dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli
(COM(2018)0137 – C8-0120/2018 – 2018/0065(COD))
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Daniel Dalton
(Simplified procedure – Rule 50(2) of the Rules of Procedure)
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0137),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0120/2018),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0346/2018),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3) Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-eżenzjoni għall-mopeds (il-kategoriji L1e u L2e) mir-rekwiżit tal-istadju II għas-sistemi OBD u li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għall-kwadriċikli ħfief (kategorija L6e) u l-muturi tas-subkategoriji enduro (L3e-AxE) u trials (L3e-AxT).
imħassar
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4) Minħabba li l-mopeds tal-kategoriji ta' vetturi L1e u L2e huma diġà esklużi mir-rekwiżit tal-istadju II għas-sistemi OBD, il-vetturi tal-kategorija L6e li huma ddisinjati u mibnija fuq l-ispeċifikazzjonijiet tal-mopeds u li huma prodotti f'volumi żgħar ukoll jenħtieġ li jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.
(4) Minħabba li l-vetturi tal-kategoriji ta' vetturi L1e u L2e huma diġà esklużi mir-rekwiżit tal-istadju I għas-sistemi OBD, il-vetturi tal-kategorija L6e li huma ddisinjati u mibnija fuq l-ispeċifikazzjonijiet tal-mopeds u li huma prodotti f'volumi żgħar ukoll jenħtieġ li jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 4a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4a) Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-eżenzjoni għall-vetturi tal-kategoriji L1e u L2e mir-rekwiżit tal-istadju II għas-sistemi OBD u li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għall-kwadriċikli ħfief (kategorija L6e) u l-muturi tas-subkategoriji enduro (L3e-AxE) u trials (L3e-AxT).
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Minkejja li t-teknoloġija meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti Euro 5 diġà hija disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta' studju komprensiv tal-effett ambjentali mwettaq skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward in-natura tal-emissjonijiet Euro 5, li d-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal ċerti vetturi tal-kategorija L (L6e-AxT, L2e-U, L3e-AxT, u L3e-AxE) jeħtieġ li tiġi posposta mill-2020 għall-2022 biex jiżdied il-proporzjon ta' benefiċċji għall-kostijiet meta mqabblin max-xenarju ta' referenza. Barra minn hekk, il-manifatturi ta' dawn il-vetturi, li huma prinċipalment SMEs, jeħtieġu aktar żmien biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' motopropulsjoni b'emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni tkun tista' tinkiseb b'mod kosteffikaċi.
(7) Minkejja li t-teknoloġija meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti Euro 5 diġà hija disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta' studju komprensiv tal-effett ambjentali mwettaq skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward in-natura tal-emissjonijiet Euro 5, li d-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal ċerti vetturi tal-kategorija L (L6e-AxT, L2e-U, L3e-AxT, u L3e-AxE) jeħtieġ li tiġi posposta mill-2020 għall-2024 biex jiżdied il-proporzjon ta' benefiċċji għall-kostijiet meta mqabblin max-xenarju ta' referenza. Barra minn hekk, il-manifatturi ta' dawn il-vetturi, li huma prinċipalment SMEs, jeħtieġu aktar żmien biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' motopropulsjoni b'emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni tkun tista' tinkiseb b'mod kosteffikaċi.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Premessa 8a (ġdida)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(8a) L-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 jeħtieġ li ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun fih, bħala dokument mehmuż, ir-riżultati tat-testijiet. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li r-riferiment huwa għall-iskeda tar-riżultati tat-testijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 30(1) jiġi emendat biex jirreferi għad-dokument mehmuż xieraq.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Premessa 9
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 ta lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati għal perjodu ta' ħames snin, li se jiskadi fil-21 ta' Marzu 2018. Peress li teżisti ħtieġa kontinwa li jiġu aġġornati elementi tal-atti tal-approvazzjoni tat-tip għall-progress tekniku inkella li jiġu introdotti emendi oħra f'konformità mal-għoti tas-setgħat, l-Artikolu 75(2) tar-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprevedi l-estensjoni tad-dritt tal-adozzjoni ta' atti delegati għal perjodu ieħor ta' ħames snin bil-possibbiltà ta' estensjoni awtomatika.
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 ta lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati għal perjodu ta' ħames snin, li skada fil-21 ta' Marzu 2018. Peress li teżisti ħtieġa kontinwa li jiġu aġġornati elementi tal-atti tal-approvazzjoni tat-tip għall-progress tekniku inkella li jiġu introdotti emendi oħra f'konformità mal-għoti tas-setgħat, l-Artikolu 75(2) tar-Regolament jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprevedi l-estensjoni tad-dritt tal-adozzjoni ta' atti delegati għal perjodu ieħor ta' ħames snin bil-possibbiltà ta' estensjoni awtomatika, filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fir-rigward tal-atti delegati diġà adottati.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) Nru 168/2013
Artikolu 21 – paragrafu 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
4. Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.3 tal-Anness IV, il-kategoriji/is-subkategoriji tal-vetturi L3, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja għal kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiġi skattata meta jkunu qed jinqabżu l-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet kif stabbiliti fl-Anness VI (B2). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji/is-subkategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta' kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti.
4. Mid-dati stipulati fil-punt 1.8.3 tal-Anness IV, il-kategoriji/is-subkategoriji tal-vetturi L3e, L4e, L5e u L7e għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD tal-istadju I li timmonitorja għal kwalunkwe falliment taċ-ċirkwit elettriku u tal-elettronika tas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet u li tiġi skattata meta jkunu qed jinqabżu l-livelli ta' limitu tal-emissjonijiet kif stabbiliti fl-Anness VI (B2). Sistemi OBD tal-istadju I għal dawk il-kategoriji/is-subkategoriji tal-vetturi għandhom ukoll jirrapportaw l-iskattar ta' kwalunkwe mod ta' operazzjoni li jnaqqas it-torque tal-magna b'mod sinifikanti.
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 168/2013
Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b
Test fis-seħħ
Emenda
(2a) Fl-Artikolu 30(1), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:
(b) ir-riżultati tat-testijiet;
(b) l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet;
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 168/2013
Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Test fis-seħħ
Emenda
(2b) Fl-Artikolu 44(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida fil-waqt tal-produzzjoni tagħhom, iżda li kienu tqiegħdu għad-disponibilità fis-suq, ġew reġistrati jew iddaħħlu fis-servizz qabel ma dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għal vetturi fit-territorju tal-Unjoni li kienu koperti b'approvazzjoni tat-tip tal-UE valida fil-waqt tal-produzzjoni tagħhom, iżda li la kienu ġew irreġistratiu lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma dik l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tilfet il-validità tagħha.
Emenda 10
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3
Regolament (UE) Nru 168/2013
Artikolu 75 – paragrafu 2
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(8), l-Artikolu 22(5) u (6), l-Artikolu 23(6) u (12), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 32(6), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 57(12), l-Artikolu 65 u l-Artikolu 74 għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' għaxar snin mit-22 ta' Marzu 2013. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard mit-22 ta' Ġunju 2022 u disa' xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' ħames snin sussegwenti.;
2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(3), l-Artikolu 20(2), l-Artikolu 21(8), l-Artikolu 22(5) u (6), l-Artikolu 23(6) u (12), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(8), l-Artikolu 32(6), l-Artikolu 33(6), l-Artikolu 50(4), l-Artikolu 54(3), l-Artikolu 57(12), l-Artikolu 65 u l-Artikolu 74 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-22 ta' Marzu 2013. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard mit-22 ta' Ġunju 2022 u disa' xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu ta' ħames snin sussegwenti.;
Emenda 11
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness II – taqsima C1 – ringiela 11
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3a) Fl-Anness II, it-taqsima C1, fir-ringiela 11, is-sinjal "X" huwa mħassar għas-subkategoriji L6e-A u L6e-B;
Emenda 12
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness V – Taqsima B
Test fis-seħħ
Emenda
(4a) Fl-Anness V, it-taqsima B, il-kontenut taċ-ċellola fl-ewwel kolonna, it-tieni filliera, huwa sostitwit b'dan li ġej:
Test tat-Tip I (19) Massa tal-partikoli (Euro 5 biss) (6 )
"Test tat-Tip I (19) Massa tal-partikoli (Euro 5 biss)";
Emenda 13
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness VI
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4b) L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
(a) fit-taqsima B1, titħassar l-ewwel ringiela li tirreferi għall-kategorija tal-Vetturi "L6e-A";
(b) fit-taqsima B2, titħassar l-ewwel ringiela li tirreferi għall-nota (6);
(c) fit-taqsima B2, fl-ewwel ringiela, il-kliem: "L3e-L7e (6)" huwa sostitwit bil-kliem: "L3e, L4e, L5e, L7e" u l-kliem: "Il-vetturi kollha tal-kategorija L ħlief il-kategoriji L1e u L2e" huwa sostitwit bil-kliem: "Il-vetturi kollha tal-kategorija L ħlief il-kategoriji L1e, L2e u L6e";
Emenda 14
Proposta għal regolament
Anness – punt a
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness IV – tabella 1 – punt 1.4.
Test propost mill-Kummissjoni
1.1.2.1.
Euro 4: Anness VI A1
L1e, L2e, L6e
1.1.2017
1.1.2018
31.12.2020; għal L2e-U u L6e-B: 31.12.2022
Emenda
1.1.2.1.
Euro 4: Anness VI A1
L1e, L2e, L6e
1.1.2017
1.1.2018
31.12.2020; għal L2e-U u L6e-B: 31.12.2024
Emenda 15
Proposta għal regolament
Anness – punt a
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness IV – tabella 1 – punt 1.1.2.2.
Test propost mill-Kummissjoni
1.1.2.2.
Euro 4: Anness VI A1
L3e, L4e, L5e, L7e
1.1.2016
1.1.2017
31.12.2020; għal L3e-AxE u L3e-AxT 31.12.2022
Emenda
1.1.2.2.
Euro 4: Anness VI A1
L3e, L4e, L5e, L7e
1.1.2016
1.1.2017
31.12.2020; għal L3e-AxE u L3e-AxT 31.12.2024
Emenda 16
Proposta għal regolament
Anness – punt a
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness IV – tabella 1 – punt 1.1.2.3.
Test propost mill-Kummissjoni
1.1.2.3.
Euro 5: Anness VI A2
L1e-L7e
1.1.2020; għal L2e-U; L3e-AxE ;L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2022
1.1.2021; għal L2e-U; L3e-AxE; L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2023
’;
Emenda
1.1.2.3.
Euro 5: Anness VI A2
L1e-L7e
1.1.2020; għal L2e-U; L3e-AxE ;L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2024
1.1.2021; għal L2e-U; L3e-AxE; L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2025
’;
Emenda 17
Proposta għal regolament
Anness – punt c
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness IV – tabella 3 – punt 1.8.4.
Test propost mill-Kummissjoni
1.8.4.
Rekwiżiti funzjonali tal-OBD stadju II bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katalizzatur
L3e, L4e, L5e-A, L7e-A
1.1.2020
1.1.2021
31.12.2024
Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII)
Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B1)
Emenda
1.8.4.
Rekwiżiti funzjonali tal-OBD stadju II bl-eċċezzjoni tal-monitoraġġ tal-katalizzatur
L3e (għajr L3e-AxE u L3e-AxT), L4e, L5e-A, L7e-A
1.1.2020
1.1.2021
31.12.2024
Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII)
Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B1)
Emenda 18
Proposta għal regolament
Anness – punt c
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness IV – tabella 3 – punt 1.8.5.
Test propost mill-Kummissjoni
1.8.5.
Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju II,
L3e, L4e, L5e-A L7e-A
1.1.2024
1.1.2025
’;
Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII),
Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B2)
Emenda
1.8.5.
Rekwiżiti funzjonali tal-OBD tal-istadju II,
L3e (għajr L3e-AxE u L3e-AxT), L4e, L5e-A, L7e-A
1.1.2024
1.1.2025
’;
Proċeduri tat-test ambjentali OBD tal-istadju II (test tat-tip VIII),
Limiti tat-test ambjentali OBD tal-istadju II, Anness VI (B2)
NOTA SPJEGATTIVA
Dan ir-rapport jikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għal ċerti tipi ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u taqsima tal-kwadriċikli koperti mir-Regolament UE Nru 168/2013.
Meta ġiet adottata l-leġiżlazzjoni li tintroduċi r-rekwiżiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal vetturi b'żewġ, tliet u erba' roti, il-koleġiżlaturi pprovdew għal studju ambjentali komprensiv sabiex jiġi stabbilit b'mod aktar preċiż kif għandha ssir it-tranżizzjoni għall-Euro 5, b'mod partikolari għas-sottogruppi tal-klassi ta' vetturi tal-kategorija L.
Din il-ħidma tlestiet is-sena li għaddiet u r-rapport jindirizza l-proposti leġiżlattivi li segwew il-pubblikazzjoni tal-istudju ambjentali.
Ir-rakkomandazzjonijiet huma fil-biċċa l-kbira konformi mal-politika stabbilita fiż-żmien tal-adozzjoni tar-Regolament tal-2013. Il-proposta tal-Kummissjoni ma tintroduċix emenda jew posponiment sinifikanti ta' dawn ir-rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet, ħlief għal xi partijiet żgħar tas-suq fejn l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji turi effett negattiv.
Ir-rapporteur jipproponi li jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-istudju ambjentali fir-rigward tal-posponiment tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti Euro 5 għal dawk in-numri u l-klassijiet limitati tal-vetturi.
Ir-rapporteur jifhem l-argumenti li saru fl-istudju, jiġifieri li t-trasferiment mill-powertrains attwali għal sistemi alternattivi ta' enerġija b'inqas emissjonijiet għal dawk il-mikrokarozzi u l-muturi speċjalizzati huwa diffiċli u jwassal għal spejjeż soċjali u ekonomiċi sinifikanti.
Idealment, dawn il-vetturi jkunu jistgħu jaħdmu bl-elettriku; madankollu, bħala kwantità u f'dak li jikkonċerna disinn u regolamentazzjoni, huma limitati. Id-dimensjonijiet u l-piż tal-batteriji, flimkien mal-ispejjeż, ifissru li dawk il-vetturi elettriċi huma għalja wisq u għandhom firxa limitata meta mqabbla ma' mudelli eżistenti li jaħdmu bid-diżil.
Sistemi tal-motopropulsjoni itqal u aktar għalja jagħmlu dawn il-vetturi ħafna inqas attraenti u utli għax-xerrejja primarji tagħhom, li huma tipikament persuni anzjani bbażati f'żoni rurali, jew żgħażagħ li jippreferu vettura aktar b'saħħitha meta mqabbla ma' skuter.
Minkejja dan, il-qawwa tal-motopropulsjoni elettrika se tkun disponibbli, u għalhekk huwa korrett li nipposponu minflok inneħħu rekwiżit konformi mal-Euro 5.
Dan joħloq bilanċ tajjeb bejn il-protezzjoni ambjentali u l-imperattivi soċjali u ekonomiċi biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-mobilità tas-sezzjonijiet mill-pubbliku u ta' appoġġ għall-SMEs li jkunu qed jimmanifatturaw dawn il-mikrokarozzi.
Huwa wkoll riflessjoni tal-iskala tal-impatt li dawn il-vetturi għandhom, peress li dawn mhumiex użati ħafna u huma limitati f'termini ta' bejgħ madwar l-Ewropa.
Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li tiġi appoġġata l-iskadenza għat-tranżizzjoni tal-2024, f'konformità mar-rakkomandazzjoni indipendenti.
Apparti dan, ir-rapporteur jirrakkomanda xi tibdiliet fil-proposta tal-Kummissjoni.
Għandu jiġi nnutat li l-Kunsill diġà rrieżamina l-proposta tal-Kummissjoni u adotta Approċċ Ġenerali. Fl-Approċċ Ġenerali insibu xi emendi oħra li jtejbu l-abbozzar u jikkoreġu żbalji jew ommissjonijiet.
Ir-rapporteur għalhekk ippropona li jadotta dawk it-tibdiliet wara diskussjoni mal-Kummissjoni, li qablu li dawn ir-reviżjonijiet huma korrezzjonijiet tekniċi.
Bil-għan li dan ir-rapport jiġi adottat kmieni kemm jista' jkun, sabiex il-manifatturi jkunu jistgħu jippjanaw il-produzzjoni tagħhom skont ir-rekwiżiti legali, jagħmel sens li tkun limitata l-ħtieġa għan-negozjati tal-abbozzar bejn il-Kunsill u l-Parlament fejn dawn mhumiex meħtieġa.
Ir-rapporteur qies l-emendi mressqa minn Kumitati oħra permezz ta' opinjoni; madankollu ma jqishomx meħtieġa. Kwistjonijiet bħal apparat kontra t-tbagħbis u apparat ta' manipulazzjoni diġà huma s-suġġett ta' obbligi legali fl-Artikoli fi ħdan ir-Regolament tal-2013 u atti ta' delega sussegwenti, inkluż l-aktar att ta' delega reċenti adottat din is-sena. Għalhekk hija sitwazzjoni differenti meta mqabbla ma' xi xenarji reċenti f'partijiet oħra tal-acquis tal-vetturi bil-mutur u, fl-opinjoni tar-rapporteur, dawn l-emendi huma diġà koperti mil-liġi kif inhi.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (17.9.2018)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 168/2013 fir-rigward tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi b'żewġ jew tliet roti u kwadriċikli
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(3)Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata l-eżenzjoni għall-mopeds (il-kategoriji L1e u L2e) mir-rekwiżit tal-istadju II għas-sistemi OBD u li dik l-eżenzjoni tiġi estiża għall-kwadriċikli ħfief (kategorija L6e) u l-muturi tas-subkategoriji enduro (L3e-AxE) u trials (L3e-AxT).
imħassar
Emenda 2
Proposta għal regolament
Premessa 4
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(4)Minħabba li l-mopeds tal-kategoriji ta' vetturi L1e u L2e huma diġà esklużi mir-rekwiżit tal-istadju II għas-sistemi OBD, il-vetturi tal-kategorija L6e li huma ddisinjati u mibnija fuq l-ispeċifikazzjonijiet tal-mopeds u li huma prodotti f'volumi żgħar ukoll jenħtieġ li jkunu eżentati minn dan ir-rekwiżit.
imħassar
Emenda 3
Proposta għal regolament
Premessa 5
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(5)Il-muturi tas-subkategoriji enduro u trials ikollhom ħajja qasira u huma simili ħafna fin-natura u fl-użu għall-kwadriċikli tqal għal kull tip ta' terren (L7e-B) li huma eżentati mir-rekwiżit tal-istadju II għas-sistemi OBD. Dik l-eżenzjoni għalhekk jenħtieġ li tiġi estiża għall-muturi tas-subkategoriji enduro u trials.
imħassar
Emenda 4
Proposta għal regolament
Premessa 7
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
(7) Minkejja li t-teknoloġija meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti Euro 5 diġà hija disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta' studju komprensiv tal-effett ambjentali mwettaq skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward in-natura tal-emissjonijiet Euro 5, li d-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal ċerti vetturi tal-kategorija L (L6e-AxT, L2e-U, L3e-AxT, u L3e-AxE) jeħtieġ li tiġi posposta mill-2020 għall-2022 biex jiżdied il-proporzjon ta' benefiċċji għall-kostijiet meta mqabblin max-xenarju ta' referenza. Barra minn hekk, il-manifatturi ta' dawn il-vetturi, li huma prinċipalment SMEs, jeħtieġu aktar żmien biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' motopropulsjoni b'emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni tkun tista' tinkiseb b'mod kosteffikaċi.
(7) Minkejja li t-teknoloġija meħtieġa biex jintlaħqu l-limiti Euro 5 diġà hija disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta' studju komprensiv tal-effett ambjentali mwettaq skont l-Artikolu 23(4) tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward in-natura tal-emissjonijiet Euro 5, li d-data ta' applikazzjoni tal-limiti tal-emissjonijiet Euro 5 għal ċerti vetturi tal-kategorija L (L6e-AxT, L2e-U, L3e-AxT, u L3e-AxE) jeħtieġ li tiġi posposta mill-2020 għall-2022 biex jiżdied il-proporzjon ta' benefiċċji għall-kostijiet meta mqabblin max-xenarju ta' referenza. Barra minn hekk, il-manifatturi ta' dawn il-vetturi, li huma prinċipalment SMEs, jeħtieġu aktar żmien biex jiżguraw li t-tranżizzjoni lejn sistemi ta' motopropulsjoni b'emissjonijiet żero, bħall-elettrifikazzjoni tkun tista' tinkiseb b'mod kosteffikaċi. Madankollu, huwa rikonoxxut li tranżizzjoni bikrija lejn teknoloġija b'emissjonijiet żero, fejn din tkun possibbli, ikollha impatt pożittiv fuq l-għanijiet ambjentali globali tal-Unjoni.
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) Nru 168/2013
Artikolu 21 – paragrafu 1
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Il-vetturi tal-kategorija L, bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e, għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD li tikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali u mal-proċeduri tal-ittestjar kif stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 8 u mid-dati ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness IV.
1. Il-vetturi tal-kategorija L, bl-eċċezzjoni tal-vetturi tal-kategoriji L1e, L2e u L6e, għandhom ikunu mgħammra b'sistema OBD li tikkonforma mar-rekwiżiti funzjonali u mal-proċeduri tal-ittestjar kif stabbiliti fl-atti delegati adottati skont il-paragrafu 8 u mid-dati ta' applikazzjoni stipulati fl-Anness IV. Il-manifatturi għandhom jiddisinjaw u jużaw is-sistema OBD b'mod li ma jippermettix it-tbagħbis jew manipulazzjoni intenzjonata mill-operaturi ekonomiċi, l-utenti, jew kwalunkwe parti oħra.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1
Regolament (UE) Nru 168/2013
Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1a.L-emissjonijiet minn sistema OBD m'għandhomx ikunu sistematikament diverġenti mill-prestazzjoni tal-emissjonijiet ittestjati meta dawk il-vetturi tal-kategorija L jitħaddmu f'kundizzjonijiet li wieħed raġonevolment jista' jistenna li jiltaqa' magħhom fit-tħaddim u l-użu normali.
Emenda 7
Proposta għal regolament
Anness – paragrafu 1 – punt a
Regolament (UE) Nru 168/2013
Anness IV – punti 1.1.2.1., 1.1.2.2. u 1.1.2.3.
Test propost mill-Kummissjoni
"1.1.2.1.
Euro 4: Anness VI A1
L1e, L2e, L6e
1.1.2017
1.1.2018
31.12.2020; għal L2e-U u L6e-B: 31.12.2022
1.1.2.2.
Euro 4: Anness VI A1
L3e, L4e, L5e, L7e
1.1.2016
1.1.2017
31.12.2020; għal L3e-AxE u L3e-AxT 31.12.2022
1.1.2.3.
Euro 5: Anness VI A2
L1e-L7e
1.1.2020; għal L2e-U; L3e-AxE; L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2022
1.1.2021; għal L2e-U; L3e-AxE; L3e-AxT u L6e-B: 1.1.2023
";
Emenda
"1.1.2.1.
Euro 4: Anness VI A1
L1e, L2e, L6e
1.1.2017
1.1.2018
31.12.2020
1.1.2.2.
Euro 4: Anness VI A1
L3e, L4e, L5e, L7e
1.1.2016
1.1.2017
31.12.2020
1.1.2.3.
Euro 5: Anness VI A2
L1e-L7e
1.1.2020
1.1.2021;
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu
Applikazzjoni tal-istadju Euro 5 għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli