f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa, għandhom iwettqu awditi regoli fir-rigward tas-servizzi tal-assistenza mogħtija skont dan ir-Regolament u jippubblikaw ir-riżultati f'formati aċċessibbli u użati b'mod komuni.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumaturi biex ifittxu rimedju alternattiv skont id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, wara li jressaq ilment mingħajr suċċess lill-impriża ferrovjarja, lill-bejjiegħ tal-biljetti fl-istazzjon jew lill-amministratur tal-infrastruttura skont l-Artikolu 28, passiġġier jista' jilmenta ma' Korp tal-Infurzar. Il-Korpi tal-Infurzar għandhom jinformaw lil min ilmenta dwar id-dritt tiegħu li jagħmel lment lil korpi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isibu rimedju individwali.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-konsumaturi biex ifittxu rimedju alternattiv skont id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, wara li jressaq ilment mingħajr suċċess lill-impriża ferrovjarja, lill-amministratur tal-istazzjon jew lill-amministratur tal-infrastruttura skont l-Artikolu 28, passiġġier jista' jilmenta ma' Korp tal-Infurzar. Il-Korpi tal-Infurzar għandhom jinformaw lil min ilmenta dwar id-dritt tiegħu li jagħmel ilment lil korpi tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim biex isibu rimedju individwali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi tal-infurzar jew dawk li jittrattaw l-ilmenti jiġu rikonoxxuti għall-finijiet ta' skemi alternattivi għal kumpens skont id-Direttiva 2013/11/UE, u li meta l-passiġġieri jfittxu rimedju alternattiv, l-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti, l-amministratur tal-istazzjon jew l-amministratur tal-infrastruttura kkonċernati għandhom ikunu obbligati jipparteċipaw u l-eżitu għandu jkun vinkolanti fuqhom u effettivament infurzabbli kontrihom.

_________________

_________________

32 Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 14).

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull passiġġier jista' jilmenta mal-Korp Nazzjonali tal-Infurzar, jew ma' kwalunkwe korp ieħor maħtur minn xi Stat Membru għal dak il-għan, rigward ksur allegat ta' dan ir-Regolament.

2.  Kull passiġġier jista' jilmenta mal-Korp Nazzjonali tal-Infurzar, jew ma' kwalunkwe korp ieħor maħtur minn xi Stat Membru għal dak il-għan, rigward ksur allegat ta' dan ir-Regolament. L-ilmenti jistgħu jsiru wkoll minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi ta' passiġġieri.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp għandu jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. Il-proċedura tat-trattament tal-ilment għandha tieħu sa mhux aktar minn tliet xhur. Fejn jidħlu l-każijiet kumplessi, il-korp jista' jestendi dan il-perjodu fid-diskrezzjoni tiegħu għal sitt xhur. F'dan il-każ, il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal din l-estensjoni u biż-żmien meta mistenni tingħalaq il-proċedura. Huma biss il-każijiet li jinvolvu proċedimenti legali li jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur. Meta l-korp ikun ukoll korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jieħdu preċedenza l-limiti taż-żmien stabbiliti f'dik id-Direttiva.

Il-korp għandu jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. Il-proċedura tat-trattament tal-ilment għandha tieħu sa mhux aktar minn tliet xhur. Fejn jidħlu l-każijiet kumplessi, il-korp jista' jestendi dan il-perjodu fid-diskrezzjoni tiegħu għal sitt xhur. F'dan il-każ, il-passiġġieri jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal din l-estensjoni u biż-żmien meta mistenni tingħalaq il-proċedura. Huma biss il-każijiet li jinvolvu proċedimenti legali li jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur. Meta l-korp ikun ukoll korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jieħdu preċedenza l-limiti taż-żmien stabbiliti f'dik id-Direttiva u l-użu ta' soluzzjoni online għat-tilwim f'konformità mar-Regolament 524/2013/UE1a jista' jsir disponibbli bil-qbil tal-partijiet kollha involuti.

_________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p.1).

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 33a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33a

Korpi indipendenti ta' konċiljazzjoni

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi indipendenti ta' konċiljazzjoni mgħammra tajjeb li jkunu faċilment aċċessibbli u affordabbli għall-passiġġieri f'każ ta' kunflitti mal-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti fir-rigward tal-infurzar tad-drittijiet tagħhom.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, multa minima jew perċentwal minimu tal-fatturat annwali tal-impriża jew tal-organizzazzjoni rilevanti, skont liema jkun l-ogħla. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 37a

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-irħas nollijiet

-  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għan-nollijiet disponibbli kollha, inklużi dawk l-aktar baxxi.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Kundizzjonijiet tal-aċċess għar-roti

-  Arranġamenti tal-aċċess għar-roti

Emenda    127

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Disponibbiltà ta' postijiet fiż-żoni tat-tipjip u ta' mingħajr tipjip, tal-ewwel u t-tieni klassi kif ukoll ta' kuċċetti u vaguni tal-irqad

-  Disponibbiltà ta' postijiet għan-nollijiet applikabbli kollha fiż-żoni ta' mingħajr tipjip (u, fejn applikabbli, ta' tipjip), tal-ewwel u t-tieni klassi kif ukoll ta' kuċċetti u vaguni tal-irqad

Emenda    128

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Kwalunkwe attività li probabbilment tfixkel jew iddewwem is-servizzi

-  Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali)

Emenda    129

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Disponibbiltà ta' servizzi abbord

-  Disponibbiltà ta' servizzi abbord, inklużi l-wifi u l-latrini

Emenda    130

Proposta għal regolament

Anness II – parti II – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Servizzi abbord

-  Servizzi abbord, inkluż il-wifi

Emenda    131

Proposta għal regolament

Anness II – parti II – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Dewmien

-  Tfixkil u dewmien (ippjanat u f'ħin reali)

Emenda    132

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – paragrafu 2 – punt 1 – punt a – punt iii – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  il-persentaġġ ta' dewmien ta' bejn 60-199 minuta;

-  il-perċentwali ta' dewmien ta' bejn 91-120 minuta;

Emenda    133

Proposta għal regolament

Anness III – parti I – paragrafu 2 – punt 2 – inċiż 1 – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  l-għoti ta' informazzjoni utli matul il-vjaġġ;

(vii)  l-għoti ta' informazzjoni utli matul il-vjaġġ, inkluż fir-rigward tal-wifi jew ta' servizzi oħra abbord;

Emenda    134

Proposta għal regolament

Anness III – parti II – paragrafu 1 – punt 4 – inċiż 1 – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  l-aċċessibbiltà tal-istazzjon u tal-faċilitajiet tal-istazzjon.

(vii)  l-aċċessibbiltà tal-istazzjon u tal-faċilitajiet tal-istazzjon, inkluż aċċess mingħajr taraġ, skali mobbli, liftijiet u rampi għall-bagalji.

Emenda    135

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet kumplessi bħalma huma l-każijiet li jinvolvu aktar minn pretensjoni waħda jew għadd ta' operaturi, ivvjaġġar transfruntier jew inċidenti fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ta l-liċenzja lill-impriża, b'mod partikolari meta ma jkunx ċar liema Korp Nazzjonali tal-Infurzar hu kompetenti, jew meta teħfief jew titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilment, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jikkoperaw bejniethom biex jidentifikaw il-korp ewlieni li għandu jservi ta' punt tal-kuntatt uniku għall-passiġġieri. Kull Korp Nazzjonali tal-Infurzar involut għandu jikkopera biex teħfief ir-riżoluzzjoni tal-ilment (inkluż billi tixtered l-informazzjoni, tingħata għajnuna bi traduzzjoni tad-dokumenti u tingħata informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċidenti). Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa liema korp qed jaġixxi bħala dak ewlieni.

F'każijiet kumplessi bħalma huma l-każijiet li jinvolvu aktar minn pretensjoni waħda jew għadd ta' operaturi, ivvjaġġar transfruntier jew inċidenti fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ta l-liċenzja lill-impriża, b'mod partikolari meta ma jkunx ċar liema Korp Nazzjonali tal-Infurzar hu kompetenti, jew meta teħfief jew titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilment, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jikkooperaw bejniethom biex jidentifikaw il-korp ewlieni li għandu jservi ta' punt tal-kuntatt uniku għall-passiġġieri. Kull Korp Nazzjonali tal-Infurzar involut għandu jikkoopera biex teħfief ir-riżoluzzjoni tal-ilment (inkluż billi tixtered l-informazzjoni, tingħata għajnuna bi traduzzjoni tad-dokumenti u tingħata informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċidenti). Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa liema korp qed jaġixxi bħala dak ewlieni. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom dejjem jiżguraw konformità mar-Regolament 2017/2394/UE1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

_________________

1a Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004, ĠU L 345, 27.12.2017.

(1)

ĠU C 197, 8.6.2018, p. 66.

(2)

ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Is-settur ferrovjarju għadda minn bidliet kbar mill-1991 meta ġiet ippubblikata l-ewwel proposta leġiżlattiva fil-livell tal-UE(1). Minn dak iż-żmien rajna r-ristrutturazzjoni totali tal-hekk imsejħa operaturi preeżistenti, id-dħul ta' parteċipanti ġodda u l-implimentazzjoni parzjali ta' spazju ferrovjarju reali u uniku tal-UE, ibbażat fuq standards tekniċi u amministrattivi komuni. Madankollu, għad iridu jinkisbu ħafna affarijiet, fosthom il-migrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda bħas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS).

Waħda mill-kisbiet ewlenin fis-settur ferrovjarju huwa l-istabbiliment ta' qafas legali għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri bħala parti minn politika tal-UE aktar wiesgħa dwar id-drittijiet tal-konsumatur. Fir-rapport ta' implimentazzjoni tagħha(2), il-Kummissjoni rrikonoxxiet li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji ġie applikat sew mis-settur. Madankollu ħafna Stati Membri, f'konformità sħiħa ma' dan ir-Regolament, jagħtu eżenzjonijiet għal għadd ta' Artikoli tar-Regolament minħabba nuqqas ta' mezzi finanzjarji għat-titjib tal-infrastruttura ferrovjarja traskurata jew għal vetturi ferrovjarji sorpassati. Madankollu, tali eżenzjonijiet m'għandhomx ikunu possibbli minn Diċembru 2024. Id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji għalhekk daqt se jiġu garantiti b'mod ugwali fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Minkejja xi titjib meħtieġ u kontinwu, għandu jiġi enfasizzat li s-sistema ferrovjarja tal-UE, meta mqabbla ma' ħafna pajjiżi fid-dinja, hija waħda mill-aktar effiċjenti, moderni u faċli għall-konsumatur. Ir-Rapporteur madankollu jqis li t-titjib u l-modernizzazzjoni tas-settur ferrovjarju għandhom jibqgħu għanijiet permanenti għas-settur, inkluż għall-protezzjoni tal-passiġġieri tal-ferroviji.

Din ir-Riformulazzjoni tipprovdi xprun għall-iżvilupp ulterjuri tas-sistema ferrovjarja tal-UE u tistabbilixxi qafas terġ'aktar ċar għar-relazzjoni bejn it-trasportaturi u l-klijenti.

Ir-Rapporteur għalhekk jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-għoti ta' assistenza lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jew b'diżabbiltà u tal-kumpens fil-każ ta' interruzzjonijiet fl-ivvjaġġar.

Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li huwa essenzjali li jinkiseb qafas bi drittijiet eżegwibbli li, minn naħa jħeġġeġ aktar Stati Membri jimplimentaw il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE u min-naħa l-oħra jipproteġi lill-klijenti b'mod aktar koerenti, filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni li l-ivvjaġġar bil-ferrovija għandu jibqa' bi prezz raġonevoli u jsir dejjem aktar aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Ir-Rapporteur jenfasizza li, sabiex ikun aktar kompetittiv, is-settur ferrovjarju jrid jipprovdi servizzi eċċellenti u moderni lill-klijenti bi prezz raġonevoli. Tabilħaqq huwa ta' importanza kbira li passiġġieri ġodda jiġu attirati lejn it-trasport ferrovjarju biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tat-trasport u tal-koeżjoni soċjali. F'dan il-kuntest, huwa meħtieġ li l-ferroviji joperaw b'mod ugwali għal mezzi oħrajn ta' trasport. Il-kompetizzjoni għandha tkun ġusta! Għalhekk il-prijorità indiskutibbli taż-żieda tal-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE waqt li jivvjaġġaw bil-ferroviji għandha timxi id f'id mal-ħtieġa li l-piż amministrattiv fuq is-settur ferrovjarju jinżamm l-aktar baxx possibbli. Għalhekk, din ir-Riformulazzjoni għandha tevita miżuri li jidduplikaw il-leġiżlazzjoni tal-UE eżistenti.

Tħassib prinċipali

Il-kamp ta' applikazzjoni

B'mod ġenerali r-Rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tnaqqas kemm jista' jkun il-possibbiltà li l-Istati Membri jagħtu eżenzjonijiet. Madankollu, is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri bejn pajjiżi tal-UE u dawk mhux tal-UE għandhom jinżammu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din ir-Riformulazzjoni peress li l-kumpaniji ferrovjarji tal-UE m'għandhomx ikunu responsabbli għall-kundizzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja fil-pajjiżi mhux tal-UE jew għall-prestazzjoni ta' trasportaturi mhux tal-UE li għalihom jipprovdu servizzi ta' trazzjoni.

Fir-rigward ta' servizzi domestiċi fuq distanzi twal, il-Membri m'għandhomx jitħallew jeżentaw dawn is-servizzi wara l-2024, kif previst mir-Regolament eżistenti. Għandha tiġi evitata terminazzjoni bikrija sabiex jitqies il-finanzjament tas-sistema ferrovjarja fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Dak huwa fejn is-servizzi fuq distanza twila (minbarra r-Renju Unit) għadhom parzjalment eżentati.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tad-drittijiet tal-konsumatur għandha tiffoka fuq ir-relazzjoni bejn il-klijent u l-fornitur tas-servizz. Fil-każ tar-Riformulazzjoni hija l-impriża ferrovjarja, fi kliem ieħor, it-trasportatur. Ir-relazzjonijiet bejn negozju u ieħor għandhom jiġu indirizzati minn leġiżlazzjonijiet oħrajn bħall-Pakketti Ferrovjarji. Ir-Rapporteur għalhekk ħa r-"rekwiżiti ta' kondiviżjoni tad-data" (l-Artikolu 9(4)), l-hekk imsejjaħ "ippjanar ta' kontinġenza" (l-Artikolu 18(6)) u d-"dritt ta' rigressjoni" (l-Artikolu 19).

Aċċessibbiltà

Ir-Rapporteur jappoġġa bil-qawwa l-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-aċċess tat-trasport ferrovjarju għall-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa (PMM). Il-ferroviji għandhom ikunu aċċessibbli faċilment għaċ-ċittadini kollha tal-UE fuq bażi ugwali. F'dan ir-rigward, ir-Rapporteur ifakkar li r-Raba' Pakkett Ferrovjarju stabbilixxa l-qafas legali biex tiġi adattata l-infrastruttura ferrovjarja għall-PMM sabiex tingħatalhom l-opportunità li jgawdu indipendenza sħiħa. Għandu jiġi enfasizzat li f'soċjetà li qed tixjieħ l-aċċessibbiltà se ssir sfida dejjem aktar importanti għas-settur tat-trasport.

Ir-Rapporteur għalhekk huwa tal-opinjoni li s-settur ferrovjarju għandu jagħmel l-almu tiegħu biex jipprovdi stazzjonijiet ferrovjarji u ferroviji aċċessibbli. Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi li jiġi garantit l-aċċess tal-PMM għas-sistema ferrovjarja sħiħa tal-UE b'avviż ta' twissija minn qabel fl-iqsar żmien possibbli u ta' mhux aktar minn 24 siegħa. L-assistenza, meta meħtieġa, għandha tiġi pprovduta fil-ħinijiet li waqthom joperaw is-servizzi ferrovjarji. Għandha tkun mingħajr ħlas. Il-korpi tal-infurzar nazzjonali għandhom jawditjaw il-kwalità tal-aċċessibbiltà tas-sistema ferrovjarja sabiex jippermettu titjib immirat.

Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li t-tagħmir tal-mobbiltà bħal siġġijiet tar-roti u apparat ta' assistenza huwa mhux biss essenzjali għall-PMM iżda wkoll magħmul apposta u ta' spiss jiswa ħafna. Għalhekk huwa importanti ħafna li l-kumpens għat-telf jew dannu jsir fi żmien raġonevoli u li tiġi garantita l-ispiża sħiħa tas-sostituzzjoni abbażi tal-valur attwali.

Ir-Rapporteur jemmen li t-taħriġ tal-persunal huwa kruċjali biex il-PMM jingħataw assistenza adegwata u ta' kwalità għolja. Għalhekk ir-Rapporteur jipproponi li r-riżorsi għat-taħriġ tal-persunal jiġi ddedikat għall-impjegati li jkunu f'kuntatt dirett mal-PMM jew li jeħtieġ li jipprovdu servizzi fir-rigward tal-PMM. Dan għandu jippermetti taħriġ aħjar u aktar iffukat.

Biljetti

Objettiv ewlieni għar-Rapporteur huwa li l-aċċess għall-ferroviji jsir l-aktar attraenti possibbli sabiex tiġi appoġġata l-bidla modali lejn il-ferroviji, kif sottolinjat mill-White Paper dwar it-Trasport(3). Biljetti globali huma ferm apprezzati mill-passiġġieri tal-ferrovija. Id-disponibbiltà tagħhom hija element ewlieni għaż-żieda tal-attraenza tal-ivvjaġġar bil-ferrovija. Madankollu r-Rapporteur jaħseb li mhuwiex f'idejn il-leġiżlatur li jimponi kooperazzjoni obbligatorja bejn negozju u ieħor fil-qasam tal-ħruġ tal-biljetti fil-qafas tal-ftuħ tas-suq. Is-settur ferrovjarju għandu jiġi trattat bl-istess mod bħal mezzi oħrajn. B'mod simili għas-settur tal-linji tal-ajru fejn l-ebda "kondiviżjoni konġunta" ma hi imposta, il-kumpaniji ferrovjarji għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu ma' liema atturi jikkooperaw anki sabiex jagħtu spinta lill-kompetizzjoni intermodali, li ilha wieħed mill-elementi ewlenin tal-politika tal-UE għal għexieren ta' snin.

F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni ta' inizjattiva industrijali tal-ferroviji u tal-bejjiegħa tal-biljetti bl-isem tal-"Mudell ta' Servizz Sħiħ" diġà qiegħda tipprovdi l-ewwel riżultati tanġibbli. Pereżempju fuq www.bahn.com wieħed issa jista' jipprenota l-portafoll sħiħ ta' biljetti domestiċi u internazzjonali ta' Trenitalia u ÖBB, u dan b'hekk jippermetti lill-passiġġieri jipprenotaw, iħallsu u joħorġu biljett għal vjaġġi minn trasportaturi multipli minn pereżempju t-Tramuntana tal-Ġermanja li jgħaddi minn ġol-Awstrija san-Nofsinhar tal-Italja f'daqqa.

Madankollu, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-leġiżlatur għandu jkollu rwol ewlieni fl-iżgurar ta' livell adegwat ta' protezzjoni tal-klijenti tat-trasport ferrovjarju, b'mod partikolari billi jiżgura li l-passiġġieri tat-trasport ferrovjarju jkunu debitament infurmati waqt li jkunu qed jixtru t-tipi kollha ta' biljetti u għaldaqstant jibbenefikaw mir-reġim ta' kumpens u assistenza stabbilit f'dan ir-Regolament.

Is-sistema ferrovjarja hija kumplessa ħafna, mhux biss mill-aspett tekniku iżda wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mas-sigurtà u s-sikurezza tal-passiġġieri. Fl-istess ħin, il-kumpaniji ferrovjarji huma miftuħin għall-innovazzjoni u l-awtomatizzazzjoni diġà hija realtà. Għalhekk il-miżuri li jirrikjedu l-bejgħ ta' biljetti minn kanali speċifiċi għandhom ikunu flessibbli, pereżempju, ir-rikonoxximent li l-bejgħ fuq il-ferrovija mhuwiex dejjem possibbli, kif diġà msemmi fir-Regolament attwali nnifsu fl-Artikolu 9(4). B'mod parallel, huwa tal-akbar importanza li l-impriżi ferrovjarji jkomplu u jżidu l-possibbiltajiet li jinxtraw il-biljetti permezz ta' kanali aċċessibbli alternattivi.

Ir-rwol tal-bejjiegħa tal-biljetti u l-bejjiegħa tal-biljetti bl-imnut

Ir-Rapporteur iqis li huwa kruċjali li jiġu evitati kompetenzi li ma jkunux ċari f'dan ir-Regolament u li tiġi żgurata ċ-ċarezza legali. Uħud mid-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 għalhekk ġew emendati. Bħal "operatur tal-vjaġġi" fejn ir-Rapporteur allinja d-definizzjoni mal-leġiżlazzjoni li diġà teżisti(4).

In-negozju ewlieni tal-bejjiegħa tal-biljetti bħala bejjiegħa bl-imnut tas-servizzi tat-trasport ferrovjarju huwa li jbiegħu il-biljetti f'isem l-impriżi ferrovjarji. F'dan il-kuntest ir-Rapporteur emenda l-Artikolu 9(2) u ħeles lill-bejjiegħa tal-biljetti mill-obbligu legali li jipprovdu informazzjoni tal-ivvjaġġar kontinwa lill-passiġġieri.

Il-forza maġġuri

Permezz ta' deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, mill-2013 l-impriżi ferrovjarji mhumiex eżonerati mill-obbligi tagħhom li jikkumpensaw għad-dewmien li jkun ikkawżat minn ċirkostanzi straordinarji. Ir-Rapporteur iqis li ċ-ċirkostanzi straordinarji jeżistu għall-mezzi tat-trasport kollha. Dan huwa anki iktar importanti meta wieħed iqis il-multimodalità, fejn ġabra ta' prinċipji bażiċi minimi għandha tapplika għall-mezzi kollha, anki sabiex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni intermodali. Ir-Riformulazzjoni tal-Kummissjoni tikkunsidra dan. Madankollu, hija tillimita ċ-ċirkostanzi straordinarji għall-kundizzjonijiet severi tat-temp jew diżastri naturali kbar filwaqt li tinjora ċirkostanzi oħra li mhumiex marbuta mat-tħaddim tal-ferroviji iżda li jista' jkollhom impatt serju fuq il-funzjonament tas-sistema bħall-attakki terroristiċi. Fl-Artikolu 17(8) ir-Rapporteur jipproponi l-introduzzjoni tad-definizzjoni tal-forza maġġuri stabbilita fl-Artikolu 32.2 tal-Anness I (ir-Regoli Uniformi tas-CIV) li tkopri ċ-ċirkostanzi mhux mistennija kollha li huma barra mill-kontroll tal-impriżi ferrovjarji.

(1)

Direttiva 91/440 (KE)

(2)

Rapport dwar l-Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji, COM(2013)587 FINAL, 14 ta' Awwissu 2013

(3)

White Paper dwar it-Trasport 2011

(4)

Direttiva (UE) 2015/2302 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

D(2018)14313

Karima Delli

President, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

ASP 04F155

Brussell

Suġġett:  Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Riformulazzjoni)

COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))

Għażiża Sinjura President,

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali eżamina l-proposta msemmija hawn fuq, skont l-Artikolu 104 dwar ir-Riformulazzjoni, kif introdott fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament.

Il-Paragrafu 3 ta' dak l-Artikolu jinqara kif ġej:

"Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jqis li l-proposta ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali ħlief għal dawk il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta, huwa għandu jgħarraf lill-kumitat responsabbli għas-suġġett b'dan.

F'dan il-każ, minbarra l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 169 u 170, l-emendi għandhom ikunu ammissibbli fi ħdan il-kumitat responsabbli għas-suġġett biss jekk jikkonċernaw dawk il-partijiet tal-proposta li jinkludu tibdiliet.

Madankollu, emendi ta' partijiet tal-proposta li ma nbidlux jistgħu jiġu aċċettati, fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ, mill-president tal-kumitat responsabbli għas-suġġett inkwistjoni, jekk iqis/tqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet irid jitniżżlu f'ġustifikazzjoni bil-miktub tal-emendi."

B'segwitu għall-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizz Legali tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li fihom ġiet eżaminata l-proposta riformulata, u b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jqis li l-proposta inkwistjoni ma tinkludi l-ebda bidla sostanzjali għajr il-bidliet identifikati bħala tali fil-proposta u li, f'dak li għandu x'jaqsam mal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdulin tal-atti ta' qabel b'dawk il-bidliet, il-proposta fiha kodifikazzjoni vera u proprja tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom.

Bħala konklużjoni, wara li ddiskutieha fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Marzu 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bi 19-il vot favur u 2 astensjonijiet(1), qed jirrakkomanda li l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, jista' jipproċedi bl-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regoli ta' Proċedura.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

Mehmuża: L-Opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv.

Annex

GRUPP KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

  Brussell 19.02.2018

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

          TAL-KUNSILL

          TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Riformulazzjoni)

COM(2017)548 final tas-27.9.2017 – 2017/0237(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari għall-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-27 ta' Ottubru u fl-14 ta' Diċembru 2017 u fit-18 ta' Jannar 2018 kellhom laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawn il-laqgħat(2), l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim komuni, dan li ġej.

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

– fil-premessa 10, is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għal "fid-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali" b'referenza għal "fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011";

– fil-premessa 14, it-tħassir tal-kliem "jikkooperaw sabiex";

– fil-premessa 15, it-tħassir tal-kliem "għal-libertà tal-għażla";

– fil-premessa 16 is-sostituzzjoni tal-kliem "sabiex jiżguraw li" bil-kliem "Minbarra dan";

– fil-punt 17 tal-Artikolu 3, is-sostituzzjoni tal-kelma "trasportatur" bil-kliem "impriża ferrovjarja";

– it-test kollu tal-Artikolu 6;

– fl-Artikolu 9(1), it-tħassir tal-kliem inizjali "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10";

– fl-Artikolu 9(3), it-tħassir tal-kliem "għall-ħtiġijiet ta' nies b'nuqqas ta' smigħ jew ta' dawl";

– fl-Artikolu 10(1), it-tħassir tal-kliem "fejn disponibbli" qabel il-kelma "biljetti" u ż-żieda tal-kliem "u, meta disponibbli" qabel il-kliem "biljetti globali";

– fl-Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu, iż-żieda tal-kliem "u 4";

– it-test kollu tal-Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu;

– fl-Artikolu 17(2), iż-żieda tal-kliem inizjali "Il-paragrafu 1 japplika wkoll";

– fl-Artikolu 25(1), it-tħassir tal-kliem "m'għandu japplika l-ebda limitu finanzjarju";

– fl-Anness III, it-tħassir tat-test eżistenti tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007.

2. Fil-premessa 32, il-kliem "tal-Unjoni Ewropea" għandhom jiżdiedu qabel il-kliem "tista' tadotta".

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil sostantiv, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

Il-Membri li ġejjin kienu preżenti: Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Kostas Chrysogonos, Pascal Durand, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Pavel Svoboda, Mylène Troszczynski, Axel Voss, Rainer Wieland, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka, Luis de Grandes Pascual.

(2)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni lingwistika Ingliża tal-proposta, peress li kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.

ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

GRUPP KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

  Brussell, id-19 ta' Frar 2018

OPINJONI

GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

          TAL-KUNSILL

          TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Riformulazzjoni)

COM(2017)548 final tas-27.9.2017 – 2017/0237(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali, u b'mod partikolari għall-punt 9 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fis-27 ta' Ottubru u fl-14 ta' Diċembru 2017 u fit-18 ta' Jannar 2018 kellhom laqgħa ddedikata, fost affarijiet oħra, għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni.

Waqt dawn il-laqgħat(1), l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tfassal mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv stabbilixxa, bi ftehim komuni, dan li ġej.

1. Il-partijiet li ġejjin kellhom jiġu mmarkati b'tipa ta' kulur griż li ġeneralment tintuża sabiex jiġu identifikati bidliet sostantivi:

– fil-premessa 10, is-sostituzzjoni tar-referenza attwali għal "fid-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali" b'referenza għal "fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011";

– fil-premessa 14, it-tħassir tal-kliem "jikkooperaw sabiex";

– fil-premessa 15, it-tħassir tal-kliem "għal-libertà tal-għażla";

– fil-premessa 16 is-sostituzzjoni tal-kliem "sabiex jiżguraw li" bil-kliem "Minbarra dan";

– fil-punt 17 tal-Artikolu 3, is-sostituzzjoni tal-kelma "trasportatur" bil-kliem "impriża ferrovjarja";

– it-test kollu tal-Artikolu 6;

– fl-Artikolu 9(1), it-tħassir tal-kliem inizjali "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10";

– fl-Artikolu 9(3), it-tħassir tal-kliem "għall-ħtiġijiet ta' nies b'nuqqas ta' smigħ jew ta' dawl";

– fl-Artikolu 10(1), it-tħassir tal-kliem "fejn disponibbli" qabel il-kelma "biljetti" u ż-żieda tal-kliem "u, meta disponibbli" qabel il-kliem "biljetti globali";

– fl-Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu, iż-żieda tal-kliem "u 4";

– it-test kollu tal-Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu;

– fl-Artikolu 17(2), iż-żieda tal-kliem inizjali "Il-paragrafu 1 japplika wkoll";

– fl-Artikolu 25(1), it-tħassir tal-kliem "m'għandu japplika l-ebda limitu finanzjarju";

– fl-Anness III, it-tħassir tat-test eżistenti tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007.

2. Fil-premessa 32, il-kliem "tal-Unjoni Ewropea" għandhom jiżdiedu qabel il-kliem "tista' tadotta".

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali. Il-Grupp ta' Ħidma kkonkluda wkoll li, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil sostantiv, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni lingwistika Ingliża tal-proposta, peress li kienet il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Allianz Pro Schiene (ApS)

Allrail/Trainline

Community of European Railway (CER)

Blogger Mark SMITH (Seat61)

Deutsche Bahn (DB)

Deutscher Reiseverband

Il-Federazzjoni Ewropea taċ-Ċiklisti (ECF)

Il-Kummissjoni Ewropea – DĠ MOVE

Il-Forum Ewropew tad-Diżabbiltà (EDF)

Federazzjoni Ewropea tal-Passiġġieri (EPF)

L-Amministraturi tal-Infrastruttura Ferrovjarja fl-Ewropa (EIM)

Eurostar

Eurotunnel

Fahrgastverband Pro Bahn

Fédération nationale des associations d'usagers des transports (FNAUT)

International Association of Public Transport (UITP)

Société nationale des chemins de fer français (SNCF)

Polskie Koleje Państwowe SA (PKP)

The European Travel Agents’ and Tour Operators’ Associations (ECTAA)

Trenitalia

Verband Deutscher Verkehrsunternehmen (VDV)

Verbraucherzentrale Bundesverband

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (5.6.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Riformulazzjoni)

(COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dennis de Jong

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'Settembru 2017, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għal riformulazzjoni tar-Regolament Ewropew dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-Passiġġieri tal-Ferroviji (Regolament (KE) Nru 1371/2007). Ir-rapporteur hu tal-fehma li l-ivvjaġġar ferrovjarju għandu jsir aktar attraenti għall-konsumaturi bit-tisħiħ tal-obbligi ta' informazzjoni għall-impriżi ferrovjarji, bil-ħolqien ta' aktar ċertezza legali għall-passiġġieri ferrovjarji u biż-żieda fl-aċċessibbiltà tal-ivvjaġġar ferrovjarju għall-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa. Għalkemm il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi titjib importanti, ir-rapporteur hu tal-fehma li f'xi partijiet tar-riformulazzjoni hemm bżonn aktar ambizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-passiġġieri ferrovjarji jkunu protetti u infurmati aħjar qabel, waqt u wara l-vjaġġ tagħhom.

Forza maġġuri u kumpens

Wara l-introduzzjoni ta' klawżola ta' "forża maġġuri" fir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri bl-ajru, il-Kummissjoni qed tipproponi li tiżdied klawżola speċifika fir-Regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji. Din il-klawżola tgħid li l-impriżi ferrovjarji m'għandhomx ikunu obbligati jħallsu kumpens f'każ ta' kundizzjonijiet tat-temp severi jew diżastri naturali kbar. Madankollu, l-ivvjaġġar bl-ajru u l-ivvjaġġar bil-ferrovija mhumiex paragunabbli. Barra minn hekk, klawżola bħal din ma fihiex biżżejjed speċifiċità biex jiġu evitati tilwimiet fil-futur. Għalhekk, ir-rapporteur jipproponi li din il-klawżola titħassar. Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi li r-regoli dwar il-kumpens tal-prezz tal-biljett jiġu estiżi permezz ta' skema ta' kumpens għall-ferroviji b'veloċità qawwija li tagħti d-dritt lill-passiġġieri jitolbu kumpens meta jsofru dewmien ta' 45 minuta jew aktar.

Informazzjoni, servizz u assistenza

Meta jiġu biex jixtru l-biljetti tal-ferrovija, il-passiġġieri spiss wisq jiltaqgħu ma' kundizzjonijiet li ma jkunux ċari. Speċjalment jekk il-vjaġġ ikun jinvolvi aktar minn operatur wieħed, il-passiġġieri jiffaċċjaw differenzi fil-prezzijiet tal-biljetti, fil-garanzija tal-konnessjonijiet u fl-assistenza. Din l-opinjoni għalhekk fiha definizzjoni aktar ċara ta' biljett globali u proposta għall-istabbiliment ta' interfaċċi għall-ipprogrammar online (APIs) li permezz tagħhom l-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni kollha dwar l-ivvjaġġar, inkluża d-data operattiva, l-orarji u t-tariffi f'ħin reali. Sabiex il-passiġġieri jingħataw il-possibbiltà li jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jixtru l-biljetti, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-impriżi ferrovjarji għandhom jinfurmaw lill-passiġġieri meta l-prezz tal-hekk imsejjaħ "biljett globali" jvarja mill-prezzijiet akkumulati mħallsa meta l-biljetti jinxtraw separatament mingħand l-operaturi differenti.

Persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa

Il-proposta tal-Kummissjoni fiha diversi elementi ta' titjib biex jintlaħaq l-objettiv ta' vvjaġġar ferrovjarju Ewropew aktar aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Madankollu għadha ma ssolvietx l-aktar problema importanti li jiffaċċjaw dawn il-persuni, jiġifieri l-proċedura ta' notifika ta' 48 siegħa minn qabel biex jibbukkjaw l-assistenza li jkollhom bżonn waqt il-vjaġġ. Dan inaqqas drastikament il-mobbiltà u l-libertà tal-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa u mhuwiex konformi mal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD) li jgħid li għandu jkun hemm il-possibbiltà li wieħed jivvjaġġa b'mod indipendenti, spontanjament u mingħajr assistenza. Għadd ta' Stati Membri diġà għandhom fis-seħħ sistema li tiffunzjona tajjeb u li tirrikjedi notifika f'ħin ferm iqsar. Għalhekk ir-rapporteur jipproponi li l-proposta tal-Kummissjoni tinbidel minn 48 għal 24 siegħa fi stazzjonijiet żgħar u sistema ta' "turn-up and go" għal stazzjonijiet akbar. Proposti oħra li jagħmlu l-ivvjaġġar ferrovjarju aktar aċċessibbli jinkludu l-iffaċilitar tad-disponibbiltà tal-informazzjoni permezz tal-internet jew ta' kanali tad-distribuzzjoni mħaddma mill-persunal u l-obbligu li l-impriżi ferrovjarji jqiegħdu għad-dispożizzjoni direttament, u f'formati aċċessibbli, l-informazzjoni dwar il-waqfien tas-servizzi.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Minkejja li fl-Unjoni sar bosta progress fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji jeħtieġ titjieb aktar.

(3)  Minkejja li fl-Unjoni sar bosta progress fejn tidħol il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji u l-iżgurar li jingħataw kumpens għal dewmien, kanċellazzjonijiet u kwalunkwe ħsara materjali għad iridu jitjiebu aktar.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jekk il-passiġġieri tal-ferroviji li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u domestiċi fuq distanzi twal jingħataw l-istess drittijiet, dan iżid il-livell ta' protezzjoni tal-konsumaturi fl-Unjoni, jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi ferrovjarji, u lill-passiġġieri jiggarantilhom livell uniformi ta' drittijiet.

(5)  Jekk il-passiġġieri tal-ferroviji li jagħmlu vjaġġi internazzjonali u domestiċi fuq distanzi twal jingħataw l-istess drittijiet, dan iżid il-livell tad-drittijiet tal-passiġġieri fl-Unjoni, b'mod partikolari rigward l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni u l-kumpens f'każ ta' dewmien jew kanċellazzjoni. Il-passiġġieri jenħtieġ li jirċievu informazzjoni kemm jista' jkun preċiża rigward id-drittijiet tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri għandhom natura differenti mis-servizzi fuq distanzi twal. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw lis-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri li mhumiex servizzi transfruntieri fl-Unjoni minn ċerti dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

(6)  Metros, trammijiet u servizzi ferrovjarji ħfief oħra tal-passiġġieri għandhom natura differenti mis-servizzi fuq distanzi twal. Għalhekk l-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw lil metros, trammijiet u servizzi ferrovjarji ħfief oħra tal-passiġġieri li mhumiex servizzi transfruntiera fl-Unjoni minn ċerti dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Id-drittijiet tal-utenti għal servizzi bil-ferrovija jinkludu li jirċievu informazzjoni rigward is-servizz kemm qabel kif ukoll matul il-vjaġġ. Kull meta hu possibbli, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu din l-informazzjoni minn qabel u mill-aktar fis possibbli. Dik l-informazzjoni jenħtieġ tingħata b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(9)  Id-drittijiet tal-konsumaturi għal servizzi bil-ferrovija jinkludu li jirċievu informazzjoni rigward l-għażliet ferrovjarji disponibbli kollha u s-servizz qabel, matul u wara l-vjaġġ. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi jenħtieġ li jipprovdu dik l-informazzjoni minn qabel u f'ħin reali. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tingħata b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u jenħtieġ li tkun disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tirreferi għall-paragrafu 2 tal-Artikolu 9, li jagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Sistemi tat-trasport tal-passiġġieri multimodali żviluppati sew se jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi. Jenħtieġ għalhekk li l-impriżi ferrovjarji jirreklamaw ukoll kombinazzjonijiet ma' mezzi oħra tat-trasport sabiex l-utenti tal-ferroviji jkunu konxji dwarhom qabel ma jirriżervaw il-vjaġġi tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tirreferi għall-paragrafu 2 tal-Artikolu 9, li jagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Ir-rekwiżit li jiġi pprovdut aċċess għad-data dwar l-informazzjoni tal-ivvjaġġar fuq bażi nondiskriminatorja jinkludi informazzjoni operattiva f'ħin reali dwar skedi jew orarji, konnessjonijiet intermodali, postijiet disponibbli, nollijiet u tariffi applikabbli, riżervazzjonijiet obbligatorji u kwalunkwe kundizzjoni speċjali applikabbli. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jippermettu lill-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti biex jikkonkludu b'suċċess kuntratti tat-trasport, li r-riżultat tagħhom ikun il-ħruġ ta' biljetti, biljetti globali, riżervazzjonijiet u offerti kummerċjali relatati, pereżempju biljetti għat-trasport ta' rota jew bagalji kbar, kull meta jkun meħtieġ. Dan jenħtieġ li jagħmel l-ivvjaġġar aktar aċċessibbli għall-passiġġieri u jipprovdi lill-passiġġieri b'firxa usa' ta' possibbiltajiet ta' vjaġġi u tariffi minn fejn jagħżlu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mal-premessa 12, li tagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b)  Meta jipprovdu aċċess għall-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar jew għas-sistemi ta' prenotazzjoni permezz ta' interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs) l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jiżguraw li l-APIs jużaw standards miftuħa, protokolli użati b'mod komuni, u formati li jinqraw minn magna. Meta ma jkunux jeżistu tali standards, protokolli jew formati, jenħtieġ li jużaw proċessi miftuħa għad-dokumentazzjoni, l-iżvilupp u l-istandardizzazzjoni fil-ħolqien ta' standards, protokolli jew formati. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jagħmluhom aċċessibbli mingħajr ħlas.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mal-premessa 12, li tagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12c)  Jekk jiġu stabbiliti miżuri tekniċi li jimpedixxu jew jiżvantaġġaw lil partijiet milli jiġbru informazzjoni dwar l-ivvjaġġar minn sorsi pubblikament disponibbli għajr l-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, bħas-siti web tagħhom, dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala diskriminatorji.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mal-premessa 12, li tagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Iż-żieda fil-popolarità taċ-ċikliżmu madwar l-Unjoni qed tħalli implikazzjonijiet fuq il-mobbiltà ġenerali u t-turiżmu. Jekk fil-qasma modali jiżdied l-użu tal-ferroviji u taċ-ċikliżmu, jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Għalhekk l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jiffaċilitaw kemm jista' jkun it-taħlita taċ-ċikliżmu u l-vjaġġi bil-ferrovija, l-aktar billi jippermettu l-ġarr tar-roti fuq il-ferroviji.

(13)  Iż-żieda fil-popolarità taċ-ċikliżmu madwar l-Unjoni qed tħalli implikazzjonijiet fuq il-mobbiltà ġenerali u t-turiżmu. Jekk fil-qasma modali jiżdied l-użu tal-ferroviji u taċ-ċikliżmu, jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent. Għalhekk l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jiffaċilitaw kemm jista' jkun it-taħlita taċ-ċikliżmu u l-vjaġġi bil-ferrovija, l-aktar billi jipprovdu l-kapaċità adegwata għall-ġarr sikur tar-roti fuq kull tip ta' ferrovija, anke fuq servizzi fuq distanza twila u vjaġġi transfruntiera.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Il-ġarr tar-roti abbord il-ferrovija jenħtieġ li jiġi rifjutat jew ristrett biss minħabba raġunijiet ġustifikati kif xieraq. Tali raġunijiet jenħtieġ li jkunu relatati partikolarment mas-sikurezza tal-passiġġieri, li ma jostakolawx il-ħruġ ta' emerġenza u li jevitaw dannu fiżiku lill-passiġġieri.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-premessa 13, li tagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-impriżi ferrovjarji għandhom jiffaċilitaw it-trasferiment ta' passiġġieri ferrovjarji minn operatur għal ieħor billi jipprovdu biljetti globali, kull meta dan ikun possibbli.

(14)  L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi jenħtieġ li jiffaċilitaw it-trasferiment ta' passiġġieri ferrovjarji minn operatur għal ieħor billi jipprovdu biljetti globali. Huma jenħtieġ li jindikaw b'mod ċar meta l-prezzijiet tal-biljetti globali jkunu differenti b'mod sostanzjali mill-prezzijiet tal-biljetti mixtrija separatament. Jenħtieġ li meta joħorġu biljetti globali jqisu li jenħtieġ li jkun hemm biżżejjed ħin għall-passiġġier biex jaqleb minn servizz għal ieħor.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-emenda tal-Artikolu 17(8), li jagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferroviji li jkunu komparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħra, għandhom jiġu stabbiliti r-regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza waqt il-vjaġġ tagħhom. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata mid-diżabilità, mill-età jew minn xi fattur ieħor, għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu u għan-nondiskriminazzjoni. Fost l-oħrajn, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-għoti ta' informazzjoni lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vaguni u l-faċilitajiet abbord. Sabiex il-passiġġieri b'indeboliment sensorju jkunu mogħtija l-aħjar informazzjoni dwar xi dewmien, għandhom jintużaw sistemi viżivi u awditivi, kif jixraq. Il-Persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti minn fuq il-ferrovija mingħajr ħlasijiet żejda. Il-persunal għandu jingħata t-taħriġ kif xieraq biex ikun jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, l-aktar meta jkun qed jagħtihom assistenza. Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar, dawn il-persuni għandhom jingħataw assistenza fl-istazzjonijiet u abbord f'kull ħin meta joperaw il-ferroviji u mhux biss f'ċerti ħinijiet tal-jum.

(15)  Fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u sabiex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw opportunitajiet għall-ivvjaġġar bil-ferroviji li jkunu komparabbli ma' dawk ta' ċittadini oħra, jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għal nondiskriminazzjoni u assistenza qabel u waqt il-vjaġġ tagħhom. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, kemm jekk ikkawżata mid-diżabbiltà, mill-età jew minn xi fattur ieħor, għandhom l-istess dritt bħaċ-ċittadini l-oħra kollha għall-moviment liberu u għan-nondiskriminazzjoni. Fost l-oħrajn, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-għoti ta' informazzjoni lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa rigward l-aċċessibbiltà tas-servizzi ferrovjarji, il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-vaguni u l-faċilitajiet abbord. Sabiex il-passiġġieri b'indeboliment sensorju jkunu mogħtija l-aħjar informazzjoni dwar xi dewmien, għandhom jintużaw sistemi viżivi u awditivi, kif jixraq. Il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti minn fuq il-ferrovija mingħajr ħlasijiet żejda meta ma jkunx hemm mezz ieħor kif jixtru l-biljetti minn qabel. Il-persunal għandu jingħata t-taħriġ kif xieraq biex ikun jista' jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, l-aktar meta jkun qed jagħtihom assistenza. Sabiex ikunu żgurati l-istess kundizzjonijiet tal-ivvjaġġar, dawn il-persuni għandhom jingħataw assistenza fl-istazzjonijiet u abbord f'kull ħin meta joperaw il-ferroviji u mhux biss f'ċerti ħinijiet tal-jum.

Ġustifikazzjoni

Mhux dejjem ikun possibbli li jinxtara biljett minn fuq il-ferrovija. Mhux il-ferroviji kollha jkollhom persunal fuqhom li jbigħ il-biljetti. Għaldaqstant din il-possibbiltà għandha tkun irregolata kemm jista' jkun. Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 10(5), li jagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, permezz ta' konformità mat-TSIs għal persuni b'mobbilità mnaqqsa. Minbarra dan , b'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26, il-bini u l-vaguni kollha jenħtieġ ikunu aċċessibbli billi progressivament jitneħħew l-ostakli fiżiċi u t-tfixikil funzjonali meta jinxtara materjal ġdid jew isir xogħol ta' kostruzzjoni jew xogħol maġġuri ta' rinnovazzjoni.

(16)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jikkunsidraw il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, permezz ta' konformità mat-TSIs għal persuni b'mobbilità mnaqqsa u d-direttiva XXX meta jiġu kkontemplati t-TSIs. Minbarra dan, b'konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26, il-bini u l-vaguni kollha jenħtieġ li jkunu aċċessibbli billi progressivament jitneħħew l-ostakli fiżiċi u t-tfixikil funzjonali meta jinxtara materjal ġdid jew isir xogħol ta' kostruzzjoni jew xogħol maġġuri ta' rinnovazzjoni.

__________________

__________________

26 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

26 Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

Ġustifikazzjoni

Meta r-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà ma jkunux koperti minn atti dwar it-TSIs, għandu japplika l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà (id-Direttiva XXX). Id-Direttiva XXX hija intenzjonata li tikkomplementa l-leġiżlazzjoni settorjali eżistenti tal-Unjoni billi tkopri aspetti li għadhom mhumiex koperti minn dik il-leġiżlazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Hu mixtieq li dan ir-Regolament joħloq sistema ta' kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta' dewmien, li hija marbuta mar-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja, fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali pprovduta mill-COTIF u b'mod partikolari r-Regoli Uniformi CIV tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. F'każ ta' dewmien fit-tul ta' servizz tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ jagħtu kumpens lill-passiġġieri skont persentaġġ tal-prezz tal-biljett.

(17)  Hu mixtieq li dan ir-Regolament joħloq sistema ta' kumpens għall-passiġġieri fil-każ ta' dewmien, li hija marbuta mar-responsabbiltà tal-impriża ferrovjarja, fuq l-istess bażi bħas-sistema internazzjonali pprovduta mill-COTIF u b'mod partikolari r-Regoli Uniformi CIV tagħha dwar id-drittijiet tal-passiġġieri. Il-biljetti mixtrija jenħtieġ li jkunu kompletament rimborżabbli. F'każ ta' dewmien fit-tul ta' servizz tal-passiġġieri, l-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jagħtu kumpens lill-passiġġieri skont persentaġġ sa 100 % tal-prezz tal-biljett.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-impriżi ferrovjarji għandhom ikunu obbligati li jkunu assigurati, jew li jagħmlu arranġamenti ekwivalenti, għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri tal-ferroviji fil-każ ta' inċident. Jekk l-Istati Membri jistabbilixxu ammont massimu ta' kumpens għad-danni f'każ ta' mewt ta' passiġġieri jew korrimenti personali ta' passiġġieri, dak l-ammont tal-inqas jenħtieġ ikun daqs l-ammont stabbilit fir-Regoli Uniformi CIV.

(18)  L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ li jkunu obbligati li jkunu assigurati, jew li jagħmlu arranġamenti ekwivalenti, għar-responsabbiltà tagħhom lejn il-passiġġieri tal-ferroviji fil-każ ta' inċident. Jekk l-Istati Membri jistabbilixxu ammont massimu ta' kumpens għad-danni f'każ ta' mewt ta' passiġġieri jew korrimenti personali ta' passiġġieri, dak l-ammont tal-inqas jenħtieġ li jkun daqs l-ammont stabbilit fir-Regoli Uniformi CIV. L-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jżidu l-ammont ta' kumpens għad-danni fil-każ ta' mewt jew korrimenti personali ta' passiġġieri fi kwalunkwe mument.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  L-inċidenti skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu wkoll effetti negattivi fuq saħħet il-passiġġieri b'riżultat ta' ffullar fuq il-ferroviji tal-passiġġieri, sakemm dawn il-ferroviji ma jġorrux il-passiġġieri skont l-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, l-inċidenti skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-passiġġieri min-nuqqas, min-nuqqas ta' użu jew minn ħsara fl-arja kkundizzjonata u kundizzjonijiet tat-temperatura jew tal-umdità assoċjati li huma intolerabbli għall-passiġġieri.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu evitati lakuni legali għad-detriment tal-passiġġieri u, b'mod partikolari, iżda mhux esklużivament, għall-finijiet tal-Premessi 3 u 5 tar-Regolament, huwa xieraq li jiġu rregolati wkoll problemi oħra għas-saħħa tal-passiġġieri tal-ferroviji li jirriżultaw min-negliġenza tat-trasportatur u li f'sens usa' jistgħu jitqabblu ma' inċident.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  F'każ ta' dewmien, il-passiġġieri għandhom jingħataw alternattivi għal kontinwazzjoni tat-trasport jew għal ridirezzjonar tar-rotta b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli. F'dan il-każ jenħtieġ jitqiesu l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

(20)  F'każ ta' dewmien, il-passiġġieri jenħtieġ li jingħataw alternattivi għal kontinwazzjoni tat-trasport jew għal ridirezzjonar tar-rotta b'kundizzjonijiet tat-trasport komparabbli. F'dan il-każ jenħtieġ li jitqiesu b'mod partikolari l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Iżda l-impriża ferrovjarja ma jenħtieġx tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi. Kull każ bħal dan jenħtieġ ikollu l-karattru ta' katastrofi naturali eċċezzjonali, kif distint mill-kundizzjonijiet normali u staġunali tat-temp, bħal ngħidu aħna l-maltempati tal-ħarifa jew l-għargħar urbani regolari li jseħħ bil-mareat jew meta jinħall is-silġ. L-impriżi ferrovjarji jenħtieġ juru li la setgħu jbassru u lanqas jevitaw id-dewmien anki meta jkunu ħadu l-miżuri raġonevoli kollha.

imħassar

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  F'koperazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ iħejju pjanijiet ta' kontinġenza biex kemm jista' jkun inaqqsu l-impatt tal-interruzzjonijiet il-kbar billi lill-passiġġieri jagħtuhom informazzjoni xierqa u attenzjoni.

(22)  F'koperazzjoni mal-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jħejju u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku pjanijiet ta' kontinġenza biex kemm jista' jkun inaqqsu l-impatt tal-interruzzjonijiet il-kbar billi lill-passiġġieri jagħtuhom informazzjoni xierqa u attenzjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Dan ir-Regolament m'għandux jillimita d-drittijiet tal-impriżi ferrovjarji milli jitolbu kumpens mingħand xi persuna, inkluż mingħand xi partijiet terzi, skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

(23)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jillimitax id-drittijiet tal-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-istazzjonijiet ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura milli jitolbu kumpens, meta jkun applikabbli, mingħand xi persuna, inkluż mingħand xi partijiet terzi, biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom lejn il-passiġġieri skont dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Il-passiġġieri ferrovjarji għandhom ikunu jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja involuta dwar id-drittijiet u l-obbligi mogħtija minn dan ir-Regolament, u għandhom ikun intitolati li jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.

(27)  Il-passiġġieri ferrovjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon ferrovjarju jew amministratur tal-infrastruttura involuti dwar id-drittijiet u l-obbligi mogħtija minn dan ir-Regolament, u għandhom ikunu intitolati li jirċievu tweġiba fi żmien raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Kif stabbilit fl-Artikolu 28(2) il-passiġġieri tal-ferrovija jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon ferrovjarju jew amministratur tal-infrastruttura involuti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi tal-passiġġieri tal-ferroviji, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, jamministrawhom u jimmonitorjawhom.

(28)  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jenħtieġ li jiddefinixxu l-istandards tal-kwalità tas-servizz għas-servizzi tal-passiġġieri tal-ferroviji, jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku, jamministrawhom u jimmonitorjawhom, inklużi dawk għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mal-Premessa 15 fir-rigward tal-UNCRPD. L-istandards tal-kwalità tas-servizz għandhom jinkludu wkoll lill-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Biex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport ferrovjarju, għandu jkun meħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw Korpi Nazzjonali tal-Infurzar biex isegwu mill-qrib u jinfurzaw dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Dawk il-Korpi għandhom ikunu jistgħu jieħdu bosta miżuri ta' infurzar. Il-passiġġieri jenħtieġ ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dawn il-korpi dwar l-allegat ksur tar-Regolament. Biex ikun żgurat li dawn l-ilmenti jiġu trattati b'mod sodisfaċenti, il-korpi jenħtieġ jikkoperaw ukoll bejniethom.

(29)  Biex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur fit-trasport ferrovjarju, jenħtieġ li jkun meħtieġ li l-Istati Membri jinnominaw Korpi Nazzjonali tal-Infurzar biex isegwu mill-qrib u jinfurzaw dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Dawk il-Korpi jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu bosta miżuri ta' infurzar, u jipprovdu l-għażla lill-passiġġieri ta' soluzzjoni alternattiva għat-tilwim vinkolanti, f'konformità mad-Direttiva 2013/11/UE1a. Il-passiġġieri jenħtieġ li jkunu jistgħu jressqu l-ilmenti tagħhom quddiem dawn il-korpi dwar l-allegat ksur tar-Regolament, u jużaw is-soluzzjoni online għat-tilwim stabbilita skont ir-Regolament 524/2013/UE1b fejn miftiehem. Jenħtieġ li jiġi previst ukoll li l-ilmenti jistgħu jsiru minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw gruppi ta' passiġġieri. Biex ikun żgurat li dawn l-ilmenti jiġu trattati b'mod sodisfaċenti, il-korpi jenħtieġ li jikkoperaw ukoll bejniethom u dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli jiġi elenkat fl-Anness għar-Regolament 2017/2394/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c. Kull sena l-korpi tal-infurzar għandhom jippubblikaw rapporti bl-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jiddeskrivu n-numru u t-tip ta' lmenti li jkunu rċevew, u r-riżultati tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

__________________

1a Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 14).

1b Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

1c Ir-Regolament 2017/2394/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta' kumpens lill-persuna inkwistjoni, jenħtieġ ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(31)  L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu penali applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-ħlas ta' kumpens lill-persuna inkwistjoni, jenħtieġ li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jenħtieġ li jinkludu, iżda ma jkunux limitati għal, multa minima jew perċentwal tal-fatturat annwali tal-impriża jew l-organizzazzjoni rilevanti, skont liema minnhom ikun l-ogħla.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' dispożizzjoni xierqa dwar l-infurzar kien waħda mir-raġunijiet prinċipali li ġġustifikaw ir-riformulazzjoni ta' dan ir-Regolament. Huwa għalhekk ta' importanza kbira ħafna li jiġi żgurat li l-penali jkunu dissważivi sabiex l-impriżi jiġu skoraġġiti milli jaġixxu barra mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament. Dan huwa intrinsikament marbut ukoll ma' emendi oħra dwar l-infurzar fil-Kapitolu VII, inkluż dawk dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-effikaċja tal-korpi tal-infurzar u l-għajnuna lill-passiġġieri biex iressqu lmenti.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-suġġett

Is-suġġett u l-objettivi

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament riformulat kien riformulat f'bilanċ bejn it-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji u filwaqt li jitqies l-interess pubbliku b'mod ġenerali fl-appoġġ tal-ferrovija bħala mezz tat-trasport. L-objettivi huma stabbiliti f'dan l-artikolu u għaldaqstant għandhom ikunu rikonoxxuti fit-titolu, billi din l-emenda hija intrinsikament marbuta ma' emendi oħra fit-test u hija wkoll kwistjoni ta' prattika ta' abbozzar legali tajba.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-trasport ferrovjarju fir-rigward ta' dan li ġej:

Sabiex tiġi prevista protezzjoni effettiva tal-passiġġieri u jitħeġġeġ l-ivvjaġġar ferrovjarju, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli applikabbli għat-trasport ferrovjarju fir-rigward ta' dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni fl-emenda preċedenti.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  id-drittijiet tal-passiġġieri f'każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien;

(d)  id-drittijiet u l-kumpens tal-passiġġieri f'każ ta' interruzzjoni, bħal kanċellazzjoni jew dewmien;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-informazzjoni minima li għandha tingħata lill-passiġġieri;

(e)  l-informazzjoni minima li għandha tingħata lill-passiġġieri mill-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi b'mod preċiż u fil-ħin u f'format aċċessibbli;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intrinsikament marbuta b'mod partikolari mal-Kapitolu II.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  it-trattament tal-ilmenti;

(h)  proċeduri xierqa għat-trattament tal-ilmenti;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jintlaħaq l-għan ta' infurzar imtejjeb fir-Regolament riformulat, huwa importanti li kemm il-konsumaturi kif ukoll il-korpi nazzjonali tal-infurzar ikunu jistgħu jistrieħu fuq proċeduri robusti li jiffaċilitaw ipproċessar aktar faċli u aktar f'waqtu tal-ilmenti. Din l-emenda hija intrinsikament marbuta mal-emendi b'mod partikolari għall-Kapitolu VII.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  is-servizzi ferrovjarji urbani, suburbani u reġjonali tal-passiġġieri kif imsemmi fid-Direttiva 2012/34/UE, għajr is-servizzi transfruntieri fl-Unjoni;

(a)  Il-metros, it-trammijiet u servizzi ferrovjarji ħfief oħra tal-passiġġieri kif imsemmija fid-Direttiva 2012/34/UE u definiti aktar fid-Direttiva 2016/797/UE;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom, inkluż minn tal-inqas waqfa waħda prevista fi stazzjon, issir barra l-Unjoni, u diment li d-drittijiet tal-passiġġieri jkunu żgurati kif xieraq skont il-liġi nazzjonali rilevanti fit-territorju tal-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni.

(b)  is-servizzi ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri li parti konsiderevoli minnhom, inkluż minn tal-inqas waqfa waħda prevista fi stazzjon, issir barra l-Unjoni, esklużivament għall-parti li mhijiex operata fit-territorju tal-Istat Membru li jagħti l-eżenzjoni.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  is-servizzi ferrovjarji tal-passiġġieri li jużaw vetturi riżervati għal użu strettament lokali, storiku jew turistiku.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, u dwar l-adegwatezza tal-liġi nazzjonali tagħhom fit-territorju tagħhom għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 2.

3.  L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-eżenzjonijiet mogħtija skont il-punti (a), (b) u (ba) tal-paragrafu 2.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Artikoli 5, 10, 11 u 25 u l-Kapitolu V għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1, inkluż is-servizzi eżentati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2.

4.  L-Artikoli 4, 5, 6, 7, 11 u 12 u l-Kapitolu V għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inklużi s-servizzi eżentati skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. L-Artikoli 10 u17 għandhom japplikaw għas-servizzi ferrovjarji kollha tal-passiġġieri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inklużi s-servizzi eżentati skont il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "bejjiegħ tal-biljetti" tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jikkonkludi kuntratti ta' trasport u li jbigħ biljetti f'isem impriża ferrovjarja jew għalih innifsu;

(5)  "bejjiegħ tal-biljetti" tfisser kull bejjiegħ bl-imnut ta' servizzi tat-trasport ferrovjarju li jikkonkludi kuntratti ta' trasport u li jbigħ biljetti u biljetti globali f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar jew għalih innifsu;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 10(1) u (6), li jagħmlu parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  "biljett" tfisser evidenza valida li tintitola lill-passiġġier għal trasport ferrovjarju, irrispettivament mill-forma tiegħu, bħal karta, biljett elettroniku, smart card jew kard tal-ivvjaġġar;

Ġustifikazzjoni

Il-biljetti jista' jkollhom ħafna forom differenti, b'mod speċjali fid-dawl tal-iżvilupp ta' pjattaformi online. Għalhekk, għandu jkun ċar li hija evidenza valida, irrispettivament mill-forma tagħha, li tintitola lill-passiġġier jivvjaġġa b'servizz ferrovjarju.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "biljetti globali" tfisser biljett jew biljetti li jirrappreżentaw kuntratt ta' trasport uniku għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mogħtija minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar;

(8)  "biljett globali" tfisser biljett jew biljetti separati għal servizzi ferrovjarji suċċessivi mogħtija minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar mixtrija mill-istess bejjiegħ tal-biljetti, operatur tal-vjaġġi jew impriża ferrovjarja għal vjaġġ mill-bidu sal-aħħar;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 10(1) u (6), li jagħmlu parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  "vjaġġ" tfisser il-ġarr ta' passiġġieri bejn stazzjon tat-tluq u stazzjon tal-wasla skont kuntratt ta' trasport uniku;

(10)  "vjaġġ" tfisser il-ġarr ta' passiġġieri bejn stazzjon tat-tluq u stazzjon tal-wasla;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  "l-aħjar vjaġġ ferrovjarju uniku" tfisser l-aħjar vjaġġ ferrovjarju f'direzzjoni waħda (eż. l-orħos, l-aktar rapidu jew l-aktar konvenjenti) bejn kwalunkwe żewġ stazzjonijiet ferrovjarji (kemm fi ħdan Stat Membru kif ukoll minn naħa għal oħra tal-fruntieri interni tal-Unjoni), li jista' jinkludi servizz ferrovjarju suċċessiv wieħed jew aktar u jirrispetta ħinijiet ta' konnessjoni standard minimi kif previst minn dawk li jippjanaw il-vjaġġi ferrovjarji uffiċjali, u li jista' jinkludi aktar minn biljett suċċessiv jew kuntratt tat-trasport wieħed, skont liema soluzzjoni tkun l-aħjar għall-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija attwali tippermetti lill-passiġġieri jipprenotaw vjaġġi ferrovjarji suċċessivi u jagħżlu l-aħjar soluzzjoni għall-vjaġġ tagħhom (eż. l-orħos, l-aktar rapidu jew l-aktar konvenjenti) irrispettivament min-numru ta' biljetti (uniku jew separat suċċessiv). Id-definizzjoni tiċċara l-Artikolu 3(8) u ġġib konsistenza legali fir-Regolament. Din l-emenda tallinja dan ir-Regolament ma' dawk li jirregolaw id-drittijiet tal-passiġġieri f'mezzi oħrajn tat-trasport (eż. bl-ajru). It-terminu "l-aħjar vjaġġ ferrovjarju uniku" jippermetti lill-passiġġier jagħmel l-aktar għażla xierqa għall-ivvjaġġar u huwa debitament ġustifikat bl-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  "persuna b'diżabbiltà" u "persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kull persuna li għandha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew li jolqot is-sensi, permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa' ma' bosta ostakli, jista' jfixkilha milli tuża t-trasport bis-sħiħ u b'mod effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport tonqos minħabba l-età;

(16)  "persuna b'diżabbiltà" u "persuna b'mobbiltà mnaqqsa" tfisser kull persuna li għandha indeboliment fiżiku, mentali, intellettwali jew li jolqot is-sensi, permanenti jew temporanju li, meta tiltaqa' ma' bosta ostakli, jista' jfixkilha milli tuża t-trasport bis-sħiħ u b'mod effettiv bħall-passiġġieri l-oħra jew li l-mobbiltà tagħha meta tuża t-trasport tonqos;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  "servizz ferrovjarju ħafif tal-passiġġieri' tfisser sistema tat-trasport ferrovjarja urbana u/jew suburbana b'reżistenza ta' C-III jew C-IV għall-ħabtiet (f'konformità mal-EN 15227/2011) u saħħa massima tal-vettura ta' 800 kN (forza kompressiva lonġitudinali fiż-żona ta' agganċjament)([...]); is-sistemi tal-ferrovija ħafifa jista' jkollhom id-dritta tagħhom jew inkella jaqsmuha mat-traffiku tat-triq u s-soltu ma jibdlux il-vetturi mat-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija fuq distanzi twal;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 2(2), li jagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  "interfaċċa għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet" tfisser interfaċċa elettronika għall-kisba ta' informazzjoni dwar skedi u orarji, konnessjonijiet intermodali, inkluża informazzjoni f'ħin reali ta' dewmien possibbli, sits disponibbli, nollijiet applikabbli, riżervazzjonijiet obbligatorji u kundizzjonijiet speċjali, l-aċċessibbiltà ta' servizzi ta' trasport, u li tippermetti wkoll ix-xiri ta' biljetti, biljetti globali u prenotazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni l-ġdida hija neċessarja bl-introduzzjoni tad-dispożizzjonijiet il-ġodda fl-Artikolu 10(a) (ġdid).

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tariffi lill-pubbliku ġenerali mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba n-nazzjonalità jew ir-residenza tal-klijent aħħari jew minħabba l-post tal-istabbiliment tal-impriża ferrovjarja jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fl-Unjoni.

Mingħajr preġudizzju għat-tariffi soċjali, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom joffru kundizzjonijiet kuntrattwali u tariffi u għandhom ibigħu biljetti u biljetti globali lill-pubbliku ġenerali u jaċċettaw prenotazzjonijiet mingħajr diskriminazzjoni diretta jew indiretta partikolarment minħabba n-nazzjonalità, l-oriġini jew ir-residenza tal-passiġġier aħħari jew minħabba l-post tal-istabbiliment tal-impriża ferrovjarja jew tal-bejjiegħ tal-biljetti fl-Unjoni. Barra minn hekk, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi m'għandhomx, fi ħdan il-medda ta' mezzi ta' pagament aċċettati minnhom, japplikaw, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent, mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument ta' pagament fi ħdan l-Unjoni, kundizzjonijiet differenti għal tranżazzjoni ta' pagament, meta:

(a) it-tranżazzjoni tal-pagament issir permezz ta' tranżazzjoni elettronika bi trasferiment tal-kreditu, b'debitu dirett jew bi strument ta' pagament bil-kards fl-istess ditta u kategorija tal-pagamenti;

(b) jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-awtentikazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/2366; kif ukoll

(c) it-tranżazzjonijiet tal-pagament ikunu f'munita aċċettata mill-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jrikkbu r-roti abbord il-ferrovija, meta jkun xieraq, bi ħlas raġonevoli. Dawn għandhom iżommu għajnejhom fuq ir-roti tagħhom matul il-vjaġġ u jiżguraw li ma jkunux ta' inkonvenjenza u li ma jikkawżaw l-ebda dannu lill-passiġġieri l-oħrajn, lit-tagħmir tal-mobbiltà, lill-bagalji jew lill-operazzjonijiet ferrovjarji. Il-ġarr tar-roti jista' jiġi rrifjutat jew ristrett minħabba s-sikurezza jew minħabba raġunijiet operazzjonali, diment li l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-operaturi turistiċi u, fejn xieraq, l-amministraturi tal-istazzjonijiet javżaw lill-passiġġieri bil-kundizzjonijiet għal dan ir-rifjut jew għal din ir-restrizzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 454/2011.

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jrikkbu r-roti, kemm jekk immuntati kif ukoll jekk le, abbord il-ferrovija, inkluż fuq ferroviji b'veloċità għolja, fuq distanza twila u bejn fruntiera u oħra. Dak is-servizz għandu jiġi offrut mingħajr ħlas jew, f'każijiet eċċezzjonali, bi ħlas raġonevoli. Il-vetturi ferrovjarji kollha ġodda jew rinnovati għandhom jinkludu spazji biżżejjed, indikati sew u ddedikati għall-ġarr tar-roti mmuntati. Il-ġarr tar-roti jista' jiġi rrifjutat jew ristrett biss minħabba minħabba raġunijiet ta' sikurezza ġġustifikati sew, diment li l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-operaturi turistiċi u, fejn xieraq, l-amministraturi tal-istazzjonijiet javżaw lill-passiġġieri, mhux aktar tard minn meta jixtru l-biljett, bil-kundizzjonijiet għall-ġarr tar-roti fis-servizzi kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 454/2011.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impriżi ferrovjarji jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli lill-passiġġieri mill-kundizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

2.  L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi jew il-bejjiegħa tal-biljetti jistgħu joffru kundizzjonijiet kuntrattwali aktar favorevoli lill-passiġġieri mill-kundizzjonijiet imniżżla f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrikonoxxi li mhumiex sempliċement l-impriżi ferrovjarji li joffru biljetti lill-passiġġieri u dan ma jaffettwax ir-relazzjoni minn negozju għal negozju/il-libertà tal-kuntratt bejn l-impriżi ferrovjarji u l-operaturi tal-vjaġġi/bejjiegħa tal-biljetti u hija f'konformità mat-test tal-Kummissjoni fil-Kapitolu II.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-waqfien tas-servizzi ferrovjarji

L-obbligu li tingħata informazzjoni u konsultazzjoni dwar il-waqfien jew it-tnaqqis sostanzjali tas-servizzi ferrovjarji

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni tal-intenzjoni ta' dan ir-regolament u tal-emendi proposti mill-Kummissjoni, biex jissaħħu d-drittijiet tal-passiġġieri b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, u wkoll biex jittejbu d-drittijiet tal-passiġġieri b'mod ġenerali, huwa importanti li jiġi żgurat li l-passiġġieri jiġu ttrattati b'mod ġust mill-impriżi ferrovjarji. Din l-emenda għalhekk hija marbuta b'mod intrinsiku ma' proposti oħra, inklużi dawk dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-impriżi u dwar in-nondiskriminazzjoni kontra passiġġieri fl-Artikolu 1 u l-Kapitoli relatati u d-dispożizzjonijiet kollha ta' aċċessibbiltà fil-Kapitolu V u dispożizzjonijiet oħra.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impriżi ferrovjarji, jew meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kuntratt tas-servizz ferrovjarju pubbliku għandhom jippubblikaw b'mezzi xierqa, inkluż b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX31, u qabel l-implimentazzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet li jitwaqqfu s-servizzi kemm jekk b'mod permanenti jew b'mod temporanju.

L-impriżi ferrovjarji, jew meta jkun xieraq, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kuntratt tas-servizz ferrovjarju pubbliku għandhom jippubblikaw b'mezzi xierqa, u mingħajr dewmien inkluż b'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX31, u fi żmien biżżejjed qabel l-implimentazzjoni, il-proposti li jitwaqqfu jew li jitnaqqsu sostanzjalment is-servizzi kemm jekk b'mod permanenti jew b'mod temporanju, u għandhom jiżguraw li dawk il-proposti jkunu soġġetti għal konsultazzjoni sinifikanti u xierqa qabel ma ssir kwalunkwe implimentazzjoni.

__________________

__________________

31 Id-Direttiva XXX dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) (ĠU L X, X.X.XXXX, p. X).

31 Id-Direttiva XXX dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) (ĠU L X, X.X.XXXX, p. X).

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier, fuq talba tiegħu, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti I fir-rigward tal-vjaġġi li għalihom jiġi offrut kuntratt ta' trasport mill-impriża ferrovjarja konċernata. Il-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport għalihom infushom, u l-operaturi tal-vjaġġi, għandhom jipprovdu din l-informazzjoni meta tkun disponibbli.

1.  L-impriżi ferrovjarji, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti ta' trasport f'isimhom stess jew f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġier minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti I fir-rigward tal-vjaġġi li għalihom jiġi offrut kuntratt ta' trasport mill-impriża ferrovjarja konċernata.

Ġustifikazzjoni

Għal konformità mal-loġika interna u l-għanijiet tar-Regolament, huwa importanti li jiġi żgurat li l-klijenti jirċievu informazzjoni preċiża u f'waqtha dwar il-vjaġġ tagħhom mill-bejjiegħ rilevanti tal-biljett tagħhom. Din l-emenda hija intrinsikament marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni, inkluż l-Anness II kollu kemm hu.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impriżi ferrovjarji u, meta possibbli l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu lill-passiġġier waqt il-vjaġġ, inkluż fl-istazzjonijiet ta' konnessjoni, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti II.

2.  L-impriżi ferrovjarji u, meta possibbli, l-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jipprovdu lill-passiġġier waqt il-vjaġġ, inkluż fl-istazzjonijiet ta' konnessjoni, minn tal-inqas l-informazzjoni mniżżla fl-Anness II, il-Parti II.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata bl-aktar format xieraq inkluż billi jintużaw teknoloġiji aġġornati tal-komunikazzjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011.

3.  L-informazzjoni imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tingħata billi jintużaw teknoloġiji aġġornati tal-komunikazzjoni faċilment aċċessibbli, użati b'mod komuni u f'ħin reali, u bil-miktub, kull meta jkun possibbli. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat li din l-informazzjoni tkun aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX u fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011. Id-disponibbiltà tal-formats aċċessibbli għandha tiġi rreklamata b'mod ċar.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta ta' ħin reali dwar il-ferroviji, anki dwar dawk is-servizzi mħaddma minn impriżi ferrovjarji oħrajn, għall-impriżi ferrovjarji u għall-bejjiegħa tal-biljetti b'mod mhux diskriminatorju.

4.  L-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu disponibbli d-dejta ta' ħin reali dwar il-ferroviji, anki dwar dawk is-servizzi mħaddma minn impriżi ferrovjarji oħrajn, għall-impriżi ferrovjarji u għall-bejjiegħa tal-biljetti b'mod nondiskriminatorju, bil-format l-aktar xieraq, f'interfaċċa teknika interoperabbli billi jintużaw it-teknoloġiji ta' komunikazzjoni l-aktar riċenti sabiex l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti jipprovdu lill-passiġġieri bl-informazzjoni kollha meħtieġa minn dan ir-Regolament.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti li joffru kuntratti tat-trasport f'isem impriża ferrovjarja waħda jew aktar għandhom jipprovdu lill-passiġġieri b'informazzjoni dwar kwalunkwe konnessjoni ma' mezzi oħra tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intrinsikament marbuta mal-Artikoli 9 u 14.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4b.  L-impriżi ferrovjarji f'kooperazzjoni mal-amministraturi tal-istazzjon u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jindikaw fl-orarji informazzjoni dwar il-konnessjonijiet u l-istazzjonijiet ferrovjarji aċċessibbli.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mal-Artikolu 1. Din l-informazzjoni għandha tiffaċilita l-ivvjaġġar bil-ferrovija għall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom joffru biljetti u, meta disponibbli, biljetti globali u riżervazzjonijiet. Dawn għandhom jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex joffri biljetti globali, anki għall-vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri u li jinvolvu aktar minn impriża ferrovjarja waħda.

1.  L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom joffru biljetti, biljetti globali u riżervazzjonijiet, anki għall-vjaġġi li jaqsmu l-fruntieri jew li jinvolvu ferroviji u vjaġġi ta' billejl b'aktar minn impriża ferrovjarja waħda. Il-prenotazzjoni ta' dawk il-biljetti għandha tkun aċċessibbli u nondiskriminatorja, inkluż għal persuni b'diżabbiltà u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jiżviluppaw interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet u formati tad-data xierqa madwar l-Ewropa, li jippermettu skambju ta' informazzjoni interkonness, bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi kif ukoll il-prenotazzjoni tal-biljetti minn fuq l-internet.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-impriżi ferrovjarji u l-bejjiegħa tal-biljetti għandhom jiddistribwixxu l-biljetti lill-passiġġieri permezz ta' minn tal-inqas wieħed mill-punti tal-bejgħ li ġejjin:

2.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jiddistribwixxu l-biljetti, il-biljetti globali u l-prenotazzjonijiet lill-passiġġieri permezz tal-internet u ta' minn tal-inqas wieħed mill-punti tal-bejgħ li ġejjin:

(a)  mill-uffiċċji tal-biljetti jew bil-magni tal-biljetti;

(a)  mill-uffiċċji tal-biljetti jew bil-magni tal-biljetti;

(b)  bit-telefown, bl-internet jew b'xi teknoloġija tal-informatika oħra disponibbli b'mod wiesa';

(b)  bit-telefown jew b'xi teknoloġija tal-informatika oħra disponibbli b'mod wiesa';

(c)  abbord il-ferroviji.

(c)  abbord il-ferroviji.

L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li l-impriżi ferrovjarji jipprovdu biljetti għas-servizzi pprovduti skont kuntratti ta' servizz pubbliku permezz ta' aktar minn punt wieħed tal-bejgħ li ġejjin.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-impriżi ferrovjarji għandhom joffru l-possibbiltà li jinkisbu biljetti għas-servizz rispettiv abbord il-ferrovija, diment li dan ma jkunx limitat jew miċħud minħabba raġunijiet marbuta mas-sigurtà jew ta' politika kontra l-frodi jew ta' riżervazzjoni ferrovjarja obbligatorja jew minħabba raġunijiet kummerċjali raġonevoli.

3.  L-impriżi ferrovjarji għandhom joffru l-possibbiltà li jinkisbu biljetti għas-servizz rispettiv abbord il-ferrovija, diment li dan ma jkunx limitat jew miċħud minħabba raġunijiet raġonevoli u ġustifikabbli marbuta mas-sigurtà jew ta' politika kontra l-frodi jew spazju jew disponibbiltà tal-postijiet.

Ġustifikazzjoni

Sabiex aktar persuni jużaw is-servizz ferrovjarju fl-Ewropa, hemm bżonn ta' drittijiet tal-passiġġieri ċari u msaħħa skont l-għanijiet tar-Regolament. Kull restrizzjoni tal-opportunità ta' passiġġier li jixtri biljetti abbord ferrovija għandha tkun kemm raġonevoli kif ukoll ġustifikabbli. Il-politika ta' sigurtà/kontra l-frodi u d-disponibbiltà tal-ispazju huma t-tnejn raġunijiet leġittimi ta' limitazzjoni peress li "raġunijiet kummerċjali raġonevoli" hija vaga wisq. Din l-emenda hija għalhekk neċessarja għal raġunijiet urġenti ta' loġika interna u wkoll minħabba li hija intrinsikament marbuta mas-suġġett tal-Artikolu 1 u l-għanijiet ġenerali kif espressi fil-valutazzjonijiet tal-impatt u n-noti spjegattivi.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti fl-istazzjon tat-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu infurmati fl-istazzjon:

4.  Il-biljetti għandhom jiġu stampati mill-ġdid għall-passiġġieri fil-jum tal-vjaġġ fuq talba, jew fl-uffiċċju tal-biljetti jew permezz ta' magna tal-biljetti. Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti fl-istazzjon tat-tluq jew meta l-uffiċċju tal-biljetti jew il-magna tal-biljetti ma jkunux aċċessibbli għalkollox, il-passiġġieri għandhom ikunu infurmati fl-istazzjon:

Ġustifikazzjoni

Il-biljetti stampati huma ħafna drabi neċessarji biex jiġu rimborżati t-tariffi tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri mill-impjegaturi. Meta jkun impossibbli li stazzjon jistampahom, il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jiġu infurmati dwar dan fl-istazzjon. Din l-emenda hija neċessarja minħabba li hija intrinsikament marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà u tibdil ieħor tal-Kummissjoni fl-Artikolu 10.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti jew magna tal-biljetti aċċessibbli fl-istazzjon tat-tluq, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti fuq il-ferrovija mingħajr ħlas żejjed.

5.  Meta ma jkunx hemm uffiċċju tal-biljetti miftuħ jew magna tal-biljetti li taħdem sew fl-istazzjon tat-tluq, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jixtru l-biljetti fuq il-ferrovija mingħajr ħlas żejjed. Il-biljetti mixtrija fuq il-ferrovija m'għandhomx jiswew aktar min-noll standard rilevanti għall-vjaġġ ikkonċernat bi kwalunkwe skont applikabbli.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-passiġġier jirċievi biljetti separati għal vjaġġ wieħed li jinkludi servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, id-drittijiet tiegħu għall-informazzjoni, l-assistenza, l-għajnuna u l-kumpens għandhom ikunu bħal dawk mogħtija bil-biljetti globali u jkopru l-vjaġġ kollu tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali, għajr jekk il-passiġġier ikun informat b'mod espliċitu mod ieħor bil-miktub. B'mod partikolari, din l-informazzjoni għandha tiddikjara li meta l-passiġġier ma jilħaqx xi konnessjoni, dan ma jkunx intitolat għal assistenza jew kumpens abbażi tat-tul kollu tal-vjaġġ. L-oneru tal-prova li l-informazzjoni ngħatat għandha tkun f'idejn l-impriża ferrovjarja, l-aġent tagħha, l-operatur tal-vjaġġi jew il-bejjiegħ tal-biljetti.

6.  Meta l-passiġġieri jirċievu biljetti separati għal vjaġġ wieħed li jinkludi servizzi ferrovjarji suċċessivi mħaddma minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, id-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni, l-assistenza, l-għajnuna u l-kumpens għandhom ikunu bħal dawk mogħtija bil-biljetti globali u jkopru l-vjaġġ kollu tat-tluq lejn id-destinazzjoni finali.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10a

L-għoti ta' informazzjoni dwar l-ivvjaġġar permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet

1.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni kollha dwar l-ivvjaġġar, inkluża informazzjoni operattiva fil-ħin reali u d-data dwar l-orarji u t-tariffi, kif imsemmi fl-Artikolu 9, permezz tal-interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet.

2.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jipprovdu lill-operaturi tal-vjaġġi, lill-bejjiegħa tal-biljetti u lil impriżi ferrovjarji oħra, li jbigħu s-servizz tagħhom, aċċess nondiskriminatorju għas-sistemi ta' prenotazzjoni permezz ta' APIs, sabiex ikunu jistgħu jikkonkludu kuntratti tat-trasport u joħorġu biljetti, biljetti globali u prenotazzjonijiet, b'tali mod li jipprovdu l-aħjar vjaġġ u l-aktar wieħed kosteffettiv, inklużi vjaġġi transfruntiera.

3.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-APIs huma dokumentati sew u aċċessibbli b'mod miftuħ mingħajr ebda spiża. L-APIs għandhom jużaw standards miftuħa, protokolli użati b'mod komuni, u formati li jinqraw minn magna sabiex jagħmluhom interoperabbli.

4.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li, ħlief għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza, kwalunkwe bidla fl-ispeċifikazzjoni teknika tal-APIs tagħhom issir disponibbli bil-quddiem għall-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti kemm jista' jkun malajr u mhux inqas minn 3 xhur qabel ma tiġi implimentata bidla. Sitwazzjonijiet ta' emerġenza għandhom jiġu dokumentati sew u d-dokumentazzjoni għandha tkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba.

5.   L-impriżi ferrovjarji għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-APIs jingħata b'mod nondiskriminatorju, fl-istess livell ta' disponibbiltà u prestazzjoni, inklużi l-appoġġ, l-aċċess għad-dokumentazzjoni, l-istandards, il-protokolli u l-formati kollha. L-operaturi tal-vjaġġi u l-bejjiegħa tal-biljetti m'għandhomx ikunu fi żvantaġġ meta mqabbla mal-impriżi ferrovjarji nfushom.

6.   L-APIs għandhom jiġu stabbiliti skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta' Mejju 2017.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 10(1), li jagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ li jkun hemm mistenni b'mod raġonevoli, fil-post tat-tluq jew f'każ ta' konnessjonijiet li ma ntlaħqux matul vjaġġ b'biljett globali, li d-dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali skont il-kuntratt ta' trasport se jkun aktar minn 60 minuta, il-passiġġier għandu minnufih jingħata l-għażla bejn waħda minn dawn li ġejjin:

1.  F'każ li jkun hemm mistenni b'mod raġonevoli, fil-post tat-tluq jew f'każ ta' konnessjonijiet li ma ntlaħqux matul vjaġġ, li d-dewmien fil-wasla fid-destinazzjoni finali se jkun aktar minn 45 minuta, il-passiġġier għandu minnufih jingħata l-għażla bejn waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-passiġġieri għandhom ikunu intitolati li jkollhom l-għażla irrispettivament minn jekk dawn ikollhomx biljett globali, vjaġġ wieħed b'biljett wieħed, vjaġġ bir-ritorn jew vjaġġ ikkombinat. Il-formaluzzjoni "kuntratt ta' trasport" tneħħiet għall-finijiet ta' ċarezza legali peress li jista' jkun hemm aktar minn kuntratt wieħed involut. Dan huwa f'konformità mal-emendi l-oħra tagħna fi ħdan il-Kapitolu IV.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, ir-ridirezzjonar komparabbli jista' jsir minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u jista' jkun jinvolvi l-użu ta' trasport ta' klassi ogħla u mezzi alternattivi ta' trasport mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali lill-passiġġier. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali. B'kollox, il-ħin tal-vjaġġ bil-mezz ta' trasport alternattiv għall-parti tal-vjaġġ li ma tkunx saret skont kif ippjanat għandu jkun komparabbli mal-ħin skedat tal-vjaġġ oriġinali. Il-passiġġieri m'għandhomx jingħataw faċilitajiet tat-trasport ta' klassi aktar baxxa għajr meta dawn il-faċilitajiet ikunu l-uniku mezz ta' ridirezzjonar disponibbli.

2.  Għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, f'każ li konnessjoni ma tintlaħaqx minħabba dewmien jew kanċellazzjoni ta' parti preċedenti tal-vjaġġ tal-passiġġier, dan għandu jitħalla jaqbad is-servizz disponibbli li jkun imiss sabiex jilħaq id-destinazzjoni finali ppjanata tiegħu. Ir-ridirezzjonar komparabbli jista' jsir minn kwalunkwe impriża ferrovjarja u jista' jkun jinvolvi l-użu ta' trasport ta' klassi ogħla u mezzi alternattivi ta' trasport mingħajr ma jinħolqu spejjeż addizzjonali lill-passiġġier. L-impriżi ferrovjarji għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jevitaw konnessjonijiet addizzjonali. B'kollox, il-ħin tal-vjaġġ bil-mezz ta' trasport alternattiv għall-parti tal-vjaġġ li ma tkunx saret skont kif ippjanat għandu jkun komparabbli mal-ħin skedat tal-vjaġġ oriġinali. Il-passiġġieri m'għandhomx jingħataw faċilitajiet tat-trasport ta' klassi aktar baxxa għajr meta dawn il-faċilitajiet ikunu l-uniku mezz ta' ridirezzjonar disponibbli.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport ridirezzjonat għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jingħataw livell ta' aċċessibbiltà li hu komparabbli ma' dak tas-servizz alternattiv.

3.  Il-fornituri tas-servizzi tat-trasport ridirezzjonat għandhom jipprovdu lill-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa livell ta' assistenza u aċċessibbiltà li hu komparabbli ma' dak tas-servizz alternattiv.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ma jitlef id-dritt għat-trasport, passiġġier jista' jitlob kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk ikollu dewmien bejn il-postijiet tat-tluq u tal-wasla mogħtija fil-kuntratt ta' trasport li għalih l-ispiża tal-biljett ma ġietx rimborżata skont l-Artikolu 16. Il-kumpens minimu għad-dewmien għandu jkun kif ġej:

1.  Mingħajr ma jitlef id-dritt għat-trasport għall-vjaġġ, passiġġier għandu jkun intitolat għal kumpens għal dewmien mingħand l-impriża ferrovjarja jekk ikollu dewmien bejn il-postijiet tat-tluq u tal-wasla ddikjarati fuq il-biljett u fil-kuntratt ta' trasport li għalih l-ispiża tal-biljett ma ġietx rimborżata skont l-Artikolu 16. Il-kumpens minimu għad-dewmien għandu jkun kif ġej:

Ġustifikazzjoni

L-iskema ta' kumpens preċiża hija aspett importanti tal-effettività ġenerali tar-Regolament u għalhekk hija marbuta b'mod intrinsiku mal-għanijiet sottostanti tiegħu u b'mod speċjali mal-Kapitoli VI u VII.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  25 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 60 minuta sa 119-il minuta,

(a)  50 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 45 minuta sa 89 minuta,

Ġustifikazzjoni

L-iskema ta' kumpens preċiża hija aspett importanti tal-effettività ġenerali tar-Regolament u għalhekk hija marbuta b'mod intrinsiku mal-għanijiet sottostanti tiegħu u b'mod speċjali mal-Kapitoli VI u VII.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  50 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 120 minuta jew aktar.

(b)  75 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien minn 90 minuta sa 119-il minuta jew aktar,

Ġustifikazzjoni

L-iskema ta' kumpens preċiża hija aspett importanti tal-effettività ġenerali tar-Regolament u għalhekk hija marbuta b'mod intrinsiku mal-għanijiet sottostanti tiegħu u b'mod speċjali mal-Kapitoli VI u VII.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  100 % tal-prezz tal-biljett f'każ ta' dewmien ta' 120 minuta jew aktar.

Ġustifikazzjoni

L-iskema ta' kumpens preċiża hija aspett importanti tal-effettività ġenerali tar-Regolament u għalhekk hija marbuta b'mod intrinsiku mal-għanijiet sottostanti tiegħu u b'mod speċjali mal-Kapitoli VI u VII.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-passiġġieri li jkollhom pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali. Jekk dawn jaffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali, dawn jistgħu jitolbu kumpens adegwat skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tad-dewmien u għall-kalkolu tal-kumpens. Meta d-dewmien ta' inqas minn 60 minuta jseħħ b'mod ripetut waqt il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġunali, id-dewmien għandu jiġi kkalkulat b'mod kumulattiv u l-passiġġieri għandhom jiġu kumpensati skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja.

2.  Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-passiġġieri li jkollhom pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali. Jekk dawn jaffaċċjaw dewmien jew kanċellazzjonijiet rikorrenti matul il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew biljett staġunali, dawn għandhom ikunu intitolati għal kumpens adegwat skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja. Dawn l-arranġamenti għandhom jistabbilixxu l-kriterji għad-determinazzjoni tad-dewmien u għall-kalkolu tal-kumpens prorata skont il-bażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Meta d-dewmien ta' inqas minn 45 minuta jseħħ b'mod ripetut waqt il-perjodu ta' validità tal-pass tal-ivvjaġġar jew tal-biljett staġunali, id-dewmien għandu jiġi kkalkulat b'mod kumulattiv u l-passiġġieri għandhom jiġu kumpensati skont l-arranġamenti ta' kumpens tal-impriża ferrovjarja.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-kumpens tal-prezz tal-biljett għandu jiġi mħallas fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba għal kumpens. Il-kumpens jista' jitħallas f'vawċers u/jew servizzi oħra jekk it-termini huma flessibbli (b'mod partikolari fir-rigward tal-perjodu tal-validità u d-destinazzjoni). Il-kumpens għandu jitħallas fi flus fuq talba tal-passiġġier.

5.  Il-kumpens tal-prezz tal-biljett għandu jiġi mħallas fi żmien xahar wara s-sottomissjoni tat-talba għal kumpens lill-impriża ferrovjarja, lill-operatur tal-vjaġġi jew lill-bejjiegħ tal-biljetti. Il-kumpens jista' jitħallas f'vawċers u/jew servizzi oħra, jew permezz ta' sistema ta' kumpens awtomatiku fejn din tkun stabbilita, jekk it-termini huma flessibbli (b'mod partikolari fir-rigward tal-perjodu tal-validità u d-destinazzjoni). Il-kumpens għandu jitħallas fi flus skont l-istess sistema ta' ħlas bħal kif ikun inxtara l-biljett fuq talba tal-passiġġier. Il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati b'mod li jinftiehem dwar l-għażliet kollha ta' kumpens, inkluża għażla finanzjarja, li minnhom huma jistgħu jagħżlu. Il-passiġġier m'għandu bl-ebda mod jiġi skoraġġit milli jitlob kumpens.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-passiġġier m'għandu l-ebda dritt għal kumpens jekk jiġi infurmat bid-dewmien qabel jixtri l-biljett, jew jekk id-dewmien, minħabba kontinwazzjoni fuq servizz differenti jew ridirezzjonar tar-rotta, jibqa' inqas minn 60 minuta.

7.  Il-passiġġieri m'għandhom l-ebda dritt għal kumpens jekk jiġu infurmati bid-dewmien qabel jixtru l-biljett, sakemm id-dewmien attwali ma jkunx aktar minn 45 minuta meta mqabbel mad-dewmien speċifikat, jew jekk id-dewmien, minħabba kontinwazzjoni fuq servizz differenti jew ridirezzjonar tar-rotta, jibqa' inqas minn 45 minuta.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija marbuta mal-Artikolu 17(2), li jagħmel parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-impriża ferrovjarja m'għandhiex tkun obbligata tħallas kumpens jekk turi li d-dewmien seħħ minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp jew minħabba diżastri naturali kbar li pperikolaw l-operazzjoni sikura tas-servizzi u li ma setgħux jitbassru jew ikunu evitati anke kieku ttieħdet kull miżura raġonevoli.

imħassar

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  F'każ ta' dewmien fil-wasla jew fit-tluq, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla mill-impriża ferrovjarja jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew mill-amministratur tal-istazzjon hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli.

1.  F'każ ta' dewmien fil-wasla jew fit-tluq, il-passiġġieri għandhom jinżammu infurmati dwar is-sitwazzjoni u l-ħin stmat tat-tluq u l-ħin stmat tal-wasla mill-impriża ferrovjarja, l-operatur tal-vjaġġi jew il-bejjiegħ tal-biljetti jew mill-amministratur tal-istazzjon hekk kif din l-informazzjoni tkun disponibbli. L-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji jipprovdu lill-bejjiegħa tal-biljetti informazzjoni f'waqtha u b'format xieraq;

Ġustifikazzjoni

Qsim ta' data xieraq, interoperabbli u f'ħin reali bejn il-bejjiegħa tal-biljetti u l-impriżi ferrovjarji huwa essenzjali għall-konsumatur, jekk irridu niżguraw li l-konsumatur jingħata l-aħjar informazzjoni – inklużi l-għażliet tal-biljetti u l-għażliet tal-prezz għall-vjaġġ mitlub – fil-ħin reali kif ukoll il-possibbiltà li jinxtara t-tip ta' biljett li wieħed jippreferi mingħand il-bejjiegħa tal-biljetti.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ ta' xi dewmien kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' aktar minn 60 minuta, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti bla ħlas:

2.  F'każ ta' xi dewmien kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' aktar minn 45 minuta, il-passiġġieri għandhom jiġu offruti bla ħlas:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba li din hija intrinsikament marbuta mal-emendi l-oħra tagħna dwar il-ħin tad-dewmien fl-Artikolu 17.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikliet u xarbiet b'mod raġonevoli skont il-ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon jew jistgħu b'mod raġonevoli jkunu pprovduti filwaqt li jitqiesu kriterji bħad-distanza mill-fornitur, il-ħin meħtieġ għat-twassil u l-ispiża ;

(a)  ikliet u xarbiet b'mod raġonevoli skont il-ħin tal-istennija, jekk ikunu disponibbli fuq il-ferrovija jew fl-istazzjon jew jistgħu b'mod raġonevoli jkunu pprovduti;

Ġustifikazzjoni

Il-lista ta' eżempji li tinkludi l-kriterji fit-test legali, b'mod partikolari l-ispejjeż, mhijiex utli sabiex tiġi ddeterminata l-adegwatezza tad-disponibbiltà tal-ikliet u x-xarbiet.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk il-ferrovija tkun imwaħħla fuq il-linji, trasport mill-ferrovija sal-istazzjon ferrovjarju, sal-punt tat-tluq alternattiv jew sad-destinazzjoni finali tas-servizz, fejn u meta jkun fiżikament possibbli.

(c)  jekk il-ferrovija tkun imwaħħla fuq il-linji, trasport aċċessibbli mill-ferrovija sal-istazzjon ferrovjarju, sal-punt tat-tluq alternattiv jew sad-destinazzjoni finali tas-servizz, fejn u meta jkun fiżikament possibbli.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-intenzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex jissaħħu d-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, u b'mod partikolari mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V, kwalunkwe trasport alternattiv mill-ferrovija u tul il-kontinwazzjoni tal-vjaġġ irid ikun aċċessibbli għall-passiġġieri kollha. It-teħid inkunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ta' dawn il-passiġġieri għandu jkun rekwiżit ċar peress li dawn jistgħu jirrikjedu għajnuna addizzjonali, pereżempju f'każ ta' evakwazzjoni.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk is-servizz ferrovjarju ma jkunx jista' jitkompla aktar, l-impriżi ferrovjarji għandhom jorganizzaw kemm jista' jkun malajr servizzi ta' trasport alternattiv għall-passiġġieri.

3.  Jekk is-servizz ferrovjarju ma jkunx jista' jitkompla aktar, l-impriżi ferrovjarji għandhom jorganizzaw kemm jista' jkun malajr servizzi ta' trasport alternattiv aċċessibbli għall-passiġġieri.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija relatata mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà, li huma parti mir-riformulazzjoni.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-impriżi ferrovjarji għandhom, fuq talba tal-passiġġier, jiċċertifikaw fuq il-biljett jew b'xi mod ieħor li s-servizz tal-ferrovija kellu dewmien, wassal biex konnessjoni ma ntlaħqitx jew għal kanċellazzjoni, skont il-każ.

4.  L-impriżi ferrovjarji għandhom joffru lill-passiġġieri affettwati li jiċċertifikaw bil-miktub fuq il-biljett tagħhom jew b'xi mod ieħor li s-servizz tal-ferrovija kellu dewmien, wassal biex konnessjoni ma ntlaħqitx jew għal kanċellazzjoni, skont il-każ.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Minbarra l-obbligi fuq l-impriżi ferrovjarji skont l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-amministratur ta' stazzjon ferrovjarju li minnu jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-istazzjon, tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministratur tal-infrastruttura huma kkoordinati bi pjan xieraq ta' kontinġenza biex iservi ta' tħejjija għall-possibbiltà ta' interruzzjonijiet kbar u ta' dewmien twil li jistgħu jwasslu biex għadd konsiderevoli ta' passiġġieri jitħallew l-art fl-istazzjon. Il-pjan għandu jiżgura li l-passiġġieri li jitħallew l-art jingħataw assistenza xierqa u informazzjoni, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX. Meta jintalab jagħmel hekk, l-amministratur tal-istazzjon għandu jagħmel il-pjan, u kull emenda fih, disponibbli għall-Korp Nazzjonali tal-Infurzar jew għal kwalunkwe korp ieħor maħtur minn Stat Membru. L-amministraturi tal-istazzjonijiet ferrovjarji li minnhom jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jikkoordinaw l-utenti tal-istazzjonijiet u biex jassistu u jinformaw lill-passiġġieri li jitħallew l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

6.  Minbarra l-obbligi fuq l-impriżi ferrovjarji skont l-Artikolu 13a(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, l-amministratur ta' stazzjon ferrovjarju li minnu jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandu jiżgura li l-operazzjonijiet tal-istazzjon, tal-impriżi ferrovjarji u tal-amministratur tal-infrastruttura huma kkoordinati bi pjan xieraq ta' kontinġenza biex iservi ta' tħejjija għall-possibbiltà ta' interruzzjonijiet kbar u ta' dewmien twil li jistgħu jwasslu biex għadd konsiderevoli ta' passiġġieri jitħallew l-art fl-istazzjon. Il-pjan għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa u għandu jiżgura li l-passiġġieri li jitħallew l-art jingħataw assistenza xierqa u informazzjoni, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX. Il-pjan għandu jinkludi wkoll rekwiżiti għall-aċċessibbiltà tas-sistemi ta' twissija u informazzjoni. L-amministratur tal-istazzjon għandu jagħmel il-pjan, u kull emenda fih, disponibbli pubblikament, anke fuq is-sit web tal-istazzjon. L-amministraturi tal-istazzjonijiet ferrovjarji li minnhom jgħaddu 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex jikkoordinaw l-utenti tal-istazzjonijiet u biex jassistu u jinformaw lill-passiġġieri li jitħallew l-art f'dawn is-sitwazzjonijiet.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu, jew għandu jkollhom f'posthom, bl-involviment attiv ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, regoli ta' aċċess nondiskriminatorji għat-trasport ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa inkluż l-assistenti personali tagħhom. Ir-regoli għandhom jippermettu lill-passiġġieri jkunu akkumpanjati minn kelb ta' assistenza skont kwalunkwe regoli nazzjonali rilevanti.

1.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jistabbilixxu jew ikollhom fis-seħħ, bl-involviment attiv ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, regoli nondiskriminatorji għal aċċess mingħajr ostakli u indipendenti għat-trasport ta' persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa inklużi l-assistenti personali tagħhom. Ir-regoli għandhom jippermettu lill-passiġġieri jkunu akkumpanjati minn annimal ta' assistenza ċertifikat jew persuna li takkumpanjahom, it-tnejn mingħajr ħlas, skont kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti, u għandhom jiżguraw li l-persuni b'diżabbiltà u l-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkunu jistgħu wkoll jivvjaġġaw fuq ferrovija b'mod spontanju u mingħajr il-ħtieġa li jippjanaw fit-tul.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fuq talba, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jagħtu lil persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-informazzjoni, inkluż b'formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fid-Direttiva XXX, dwar l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet fl-istazzjon u ta' faċilitajiet assoċjati, tas-servizzi ferrovjarji u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess ta' vetturi ferrovjarji bi qbil mar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) u għandhom jinfurmaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa dwar il-faċilitajiet abbord.

1.  Fuq talba, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, l-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti jew l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jagħtu lil persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa l-informazzjoni, inkluż b'formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 454/2011 u fid-Direttiva XXX, dwar l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet fl-istazzjon u ta' faċilitajiet assoċjati, tas-servizzi ferrovjarji u dwar il-kundizzjonijiet tal-aċċess ta' vetturi ferrovjarji bi qbil mar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) u għandhom jinfurmaw lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa dwar il-faċilitajiet abbord. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli u aċċessibbli wkoll fuq is-sit web tal-amministratur tal-istazzjon jew tal-impriża ferrovjarja.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi jeżerċitaw id-deroga stabbilita fl-Artikolu 20(2), dawn għandhom jinfuraw bil-miktub lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn għamlet hekk, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mir-rifjut milli ssir ir-riżervazzjoni jew milli jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kundizzjoni ta' akkumpanjament. L-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jipproponu alternattiva tat-trasport lill-persuna kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha.

2.  Meta impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti jew operatur tal-vjaġġi jeżerċitaw id-deroga stabbilita fl-Artikolu 20(2), dawn għandhom jinfuraw bil-miktub lill-persuna b'diżabbiltà jew lill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa kkonċernata bir-raġuni għalfejn għamlet hekk, fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mir-rifjut milli ssir ir-riżervazzjoni jew milli jinħareġ biljett jew mill-impożizzjoni tal-kundizzjoni ta' akkumpanjament. L-impriża ferrovjarja, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi għandhom jipproponu alternattiva tat-trasport lill-persuna kkonċernata filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tagħha

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fil-ħin tat-tluq minn stazzjon tal-ferrovija, waqt t-tranżitu jew fil-ħin tal-wasla fi stazzjon tal-ferrovija b'persunal ta' persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, l-amministratur tal-istazzjon jew l-impriża ferrovjarja jew it-tnejn li huma għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas ħalli dik il-persuna tkun tista' titla' abbord is-servizz qabel it-tluq jew li tinżel mis-servizz li jkun wasal li għalih hi tkun xtrat il-biljett, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1).

1.  Fil-ħin tat-tluq minn stazzjon tal-ferrovija, waqt t-tranżitu jew fil-ħin tal-wasla fi stazzjon tal-ferrovija b'persunal ta' persuna b'diżabbiltà jew persuna b'mobbiltà mnaqqsa, l-amministratur tal-istazzjon jew l-impriża ferrovjarja jew it-tnejn li huma għandhom jipprovdu assistenza mingħajr ħlas ħalli dik il-persuna tkun tista' titla' abbord is-servizz qabel it-tluq jew li tinżel mis-servizz li jkun wasal li għalih hi tkun xtrat il-biljett, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1). Kull prenotazzjoni tal-assistenza għandha dejjem tkun mingħajr ħlas, ikun liema jkun il-metodu ta' komunikazzjoni użat.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li huwa ċar li s-servizz tal-għoti ta' assistenza għandu jkun mingħajr ħlas għall-passiġġieri, fir-Regolament mhuwiex iddikjarat b'mod espliċitu li l-prenotazzjoni tal-assistenza trid tkun mingħajr ħlas ukoll, filwaqt li attwalment, xi impriżi ferrovjarji jitolbu ħlas mingħand il-passiġġieri għal dan. L-għan tar-riformulazzjoni tar-Regolament huwa li ssaħħaħ id-drittijiet tal-passiġġieri ferrovjarji, b'mod partikolari l-persuni b'diżabbiltà, u din l-emenda ssegwi l-loġika interna tal-Kapitolu V u l-emendi l-oħra tagħna dwar dan.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu deroga mill-paragrafu 1 fil-każ ta' persuni li jkunu qed jivvjaġġaw fuq servizzi li huma s-suġġett ta' kuntratt ta' servizz pubbliku mogħti skont il-liġi tal-Unjoni, kemm-il darba l-awtorità kompetenti tkun daħlet fis-seħħ faċilitajiet jew arranġamenti alternattivi li jiggarantixxu aċċessibbiltà għas-servizzi tat-trasport ekwivalenti jew ta' livell ogħla.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intrinsikament marbuta mal-Artikolu 22(2). M'hemm l-ebda raġuni biex ma jiġux permessi arranġamenti alternattivi li jiggarantixxu livell ta' aċċessibbiltà għas-servizzi tat-trasport ekwivalenti jew saħansitra ta' livell ogħla.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX, u li din tingħata skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) dwar l-eqreb stazzjonijiet b'persunal u li l-assistenza tkun disponibbli b'mod dirett għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.  Fi stazzjonijiet mingħajr persunal, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun disponibbli faċilment, inkluż b'formati aċċessibbli skont ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fir-Regolament 1300/2014, u li din tingħata skont ir-regoli tal-aċċess imsemmija fl-Artikolu 20(1) dwar l-eqreb stazzjonijiet b'persunal u li l-assistenza tkun disponibbli b'mod dirett għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-assistenza għandha tkun disponibbli fl-istazzjonijiet kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-assistenza għandha tkun disponibbli fl-istazzjonijiet kull ħin meta jaħdmu s-servizzi ferrovjarji.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jikkoperaw biex jipprovdu assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa skont l-Artikoli 20 u 21 skont il-punti li ġejjin:

L-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet, il-bejjiegħa tal-biljetti u l-operaturi tal-vjaġġi għandhom jikkoperaw biex jipprovdu assistenza mingħajr ħlas lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa skont l-Artikoli 20 u 21 skont il-punti li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intrinsikament marbuta mal-Artikolu 1(a). Peress li l-Kummissjoni tipproponi n-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport, din l-emenda tiżgura li s-servizz tal-għoti ta' assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkun bla ħlas għall-passiġġieri.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li mingħandu nxtara l-biljett jkunu mgħarrfa bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza mill-inqas 48 siegħa qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza. Meta xi biljett jew xi biljett staġunali jippermettu aktar minn vjaġġ wieħed, notifika waħda għandha tkun biżżejjed diment li tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti. Din in-notifika għandha tintbagħat lil kull impriża ferrovjarja oħra u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet involuti fil-vjaġġ tal-persuna;

(a)  l-assistenza għandha tingħata bil-kundizzjoni li l-impriża ferrovjarja, l-amministratur tal-istazzjon, il-bejjiegħ tal-biljetti jew l-operatur tal-vjaġġi li mingħandu nxtara l-biljett jkunu mgħarrfa bil-ħtieġa tal-persuna għal din l-assistenza meta jiġi pprenotat il-biljett jew mal-wasla fl-istazzjon jew f'każ li ma jkunx hemm persunal fl-istazzjonijiet, mill-inqas 3 sigħat qabel ma tkun meħtieġa l-assistenza. Għandha tapplika eċċezzjoni għall-istazzjonijiet ferrovjarji li jgħaddu minnhom inqas minn 10 000 passiġġier kuljum u dawn għandhom jiżguraw l-assistenza b'mill-inqas 24 siegħa notifika minn qabel. Il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jipprenotaw din l-assistenza mingħajr ħlas. Meta xi biljett jew xi biljett staġunali jippermettu aktar minn vjaġġ wieħed, notifika waħda għandha tkun biżżejjed diment li tingħata l-informazzjoni adegwata dwar il-ħin tal-vjaġġi sussegwenti. Din in-notifika għandha tintbagħat lil kull impriża ferrovjarja oħra u lill-amministraturi tal-istazzjonijiet involuti fil-vjaġġ tal-persuna;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intrinsikament marbuta mal-Artikolu 1(a). Peress li l-Kummissjoni tipproponi n-nondiskriminazzjoni bejn il-passiġġieri fir-rigward tal-kundizzjonijiet tat-trasport, din l-emenda tiżgura li s-servizz tal-għoti ta' assistenza lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa jkun bla ħlas għall-passiġġieri.

Ir-rekwiżit ta' notifika ta' 48 siegħa se jillimita ħafna l-mobbiltà tal-persuni b'diżabbiltà u b'hekk ifixkel l-abilità tagħhom li jintegraw tajjeb fis-soċjetà. Hemm bżonn ta' eżenzjoni għall-istazzjoni ferrovjarju lokali (b'inqas minn 10 000 passiġġier kuljum) biex tiġi żgurata l-kwalità t-tajba ta' assistenza u biex l-operaturi ferrovjarji jkun jistgħu jwettqu dmirijiethom lejn il-passiġġieri b'diżabbiltà.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  l-assistenza għandha tingħata wkoll jekk il-persunal tal-impriża ferrovjarja jew tal-amministratur tal-istazzjon li jitħarrġu għal dan il-għan isiru konxji mill-assistenza u jekk ikollhom il-opportunità attwali li jipprovdi tali assistenza.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi kkjarifikat it-test legali fir-rigward ta' offerta orjentata lejn is-servizz, bħala espressjoni ta' għajnuna reċiproka fis-soċjetà u fid-dawl tal-iskop u l-għan tar-Regolament, b'mod partikolari abbażi tal-premessi 3 u 5 tar-Regolament, l-assistenza għandha dejjem tingħata b'mod mhux burokratiku, meta dan ikun xieraq u possibbli.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkawżaw telf jew dannu fis-siġġijiet tar-roti, f'tagħmir ieħor tal-mobbiltà jew fit-tagħmir ta' assistenza u lill-klieb ta' assistenza użati mill-persuni b'diżabbiltà u mill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew id-dannu u għandhom jikkumpensawh.

1.  Meta l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet jikkawżaw telf jew dannu fis-siġġijiet tar-roti, f'tagħmir ieħor tal-mobbiltà jew fit-tagħmir ta' assistenza u lill-annimali ta' assistenza użati mill-persuni b'diżabbiltà u mill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, dawn għandhom ikunu responsabbli għat-telf jew id-dannu u għandhom jikkumpensawh.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kumpens imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun daqs l-ispiża biex jinbidel jew jissewwa l-apparat jew it-tagħmir mitluf jew li tkun saritlu ħsara.

2.  Il-kumpens għat-telf jew għad-dannu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jitħallas fi żmien xahar mis-sottomissjoni tat-talba u għandu jkun daqs l-ispiża biex jinbidel abbażi tal-valur attwali, jew tal-ispiża sħiħa biex jissewwa s-siġġu tar-roti, l-apparat ieħor ta' mobbiltà, jew it-tagħmir ta' assistenza mitluf jew li tkun saritlu ħsara jew it-telf jew il-korriment tal-annimal ta' assistenza. Il-kumpens għandu wkoll jinkludi l-ispiża għas-sostituzzjoni temporanja fl-eventwalità ta' tiswija meta dawk l-ispejjeż jiġġarbu mill-passiġġier.

Ġustifikazzjoni

Il-kumpens għat-telf jew għad-dannu tal-proprjetà f'każ ta' persuni b'diżabbiltà għandu jkun rapidu u ġestit mingħajr l-ebda dewmien żejjed. Dan għandu jsir sabiex tiġi evitata kwalunkwe diskriminazzjoni addizzjonali kif ukoll restrizzjonijiet relatati mal-mobbiltà kkawżati lil dawn it-tip ta' passiġġieri.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta meħtieġ, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jagħmlu kull sforz raġonevoli biex malajr jipprovdu sostituzzjonijiet temporanji għal tagħmir speċifiku jew għat-tagħmir ta' assistenza li, meta possibbli, għandu jkollu karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dak mitluf jew bil-ħsara. Il-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa għandhom jitħallew iżommu s-sostituzzjoni temporanja tat-tagħmir sakemm jitħallas il-kumpens imsemmi fil-paragrafi 1 u 2.

3.  Meta meħtieġ, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom, bi spejjeż għalihom u mingħajr dewmien, jipprovdu sostituzzjonijiet temporanji għal tagħmir speċifiku jew għat-tagħmir ta' assistenza li, meta possibbli, għandu jkollu karatteristiċi tekniċi u funzjonali simili għal dak mitluf jew bil-ħsara. Il-persuni b'diżabbiltà jew b'mobbiltà mnaqqsa għandhom, jekk ikun possibbli u jekk jixtiequ, jitħallew iżommu s-sostituzzjoni temporanja tat-tagħmir sakemm jitħallas il-kumpens imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, sa fejn ikun possibbli u kif mixtieq mill-persuna b'mobbiltà mnaqqsa.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn xi parti adempjenti oħra, li jipprovdi assistenza diretta lill-persuni b'diżabbiltà u lill-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, ikun jaf kif jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż ta' dawk b'diżabbiltà mentali u b'nuqqasijiet intellettwali;

(a)  jiżguraw li l-persunal kollu tagħhom, inkluż dak impjegat minn xi parti adempjenti oħra, jirċievi taħriġ relatat mad-diżabbiltà sabiex ikun jaf kif jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà u tal-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, inkluż ta' dawk b'diżabbiltà mentali u b'nuqqasijiet intellettwali;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jipprovdu taħriġ biex ixerrdu għarfien dwar il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà fost il-persunal kollu li jaħdem fl-istazzjon li jaħdem direttament mal-pubbliku li jkun qed jivvjaġġa;

(b)  jiggarantixxu taħriġ biex ixerrdu għarfien dwar il-bżonnijiet tal-persuni b'diżabbiltà fost il-persunal kollu li jaħdem fl-istazzjon li jaħdem direttament mal-pubbliku li jkun qed jivvjaġġa;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jiżguraw li, meta jiġu ingaġġati, l-impjegati l-ġodda kollha jirċievu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jattendi korsijiet ta' taħriġ ta' aġġornament fuq bażi regolari.

(c)  jiżguraw li, meta jiġu ingaġġati, l-impjegati l-ġodda kollha u dawk li, minħabba n-natura tal-attività tagħhom, jistgħu jipprovdu assistenza diretta lill-passiġġieri b'diżabbiltà u lill-passiġġieri b'mobbiltà mnaqqsa jirċievu taħriġ relatat mad-diżabbiltà u li l-persunal jattendi korsijiet ta' taħriġ ta' aġġornament fuq bażi regolari.

Ġustifikazzjoni

L-impjegati li jkunu f'kuntatt dirett mal-passiġġieri għandhom fi kwalunkwe mument ikunu kapaċi jipprovdu assistenza xierqa ta' għajnuna u bżonn lill-passiġġieri li jkollhom bżonnha.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  meta jintalbu, fit-taħriġ jaċċettaw il-parteċipazzjoni ta' impjegati b'diżabbiltà, ta' passiġġieri b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa, u/jew ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom.

(d)  iħeġġu b'mod attiv il-parteċipazzjoni fit-taħriġ ta' persunal b'diżabbiltà, kif ukoll ta' passiġġieri b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa, u ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom;

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  jinvolvu lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa fit-tfassil u l-għoti ta' taħriġ relatat mad-diżabbiltà.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull impriża ferrovjarja, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura tal-istazzjonijiet li jgħaddu minnhom iżjed minn 10 000 passiġġier kull jum bħala medja fis-sena għandhom iwaqqfu mekkaniżmu kull wieħed u waħda minnhom biex jittratta l-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fil-qasam rispettiv tagħhom ta' responsabbiltà. Dawn għandhom jgħarrfu b'mod wiesa' lill-passiġġieri bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwi ta' ħidma tagħhom.

1.  Kull impriża ferrovjarja, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-operaturi tal-vjaġġi, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura tal-istazzjonijiet għandhom iwaqqfu mekkaniżmu għat-trattament tal-ilmenti għad-drittijiet u l-obbligi koperti minn dan ir-Regolament fil-qasam rispettiv tagħhom ta' responsabbiltà. Dawn għandhom jgħarrfu b'mod wiesa' lill-passiġġieri bid-dettalji tal-proċedura tat-trattament tal-ilmenti, bid-dettalji tal-kuntatti tagħhom u bil-lingwi ta' ħidma tagħhom. Il-formola għall-ilmenti għandha tiġi offruta lill-passiġġieri u għandha tkun disponibbli b'lingwa waħda jew aktar mifhuma mill-maġġoranza tal-passiġġieri.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, stazzjon tal-ferroviji jew amministratur tal-infrastruttura involuti. L-ilmenti għandhom jitressqu fi żmien sitt ġimgħat minn meta jseħħ l-inċident li dwaru jkun qed isir l-ilment. Fi żmien xahar minn meta jasal l-ilment, id-destinatarju għandu jagħti tweġiba raġunata jew f'każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data, f'inqas minn tliet xhur mid-data minn meta jasal l-ilment, wieħed jista' jistenna tweġiba għall-ilment. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu d-dejta dwar l-inċidenti li hi meħtieġa għal valutazzjoni tal-ilmenti sa sentejn u jagħmluha disponibbli għall-korpi nazzjonali tal-infurzar meta jintalbu jagħmlu hekk.

2.  Il-passiġġieri jistgħu jressqu lment lil kwalunkwe impriża ferrovjarja, bejjiegħ tal-biljetti, amministratur tal-istazzjon jew amministratur tal-infrastruttura involuti. Il-passiġġieri għandhom id-dritt li jressqu lment bl-istess mod bħal ma jkunu rċevew il-biljett tagħhom. L-ilmenti għandhom jitressqu fi żmien sitt ġimgħat minn meta jseħħ l-inċident li dwaru jkun qed isir l-ilment. Fi żmien xahar minn meta jibgħat l-ilment, id-destinatarju għandu jagħti tweġiba raġunata jew f'każijiet ġustifikati, jinforma lill-passiġġier sa liema data, f'inqas minn tliet xhur mid-data minn meta jasal l-ilment, wieħed jista' jistenna tweġiba għall-ilment. L-impriżi ferrovjarji, il-bejjiegħa tal-biljetti, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom iżommu d-dejta dwar l-inċidenti li hi meħtieġa għal valutazzjoni tal-ilmenti sa sentejn u jagħmluha disponibbli għall-korpi nazzjonali tal-infurzar meta jintalbu jagħmlu hekk.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa.

3.  Id-dettalji dwar il-proċedura tat-trattament tal-ilmenti għandhom ikunu disponibbli faċilment għall-passiġġieri u aċċessibbli għall-persuni b'diżabbiltà u għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa. Din l-informazzjoni għandha tkun liberament disponibbli bil-miktub fuq talba bil-lingwa nazzjonali tal-impriża ferrovjarja.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta formola standardizzata tal-UE għall-ilmenti li l-passiġġieri jistgħu jużaw biex japplikaw għall-kumpens skont dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Fl-ispirtu tan-nondiskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5 u fid-dawl tal-Premessa 12, il-passiġġieri għandhom ikunu jistgħu jressqu lment tkun xi tkun il-lingwa. Il-passiġġieri jistgħu jiddeċiedu li jużaw il-formola standardizzata tal-UE għall-ilmenti minflok dik ipprovduta mill-impriża ferrovjarja, mill-bejjiegħ tal-biljetti, mill-amministratur tal-istazzjon, mill-amministratur tal-infrastruttura involuti skont ix-xewqa tagħhom, u jenħtieġ li din tkun ugwalment valida. Dan jista' jagħmilha aktar faċli, b'mod partikolari għall-passiġġieri li jivvjaġġaw barra mill-Istati Membri tagħhom stess, biex iressqu lment billi jużaw format tal-UE għall-ilmenti.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jikkooperaw b'mod attiv mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà biex itejbu l-kwalità tal-aċċessibbiltà tas-servizzi tat-trasport.

Ġustifikazzjoni

Hemm loġika interna bejn l-Artikoli 26 u 29 peress li l-Kummissjoni tipproponi taħriġ għall-persunal u titlob standards relatati mal-kwalità tas-servizz. Din l-emenda tista' tiffaċilita l-użu tas-servizzi ferrovjarji għall-persuni b'diżabbiltà u ttejjeb il-kwalità tas-servizzi offruti lilhom.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b'mod xieraq fl-istazzjoni u fuq il-ferrovija, inkluż bil-formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX, bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u bid-dettalji tal-kuntatt tal-korp maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 31.

2.  L-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-istazzjonijiet għandhom jgħarrfu lill-passiġġieri b'mod xieraq fl-istazzjon, fuq il-ferrovija u fuq is-sit web tagħhom, inkluż bil-formati aċċessibbli b'konformità mar-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva XXX, bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament, u bid-dettalji tal-kuntatt tal-korp maħtur mill-Istat Membru skont l-Artikolu 31.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-korp jew bil-korpi maħtura skont dan l-Artikolu u bir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u jippubblikawhom fuq is-siti web tagħhom fejn xieraq.

Ġustifikazzjoni

Il-pubblikazzjoni fuq l-internet iżżid it-trasparenza għall-vjaġġaturi filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għall-objettiv tal-Unjoni Ewropea li toħloq Suq Uniku Diġitali. Fiż-żmien meta ġie ppubblikat ir-Regolament oriġinali dwar id-Drittijiet tal-Passiġġieri, l-Istrateġija Diġitali tas-Suq Intern kienet għadha ma ġietx implimentata.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità ma' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati. Għal dan il-għan, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet b'dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 33 biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti. Dawn jistgħu jiddeċiedu wkoll dwar azzjonijiet tal-infurzar abbażi ta' lmenti individwali li jgħaddilhom dak il-korp.

1.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jissorveljaw mill-qrib il-konformità ma' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-drittijiet tal-passiġġieri jiġu rrispettati. Għal dan il-għan, l-impriżi ferrovjarji, l-amministraturi tal-istazzjonijiet u l-amministraturi tal-infrastruttura għandhom jipprovdu lill-istituzzjonijiet b'dokumenti u informazzjoni rilevanti fuq talba tagħhom mingħajr dewmien u, fi kwalunkwe każ, fi żmien xahar. Fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom, il-korpi għandhom iqisu l-informazzjoni ppreżentata lilhom mill-korp maħtur skont l-Artikolu 33 biex jittratta l-ilmenti, jekk dan ikun korp differenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nazzjonali tal-infurzar u dawk li jittrattaw l-ilmenti jingħataw biżżejjed setgħat u riżorsi għall-infurzar xieraq u effettiv ta' lmenti individwali mill-passiġġieri skont dan ir-Regolament.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jippubblikaw l-istatistika dwar l-attivitajiet tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet applikati, kull sena, sa mhux wara l-aħħar ta' April tas-sena kalendarja ta' wara.

2.  Kull sena, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jippubblikaw rapporti dwar l-istatistika fuq is-siti web tagħhom fejn jagħtu dettalji dwar l-għadd u t-tip ta' lmenti li jkunu rċevew, filwaqt li jagħtu dettalji dwar l-eżitu tal-azzjonijiet tal-infurzar tagħhom, inkluż dwar is-sanzjonijiet li jkunu applikaw. Dan għandu jsir għal kull sena sa mhux aktar tard mill-ewwel jum ta' April tas-sena ta' wara. Barra minn hekk, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar, f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u b'mobbiltà mnaqqsa, għandhom iwettqu awditi regoli fir-rigward tas-servizzi tal-assistenza mogħtija skont dan ir-Regolament u jippubblikaw ir-riżultati f'formati aċċessibbli u użati b'mod komuni.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp għandu jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. Il-proċedura tat-trattament tal-ilment għandha tieħu sa mhux aktar minn tliet xhur. Fejn jidħlu l-każijiet kumplessi, il-korp jista' jestendi dan il-perjodu fid-diskrezzjoni tiegħu għal sitt xhur. F'dan il-każ, il-passiġġieri għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal din l-estensjoni u biż-żmien meta mistenni tingħalaq il-proċedura. Huma biss il-każijiet li jinvolvu proċedimenti legali li jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur. Meta l-korp ikun ukoll korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jieħdu preċedenza l-limiti taż-żmien stabbiliti f'dik id-Direttiva.

Il-korp għandu jikkonferma li rċieva l-ilment fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċevih. Il-proċedura tat-trattament tal-ilment għandha tieħu sa mhux aktar minn tliet xhur. Fejn jidħlu l-każijiet kumplessi, il-korp jista' jestendi dan il-perjodu fid-diskrezzjoni tiegħu għal sitt xhur. F'dan il-każ, il-passiġġieri jew l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-passiġġieri għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet għal din l-estensjoni u biż-żmien meta mistenni tingħalaq il-proċedura. Huma biss il-każijiet li jinvolvu proċedimenti legali li jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur. Meta l-korp ikun ukoll korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/11/UE, għandhom jieħdu preċedenza l-limiti taż-żmien stabbiliti f'dik id-Direttiva u l-użu ta' soluzzjoni online għat-tilwim f'konformità mar-Regolament 524/2013/UE jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni bil-qbil tal-partijiet kollha involuti.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Anness II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

INFORMAZZJONI MINIMA LI GĦANDHOM JAGĦTU L-IMPRIŻI FERROVJARJI U L-BEJJIEGĦA TAL-BILJETTI

INFORMAZZJONI MINIMA LI GĦANDHOM JAGĦTU L-IMPRIŻI FERROVJARJI, L-OPERATURI TAL-VJAĠĠI U L-BEJJIEGĦA TAL-BILJETTI

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba li din hija intrinsikament marbuta mal-emendi l-oħra tagħna dwar il-provvista ta' informazzjoni mid-diversi bejjiegħa bl-imnut tal-vjaġġi ferrovjarji kkonċernati, b'mod partikolari "operaturi tal-vjaġġi" fl-Artikoli 5, 7, 9 u 10.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt

–  Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt jew kuntratti li jiffurmaw parti mill-vjaġġ jew mill-vjaġġ ikkombinat

Ġustifikazzjoni

Għall-fini ta' ċarezza legali fi ħdan ir-Regolament, b'mod ġenerali huwa importanti li jiġi nnutat li l-vjaġġi kkombinati jirrikjedu aktar minn kuntratt wieħed. Dan huwa marbut mal-emendi tagħna fil-Kapitolu II.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-aktar vjaġġi mgħaġġla

–  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-aktar vjaġġi mgħaġġla u l-aħjar konnessjonijiet

Ġustifikazzjoni

Il-vjaġġi kkombinati jirrappreżentaw sett ferm usa' ta' għażliet ferrovjarji mill-firxa limitata ta' biljetti globali, u l-vjaġġi kkombinati b'biljetti differenti diġà huma teknikament possibbli, u għalhekk jagħmel sens li l-impriżi jipprovdu lill-passiġġieri informazzjoni dwar l-aħjar mod ta' kif jistgħu jagħmlu l-vjaġġ. Dan huwa intrinsikament marbut mal-emendi tagħna dwar is-suġġett fil-Kapitolu II.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-irħas nollijiet

–  Skedi taż-żmien u kundizzjonijiet għall-irħas nollijiet u għan-nollijiet kollha disponibbli

Ġustifikazzjoni

Il-vjaġġi kkombinati jirrappreżentaw sett ferm usa' ta' għażliet ferrovjarji mill-firxa limitata ta' biljetti globali, u l-vjaġġi kkombinati b'biljetti differenti diġà huma teknikament possibbli, u għalhekk jagħmel sens li l-impriżi jipprovdu lill-passiġġieri informazzjoni dwar l-aħjar mod ta' kif jistgħu jagħmlu l-vjaġġ. Dan huwa intrinsikament marbut mal-emendi tagħna dwar is-suġġett fil-Kapitolu II.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Kundizzjonijiet tal-aċċess għar-roti

–  Arranġamenti tal-aċċess għar-roti

Ġustifikazzjoni

Dan huwa intrinsikament marbut mal-emendi l-oħra tagħna dwar is-suġġett fl-Artikolu 6.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Disponibbiltà ta' postijiet fiż-żoni tat-tipjip u ta' mingħajr tipjip, tal-ewwel u t-tieni klassi kif ukoll ta' kuċċetti u vaguni tal-irqad

–  Disponibbiltà ta' postijiet għan-nollijiet kollha applikabbli fiż-żoni ta' mingħajr tipjip (u, fejn applikabbli, ta' tipjip), tal-ewwel u t-tieni klassi kif ukoll ta' kuċċetti u vaguni tal-irqad

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa minħabba raġunijiet kritiċi ta' loġika u enfasi tat-test. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri, ġeneralment it-tipjip mhuwiex permess fuq il-ferroviji u għalhekk it-test m'għandux jiġi abbozzat b'mod li jista' jqarraq u għandu jsegwi l-loġika interna tal-Kapitolu II.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Anness II – parti I – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Disponibbiltà ta' servizzi abbord

–  Disponibbiltà ta' servizzi abbord, inklużi l-wifi u t-toilets

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tar-regolament kollu kemm hu u l-enfasi tiegħu fuq it-titjib tad-drittijiet tal-passiġġieri, huwa importanti li ċerti aspetti bażiċi tad-dinjità tal-bniedem jiġu rikonoxxuti u li jiġu pprovduti toilets abbord il-ferroviji. Dan jista' jkun partikolarment importanti għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa. L-element tal-Wi-Fi huwa importanti daqskemm huwa importanti li nlaħħqu maż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u se jgħin lill-passiġġieri sabiex dawn ikunu jistgħu jipprenotaw il-bqija tal-vjaġġ fi żmien qasir f'każ li l-uffiċċju tal-prenotazzjonijiet jew il-magna tal-biljetti ma jkunux qed jiffunzjonaw. Dan huwa intrinsikament marbut mal-għanijiet tar-Regolament u mad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni, b'mod partikolari fil-Kapitolu II, u mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà fil-Kapitolu V.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Anness II – parti II – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Servizzi abbord

–  Servizzi abbord, inkluż il-wifi

Ġustifikazzjoni

F'konformità mar-regolament kollu kemm hu, l-element tal-Wi-Fi huwa importanti daqskemm huwa importanti li nlaħħqu maż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u se jgħin lill-passiġġieri sabiex dawn ikunu jistgħu jipprenotaw il-bqija tal-vjaġġ fi żmien qasir f'każ li l-uffiċċju tal-prenotazzjonijiet jew il-magna tal-biljetti ma jkunux qed jiffunzjonaw. Dan huwa intrinsikament marbut mal-għanijiet tar-Regolament u mad-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni, b'mod partikolari fil-Kapitolu II, u mad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċessibbiltà fil-Kapitolu V.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Anness III – parti II – paragrafu 2 – punt 1 – punt a – punt iii – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  il-persentaġġ ta' dewmien ta' inqas minn 60 minuta;

–  il-persentaġġ ta' dewmien ta' inqas minn 45 minuta;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Anness III – parti II – paragrafu 1 – punt 4 – punt 1 – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  l-aċċessibbiltà tal-istazzjon u tal-faċilitajiet tal-istazzjon.

(vii)  l-aċċessibbiltà tal-istazzjon u tal-faċilitajiet tal-istazzjon, inkluż aċċess mingħajr taraġ, skali mobbli, liftijiet u rampi għall-bagalji;

Emenda    118

Proposta għal regolament

Anness IV – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każijiet kumplessi bħalma huma l-każijiet li jinvolvu aktar minn pretensjoni waħda jew għadd ta' operaturi, ivvjaġġar transfruntier jew inċidenti fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ta l-liċenzja lill-impriża, b'mod partikolari meta ma jkunx ċar liema Korp Nazzjonali tal-Infurzar hu kompetenti, jew meta teħfief jew titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilment, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jikkoperaw bejniethom biex jidentifikaw il-korp ewlieni li għandu jservi ta' punt tal-kuntatt uniku għall-passiġġieri. Kull Korp Nazzjonali tal-Infurzar involut għandu jikkopera biex teħfief ir-riżoluzzjoni tal-ilment (inkluż billi tixtered l-informazzjoni, tingħata għajnuna bi traduzzjoni tad-dokumenti u tingħata informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċidenti). Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa liema korp qed jaġixxi bħala dak ewlieni.

F'każijiet kumplessi bħalma huma l-każijiet li jinvolvu aktar minn pretensjoni waħda jew għadd ta' operaturi, ivvjaġġar transfruntier jew inċidenti fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx dak li jkun ta l-liċenzja lill-impriża, b'mod partikolari meta ma jkunx ċar liema Korp Nazzjonali tal-Infurzar hu kompetenti, jew meta teħfief jew titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilment, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom jikkoperaw bejniethom biex jidentifikaw il-korp ewlieni li għandu jservi ta' punt tal-kuntatt uniku għall-passiġġieri. Kull Korp Nazzjonali tal-Infurzar involut għandu jikkopera biex teħfief ir-riżoluzzjoni tal-ilment (inkluż billi tixtered l-informazzjoni, tingħata għajnuna bi traduzzjoni tad-dokumenti u tingħata informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċidenti). Il-passiġġieri għandhom jiġu mgħarrfa liema korp qed jaġixxi bħala dak ewlieni. Barra minn hekk, fil-każijiet kollha, il-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar għandhom dejjem jiżguraw konformità mar-Regolament 2017/2394/UE.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

5.10.2017

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

26.10.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Dennis de Jong

4.12.2017

Eżami fil-kumitat

21.2.2018

21.3.2018

16.5.2018

Data tal-adozzjoni

4.6.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Nosheena Mobarik, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Roberta Metsola, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Clara Eugenia Aguilera García, Klaus Buchner, Peter Liese, Emilian Pavel, Annie Schreijer-Pierik, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Jasenko Selimovic

ECR

Daniel Dalton, Nosheena Mobarik, Anneleen Van Bossuyt

ENF

Mylène Troszczynski

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Asim Ademov, Pascal Arimont, Cristian-Silviu Buşoi, Carlos Coelho, Birgit Collin-Langen, Philippe Juvin, Peter Liese, Roberta Metsola, Jiří Pospíšil, Annie Schreijer-Pierik, Sabine Verheyen, Tomáš Zdechovský

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Liisa Jaakonsaari, Emilian Pavel, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Marc Tarabella

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Pascal Durand

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

1

0

EFDD

Marco Zullo

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (riformulazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0548 – C8-0324/2017 – 2017/0237(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.9.2017

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

5.10.2017

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

26.10.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bogusław Liberadzki

25.10.2017

Eżami fil-kumitat

19.3.2018

25.4.2018

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Renaud Muselier, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen, Jill Evans, Maria Grapini, Ryszard Antoni Legutko, Marek Plura

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, John Howarth, Clare Moody

Data tat-tressiq

18.10.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Angel Dzhambazki, Ryszard Antoni Legutko, Peter Lundgren, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Renaud Muselier, Marek Plura, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Michael Detjen, Maria Grapini, Bogusław Liberadzki, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jill Evans, Keith Taylor

2

-

ECR

Jacqueline Foster

EFDD

John Stuart Agnew

6

0

ENF

Marie-Christine Arnautu, Georg Mayer

EPP

Markus Pieper

S&D

Ismail Ertug, John Howarth, Clare Moody

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Novembru 2018Avviż legali