Proċedura : 2018/0143(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0354/2018

Testi mressqa :

A8-0354/2018

Dibattiti :

PV 14/11/2018 - 8
CRE 14/11/2018 - 8
PV 17/04/2019 - 19
CRE 17/04/2019 - 19

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2018 - 14.7
CRE 14/11/2018 - 14.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 18/04/2019 - 10.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0455
P8_TA(2019)0426

RAPPORT     ***I
PDF 1135kWORD 141k
25.10.2018
PE 625.231v02-00 A8-0354/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

(COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Bas Eickhout

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

(COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0284),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0197/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018(1),

–  wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0354/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  L-Istrateġija Ewropea għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi tistabbilixxi ambizzjoni ċara: sa nofs is-seklu, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ ikunu mill-anqas 60 % inqas milli kienu fl-1990 u jkunu qed joqorbu lejn iż-żero. Anki l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa tal-arja mit-trasport li jagħmlu ħsara lil saħħitna jeħtieġ jonqsu drastikament mingħajr dewmien.

(1)  Sabiex jitwettqu l-impenji li l-Unjoni ħadet fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport jeħtieġ li tiġi aċċellerata u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport jeħtieġ ikunu qed joqorbu lejn iż-żero sal-2050. Anki l-emissjonijiet tas-sustanzi niġġiesa tal-arja mit-trasport li jagħmlu ħsara lil saħħitna billi jwasslu għall-mewt prematura ta' aktar minn 400 000 ċittadin Ewropew fis-sena u jniġġsu l-ambjent jeħtieġ jonqsu drastikament mingħajr dewmien. Dan jirrikjedi tnaqqis ulterjuri ta' emissjonijiet minn magni bil-kombustjoni konvenzjonali wara l-2020 kif ukoll l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, li se jkollhom jiġu żviluppati, prodotti u kkummerċjalizzati biex jiksbu sehem sostanzjali mis-suq fl-Unjoni sal-2030.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-introduzzjoni ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jenħtieġ li tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-problemi ewlenin tal-mobbiltà urbana. Filwaqt li hija essenzjali li jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mit-trasport bit-triq, il-promozzjoni ta' dawn il-vetturi mill-manifatturi hija kruċjali wkoll biex jitnaqqsu b'mod effettiv is-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-livelli tal-ħoss eċċessivi fl-ibliet u fiż-żoni urbani.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Wara l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, il-Kummissjoni adottat żewġ pakketti tal-mobbiltà f'Mejjuu19 Novembru 201720. Dawn il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li twettaq l-Istrateġija għal Mobilità b'Emissjonijiet Baxxi u tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.

(2)  Wara l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi, il-Kummissjoni adottat żewġ pakketti tal-mobbiltà f'Mejju19u f'Novembru 201720. Dawn il-pakketti jistabbilixxu aġenda pożittiva li twettaq l-Istrateġija għal Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi u tiżgura tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet, kompetittiva u konnessa għal kulħadd.

__________________

__________________

19 L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017)283 final

19 L-Ewropa Attiva: Aġenda għal tranżizzjoni soċjalment ġusta lejn mobilità nadifa, kompetittiva u konnessa għal kulħadd, COM(2017)0283 final

20 It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017)675 final

20 It-twettiq ta' mobilità b'emissjonijiet baxxi – Unjoni Ewropea li tipproteġi l-pjaneta, tagħti s-setgħa lill-konsumaturi tagħha u tiddefendi l-industrija u l-ħaddiema tagħha, COM(2017)0675 final

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan ir-Regolament huwa parti tat-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobbiltà aktar nadifa u adattati aħjar għall-isforzi li jitħabtu kontra t-tibdil fil-klima. Dan se jkun jeħtieġ l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati, l-aktar biex jissaħħu l-isforzi li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja.

(3)  Dan ir-Regolament huwa parti mit-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-settur deċiżament fit-triq it-tajba sabiex ikun mingħajr emissjonijiet sa nofs is-seklu u jkun konformi kompletament mal-Ftehim ta' Pariġi. Sabiex jinstab bilanċ tajjeb bejn it-tisħiħ tal-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja, hu meħtieġ li tingħata spinta lill-innovazzjoni fl-industrija tal-karozzi tal-Unjoni u li tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni, l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati.

__________________

__________________

21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479 final

21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017)0479 final

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Minbarra l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief22, dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, kif kien approvat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 u kif kien approvat bħala l-Kontribut Maħsub tal-Unjoni Ddeterminat fil-Livell Nazzjonali skont il-Ftehim ta' Pariġi waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ambjent fis-6 ta' Marzu 2015.

  Minbarra r-Regolament (UE) .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, dan ir-Regolament jipprovdi perkors ċar għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport bit-triq u jikkontribwixxi għall-mira vinkolanti ta' tnaqqis domestiku ta' mill-inqas 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra mal-ekonomija kollha sal-2030 meta mqabbel mal-1990, meħtieġ sabiex ikun konformi mal-Ftehim ta' Pariġi.

 

 

22 Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L …, …, p. ).

22 Ir-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni), (ĠU L  …, …, p. ).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotot ta' vetturi tqal ġodda fl-Unjoni kollha għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ pass pass jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija biex ma tittardjax l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. It-trasport bit-triq hu kontribut ewlieni għall-emissjonijiet ta' dawk is-setturi u l-emissjonijiet tiegħu jibqgħu ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jisboq it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra kontra t-tibdil fil-klima.

(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 approvaw tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta' 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 għas-setturi li mhumiex parti mill-Iskema tal-Unjoni għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet. It-trasport bit-triq kien responsabbli għal 25 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni fl-2016, u l-emissjonijiet tiegħu żdiedu għat-tielet sena konsekuttiva u għadhom ferm ogħla mil-livelli tal-1990. Jekk l-emissjonijiet tat-trasport bit-triq jibqgħu jiżdiedu, dan se jisboq it-tnaqqis li jagħmlu setturi oħra kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fid-dawl taż-żieda stmata għal madwar 9 % fil-proporzjon ta' emissjonijiet minn vetturi tqal u l-fatt li bħalissa ma hemm l-ebda rekwiżit biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tqal, huma meħtieġa miżuri speċifiċi għal din il-kategorija ta' vetturi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jiġi realizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards jixprunaw l-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni.

(9)  Sabiex jiġi realizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards se jkunu forza li tagħti spinta lill-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni fuq quddiem fit-teknoloġija tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni u jiġu żgurati impjiegi b'livell għoli ta' ħiliet fuq terminu twil.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal, jixraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

(10)  Filwaqt li jitqies li t-tibdil fil-klima hu problema li tmur lil hinn mill-fruntieri u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal u tiġi evitata kwalunkwe frammentazzjoni tas-suq, huwa xieraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  It-trakkijiet jistgħu jkunu sa 18 % aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u b'hekk it-trasportaturi jkunu jistgħu jiffrankaw EUR 5700 fis-sena billi jużaw teknoloġiji li diġà huma disponibbli. Dawn it-teknoloġiji qed jiġu installati biss f'madwar 15 % tat-trakkijiet il-ġodda primarjament għaliex il-manifatturi ibigħu ħafna minn dawn unikament bħala aċċessorji supplimentari fakultattivi għaljin.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)   It-tranżizzjoni soċjalment aċċettabbli u ġusta lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet sa nofs is-seklu teħtieġ bidliet fil-katina tal-valur tal-karozzi kollha, filwaqt li jitqiesu ċ-ċittadini u r-reġjuni fl-Istati Membri kollha li jistgħu jkunu affettwati b'mod negattiv. Huwa importanti li jitqiesu l-impatti soċjali tat-tranżizzjoni u li jkunu indirizzati minn qabel l-implikazzjonijiet fuq l-impjiegi. Għalhekk, huwa ta' importanza kbira li l-miżuri attwali jkunu wkoll akkumpanjati minn programmi mmirati għat-taħriġ mill-ġdid, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, kif ukoll f'inizjattivi dwar l-edukazzjoni u t-tfittix ta' impjieg f'komunitajiet u reġjuni milquta b'mod negattiv imwettqa fi djalogu mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b)  Jenħtieġ li jiġu implimentati malajr infrastrutturi għall-iċċarġjar u għar-riforniment sabiex tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi favur vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, filwaqt li jeħtieġ li l-istrumenti ta' appoġġ differenti kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll tal-Istati Membri jaħdmu flimkien b'mod effettiv biex jimmobilizzaw investimenti pubbliċi u privati sinifikanti.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c)  L-istrateġija għal mobbiltà b'emissjonijiet baxxi enfasizzat l-importanza li jiġi żgurat li l-elettriku ġġenerat għall-vetturi elettriċi jkun ġej minn sorsi ta' enerġija sostenibbli u l-ħtieġa li tiġi adottata mill-aktar fis possibbli inizjattiva Ewropa fit-tul dwar il-batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss. Sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu dawk il-miri, se jkunu meħtieġa aktar finanzjamenti favur ir-riċerka teknoloġika fir-rigward tal-produzzjoni, il-ġestjoni u r-rimi tal-batteriji tal-muturi elettriċi, sabiex dawn isiru dejjem aktar ekoloġiċi;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12d)  Ħafna mill-operaturi tat-trasport tal-merkanzija tal-Unjoni huma intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'aċċess limitat għall-finanzi. Għalhekk, is-soluzzjonijiet futuri jridu jkunu kosteffettivi u bbilanċjati. Huwa essenzjali li jkun hemm struttura b'saħħitha ta' inċentivi li tappoġġa l-użu ta' vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, kif ukoll li jkunu previsti mekkaniżmi ta' finanzjament tal-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin.

(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, kif ukoll l-evoluzzjoni tar-rappreżentanza tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-dinja reali determinati mir-Regolament (UE) 2017/2400, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin, u jkollhom baġit suffiċjenti allokat b'mod adegwat. Meta jitqies ir-rwol li dawk it-teknoloġiji l-ġodda jista' jkollhom fuq il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tat-trasport, ir-rieżami tal-2022 jenħtieġ li jqis b'mod sħiħ l-evoluzzjoni tal-għodda tas-simulazzjoni VECTO.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi monitorjata skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis li jridu jilħqu l-erba' gruppi ta' vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur f'sena kalendarja partikolari.

(14)  Id-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 iddeterminata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 trid tiġi monitorjata skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Jenħtieġ li dik id-data tifforma l-bażi biex jiġu ddeterminati l-miri tat-tnaqqis li jridu jilħqu l-erba' gruppi ta' vetturi tqal li jiġġeneraw l-iżjed emissjonijiet fl-Unjoni, u biex jiġu ddeterminati wkoll l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur f'sena kalendarja partikolari.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

__________________

__________________

25 Ir-Regolament (UE) Nru …/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L, …, …, p. ).

25 Ir-Regolament (UE) Nru 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi heavy-duty ġodda u l-konsum tal-fjuwil tagħhom (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Il-mira tal-2030 jenħtieġ titqies bħala aspirazzjoni u l-mira finali jenħtieġ tiġi ddeterminata skont reviżjoni li trid issir fl-2022 għax hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.

(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Jenħtieġ li tiġi stabbilita wkoll mira ta' tnaqqis għall-2030, skont reviżjoni li trid issir fl-2022, li jenħtieġ li ma tnaqqasx l-ambizzjoni ta' dan ir-Regolament, filwaqt li tqis li hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil disponibbli alternattiv għad-diżil għall-vetturi tqal. L-użu ta' teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa tal-arja bħall-NOx u l-materja partikulata. Fis-seħħ teżisti infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

(16)  Jenħtieġ li, f'konformità mal-ambizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, titnieda iżjed infrastruttura effiċjenti, newtrali għat-teknoloġija u suffiċjenti għar-riforniment u għall-iċċarġjar bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

Ġustifikazzjoni

Il-ħolqien ta' ċertezza għall-investiment għall-fornituri tal-infrastruttura u għat-tnedija ta' infrastruttura suffiċjenti newtrali għat-teknoloġija hu importanti biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet ta' dan ir-regolament.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  B'referenza għall-vetturi vokazzjonali u għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, il-Kummissjoni jenħtieġ li mill-aktar fis possibbli tispeċifika l-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni tal-kunċett ta' xarabanks, koperti minn dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' validazzjoni għal-linja bażi tal-2019 biex jiġu ggarantiti l-preċiżjoni u l-benefiċċji ta' dan ir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Sabiex ikun hemm flessibilità fil-mekkaniżmu ta' inċentiv għall-iżvilupp ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, il-manifatturi konnessi għandhom ikunu jistgħu jiffurmaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Jenħtieġ li l-ftehim biex jiġi ffurmat akkomunament ma jaqbiżx il-ħames snin, iżda jenħtieġ li jkun jista' jiġġedded. Il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet dettaljati għall-manifatturi konnessi biex jifformaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Kuntrarjament għall-karozzi u l-vannijiet, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għadhom mhumiex disponibbli fis-suq, għajr ix-xarabanks. Għalhekk jenħtieġ jiddaħħal mekkaniżmu apposta, fil-forma ta' superkrediti, biex teħfief it-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet. Dan jipprovdi inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Vetturi Nodfa26.

(21)  Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet, u biex jingħataw inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Vetturi Nodfa26, jenħtieġ li jiġi stabbilit, għall-2025 u l-2030, punt ta' referiment għas-sehem ta' emissjonijiet baxxi u mingħajr emissjonijiet għal vetturi tqal fil-flotta ta' vetturi ta' manifattur.

_________________

_________________

26Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)653 final] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

26Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017)653 final] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Is-sehem minimu ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ li jiġi ddisinjat b'mod li jiżgura ċ-ċertezza tal-investiment għall-fornituri u l-manifatturi tal-infrastruttura tal-iċċarġjar bil-għan li tiġi promossa l-introduzzjoni rapida fis-suq tal-Unjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, filwaqt li titħalla ċerta flessibbiltà għall-manifatturi biex jiddeċiedu dwar il-kalendarju għall-investiment tagħhom. Jenħtieġ li jiġi introdott mekkaniżmu li jinċentiva lill-manifatturi biex idaħħlu mill-aktar fis possibbli fis-suq tal-Unjoni vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ tingħadd għal ħafna drabi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, l-iffrankar li jirriżulta jenħtieġ ikun soġġett għal limitu massimu.

(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' manifattur, jenħtieġ li titqies il-prestazzjoni tiegħu kontra l-punt ta' riferiment tal-2025 u tal-2030 ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjoni baxxi. Sabiex jiġu inċentivati l-iżvilupp u l-varar ta' tali vetturi filwaqt li jiġi evitat li jiddgħajfu l-objettivi ambjentali u tal-effiċjenza tal-magni b'kombustjoni interna konvenzjonali, l-aġġustamenti li jirriżultaw jenħtieġ li jkunu soġġetti għal limitu massimu.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis li mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Iżda jenħtieġ jiġi nnutat li x-xarabanks mingħajr emissjonijiet diġà jinsabu fis-suq u jiġu inċentivati b'miżuri tan-naħa tad-domanda bħall-akkwist pubbliku. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn tipi differenti ta' vetturi, jenħtieġ li l-iffrankar li jirriżulta mit-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu.

(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar u l-kategoriji l-oħra ta' vetturi tqal li għadhom mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)   Billi x-xarabanks mingħajr emissjonijiet diġà jinsabu disponibbli fis-suq u huma inċentivati permezz ta' miżuri min-naħa tad-domanda, bħall-akkwist pubbliku, hu xieraq li jiġu stabbiliti miri vinkolanti ta' 50 % fl-2025 u ta' 75 % fl-2030 ta' xarabanks mingħajr emissjonijiet fi flotta ta' manifattur ta' vetturi urbani ġodda biex tiġi żgurata provvista suffiċjenti ta' dawn il-vetturi fis-suq tal-Unjoni.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-Kummissjoni jenħtieġ timponi penali finanzjarja, fil-forma ta' primjum għall-emissjonijiet żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, il-primjum jenħtieġ ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. Jenħtieġ li l-primjum jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ tiġi ddeterminata permezz ta' att ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009.

(29)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li timponi penali finanzjarja, fil-forma ta' primjum għall-emissjonijiet żejda, meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda, filwaqt li jitqiesu l-krediti u d-djun tal-emissjonijiet. Biex il-manifatturi jingħataw inċentiv biżżejjed ħalli jieħdu miżuri biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi mill-vetturi tqal, huwa importanti li l-primjum dejjem ikun ogħla mill-ispejjeż marġinali medja tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri. L-ammonti mill-primjum għall-emissjonijiet eċċessivi jenħtieġ li jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jappoġġaw, f'kollaborazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti, it-tranżizzjoni ġusta tas-settur awtomobilistiku lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi li jinċentivaw l-użu rapidu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. Il-metodoloġija għall-ġbir tal-primjums jenħtieġ li tiġi ddeterminata permezz ta' att ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-metodoloġija adottata skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_____________

 

1aIr-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament.

(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/956 u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament. Huwa fl-interess tal-konsumaturi u tal-pubbliku ġenerali li jkunu jafu liema manifatturi huma u dawk li mhumiex konformi mal-istandards il-ġodda tal-emissjonijiet.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati jkunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ ikun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal użati.

(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati u fit-triq ikunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ li jkun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal waqt l-użu u fuq it-triq. Jenħtieġ li jiġi introdott ukoll ittestjar indipendenti minn partijiet terzi fuq il-vetturi waqt l-użu u fuq it-triq.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  L-effikaċja tal-miri stipulati f'dan ir-Regolament biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. F'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM)27 b'rabta mal-vetturi ħfief, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżgura d-disponibbiltà pubblika ta' dik id-data u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għal dawn il-valutazzjonijiet.

(33)  L-effikaċja tal-miri stipulati f'dan ir-Regolament biex jonqsu l-emissjonijiet tas-CO2 hi ferm dipendenti fuq ir-rappreżentanza tal-metodoloġija użata biex jiġu ddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2. F'konformità mar-Rakkomandazzjonijiet tal-Mekkaniżmi għall-Parir Xjentifiku (SAM)27 b'rabta mal-vetturi ħfief, jixraq ukoll fil-każ tal-vetturi tqal li jiddaħħal fis-seħħ mekkaniżmu li jivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-enerġija ddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħat biex tiżgura d-disponibbiltà pubblika ta' dik id-data u, meta meħtieġ, jiġu żviluppati l-proċeduri meħtieġa għall-identifikazzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa għal dawn il-valutazzjonijiet. Meta tiġi identifikata diskrepanza sinifikanti bejn il-valuri reali tal-emissjonijiet u dawk determinati skont ir-Regolament (UE) Nru 2017/2400, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha s-setgħat li tadatta kif xieraq il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' manifattur u, fejn xieraq, ir-referenza tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-2019 użati għall-finijiet tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

__________________

__________________

27 Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing".

27 Opinjoni tal-Grupp ta' Livell Għoli ta' Konsulenti Xjentifiċi Nru 1/2016 "Closing the gap between light-duty vehicle real-world CO2 emissions and laboratory testing".

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  Fir-rapport tagħha għall-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa wkoll il-possibbiltà li tiżviluppa metodoloġija għall-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproponi, jekk xieraq, li tistabbilixxi obbligi ta' rappurtar fuq il-manifatturi u tispeċifika r-regoli u l-proċeduri meħtieġa għal dak ir-rappurtar.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Is-setgħat ta' implimentazzjoni relatati mal-Artikoli 8(3), 9(3), 11(3) u 12(2), jenħtieġ jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28.

(36)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-mezzi għall-ġbir ta' primjums għal emissjonijiet eċċessivi, filwaqt li tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta' devjazzjonijiet misjuba fl-emissjonijiet tas-CO2 ta' vetturi tqal li huma fis-servizz, li tippubblika data, tadotta regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar ta' data minn miters tal-konsum tal-fjuwil kif ukoll li tistabbilixxi metodoloġija għad-definizzjoni ta' vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta' subgrupp ta' vetturi . Dawk is-setgħat ta' implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Biex jiġu emendati jew issupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza skont l-Artikolu 12(2) u, għall-emendar tal-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti parametri tekniċi, inkluż il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, it-tagħbija, u l-kilometraġġi annwali kif ukoll il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet29. B'mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li sistematikament l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(37)  Biex jiġu emendati u ssupplimentati l-elementi mhux essenzjali tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ispeċifikar tal-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni tax-xarabanks urbani filwaqt li jiġu stabbiliti regoli u kundizzjonijiet dettaljati li jippermettu manifatturi konnessi jiffurmaw akkomunament, tiġi stabbilita skema ta' ttestjar annwali għal kampjun rappreżentattiv ta' komponenti, unitajiet u sistemi fir-rigward tal-aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, l-introduzzjoni ta' test tal-konformità waqt is-servizz fuq it-triq u, għall-emendar tal-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti parametri tekniċi, inkluż il-ponderazzjonijiet tal-profili tal-missjoni, it-tagħbija, u l-kilometraġġi annwali kif ukoll il-fatturi tal-aġġustament tat-tagħbija. Hu importanti b'mod partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet29. B'mod partikolari, biex jiżguraw parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħalma jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li sistematikament l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

__________________

29 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

29 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi], u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej:

Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha bi 30 % inqas mil-livelli tal-2005 sal-2030 fis-setturi koperti bl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 2018/842, u biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda, fejn l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-flotta tal-Unjoni ta' vetturi tqal ġodda għandhom jitnaqqsu, meta mqabbel mal-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza, kif ġej:

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029 bi 15 %;

(a)  Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029, b'20 %;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem b'mill-inqas 30 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.

(b)  Mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem b'mill-inqas 35 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u biex jiġu pprovduti inċentivi għall-iżvilupp u l-użu tas-suq u tal-infrastruttura tal-Unjoni għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, dan ir-Regolament jistabbilixxi punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifatturi kollha għall-2025 u l-2030, skont l-Artikolu 5.

 

L-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għandhom jiġu aġġustati skont il-prestazzjoni fuq il-bażi tal-punt ta' riferiment f'konformità mal-punt 4 tal-Anness I.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' provvista ta' xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet b'rabta ma' miżuri min-naħa tad-domanda, bħalma huma l-objettivi tal-akkwist pubbliku, dan ir-Regolament jistabbilixxi sehem minimu vinkolanti ta' xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet fil-flotta ta' manifattur ta' xarabanks urbani ġodda ta':

 

(a) 50 % mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029;

 

(b) 75 % mill-1 ta' Jannar 2030 'il quddiem.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:

Dan ir-Regolament għandu japplika bħala l-ewwel pass għall-vetturi ġodda tal-kategoriji N2 u N3 li jissodisfaw il-karatteristiċi li ġejjin:

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 5 u tal-punt 2.3 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3, u għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d).

Dan għandu japplika wkoll, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2a), tal-Artikolu 5 u tal-punt 4 tal-Anness I, għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d). Barra minn hekk, dan għandu japplika, għall-finijiet tal-Artikolu 1(2b) għall-vetturi tal-kategoriji M2 u M3 li jissodisfaw il-kriterji tekniċi msemmija fil-paragrafu 2a ta' dan l-Artikolu.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1)

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji tekniċi għad-definizzjoni tal-iskop vokazzjonali ta' vettura u għad-definizzjoni ta' xarabanks urbani koperti mir-Regolament.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(h) "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija, li l-iskop vokazzjonali tagħha jkun ġie ddefinit abbażi tal-kriterji tekniċi speċifikati skont l-Artikolu 2(2a), u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' inqas minn 350 g CO2/km, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I;

(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I, li huma 50 % anqas mill-emissjonijiet ta' referenza tas-CO2 għal kull subgrupp, kif determinat skont il-punt 3 tal-Anness I;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na) "xarabank urbana" tfisser vettura tal-kategoriji M2 jew M3 maħsuba għall-ġarr tal-passiġġieri, li l-kriterji tekniċi tagħha jkunu ġew speċifikati f'konformità mal-Artikolu 2(2a).

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi ddeterminat skont l-Artikolu 5.

imħassar

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-2020 u kull sena kalendarja sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(1), għal kull manifattur, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi msemmija fl-Artikolu 4(b) għas-sena kalendarja preċedenti.

Mill-ta' Jannar 2025, is-sehem speċifiku ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja għandu jitqabbel mal-valuri li ġejjin:

 

Sitwazzjoni fl-2025: minimu ta' 5 %;

 

Sitwazzjoni fl-2030: 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur f'sena kalendarja, inkluż il-vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), kif ukoll il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

imħassar

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jiġi kkalkulat skont il-punt 2.3 tal-Anness I.

imħassar

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandhom jitqiesu kif ġej:

Għall-finijiet tal-ilħuq tal-miri msemmija fil-paragrafu 1, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-vetturi tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), ta' dan ir-Regolament.

(a)  vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ (2) vetturi;

 

(b)  il-vetturi tqal b'emissjonijiet baxxi għandhom jingħadd sa massimu ta' żewġ (2) vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet ta' 350 g CO2/km.

 

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 1,5 %.

imħassar

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1 u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu.

2.  It-trajettorja tat-tnaqqis tas-CO2 imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi stabbilita għal kull manifattur skont il-punt 5.1 tal-Anness I, abbażi ta' trajettorja lineari bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) u l-mira tal-2025 speċifikata fil-punt (a) ta' dak l-Artikolu, u bejn il-mira tal-2025 u l-mira tal-2030 speċifikati fil-punt (b) ta' dak l-Artikolu.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

L-akkomunament

 

1. Il-manifatturi konnessi jistgħu jiffurmaw akkomunament bil-għan li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 5.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi regoli u kundizzjonijiet dettaljati li jippermettu lill-manifatturi konnessi jifformaw akkomunament fuq bażi miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:

1. Meta manifattur jinstab li għandu emissjonijiet żejda skont il-paragrafu 2 f'sena kalendarja partikolari mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi fuq il-manifattur jew il-maniġer tal-akkomunament, skont kif ikun il-każ, primjum għall-emissjonijiet żejda kkalkulat skont il-formula li ġejja:

(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 800 €/gCO2/tkm)

(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 800 €/gCO2/tkm)

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-livell tal-primjum għall-eċċess ta' emissjonijiet dejjem jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex jintlaħqu l-miri msemmija fl-Artikolu 1(1).

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4. L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biex jikkumplimentaw il-miżuri tal-Unjoni jew dawk nazzjonali li, f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali u l-awtoritajiet kompetenti, jippromwovu l-iżvilupp tal-ħiliet jew ir-riallokazzjoni tal-ħaddiema fis-settur tal-karozzi fl-Istati Membri kollha affettwati, b'mod partikolari fir-reġjuni u l-komunitajiet l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni, sabiex jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur.

2. Il-Kummissjoni għandha tqis dawk id-devjazzjonijiet għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 ikkalkulati f'konformità mal-punt 3 tal-Anness I.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Sabiex tiġi żgurata l-preċiżjoni tad-data rrapportata mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 u r-Regolament (UE) 2017/2400, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bil-għan li tistabbilixxi, sa mill-2019, skema ta' ttestjar annwali, għal kampjun rappreżentattiv minn kull manifattur tal-komponenti, tal-unitajiet tekniċi separati u tas-sistemi speċifikati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400 tal-vetturi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati ta' dawk it-testijiet għandhom jitqabblu mad-data mdaħħla mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u, meta jinstabu irregularitajiet sistematiċi, l-emissjonijiet speċifiċi medji kkalkulati f'konformità mal-punt 2.7 tal-Anness I u, fejn xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019 kkalkulati f'konformità mal-Punt 3 tal-Anness I, għandhom jiġu aġġustati.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  mill-2020, il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(b)  mill-2020, għal kull manifattur, is-sehem speċifiku tiegħu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-sena kalendarja preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1);

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali

L-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali

1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400. Għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif dan jevolvi maż-żmien.

1.  Il-Kummissjoni għandha timmonitorja u tivvaluta r-rappreżentanza fid-dinja reali taċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400.

2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal.

2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, inkluża għal partijiet terzi għall-fini ta' ttestjar indipendenti, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal, abbażi ta' data minn miters standardizzati tal-konsum tal-fjuwil.

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, atti delegati skont l-Artikolu 15 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi test tal-konformità waqt is-servizz fuq it-triq biex tiżgura li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil fuq it-triq tal-vetturi tqal ma jaqbżux id-data tal-monitoraġġ irrappurtata skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 u r-Regolament (UE) 2018/956 b'aktar minn 10 %. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe devjazzjoni li taqbeż dak il-limitu għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta' manifattur, u tadotta, fejn ikun xieraq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta' referenza tal-2019.

 

2b.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pubbliku jkun infurmat dwar kif ir-rappreżentanza f'użu reali msemmija fil-paragrafu 1 tevolvi maż-żmien.

3.  Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dettaljati dwar il-proċeduri għar-rapportar tad-data minn miters tal-konsum tal-fjuwil imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14(2).

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.

1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha kontinwament u fil-ħin taġġorna l-għodda ta' simulazzjoni VECTO u tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi ddeterminata għall-2030 skont l-Artikolu 1 u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, il-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE, u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn u, meta xieraq, magħha tinhemeż proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi aġġustata, jekk meħtieġ, għall-2030 skont l-Artikolu 1, il-punt ta' riferiment għas-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għall-2050 skont l-Artikolu 5, u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers u l-vetturi vokazzjonali bħat-trakkijiet tal-ġbir tal-iskart. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, l-varar ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE30, u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn, l-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa ta' ċċarġjar u ta' riforniment ta' fjuwil, il-possibbiltà li jkunu introdotti standards tas-CO2 għall-magni partikolarment għal vetturi vokazzjonali, il-kumbinazzjonijiet differenti lil hinn mid-dimensjonijiet standard applikabbli għat-trasport nazzjonali, bħall-Kunċetti Modulari, ir-rappreżentanza tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-valuri tal-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali determinati f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/2400 kif ukoll valutazzjoni tal-aġġornament tal-għodda ta' simulazzjoni VECTO. Ir-rapport għandu, kif xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

_______________

________________

30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE

30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' [...] stabbilit bir-Regolament (UE) Nru .../2018 [Governanza]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

Ġustifikazzjoni

Il-proposta żżomm l-istruttura ta' kumitat eżistenti u hija konformi mar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, jiġifieri li l-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima jinżamm għall-biċċiet separati tal-leġiżlazzjoni dwar il-klima.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien mhux determinat minn [enter the date of entry into force of this Regulation].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [enter the date of entry into force of this Regulation].

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 10(2) u 12(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 10(2) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunu esprimew l-ebda oġġezzjoni għalih fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż għal xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(2a), 7a, 9(3a), 10(2), 11(2a) u 12(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 595/2009

Artikolu 5 – paragrafu 4 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(1) proċedura li tivverifika, abbażi ta' kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jekk il-vetturi li jkunu ġew irreġistrati u daħlu fis-servizz humiex konformi maċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu;"

"(1) proċedura li tivverifika, abbażi ta' kampjuni xierqa u rappreżentattivi, jekk il-vetturi li jkunu ġew irreġistrati u daħlu fis-servizz humiex konformi maċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont dan ir-Regolament u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu; dik il-proċedura għandha titwettaq ukoll minn partijiet terzi akkreditati u indipendenti skont l-Artikolu 13(10) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a."

 

_______________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2917, p. 1).

Emenda    67

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – punt 2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.3.  Kalkolu tal-fattur ta' mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 5

imħassar

Għal kull manifattur u għal kull sena kalendarja, il-fattur ta' mingħajr emissjonijiet u tal-emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkulat kif ġej:

 

ZLEV = V / (Vconv + Vzlev) b'minimu ta' 0,97

 

Fejn:

 

V hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur fl-2025 għajr il-vetturi vokazzjonali kollha skont l-Artikolu 4(a).

 

Vconv hu l-għadd ta' vetturi tqal ġodda tal-manifattur għajr il-vetturo vokazzjonali skont l-Artikolu 4(a) u għajr il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi.

 

Vzlev hi s-somma ta' Vin u Vout,

 

Fejn,

 

null

 

hi s-somma tal-vetturi tqal kollha mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi bil-karatteristiċi stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(a) sa (d);

 

null

 

huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1.

 

hu l-għadd totali ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1), immultiplikat bi 2, u sa massimu ta' 1,5% ta' Vconv.

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Anness I – punt 2 – punt 2.7 – formula

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

CO2 = ZLEV × sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg

CO2 = ∑ sg share,sg× MPWsg × avgCO2sg

Fejn,

Fejn,

∑ hi s-somma tas-subgruppi kollha;

∑ hi s-somma tas-subgruppi kollha;

ZLEV hu kif iddeterminat fil-punt 2.3

 

share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4

share,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.4

MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6

MPW,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.6

avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2

avgCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 2.2

Emenda    69

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – punt c – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

T = ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 - rf) × rCO2sg

T = ZLEV_benchmark_factor * ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 - rf) × rCO2sg

Emenda    70

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – paragrafu 1 – formula – linja 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fl-Artikolu 1(a) u (b) għas-sena kalendarja speċifika;

rf hi l-mira tat-tnaqqis tas-CO2 (bħala %) kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 għas-sena kalendarja speċifika;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-perjodu mill-2025 sal-2029, ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,03 jew iżgħar minn 0,97, f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,03 jew 0,97, kif meħtieġ.

 

Fejn,

 

x huwa 5 %

 

y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti;

 

ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5*rCO2sg), fejn:

 

Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v iddeterminati skont il-punt 2.1.

 

rCO2,sg hu kif iddeterminat fit-Taqsima 3

Emenda    72

Proposta għal regolament

Anness I – punt 4 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-2030 ZLEV_benchmark_factor huwa (1+y-x) sakemm dan l-ammont ma jkunx akbar minn 1,05, f'liema każ ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,05;

 

jekk din is-somma tkun bejn 1,0 u 0,98, ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 1,0;

 

jekk din is-somma tkun aktar baxxa minn 0,95 ZLEV_benchmark_factor għandu jkun stabbilit għal 0,95.

 

Fejn,

 

x huwa 20 %, soġġetta għal reviżjoni skont l-Artikolu 13.

 

y huwa s-sehem ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fil-flotta ta' vetturi tqal ġodda rreġistrati tal-manifattur, ikkalkulat bħala s-somma tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 510/2011 u li ma jissodisfawx il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1) u tal-għadd totali ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi li jissodisfaw il-karatteristiċi stabbiliti fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2(1), fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEV_specific f'konformità mal-formula ta' hawn taħt, diviż bin-numru totali ta' vetturi rreġistrati fis-sena kalendarja rilevanti

 

ZLEV_specific = 1- (CO2v/(0,5*rCO2sg), fejn:

 

Co2v2v huma l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta' vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi v ddeterminati skont il-punt 2.1.

 

rCO2,sg hu kif iddeterminat fil-punt 3.

 

 

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ntrabtu bil-Ftehim ta' Pariġi, li għandu l-għan li jżomm iż-żieda fit-temperatura globali sew taħt it-2°C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u li jagħmel sforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Is-settur tat-trasport, li l-emissjonijiet tiegħu qed jiżdiedu u kienu responsabbli għal 25 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra fl-UE fl-2016, jeħtieġ li jagħmel parti sostanzjali mill-isforz tal-UE fir-rigward tal-klima. Id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport trid tiġi aċċellerata, u l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' sustanzi li jniġġsu l-arja mit-trasport għandhom ikunu netti żero sa mhux aktar tard minn nofs is-seklu.

L-iffissar ta' rekwiżiti ta' prestazzjoni fejn jidħlu l-emissjonijiet għall-HDVs (vetturi tqal) il-ġodda għandu l-potenzjal li jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2, u b'hekk isir kontribut lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, filwaqt li fl-istess ħin iwassal għal iffrankar sinifikanti tal-fjuwil għall-operaturi tat-trasport, iż-żamma ta' livell għoli ta' innovazzjoni u tmexxija teknoloġika għall-manifatturi tal-HDVs tal-UE, u jwassal għal titjib sostanzjali fil-kwalità tal-arja.

Ir-rapporteur iqis li t-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport huwa essenzjali biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha tal-gassijiet serra b'mill-inqas 30 % taħt il-livelli tal-2005 fl-2030 skont ir-Regolament (UE) 2018/842 [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi] bl-aktar mod kosteffiċjenti. Kwalunkwe dewmien f'dan is-settur ikun jeħtieġ sforzi sostanzjali minn setturi oħrajn sabiex nirrispettaw l-impenji tagħna skont il-Ftehim ta' Pariġi, inkluża l-agrikoltura.

L-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs kienu jirrappreżentaw madwar 6 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE fl-2015. Mingħajr azzjoni tal-UE, dan is-sehem huwa stmat li se jiżdied aktar b'sa 6 % bejn l-2015 u l-2030. Fl-istrateġija tagħha tal-2014 għat-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal, il-Kummissjoni Ewropea diġà rrikonoxxiet li x-xejriet tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-HDVs mhumiex sostenibbli fuq terminu medju u twil, u għalhekk irrakkomandat "approċċ pass pass" għar-regolamentazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 f'dan is-settur. B'segwitu tar-Regolament (UE) 2017/2400 [Ċertifikazzjoni] u r-Regolament (UE) 2018/956 [Monitoraġġ & Rappurtar], dan ir-Regolament huwa l-aħħar u l-aktar att leġiżlattiv importanti biex jiġu stabbiliti r-rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal HDVs ġodda. Ir-rapporteur jappoġġa l-approċċ ippreferut mill-Kummissjoni biex tintroduċi rekwiżiti tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi li jniġġsu l-aktar bħala l-ewwel pass, qabel ma l-kamp ta' applikazzjoni jitwessa' għall-kategoriji kollha tal-HDVs fil-futur qrib.

Swieq sinifikanti tal-HDVs bħal pereżempju l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun jew iċ-Ċina dan l-aħħar daħħlu fis-seħħ rekwiżiti dwar il-konsum tal-fjuwil u/jew rekwiżiti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet għall-HDVs sabiex jistimolaw l-innovazzjoni u biex jiżguraw l-iżvilupp b'ħeffa u l-użu ta' teknoloġiji mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi f'dan is-settur. Sabiex jirreaġixxu għal din il-pressjoni kompetittiva globali li dejjem qed tiżdied, il-manifatturi tal-HDVs tal-UE jeħtieġ li jinvestu b'mod rapidu f'teknoloġiji mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. Sabiex jiġi evitat li dawn l-investimenti jiġu mmirati biss għas-swieq mhux tal-UE fejn iddaħħlu fis-seħħ regolamenti biex jitrażżnu l-emissjonijiet, ir-rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-UE għandhom isegwu din il-linja.

Ir-rapporteur jemmen li l-iffissar tal-ambizzjoni ġusta għall-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs huwa strumentali biex jingħata sinjal ċar lill-manifatturi biex jinvestu f'teknoloġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fi żmien opportun. Skont il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni Ewropea, mira ta' tnaqqis ta' 20 % għall-2025 (meta mqabbla mal-linja bażi tal-2019) mhux biss hija teknoloġikament fattibbli, iżda wkoll tirriżulta fl-akbar benefiċċji ekonomiċi u soċjali netti. Dan jippermetti lill-operaturi tat-trasport jibbenefikaw minn bejn EUR 33 002 u EUR 37 589 ta' tfaddil nett fl-ewwel 5 snin ta' użu ta' trakk, filwaqt li jnaqqsu b'mod konsiderevoli l-emissjonijiet tas-CO2 u tas-sustanzi li jniġġsu l-arja. Madankollu, biex l-operaturi tat-trasport tal-UE jaħsdu bis-sħiħ dawn il-benefiċċji, għandhom jiġu evitati lakuni bħal "krediti speċjali". Fil-fatt, miżuri bħal dawn jirriskjaw li jipperikolaw l-effett tat-tnaqqis effettiv tal-emissjonijiet tal-miri, u saħansitra jippermettu li wara l-2025 ikunu fis-suq vetturi b'emissjonijiet akbar u li jikkonsmaw aktar.

Ir-rapporteur iqis li huwa essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri tal-konsum tal-fjuwil iddeterminati skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 [Ċertifikazzjoni] jirriflettu b'mod korrett il-prestazzjoni reali tal-HDVs. Kwalunkwe diskrepanza jkollha implikazzjonijiet sinifikanti għall-operaturi tat-trasport, għall-kwalità tal-arja u għat-tibdil fil-klima. Il-fehma tar-rapporteur hija li l-introduzzjoni ta' ttestjar ta' konformità waqt is-servizz fuq it-triq hija meħtieġa biex tiżgura r-rappreżentanza fid-dinja reali tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil iċċertifikati tal-HDVs.

Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-ispeċifiċitajiet tas-suq għal vetturi tqal. B'mod partikolari, l-iżvilupp ta' teknoloġiji mingħajr emissjonijiet mhuwiex daqshekk avvanzat daqs fil-karozzi tal-passiġġieri, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mat-trakkijiet li joperaw fuq distanzi twal. Mill-banda l-oħra, is-suq għat-trakkijiet tal-konsenja reġjonali u urbani mingħajr emissjonijiet qed jinbidel b'rata mgħaġġla, peress li dawn il-vetturi huma mistennija li jilħqu l-parità tal-ispejjeż mad-diżil fl-Ewropa matul il-ħames snin li ġejjin. Ir-rapporteur jara interess ambjentali u ekonomiku ċar fil-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-vetturi hekk kif ikunu disponibbli. Għalhekk, huwa jemmen li dan ir-Regolament għandu jintroduċi sehem minimu vinkolanti ta' vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għal kull manifattur kemm fl-2025 kif ukoll fl-2030. Dan is-sehem minimu għandu jitfassal biex jiżgura ċ-ċertezza tal-investiment għall-adozzjoni rapida ta' dawn il-vetturi fis-suq tal-Unjoni u għall-iżvilupp ta' infrastruttura tal-iċċarġjar adegwata, filwaqt li l-innovaturi bikrin jiġu ppremjati għall-isforzi tagħhom biex idaħħlu mill-aktar fis possibbli fis-suq tal-Unjoni vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi. Dan is-sehem minimu vinkolanti għandu jkopri wkoll vetturi oħrajn tal-kategorija N apparti l-erba' sottogruppi identifikati fir-Regolament propost. Dan l-approċċ pass pass ikollu l-benefiċċju li jipprovdi ċertezza tal-investiment qawwija kif ukoll sinjal ċar biex ma jkunx hemm dewmien fl-introduzzjoni fis-suq ta' dawn il-vetturi fin-nuqqas ta' rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2.

Għadd dejjem jikber ta' awtoritajiet pubbliċi u operaturi tat-trasport pubbliku, mħassba bid-deterjorazzjoni tal-kwalità tal-arja f'ħafna bliet Ewropej, qed jaqilbu għal xarabanks mingħajr emissjonijiet. F'dan il-kuntest, u filwaqt li jitqiesu l-miżuri min-naħa tad-domanda, bħar-rekwiżiti tal-akkwist pubbliku, is-sehem tax-xarabanks elettriċi fil-flotta tal-UE tax-xarabanks urbani mistenni jilħaq madwar 60 % fl-2030. Sabiex jiġi żgurat il-livell adegwat tal-provvista fis-suq tal-Unjoni, huwa xieraq li jiġu stabbiliti ishma minimi vinkolanti ta' xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet fil-flotot tal-manifatturi ta' xarabanks urbani ġodda għall-2025 u l-2030.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (10.10.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

(COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Henna Virkkunen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-mobbiltà hija neċessità: in-nies u l-merkanzija jiċċaqilqu minn post għall-ieħor aktar minn qatt qabel u din ix-xejra se tkompli fil-futur. It-trasport tal-merkanzija huwa mistenni li jiżdied b'60 % sal-2050 meta mqabbel mal-2010, hekk kif il-ktajjen tal-provvista qed isiru dejjem aktar globali. Is-settur tal-mobbiltà jiżvolġi rwol fundamentali fl-ekonomija u fis-soċjetà tal-UE. Is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq huwa responsabbli għal parti sinifikanti mill-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra, u billi l-UE impenjat ruħha li tilħaq miri tal-klima ambizzjużi, se jkun meħtieġ li dawn l-emissjonijiet jitnaqqsu fil-perjodu li ġej. Il-kisba ta' tnaqqis f'dan is-sens se jkun jeħtieġ taħlita ta' soluzzjonijiet li jkunu vijabbli, realistiċi u sostnuti minn qafas regolatorju stabbli u prevedibbli. Għalhekk, ir-rapporteur temmen li huwa importanti li jiġu regolati l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-Vetturi Tqal (HDV) fil-livell Ewropew biex jiġu evitati l-frammentazzjoni tas-suq u d-differenzi fir-reġimi ta' konformità madwar l-Unjoni.

Ir-rapporteur temmen li huwa importanti li jinstab bilanċ tajjeb bejn l-ambizzjoni tal-miri għall-emissjonijiet tat-trasport, il-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-industrija tal-karozzi tal-UE u t-titjib tal-kompetittività tal-Ewropa, filwaqt li jinħolqu impjiegi b'livell għoli ta' ħiliet. Per se, ir-rapporteur temmen li l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 proposti għall-HDVs huma ambizzjużi iżda realistiċi. Peress li l-kost tal-fjuwil huwa parti sinifikanti mill-kost tal-operazzjonijiet tal-HDVs, il-livell tagħhom ta' effiċjenza huwa relattivament għoli, xprunat minn raġunijiet ekonomiċi. Madankollu, sinjal ċar biex titjieb ulterjorment l-effiċjenza tagħhom se jippermetti li r-riċerka u l-iżvilupp tal-HDVs jiffukaw dejjem aktar fuq il-kisbiet fl-effiċjenza tal-vetturi tagħhom u b'hekk it-tnaqqis tal-emissjonijiet minnhom.

Aktar importanti, il-kontribut futur ta' diversi miżuri li jinvolvu s-settur tat-trasport bit-triq, bħad-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, il-fjuwils alternattivi, l-infrastruttura tat-toroq u t-teknoloġija tal-vetturi huwa meħtieġ biex jinħoloq approċċ komprensiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet f'dan is-settur. Il-leġiżlazzjoni f'dan is-sens trid tfassal pjan ċar, ma tkunx ambigwa, u tipprovdi l-inċentivi adatti li jippermettu l-istabbiltà tal-investiment fit-tul fis-settur.

Peress li huwa ċar għar-Rapporteur li s-soluzzjonijiet biex jinkiseb tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 mill-HDVs se jirriżultaw minn diversi sorsi, huwa tal-akbar importanza li jinżamm l-approċċ teknoloġikament newtrali, ukoll sabiex ikunu jistgħu jiġu introdotti f'waqthom teknoloġiji ġodda fil-ġejjieni. L-isforzi kollha mill-operaturi biex inaqqsu l-emissjonijiet għandhom jiġu ppremjati u inċentivati. Il-fjuwils rinnovabbli u s-sorsi tal-enerġija huma mod effiċjenti kif jitnaqqsu l-emissjonijiet. Biex jittieħed kont ta' dan u biex tiġi żgurata valutazzjoni aktar preċiża tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra tal-HDVs, il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-emissjonijiet mill-estrazzjoni sal-użu sal-2022 u ladarba introdotti, teżamina mill-ġdid il-leġiżlazzjoni kkonċernata, jekk ikun meħtieġ. Kwistjoni fundamentali oħra marbuta mat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-HDVs fil-ġejjieni se tkun id-disponibbiltà ta' infrastruttura tal-fjuwils alternattivi, peress li din se tkun essenzjali għat-tranżizzjoni lejn bosta teknoloġiji ġodda tal-vetturi.

Anki jekk dan ir-Regolament huwa maħsub biex itejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-vetturi, fil-każ tal-HDVs, it-tnaqqis tal-emissjonijiet jista' jinkiseb ukoll permezz tal-iżvilupp ta' soluzzjonijiet bħall-ottimizzazzjoni tat-tagħbija, il-platooning, l-għajnuna għas-sewwieqa, it-taħriġ tas-sewwieqa, il-ħolqien ta' inċentivi għal titjib u tiġdid tal-flotta u l-iżgurar ta' investimenti fl-iżvilupp u ż-żamma tal-infrastruttura.

Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi erba' kategoriji li jitqies li jirrappreżentaw 65-70 % tas-suq, dan iġib miegħu dubji dwar l-effetti possibbli ta' konformità rigward il-bqija tal-vetturi li mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Filwaqt li r-Rapporteur tifhem li mhux l-HDVs kollha għandhom ikunu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi ċċarat li l-qafas regolatorju l-ġdid ma jkollux effett negattiv fuq l-aċċess għas-suq ta' dawn il-vetturi.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Dan ir-Regolament huwa parti tat-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobbiltà aktar nadifa u adattati aħjar għall-isforzi li jitħabtu kontra t-tibdil fil-klima. Dan se jkun jeħtieġ l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati, l-aktar biex jissaħħu l-isforzi li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja.

(3)  Dan ir-Regolament huwa parti tat-tielet Pakkett "L-Ewropa Attiva" li jwettaq l-istrateġija l-ġdida tal-politika industrijali ta' Settembru 201721, u tfassal biex ilesti l-proċess ħalli l-Unjoni tkun tista' taħsad il-benefiċċji kollha tal-modernizzazzjoni u d-dekarbonizzazzjoni tal-mobbiltà. Il-Pakkett għandu l-għan li jagħmel il-mobbiltà Ewropea aktar sikura u aktar aċċessibbli, l-industrija Ewropea aktar kompetittiva, l-impjiegi Ewropej aktar siguri, u s-sistema tal-mobbiltà aktar nadifa, aktar sostenibbli u adattata aħjar għall-ħtieġa essenzjali li nindirizzaw it-tibdil fil-klima. Sabiex jinstab bilanċ tajjeb bejn it-tisħiħ tal-isforzi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u t-tniġġis tal-arja, tingħata spinta lill-innovazzjoni fl-industrija tal-karozzi tal-Unjoni u tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni, huwa meħtieġ l-impenn sħiħ tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-partijiet konċernati.

__________________

__________________

21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017) 0479 final

21 Ninvestu f'industrija intelliġenti, innovattiva u sostenibbli – Strateġija mġedda għall-politika industrijali tal-UE, COM(2017) 0479 final

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotot ta' vetturi tqal ġodda fl-Unjoni kollha għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti għall-2025 u l-2030, filwaqt li jitqies il-perjodu ta' żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vettura u l-ħtieġa biex is-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn. Dan l-approċċ pass pass jipprovdi wkoll sinjal ċar u bikri għall-industrija biex ma tittardjax l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji għall-enerġija effiċjenti u vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fid-dawl taż-żieda stmata għal madwar 9 % fil-proporzjon ta' emissjonijiet minn vetturi tqal u l-fatt li bħalissa ma hemm l-ebda rekwiżit biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tqal, hemm bżonn ta' miżuri speċifiċi għal din il-kategorija ta' vetturi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tinħataf bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġerika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, jixraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkumplimentati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards jixprunaw l-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni.

(9)  Sabiex jiġi realizzat bis-sħiħ il-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika u jkun żgurat li s-settur tat-trasport bit-triq kollu kemm hu jikkontribwixxi għat-tnaqqis miftiehem fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, huwa xieraq li l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 diġà eżistenti għall-karozzi tal-passiġġieri ġodda u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda jiġu kkomplementati billi jiġu stabbiliti standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawn l-istandards se jkunu forza li tagħti spinta lill-innovazzjoni f'teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, u jikkontribwixxu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni fuq quddiem fit-teknoloġija tal-fornituri u tal-manifatturi tal-Unjoni u jiżguraw impjiegi ta' livell għoli ta' ħiliet fuq terminu ta' żmien twil.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal, jixraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

(10)  Filwaqt li jitqiesu li t-tibdil fil-klima hu problema transfruntiera u l-ħtieġa li jitħares suq uniku li jiffunzjona sew għas-servizzi tat-trasport bit-triq u anki għall-vetturi tqal u tiġi evitata kwalunkwe frammentazzjoni tas-suq, huwa xieraq li jiġu stabbiliti standards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-istandards jitfasslu b'mod li jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi dwar il-kompetizzjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Jenħtieġ li jitqiesu l-livelli ta' tnaqqis fl-emissjonijiet li għandhom jinkisbu minn vetturi tqal u ż-żmien meħtieġ għat-tiġdid tal-flotta.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Jenfasizza li l-maġġoranza tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija fl-UE huma SMEs b'aċċess limitat għal finanzjament. Għalhekk, is-soluzzjonijiet futuri jridu jkunu kosteffettivi u bbilanċjati. Huwa essenzjali li jkun hemm struttura b'saħħitha ta' inċentivi biex tappoġġa l-użu ta' vetturi aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, kif ukoll il-forniment ta' mekkaniżmi ta' finanzjament tal-UE.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 se jiġu aġġornati kontinwament u fil-ħin.

(13)  Fid-dawl tal-innovazzjoni u biex tiġi stimulata u titqies l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji ġodda li jtejbu l-effiċjenza tal-fjuwil tal-vetturi tqal, l-għodda tas-simulazzjoni VECTO u r-Regolament (UE) 2017/2400 iridu jiġu żviluppati u aġġornati kontinwament u f'waqthom biex ikopru kif suppost it-teknoloġiji kollha li jiffrankaw il-fjuwil, inkluż il-platooning tat-trakkijiet, kif ukoll it-titjib għall-karrozzeriji riġidi, għat-trejlers u għas-semitrejlers fis-suq. Minħabba r-rwol ewlieni ta' dawn it-teknoloġiji ġodda fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 mis-settur tat-trasport, l-aġġornament f'waqtu u komprensiv tal-għodda ta' simulazzjoni VECTO huwa element essenzjali fit-tnaqqis tas-CO2 minn vetturi tqal. Jenħtieġ li dan l-aġġornament isir fuq bażi annwali biex l-għodda VECTO tinżamm fuq l-istess livell ta' teknoloġiji tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku, u jenħtieġ li l-istituzzjonijiet Ewropej jallokaw biżżejjed riżorsi skont dan. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista aġġornata b'mod diġitali tat-teknoloġiji inklużi fil-VECTO, bi skeda ta' żmien korrispondenti kull sena u tagħmilha aċċessibbli għall-pubbliku.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Il-mira tal-2030 jenħtieġ titqies bħala aspirazzjoni u l-mira finali jenħtieġ tiġi ddeterminata skont reviżjoni li trid issir fl-2022 għax hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.

(15)  Jenħtieġ li tiġi stabbilita mira tat-tnaqqis għall-2025 bħala tnaqqis relattiv ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 medji ta' dawk il-vetturi tqal fl-2019, li tkun tirrifletti l-użu ta' teknoloġiji kosteffettivi, aċċessibbli u disponibbli faċilment għall-vetturi konvenzjonali. Il-mira tal-2030 jenħtieġ titqies bħala aspirazzjoni u l-mira finali jenħtieġ tiġi ddeterminata skont reviżjoni li trid issir fl-2022 għax hemm aktar inċertezzi dwar l-użu ta' teknoloġiji aktar avvanzati li għadhom mhumiex disponibbli.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Il-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jkun ibbażat fuq approċċ "mill-estrazzjoni sal-użu", sabiex titqies il-prestazzjoni ambjentali tal-fjuwil jew l-enerġija fl-użu finali fil-vetturi. Tali approċċ jippermetti li l-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi tiġi vvalutata b'mod aktar realistiku. Jenħtieġ, għalhekk, li l-Kummissjoni tiżviluppa metodoloġija għar-reġistrazzjoni tal-emissjonijiet "mill-estrazzjoni sal-użu" sal-1 ta' Jannar 2022, u tipproponi, jekk xieraq, li taġġusta l-miri ta' dan ir-Regolament b'mod korrispondenti bħala parti mir-rieżami previst fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil disponibbli alternattiv għad-diżil għall-vetturi tqal. L-użu ta' teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa tal-arja bħall-NOx u l-materja partikulata. Fis-seħħ teżisti infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

(16)  Diġà hemm varjetà ta' fjuwils alternattivi disponibbli fis-suq. Il-gass naturali likwifikat (LNG) hu fjuwil disponibbli alternattiv għad-diżil għall-vetturi tqal. It-teknoloġiji bbażati fuq l-idroġenu huma wkoll approċċ interessanti għar-riċerka u l-iżvilupp, speċjalment fejn l-enerġija għal sinteżi tkun ġejja minn sorsi sostenibbli u rinnovabbli. L-użu ta' teknoloġiji attwali u futuri aktar innovattivi u bbażati fuq l-LNG se jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 fit-terminu qasir u medju għax l-użu tat-teknoloġiji tal-gass naturali likwifikat (LNG) iwassal għal inqas emissjonijiet tas-CO2 meta mqabbel mal-vetturi li jaħdmu bid-diżil. Fuq terminu ta' żmien medju u twil, il-bijogass likwifikat (LBG) joffri tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tas-CO2 fit-trasport ta' vetturi tqal. Il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi bl-LNG diġà hu rifless għalkollox fil-VECTO, u fil-ġejjieni, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll fjuwils oħra alternattivi sostenibbli fil-VECTO. Minbarra dan, it-teknoloġiji attwali tal-LNG jiżguraw livell baxx ta' emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa tal-arja bħall-NOx u l-materja partikulata. Fis-seħħ teżisti infrastruttura minima biżżejjed għar-riforniment u qed tintuża iżjed bħala parti minn oqfsa ta' politika nazzjonali għal infrastruttura tal-fjuwils alternattivi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Fjuwils alternattivi, speċjalment fjuwils rinnovabbli sintetiċi u avvanzati kif definiti fl-Artikolu 2(s) u 2(ee) tad-Direttiva 2016/0382, jistgħu jaqdu rwol kruċjali fid-dekarbonizzazzjoni fit-tul tas-settur tat-trasport. Sabiex dawn il-fjuwils jilħqu prezzijiet kompetittivi, l-iżvilupp teknoloġiku u l-industrijalizzazzjoni fuq skala kbira huma essenzjali. Ir-rikonoxximent tal-benefiċċji fis-CO2 ta' dawn il-fjuwils f'dan ir-regolament ikompli jħeġġeġ dan il-proċess.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  L-introduzzjoni ta' teknoloġiji bbażati fuq platooning se tikkontribwixxi biex jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet tas-CO2, minħabba li tnaqqas b'mod sinifikanti l-konsum tal-fjuwil tat-trakkijiet u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c)  Sabiex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, dan ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-fjuwils alternattivi elenkati fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/94 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fjuwils alternattivi li huma diġà fis-suq jenħtieġ li jiġu miżjuda mar regolament dwar is-CO2 tal-vetturi tqal u l-konsum tal-fjuwil mill-bidu. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti li jitqiesu mingħajr dewmien fjuwils tal-ġenerazzjoni ġdida. Il-fatt li jitqiesu fjuwils alternattivi fis-CO2 u l-konsum tal-fjuwil iħeġġeġ lill-manifatturi tal-vetturi jikkummerċjalizzaw vetturi li jaħdmu bi fjuwil alternattiv u jinkoraġġixxi wkoll lill-fornituri tal-fjuwil iżidu d-disponibbiltà fis-suq ta' fjuwils alternattivi. Fil-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni, 83 % tal-partijiet ikkonċernati qablu jew pjuttost qablu li s-CO2 tal-vetturi tqal jenħtieġ li jinkorpora wkoll fjuwils alternattivi.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jeħtieġ tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tar-rekwiżiti tat-tnaqqis ġenerali fost il-manifatturi, filwaqt li titqies id-diversità tal-vetturi tqal fejn jidħlu d-disinn tagħhom u x-xejriet tas-sewqan, il-kilometraġġ annwali, it-tagħbija u l-konfigurazzjoni tat-trejler. Għalhekk jixraq li ssir distinzjoni bejn il-vetturi tqal skont subgruppi differenti u separati ta' vetturi li jirriflettu x-xejra tipika tal-użu tal-vetturi u karatteristiċi tekniċi speċifiċi. Bl-istabbiliment ta' miri speċifiċi annwali għall-manifatturi bħala medja ponderata tal-miri ddefiniti għal kull subgrupp bħal dan, il-manifatturi jkunu qed jingħataw il-mezzi biex jibbilanċjaw b'mod effettiv xi sottoprestazzjoni possibbli ta' vetturi f'ċerti subgruppi bis-superament f'subgruppi oħra ta' vetturi, filwaqt li jkunu qed jitqiesu l-emissjonijiet tas-CO2 medji tul il-ħajja tal-vetturi f'subgruppi differenti.

(19)  Jeħtieġ tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tar-rekwiżiti tat-tnaqqis ġenerali fost il-manifatturi, filwaqt li titqies id-diversità tal-vetturi tqal fejn jidħlu d-disinn tagħhom u x-xejriet tas-sewqan, il-kilometraġġ annwali, it-tagħbija u l-konfigurazzjoni tat-trejler. Għalhekk jixraq li ssir distinzjoni bejn il-vetturi tqal skont subgruppi differenti u separati ta' vetturi li jirriflettu x-xejra tipika tal-użu tal-vetturi u karatteristiċi tekniċi speċifiċi. Bl-istabbiliment ta' miri speċifiċi annwali għall-manifatturi bħala medja ponderata tal-miri ddefiniti għal kull subgrupp bħal dan, il-manifatturi jkunu qed jingħataw il-mezzi biex jibbilanċjaw b'mod effettiv xi sottoprestazzjoni possibbli ta' vetturi f'ċerti subgruppi bis-superament f'subgruppi oħra ta' vetturi, filwaqt li jkunu qed jitqiesu l-emissjonijiet tas-CO2 medji tul il-ħajja tal-vetturi f'subgruppi differenti, u b'hekk ikunu qed jirrispettaw il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ tiġi vvalutata l-konformità tal-manifattur mal-miri speċifiċi annwali tiegħu abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 medji tiegħu. Jenħtieġ li għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet li huma riflessi fil-miri tas-subgruppi differenti tal-vetturi. Minħabba f'hekk, jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta' manifattur jiġu bbażati fuq l-emissjonijiet medji ddeterminati għal kull subgrupp, inkluż ponderazzjoni bbażata fuq il-kilometraġġ annwali medja preżunta u t-tagħbija medja tagħhom, li tirrifletti l-emissjonijiet tas-CO2 totali tul il-ħajja. Minħabba l-potenzjal tat-tnaqqis limitat tal-vetturi professjonali, jenħtieġ li dawn il-vetturi ma jitqisux għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji.

(20)  Jenħtieġ tiġi vvalutata l-konformità tal-manifattur mal-miri speċifiċi annwali tiegħu abbażi tal-emissjonijiet tas-CO2 medji tiegħu. Jenħtieġ li għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet speċifiċi medji jitqiesu wkoll l-ispeċifiċitajiet li huma riflessi fil-miri tas-subgruppi differenti tal-vetturi. Minħabba f'hekk, jenħtieġ li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta' manifattur jiġu bbażati fuq l-emissjonijiet medji ddeterminati għal kull subgrupp, inkluż ponderazzjoni bbażata fuq il-kilometraġġ annwali medja preżunta u t-tagħbija medja tagħhom, li tirrifletti l-emissjonijiet tas-CO2 totali tul il-ħajja. Minħabba l-potenzjal tat-tnaqqis limitat tal-vetturi professjonali, jenħtieġ li dawn il-vetturi ma jitqisux għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji, sakemm dawn ma jkunux vetturi b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Kuntrarjament għall-karozzi u l-vannijiet, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għadhom mhumiex disponibbli fis-suq, għajr ix-xarabanks. Għalhekk jenħtieġ jiddaħħal mekkaniżmu apposta, fil-forma ta' superkrediti, biex teħfief it-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet. Dan jipprovdi inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 dwar Vetturi Nodfa.

(21)  Kuntrarjament għall-karozzi u l-vannijiet, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għadhom mhumiex disponibbli fis-suq, għajr ix-xarabanks. Għalhekk jenħtieġ jiddaħħal mekkaniżmu apposta, fil-forma ta' superkrediti, biex teħfief u titħeġġeġ it-tranżizzjoni bla xkiel lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet. Dan jipprovdi inċentivi għall-iżvilupp u l-użu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi fis-suq tal-Unjoni li jikkumplimentaw l-istrumenti tan-naħa tad-domanda, bħad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26 dwar Vetturi Nodfa.

_________________

_________________

26 Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017) 653 final] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

26 Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif emendata bid-Direttiva …/…/UE [COM(2017) 653 final] (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ tingħadd għal ħafna drabi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, l-iffrankar li jirriżulta jenħtieġ ikun soġġett għal limitu massimu.

(22)  Għall-finijiet tal-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, kull vettura tqila mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi jenħtieġ tingħadd għal ħafna drabi. Jenħtieġ li l-livell tal-inċentivi jvarja skont l-emissjonijiet tas-CO2 attwali tal-vettura. Biex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ambjentali, l-iffrankar li jirriżulta jenħtieġ ikun soġġett għal limitu massimu. Filwaqt li jitqiesu d-diffikultajiet fl-iżvilupp ta' vetturi għal distanzi twal b'emissjonijiet baxxi u mingħajr emissjonijiet, dawk il-vetturi b'distanza ta' aktar minn 400 km, jenħtieġ li jkunu eżentati mil-limitu massimu.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis li mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Iżda jenħtieġ jiġi nnutat li x-xarabanks mingħajr emissjonijiet diġà jinsabu fis-suq u jiġu inċentivati b'miżuri tan-naħa tad-domanda bħall-akkwist pubbliku. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn tipi differenti ta' vetturi, jenħtieġ li l-iffrankar li jirriżulta mit-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu.

(24)  Meta jkun qed jitfassal il-mekkaniżmu tal-inċentivi għall-użu tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, dan jenħtieġ jinkludi wkoll it-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis li mhumiex soġġetti għall-miri tal-emissjonijiet tas-CO2. Dawn il-vetturi għandhom benefiċċji sinifikanti wkoll meta jgħinu biex jingħelbu l-problemi tat-tniġġis tal-arja fil-bliet. Iżda jenħtieġ jiġi nnutat li x-xarabanks mingħajr emissjonijiet diġà jinsabu fis-suq u jiġu inċentivati b'miżuri tan-naħa tad-domanda bħall-akkwist pubbliku. Biex ikun żgurat li l-inċentivi huma bbilanċjati sew bejn tipi differenti ta' vetturi, jenħtieġ li l-iffrankar li jirriżulta mit-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks u l-kowċis mingħajr emissjonijiet ikun soġġett ukoll għal limitu massimu. Peress li l-entitajiet legali għax-xarabanks, il-kowċis u t-trakkijiet jistgħu jkunu differenti fi ħdan l-istess manifattur, jenħtieġ li "grupp ta' manifatturi konnessi" ikun jista' jaġixxi ta' manifattur, kif definit fir-Regolament 510/2011.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament.

(30)  Hemm bżonn mekkaniżmu robust tal-konformità ħalli jkun żgurat li jintlaħqu l-miri skont dan ir-Regolament. L-obbligi imposti fuq il-manifatturi biex jipprovdu data preċiża skont ir-Regolament (UE) Nru .../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] u l-multi amministrattivi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu, jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sodezza tad-data użata għall-finijiet tal-konformità mal-miri skont dan ir-Regolament. Huwa fl-interess tal-konsumaturi u tal-pubbliku ġenerali li jkunu jafu liema manifatturi huma jew mhumiex konformi mal-istandards il-ġodda tal-emissjonijiet.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati jkunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ ikun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal użati.

(31)  Biex jinkiseb it-tnaqqis tas-CO2 skont dan ir-Regolament, hu essenzjali li l-emissjonijiet tas-CO2 mill-vetturi tqal użati u fit-triq ikunu konformi maċ-ċifri ddeterminati skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, jenħtieġ ikun possibbli li fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur, il-Kummissjoni tqis kwalunkwe nuqqas ta' konformità sistematika misjub mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal waqt l-użu u fit-triq.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Fl-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ tivvaluta l-effikaċja tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f'dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-livell ta' tnaqqis li jrid jintlaħaq sal-2030, il-modalitajiet li jenħtieġ ikunu disponibbli biex tintlaħaq dik il-mira u lil hinn, kif ukoll l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal bħat-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks, il-kowċis u t-trejlers. Din il-valutazzjoni jenħtieġ tinkludi wkoll, strettament għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsiderazzjonijiet ta' vetturi tqal u kombinazzjonijiet ta' vetturi lil hinn mill-piżijiet u d-dimensjonijiet standard applikabbli għat-trasport nazzjonali, pereżempju Kunċetti Modulari.

(34)  Fl-2022, il-Kummissjoni jenħtieġ tivvaluta l-effikaċja tal-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f'dan ir-Regolament u b'mod partikolari l-livell ta' tnaqqis li jrid jintlaħaq sal-2030, il-modalitajiet li jenħtieġ ikunu disponibbli biex tintlaħaq dik il-mira u lil hinn, kif ukoll l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal bħat-trakkijiet iżgħar, ix-xarabanks, il-kowċis u t-trejlers. Din il-valutazzjoni jenħtieġ tinkludi wkoll, strettament għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, kunsiderazzjonijiet ta' vetturi tqal u kombinazzjonijiet ta' vetturi lil hinn mill-piżijiet u d-dimensjonijiet standard applikabbli għat-trasport nazzjonali, pereżempju Kunċetti Modulari. Fil-każ imsemmi l-aħħar, meta dawn it-trakkijiet jintużaw għat-trasport ta' kapaċità kbira, skont id-Direttiva 719/20151a, għandhom ikunu identifikabbli biċ-ċar bi kriterji tekniċi u jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-benefiċċju ta' dan it-trasport itqal fir-rigward tas-CO2. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tbiddel il-metodoloġija mill-estrazzjoni sal-użu għall-miri tal-2022 'l quddiem. Jenħtieġ li jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet tas-CO2 mill-estrazzjoni sal-użu u dawk prodotti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' vetturi tqal, filwaqt li jkunu trasparenti.

 

__________________

 

1a Direttiva (UE) 2015/719 tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali, ĠU L 115, 6.5.2015

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija u li għaliha ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil, skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, biss għal profili oħra tal-missjoni għajr dawk definiti fil-punt 2.1 tal-Anness I ta' dan ir-Regolament;

(h)  "vettura vokazzjonali" tfisser vettura tqila li mhix maħsuba għat-twassil tal-merkanzija tal-konsum u li għaliha jiġi allokat kodiċi tax-xogħol fuq il-karrozzerija fil-mument tar-reġistrazzjoni (skont l-Appendiċi 2 tal-Anness II ta' 2007/46/KE;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "grupp ta' manifatturi konnessi" tfisser manifattur u l-impriżi konnessi miegħu. Fir-rigward ta' manifattur, "impriżi konnessi" tfisser:

 

(a) impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

 

(i) is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot; jew

 

(ii) is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta' ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża ġuridikament; jew

 

(iii) id-dritt li jiġġestixxi l-affarijiet tal-impriża;

 

(b) impriżi li direttament jew indirettament ikollhom, fuq il-manifattur, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

 

(c) impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

 

(d) impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma' impriża waħda jew aktar imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c), jew li fihom tnejn jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, flimkien ikollhom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a);

 

(e) impriżi li fihom id-drittijiet jew is-setgħat elenkati fil-punt (a) huma miżmumin flimkien mill-manifattur jew minn waħda jew aktar mill-impriżi relatati miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u parti terza waħda jew aktar.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' inqas minn 350 g CO2/km, kif iddeterminat skont il-punt 2.1 tal-Anness I;

(k)  "vettura tqila b'emissjonijiet baxxi" tfisser vettura tqila, li mhix vettura tqila mingħajr emissjonijiet, li għandha emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta' inqas minn 35 % anqas mill-valur ta' referenza li jinkiseb mil-linja bażi tal-2019 għal kull subgrupp tal-vetturi;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  Il-Fattur ta' Korrezzjoni tas-CO2 hu daqs is-sehem ta' gass rinnovabbli mibjugħ fil-pompi tal-petrol, li għandu jiġi ċċertifikat fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-data rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru.../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] għall-vetturi tqal ġodda tal-manifattur irreġistrati fis-sena rilevanti, għajr il-vetturi vokazzjonali;

(a)  id-data rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru.../2018 [dwar il-Monitoraġġ u r-Rappurtar tal-HDV] għall-vetturi tqal ġodda tal-manifattur irreġistrati fis-sena rilevanti, għajr il-vetturi vokazzjonali, sakemm ma jkunux vetturi b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-benefiċċji f'termini tas-CO2 tal-fjuwil rinnovabbli sintetiku u avvanzat kif definit fl-Artikolu 2(s) u 2(ee) tad-Direttiva 2016/0382, dment li l-manifatturi jintroduċu l-fjuwils fis-suq tal-fjuwils b'mod volontarju u l-benefiċċji ma jkunux jgħoddu għal obbligi oħra ta' dekarbonizzazzjoni.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) il-Fattur ta' Korrezzjoni tal-Karbonju (CCF) li jista' jiġi kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja: CCF = sehem nazzjonali (%) ta' enerġija rinnovabbli sostenibbli użata/10. Dan għandu jiġi kkalkulat separatament għall-vetturi diżil u li jaħdmu bil-metan u fjuwils mibjugħa għal kull sena kalendarja. Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-introduzzjoni ta' CCF, li twassal għall-adozzjoni ta' metodoloġija mill-estrazzjoni sal-użu.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd bħala żewġ (2) vetturi;

(a)  vettura tqila mingħajr emissjonijiet għandha tingħadd diversi drabi skont id-distanza tagħha: b'distanza ta' anqas minn 100 km, din għandha tingħadd bħala żewġ (2) vetturi, b'distanza ta' aktar minn 100 km, 200 km jew 400 km, din għandha tingħadd bħala 3, 4 jew 5 vetturi rispettivament;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-vetturi tqal b'emissjonijiet baxxi għandhom jingħadd sa massimu ta' żewġ (2) vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet ta' 350 g CO2/km.

(b)  il-vetturi tqal b'emissjonijiet baxxi għandhom jingħaddu sa massimu ta' żewġ (2) vetturi skont funzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom u l-livell limitu tal-emissjonijiet ta' 35 % anqas mill-valur ta' referenza derivat mil-linja bażi tal-2019 għal kull subgrupp tal-vetturi.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-kategoriji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) għal dak il-fattur għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 1,5 %.

3.  Il-fattur tal-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur b'massimu ta' 3 %. Il-kontribut tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi mill-kategorija ta' vetturi għal distanzi twal, b'distanza ta' aktar minn 400 km, għandhom ikunu eżentati mil-limitu massimu.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 6 800 €/gCO2/tkm)

(il-primjum għall-emissjonijiet żejda) = (l-emissjonijiet żejda x 570 €/gCO2/tkm)

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  L-ammonti tal-primjum għall-emissjonijiet żejda għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw biss għall-fini ta' appoġġ ta' programmi mwettqa f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab soċjali, u jippromwovu t-tranżizzjoni ġusta tas-settur tal-karozzi lejn mobbiltà b'emissjonijiet baxxi, u jippromwovu soluzzjonijiet innovattivi li jinċentivaw l-użu rapidu ta' vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal.

2.  Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tiżgura d-disponibbiltà pubblika, mingħand il-manifatturi jew l-awtoritajiet nazzjonali, skont il-każ, ta' data robusta mhux personali dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija fid-dinja reali mill-vetturi tqal, abbażi ta' standardizzazzjoni ta' sistemi tal-ġbir tad-data eżistenti li jkopru t-tipi differenti ta' użi. Għandha tivvaluta l-fattibbiltà tal-ittestjar tal-emissjonijiet tas-CO2 f'kundizzjonijiet reali ta' sewqan b'Sistemi li Jinġarru ta' Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  Aġġornament tal-għodda ta' simulazzjoni ("VECTO"). Il-Kummissjoni għandha taġġorna, fuq bażi annwali, l-għodda ta' simulazzjoni VECTO, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/2400, biex tirrifletti l-introduzzjoni ta' teknoloġiji li jiffrankaw il-fjuwil, inkluż il-platooning tat-trakkijiet, kif ukoll it-titjib fit-trejlers, fis-semitrejlers u fl-oqfsa riġidi. L-aġġornamenti għandhom jikkunsidraw id-diskrepanzi bejn ir-riżultati tal-VECTO u l-emissjonijiet tas-CO2 tat-triq fid-dinja reali.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.

1.  Biex ikun żgurat li l-parametri tekniċi użati għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta' manifattur skont l-Artikolu 4 u l-kalkolu tal-miri tal-emissjonijiet speċifiċi skont l-Artikolu 6 jqisu l-progress tekniku u l-iżvilupp tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-għodda ta' simulazzjoni VECTO fuq bażi annwali u tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 15 biex temenda d-dispożizzjonijiet li ġejjin stabbiliti fl-Annessi I u II.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi ddeterminata għall-2030 skont l-Artikolu 1 u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, il-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE30, u s-sistema tal-krediti tas-CO2 , u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn u, meta xieraq, magħha tinhemeż proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament.

Sal-31 ta' Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, il-metodoloġiji għall-kalkolu tal-emissjonijiet mill-estrazzjoni sal-użu, il-mira tat-tnaqqis tas-CO2 li għandha tiġi ddeterminata għall-2030 skont l-Artikolu 1 u l-iffissar ta' miri tat-tnaqqis tas-CO2 għal tipi oħra ta' vetturi tqal inkluż it-trejlers u l-kombinazzjonijiet tas-sistema modulari Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar il-progress fl-istabbiliment ta' metodoloġija rappreżentattiva għall-kalkolu tal-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-effikaċja tal-modalitajiet li jindirizzaw, b'mod partikolari, il-vetturi mingħajr emissjonijiet u b'emissjonijiet baxxi, l-aktar ix-xarabanks, inkluża d-definizzjoni tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-miri stabbiliti fid-Direttiva 2009/33/KE30, u s-sistema tal-krediti tas-CO2, u l-adegwatezza li tittawwal l-applikazzjoni ta' dawk il-modalitajiet fl-2030 u lil hinn u, meta xieraq, magħha tinhemeż proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. Għal dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-parametri ewlenin kollha li jinfluwenzaw iż-żieda tad-dħul fis-suq ta' sistemi tal-motopropulsjoni alternattivi, billi tqis l-indikaturi li ġejjin:

 

·L-espansjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar

 

·Il-firxa ta' vetturi offruti (vetturi tal-elettriku tal-batterija [BEV], vetturi elettriċi ibridi rikarikabbli [PHEV], vetturi elettriċi biċ-ċelloli tal-fjuwil [FCEV], eċċ.);

 

·Il-prezzijiet medji taż-żejt u tal-fjuwil

 

·Il-livelli ta' sussidji u inċentivi mhux monetarji

 

·Il-livell ta' akkwist pubbliku, eċċ.

__________________

__________________

30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE

30 Id-Direttiva 2009/33/KE dwar Vetturi Nodfa kif emendata bid-Direttiva .../.../UE

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

Referenzi

COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Henna Virkkunen

3.7.2018

Eżami fil-kumitat

6.9.2018

8.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

8

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Georg Mayer, Gesine Meissner, Renaud Muselier, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Keith Taylor, Pavel Telička, Marie-Pierre Vieu, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Kosma Złotowski, Luis de Grandes Pascual, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Claudia Țapardel

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Michael Detjen, Jill Evans, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Ryszard Antoni Legutko, Marek Plura, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Angel Dzhambazki, John Howarth, Wajid Khan

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ALDE

ECR

ENF

PPE

 

S&D

 

 

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

Angel Dzhambazki, Jacqueline Foster, Ryszard Antoni Legutko, Peter Lundgren, Kosma Złotowski

Georg Mayer

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Renaud Muselier, Markus Pieper, Marek Plura, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

Francisco Assis, Inés Ayala Sender, Nicola Danti, Michael Detjen, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, John Howarth,Wajid Khan, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel

 

8

-

EFDD

GUE/NGL

VERTS/ALE

Daniela Aiuto , Jill Seymour

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

Michael Cramer, Jill Evans, Keith Taylor

 

2

0

ECR

ENF

Peter van Dalen

Marie-Christine Arnautu,

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda

Referenzi

COM(2018)0284 – C8-0197/2018 – 2018/0143(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

17.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

5.7.2018

IMCO

5.7.2018

TRAN

5.7.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

19.6.2018

IMCO

19.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bas Eickhout

24.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

18.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Giorgos Grammatikakis, Rebecca Harms, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Merja Kyllönen, Carolina Punset, Christel Schaldemose, Keith Taylor, Tiemo Wölken, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophia in ‘t Veld, Kati Piri, Mirja Vehkaperä, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

25.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

Jan Huitema, Carolina Punset, Frédérique Ries, Nils Torvalds, Mirja Vehkaperä, Sophia in 't Veld

ECR

Mark Demesmaeker

EFDD

Eleonora Evi, Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Merja Kyllönen

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Karl Heinz Florenz, Francesc Gambús, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Annie Schreijer Pierik, Adina Ioana Vălean

S&D

Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Giorgos Grammatikakis, Jytte Guteland, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Gilles Pargneaux, Kati Piri, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Tiemo Wölken, Flavio Zanonato, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Rebecca Harms, Martin Häusling, Davor Škrlec, Keith Taylor

6

-

ECR

Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

EPP

Jens Gieseke, Renate Sommer

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Novembru 2018Avviż legali