RAPPORT dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda r-[Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac]], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA]

19.10.2018 - (COM(2018)0480 – C8-0293/2018 – 2017/0352(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Nuno Melo


Proċedura : 2017/0352(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0348/2018
Testi mressqa :
A8-0348/2018
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta emendata għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) u li jemenda r-[Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament Eurodac]], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], ir-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u r-Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament eu-LISA]

(COM(2018)0480 – C8-0293/2018 – 2017/0352(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0794) u l-proposta emendata (COM(2018)0480),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 74, il-punt (e) tal-Artikolu 78(2), il-punt (c) tal-Artikolu 79(2), il-punt (d) tal-Artikolu 82(1), l-Artikolu 85(1), il-punt (a) tal-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 88(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0293/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0348/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fl-Opinjoni tiegħu 4/2018 tas-16 ta' April 20181a, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data enfasizza li d-deċiżjoni biex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira jsiru interoperabbli mhux biss taffettwa b'mod permanenti u profond l-istruttura tagħhom u l-mod tagħhom kif joperaw, iżda tbiddel ukoll il-mod ta' kif il-prinċipji legali ġew interpretati s'issa f'dan il-qasam u, għaldaqstant, timmarka "punt mingħajr ritorn".

 

_________________

 

1a http://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/2018-04-16_interoperability_opinion_en.pdf

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Fl-Opinjoni tiegħu tal-11 ta' April 20181a, l-Artikolu 29, il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Data tenna li l-proċess lejn l-interoperabbiltà ta' sistemi jqajjem mistoqsijiet fundamentali rigward l-għan, in-neċessità, il-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data kif ukoll tħassib rigward il-prinċipji tal-limitazzjoni tal-iskop, il-minimizzazzjoni tad-data, iż-żamma tad-data u identifikazzjoni ċara ta' kontrollur tad-data.

 

_________________

 

1a http://ec.europa.eu/newsroom/article29/document.cfm?action=display&doc_id=51517

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Bl-għan li titjieb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, biex jiġi kkontribwit għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u biex jiġi kkontribwit għal livell għoli ta' sigurtà fi ħdan l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, inkluża ż-żamma tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku u tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, jiġifieri [is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES)], is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), [is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)], il-Eurodac, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u s-[Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)] biex dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż), repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) u detettur ta' identitajiet multipli (MID) bħala komponenti tal-interoperabbiltà.

(9)  Sabiex titjieb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, biex jiġi ffaċilitat il-qsim regolari tal-fruntieri, biex isir kontribut għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u biex isir kontribut għal livell għoli ta' sigurtà fi ħdan l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, inkluża ż-żamma tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku u tiġi ssalvagwardjata s-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri, biex tittejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi u tiġi assistita l-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u sabiex jiġu assistiti l-prevenzjoni, d-detezzjoni u l-investigazzjoni tar-reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, sabiex tinżamm il-fiduċja pubblika fis-sistema tal-migrazzjoni u l-ażil tal-Unjoni, il-miżuri ta' sigurtà tal-Unjoni u l-kapaċità tal-Unjoni li timmaniġġja l-fruntiera esterna, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, jiġifieri s-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (l-EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), [is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)], il-Eurodac, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) u s-[Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)] biex dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin sa fejn ikun possibbli filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tal-individwu, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali. Biex jinkiseb dan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż), repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) u detettur ta' identitajiet multipli (MID) bħala komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tippermetti li dawn sistemi jissupplimentaw lil xulxin biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni korretta tan-nies, isir kontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, jitjiebu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni eżistenti u futuri tal-UE, jissaħħu u jiġu ssimplifikati s-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-EES, għall-VIS, għall-[ETIAS] u għall-Eurodac, u jiġu appoġġati l-iskopijiet tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS u tas-[sistema ECRIS-TCN].

(10)  Jenħtieġ li l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni tippermetti lil dawn is-sistemi jissupplementaw lil xulxin biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni, għall-fini tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jew fil-kuntest tal-prevenzjoni, detezzjoni u investigazzjoni ta' reati kriminali serji – inklużi reati terroristiċi, biex isir kontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, jitjiebu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-Unjoni, isir kontribut għall-iżgurar tal-użu effettiv tas-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, tad-data tal-Europol u tal-bażijiet ta' data tal-Interpol billi jiġi ffaċilitat li l-awtoritajiet ikollhom aċċess għalihom skont id-drittijiet ta' aċċess tagħhom u l-objettivi u l-finijiet tagħhom kif stabbilit fl-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi rispettivi, jissaħħu, jiġu ssimplifikati u armonizzati s-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiġi żgurat li r-regoli kollha tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data jkunu applikabbli għas-sistemi tal-informazzjoni kollha u jiġi ffaċilitat u ssimplifikat l-aċċess tal-awtoritajiet maħtura għall-EES, għall-VIS, għall-[ETIAS] u għall-Eurodac, u jiġu appoġġjati l-iskopijiet tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS u tal-[ECRIS-TCN].

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jenħtieġ li l-komponenti tal-interoperabbiltà jkopru l-EES, il-VIS, l-[ETIAS], il-Eurodac, is-SIS u s-[sistema ECRIS-TCN]. Jenħtieġ li dawn ikopru wkoll id-data tal-Europol b'tali mod li din tkun tista' titfittex b'mod simultanju b'dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE.

(11)  Jenħtieġ li l-komponenti tal-interoperabbiltà jkopru l-EES, il-VIS, l-[ETIAS], il-Eurodac, is-SIS u s-[sistema ECRIS-TCN]. Jenħtieġ li dawn ikopru wkoll id-data tal-Europol biss b'tali mod li dik id-data tkun tista' titfittex b'mod simultanju b'dawn is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  It-tfal u l-persuni vulnerabbli jistħoqqilhom protezzjoni speċifika rigward id-data personali tagħhom peress li dawn jistgħu jkunu inqas konxji tar-riskji, tal-konsegwenzi u tas-salvagwardji kkonċernati u tad-drittijiet tagħhom b'rabta mal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-komponenti tal-interoperabbiltà jitfasslu filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tat-tfal u li d-drittijiet u l-integrità tagħhom jiġu rrispettati bis-sħiħ.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Jenħtieġ li l-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) jiġi stabbilit biex jiffaċilita teknikament il-ħila tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-korpi tal-UE biex ikollhom aċċess veloċi, mingħajr xkiel, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet tad-data tal-Interpol li huma meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom, u biex jiġu appoġġati l-għanijiet tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS, tas-[sistema ECRIS-TCN] u tad-data tal-Europol. Filwaqt li jippermetti li ssir tfittxija simultanja tas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti kollha tal-UE b'mod parallel, kif ukoll tad-data tal-Europol u tal-bażijiet ta' data tal-Interpol, jenħtieġ li l-ESP jaġixxi bħala punt uniku ta' servizz jew ta' "intermedjarju tal-messaġġi" biex jitfittxu diversi sistemi ċentrali u tinstab l-informazzjoni neċessarja mingħajr dewmien u bir-rispett sħiħ tar-rekwiżiti dwar il-kontroll tal-aċċess u tal-protezzjoni tad-data tas-sistemi sottostanti.

(13)  Jenħtieġ li l-ESP jiġi stabbilit biex jiffaċilita teknikament il-ħila tal-awtoritajiet awtorizzati tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni biex ikollhom aċċess għas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti tal-Unjoni, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet ta' data tal-Interpol safejn dan ikun meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom, u biex jappoġġja l-għanijiet tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS, tal-[ECRIS-TCN] u tad-data tal-Europol. Filwaqt li jippermetti li ssir tfittxija simultanja tas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni b'mod parallel, kif ukoll tad-data tal-Europol u tal-bażijiet ta' data tal-Interpol, jenħtieġ li l-ESP jaġixxi bħala punt uniku ta' servizz jew ta' "intermedjarju tal-messaġġi" biex jitfittxu diversi sistemi ċentrali u tinstab l-informazzjoni neċessarja mingħajr dewmien u bir-rispett sħiħ tar-rekwiżiti dwar il-kontroll tal-aċċess u tal-protezzjoni tad-data tas-sistemi sottostanti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jiġi żgurat użu veloċi u sistematiku tas-sistemi ta' informazzjoni kollha tal-UE, jenħtieġ li l-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) jintuża biex isiru tfittxijiet fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità, fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac u fis-[sistema ECRIS-TCN]. Madankollu, jenħtieġ li l-konnessjoni nazzjonali għas-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE tibqa' biex tipprovdi rikors tekniku. Jenħtieġ li l-ESP jintuża wkoll mill-korpi tal-Unjoni biex dawn ifittxu fis-SIS Ċentrali f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom u biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Jenħtieġ li l-ESP ikun mezz addizzjonali biex isiru tfittxijiet fis-SIS Ċentrali, fid-data tal-Europol u fis-sistemi tal-Interpol, filwaqt li jiġu kkomplimentati l-interfaċċi ddedikati eżistenti.

(16)  Biex jiġi żgurat użu veloċi u mingħajr xkiel tas-sistemi ta' informazzjoni kollha rilevanti tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ESP jintuża biex isiru tfittxijiet fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità, fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac u fl-[ECRIS-TCN]. Jenħtieġ li jiġi stabbilit backup ċentrali tal-Unjoni tal-ESP sabiex ikunu pprovduti l-funzjonalitajiet kollha prinċipali tal-ESP u livell simili ta' prestazzjoni f'każ li dan ikun bil-ħsara. Madankollu, jenħtieġ li l-konnessjoni nazzjonali għas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti differenti tal-Unjoni tibqa' biex tipprovdi rikors tekniku. Jenħtieġ li l-ESP jintuża wkoll mill-aġenziji tal-Unjoni biex dawn ifittxu fis-SIS Ċentrali f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom u biex iwettqu l-kompiti tagħhom. Jenħtieġ li l-ESP ikun mezz addizzjonali biex isiru tfittxijiet fis-SIS Ċentrali, fid-data tal-Europol u fis-sistemi tal-Interpol, filwaqt li jiġu kkomplementati l-interfaċċi ddedikati eżistenti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Data bijometrika, bħal marki tas-swaba' u immaġnijiet tal-wiċċ, huma uniċi u, għalhekk ferm aktar affidabbli minn data alfanumerika għall-identifikazzjoni ta' persuna. Jenħtieġ li s-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (il-BMS kondiviż) ikun għodda teknika biex tissaħħaħ u tiġi ffaċilitata l-ħidma tas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti tal-UE u tal-komponenti tal-interoperabbiltà l-oħra. Jenħtieġ li l-iskop prinċipali tal-BMS kondiviż ikun li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' individwu li jista' jkun irreġistrat f'bażijiet ta' data differenti, billi jqabbel id-data bijometrika tiegħu f'sistemi differenti u billi jibbaża fuq komponent teknoloġiku uniku wieħed minflok ħamsa differenti f'kull waħda mis-sistemi sottostanti. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż jikkontribwixxi għas-sigurtà, kif ukoll għall-benefiċċji finanzjarji, tal-manutenzjoni u dawk operazzjonali billi jibbaża fuq komponent teknoloġiku uniku wieħed minflok ħafna differenti f'kull waħda mis-sistemi sottostanti. Is-sistemi awtomatizzati kollha għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba', inklużi dawk użati bħalissa għall-Eurodac, għall-VIS u għas-SIS, jużaw mudelli bijometriċi msawra minn data miksuba minn estrazzjoni tal-karatteristiċi ta' kampjuni bijometriċi propji. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż jiġbor fi grupp u jaħżen dawn il-mudelli bijometriċi kollha f'post uniku wieħed, biex b'hekk jiffaċilita t-tqabbil bejn is-sistemi billi tintuża data bijometrika u jippermetti l-ekonomiji ta' skala fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tas-sistemi ċentrali tal-UE.

(17)  Data bijometrika, li fil-kontenut tar-regolament tinvolvi l-marki tas-swaba' u l-immaġnijiet tal-wiċċ biss u għalhekk teskludi marka tal-pala tal-id, huma uniċi u, għalhekk ferm aktar affidabbli minn data alfanumerika għall-identifikazzjoni ta' persuna. Madankollu, id-data bijometrika tikkostitwixxi data personali sensittiva. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-bażi u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta' din id-data għall-fini li l-persuni kkonċernati jiġu unikament identifikati. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż ikun għodda teknika biex jissaħħu u jiġu ffaċilitati l-ħidma tas-sistemi ta' informazzjoni rilevanti tal-Unjoni, l-użu effettiv tad-data tal-Europol u tal-komponenti tal-interoperabbiltà l-oħra. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż jissostitwixxi s-Sistemi Awtomatizzati għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' tal-EES, tal-VIS, tas-SIS, tal-Eurodac u tal-[ECRIS-TCN] u jenħtieġ għalhekk li ma jiddupplika la l-ħżin tad-data bijometrika u lanqas il-ħżin tal-mudelli bijometriċi. Jenħtieġ li l-iskop prinċipali tal-BMS kondiviż ikun li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' individwu li jista' jkun irreġistrat f'bażijiet ta' data differenti, billi jqabbel id-data bijometrika tiegħu f'sistemi differenti u billi jibbaża fuq komponent teknoloġiku uniku wieħed minflok ħamsa differenti f'kull waħda mis-sistemi sottostanti. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż jikkontribwixxi għas-sigurtà, kif ukoll għall-benefiċċji finanzjarji, tal-manutenzjoni u dawk operazzjonali billi jibbaża fuq komponent teknoloġiku uniku wieħed minflok ħafna differenti f'kull waħda mis-sistemi sottostanti. Is-sistemi awtomatizzati kollha għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba', inklużi dawk użati bħalissa għall-Eurodac, għall-VIS u għas-SIS, jużaw mudelli bijometriċi msawra minn data miksuba minn estrazzjoni tal-karatteristiċi ta' kampjuni bijometriċi proprji. Jenħtieġ li l-BMS kondiviż jiġbor fi grupp u jaħżen dawn il-mudelli bijometriċi kollha – loġikament separati skont is-sistema ta' informazzjoni li minnha d-data tkun oriġinat – f'post uniku wieħed, biex b'hekk jiffaċilita t-tqabbil bejn is-sistemi billi jintużaw mudelli bijometriċi u jippermetti l-ekonomiji ta' skala fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tas-sistemi ċentrali tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Il-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż li huma magħmula minn data miksuba minn estrazzjoni tal-karatteristiċi ta' kampjuni bijometriċi proprji jenħtieġ li jinkisbu b'tali mod li ma jippermettix it-treġġiegħ lura tal-proċess. Tassew, il-mudelli bijometriċi jenħtieġ li jinkisbu minn data bijometrika iżda jenħtieġ li ma jkunx possibbli li tinkiseb l-istess data bijometrika mill-mudelli bijometriċi.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Id-data bijometrika tikkostitwixxi data personali sensittiva. Jenħtieġ li dan ir-regolament jistabbilixxi l-bażi u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta' din id-data għall-fini ta' identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati biss.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Is-sistemi stabbiliti permezz tar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54 , tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55 , tar-[Regolament dwar l-ETIAS] għall-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni, is-sistema stabbilita mir-[Regolament Eurodac] biex jiġu identifikati l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, u s-sistema stabbilita permezz tar-[Regolament dwar is-sistema ECRIS-TCN] jeħtieġu li, biex ikunu effettivi, jibbażaw fuq l-identifikazzjoni preċiża ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-data personali tagħhom tkun maħżuna fihom.

(19)  Is-sistemi stabbiliti permezz tar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill54 , tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill55 , tar-[Regolament dwar l-ETIAS] għall-ġestjoni tal-fruntieri tal-Unjoni, is-sistema stabbilita mir-[Regolament Eurodac] biex jiġu identifikati l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, u s-sistema stabbilita permezz tar-[Regolament dwar is-sistema ECRIS-TCN] jirrikjedu l-identifikazzjoni preċiża ta' dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-data personali tagħhom tkun maħżuna fihom.

_________________

_________________

54 Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novebru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ir-Regolament dwar l-EES) (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20–82).

54 Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ir-Regolament dwar l-EES) (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20–82).

55 Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

55 Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

Ġustifikazzjoni

Bidla lingwistika

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li r-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) jipprovdi repożitorju kondiviż għad-data tal-identità u bijometrika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi rreġistrati fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac u fis-[sistema ECRIS-TCN], b'tali mod li jservi bħala l-komponent kondiviż bejn dawn is-sistemi għall-ħżin ta' din id-data, biex tkun tista' titfittex.

(25)  Jenħtieġ li s-CIR jipprevedi repożitorju kondiviż għad-data tal-identità u bijometrika ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi rreġistrati fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac u fl-[ECRIS-TCN], b'tali mod li jservi bħala l-komponent kondiviż bejn dawn is-sistemi għall-ħżin ta' din id-data, biex tkun tista' titfittex. Jenħtieġ li jiġi stabbilit backup ċentrali tal-Unjoni tas-CIR sabiex ikunu pprovduti l-funzjonalitajiet kollha tas-CIR prinċipali u livell simili ta' prestazzjoni f'każ li dan ikun bil-ħsara.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Biex tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta ta' persuna, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kompetenti għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2016/680 jenħtieġ li jkunu awtorizzati jfittxu fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) permezz tad-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda matul kontroll tal-identità.

(27)  Biex tiġi megħjuna l-identifikazzjoni korretta ta' dik il-persuna, meta l-awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru ma tkunx setgħet tidentifika persuna abbażi ta' tfittxija tas-CIR bl-użu ta' dokument tal-ivvjaġġar jew id-data tal-identità pprovduta minn dik il-persuna, jew meta jkun hemm dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew l-identità tad-detentur tiegħu, jew meta l-persuna ma tkunx tista' tikkoopera jew tirrifjuta li tikkoopera, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2016/680, waqt li jsegwu r-regoli u l-proċeduri previsti fid-dritt nazzjonali, jenħtieġ li jkunu awtorizzati jfittxu fis-CIR permezz tad-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda matul kontroll tal-identità, dejjem dment li l-persuna kkonċernata tkun fiżikament preżenti matul tali kontroll.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Meta d-data bijometrika tal-persuna ma tkunx tista' tintuża jew jekk it-tfittxija b'din id-data ma tirnexxix, jenħtieġ li t-tfittxija ssir bid-data tal-identità ta' dik il-persuna flimkien mad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar. Meta t-tfittxija tindika li d-data dwar dik il-persuna tkun maħżuna fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR), jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkollhom aċċess biex jikkonsultaw id-data tal-identità ta' dik il-persuna li tkun maħżuna fis-CIR, bla ma tiġi pprovduta ebda indikazzjoni dwar liema sistema ta' informazzjoni tal-UE tappartjeni d-data.

imħassar

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi wkoll possibbiltà ġdida għal aċċess issimplifikat għad-data lil hinn mid-data tal-identità preżenti fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS] jew fil-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi maħtura tal-Istati Membri u mill-Europol. Id-data, inkluża data oħra apparti data tal-identità li tinsab f'dawk is-sistemi, tista' tkun neċessarja għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji f'każ speċifiku.

(30)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jintroduċi wkoll possibbiltà ġdida għal aċċess issimplifikat għad-data lil hinn mid-data tal-identità preżenti fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS] jew fil-Eurodac mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u mill-Europol. Id-data, inkluża data oħra apparti data tal-identità li tinsab f'dawk is-sistemi, tista' tkun neċessarja għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni, għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji f'każ speċifiku li fih ikun hemm raġunijiet validi biex wieħed iqis li l-konsultazzjoni se tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni tar-reati kriminali inkwistjoni, b'mod partikolari meta jkun hemm suspett sostanzjali li s-suspettat, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor jaqa' taħt il-kategorija ta' ċittadin ta' pajjiż terz li d-data tiegħu tkun maħżuna fl-EES, fil-VIS, fl-ETIAS u fil-Eurodac. Jenħtieġ li dan l-aċċess semplifikat jingħata wara li tkun twettqet tfittxija preċedenti fil-bażijiet ta' data nazzjonali u tkun inbdiet tfittxija fis-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri l-oħra fil-qafas tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI1a.

 

__________________

 

1a Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  L-aċċess sħiħ għad-data neċessarja li tinsab fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE neċessarji għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni u ta' investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, lil hinn mid-data tal-identità rilevanti koperta fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) miksuba bl-użu tad-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda matul kontroll tal-identità, jenħtieġ li jibqa’ jiġi rregolat mid-dispożizzjonijiet fl-istrumenti legali rispettivi. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi maħtura u l-Europol ma jkunux jafu minn qabel liema mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fiha d-data tal-persuni li jkunu qed ifittxu dwarhom. Dan jirriżulta f'dewmien u f'ineffiċjenzi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-utent finali awtorizzat mill-awtorità maħtura jitħalla jara f'liema mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE tiġi rreġistrata d-data li tikkorrispondi għat-tfittxija introdotta. B'hekk, is-sistema kkonċernata tiġi mmarkata wara l-verifika awtomatizzata tal-preżenza ta' hit fis-sistema (l-hekk imsejħa funzjonalità ta' indikatur hit/ no-hit).

(31)  L-aċċess sħiħ għad-data neċessarja li tinsab fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni neċessarji għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni u ta' investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, lil hinn mid-data tal-identità rilevanti koperta fis-CIR miksuba bl-użu tad-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda matul kontroll tal-identità, jenħtieġ li jibqa’ jiġi rregolat mid-dispożizzjonijiet fl-istrumenti legali rispettivi. L-awtoritajiet maħtura u l-Europol ma jkunux jafu minn qabel liema mis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni fiha d-data tal-persuni li jkunu qed ifittxu dwarhom. Dan jirriżulta f'dewmien u f'ineffiċjenzi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-utent finali awtorizzat mill-awtorità maħtura jitħalla jara f'liema mis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni tiġi rreġistrata d-data li tikkorrispondi għat-tfittxija introdotta. B'hekk, is-sistema kkonċernata tiġi mmarkata wara l-verifika awtomatizzata tal-preżenza ta' hit fis-sistema (l-hekk imsejħa funzjonalità ta' indikatur hit/ no-hit) wara li jsiru l-verifiki neċessarji fil-bażijiet tad-data nazzjonali u wara li tkun inbdiet tfittxija fis-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri l-oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  It-tfittxija fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u mill-Europol biex jinkiseb tip ta' rispons ta' indikatur hit/no-hit li jindika li d-data hi rreġistrata fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS] jew fil-Eurodac teħtieġ l-ipproċessar awtomatizzat ta' data personali. Indikatur hit/no-hit ma jkunx jikxef id-data personali tal-individwu kkonċernat apparti indikazzjoni li parti mid-data tiegħu jew kollha kemm hi tkun maħżuna f'waħda mis-sistemi. Jenħtieġ li l-utent finali awtorizzat ma jieħu ebda deċiżjoni avversa għall-individwu kkonċernat esklużivament fuq il-bażi tas-sempliċi okkorrenza ta' indikatur hit/ no-hit. Għaldaqstant, l-aċċess mill-utent finali ta' indikatur hit/no-hit ikollu interferenza limitata ħafna mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tal-individwu kkonċernat, filwaqt li jkun neċessarju biex l-awtorità maħtura u l-Europol jitħallew jindirizzaw it-talba tiegħu għal aċċess għad-data personali b'mod aktar effettiv direttament għas-sistema li tkun ġiet indikata bħala dik li taħżinha.

(33)  It-tfittxija fis-CIR mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u mill-Europol biex jinkiseb tip ta' rispons ta' indikatur hit/no-hit li jindika li d-data hi rreġistrata fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS] jew fil-Eurodac tirrikjedi l-ipproċessar awtomatizzat ta' data personali. Indikatur hit/no-hit jenħtieġ li jikxef biss id-data personali tal-individwu kkonċernat apparti indikazzjoni li parti mid-data tiegħu tkun maħżuna f'waħda mis-sistemi, dment li l-awtorità li tagħmel it-tfittxija jkollha aċċess għal dik is-sistema. Jenħtieġ li l-utent finali awtorizzat ma jieħu ebda deċiżjoni avversa għall-individwu kkonċernat esklużivament fuq il-bażi tas-sempliċi okkorrenza ta' indikatur hit/ no-hit, u l-indikatur hit/no-hit jenħtieġ li jintuża mill-awtoritajiet rilevanti biss bl-iskop li jiddeċiedu f'liema bażi ta' data se jwettqu tfittxija. Għaldaqstant, l-aċċess mill-utent finali ta' indikatur hit/no-hit ikollu interferenza limitata ħafna mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tal-individwu kkonċernat, filwaqt li jkun neċessarju biex l-awtorità maħtura u l-Europol jitħallew jindirizzaw it-talba tiegħu għal aċċess għad-data personali b'mod aktar effettiv direttament għas-sistema li tkun ġiet indikata bħala dik li taħżinha.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  L-approċċ ta' konsultazzjoni tad-data maqsum fuq żewġ stadji hu partikolarment siewi f'każijiet li fihom il-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ssuspettata ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor ma jkunux magħrufa. Jenħtieġ li f'dawn il-każijiet ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) jippermetti l-identifikazzjoni tas-sistema ta' informazzjoni li tkun taf il-persuna fi tfittxija waħda. Bil-ħolqien tal-obbligu li jintuża dan l-approċċ il-ġdid ta' aċċess għall-infurzar tal-liġi f'dawn il-każijiet, l-aċċess għad-data personali maħżuna fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS] u fil-Eurodac jenħtieġ li jseħħ mingħajr ir-rekwiżiti ta' tfittxija preċedenti f'bażijiet ta' data nazzjonali u t-tnedija ta' tfittxija preċedenti fis-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' ta' Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. Il-prinċipju ta' tfittxija preċedenti jillimita b'mod effettiv il-possibbiltà li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jikkonsultaw sistemi għal skopijiet iġġustifikati ta' infurzar tal-liġi u, b'hekk, jista' jwassal għal opportunitajiet mitlufa biex tiġi żvelata informazzjoni neċessarja. Ir-rekwiżiti ta' tfittxija preċedenti fil-bażijiet tad-data nazzjonali u t-tnedija ta' tfittxija preċedenti fis-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' ta' Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI jenħtieġ li jieqfu japplikaw biss ladarba ssir operazzjonali s-salvagwardja alternattiva tal-approċċ maqsum fuq żewġ stadji għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi permezz tas-CIR.

(34)  L-approċċ ta' konsultazzjoni tad-data maqsum fuq żewġ stadji hu partikolarment siewi f'każijiet li fihom il-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ssuspettata ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor ma jkunux magħrufa. Jenħtieġ li f'dawn il-każijiet is-CIR jippermetti lill-awtorità maħtura rilevanti tidentifika s-sistema ta' informazzjoni li tkun taf il-persuna fi tfittxija waħda, wara l-verifiki meħtieġa f'bażijiet ta' data nazzjonali u ladarba tfittxija fis-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' ta' Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI tkun inbdiet għall-finijiet ġustifikati tal-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni tar-reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Il-possibbiltà li jinkisbu l-għanijiet tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE hi mxekkla mill-inabbiltà li l-awtoritajiet li jużaw dawn is-sistemi jwettqu verifiki affidabbli biżżejjed tal-identitajiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-data tagħhom tkun maħżuna f'sistemi differenti. Din l-inabbiltà hija ddeterminata mill-fatt li l-ġabra ta' data tal-identità maħżuna f'sistema individwali partikolari tista' tkun frodulenti, żbaljata, jew inkompluta, u li bħalissa ma hemm l-ebda possibbiltà ta' detezzjoni ta' data tal-identità frodulenti, żbaljata jew inkompluta bħal din permezz ta' tqabbil mad-data maħżuna f'sistema oħra. Biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni, hemm bżonn li jkun hemm strument tekniku fil-livell tal-Unjoni li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għal dawn l-iskopijiet.

(36)  Sabiex jitwettqu aħjar l-għanijiet tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, jenħtieġ li l-awtoritajiet li jużaw dawk is-sistemi jkunu kapaċi jwettqu verifiki affidabbli biżżejjed tal-identitajiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-data tagħhom tkun maħżuna f'sistemi differenti. Is-sett ta' data tal-identità maħżun f'sistema individwali partikolari jista' jkun skorrett, inkomplet jew frodulenti, u bħalissa ma hemm l-ebda mod biex tinkixef data tal-identità skorretta, inkompleta jew frodulenti permezz ta' tqabbil mad-data maħżuna f'sistema oħra. Biex tiġi rrimedjata din is-sitwazzjoni, hemm bżonn li jkun hemm strument tekniku fil-livell tal-Unjoni li jippermetti l-identifikazzjoni preċiża taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għal dawn l-iskopijiet.

Ġustifikazzjoni

L-istatistika dwar id-data tal-identità frodulenti fis-sistemi tal-informazzjoni tal-UE hija, fiha nnifisha, inkompleta. Madankollu, il-problemi tad-data skorretta u inkompleta huma magħrufa sew kif deskritt fl-Opinjoni dwar l-Interoperabbiltà tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali (paġna 49).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Jenħtieġ li d-detettur ta' identitajiet multipli (MID) joħloq u jaħżen links bejn id-data fis-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-UE għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli, bl-iskop doppju ta' ffaċilitar tal-kontrolli tal-identità għal vjaġġaturi bona fede u biex tiġi miġġielda l-frodi tal-identità. Jenħtieġ li l-MID ikun fih biss il-links bejn l-individwi preżenti f'aktar minn sistema ta' informazzjoni waħda tal-UE, strettament limitat għad-data neċessarja biex jiġi vverifikat li persuna tkun irreġistrata b'mod legali jew illegali taħt identitajiet bijografiċi differenti f'sistemi differenti, jew biex jiġi ċċarat li żewġ persuni li jkollhom data bijografika simili jaf ma jkunux l-istess persuna. L-ipproċessar ta' data permezz tal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) u sservizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż) biex jiġu llinkjati fajls individwali fost sistemi individwali jenħtieġ li jinżamm għal minimu assolut u, għalhekk, hu limitat għal detezzjoni ta' identitajiet multipli malli tiddaħħal data ġdida f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni inklużi fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità u fis-SIS. Jenħtieġ li l-MID jinkludi salvagwardji kontra diskriminazzjoni jew deċiżjonijiet mhux favorevoli potenzjali għal persuni b'diversi identitajiet legali.

(37)  Jenħtieġ li l-MID joħloq u jaħżen links bejn id-data fis-sistemi ta' informazzjoni differenti tal-Unjoni għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli, bl-iskop doppju ta' ffaċilitar tal-kontrolli tal-identità għal vjaġġaturi in bona fede u ta' ġlieda kontra l-frodi tal-identità. Il-ħolqien ta' dawk il-links jikkostitwixxi t-teħid ta' deċiżjonijiet awtomizzat kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2016/679 u fid-Direttiva (UE) 2016/680 u għalhekk jirrikjedi t-trasparenza lejn l-individwi affettwati u l-implimentazzjoni ta' salvagwardji neċessarji b'mod konformi mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-MID ikun fih biss il-links bejn l-individwi preżenti f'aktar minn sistema ta' informazzjoni waħda tal-Unjoni, strettament limitat għad-data neċessarja biex jiġi vverifikat li persuna tkun irreġistrata b'mod legali jew illegali taħt identitajiet bijografiċi differenti f'sistemi differenti, jew biex jiġi ċċarat li żewġ persuni li jkollhom data bijografika simili jaf ma jkunux l-istess persuna. L-ipproċessar ta' data permezz tal-ESP u l-BMS kondiviż biex jiġu llinkjati fajls individwali fost sistemi individwali u l-bażi ta' data tal-Europol jenħtieġ li jinżamm għal minimu assolut u, għalhekk, hu limitat għal detezzjoni ta' identitajiet multipli malli tiddaħħal data ġdida f'waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni inklużi fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità u fis-SIS. Jenħtieġ li l-MID jinkludi salvagwardji kontra diskriminazzjoni jew deċiżjonijiet mhux favorevoli potenzjali għal persuni b'diversi identitajiet legali.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  L-aċċess għad-detettur ta' identitajiet multipli (MID) mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-korpi tal-UE li jkollhom aċċess għal tal-anqas sistema ta' informazzjoni waħda tal-UE inkluża fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) jew għas-SIS jenħtieġ li jkun limitat għall-hekk imsejħa links ħomor fejn id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda data tal-identità differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod illegali għall-istess persuna, jew fejn id-data llinkjata jkollha data tal-identità simili u l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod illegali għall-istess persuna. Meta d-data tal-identità llinkjata ma tkunx simili, jenħtieġ li tiġi stabbilita link safra u jenħtieġ li ssir verifika manwali biex tiġi kkonfermata l-link jew inkella għandu jitbiddel il-kulur tagħha kif xieraq.

(41)  L-aċċess għall-MID mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mill-korpi tal-Unjoni li jkollhom aċċess għal tal-anqas sistema ta' informazzjoni waħda tal-Unjoni inkluża fis-CIR jew fis-SIS jenħtieġ li jkun limitat għall-hekk imsejħa links ħomor fejn id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda data tal-identità differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod mhux ġustifikat għall-istess persuna, jew fejn id-data llinkjata jkollha data tal-identità simili u l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod mhux ġustifikat għall-istess persuna. Meta d-data tal-identità llinkjata ma tkunx simili, jenħtieġ li tiġi stabbilita link safra u jenħtieġ li ssir verifika manwali biex tiġi kkonfermata l-link jew inkella għandu jitbiddel il-kulur tagħha kif xieraq.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a)  Jenħtieġ li l-eu-LISA tiżviluppa u timmaniġġja l-komponenti kollha tal-interoperabbiltà b'tali mod li tiżgura l-aċċess veloċi, mingħajr xkiel, effiċjenti u kkontrollat u d-disponibbiltà sħiħa ta' dawn il-komponenti b'ħin tar-rispons konformi mal-ħtiġijiet operattivi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)  Jenħtieġ li l-eu-LISA tistabbilixxi mekkaniżmi awtomatizzati għall-kontroll talkwalità tad-data u indikaturi komuni tal-kwalità tad-data. L-eu-LISA jenħtieġ li tkun responsabbli biex tiżviluppa kapaċità ta' monitoraġġ ċentrali għall-kwalità tad-data u biex tipproduċi rapporti regolari ta' analiżi tad-data biex ittejjeb il-kontroll tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE. Jenħtieġ li l-indikaturi komuni tal-kwalità jinkludu l-istandards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew fil-komponenti tal-interoperabbiltà. L-iskop ta' tali standards dwar il-kwalità tad-data jenħtieġ li jkun li s-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u l-komponenti tal-interoperabbiltà jidentifikaw b'mod awtomatiku s-sottomissjonijiet tad-data apparentement skorretti jew inkonsistenti biex l-Istat Membru ta' oriġini jkun jista' jivverifika d-data u jwettaq kull azzjoni korrettiva meħtieġa.

(44)  Jenħtieġ li l-eu-LISA tistabbilixxi mekkaniżmi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u indikaturi komuni tal-kwalità tad-data. Jenħtieġ li l-eu-LISA tibgħat twissijiet awtomatiċi u immedjati lill-awtorità li ddaħħal id-data jekk ma jiġux issodisfati l-istandards minimi għall-kwalità tad-data. L-eu-LISA jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iżvilupp tal-kapaċità ta' monitoraġġ ċentrali għall-kwalità tad-data u għall-produzzjoni ta' rapporti regolari ta' analiżi tad-data biex ittejjeb il-kontroll tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-indikaturi komuni tal-kwalità jinkludu l-istandards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni jew fil-komponenti tal-interoperabbiltà. L-iskop ta' tali standards dwar il-kwalità tad-data jenħtieġ li jkun li s-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u l-komponenti tal-interoperabbiltà jidentifikaw b'mod awtomatiku s-sottomissjonijiet tad-data apparentement skorretti jew inkonsistenti biex l-Istat Membru ta' oriġini jkun jista' jivverifika d-data u jwettaq kull azzjoni korrettiva meħtieġa.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Jenħtieġ li l-Format Universali ta' Messaġġ (UMF) jistabbilixxi standard għall-iskambju strutturat u transfruntier ta' informazzjoni bejn is-sistemi ta' informazzjoni, l-awtoritajiet u/jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet interni. L-UMF jenħtieġ li jiddefinixxi vokabolarju u strutturi loġiċi komuni għal informazzjoni skambjata ta' spiss bl-għan li jiffaċilita l-interoperabbiltà billi jippermetti l-ħolqien u l-qari tal-kontenut tal-iskambju b'mod konsistenti u semantikament ekwivalenti.

(46)  Jenħtieġ li l-Format Universali ta' Messaġġ (UMF) jistabbilixxi standard għall-iskambju strutturat u transfruntier ta' informazzjoni bejn is-sistemi ta' informazzjoni, l-awtoritajiet u/jew l-organizzazzjonijiet fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet interni. L-UMF jenħtieġ li jiddefinixxi vokabolarju u strutturi loġiċi komuni għal informazzjoni skambjata ta' spiss bl-għan tal-faċilitazzjoni tal-interoperabbiltà billi jippermetti l-ħolqien u l-qari tal-kontenut tal-iskambju b'mod konsistenti u semantikament ekwivalenti.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) biex tiġi ġġenerata data statistika u rapportar analitiku bejn is-sistemi għall-finijiet ta' politika, operazzjonali u ta' kwalità tad-data. L-eu-LISA jenħtieġ li tistabbilixxi, timplimenta u tospita s-CRRS fis-siti tekniċi tagħha li jkun fihom data statistika anonima mis-sistemi msemmija aktar 'il fuq, ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità, id-detettur ta' identitajiet multipli u s-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż). Id-data li tinsab fis-CRRS jenħtieġ li ma tkunx tippermetti li l-individwi jiġu identifikati. Jenħtieġ li l-eu-LISA trendi d-data anonima u jenħtieġ li tirreġistra t-tali data anonima fis-CRRS. Jenħtieġ li l-proċess biex id-data ssir anonima jiġi awtomatizzat u jenħtieġ li ma jingħata ebda aċċess dirett lill-persunal tal-eu-LISA għall-ebda data personali maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew fil-komponenti tal-interoperabbiltà.

(47)  Jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika (CRRS) biex tiġi ġġenerata data statistika u rapportar analitiku bejn is-sistemi għall-finijiet ta' politika, operazzjonali u ta' kwalità tad-data f'konformità mal-għanijiet tas-sistemi sottostanti u l-bażijiet legali rispettivi tagħhom. L-eu-LISA jenħtieġ li tistabbilixxi, timplimenta u tospita s-CRRS fis-siti tekniċi tagħha li jkun fihom data statistika anonima mis-sistemi msemmija aktar 'il fuq, is-CIR, l-MID u l-BMS kondiviż. Id-data li tinsab fis-CRRS jenħtieġ li ma tkunx tippermetti li l-individwi jiġu identifikati. Jenħtieġ li l-eu-LISA trendi immedjatament id-data anonima u jenħtieġ li tirreġistra biss tali data anonimizzata fis-CRRS. Jenħtieġ li l-proċess biex id-data ssir anonima jiġi awtomatizzat u jenħtieġ li ma jingħata ebda aċċess dirett lill-persunal tal-eu-LISA għall-ebda data personali maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni jew fil-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali, sakemm tali proċessar ma jitwettaqx mill-awtoritajiet maħtura jew mill-punti ta' aċċess ċentrali tal-Istati Membri għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni jew ta' investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, meta jenħtieġ li tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(48)  Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament mill-awtoritajiet nazzjonali, sakemm tali proċessar ma jitwettaqx mill-awtoritajiet maħtura jew mill-punti ta' aċċess ċentrali tal-Istati Membri għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni jew ta' investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, każ li fih jenħtieġ li tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali stabbiliti f'konformità mar-[Regolament (UE) 2016/679] jimmonitorjaw il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jimmonitorja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-ipproċessar ta' data personali mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

(51)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 jew mad-Direttiva (UE) 2016/680 jissorveljaw il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jissorvelja l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tal-Unjoni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u l-awtoritajiet superviżorji jikkooperaw ma' xulxin fil-monitoraġġ tal-ipproċessar tad-data personali. 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  "(...) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fi ... "

(52)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta l-opinjoni tiegħu fis-16 ta' April 2018.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Fir-rigward tal-kunfidenzjalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li japplikaw għal uffiċjali jew għal impjegati oħra li jkunu qed jaħdmu u huma impjegati b'rabta mas-SIS.

(53)  Fir-rigward tal-kunfidenzjalità, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li japplikaw għal uffiċjali jew għal impjegati oħra li jkunu qed jaħdmu u huma impjegati b'rabta mad-data li jkun sar aċċess għaliha permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)  Biex l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi tal-UE jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), hemm bżonn li jiġi previst perjodu tranżitorju. B'mod simili, biex ikun hemm funzjonament koerenti u ottimali tad-detettur ta' identitajiet multipli (MID), jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri ta' tranżizzjoni għall-bidu tal-operazzjonijiet tiegħu.

(56)  Biex l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi tal-Unjoni jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda dwar l-użu tal-ESP, hemm bżonn li jiġi previst perjodu tranżitorju li jenħtieġ li jinvolvi, fost l-oħrajn, programmi ta' taħriġ għall-utenti finali biex jiġi żgurat it-tħaddim tal-istrumenti ġodda skont il-potenzjal sħiħ tagħhom. B'mod simili, biex ikun hemm funzjonament koerenti u ottimali tal-MID, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri ta' tranżizzjoni għall-bidu tal-operazzjonijiet tiegħu.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  L-ispejjeż għall-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà maħsuba skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali kurrenti huma anqas mill-ammont li fadal fil-baġit allokat għal Fruntieri Intelliġenti fir-Regolament (UE) 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58. Għaldaqstant, dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014, jenħtieġ li jalloka mill-ġdid l-ammont attwalment attribwit għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT b'appoġġ tal-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni.

(57)  L-ammont li fadal fil-baġit allokat għall-iżvilupp ta' sistemi tal-IT b'appoġġ tal-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 jenħtieġ li jiġi allokat mill-ġdid għal dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 5(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014.

 

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-eu-LISA tagħmel ħilitha biex iżżomm l-ispejjeż baxxi kemm jista' jkun u tidentifika u timplimenta l-aktar soluzzjonijiet tekniċi kosteffettivi.

_________________

_________________

58 Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

58 Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

Ġustifikazzjoni

L-ispejjeż ipproġettati ta' spiss ma jirriflettux l-ispejjeż reali. Kulma jista' jingħad b'ċertezza f'dan l-istadju huwa li l-ammont disponibbli li fadal fil-qafas tar-Regolament 515/2014 għandu jiġi allokat mill-ġdid għal dan ir-Regolament.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 57a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(57a)  Ikun xieraq li, tul il-fażi tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa ta' armonizzazzjoni ulterjuri tas-sistemi u l-infrastrutturi nazzjonali tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni u tagħmel rakkomandazzjonijiet. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu wkoll valutazzjoni tal-impatt u valutazzjoni tal-ispejjeż tagħhom għall-baġit tal-Unjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)  Biex jiġu ssupplimentati ċerti aspetti tekniċi dettaljati ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta'atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-profili għall-utenti tal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) u tal-kontenut u l-format tat-tweġibiet tal-ESP. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201659. B'mod partikolari biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni indaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(58)  Biex jiġu ssupplimentati ċerti aspetti tekniċi dettaljati ta' dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni. B'mod partikolari, jenħtieġ li tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni fir-rigward tal-profili għall-utenti tal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), il-kontenut u l-format tat-tweġibiet tal-ESP, il-proċeduri biex jiġu ddeterminati l-każijiet li fihom id-data tal-identità tista' titqies bħala identika jew simili, u r-regoli dwar l-operat tas-CRRS, inklużi salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar tad-data personali u r-regoli ta' sigurtà applikabbli għar-repożitorju. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anki fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201659 . B'mod partikolari biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni indaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

_________________

_________________

59 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32016Q0512(01)&from=EN.

59 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32016Q0512(01)&from=EN.

Ġustifikazzjoni

L-elementi addizzjonali dwar il-proċeduri għad-data tal-identità u fir-rigward tas-CRRS jissupplementaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li, f'din il-kapaċità tagħhom, ikunu s-suġġett ta' att delegat.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta regoli dettaljati dwar: il-mekkaniżmi, il-proċeduri u l-indikaturi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data; l-iżvilupp tal-istandard tal-UMF; il-proċeduri għad-determinazzjoni tal-każijiet ta' similarità tal-identitajiet; it-tħaddim tar-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistiki; u l-proċedura ta' kooperazzjoni fil-każ ta' inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60.

(59)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta regoli dettaljati dwar: il-mekkaniżmi, il-proċeduri u l-indikaturi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data; l-iżvilupp tal-istandard tal-UMF; u l-proċedura ta' kooperazzjoni fil-każ ta' inċidenti li jaffettwaw is-sigurtà. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill60.

_________________

_________________

60 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

60 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda qed titressaq għal finijiet ta' konsistenza ma' dik preċedenti.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 68a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(68a)  Peress li l-komponenti tal-interoperabbiltà se jinvolvu l-ipproċessar ta' ammonti sinifikanti ta' data personali sensittiva, huwa importanti li l-persuni li d-data tagħhom qed tiġi pproċessata permezz ta' dawn il-komponenti jkunu jistgħu jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom kif stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 680/2016 u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. F'dan ir-rigward, bl-istess mod bħalma ġie pprovdut portal uniku lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex iwettqu tfittxijiet fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, jenħtieġ li lis-suġġetti tad-data jiġi pprovdut servizz web uniku li permezz tiegħu huma jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għall-aċċess, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tad-data personali tagħhom. Jenħtieġ li l-eu-LISA tistabbilixxi tali servizz fuq il-web u tospitah fuq is-sit tekniku tagħha. Peress li l-eu-LISA mhijiex responsabbli għad-dħul tad-data personali jew il-verifika tal-identitajiet, jenħtieġ li kwalunkwe talba minn suġġett tad-data tiġi trażmessa permezz tas-servizz web jew lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew lill-Istat Membru responsabbli għad-dħul tad-data fis-sistema ta' informazzjoni sottostanti.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 68b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(68b)  L-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jiddikjara li kwalunkwe ndħil fid-dritt għar-rispett tal-ħajja privata jrid iservi għan leġittimu u jkun kemm neċessarju u kif ukoll proporzjonat ħlief f'tali każijiet meta skont il-liġi tali azzjoni hija meħtieġa f'soċjetà demokratika fl-interessi tas-sigurtà nazzjonali, tas-sigurtà pubblika jew tal-ġid ekonomiku tal-pajjiż, biex jiġi evitat id-diżordni jew l-għemil ta' delitti, għall-protezzjoni tas-saħħa jew tal-morali jew għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta' ħaddieħor.

Ġustifikazzjoni

Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata huma minquxa kemm fid-dritt tal-UE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) u kif ukoll fil-qafas tal-ogħla strumenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem. Peress li din il-leġiżlazzjoni tittratta kemm id-data personali kif ukoll il-privatezza tal-persuni, huwa essenzjali li ż-żewġ strumenti jkunu riflessi fil-premessi tal-liġi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 68c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(68c)  Wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-data huwa l-minimizzazzjoni tad-data kif enfasizzat fl-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (UE) 2016/679 li b'konformità miegħu l-ipproċessar tad-data personali jrid ikun adegwat, rilevanti, u limitat għal dak li huwa meħtieġ b'rabta mal-finijiet li għalihom tkun qed tiġi pproċessata.

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata huma minquxa kemm fid-dritt tal-UE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) u kif ukoll fil-qafas tal-ogħla strumenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem. Peress li din il-leġiżlazzjoni tittratta kemm id-data personali kif ukoll il-privatezza tal-persuni, huwa essenzjali li ż-żewġ strumenti jkunu riflessi fil-premessi tal-liġi.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 68d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(68d)  L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679 jipprevedi li d-data personali trid tinġabar għal finijiet speċifikati, espliċiti u leġittimi u ma tiġix ipproċessata ulterjorment b'mod inkompatibbli ma' dawk il-finijiet. Barra minn hekk, l-ipproċessar ulterjuri għal finijiet ta' arkivjar fl-interess pubbliku, għal finijiet ta' riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika jrid jirrispetta l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-fini.

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata huma minquxa kemm fid-dritt tal-UE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) u kif ukoll fil-qafas tal-ogħla strumenti tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem. Peress li din il-leġiżlazzjoni tittratta kemm id-data personali kif ukoll il-privatezza tal-persuni, huwa essenzjali li ż-żewġ strumenti jkunu riflessi fil-premessi tal-liġi.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament, flimkien mar-[Regolament 2018/xx dwar l-interoperabbiltà, il-fruntieri u l-viża] jistabbilixxi qafas għall-iżgurar tal-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), [is-sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)], il-Eurodac, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), u [s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)] biex dawn is-sistemi u d-data jissupplimentaw lil xulxin.

1.  Dan ir-Regolament, flimkien mar-[Regolament 2018/xx dwar l-interoperabbiltà, il-fruntieri u l-viża], jistabbilixxi qafas għall-iżgurar tal-interoperabbiltà bejn is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), [is-sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)], il-Eurodac, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), u [s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN)].

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data, dwar Format Universali ta' Messaġġ (UMF), dwar repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistiki (CRRS) u jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), fir-rigward tad-disinn u tal-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

3.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tal-kwalità tad-data, dwar Format Universali ta' Messaġġ (UMF), dwar repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistiki (CRRS) u jistabbilixxi r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u tal-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (eu-LISA), fir-rigward tad-disinn, tal-iżvilupp u tal-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Dan ir-Regolament jadatta wkoll il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) għas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), għas-[Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS),] u għall-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom.

4.  Dan ir-Regolament jadatta wkoll il-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-aċċess mill-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) għall-EES, għall-VIS, għall-ETIAS, u għall-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, tad-detezzjoni u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll qafas għall-verifika tal-identitajiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u għall-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għanijiet tal-interoperabbiltà

Għanijiet

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  li jtejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni;

(a)  li jtejjeb l-effettività u l-effiċjenza tal-verifiki fil-fruntieri tal-fruntieri esterni;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari;

(b)  li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb)  li jgħin fl-identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li ma jkunux kapaċi jidentifikaw lilhom infushom jew fdalijiet umani mhux identifikati f'każijiet ta' diżastri naturali, inċidenti jew attakki terroristiċi.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għanijiet ta' żgurar tal-interoperabbiltà għandhom jintlaħqu billi:

2.  Dawk l-għanijiet għandhom jintlaħqu billi:

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;

(a)  tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni korretta ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi rreġistrati fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jingħata kkontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jittejbu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE;

(c)  tittejjeb il-kwalità tad-data u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni filwaqt li jiġu rrispettati r-rekwiżiti relatati mal-ipproċessar tad-data tal-bażijiet ġuridiċi tas-sistemi individwali, l-istandards u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  tittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-oqsma tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni eżistenti u futuri tal-UE;

(d)  tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni eżistenti u futuri tal-Unjoni;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jissaħħu u jiġu ssimplifikati u jiġu allinjati aħjar il-kundizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data u mal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE;

(e)  jissaħħu u jiġu ssimplifikati u jiġu allinjati aħjar il-kundizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data u mal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni u s-salvagwardji speċjali pprovduti lil ċerti kategoriji ta' data;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi għall-EES, għall-VIS, għall-[ETIAS] u għall-Eurodac;

(f)  jiġu integrati u ssimplifikati l-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet maħtura għall-EES, għall-VIS, għall-[ETIAS] u għall-Eurodac, filwaqt li jiġu żgurati l-kundizzjonijiet neċessarji u proporzjonati għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Dan ir-Regolament japplika għal persuni li fir-rigward tagħhom tista' tiġi pproċessata data personali fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE msemmija fil-paragrafu 1 u fid-data tal-Europol imsemmija fil-paragrafu 2.

3.  Dan ir-Regolament japplika għal persuni li fir-rigward tagħhom tista' tiġi pproċessata data personali fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 u fid-data tal-Europol imsemmija fil-paragrafu 2, biss għall-finijiet kif iddefiniti fil-bażi ġuridika sottostanti għal dawk is-sistemi ta' informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li wieħed itenni li, rigward il-kamp ta' applikazzjoni, l-ipproċessar tad-data personali permezz tal-interoperabbiltà għandha sservi biss għall-ksib tal-finijiet tas-sistemi sottostanti.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "awtorità tal-fruntiera" tfisser il-gwardja tal-fruntiera assenjat skont il-liġi nazzjonali biex iwettaq verifiki fil-fruntieri;

(3)  "awtorità tal-fruntiera" tfisser il-gwardja tal-fruntiera assenjata skont il-liġi nazzjonali biex twettaq verifiki fil-fruntieri kif definit fl-Artikoli 2(11) tar-Regolament (UE) 2016/399;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  "sistemi ta' informazzjoni tal-UE" tfisser is-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-eu-LISA;

(18)  "sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni" tfisser l-EES, il-VIS, l-[ETIAS], il-Eurodac, is-SIS u l-[ECRIS-TCN] ġestiti b'mod operazzjonali mill-eu-LISA;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  "data tal-Europol" tfisser data personali pprovduta mill-Europol għall-fini msemmi fl-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794;

(19)  "data tal-Europol" tfisser data personali pproċessata mill-Europol għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  "pariġġ" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza stabbilita bit-tqabbil ta' żewġ okkorrenzi jew aktar ta' data personali rreġistrati jew li qed jiġu rreġistrati f'sistema ta' informazzjoni jew f'bażi tad-data;

(21)  "pariġġ" tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza identika jew simili b'riżultat ta' tqabbil awtomatizzat bejn id-data personali rreġistrata jew li qed tiġi rreġistrata f'sistema ta' informazzjoni jew f'bażi tad-data;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  "hit" tfisser il-konferma ta' pariġġ wieħed jew ta' diversi;

imħassar

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  "awtoritajiet maħtura" tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226, fl-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, [fl-Artikolu 43 tar-Regolament dwar l-ETIAS] u [fl-Artikolu 6 tar-Regolament Eurodac];

(24)  "awtoritajiet maħtura" tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri kif definiti fl-Artikolu 3(26) tar-Regolament (UE) 2017/2226, fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI, [fl-Artikolu 3(21) tar-Regolament dwar l-ETIAS] u msemmija [fl-Artikolu 6 tar-Regolament Eurodac];

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  "reat terroristiku" tfisser reat skont il-liġi nazzjonali li jikkorrispondi jew li hu ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541;

(25)  "reat terroristiku" tfisser reat skont il-liġi nazzjonali li jikkorrispondi għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541, jew li huwa ekwivalenti għal wieħed minn dawk ir-reati għall-Istati Membri li mhumiex marbuta b'dik id-Direttiva;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  "SIS" tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen kif imsemmija [fir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri, fir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u fir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tar-ritorn illegali];

(31)  "SIS" tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen kif imsemmija [fir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri, fir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u fir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tar-ritorn];

 

(Emenda orizzontali li tapplika għat-test kollu.)

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  "ESP" tfisser il-portal Ewropew tat-tfittxija kif imsemmi fl-Artikolu 6;

imħassar

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  "BMS kondiviż" tfisser is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku kif imsemmi fl-Artikolu 15;

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  "CIR" tfisser ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità kif imsemmi fl-Artikolu 17;

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  "MID" tfisser id-detettur ta' identitajiet multipli kif imsemmi fl-Artikolu 25;

imħassar

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  "CRRS" tfisser ir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistiki kif imsemmi fl-Artikolu 39.

imħassar

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Nondiskriminazzjoni

Nondiskriminazzjoni u drittijiet fundamentali

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ma għandu għall-ebda raġuni jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni bħas-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b'diżabilità.

L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ma għandu għall-ebda raġuni jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni għal kwalunkwe raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwu u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani u lill-persuni b'diżabbiltà u persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom jikkostitwixxu kunsiderazzjoni primarja.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex post immirata biex tivvaluta l-impatt tal-interoperabbiltà fuq id-dritt għan-nondiskriminazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa mhuwiex possibbli li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni, b'mod partikolari b'rabta mad-Detettur ta' Identitajiet Multipli. Pereżempju, għadu mhuwiex ċar jekk hemmx possibbiltà jew le li l-proposta taffettwa b'mod negattiv lin-nisa meta mqabbla mal-irġiel, minħabba l-fatt li huwa aktar probabbli li mara tibdel kunjomha.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Hemm stabbilit portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) għall-finijiet ta' żgurar li l-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-korpi tal-UE jkollhom aċċess veloċi, mingħajr xkiel, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet tad-data tal-Interpol li huma jeħtieġu biex iwettqu l-kompiti tagħhom f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom, u għall-għoti ta' appoġġ għall-għanijiet tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS, tas-[sistema ECRIS-TCN] u tad-data tal-Europol.

1.  Hemm stabbilit portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-aċċess kontrollat tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni għas-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet ta' data tal-Interpol fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom għall-EES, għall-VIS, għall-[ETIAS], għall-Eurodac, għas-SIS, għall-[ECRIS-TCN] kif ukoll f'konformità mal-objettivi u l-finijiet tagħhom kif ukoll f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn l-ESP, l-Istati Membri u l-korpi tal-UE li huma intitolati jużaw l-ESP f'konformità mad-dritt tal-Unjoni;

(b)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn l-ESP, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw l-ESP;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  backup ċentrali tal-ESP tal-Unjoni li jkun kapaċi jipprovdi l-funzjonalitajiet kollha tal-ESP prinċipali u livell simili ta' prestazzjoni f'każ li dan ikun bil-ħsara.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-ESP u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-ESP u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan. Madankollu, m'għandu jkollha aċċess għall-ebda data personali pproċessata permezz tal-ESP.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-użu tal-ESP għandu jkun irriżervat għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-korpi tal-UE li jkollhom aċċess għall-EES, għall-[ETIAS], għall-VIS, għas-SIS, għall-Eurodac u għas-[sistema ECRIS-TCN], għas-CIR u għad-detettur ta' identitajiet multipli kif ukoll għad-data tal-Europol u għall-bażijiet tad-data tal-Interpol f'konformità mad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali li jirregola t-tali aċċess.

1.  L-użu tal-ESP għandu jkun irriżervat għall-awtoritajiet tal-Istati Membri u għall-aġenziji tal-Unjoni li jkollhom aċċess għall-EES, għall-[ETIAS], għall-VIS, għas-SIS, għall-Eurodac u għall-[ECRIS-TCN] f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, għas-CIR u għad-detettur ta' identitajiet multipli f'konformità ma' dan ir-Regolament kif ukoll għad-data tal-Europol f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u għall-bażijiet ta' data tal-Interpol f'konformità mad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali li jirregola t-tali aċċess.

 

Dawk l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jagħmlu użu mill-ESP u mid-data pprovduta minnu biss għall-għanijiet u l-finijiet stabbiliti fl-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u f'dan ir-Regolament.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-sistemi ċentrali tal-Eurodac u fis-[sistema ECRIS-TCN] f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali. Dawn għandhom jużaw ukoll l-ESP biex ifittxu fis-CIR f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22.

2.  L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-sistemi ċentrali tal-Eurodac u fl-[ECRIS-TCN] f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali. Dawn għandhom jużaw ukoll l-ESP biex ifittxu fis-CIR f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont dan ir-Regolament għall-finijiet imsemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-korpi tal-UE għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta' dawn fis-SIS Ċentrali.

4.  Meta jkunu hekk obbligati skont id-dritt tal-Unjoni, l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fis-SIS Ċentrali.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fid-data tal-Europol f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.

5.  Meta jkunu hekk obbligati skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jużaw l-ESP biex ifittxu data relatata ma' persuni jew mad-dokumenti tal-ivvjaġġar tagħhom fid-data tal-Europol f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-fini tat-tfittxija;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet tad-data tal-Interpol li għandhom jiġu kkonsultati u li għandhom jipprovdu tweġiba lill-utent; kif ukoll

(b)  is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni, id-data tal-Europol, il-bażijiet ta' data tal-Interpol u d-data f'dawk is-sistemi li tista' ssir tfittxija fihom u li għandhom jipprovdu tweġiba lill-utent; utent li jitlob data abbażi tal-Artikolu 22 għandu jirċievi biss notifika ta' "hit/no-hit" jekk l-utent ikun awtorizzat li jagħmel tfittxija mill-punt ta' aċċess ċentrali tad-data tas-sistema ta' informazzjoni individwali tal-Unjoni li tkun ipprovdiet hit f'konformità mal-istrument legali li jirregola dik is-sistema;

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 63 biex tispeċifika d-dettalji tekniċi tal-profili msemmija fil-paragrafu 1 għall-utenti tal-ESP imsemmija fl-Artikolu 7(1) f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 63 biex tispeċifika d-dettalji tekniċi tal-profili msemmija fil-paragrafu 1 għall-utenti tal-ESP imsemmija fl-Artikolu 7(1) f'konformità mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom kif stabbilit fl-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u fid-dritt nazzjonali fejn applikabbli.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-profili msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rieżaminati b'mod regolari, mill-inqas darba fis-sena, u għandhom ikunu aġġornati skont il-bżonn.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-utenti tal-ESP għandhom iniedu tfittxija billi jintroduċu data fl-ESP f'konformità mal-profil tal-utent u mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom. Meta titnieda tfittxija, l-ESP għandu jfittex b'mod simultanju, bid-data introdotta mill-utent tal-ESP, fl-EES, [fl-ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fil-Eurodac, [fis-sistema ECRIS-TCN] u fis-CIR kif ukoll fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol.

1.  L-utenti tal-ESP għandhom iniedu tfittxija billi jintroduċu data fl-ESP f'konformità mal-profil tal-utent tagħhom għall-ESP, maħluq f'konformità mal-Artikolu 8 u mad-drittijiet ta' aċċess tagħhom. Meta titnieda tfittxija, l-ESP għandu jfittex b'mod simultanju, bid-data introdotta mill-utent tal-ESP, fl-EES, fl-[ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fil-Eurodac, fl-[ECRIS-TCN] u fis-CIR kif ukoll fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-EES, [l-ETIAS], il-VIS, is-SIS, il-Eurodac, [is-sistema ECRIS-TCN], is-CIR u d-detettur ta' identitajiet multipli, kif ukoll id-data tal-Europol u l-bażijiet tad-data tal-Interpol, għandhom jipprovdu d-data li jkun fihom li tirriżulta mit-tfittxija tal-ESP.

4.  L-EES, [l-ETIAS], il-VIS, is-SIS, il-Eurodac, l-[ECRIS-TCN], is-CIR u d-detettur ta' identitajiet multipli, kif ukoll id-data tal-Europol u l-bażijiet tad-data tal-Interpol, għandhom jipprovdu d-data li jkun fihom li tirriżulta mit-tfittxija tal-ESP. L-ESP għandu jagħti tweġibiet lill-utent malli tkun disponibbli data minn xi waħda mis-sistemi. It-tweġibiet lill-utent mill-ESP għandhom ikunu uniċi u għandu jkun fihom id-data kollha li għaliha l-utent ikollu aċċess f'konformità mal-istrumenti legali li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u skont id-dritt nazzjonali. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, it-tweġiba pprovduta mill-ESP għandha tindika għal liema sistema ta' informazzjoni jew bażi ta' data tal-Unjoni tappartjeni d-data. L-ESP m'għandu jipprovdi l-ebda informazzjoni rigward data li tinsab f'sistemi ta' informazzjoni li għalihom l-utent m'għandux aċċess skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta jsiru tfittxijiet fil-bażijiet ta' data tal-Interpol, id-disinn tal-ESP għandu jiżgura li d-data użata mill-utent tal-ESP li jniedi tfittxija ma tinqasamx mas-sidien tad-data tal-Interpol.

5.  Meta jsiru tfittxijiet fil-bażijiet ta' data tal-Interpol, id-disinn tal-ESP għandu jiżgura li l-ebda informazzjoni ma tiġi żvelata lis-sid tat-twissija tal-Interpol. Id-disinn tal-ESP għandu wkoll jiżgura li t-TDAWN tal-Interpol ma jsirx tfittix fiha b'mod sistematiku iżda f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  It-tweġiba lill-utent tal-ESP għandha tkun unika u għandu jkun fiha d-data kollha li għaliha l-utent ikollu aċċess skont id-dritt tal-Unjoni. Meta jkun hemm bżonn, it-tweġiba pprovduta mill-ESP għandha tindika għal liema sistema ta' informazzjoni jew bażi tad-data tappartjeni d-data.

imħassar

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-[Artikolu 39 tar-Regolament Eurodac], l-[Artikoli 12 u 18 tar-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], l-[Artikolu 29 tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan l-ESP. Dawn il-logs għandhom jinkludu, b'mod partikolari li ġej:

Mingħajr ħsara għall-[Artikolu 39 tar-Regolament Eurodac], l-[Artikoli 12 u 18 tar-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi], l-[Artikolu 29 tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN] u l-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan l-ESP. Dawn il-logs għandhom jinkludu li ġej:

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-awtorità tal-Istat Membru u l-utent individwali tal-ESP, inkluż il-profil tal-ESP użat kif imsemmi fl-Artikolu 8;

(a)  l-awtorità ta' Stat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tkun qed tniedi t-tfittxija;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 10, paragrafu 1, punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol imfittxija;

(c)  is-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u l-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol imfittxija;

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-profil tal-ESP;

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew, fejn applikabbli, mar-Regolament (UE) 45/2001, il-marka ta' identifikazzjoni tal-persuna li wettqet it-tfittxija.

imħassar

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom iżommu logs tal-identità unika tal-utent li tidentifika lill-uffiċjal li jwettaq it-tfittxija.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 42. Dawn il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

2.  Il-logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, għall-awtomonitoraġġ, u għall-iżgurar tal-funzjonament xieraq u l-integrità u s-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 42. Għaldaqstant, l-aċċess għal dawk il-logs għandu jingħata kif xieraq lill-kontrolluri tad-data identifikati skont l-Artikolu 40, lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sentejn wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Meta jkun teknikament impossibbli li l-ESP jintuża minħabba li jkun bil-ħsara, l-eu-LISA għandha taqleb għall-ESP ta' sostenn.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tftixxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-UE minn fost dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-ESP, l-utenti tal-ESP għandhom jiġu nnotifikati mill-eu-LISA.

1.  Meta jibqa' teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tfittxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-ESP, jew minħabba ħsara fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni li fihom tkun qed issir tfittxija, l-utenti tal-ESP għandhom jiġu nnotifikati minnufih mill-eu-LISA.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tftixxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-UE minn fost dawk imsemmija fl-Artikolu 9(1) jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-infrastruttura nazzjonali fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha tinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni.

2.  Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tfittxija f'sistema ta' informazzjoni waħda jew aktar tal-Unjoni jew fis-CIR, minħabba ħsara fl-infrastruttura nazzjonali fi Stat Membru, l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha minnufih tinforma lill-utenti kollha tagħha u tinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fiż-żewġ xenarji, u sakemm tiġi indirizzata l-ħsara teknika, l-obbligu msemmi fl-Artikolu 7(2) u (4) ma għandux ikun japplika u l-Istati Membri jistgħu jaċċessaw is-sistemi ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) jew is-CIR direttament billi jużaw l-interfaċċi uniformi nazzjonali rispettivi jew l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni nazzjonali tagħhom.

3.  Fiż-żewġ xenarji msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u sakemm tiġi indirizzata l-ħsara teknika, l-obbligu msemmi fl-Artikolu 7(2) u (4) ma għandux ikun japplika u l-Istati Membri għandhom jaċċedu għas-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni jew is-CIR, meta jkunu obbligati jagħmlu dan skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, direttament billi jużaw l-interfaċċi uniformi nazzjonali jew l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni nazzjonali rispettivi tagħhom.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta jkun teknikament impossibbli li jintuża l-ESP biex issir tfittxija f'sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni waħda jew aktar jew fis-CIR minħabba ħsara fl-infrastruttura ta' aġenzija tal-Unjoni, dik l-aġenzija għandha tinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż) li jaħżen mudelli bijometriċi u li jippermetti li jsiru tfittxijiet b'data bijometrika f'diversi sistemi ta' informazzjoni tal-UE hu stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għas-CIR u għad-detettur ta' identitajiet multipli u għall-għanijiet tal-EES, tal-VIS, tal-Eurodac, tas-SIS u tas-[sistema ECRIS-TCN].

1.  Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż) li jaħżen mudelli bijometriċi u li jippermetti li jsiru tfittxijiet b'data bijometrika f'diversi sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni li jkun fihom data bijometrika hu stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għas-CIR u għad-detettur ta' identitajiet multipli u għall-għanijiet tal-EES, tal-VIS, tal-Eurodac, tas-SIS u tas-[sistema ECRIS-TCN]. F'konformità mal-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità, il-BMS kondiviż ma għandux jaħżen id-data tad-DNA jew data tal-marka tal-pala tal-id.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  infrastruttura ċentrali, inkluża magna tat-tiftix u l-ħżin tad-data msemmija fl-Artikolu 13;

(a)  infrastruttura ċentrali, li għandha tissostitwixxi s-Sistemi Awtomatizzati għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba' tal-EES, tal-VIS, tas-SIS, tal-Eurodac u tal-[ECRIS-TCN] rispettivament safejn jippermetti li ssir tfittxija bid-data bijometrika kif definit fl-Artikolu 4(12);

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn il-BMS kondiviż, is-SIS Ċentrali u s-CIR.

(b)  infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn il-BMS kondiviż, is-SIS Ċentrali, is-CIR u s-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-BMS kondiviż u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-BMS kondiviż u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan. Madankollu, ma għandu jkollha aċċess għal ebda data personali pproċessata permezz tal-BMS kondiviż.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Data maħżuna fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

Il-ħżin tal-mudelli bijometriċi fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-BMS kondiviż għandu jaħżen il-mudelli bijometriċi li għandu jikseb mid-data bijometrika li ġejja:

1.  Il-BMS kondiviż għandu jaħżen il-mudelli bijometriċi – li jkunu separati b'mod loġiku – skont is-sistema ta' informazzjoni li minnha toriġina d-data, li għandu jikseb mid-data bijometrika li ġejja:

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  id-data msemmija fl-Artikolu 20(3)(w) u (x) tar-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi;

(d)  id-data msemmija fl-Artikolu 20(3)(w) u (y) tar-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi;

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  [id-data msemmija fl-Artikolu 13(a) tar-Regolament Eurodac;]

(f)  [id-data msemmija fl-Artikolu 12(a) u (b), l-Artikolu 13(2),(a) u (b) u l-Artikolu 14(2),(a) u (b) tar-Regolament Eurodac;]

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-ħżin tad-data msemmija fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 37(2).

4.  Il-ħżin tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jissodisfa l-istandards tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 37.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data msemmija fl-Artikolu 13 għandha tinħażen fil-BMS kondiviż sakemm id-data bijometrika tibqa' maħżuna fis-CIR jew fis-SIS.

Id-data msemmija fl-Artikolu 13 għandha tinħażen fil-BMS kondiviż sakemm id-data bijometrika tibqa' maħżuna fis-CIR f'konformità mal-Artikoli 18 u 19 jew fis-SIS, u wara dan għandha tiġi awtomatikament imħassra.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data msemmija fl-Artikolu 13 għandha tinħażen fil-BMS kondiviż sakemm id-data bijometrika tibqa' maħżuna fis-CIR jew fis-SIS.

Id-data msemmija fl-Artikolu 13 għandha tinħażen fil-BMS kondiviż sakemm id-data bijometrika tibqa' maħżuna fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 19, fis-SIS jew bħala data tal-Europol.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għall-[Artikolu 39 tar-Regolament Eurodac], l-[Artikoli 12 u 18 tar-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi] u l-[Artikolu 29 tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN], l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan il-BMS kondiviż. Dawn il-logs għandhom jinkludu, b'mod partikolari li ġej:

1.  Mingħajr ħsara għall-[Artikolu 39 tar-Regolament Eurodac], l-[Artikoli 12 u 18 tar-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi] u l-[Artikolu 29 tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN], l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan il-BMS kondiviż. Dawn il-logs għandhom jinkludu dan li ġej:

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-awtorità ta' Stat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tkun qed tniedi t-tfittxija;

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  ir-riżultati tat-tfittxija u d-data u l-ħin tar-riżultat;

(f)  ir-riżultati tat-tfittxija u d-data u l-ħin tar-riżultat u s-sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni li mingħandha tkun waslet id-data;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew, fejn applikabbli, mar-Regolament (UE) 45/2001, il-marka ta' identifikazzjoni tal-persuna li għamlet it-tfittxija.

imħassar

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  l-iskop speċifiku tat-tfittxija u, fejn applikabbli, ir-referenza tal-każ, skont l-Artikolu 14.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom iżommu logs tal-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li jwettaq it-tfittxija.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 42. Dawn il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew. Il-logs imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jitħassru ladarba titħassar id-data.

2.  Il-logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data u għall-monitoraġġ tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 42. Għaldaqstant, l-aċċess għal dawk il-logs għandu jingħata kif xieraq lill-kontrolluri tad-data identifikati skont l-Artikolu 40, lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Dawk il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sentejn wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew. Il-logs imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jitħassru ladarba titħassar id-data.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Qed jiġi stabbilit repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR), li joħloq fajl individwali għal kull persuna li tiġi rreġistrata fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac jew fis-[sistema ECRIS-TCN] li fih id-data msemmija fl-Artikolu 18, għall-fini ta' ffaċilitar u ta' assistenza għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac u fis-[sistema ECRIS-TCN], biex jiġi appoġġat il-funzjonament tad-detettur ta' identitajiet multipli u għall-faċilitazzjoni u l-issimplifikar tal-aċċess mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għal sistemi ta' informazzjoni mhux tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-UE, fejn dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għad-detezzjoni jew għall-prosekuzzjoni ta' reat serju.

1.  Qed jiġi stabbilit repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR), li joħloq fajl individwali għal kull persuna li tiġi rreġistrata fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac jew fl-[ECRIS-TCN] li fih id-data msemmija fl-Artikolu 18, għall-fini ta' ffaċilitar u ta' assistenza għall-identifikazzjoni korretta tal-persuni rreġistrati fl-EES, fil-VIS, fl-[ETIAS], fil-Eurodac u fis-[sistema ECRIS-TCN], biex jiġi appoġġat il-funzjonament tad-detettur ta' identitajiet multipli u għall-faċilitazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-aċċess mill-awtoritajiet maħtura tal-infurzar tal-liġi għal sistemi ta' informazzjoni mhux tal-infurzar tal-liġi fil-livell tal-Unjoni, meta dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għad-detezzjoni jew għall-prosekuzzjoni ta' reat serju, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-CIR, l-Istati Membri u l-korpi tal-UE li huma intitolati jużaw il-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) f'konformità mad-dritt tal-Unjoni;

(b)  kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-CIR, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw is-CIR f'konformità mad-dritt nazzjonali u tal-Unjoni;

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  CIR ta' backup ċentrali tal-Unjoni li jkun kapaċi jipprovdi l-funzjonalitajiet kollha tas-CIR prinċipali u livell simili ta' prestazzjoni f'każ li dan ikun bil-ħsara. Is-CIR u s-CIR ta' backup jistgħu jaħdmu simultanjament. Is-CIR u s-CIR ta' backup għandhom ikunu installati fis-siti tekniċi tal-eu-LISA.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta jkun teknikament impossibbli li ssir tfittxija fis-CIR biex tiġi identifikata persuna skont l-Artikolu 20, għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli skont l-Artikolu 21 jew għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi skont l-Artikolu 22, minħabba ħsara fis-CIR, l-utenti tas-CIR għandhom jiġu nnotifikati minnufih mill-eu-LISA.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  – (Mhux applikabbli)

imħassar

 

(Emenda orizzontali li tapplika għat-test kollu.)

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  [id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u 5(2) u d-data li ġejja tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN: il-kunjom jew isem il-familja; l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)); is-sess; id-data tat-twelid; il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; il-ġeneru u fejn applikabbli l-ismijiet preċedenti, il-laqmijiet u/jew il-psewdonimu/psewdonimi.]

(e)  [id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u 5(2) u d-data li ġejja tal-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN: il-kunjom jew isem il-familja; l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)); is-sess; id-data tat-twelid; il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità jew in-nazzjonalitajiet; il-ġeneru u fejn applikabbli l-ismijiet preċedenti, il-laqmijiet u/jew il-psewdonimu/psewdonimi kif ukoll informazzjoni dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar.]

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal kull sett ta' data msemmija fil-paragrafu 1, is-CIR għandu jinkludi referenza għas-sistemi ta' informazzjoni li għalihom tappartjeni d-data.

2.  Għal kull sett ta' data msemmija fil-paragrafu 1, is-CIR għandu jinkludi referenza għas-sistemi ta' informazzjoni li għalihom tappartjeni d-data. L-uffiċjal li jaċċedi għas-CIR għandu jara biss id-data li tkun tinsab fil-fajl individwali maħżun fis-CIR li joriġina minn dawk is-sistemi ta' informazzjoni li għalihom huwa awtorizzat li jaċċedi.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta tiżdied, tiġi emendata jew titħassar data fil-Eurodac jew fis-[sistema ECRIS-TCN], id-data msemmija fl-Artikolu 18 maħżuna fil-fajl individwali tas-CIR għandha tiġi indirizzata, emendata jew titħassar kif xieraq b'mod awtomatizzat.

1.  Mingħajr ma tiġi dduplikata d-data mis-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-Unjoni, meta tiżdied, tiġi emendata jew titħassar data fil-Eurodac jew fl-[ECRIS-TCN], id-data msemmija fl-Artikolu 18 maħżuna fil-fajl individwali tas-CIR għandha tiżdied, tiġi emendata jew titħassar simultanjament kif xieraq b'mod awtomatizzat.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1  Meta l-awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru ma tkunx tista' tidentifika persuna minħabba nuqqas ta' dokument tal-ivvjaġġar jew dokument kredibbli ieħor li jġib prova tal-identità tal-persuna, jew meta jkun hemm dubji dwar id-data tal-identità li tkun ingħatat minn dik il-persuna jew dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew l-identità tad-detentur tiegħu jew meta l-persuna ma tkunx tista' jew tirrifjuta li tikkoopera, l-awtorità għandha tkun tista' tagħmel tiftix fis-CIR f'konformità mal-paragrafi 1 u 2. Din it-tfittxija ma għandhiex tkun permessa fir-rigward ta' minorenni taħt l-età ta' 12-il sena, sakemm dan ma jkunx fl-aħjar interess tal-minorenni.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru tkun ingħatat it-tali setgħa permezz tal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, din tista', esklużivament għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuna, tfittex fis-CIR bid-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda matul kontroll tal-identità.

Meta sseħħ is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu -1 waqt verifika tal-identità li ssegwi r-regoli u l-proċeduri previsti fid-dritt nazzjonali u l-awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru tkun ingħatat it-tali setgħa permezz tal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 2, din tista', fil-preżenza ta' dik il-persuna, u esklużivament għall-fini ta' identifikazzjoni ta' dik il-persuna, tfittex fis-CIR bid-data bijometrika ta' dik il-persuna meħuda matul il-kontroll tal-identità.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta t-tfittxija tindika li d-data dwar il-persuna tkun maħżuna fis-CIR, l-awtorità tal-Istati Membri għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data msemmija fl-Artikolu 18(1).

Meta t-tfittxija tindika li d-data dwar il-persuna tkun maħżuna fis-CIR, l-awtorità tal-pulizija tal-Istati Membri għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data msemmija fl-Artikolu 18(1). Il-konsultazzjoni ma għandhiex tiżvela minn liema sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni tkun ġejja d-data.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta d-data bijometrika tal-persuna ma tkunx tista' tintuża jew meta t-tfittxija b'dik id-data ma tirnexxix, it-tfittxija għandha ssir bid-data tal-identità tal-persuna flimkien mad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar, jew mad-data tal-identità pprovduta minn dik il-persuna.

imħassar

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Meta awtorità tal-pulizija ta' Stat Membru tkun ingħatat is-setgħa mill-miżuri leġiżlattivi nazzjonali kif imsemmi fil-paragrafu 2, din tista', fil-każ ta' diżastru jew inċident u esklużivament għall-fini ta' identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li ma jistgħux jidentifikaw lilhom infushom jew ta' fdalijiet ta' persuni mhux identifikati, tagħmel tfittxija fis-CIR bid-data bijometrika ta' dawk il-persuni.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà prevista f'dan l-Artikolu għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi nazzjonali. It-tali miżuri leġiżlattivi għandhom jispeċifikaw l-iskopijiet preċiżi tal-kontrolli tal-identità fi ħdan l-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) u (c). Dawn għandhom jaħtru l-awtoritajiet tal-pulizija kompetenti u jistabbilixxu l-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji ta' tali kontrolli.

2.  L-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-possibbiltà prevista f'dan l-Artikolu għandhom jadottaw miżuri leġiżlattivi nazzjonali. It-tali miżuri leġiżlattivi għandhom jispeċifikaw l-iskopijiet preċiżi tal-identifikazzjoni fi ħdan l-iskopijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2)(b) u jistabbilixxu l-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji għal tali identifikazzjoni. Huma għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti tal-pulizija. L-Istati Membri li jkunu qed jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jittrażmettu t-test tal-miżuri leġiżlattivi nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni. L-aċċess għas-CIR biex tiġi stabbilita l-identità ta' ċittadin ta' pajjiż terz għall-finijiet li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà għandu jkun permess biss meta jeżisti l-aċċess għall-istess finijiet għal bażijiet tad-data nazzjonali simili u taħt kundizzjonijiet ekwivalenti.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet ta' prevenzjoni, ta' detezzjoni u ta' investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'każ speċifiku u biex tinkiseb informazzjoni dwar jekk hemmx data dwar persuna speċifika preżenti fl-EES, fil-VIS u fl-[ETIAS], l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jikkonsultaw is-CIR.

1.  Meta jkun hemm bażijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-konsultazzjoni tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE se tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra, b'mod partikolari meta jkun hemm suspetti sostanzjati li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta' reat terroristiku jew ta' reat kriminali serju ieħor jaqgħu taħt il-kategorija ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li d-data tagħhom hija maħżuna fl-[EES], fil-VIS, fl-[ETIAS] jew fil-Eurodac, u meta tkun saret tfittxija preċedenti fil-bażijiet tad-data nazzjonali u tkun inbdiet tfittxija tas-sistema awtomatizzata għall-identifikazzjoni tal-marki tas-swaba' tal-Istati Membri l-oħrajn skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI, l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jużaw is-CIR biex tinkiseb informazzjoni dwar jekk hemmx data dwar persuna speċifika preżenti fl-EES, fil-VIS u fl-[ETIAS]

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-tweġiba li tindika li data dwar dik il-persuna tinsab preżenti fi kwalunkwe waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tintuża biss għall-finijiet tat-tressiq ta' talba għall-aċċess soġġetta għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-istrumenti leġiżlattivi rispettivi li jirregolaw tali aċċess.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri u mill-Europol li jiksbu hit għandhom jirreferu għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li għandhom jiċċekkjaw jekk il-kundizzjonijiet tal-aċċess tas-CIR kinux ġew irrispettati. F'każ li l-verifika indipendenti ex post tiddetermina li l-konsultazzjoni tas-CIR ma kinitx iġġustifikata, l-awtorità tal-infurzar tal-liġi għandha tħassar id-data kollha li oriġinat mis-CIR.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2) għandha titħassar mis-CIR f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta' data tar-[Regolament Eurodac] u r-[Regolament dwar l-ECRIS-TCN] rispettivament.

Id-data msemmija fl-Artikolu 18(1) u (2) għandha titħassar b'mod awtomatiku mis-CIR f'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar iż-żamma ta' data tar-[Regolament Eurodac] u r-[Regolament dwar l-ECRIS-TCN] rispettivament.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fajl individwali għandu jkun maħżun fis-CIR sakemm id-data korrispondenti tkun maħżuna f'tal-anqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni li d-data tagħha tkun tinsab fis-CIR. Il-ħolqien ta' link m'għandux jaffettwa l-perjodu ta' żamma ta' kull attribut tad-data llinkjata.

2.  Il-fajl individwali għandu jkun maħżun fis-CIR sakemm id-data korrispondenti tkun maħżuna f'tal-anqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni li d-data tagħha tkun tinsab fis-CIR. Il-ħolqien ta' link m'għandux jaffettwa l-perjodu ta' żamma ta' kull attribut tad-data llinkjata. Ladarba tkun tħassret id-data kollha li għaliha tkun inħolqot link, il-link ukoll għandha tiħassar b'mod awtomatiku.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Rigward kull aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 20, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR. Dawn il-logs għandhom jinkludu, b'mod partikolari li ġej:

2.  Rigward kull aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 20, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR. Dawn il-logs għandhom jinkludu dan li ġej:

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-awtorità ta' Stat Membru li tkun qed tniedi t-tfittxija;

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ir-riżultati tat-tfittxija;

(d)  ir-riżultati tat-tfittxija u s-sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni li mingħandha tkun waslet id-data.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794 jew, fejn applikabbli, mar-Regolament (UE) 45/2001, il-marka ta' identifikazzjoni tal-persuna li għamlet it-tfittxija.

imħassar

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu logs tal-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li jwettaq it-tfittxija.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Rigward kull aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 21, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR. Dawn il-logs għandhom jinkludu, b'mod partikolari li ġej:

3.  Rigward kull aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 21, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR. Dawn il-logs għandhom jinkludu dan li ġej:

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-awtorità ta' Stat Membru li tkun qed tniedi t-tfittxija;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn rilevanti, id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(c)  id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn rilevanti, ir-riżultati tat-tfittxija;

(d)  ir-riżultati tat-tfittxija u s-sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni li mingħandha tkun waslet id-data.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794 jew, fejn applikabbli, mar-Regolament (UE) 45/2001, il-marka ta' identifikazzjoni tal-persuna li għamlet it-tfittxija.

imħassar

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu logs tal-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li jwettaq it-tfittxija.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rigward kull aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 22, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR. Dawn il-logs għandhom jinkludu, b'mod partikolari li ġej:

Rigward kull aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 22, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan is-CIR. Dawn il-logs għandhom jinkludu dan li ġej:

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(a)  l-iskop tal-aċċess u r-referenza għall-investigazzjoni jew il-każ nazzjonali;

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

(c)  id-data użata biex titnieda t-tfittxija jew, f'każ ta' tfittxija mnedija bid-data bijometrika, it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ir-riżultati tat-tfittxija;

(d)  ir-riżultati tat-tfittxija u s-sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni li mingħandha tkun waslet id-data.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794 jew, fejn applikabbli, mar-Regolament (UE) 45/2001, il-marka ta' identifikazzjoni tal-uffiċjal li għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li ordna t-tfittxija.

imħassar

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu logs tal-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li jwettaq it-tfittxija.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-logs tat-tali aċċess għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-awtorità superviżorja kompetenti stabbilita f'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew f'konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2016/680, f'intervalli li ma jaqbżux is-sitt xhur, biex jiġi vverifikat jekk il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 minn (1) sa (3) ġewx issodisfati.

Il-logs tat-tali aċċess għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-awtorità superviżorja kompetenti stabbilita f'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew f'konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva 2016/680, f'intervalli li ma jaqbżux is-sitt xhur, biex jiġi vverifikat jekk il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22 minn (1) sa (3) ġewx issodisfati. l-eu-LISA għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji għodda prattika biex tiffaċilita u tawtomatizza kemm jista' jkun il-verifika tal-logs.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-aġenziji tal-Unjoni għandhom iżommu logs tat-tfittxijiet li jsiru mill-persunal awtorizzat li juża s-CIR skont l-Artikolu 22.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-logs imsemmija fil-paragrafi 1 u 5 jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 42. Dawn għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

6.  Il-logs imsemmija fil-paragrafi 1, 5 u 5a jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' tfittxija u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, għall-awtomonitoraġġ, u għall-iżgurar tal-funzjonament xieraq u l-integrità u s-sigurta tad-data skont l-Artikolu 42. Dawn għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sentejn wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-eu-LISA għandha żżomm il-logs relatati mal-istorja tad-data maħżuna fil-fajl individwali, għall-finijiet iddefiniti fil-paragrafu 6. Il-logs relatati mal-istorja tad-data maħżuna għandhom jitħassru ladarba titħassar id-data.

7.  L-eu-LISA għandha żżomm il-logs relatati mal-istorja tad-data maħżuna fil-fajl individwali, għall-finijiet iddefiniti fil-paragrafu 6. Il-logs relatati mal-istorja tad-data maħżuna għandhom jitħassru b'mod awtomatiku ladarba titħassar id-data.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli milli jivverifikaw jekk l-aċċess huwiex skont il-liġi jew le, mill-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, mill-awtomonitoraġġ u milli jiżguraw il-funzjonament tajjeb, l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollhom aċċess, fil-limiti tal-kompetenza tagħhom u fuq talba tagħhom, għall-logs bl-iskop li jiżguraw li huma jwettqu l-kompiti tagħhom.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Għall-finijiet ta' awtomonitoraġġ u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-CIR, l-integrità u s-sigurtà tad-data, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-logs, skont il-limiti tal-kompetenza tagħha.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7c.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu aċċess għal dawk il-logs, skont il-limiti tal-kompetenza tiegħu u fuq talba min-naħa tiegħu, bl-iskop li jkun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Detettur ta' identitajiet multipli (MID) li joħloq u jaħżen links bejn id-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE inklużi fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) u fis-SIS u li, bħala konsegwenza, jidentifika identitajiet multipli, bl-iskop doppju li jiffaċilita l-verifika tal-identità u jiġġieled il-frodi tal-identità, ġie stabbilit biex jappoġġa l-funzjoni tas-CIR u l-għanijiet tal-EES, tal-VIS, tal-ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS u tas-[sistema ECRIS-TCN].

1.  Detettur ta' identitajiet multipli (MID) li joħloq u jaħżen links bejn id-data fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni inklużi fis-CIR u fis-SIS u li, bħala konsegwenza, jidentifika identitajiet multipli, bl-iskop doppju li jiffaċilita l-verifika tal-identità u jiġġieled il-frodi tal-identità, ġie stabbilit biex jappoġġa l-funzjoni tas-CIR u l-għanijiet tal-EES, tal-VIS, tal-ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS u tal-[ECRIS-TCN], filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-MID u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan.

3.  L-eu-LISA għandha tiżviluppa l-MID u tiżgura l-ġestjoni teknika ta' dan. M'għandu jkollha aċċess għal ebda data personali pproċessata permezz tal-MID.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-eu-LISA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri xierqa għat-tfassil tal-profili, jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw, b'mod partikolari, li fatturi li jirriżultaw f'ineżattezzi fid-data personali jiġu korretti u li r-riskju ta' żbalji jitnaqqas, jiżguraw id-data personali b'mod li jqis ir-riskji potenzjali għall-interessi u d-drittijiet tas-suġġett tad-data u li jipprevjeni effetti diskriminatorji fuq persuni fiżiċi fuq il-bażi tal-oriġini soċjali, razzjali jew etnika, l-opinjoni politika, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija f'xi trade union, l-istatus ġenetiku jew tas-saħħa jew l-orjentazzjoni sesswali, jew li jirriżultaw f'miżuri li jkollhom tali effett.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħloq [Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi jew Regolament dwar is-SIS fil-qasam tar-ritorn illegali];

(e)  l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħloq jew jaġġorna [twissija tas-SIS f'konformità mar-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi jew ir-Regolament dwar is-SIS fil-qasam tar-ritorn];

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta d-data li tinsab fi ħdan sistema ta' informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ikun fiha data bijometrika, ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż) biex iwettqu d-detezzjoni ta' identitajiet multipli. Il-BMS kondiviż għandu jqabbel il-mudelli bijometriċi miksuba minn kwalunkwe data bijometrika ġdida mal-mudelli bijometriċi li diġà jinsabu fil-BMS kondiviż biex jivverifika jekk id-data li tappartjeni għall-istess ċittadin ta' pajjiż terz hix diġà maħżuna fis-CIR jew fis-SIS Ċentrali.

2.  Meta d-data li tinsab fi ħdan sistema ta' informazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1 ikun fiha data bijometrika, ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż) biex iwettqu d-detezzjoni ta' identitajiet multipli. Il-BMS kondiviż għandu jqabbel il-mudelli bijometriċi miksuba minn kwalunkwe data bijometrika ġdida mal-mudelli bijometriċi li diġà jinsabu fil-BMS kondiviż biex jivverifika jekk id-data li tappartjeni għall-istess persuna hix diġà maħżuna fis-CIR jew fis-SIS Ċentrali.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 3 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  [il-kunjom (isem tal-familja); l-ewwel isem/ismijiet; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, in-nazzjonalità/nazzjonalitajiet u l-ġeneru kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN.]

(h)  [il-kunjom (isem tal-familja); l-ewwel isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)); l-isem/ismijiet preċedenti; psewdonimu u/jew isem/ismijiet li bihom tkun magħrufa persuna; id-data tat-twelid, il-post tat-twelid, in-nazzjonalità/nazzjonalitajiet u l-ġeneru kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament dwar l-ECRIS-TCN.]

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-detezzjoni ta' identitajiet multipli għandha titnieda biex titqabbel id-data disponibbli f'sistema ta' informazzjoni waħda ma' data disponibbli f'sistemi ta' informazzjoni oħra.

4.  Id-detezzjoni ta' identitajiet multipli għandha titnieda biex titqabbel id-data disponibbli f'sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni waħda ma' data disponibbli f'sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni oħra.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri biex tiddetermina l-każijiet li fihom id-data tal-identità tkun tista' titqies bħala identika jew simili fl-atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri biex tiddetermina l-każijiet li fihom id-data tal-identità tkun tista' titqies bħala identika jew simili fl-atti delegati. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 63. Tali atti jridu jiġu mfassla b'mod li jipproteġu lill-persuni b'identitajiet multipli legali mid-diskriminazzjoni.

Ġustifikazzjoni

F'dan ir-rigward, aktarx li n-nisa jiġu ddiskriminati aktar minħabba l-fatt li hemm possibbiltà akbar li dawn ikollhom identitajiet legali multipli (minħabba li jbiddlu kunjomhom wara li jiżżewġu).

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli tekniċi għall-illinkjar tad-data minn sistemi ta' informazzjoni differenti permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-eu-LISA, tistabbilixxi r-regoli tekniċi għall-illinkjar tad-data minn sistemi ta' informazzjoni differenti tal-Unjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru għal hits li jkunu seħħew matul il-ħolqien ta' twissija tas-SIS f'konformità mar-[Regolamenti dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u dwar is-SIS fil-qasam tar-ritorn illegali];

(e)  l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru għal hits li jkunu seħħew matul il-ħolqien jew l-aġġornament ta' twissija tas-SIS f'konformità mar-[Regolamenti dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u dwar is-SIS fil-qasam tar-ritorn illegali];

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  fi twissija dwar persuni mfittxija mhux magħrufa għall-identifikazzjoni skont id-dritt nazzjonali u għat-tfittxija b'data bijometrika kif imsemmi fl-Artikolu 40 tar-[Regolament dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi].

imħassar

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-Uffiċċju SIRENE huwa responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti iżda ma kienx involut fiż-żieda tad-data tal-identità l-ġdida li rriżultat f'link safra, għandu jiġi informat immedjatament mill-awtorità li żiedet id-data tal-identità l-ġdida. L-Uffiċċju SIRENE għandu jagħmel il-verifika manwali tal-identitajiet differenti malajr kemm jista' jkun.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4, l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti għandu jkollha aċċess għad-data relatata li tinsab fil-fajl rilevanti ta' konferma tal-identità u għad-data tal-identità llinkjata fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità u, fejn rilevanti, fis-SIS, u għandha tivvaluta l-identitajiet differenti u għandha taġġorna l-link f'konformità mal-Artikoli 31, 32 u 33 u żżidha fil-fajl ta' konferma tal-identità mingħajr dewmien.

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 4, l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti għandu jkollha aċċess għad-data relatata li tinsab fil-fajl rilevanti ta' konferma tal-identità u għad-data tal-identità llinkjata fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità u, fejn rilevanti, fis-SIS, u għandha tivvaluta l-identitajiet differenti u għandha taġġorna l-link f'konformità mal-Artikoli 31, 32 u 33 u żżidha fil-fajl ta' konferma tal-identità mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità tkun l-awtorità tal-fruntiera li toħloq jew taġġorna fajl individwali fl-EES f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament dwar l-EES, u fejn tinkiseb link safra, l-awtorità tal-fruntiera għandha tagħmel verifiki addizzjonali bħala parti mill-verifika tat-tieni linja. Matul il-verifika tat-tieni linja, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess għad-data relatata li tinsab fil-fajl relevanti ta' konferma tal-identità u għandhom jivvalutaw l-identitajiet differenti u għandhom jaġġornaw il-link f'konformità mal-Artikoli minn 31 sa 33 u jżiduha mal-fajl ta' konferma tal-identità mingħajr dewmien.

4.  Meta l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità tkun l-awtorità tal-fruntiera li toħloq jew taġġorna fajl individwali fl-EES f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament dwar l-EES, u fejn tinkiseb link safra, l-awtorità tal-fruntiera għandha tagħmel verifiki addizzjonali. Għal dak l-iskop biss, l-awtoritajiet tal-fruntiera għandu jkollhom aċċess għad-data relatata li tinsab fil-fajl rilevanti ta' konferma tal-identità u għandhom jivvalutaw l-identitajiet differenti u għandhom jaġġornaw il-link f'konformità mal-Artikoli minn 31 sa 33 ta' dan ir-Regolament u jżiduha mal-fajl ta' konferma tal-identità mingħajr dewmien.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Bħala regola, il-verifika ta' identitajiet differenti għandha ssir fil-preżenza tal-persuna kkonċernata li għandha tingħata l-opportunità li tispjega ċ-ċirkostanzi lill-awtorità responsabbli, li għandha tikkunsidra dawk l-ispjegazzjonijiet. Meta l-verifika twassal għall-istabbiliment ta' link ħamra, il-persuna kkonċernata għandha tirċievi ġustifikazzjoni bil-miktub.

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Il-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha ssir fi żmien 8 siegħat mill-ħolqien ta' link safra taħt l-Artikolu 28(4).

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Qabel ma jiġi awtorizzat biex jivverifika l-identitajiet, il-persunal tal-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jirċievi taħriġ speċifiku dwar kif għandu jmexxu l-verifika ta' identitajiet differenti.

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti u ma tkun saret ebda verifika manwali tal-identità differenti.

(b)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti, m'hemmx data bijometrika ma' xiex isir it-tqabbil, u ma tkun saret ebda verifika manwali tal-identità differenti;

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  id-data llinkjata jkollha l-istess data tal-identità iżda d-data bijometrika tkun differenti u ma tkun saret ebda verifika manwali tal-identitajiet differenti.

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Link bejn data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala ħadra meta d-data llinkjata ma jkollhiex l-istess data bijometrika iżda jkollha data tal-identità simili u l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi għal żewġ persuni differenti.

1.  Link bejn data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala ħadra meta:

 

(a)  id-data llinkjata ma jkollhiex l-istess data bijometrika iżda jkollha data tal-identità simili u l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi għal żewġ persuni differenti;

 

(b)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi għal żewġ persuni differenti.

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda data tal-identità differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod illegali għall-istess persuna;

(a)  id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda data tal-identità differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod mhux iġġustifikat għall-istess persuna;

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità simili u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod illegali għall-istess persuna.

(b)  id-data llinkjata jkollha data tal-identità simili u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din tirreferi b'mod mhux iġġustifikat għall-istess persuna;

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta ssir tfittxija fis-CIR jew fis-SIS u meta tkun teżisti link ħamra bejn żewġ sistemi ta' informazzjoni jew aktar li jikkostitwixxu s-CIR jew mas-SIS, id-detettur ta' identitajiet multipli għandu jwieġeb billi jindika d-data msemmija fl-Artikolu 34. Is-segwitu għal link ħamra għandu jsir f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali.

2.  Meta ssir tfittxija fis-CIR jew fis-SIS u meta tkun teżisti link ħamra bejn żewġ sistemi ta' informazzjoni jew aktar li jikkostitwixxu s-CIR jew mas-SIS, id-detettur ta' identitajiet multipli għandu jwieġeb billi jindika d-data msemmija fl-Artikolu 34. Is-segwitu għal link ħamra għandu jsir f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali. Ma għandu jkun hemm ebda konsegwenza ġuridika għall-persuna kkonċernata jew għall-persuni kkonċernati mill-eżistenza ta' link ħamra biss.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet relatati mal-immaniġġjar tat-twissijiet fis-SIS imsemmija fir-[Regolamenti dwar is-SIS fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri, dwar is-SIS fil-qasam tal-infurzar tal-liġi u dwar is-SIS fil-qasam tar-ritorn illegali], u mingħajr ħsara għal-limitazzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li ebda investigazzjoni nazzjonali ma tiġi imxekkla, fejn tinħoloq link ħamra, l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti għandha tinforma lill-persuna dwar il-preżenza ta' identitajiet illegali multipli.

4.  Mingħajr ħsara għal-limitazzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li ebda investigazzjoni nazzjonali ma tiġi imxekkla, meta tinħoloq link ħamra, l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti għandha tinforma lill-persuna dwar il-preżenza ta' identitajiet illegali multipli f'konformità mal-Artikoli 12, 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 u mal-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 680/2016.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta awtorità ta' Stat Membru jew aġenzija tal-Unjoni b'aċċess għas-CIR jew għas-SIS tikseb evidenza li turi li link ħamra rreġistrata fl-MID mhijiex korretta jew li d-data pproċessata fl-MID, fis-CIR jew fis-SIS ġew ipproċessati bi ksur ta' dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha, meta l-link ikollha x'taqsam mas-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni jew tirrettifika jew tħassar il-link mill-MID immedjatament, jew meta l-link tkun relatata mas-SIS, tinforma lill-Uffiċċju SIRENE rilevanti tal-Istat Membru li ħoloq it-twissija SIS immedjatament. Dak l-Uffiċċju SIRENE għandu jivverifika l-evidenza pprovduta mill-awtorità tal-Istat Membru u minnufih wara jirranġa jew iħassar il-link mill-MID.

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  id-data llinkjata jkollha l-istess data dwar l-identità u data bijometrika differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li dik tirreferi għall-istess persuna u li d-data bijometrika tagħha tkun inbidlet minħabba korriment, mard jew raġuni leġittima oħra.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Jekk awtorità ta' Stat Membru jkollha evidenza li tindika li link bajda rreġistrata fl-MID ma għandhiex il-fatti eżatti jew aġġornati jew li dik id-data ġiet ipproċessata fl-MID jew fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni jew fis-SIS bi ksur ta' dan ir-Regolament, hija għandha tiċċekkja d-data rilevanti maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni u fis-SIS u għandha, jekk ikun meħtieġ, tirranġa jew tħassar il-link mill-MID mingħajr dewmien. Dik l-awtorità tal-Istat Membru għandha tinforma lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali mingħajr dewmien.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn rilevanti, l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti.

(d)  l-awtorità responsabbli għall-verifika ta' identitajiet differenti.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fajls ta' konferma tal-identità u d-data tagħhom, inklużi l-links, għandhom jinħażnu fid-detettur ta' identitajiet multipli (MID) biss sakemm id-data llinkjata tibqa' maħżuna f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar.

Il-fajls ta' konferma tal-identità u d-data tagħhom, inklużi l-links, għandhom jinħażnu fid-detettur ta' identitajiet multipli (MID) biss sakemm id-data llinkjata tibqa' maħżuna f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni jew aktar. Ladarba din il-kundizzjoni ma tibqax sodisfatta, il-fajls ta' konferma tal-identità u d-data tagħhom, inklużi l-links kollha relatati, għandhom jitħassru awtomatikament.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjoni kollha ta' proċessar tad-data fl-MID. Dawn il-logs għandhom jinkludu, b'mod partikolari li ġej:

1.  L-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjoni kollha ta' proċessar tad-data fl-MID. Dawn il-logs għandhom jinkludu dan li ġej:

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  l-awtorità ta' Stat Membru li tkun qed tniedi t-tfittxija;

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-marka ta' identifikazzjoni tal-persuna li għamlet it-tfittxija.

imħassar

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu logs tal-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li jwettaq it-tfittxija.

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' talba u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, u għall-iżgurar tas-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 42. Il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sena wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew. Il-logs relatati mal-istorja tal-fajl ta' konferma tal-identità għandhom jitħassru ladarba titħassar id-data fil-fajl ta' konferma tal-identità.

3.  Il-logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data, inkluża l-verifika tal-ammissibbiltà ta' talba u tal-legalità tal-ipproċessar ta' data, għall-awtomonitoraġġ, u għall-iżgurar tal-funzjonament xieraq u l-integrità u s-sigurtà tad-data skont l-Artikolu 42. Għaldaqstant, l-aċċess għal dawk il-logs għandu jingħata kif xieraq lill-kontrolluri tad-data identifikati skont l-Artikolu 40, lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680, u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-logs għandhom ikunu protetti permezz ta' miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jitħassru sentejn wara li jinħolqu, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' monitoraġġ li jkunu diġà bdew. Il-logs relatati mal-istorja tal-fajl ta' konferma tal-identità għandhom jitħassru ladarba titħassar id-data fil-fajl ta' konferma tal-identità.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwalità tad-data fl-EES, fl-[ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID tkun monitorjata mill-qrib sabiex ikun żgurat li tissodisfa r-rekwiżiti ġenerali għall-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-Unjoni u l-komponenti tal-interoperabbiltà. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-persunal kollu li jdaħħal data fi kwalunkwe waħda minn dawk is-sistemi tal-informazzjoni tal-Unjoni jkun irċieva t-taħriġ minn qabel dwar il-kwalità tad-data.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-eu-LISA għandha tistabbilixxi mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data fuq id-data maħżuna fl-EES, fl-[ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż), fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) u fid-detettur ta' identitajiet multipli (MID).

1.  L-eu-LISA għandha tistabbilixxi malajr kemm jista' jkun mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data fuq id-data maħżuna fl-EES, fl-[ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fil-(BMS kondiviż) u fis-CIR. Dawk il-mekkaniżmi awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data għandhom ikunu ttestjati b'mod adegwat qabel jibdew joperaw il-komponenti tal-interoperabbiltà taħt l-Artikolu 62.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-eu-LISA għandha tistabbilixxi indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità biex tinħażen id-data fl-EES, fl-[ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID.

2.  L-eu-LISA għandha tistabbilixxi indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità biex tinħażen id-data fl-EES, fl-[ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID.

 

Unikament id-data li tilħaq l-istandards minimi ta' kwalità tista' tiddaħħal fl-EES, fl-[ETIAS], fil-VIS, fis-SIS, fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID.

 

Jekk awtorità tipprova ddaħħal data li ma tissodisfax l-istandards minimi applikabbli tal-kwalità, hija għandha minnufih tirċievi twissija awtomatizzata mingħand is-sistema ta' informazzjoni rilevanti tal-Unjoni li d-data ma tistax tiddaħħal filwaqt li jiġu ssuġġeriti metodi biex jintlaħqu l-istandards minimi tal-kwalità.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eu-LISA għandha tipprovdi rapporti regolari dwar il-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tipprovdi wkoll rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-intoppi ffaċċjati u l-Istati Membri kkonċernati.

3.  L-eu-LISA għandha tipprovdi rapporti regolari dwar il-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tipprovdi wkoll rapport regolari lill-Kummissjoni li jkopri l-intoppi ffaċċjati u l-Istati Membri kkonċernati. L-eu-LISA għandha tipprovdi wkoll dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fuq talba. L-ebda rapport ipprovdut skont dan il-paragrafu ma għandu jkun fih xi data personali.

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sena wara li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-kwalità tad-data u għandha tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi pjan ta' azzjoni biex tirrimedja għal kull nuqqas identifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni u għandha tirrapporta dwar kull progress fl-isfond ta' dan il-pjan ta' azzjoni sakemm jiġi implimentat bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007.64

5.  Sena wara li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data u l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u kull sena wara dan, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-kwalità tad-data u għandha tagħmel kull rakkomandazzjoni neċessarja. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bi pjan ta' azzjoni biex tirrimedja għal kull nuqqas identifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni, b'mod partikolari, kwistjonijiet ta' kwalità tad-data li joriġinaw minn data żbaljata fis-sistemi ta' informazzjoni eżistenti tal-Unjoni u fis-SIS. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar kull progress fl-isfond ta' dan il-pjan ta' azzjoni sakemm jiġi implimentat bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007.64

__________________

__________________

64 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

64 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37a

 

Disponibbiltà u ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni

 

Il-komponenti kollha tal-interoperabbiltà għandhom jiġu żviluppati u mmaniġġjati b'tali mod li jkunu żgurati l-aċċess veloċi, mingħajr intoppi, effiċjenti u kkontrollat, id-disponibbiltà sħiħa tagħhom kif stabbilit fl-Artikolu 53(1) u ħin tar-rispons konformi mal-ħtiġijiet operattivi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-istandard tal-UMF għandu jintuża fl-iżvilupp tal-[Eurodac], tas-[sistema ECRIS-TCN], tal-portal Ewropew tat-tfittxija, tas-CIR, tal-MID u, jekk xieraq, fl-iżvilupp mill-eu-LISA jew minn kull korp ieħor tal-UE ta' mudelli ġodda ta' skambju ta' informazzjoni u ta' sistemi ta' informazzjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

2.  L-istandard tal-UMF għandu jintuża fl-iżvilupp tal-[Eurodac], tal-[ECRIS-TCN], tal-ESP, tas-CIR, tal-MID, meta jkun fattibbli u, jekk xieraq, fl-iżvilupp mill-eu-LISA jew minn kwalunkwe aġenzija oħra tal-Unjoni ta' mudelli ġodda ta' skambju ta' informazzjoni u ta' sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-implimentazzjoni tal-istandard tal-UFM jista' jiġi kkunsidrat fil-VIS, fis-SIS u f'kull mudell ta' skambju transfruntier ta' informazzjoni u sistemi ta' informazzjoni eżistenti jew ġodda fil-qasam tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni, żviluppati mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi assoċjati.

imħassar

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistiki (CRRS) qed jiġi stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għall-għanijiet tal-Eurodac, tas-SIS u tas-[sistema ECRIS-TCN] u biex tiġi ġġenerata data statistika bejn is-sistemi u rappurtar analitiku għall-finijiet operazzjonali, ta' politika u ta' kwalità tad-data.

1.  Repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistiki (CRRS) qed jiġi stabbilit għall-finijiet ta' għoti ta' appoġġ għall-għanijiet tal-Eurodac, tas-SIS u tal-[ECRIS-TCN] u biex tiġi pprovduta data statistika bejn is-sistemi u rappurtar analitiku għall-finijiet operazzjonali, ta' politika u ta' kwalità tad-data.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-eu-LISA għandha trendi d-data anonima u għandha tirreġistra t-tali data anonima fis-CRRS. Il-proċess biex trendi d-data anonima għandu jiġi awtomatizzat.

3.  L-eu-LISA għandha trendi d-data anonima, billi tiżgura li s-suġġett tad-data mhuwiex identifikabbli, u għandha tirreġistra t-tali data anonima fis-CRRS. Il-proċess biex trendi d-data anonima għandu jiġi awtomatizzat. Ma għandu jingħata l-ebda aċċess lill-persunal tal-eu-LISA għall-ebda data personali maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni jew fil-komponenti tal-interoperabbiltà.

 

Id-data li tinsab fis-CRRS ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi.

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  infrastruttura ċentrali, li tikkonsisti f'repożitorju tad-data li tippermetti li d-data tiġi anonimizzata;

(a)  infrastruttura ċentrali, li tikkonsisti f'repożitorju tad-data u f'mekkaniżmu li jiżgura li d-data tiġi anonimizzata qabel ma tinħażen fis-CRRS;

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operat tas-CRRS, inklużi salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u r-regoli dwar is-sigurtà applikabbli għar-repożitorju permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-operat tas-CRRS, inklużi salvagwardji speċifiċi għall-ipproċessar ta' data personali msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u r-regoli dwar is-sigurtà applikabbli għar-repożitorju permezz ta' att delegat adottat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 63.

Ġustifikazzjoni

Is-CRRS se jikkostitwixxi bażi tad-data ulterjuri fil-livell tal-UE, għalkemm id-data personali li se jkun fih għandha tkun anonimizzata. Is-salvagwardji relatati mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data jaqgħu taħt il-mandat tal-koleġiżlaturi u bħala tali għandhom ikunu s-suġġett ta' att delegat.

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B'rabta mal-ipproċessar ta' data fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż), l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kontrolluri għall-Eurodac, għas-SIS u għas-[sistema ECRIS-TCN] rispettivament, għandhom jiġu kkunsidrati bħala kontrolluri wkoll f'konformità mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 b'rabta mal-mudelli bijometriċi miksuba mid-data msemmija fl-Artikolu 13 li huma jdaħħlu fis-sistemi rispettivi u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar tal-mudelli bijometriċi fil-BMS kondiviż.

1.  B'rabta mal-ipproċessar ta' data fil-BMS kondiviż, l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kontrolluri għall-Eurodac, għas-SIS u għas-[sistema ECRIS-TCN] rispettivament, għandhom jiġu kkunsidrati bħala kontrolluri wkoll f'konformità mal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-Artikolu 3(8) tad-Direttiva (UE) 2016/680 b'rabta mal-mudelli bijometriċi miksuba mid-data msemmija fl-Artikolu 13 li huma jdaħħlu fis-sistemi rispettivi u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar tal-mudelli bijometriċi fil-BMS kondiviż. Fir-rigward tal-immaniġġjar tas-sigurtà tal-informazzjoni tal-BMS kondiviż, l-eu-LISA għandha titqies bħala kontrollur.

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha titqies bħala kontrollur tad-data f'konformità mal-Artikolu 2(b) tar-Regolament Nru 45/2001 b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

(a)  l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha titqies bħala kontrollur tad-data f'konformità mal-Artikolu 2(d)tar-Regolament (KE)Nru 45/2001 b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS;

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fir-rigward tal-immaniġġjar tas-sigurtà tal-informazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tiġi kkunsidrata bħala kontrollur tad-data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fis-CIR, l-eu-LISA għandha titqies bħala l-proċessur tad-data f'konformitàa mal-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

B'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID, l-eu-LISA għandha titqies bħala l-proċessur tad-data f'konformità mal-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ komponenti tal-interoperabbiltà li hemm nieqsa li fihom iseħħ l-ipproċessar tad-data jeħtieġ li jiżdiedu. Ma hemm l-ebda bżonn li jiżdied l-ESP peress li fih ma jsir l-ebda pproċessar ta' data personali.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kemm l-eu-LISA kif ukoll l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar ta' data personali li jseħħ skont l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-eu-LISA, [l-Unità Ċentrali tal-ETIAS] u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw dwar kompiti relatati mas-sigurtà.

1.  L-eu-LISA, l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Europol għandhom jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar ta' data personali li jseħħ skont l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-partijiet imsemmija fl-Artikolu 54. L-eu-LISA, [Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta], l-Europol u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw f'kompiti relatati mas-sigurtà.

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  iċċaħħad lill-persuni mhux awtorizzati mill-aċċess għat-tagħmir u l-installazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data;

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 42 - paragrafu 3 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  timpedixxi l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  tiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għat-tħaddim normali;

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb)  tiggarantixxi l-affidabbiltà billi tiżgura li kwalunkwe difett fil-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà jiġi rappurtat kif xieraq;

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  timonitorja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzazzjonali meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament.

(i)  tissorvelja l-effettività tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzazzjonali meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament u biex tivvaluta dawk il-miżuri tas-sigurtà fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda.

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 fir-rigward tas-sigurtà b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet li jkollhom dritt li jaċċessaw kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

4.  L-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 3 fir-rigward tas-sigurtà b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet li jkollhom dritt li jaċċedu għal kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kunfidenzjalità tad-data tas-SIS

Kunfidenzjalità tad-data

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra tal-kunfidenzjalità lill-persuni u lill-korpi kollha li jkunu meħtieġa jaħdmu bid-data tas-SIS aċċessata permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà f'konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta' dawn il-korpi.

1.  Kull Stat Membru għandu japplika r-regoli tiegħu ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra tal-kunfidenzjalità lill-persuni u lill-korpi kollha li jkunu meħtieġa jaħdmu bid-data li jkun sar aċċess għaliha permezz ta' kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-interoperabbiltà f'konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawn il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg jew wara t-tmiem tal-attivitajiet ta' dawn il-korpi.

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra tal-kunfidenzjalità ta' standards komparabbli għal dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 għall-persunal kollu tagħha li hu meħtieġ jaħdem bid-data tas-SIS. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

2.  Mingħajr ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni, l-eu-LISA għandha tapplika regoli adatti ta' segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħra tal-kunfidenzjalità ta' standards komparabbli għal dawk stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għall-persunal kollu tagħha li hu meħtieġ jaħdem bid-data. Dan l-obbligu għandu japplika wkoll wara li dawk il-persuni jħallu l-kariga jew l-impjieg tagħhom jew wara t-tmiem tal-attivitajiet tagħhom.

Emenda    223

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-eu-LISA jew Stat Membru jikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu li għandu x'jaqsam mal-komponenti tal-interoperabbiltà, huma għandhom jimmonitorjaw mill-qrib l-attivitajiet tal-kuntrattur biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan ir-Regolament, inklużi b'mod partikolari s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull avveniment li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà u li jista' jikkawża dannu jew telf ta' data maħżuna fihom għandu jitqies li hu inċident marbut mas-sigurtà, b'mod partikolari meta jista' jkun li kien hemm aċċess mhux awtorizzat għad-data jew meta d-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data ġew kompromessi jew setgħu ġew kompromessi.

1.  Kull avveniment li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà u li jista' jikkawża dannu jew telf ta' data maħżuna fihom u aċċess mhux awtorizzat għaliha, għandu jitqies li hu inċident marbut mas-sigurtà, b'mod partikolari meta jista' jkun li kien hemm aċċess mhux awtorizzat għad-data jew meta d-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data jkunu ġew kompromessi jew setgħu ġew kompromessi.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr ħsara għan-notifika u għall-komunikazzjoni ta' ksur tad-data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, jew it-tnejn, l-Istati Membri għandhom jagħtu notifika lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar inċidenti marbuta mas-sigurtà. Fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tagħti notifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

3.  Mingħajr ħsara għan-notifika u għall-komunikazzjoni ta' ksur tad-data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, jew it-tnejn, l-Istati Membri u l-Europol għandhom jagħtu notifika lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwalunkwe inċident marbut mas-sigurtà mingħajr dewmien. Fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tagħti notifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-inċidenti serji immedjatament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawk ir-rapporti għandhom jiġu kklassifikati bħala EU RESTRICTED/RESTREINT UE f'konformità mar-regoli ta' sigurtà applikabbli.

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-informazzjoni dwar inċident marbut mas-sigurtà li jkollu jew jista' jkollu impatt fuq l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data għandha tingħata lill-Istat Membru u tiġi rrapportata f'konformità mal-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti li għandu jiġi pprovdut mill-eu-LISA.

4.  L-informazzjoni dwar inċident marbut mas-sigurtà li jkollu jew jista' jkollu impatt fuq l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà jew fuq id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data għandha tingħata lill-Istati Membri, lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS meta meħtieġ, u lill-Europol mingħajr dewmien u tiġi rrapportata f'konformità mal-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti li għandu jiġi pprovdut mill-eu-LISA.

Emenda    228

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri kkonċernati u l-eu-LISA għandhom jikkooperaw fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni ta' din il-proċedura ta' kooperazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

5.  L-Istati Membri kkonċernati, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS, il-Europol u l-eu-LISA għandhom jikkooperaw fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni ta' din il-proċedura ta' kooperazzjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64(2).

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri u l-korpi rilevanti tal-UE għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess tal-komponenti tal-interoperabbiltà tieħu l-miżuri meħtieġa biex tissorvelja l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji.

L-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess tal-komponenti tal-interoperabbiltà tieħu l-miżuri meħtieġa biex tissorvelja l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u tikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji.

Emenda    230

Proposta għal regolament

Artikolu 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 45a

 

Penali

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data, proċessar tad-data jew skambju tad-data li jmur kontra dan ir-Regolament ikun punibbli skont il-liġi nazzjonali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom jinkludu l-possibbiltà ta' penali amministrattivi u kriminali.

Emenda    231

Proposta għal regolament

Artikolu 45b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 45b

 

Responsabbiltà

 

1. Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u għar-responsabbiltà tagħhom, skont ir-Regolamenti (KE) Nru 45/2001 u (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680:

 

(a) kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn operazzjoni ta' pproċessar illegali ta' data personali jew minn kwalunkwe att ieħor mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament minn Stat Membru għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens minn dak l-Istat Membru; kif ukoll

 

(b) kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali kkawżat minn kwalunkwe att tal-Europol, tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew tal-eu-LISA li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mill-aġenzija inkwistjoni.

 

L-Istat Membru kkonċernat, l-Europol jew l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom ikunu eżentati mir-responsabbiltà tagħhom taħt l-ewwel subparagrafu, kollha kemm hi jew parzjalment, jekk jagħtu prova li ma jkunux responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għad-dannu.

 

2. Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament jikkawża dannu lill-komponenti tal-interoperabbiltà, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali dannu, dejjem jekk u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti marbuta b'dan ir-Regolament ikunu naqsu milli jieħdu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħ dannu jew biex inaqqsu l-impatt tiegħu.

 

3. Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru intimat. It-talbiet għal kumpens kontra l-kontrollur jew l-eu-LISA għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti fit-Trattati.

Emenda    232

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt għall-informazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    233

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Mingħajr ħsara għad-dritt għall-informazzjoni msemmi fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) 45/2001 u fl-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679, persuni li d-data tagħhom hi maħżuna fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku, fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità jew fid-detettur ta' identitajiet multipli għandhom jiġu informati mill-awtorità li tiġbor id-data tagħhom, fil-ħin li fih tinġabar id-data tagħhom, dwar l-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, inkluż dwar l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-kontrolluri tad-data rispettivi, u dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ta' aċċess, ta' rettifika u għal tħassir, kif ukoll dwar id-dettalji ta' kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtorità ta' sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru responsabbli għall-ġbir tad-data.

1.  L-awtorità li tkun qed tiġbor id-data tal-persuni li d-data tagħhom hi maħżuna fil-BMS kondiviż, fis-CIR jew fl-MID għandha tagħti lil dawk il-persuni l-informazzjoni rikjesta skont l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) 45/2001 u l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679 bil-mod mitlub mill-Artikolu 12 u 13 tad-Direttiva 2016/680. L-awtorità għandha tipprovdi l-informazzjoni fil-ħin meta tinġabar tali data personali.

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-informazzjoni kollha għandha tingħata lis-suġġetti tad-data b'mod u b'lingwa li jifhmu, jew li huma raġonevolment mistennija li jifhmu. Dan għandu jinkludi l-għoti ta' informazzjoni b'mod li jkun adattat għall-età tas-suġġetti tad-data li huma minorenni.

Emenda    235

Proposta għal regolament

Artikolu 46a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 46a

 

Kampanja ta' Informazzjoni

 

 Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, għandha takkumpanja l-bidu tal-operazzjonijiet ta' kull komponent tal-interoperabbiltà b'kampanja ta' informazzjoni li tgħarraf lill-pubbliku u, b'mod partikolari, liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, dwar l-objettivi u l-funzjonament ta' dawk il-komponenti, l-awtoritajiet li għandhom aċċess u l-kundizzjonijiet għal dan l-aċċess, u d-drittijiet tal-persuni kkonċernati. Tali kampanji ta' informazzjoni għandhom isiru kontinwament.

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt ta' aċċess, ta' korrezzjoni u għal tħassir

Dritt ta' aċċess għad-data personali, ir-rettifika, l-ikkompletar u t-tħassir tagħha, u dritt ta' restrizzjoni tal-ipproċessar tagħha – servizz web

Emenda    237

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679, kull persuna għandu jkollha d-dritt li tindirizza hi stess lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew ta' kwalunwke Stat Membru, li għandu jeżamina din it-talba u jwieġeb għaliha.

1.  Biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 13, 14, 15 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 u l-Artikoli 14 u 16 tad-Direttiva (UE) 2016/680 fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali fis-CIR, il-BMS kondiviż u l-MID, kull persuna għandu jkollha d-dritt li tindirizza hi stess lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti jew lil kwalunkwe Stat Membru ieħor, li għandu jeżamina din it-talba u jwieġeb għaliha.

Emenda    238

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, u sabiex jiġi ffaċilitat u jitħeġġeġ aktar l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data kif deskritt fil-paragrafu 1 għall-aċċess, għar-rettifika, għat-tħassir jew għar-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom taħt il-komponenti tal-interoperabbiltà, b'mod partikolari ta' dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jistgħu jkunu barra t-territorju tal-Istati Membri, l-eu-LISA għandha tistabbilixxi servizz web, ospitat fis-sit tekniku tagħha, li għandu jippermetti lis-suġġetti tad-data jagħmlu talba għall-aċċess, għall-korrezzjoni, għat-tħassir jew għar-rettifika tad-data personali tagħhom. Is-servizz web għandu jaġixxi bħala punt uniku ta' kuntatt għal dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu barra mit-territorju tal-Istati Membri.

 

Is-servizz web għandu jibgħat minnufih it-talba lill-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti skont l-Artikolu 29, jew, meta jkun xieraq, lill-Istat Membru responsabbli għad-dħul tad-data fis-sistema ta' informazzjoni sottostanti tal-Unjoni li hija s-suġġett tat-talba.

Emenda    239

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-regoli dettaljati dwar il-kundizzjonijiet għat-tħaddim tas-servizz web u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 64.

Emenda    240

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti kif imsemmi fl-Artikolu 29 jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jwieġeb għal dawn it-talbiet fi żmien 45 jum minn meta jirċievi t-talba.

2.  L-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti kif imsemmi fl-Artikolu 29 jew l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba, jew direttament mis-suġġett tad-data f'konformità mal-paragrafu 1 jew permezz tas-servizz web stabbilit f'konformità mal-paragrafu 1a, għandu jwieġeb għal dawn it-talbiet mingħajr dewmien indebitu u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jirċievi t-talba.

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk talba għal korrezzjoni jew għal tħassir ta' data personali ssir lil Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru responsabbli, l-Istat Membru li lilu ssir it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli fi żmien sebat ijiem u l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data fi żmien 30 jum mit-tali kuntatt.

3.  Jekk talba għal aċċess, għal korrezzjoni jew għal tħassir ta' data personali ssir lil Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru responsabbli, l-Istat Membru li lilu ssir it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli bil-miktub fi żmien sebat ijiem u l-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-preċiżjoni tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tad-data mingħajr dewmien indebitu u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar mit-tali kuntatt. Il-persuna kkonċernata għandha tkun informata mill-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli li t-talba tagħha ġiet mgħoddija għal proċedura ulterjuri.

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta, wara eżami, jinstab li d-data maħżuna fid-detettur ta' identitajiet multipli (MID) ma tkunx fattwalment preċiża jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkoreġi jew iħassar dik id-data.

4.  Meta, wara eżami, jinstab li d-data maħżuna fis-CIR, fil-BMS kondiviż u fl-MID ma tkunx fattwalment preċiża jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jikkoreġi jew iħassar dik id-data immedjatament. Il-persuna kkonċernata għandha tkun informata bil-miktub li d-data tagħha ġiet ikkoreġuta jew imħassra.

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment u d-dritt għal rimedju legali fl-Istat Membru li jkun irrifjuta d-dritt ta' aċċess għal data relatata magħha, jew id-dritt ta' rettifika jew tħassir ta' dik id-data, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali.

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta d-data fl-MID tiġi emendata mill-Istat Membru responsabbli matul il-perjodu ta' validità tagħha, l-Istat Membru responsabbli għandu jwettaq l-ipproċessar stabbilit fl-Artikolu 27 u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 29 biex jiddetermina jekk id-data emendata għandhiex tiġi llinkjata. Meta l-ipproċessar ma jirrapporta ebda hit, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jħassar id-data mill-fajl ta' konferma tal-identità. Meta l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta hit waħda jew aktar, l-Istat Membru responsabbli għandu joħloq jew jaġġorna l-link rilevanti f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

5.  Meta d-data fis-CIR, fil-BMS kondiviż jew fl-MID tiġi emendata mill-Istat Membru responsabbli matul il-perjodu ta' validità tagħha, l-Istat Membru responsabbli għandu jwettaq l-ipproċessar stabbilit fl-Artikolu 27 u, fejn rilevanti, fl-Artikolu 29 biex jiddetermina jekk id-data emendata għandhiex tiġi llinkjata. Meta l-ipproċessar ma jirrapporta ebda hit, l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jħassar id-data mill-fajl ta' konferma tal-identità. Meta l-ipproċessar awtomatizzat jirrapporta hit waħda jew aktar, l-Istat Membru responsabbli għandu joħloq jew jaġġorna l-link rilevanti f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data maħżuna fl-MID mhijiex fattwalment preċiża jew tkun ġiet reġistrata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva fejn mingħajr dewmien jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jikkoreġi jew iħassar id-data relatata magħha.

6.  Meta l-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba ma jaqbilx li d-data maħżuna fis-CIR, fil-BMS kondiviż jew fl-MID mhijiex fattwalment preċiża jew tkun ġiet reġistrata b'mod illegali, dak l-Istat Membru għandu jadotta deċiżjoni amministrattiva li fiha mingħajr dewmien jispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhux lest li jikkoreġi jew iħassar id-data relatata magħha.

Emenda    246

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Din id-deċiżjoni għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata bl-informazzjoni li tispjega l-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba msemmija fil-paragrafu 3 u fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif għandha tinġieb azzjoni jew isir ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati u kull assistenza, inkluża dik mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti.

7.  Din id-deċiżjoni għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata l-informazzjoni li tispjega l-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u informazzjoni dwar kif għandha tinġieb azzjoni jew isir ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati, u kwalunkwe assistenza, inkluża dik mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti flimkien mad-dettalji ta' kuntatt tagħhom.

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Kull talba li ssir skont il-paragrafu 3 għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u għandha titħassar immedjatament wara.

8.  Kull talba li ssir skont il-paragrafi 1,2 u 3 għandu jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u għandha titħassar immedjatament wara.

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jżomm rekord fil-forma ta' dokument bil-miktub li saret talba kif imsemmija fil-paragrafu 3 u kif din ġiet indirizzata, u għandu jagħmel dan id-dokument disponibbli għall-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-data mingħajr dewmien.

9.  L-Istat Membru responsabbli jew, fejn applikabbli, l-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandu jżomm rekord fil-forma ta' dokument bil-miktub li saret talba kif imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 u kif din ġiet indirizzata, u għandu jagħmel dan id-dokument disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-data mingħajr dewmien.

Emenda    249

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Data personali maħżuna fil-komponenti tal-interoperabbiltà jew aċċessata minn dawn m'għandhiex tiġi ttrasferita u m'għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata.

Mingħajr preġudizzju għall-[Artikolu 65 tar-Regolament ETIAS], l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/794 u t-tfittxijiet fil-bażijiet tad-data tal-Interpol permezz tal-ESP f'konformità mal-Artikolu 9(5) ta' dan ir-Regolament, data personali maħżuna jew proċessata fil-komponenti tal-interoperabbiltà jew li jkun sar aċċess għaliha minnhom m'għandhiex tiġi ttrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata.

Emenda    250

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe ksur ta' dan l-Artikolu għandu jiġi kkunsidrat bħala inċident serju tas-sigurtà u għandu jiġi rrappurtat u indirizzat minnufih f'konformità mal-Artikolu 44.

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 timmonitorja b'mod indipendenti l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament mill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    252

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-komponenti tal-interoperabbiltà mill-awtoritajiet tal-pulizija u mill-awtoritajiet maħtura, inkluż f'dak li jirrigwarda d-drittijiet tal-persuni li d-data tagħhom isir aċċess għaliha b'dan il-mod.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu -1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1b.  L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha timmonitorja l-legalità tal-aċċess għad-data personali mill-awtoritajiet tal-pulizija u l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri. L-Artikolu 49(2) u (2a) ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw kif xieraq.

Emenda    254

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jiżguraw li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-anqas kull erba' snin.

1.  L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew skont l-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandhom jiżguraw li jsir awditjar tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti tal-anqas kull erba' snin. L-ewwel awditu bħal dan għandu jsir sentejn wara d-data li fiha l-aħħar komponent tal-interoperabbiltà jibda' jitħaddem taħt l-Artikolu 62. Ir-riżultati tal-awditu jistgħu jitqiesu fl-evalwazzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/20131a. L-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandhom jippubblikaw kull sena l-għadd ta' talbiet għal rettifika, ikkompletar jew tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data, l-azzjoni meħuda sussegwentement u l-għadd ta' rettifiki, ikkompletar, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmul bi tweġiba għal talbiet mill-persuni kkonċernati.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi, inklużi kemm riżorsi umani kif ukoll riżorsi finanzjarji, biex twettaq il-kompiti mogħtija lilha skont dan ir-Regolament u li jkollha aċċess għal pariri minn persuni li jkollhom biżżejjed għarfien tad-data bijometrika. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità superviżorja aċċess għal-logs tagħhom mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet imposti mill-interessi tas-sigurtà nazzjonali.

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandhom, b'mod partikolari, jipprovdulha informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħhom kif stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 aċċess għal-logs tagħhom u jippermettulhom aċċess għall-bini kollu tagħhom użat għall-finijiet ta' interoperabbiltà f'kull ħin.

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali tal-eu-LISA f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel jiġu adottati r-rapporti.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-eu-LISA, tal-Europol u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont dan ir-Regolament u għall-iżgurar li dawn l-attivitajiet jitwettqu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001, mar-Regolament (UE) 2016/794 u ma' dan ir-Regolament.

 

L-eu-LISA għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tagħtih aċċess għad-dokumenti kollha u għal-logs tagħha msemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 u tippermettilu aċċess għall-bini kollu tagħha f'kull ħin.

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditjar tal-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali tal-eu-LISA f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti mill-inqas kull erba' snin. L-ewwel awditu bħal dan għandu jsir sentejn wara d-data li fiha l-aħħar komponent tal-interoperabbiltà jibda' jaħdem taħt l-Artikolu 62. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel jiġu adottati r-rapporti. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkollu biżżejjed riżorsi addizzjonali, inklużi kemm riżorsi umani kif ukoll finanzjarji, biex iwettaq il-kompiti mogħtija lilu skont dan ir-Regolament.

Emenda    258

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità superviżorja nazzjonali jsibu diskrepanzi kbar bejn prattiki tal-Istati Membri jew isibu trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà, jew fil-kuntest ta' mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità superviżorja nazzjonali waħda jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u jiżguraw superviżjoni koordinata tal-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità superviżorja nazzjonali jsibu diskrepanzi kbar bejn prattiki tal-Istati Membri jew isibu trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta' komunikazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    259

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fl-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-superviżjoni koordinata għandha tiġi żgurata f'konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) XXXX/2018 [ir-Regolament 45/2001 rivedut].

2.  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jgħinu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw kwalunkwe diffikultà rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data, kif meħtieġ.

Emenda    260

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu tal-inqas darbtejn fis-sena fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data stabbilit mir-Regolament (UE) 2016/679 (il-"Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data"). L-ispejjeż ta' dawk il-laqgħat għandhom jiġġarrbu minn dak il-Bord, li għandu wkoll jorganizzahom. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skont il-ħtieġa.

Emenda    261

Proposta għal regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jibgħat rapport konġunt tal-attivitajiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull sentejn minn hemm 'il quddiem. Dan ir-rapport għandu jinkludi kapitlu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    262

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-komponenti tal-interoperabbiltà għandhom ikunu ospitati mill-eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha u għandhom jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, tad-disponibbiltà, tal-kwalità u tal-veloċità msemmija fl-Artikolu 53(1).

2.  Il-komponenti tal-interoperabbiltà għandhom ikunu ospitati mill-eu-LISA fis-siti tekniċi tagħha u għandhom jipprovdu l-funzjonalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-kundizzjonijiet tas-sigurtà, tad-disponibbiltà, tal-kwalità u tal-veloċità msemmija fl-Artikolu 37, l-Artikolu 37a u l-Artikolu 53(1).

Emenda    263

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, għal kull adattament meħtieġ għall-istabbiliment tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tas-SIS u tal-Eurodac, u tas-[sistema ECRIS-TCN], u l-portal Ewropew tat-tfittxija, is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku, ir-repożitorju ta' identitajiet komuni u d-detettur ta' identitajiet multipli.

L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tfassil u għall-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, għal kwalunkwe adattament meħtieġ għall-istabbiliment tal-interoperabbiltà bejn is-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tas-SIS u tal-Eurodac, u tal-[ECRIS-TCN], u l-ESP, il-BMS kondiviż, is-CIR, l-MID u s-CRRS.

Emenda    264

Proposta għal regolament

Artikolu 52 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fl-ittestjar u fil-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.

L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fl-ittestjar u fl-immaniġġjar u l-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett. L-eu-LISA għandha ssegwi l-prinċipji tal-privatezza fid-disinn u tal-privatezza prestabbilita matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    265

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara l-bidu tal-operat ta' kull komponent tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura ċentrali u għall-interfaċċi uniformi nazzjonali. F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, din għandha tiżgura f'kull ħin l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni teknika tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 12, 17, 25 u 39.

Wara l-bidu tal-operat ta' kull komponent tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni teknika u tas-sigurtà tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inklużi l-manutenzjoni u l-evoluzzjonijiet teknoloġiċi. F'kooperazzjoni mal-Istati Membri, din għandha tiżgura li f'kull ħin tintuża l-aħjar teknoloġija disponibbli, soġġetta għal analiżi tal-kostbenefiċċji. L-eu-LISA għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni teknika u għas-sigurtà tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 12, 17, 25 u 39.

Emenda    266

Proposta għal regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni teknika tal-komponenti tal-interoperabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha neċessarji biex il-komponenti tal-interoperabbiltà jiffunzjonaw 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji biex ikun żgurat li l-komponenti jiffunzjonaw f'livell sodisfaċenti ta' kwalità teknika, b'mod partikulari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni tal-infrastrutturi ċentrali skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Il-ġestjoni teknika tal-komponenti tal-interoperabbiltà tikkonsisti fil-kompiti kollha neċessarji biex il-komponenti tal-interoperabbiltà jiffunzjonaw 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji biex ikun żgurat li l-komponenti jiffunzjonaw f'livell sodisfaċenti ta' kwalità teknika, b'mod partikulari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni tal-infrastrutturi ċentrali skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

Emenda    267

Proposta għal regolament

Artikolu 53 - paragrafu 1 - subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-ġestjoni tas-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex jiġu żgurati l-integrità, il-kunfidenzjalità u d-disponibbiltà tal-komponenti tal-interoperabbiltà kollha skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-valutazzjonijiet tar-riskju tas-sigurtà tal-informazzjoni u l-miżuri preventivi biex jiġu evitati kemm l-inċidenti fiżiċi u kif ukoll dawk tas-sigurtà tal-IT u l-azzjonijiet meħtieġa biex issir reazzjoni għalihom u jsir irkupru minnhom jekk ma jkunux jistgħu jiġu evitati.

Emenda    268

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  il-konformità sħiħa mar-regoli ta' kull sistema tal-IT biex jiġu żgurati s-sigurtà u l-integrità tad-data personali;

Emenda    269

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  ir-rapportar ta' kwalunkwe inċident ta' sigurtà li jinvolvi data personali lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u lill-Kontrollur Ewropew għad-Data Personali.

Emenda    270

Proposta għal regolament

Artikolu 54a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Europol għandu jiżgura l-ipproċessar tat-tfittxijiet mill-ESP fid-data tal-Europol u għandu jadatta kif xieraq l-interfaċċa tiegħu tas-Sistemi ta' Tfittxija tal-Europol (QUEST) għal data b'livell bażiku ta' protezzjoni (BPL).

1.  L-Europol għandu jiżgura l-ipproċessar tat-tfittxijiet mill-ESP u mill-BMS kondiviż fid-data tal-Europol u għandu jadatta kif xieraq l-interfaċċa tiegħu tas-Sistemi ta' Tfittxija tal-Europol (QUEST) għal data b'livell bażiku ta' protezzjoni (BPL).

Emenda    271

Proposta għal regolament

Artikolu 54a – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Kwalunkwe pproċessar tad-data mill-Europol skont dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) 2016/794.

Emenda    272

Proposta għal regolament

Artikolu 55d – paragrafu 2

Regolament (UE) 2018/XX [ir-Regolament dwar l-eu-LISA]

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 9

imħassar

Interoperabbiltà

 

Meta l-interoperabbiltà ta' sistema fuq skala kbira tal-IT tkun ġiet stipulata fi strument leġiżlattiv relevanti, l-Aġenzija għandha tiżviluppa l-azzjonijiet meħtieġa mogħtija lilha minn dawn l-istrumenti leġiżlattivi sabiex isseħħ din l-interoperabbiltà."

 

Ġustifikazzjoni

Mhux meħtieġ – dan huwa t-test diġà miftiehem fir-Regolament dwar l-eu-LISA adottat mill-PE fil-plenarja ta' Lulju.

Emenda    273

Proposta għal regolament

Artikolu -56 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -56

 

Aċċess minn ġuriżdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi

 

B'referenza għall-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680, u l-Artikoli XIV u XIVa tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, il-kumpaniji preżenti f'ġuriżdizzjoni ta' pajjiż terz fejn jistgħu jkunu soġġetti għal ordnijiet jew taħrikiet (tal-qorti) minn awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jeżiġu minnhom li jirkupraw data mill-komponenti tal-interoperabbiltà jew minn sistemi ta' informazzjoni differenti magħmula interoperabbli, għandhom ikunu esklużi mit-tħejjija, id-disinn, l-iżvilupp, il-hosting jew il-ġestjoni ta' kwalunkwe parti ta' komponent tal-interoperabbiltà, jew mill-ipproċessar ta' data personali ta' dawn is-sistemi.

Emenda    274

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), esklużivament għall-finijiet tar-rappurtar u tal-istatistiki mingħajr ma jkunu jistgħu jiġu identifikati individwi:

1.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP), esklużivament għall-finijiet tar-rappurtar u tal-istatistiki. L-użu ta' din id-data m'għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna:

Emenda    275

Proposta għal regolament

Artikolu 56 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità, esklużivament għall-finijiet tar-rappurtar u tal-istatistiki mingħajr ma sseħħ l-identifikazzjoni individwali:

2.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità, esklużivament għall-finijiet tar-rappurtar u tal-istatistiki. L-użu ta' din id-data m'għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna:

Emenda    276

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 3 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mad-detettur ta' identitajiet multipli, esklużivament għall-finijiet tar-rappurtar u tal-istatistiki mingħajr ma sseħħ l-identifikazzjoni individwali:

3.  Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mad-detettur ta' identitajiet multipli, esklużivament għall-finijiet tar-rappurtar u tal-istatistiki. L-użu ta' din id-data m'għandux jippermetti l-identifikazzjoni ta' persuna:

Emenda    277

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  l-għadd ta' links bejn id-diversi sistemi ta' informazzjoni tal-Unjoni;

Emenda    278

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  il-perjodu ta' żmien li matulu link safra tkun baqgħet fis-sistema;

Emenda    279

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 3 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  il-perjodu ta' żmien li matulu link ħamra tkun baqgħet fis-sistema.

Emenda    280

Proposta għal regolament

Artikolu 56 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Sommarji informattivi għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali sabiex tivvaluta l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq id-drittijiet fundamentali.

Emenda    281

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għal perjodu ta' sena wara n-notifika mill-eu-LISA tat-tlestija tat-test imsemmi fl-Artikolu 62(1)(b) rigward id-detettur ta' identitajiet multipli (MID) u qabel ma jibda jopera l-MID, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kif imsemmija fl-[Artikolu 33(a) tar-Regolament (UE) 2016/1624] għandha tkun responsabbli għat-twettiq ta' detezzjoni ta' identitajiet multipli bejn id-data maħżuna fil-VIS, fil-Eurodac u fis-SIS. Id-detezzjonijiet ta' identitajiet multipli għandhom jitwettqu billi tintuża biss data bijometrika f'konformità mal-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament.

1.  Għal perjodu ta' sena wara n-notifika mill-eu-LISA tat-tlestija tat-test imsemmi fl-Artikolu 62(1)(b) rigward l-MID u qabel ma jibda jopera l-MID, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS kif imsemmija fl-[Artikolu 33(a) tar-Regolament (UE) 2016/1624] għandha tkun responsabbli għat-twettiq ta' detezzjoni ta' identitajiet multipli bejn id-data maħżuna fil-VIS, fil-Eurodac, fl-EES u fis-SIS. Id-detezzjonijiet ta' identitajiet multipli għandhom jitwettqu billi tintuża biss data bijometrika f'konformità mal-Artikolu 27(2) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    282

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha toħloq netwerk ta' uffiċjali ta' kollegament li għandu jiġi ospitat fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS jew f'punti ta' kuntatt uniċi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għat-twettiq tal-kompitu stipulat f'dan l-Artikolu.

Emenda    283

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Notifika skont l-Artikolu 61(3) għandha ssir biss ladarba l-links is-sofor kollha jkunu ġew ivverifikati u mibdula jew għal link ħadra jew għal link ħamra.

Emenda    284

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-eu-LISA għandha tassisti fejn ikun hemm bżonn lill-Unità Ċentrali tal-ETIAS fit-twettiq tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli msemmija f'dan l-Artikolu.

imħassar

Emenda    285

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-kostijiet imġarrba b'rabta mal-istabbiliment u mat-tħaddim ta' soluzzjoni ta' riżerva ċentrali tal-Unjoni għal kull sistema indikata fil-paragrafu 1, meta meħtieġ, għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    286

Proposta għal regolament

Artikolu 61 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista konsolidata ta' dawn l-awtoritajiet għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda bl-operat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 62. Jekk ikun hemm emendi għal-lista, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata darba fis-sena.

Lista konsolidata ta' dawn l-awtoritajiet għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda bl-operat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 62. Jekk ikun hemm emendi għal-lista, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata darba fis-sena. Il-lista għandha tinkludi d-data tan-notifika għal kull awtorità elenkata.

Emenda    287

Proposta għal regolament

Artikolu 62 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi d-data minn meta kull komponent tal-interoperabbiltà għandu jibda jitħaddem, wara li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.  Mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi d-data li fiha kull komponent tal-interoperabbiltà jibda jitħaddem, wara li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    288

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-komponenti tal-interoperabbiltà rilevanti, li għandu jsir mill-eu-LISA f'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

(b)  l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-komponenti tal-interoperabbiltà rilevanti, li għandu jsir mill-eu-LISA f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol;

Emenda    289

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi stabbilita għal data fi żmien 30 jum mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Emenda    290

Proposta għal regolament

Artikolu 62 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 37 għandhom japplikaw minn ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    291

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(2) u 9(7) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Is-setgħa għall-adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(2), 9(7), 28(5)u 39(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    292

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8(2) u 9(7) tista' tiġi rrevokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.  Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 8(2), 9(7), 28(5) u 39(5) tista' tiġi rrevokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    293

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(2), u 9(7) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 8(2), 9(7), 28(5) u 39(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien [xahrejn] min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'[xahrejn] fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    294

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jorganizzaw programm ta' taħriġ xieraq dwar is-sigurtà tad-data, il-kwalità tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u dwar il-proċeduri tal-ipproċessar tad-data għall-persunal tagħhom awtorizzat biex jipproċessa data mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    295

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Tal-inqas darba fis-sena għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-Unjoni, korsijiet ta' taħriġ komuni dwar is-sigurtà tad-data, il-kwalità tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-proċeduri tal-ipproċessar tad-data sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-persunal tal-Istati Membri u l-korpi tal-Unjoni awtorizzati biex jipproċessaw data mill-komponenti tal-interoperabbiltà.

Emenda    296

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-eu-LISA u ma' aġenziji rilevanti oħra, għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni manwal prattiku għall-implimentazzjoni u għall-ġestjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Il-manwal prattiku għandu jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal prattiku fil-forma ta' rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, mal-eu-LISA u ma' aġenziji rilevanti oħra, għandha taġġorna l-manwali prattiċi li jkunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-EES, tal-VIS, tal-[ETIAS], tal-Eurodac, tas-SIS u tal-[ECRIS-TCN] bl-informazzjoni neċessarja u għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni manwal prattiku għall-implimentazzjoni u għall-ġestjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Il-manwali għandhom jipprovdu linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-aġġornamenti skont ir-regoli u fil-forma kif stabbilita fl-istrumenti legali rispettivi. Il-manwal dwar il-komponenti tal-interoperabbiltà għandu jiġi adottat fil-forma ta' rakkomandazzjoni.

Emenda    297

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-manwal prattiku għandu jipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif jindirizzaw il-links sofor li huma r-riżultati ta' inkonsistenzi mad-data tal-identità fl-ETIAS. Dawn il-modalitajiet ma għandhomx joħolqu piżijiet sproporzjonati fuq persuni li jkunu daħħlu data mhux eżatta jew ambigwa fl-ETIAS mingħajr ebda intenzjoni li jqarrqu bl-awtoritajiet.

Emenda    298

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jiġi ssorveljat l-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà fid-dawl tal-għanijiet relatati mal-ippjanar u mal-ispejjeż u li jiġi ssorveljat il-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà fid-dawl tal-għanijiet relatati mar-rendiment tekniku, mal-kosteffettività, mas-sigurtà u mal-kwalità tas-servizz.

1.  L-eu-LISA għandha tiżgura li jkun hemm proċeduri fis-seħħ biex jiġi ssorveljat l-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà u l-integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti u l-konnessjoni mal-interfaċċa uniformi nazzjonali fid-dawl tal-għanijiet relatati mal-ippjanar u mal-ispejjeż u li jiġi ssorveljat il-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà fid-dawl tal-għanijiet relatati mar-rendiment tekniku, mal-kosteffettività, mas-sigurtà u mal-kwalità tas-servizz.

Emenda    299

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament – OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data reali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu ntlaħqu l-għanijiet, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kull diverġenza.

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament – OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data reali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà. Dak ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-iżvilupp kurrenti tal-kostijiet u l-progress tal-proġett, valutazzjoni tal-impatt finanzjarju u informazzjoni dwar kwalunkwe problema u riskju tekniku possibbli li jistgħu jaffettwaw l-ispejjeż kumplessivi tas-sistema li għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 60.

Emenda    300

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Sitt xhur wara li jibda jitħaddem kull komponent tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-konnessjoni tal-Istati Membri mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-ESP u s-CIR u l-integrazzjoni tas-sistemi u l-infrastrutturi nazzjonali eżistenti mal-ESP, il-BMS kondiviż, l-MID u s-CIR.

Emenda    301

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  F'każ ta' dewmien fil-proċess ta' żvilupp, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati kemm jista' jkun malajr mill-eu-LISA bir-raġunijiet għad-dewmien, kif ukoll dwar l-impatt tagħhom f'termini ta' żmien u finanzi.

Emenda    302

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Waqt il-fażi ta' żvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa ta' aktar armonizzazzjoni tas-sistemi u l-infrastrutturi nazzjonali tal-Istati Membri fuq il-fruntieri esterni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom jinkludu rakkomandazzjonijiet, valutazzjoni tal-impatt u valutazzjoni tal-kost għall-baġit tal-UE.

Emenda    303

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja relatata mal-operazzjonijiet ta' proċessar ta' data mwettqa fil-komponenti tal-interoperabbiltà.

3.  Għall-finijiet tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni neċessarja relatata mal-operazzjonijiet ta' proċessar ta' data mwettqa fil-komponenti tal-interoperabbiltà mingħajr ma jkollha aċċess għal kwalunkwe data personali pproċessata minn dawk il-komponenti. Tali aċċess għandu jiġi lloggjat.

Emenda    304

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Erba' snin wara li kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda jopera u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inkluża s-sigurtà tagħhom.

4.  Tliet snin wara li kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda jopera u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-konnessjoni tal-Istati Membri mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-ESP u s-CIR u l-integrazzjoni tas-sistemi u l-infrastrutturi nazzjonali eżistenti mal-ESP, il-BMS kondiviż, l-MID u s-CIR, kif ukoll dwar il-funzjonament tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inkluża s-sigurtà tagħhom.

Emenda    305

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  valutazzjoni tal-użu li l-Istati Membri jagħmlu tas-CIR għall-identifikazzjoni;

Emenda    306

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  valutazzjoni biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu f'konformità sħiħa mal-obbligi tagħhom fir-rigward ta' kull sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni;

Emenda    307

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  valutazzjoni tas-sigurtà tal-konnessjoni tal-Istati Membri mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-ESP u tas-CIR u s-sigurtà tal-integrazzjoni tas-sistemi u l-infrastrutturi nazzjonali eżistenti mal-ESP, mal-BMS kondiviż, mal-MID u mas-CIR.

Emenda    308

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)  valutazzjoni tat-tfittxijiet li jsiru tas-CIR għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi;

Emenda    309

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  valutazzjoni tat-tfittxija tal-bażijiet ta' data tal-Interpol permezz tal-ESP, inkluża informazzjoni dwar in-numru ta' hits pożittivi fuq il-bażijiet ta' data tal-Interpol u informazzjoni dwar kwalunkwe problema li setgħet ġiet iffaċċjata.

Emenda    310

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data maħżuna fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jkun fiha informazzjoni u statistiki dwar:

Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva inklużi l-limitazzjonijiet meħtieġa minħabba kwistjonijiet ta' sigurtà nazzjonali, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data maħżuna fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi, li jkun fiha informazzjoni u statistiki dwar:

Emenda    311

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 8 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tibgħat dawk ir-rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest u l-kontenut tal-proposta

Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (fruntieri u viża) (COM(2017)793) u l-proposta dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni) (COM(2017)794) akkumpanjati minn dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva u bbażati fuq valutazzjoni tal-impatt fit-12 ta' Diċembru 2017. Dan isegwi, fost l-oħrajn, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 bit-titolu "Sistemi ta' Informazzjoni aktar b'saħħithom u aktar intelliġenti għall-Fruntieri u s-Sigurtà" (COM(2016)205) li fiha l-Kummissjoni ddeskriviet il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT tagħha, l-arkitettura tad-data u l-iskambju tal-informazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-kontroterroriżmu u r-rapport finali tal-grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar is-sistemi ta' informazzjoni u l-interoperabbiltà tal-11 ta' Mejju 2017 li kkonkluda li huwa meħtieġ u teknikament fattibbli li naħdmu lejn soluzzjonijiet prattiċi għall-interoperabbiltà u li dawn jistgħu, fil-prinċipju, joffru kisbiet operazzjonali filwaqt li jkunu stabbiliti f'konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

Il-proposta stabbiliet erba' komponenti tal-interoperabbiltà: Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP); is-Servizz Kondiviż ta' Tqabbil Bijometriku (BMS kondiviż); ir-Repożitorju Komuni ta' Informazzjoni dwar l-Identità (CIR); u d-Detettur ta' Identitajiet Multipli (MID) u tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-arkitettura teknika tagħhom, regoli rigward l-użu tal-komponenti, il-ħżin tal-logs, il-kwalità tad-data, regoli rigward il-protezzjoni tad-data, is-superviżjoni u r-responsabbiltajiet tad-diversi aġenziji u tal-Istati Membri. Tinkludi wkoll emendi għal għadd ta' strumenti leġiżlattivi oħra.

Il-proċedura

Sabiex tiġi vvalutata l-proposta tal-Kummissjoni u ssir tħejjija għal dan l-abbozz ta' rapport, ir-rapporteurs fittxew kontribut minn firxa wiesgħa ta' sorsi. Saret serje ta' laqgħat fil-livell tax-shadow rapporteurs mas-servizzi tal-Kummissjoni biex il-proposta tiġi diskussa fid-dettall kollha kemm hi. Barra minn hekk, diversi partijiet ikkonċernati u esperti ġew mistiedna jattendu laqgħat max-shadow rapporteurs. Dawn kienu l-aġenziji Ewropej affettwati mill-proposti jew interessati fihom (eu-LISA, Europol, Frontex, FRA), u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Biex jikkomplementaw dawn il-laqgħat, saret talba għal opinjoni tal-Aġenzija dwar id-Drittijiet Fundamentali u ġiet organizzata żjara fis-sit tekniku tal-eu-LISA fi Strasburgu.

Il-pożizzjoni tar-rapporteurs

Ir-rapporteurs jilqgħu l-proposti tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE. Iċ-ċittadini tal-UE jistennew li l-Unjoni Ewropea twettaq ġestjoni effettiva tal-ażil u tal-migrazzjoni u ġestjoni xierqa tal-fruntieri esterni u tindirizza t-theddidiet kontinwi li għaddejjin għas-sigurtà interna. Il-kriżi tar-rifuġjati kif ukoll sensiela ta' attakki terroristiċi matul dawn l-aħħar snin urew l-urġenza li tittejjeb il-kondiviżjoni tal-informazzjoni rilevanti. L-azzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet hija importanti sabiex tibqa' tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku fis-sistema tal-Unjoni tal-migrazzjoni u l-ażil, fil-miżuri tas-sigurtà tal-Unjoni u fil-kapaċitajiet tal-Unjoni li timmaniġġja l-fruntieri esterni.

Barra minn hekk, ir-rapporteurs jaqblu mal-Kummissjoni li l-opportunitajiet offruti mill-interoperabbiltà bħala miżuri biex jittejbu s-sigurtà u l-protezzjoni tal-fruntieri esterni jeħtieġ li jkunu bbilanċjati mal-obbligu sabiex jiġi żgurat li l-interferenzi mad-drittijiet fundamentali li jistgħu jidderivaw mill-ambjent il-ġdid ta' interoperabbiltà jkunu limitati għal dawk li huma strettament meħtieġa biex jintlaħqu ġenwinament l-objettivi ta' interess ġenerali segwiti, soġġett għall-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan il-bilanċ huwa rifless b'attenzjoni fl-emendi proposti. Ir-rapporteurs jemmnu wkoll li l-komponenti tal-interoperabbiltà joffru opportunità biex tissaħħaħ il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, pereżempju billi tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta ta' persuni bona fide u jiġi miġġieled il-frodi tal-identità.

L-istabbiliment tal-interoperabbiltà itejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi jistabbilixxi aċċess rapidu, sempliċi u effiċjenti għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE. Għalhekk, irridu noqogħdu attenti li ma nżidux l-għadd ta' kompiti li nitolbu lill-gwardji tal-fruntiera jwettqu. Ir-Rapporteurs għamlu diversi proposti biex dan jinkiseb: l-ewwel nett, ma għandux ikun hemm obbligu strett għall-gwardji tal-fruntieri li jittrattaw bandiera safra fil-verifiki tat-tieni linja. Għandu jkun f'idejn il-gwardja tal-fruntiera li ssir din id-deċiżjoni, peress li l-gwardji huma mħarrġa biex jidentifikaw il-frodi tal-identità. It-tieni nett, il-Portal Ewropew ta' Tiftix (ESP) għandu jipprovdi tweġibiet lill-gwardja tal-fruntiera immedjatament meta s-sistemi sottostanti jipprovdu t-tweġibiet. Ma għandux jistenna li jiġbor it-tweġibiet kollha mis-sistemi sottostanti qabel jippreżentahom lill-gwardja tal-fruntiera. It-tielet nett, għandha ssir enfasi biex il-gwardji tal-fruntiera jiġu mħarrġa kif xieraq fl-użu tas-sistema ta' verifika manwali li se tiġi introdotta permezz ta' din il-proposta.

Ir-rapporteurs introduċew artikolu separat li jenfasizza l-ħtieġa li l-komponenti kollha tal-interoperabbiltà jippermettu aċċess rapidu, bla intoppi, effiċjenti u kkontrollat bl-użu tal-aħjar teknoloġija disponibbli sabiex jilħqu ħinijiet ta' rispons allinjati mal-ħtiġijiet operazzjonali. Ħafna operazzjonijiet ta' kuljum ta' gwardji tal-fruntiera, uffiċjali tal-pulizija, uffiċjali tal-immigrazzjoni jew persunal konsulari se jiddependu fuq it-tħaddim korrett ta' dawn il-komponenti tal-interoperabbiltà. Għaldaqstant huwa kruċjali li jkun iggarantit it-tħaddim xieraq tal-komponenti, iżda r-rapporteurs jemmnu li huwa daqstant importanti li tinħoloq sistema ta' backup, b'mod speċjali għar-Repożitorju Komuni ta' Informazzjoni dwar l-Identità (CIR) u l-ESP. It-tħaddim korrett tal-komponenti kollha, kif ukoll tas-sistemi sottostanti se jiddependi fuq dawn iż-żewġ komponenti, għaldaqstant għandha tkun prevista struttura ta' backup.

Ir-rapporteurs jixtiequ jenfasizzaw il-fatt li l-komponenti tal-interoperabbiltà mhux se jbiddlu s-sistemi, ir-regoli u l-proċeduri sottostanti tagħhom. Il-komponenti tal-interoperabbiltà għandhom jiffaċilitaw l-aċċess, iżda d-drittijiet ta' aċċess mhux se jinbidlu permezz ta' din il-proposta. Ġew introdotti diversi emendi sabiex dan jiġi ċċarat. L-uniċi bidliet fir-rigward tad-drittijiet ta' aċċess qed isiru fil-qasam tal-infurzar tal-liġi bl-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' hit/no-hit. Dan mhux biss jottimizza l-aċċess għas-sistemi sottostanti, iżda wkoll jiżgura li t-tiftix isir biss f'dawk il-bażijiet tad-data li fihom informazzjoni rilevanti. Ir-rapporteurs emendaw il-proċedura fil-proposta sabiex jiġi żgurat li jkunu biss l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi li jkollhom permess li jkollhom aċċess sħiħ għas-sistemi tad-data li se jkunu jistgħu jfittxu fis-sistemi permezz tal-proċedura "hit/no-hit".

Barra minn hekk, il-proposta tippermetti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istati Membri li, jekk id-dritt nazzjonali jagħtihom is-setgħa jagħmlu dan, jużaw is-CIR għall-identifikazzjoni ta' persuna waqt verifika tal-identità. Skont ir-rapporteurs, il-proċedura għall-identifikazzjoni għandha tirrifletti l-prattika standard fl-Istati Membri. Għaldaqstant, saru emendi biex il-persuna l-ewwel tiġi identifikata b'dokumenti tal-identità jew tal-ivvjaġġar, skont regoli u proċeduri fid-dritt nazzjonali, qabel ma jkun permess li ssir tfittxija fis-CIR bl-użu tad-data bijometrika tal-persuna. Tfittxija fis-CIR biex persuna tiġi identifikata tista' ssir biss meta l-persuna tkun fiżikament preżenti.

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew li jimmonitorjaw u jivvalutaw il-funzjonament ta' din il-proposta, saru emendi oħra lil dan l-artikolu. Dan b'mod speċjali fir-rigward tal-użu tas-CIR għall-finijiet tal-identifikazzjoni, għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi u l-użu tal-bażi ta' data tal-Interpol permezz tal-ESP.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (22.6.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni)
(COM(2017)0794 – C8-0003/2018 – 2017/0352(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bernd Kölmel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' ż-żewġ proposti tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE adottati fit-12 ta' Diċembru 2017. Iż-żewġ proposti għandhom l-għan li jegħlbu n-nuqqasijiet strutturali preżenti fl-arkitettura tal-UE fir-rigward tal-ġestjoni tal-informazzjoni billi s-sistemi ta' informazzjoni jsiru interoperabbli, jiġifieri jistgħu jiskambjaw id-data u jikkondividu l-informazzjoni. Ir-rapporteur jaqbel bis-sħiħ mal-fini tagħhom, jiġifieri li jkun żgurat l-aċċess rapidu għall-informazzjoni, inkluż mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli u għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, għall-iffaċilitar ta' kontrolli tal-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u għall-iffaċilitar tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni ta' kriminalità serja u ta' terroriżmu.

L-opinjoni preżenti tikkonċerna l-proposta dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni, li għandha l-għan li tirregola l-aċċess għas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, kif irregolata bħalissa mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/JHA, kif ukoll għall-Eurodac u għall-ECRIS-TCN (Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi).

Ir-rapporteur jaqbel mal-proposta li jiġu stabbiliti l-erba' komponenti tal-interoperabbiltà li ġejjin: portal Ewropew tat-tfittxija li kapaċi jsib informazzjoni fl-istess ħin mis-sistemi rilevanti kollha tal-UE fl-oqsma tal-ġestjoni tas-sigurtà, tal-fruntieri u tal-migrazzjoni, servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku, repożitorju komuni ta' informazzjoni u detettur ta' identitajiet multipli. Barra minn hekk, jilqa' l-proposta li jiġi stabbilit repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika fir-rigward tal-estrazzjoni ta' data statistika anonima għall-finijiet ta' politika, għall-finijiet operazzjonali u għall-finijiet ta' kwalità tad-data.

Il-baġit totali meħtieġ għall-finanzjament taż-żewġ proposti fuq disa' snin (2019-2027) huwa stmat għal EUR 461 miljun, li jinkludi:

-  EUR 261,3 miljun għall-eu-LISA għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà (li minnhom EUR 23 miljun għall-2019-2020);

-  EUR 136,3 miljun għall-Istati Membri biex ikopru l-bidliet fis-sistemi nazzjonali tagħhom (mill-2021);

-  EUR 48,9 miljun għall-Europol biex ikopru l-aġġornament tas-sistemi tal-IT tal-Europol (li minnhom EUR 9,1 miljun għall-2019-2020);

-  EUR 4,8 miljun għall-Frontex fir-rigward tal-fażi tat-twaqqif tad-detettur ta' identitajiet multipli (mill-2021);

-  EUR 2,0 miljun għas-CEPOL biex jingħata taħriġ lill-persunal operattiv (li minnhom EUR 100 000 għall-2020);

-  EUR 7,7 miljun għad-DĠ HOME għal żieda limitata ta' persunal u tal-ispejjeż relatati waqt il-perjodu tal-iżvilupp (li minnhom EUR 2 miljun għall-2019-2020), li jridu jiġu koperti taħt l-intestatura 5.

L-ispiża totali ta' EUR 32,1 miljun għas-snin 2019 u 2020 li taqa' taħt l-intestatura 3 għandha tiġi koperta mir-Regolament tal-ISF-Fruntieri, meta approprjazzjonijiet suffiċjenti jkun għadhom disponibbli. Il-baġit propost lil hinn mill-2020 huwa illustrattiv u ma jippreġudikax in-negozjati dwar il-QFP li jmiss, li l-Kummissjoni adottat proposta dwaru fit-2 ta' Mejju 2018. Ir-rapporteur jinnota b'sodisfazzjon li ma hemm ebda trikkib mat-talbiet baġitarji li jaqgħu taħt proposti leġiżlattivi reċenti oħra f'dan il-qasam, primarjament l-ECRIS-TCN (Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi), ir-reviżjoni tas-SIS II, tal-EES u tal-ETIAS, ir-riformulazzjoni tal-Eurodac u r-reviżjoni tar-regolament fundatur tal-eu-LISA.

Ir-rapporteur jinnota li l-ispejjeż tat-twaqqif ta' darba għall-Istati Membri huma stmati li jammontaw għal EUR 85,5 miljun u li l-Kummissjoni tipproponi li tirrimborża l-ispejjeż kollha ta' integrazzjoni mġarrba mill-Istati Membri, sabiex ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni ta' dawn ir-regolamenti.

Ir-rapporteur iqis li l-ispiża stmata għall-baġit tal-UE hija ġustifikata u proporzjonata, u jissottolinja li l-interoperabbiltà msaħħa fil-livell tal-UE mistennija li tiġġenera ffrankar tal-ispejjeż ta' madwar EUR 77,5 miljun fis-sena, prinċipalment għad-dipartimenti tal-IT u għall-amministrazzjonijiet marbuta mal-ġestjoni tal-fruntieri, għall-migrazzjoni u għall-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri. Minkejja dan kollu, ir-rapporteur iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA lill-Frontex, lill-Europol, lis-CEPOL u lill-Istati Membri jiżguraw l-ogħla grad ta' kosteffiċjenza possibbli tul il-fażijiet ta' żvilupp u operattivi. B'mod partikolari l-eu-LISA mħeġġa tagħmel kull sforz possibbli biex tevita spejjeż akbar milli ppjanati, kif ukoll dewmien, meta tiddefinixxi u timplimenta s-soluzzjoni teknika preferuta, u tassigura li jkollha l-persunal meħtieġ ottimali permezz ta' riassenjazzjoni tal-persunal għal kompiti ġodda hekk kif il-proġetti ta' qabel jaslu biex jitlestew.

Fir-rigward tad-dħul, ir-rapporteur jitlob li l-Kummissjoni tipprovdi, malajr kemm jista' jkun, informazzjoni dettaljata dwar il-kontribuzzjonijiet mistennija mill-pajjiżi assoċjati ma' Schengen, li għandhom ikunu ttrattati bħala dħul assenjat mixxellanju fil-linja baġitarja tal-eu-LISA (18 02 07).

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur issaħħaħ għadd ta' dispożizzjonijiet dwar ir-rapportar u l-evalwazzjoni, sabiex l-awtorità baġitarja tkun tista' ssegwi mill-qrib l-iżvilupp u l-funzjonament bikri tal-komponenti tal-interoperabbiltà ġodda fid-dawl ta' deċiżjonijiet baġitarji futuri, b'mod partikolari taħt il-QFP ta' wara l-2020.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-kostijiet imġarrba b'rabta mal-istabbiliment u mat-tħaddim ta' soluzzjoni ta' riżerva ċentrali tal-UE għal kull sistema indikata fil-paragrafu 1, meta meħtieġ, għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kostijiet imġarrba b'rabta mal-integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti u mal-konnessjoni tagħhom mall-interfaċċi uniformi nazzjonali kif ukoll b'rabta mal-ospitar tal-interfaċċi uniformi nazzjonali għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Il-kostijiet imġarrba b'rabta mal-integrazzjoni tal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti u mal-konnessjoni tagħhom mal-interfaċċi uniformi nazzjonali kif ukoll b'rabta mal-ospitar u mal-iżviluppi futuri tal-interfaċċi uniformi nazzjonali għandhom jiġġarrbu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali u fi ħdan il-qafas tal-proċedura baġitarja annwali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament — OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Ladarba jiġi finalizzat l-iżvilupp, għandu jiġi ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jispjega fid-dettall kif ikunu intlaħqu l-għanijiet, b'mod partikolari dawk marbuta mal-ippjanar u mal-ispejjeż, kif ukoll ġustifikazzjoni għal kull diverġenza.

2.  Sa [Sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament — OPOCE, jekk jogħġbok issostitwixxi bid-data attwali] u kull sitt xhur wara dan matul il-fażi tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-iżvilupp kurrenti tal-kostijiet u l-progress tal-proġett, valutazzjoni tal-impatt finanzjarju u informazzjoni dwar kwalunkwe problemi u riskji tekniċi possibbli li jistgħu jaffettwaw l-ispejjeż kumplessivi tas-sistema li għandhom jinġarru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 60.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  F'każ ta' dewmien fil-proċess ta' żvilupp, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati kemm jista' jkun malajr mill-eu-LISA bir-raġunijiet għad-dewmien, kif ukoll dwar l-impatt tagħhom f'termini ta' żmien u finanzi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Erba' snin wara li kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda jopera u kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inkluża s-sigurtà tagħhom.

4.  Sentejn wara li kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda jopera u kull sentejn minn hemm 'il quddiem, l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà, inkluża s-sigurtà u l-kostijiet tagħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, sena wara kull rapport mill-eu-LISA, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-komponenti, inklużi:

Barra minn hekk, sitt xhur wara kull rapport mill-eu-LISA, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-komponenti, inklużi:

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali;

(b)  eżaminazzjoni tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet u l-impatt fuq id-drittijiet fundamentali, kif ukoll fuq l-ispejjeż assoċjati;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 68 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  valutazzjoni ta' kull implikazzjoni, inkluż kull impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku f'punti ta' qsim tal-fruntieri u dawk l-implikazzjonijiet b'impatt baġitarju fuq il-baġit tal-Unjoni.

(e)  valutazzjoni ta' kull implikazzjoni, inklużi dawk b'impatt fuq il-fluss tat-traffiku f'punti ta' qsim tal-fruntieri u dawk l-implikazzjonijiet b'impatt baġitarju fuq il-baġit tal-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni)

Referenzi

COM(2017)0794 – C8-0003/2018 – 2017/0352(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.2.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

28.2.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bernd Kölmel

25.1.2018

Eżami fil-kumitat

17.5.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Verónica Lope Fontagné, Andrey Novakov, Pavel Poc, Ivan Štefanec, Claudia Țapardel

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Martina Anderson, Auke Zijlstra

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Anneli Jäätteenmäki

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Richard Ashworth, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Verónica Lope Fontagné, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Ivan Štefanec, Patricija Šulin, Inese Vaidere

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, John Howarth, Vladimír Maňka, Pavel Poc, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Claudia Țapardel, Isabelle Thomas, Tiemo Wölken

3

-

EFDD

John Stuart Agnew

ENF

Auke Zijlstra

GUE/NGL

Martina Anderson

3

0

ENF

Marco Zanni

VERTS/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0480 – C8-0293/2018 – COM(2017)0794 – C8-0003/2018 – 2017/0352(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

28.2.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

28.2.2018

BUDG

28.2.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

22.2.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Nuno Melo

1.2.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.6.2018

3.9.2018

15.10.2018

 

Data tal-adozzjoni

15.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Malin Björk, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Kinga Gál, Ana Gomes, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Giancarlo Scottà, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Miriam Dalli, Gérard Deprez, Anna Hedh, Lívia Járóka, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Luis de Grandes Pascual, Esther de Lange, Raffaele Fitto, John Flack, Arne Gericke, Karine Gloanec Maurin, Gesine Meissner, Francisco José Millán Mon, Marijana Petir, Ulrike Rodust, Massimiliano Salini, Tibor Szanyi

Data tat-tressiq

19.10.2018

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Gérard Deprez, Gesine Meissner, Louis Michel, Maite Pagazaurtundúa Ruiz

ECR

Raffaele Fitto, John Flack, Arne Gericke, Monica Macovei, Helga Stevens, Kristina Winberg

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Giancarlo Scottà, Harald Vilimsky

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Luis de Grandes Pascual, Lívia Járóka, Barbara Kudrycka, Esther de Lange, Jeroen Lenaers, Nuno Melo, Roberta Metsola, Francisco José Millán Mon, Marijana Petir, Massimiliano Salini, Traian Ungureanu, Axel Voss

S&D

Pervenche Berès, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Karine Gloanec Maurin, Ana Gomes, Anna Hedh, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Dietmar Köster, Miltiadis Kyrkos, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ulrike Rodust, Tibor Szanyi, Josef Weidenholzer

9

-

ENF

Auke Zijlstra

GUE/NGL

Malin Björk, Cornelia Ernst, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

VERTS/ALE

Eva Joly, Ska Keller, Jean Lambert, Bodil Valero

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Novembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza