Proċedura : 2017/0355(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0355/2018

Testi mressqa :

A8-0355/2018

Dibattiti :

PV 16/04/2019 - 5
CRE 16/04/2019 - 5

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2018 - 5.4
CRE 15/11/2018 - 5.4
PV 16/04/2019 - 8.21
CRE 16/04/2019 - 8.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0379

RAPPORT     ***I
PDF 1528kWORD 168k
26.10.2018
PE 621.099v02-00 A8-0355/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

(COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Enrique Calvet Chambon

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

(COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0797),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 153(1)(b) u (2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0006/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0355/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprovdi fl-Artikolu 31 tagħha li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu, u għal limitazzjoni ta' sigħat massimi tax-xogħol, għal perjodi ta' mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta' leave imħallas.

(1)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprevedi fl-Artikolu 31 tagħha li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu, u għal limitazzjoni ta' sigħat massimi tax-xogħol, għal perjodi ta' mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta' leave imħallas. Jenħtieġ li l-objettivi ta' din id-Direttiva jkunu għalkollox konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Karta Ewropea tad-Drittijiet Soċjali.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-Prinċipju 5 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi li, irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni ta' impjieg, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u għat-taħriġ, li jenħtieġ li jiġu evitati relazzjonijiet ta' impjieg li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji, anke bil-projbizzjoni tal-abbuż ta' kuntratti atipiċi, li kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni jenħtieġ li jkun ta' durata raġonevoli u li jenħtieġ li titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa. Jistabbilixxi wkoll li jenħtieġ li tiġi żgurata l-flessibbiltà neċessarja biex l-impjegaturi jadattaw malajr għal bidliet fil-kuntest ekonomiku, skont il-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet kollettivi.

Ġustifikazzjoni

Tikkompleta r-referenza għall-Prinċipju 5 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Prinċipju 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, jiddikjara li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta' probazzjoni, u li għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat. Il-Prinċipju 5 jiddikjara li irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ, li għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta' abbuż ta' kuntratti atipiċi, li kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni jenħtieġ li jkun ta' durata raġonevoli u li għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa.

(2)  Il-Prinċipju 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, jiddikjara li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta' probazzjoni, u li huma intitolati jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għas-sensja tagħhom u jingħataw perjodu ta' avviż raġonevoli u li għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat. Il-Prinċipju 5 jiddikjara li irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ, li għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta' abbuż ta' kuntratti atipiċi, li kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni jenħtieġ li jkun ta' durata raġonevoli u li għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa, filwaqt li l-impjegaturi jingħataw il-flessibbiltà meħtieġa biex jadattaw ruħhom rapidament għal kwalunkwe żvolta ekonomika.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-Prinċipju 7 jiddikjara li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta' probazzjoni, u li għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  L-istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ma jaffettwax id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u li jimmaniġġjaw il-finanzi pubbliċi tagħhom, u ma għandux jaffettwa b'mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE33, is-swieq tax-xogħol għaddew minn bidliet kbar minħabba l-iżviluppi demografiċi u d-diġitalizzazzjoni li wasslu għall-ħolqien ta' forom ġodda ta' impjieg, li appoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tas-suq tax-xogħol. Forom ġodda ta' impjieg spiss mhumiex daqshekk regolari jew stabbli daqs relazzjonijiet ta' impjieg tradizzjonali u jwasslu għal prevedibbiltà mnaqqsa għall-ħaddiema kkonċernati, filwaqt li joħolqu inċertezza fir-rigward tad-drittijiet applikabbli u l-protezzjoni soċjali. F'din id-dinja tax-xogħol li qed tevolvi, għalhekk hemm ħtieġa ikbar li l-ħaddiema jkunu infurmati bis-sħiħ dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol essenzjali tagħhom, li jenħtieġ li jsir bil-miktub u fi żmien xieraq. Sabiex l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' impjieg jiġi inkwadrat b'mod adegwat, il-ħaddiema fl-Unjoni jenħtieġ li jingħataw ukoll għadd ta' drittijiet minimi ġodda mmirati lejn il-promozzjoni tas-sigurtà u l-prevedibbiltà fir-relazzjonijiet ta' impjieg filwaqt li tinkiseb konverġenza 'l fuq fl-Istati Membri u tiġi ppreservata l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol.

(3)  Mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE33, is-swieq tax-xogħol għaddew minn bidliet minħabba l-iżviluppi demografiċi u d-diġitalizzazzjoni, li wasslu għall-ħolqien ta' forom ġodda ta' impjieg, li appoġġaw l-innovazzjoni, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tas-suq tax-xogħol. Forom ġodda ta' impjieg jistgħu jvarjaw ferm fil-prevedibbiltà tagħhom mir-relazzjonijiet ta' impjieg tradizzjonali u xi drabi jistgħu jwasslu għal prevedibbiltà mnaqqsa għall-ħaddiema kkonċernati, filwaqt li joħolqu inċertezza rigward id-drittijiet applikabbli u l-protezzjoni soċjali u jinkoraġġixxu prattiki mhux ċari jew inġusti, u b'hekk jiddestabilizzaw is-suq tax-xogħol. F'din id-dinja tax-xogħol li qed tevolvi, għalhekk hemm ħtieġa ikbar li l-ħaddiema, irrispettivament mill-qasam partikolari tagħhom, ikunu infurmati bis-sħiħ dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol essenzjali tagħhom, li jenħtieġ li jsir fi żmien xieraq u bil-miktub u f'forma faċilment aċċessibbli għall-ħaddiema. Sabiex l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' impjieg jiġi inkwadrat b'mod adegwat, il-ħaddiema fl-Unjoni jenħtieġ li jingħataw ukoll għadd ta' drittijiet minimi ġodda mmirati lejn il-promozzjoni tas-sigurtà u l-prevedibbiltà fir-relazzjonijiet ta' impjieg filwaqt li tinkiseb konverġenza 'l fuq fl-Istati Membri u tiġi ppreservata l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol.

__________________

__________________

33 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

33 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Ir-rekwiżiti minimi relatati mal-informazzjoni dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg u relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għal kull ħaddiem jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha fl-Unjoni livell adegwat ta' trasparenza u prevedibbiltà fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol.

(5)  Ir-rekwiżiti minimi relatati mal-informazzjoni dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg u relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għal kull ħaddiem jenħtieġ li għalhekk jiġu msaħħa u jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha fl-Unjoni, irrispettivament mill-istatus formali tagħhom, l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza u prevedibbiltà fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li tinżamm flessibbiltà raġonevoli tal-impjieg mhux standard, u għaldaqstant jiġu mħarsa l-benefiċċji tiegħu għall-ħaddiema u l-impjegaturi.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprevedu, għal raġunijiet oġġettivi, li ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III jiġu adattati għall-forzi armati, għall-awtoritajiet tal-pulizija u għal servizzi oħra tal-emerġenza.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  L-għan ta' din id-Direttiva – li tippromwovi provvista ta' ħaddiema aktar sikura u aktar prevedibbli, filwaqt li tiżgura l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol, l-aċċess għall-innovazzjoni u kondizzjonijiet ta' għajxien u tax-xogħol aħjar – jista' jintlaħaq billi l-ħaddiema jingħataw aċċess aktar effiċjenti għall-informazzjoni fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment għall-ħaddiema involuti f'forom tax-xogħol ġodda u atipiċi, l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni b'mod aktar effettiv u ż-żieda tat-trasparenza tas-suq tax-xogħol, filwaqt li tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piżijiet eċċessivi fuq in-negozji ta' kwalunkwe daqs.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni f'żewġ fażijiet mas-sħab soċjali dwar it-titjib tal-kamp ta' applikazzjoni u l-effettività tad-Direttiva 91/533/KEE u t-twessigħ tal-għanijiet tagħha sabiex jiddaħħlu drittijiet ġodda għall-ħaddiema, skont l-Artikolu 154 tat-Trattat. Dan ma rriżultax fi ftehim fost is-sħab soċjali sabiex jidħlu f'negozjati dwar dawk il-kwistjonijiet. Madankollu, kif ikkonfermat mill-eżitu tal-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin imwettqa sabiex ikunu magħrufin l-opinjonijiet ta' diversi partijiet ikkonċernati u ċittadini, huwa importanti li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni f'dan il-qasam billi l-qafas legali attwali jiġi mmodernizzat u adattat.

(6)  Il-Kummissjoni għamlet konsultazzjoni f'żewġ fażijiet mas-sħab soċjali dwar it-titjib tal-kamp ta' applikazzjoni u l-effettività tad-Direttiva 91/533/KEE u t-twessigħ tal-għanijiet tagħha sabiex jiġu stabbiliti drittijiet ġodda għall-ħaddiema, skont l-Artikolu 154 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dan ma rriżultax fi ftehim fost is-sħab soċjali sabiex jidħlu f'negozjati dwar dawk il-kwistjonijiet. Madankollu, abbażi tal-eżitu tal-konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin imwettqa sabiex ikunu magħrufin l-opinjonijiet ta' diversi partijiet ikkonċernati u ċittadini, huwa essenzjali li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni f'dan il-qasam billi l-qafas legali attwali jiġi adattat għal żviluppi ġodda.

Ġustifikazzjoni

"Jiġu stabbiliti" huwa terminu aktar eżatt minn "jiddaħħlu", skont il-bażi ġuridika tal-proposta.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet previsti mil-liġi tal-Unjoni, il-kamp ta' applikazzjoni personali tad-Direttiva 91/533/KEE jenħtieġ li jiġi aġġornat. Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbiliet kriterji sabiex tiddetermina l-istatus ta' ħaddiem34 li huma xierqa sabiex jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni personali ta' din id-Direttiva. Id-definizzjoni ta' ħaddiem fl-Artikolu 2(1) hija bbażata fuq dawn il-kriterji. Dawn jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tal-kamp ta' applikazzjoni personali tad-Direttiva filwaqt li jħallu f'idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali sabiex japplikawh għal sitwazzjonijiet speċifiċi. Dment li jissodisfaw dawn il-kriterji, il-ħaddiema domestiċi, il-ħaddiema fuq talba, il-ħaddiema intermittenti, il-ħaddiema li jitħallsu bil-vawċers, il-ħaddiema tal-pjattaforma, it-trainees u l-apprendisti jistgħu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(7)  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet previsti mil-liġi tal-Unjoni, il-kamp ta' applikazzjoni personali tad-Direttiva 91/533/KEE jenħtieġ li jiġi aġġornat. Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ("il-Qorti tal-Ġustizzja") stabbiliet kriterji sabiex tiddetermina l-istatus ta' ħaddiem34 li huma xierqa sabiex jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni personali ta' din id-Direttiva.

_________________________________

_________________________________

34 Sentenzi tat-3 ta' Lulju 1986, Deborah Lawrie-Blum, il-Kawża 66/85; l-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, il-Kawża C-428/09; id-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, il-Kawża C-229/14; l-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten, il-Kawża C-413/13; u s-17 ta' Novembru 2016, Ruhrlandklinik, il-Kawża C-216/15.

34 Sentenzi tat-3 ta' Lulju 1986, Deborah Lawrie-Blum, il-Kawża 66/85; l-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, il-Kawża C-428/09; id-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, il-Kawża C-229/14; l-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten, il-Kawża C-413/13; u s-17 ta' Novembru 2016, Ruhrlandklinik, il-Kawża C-216/15.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-Istati Membri jżommu d-dritt li jiddefinixxu min hu ħaddiem għall-fini tal-liġi u l-prattika nazzjonali. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-persuni fiżiċi kollha li għal ċertu perjodu ta' żmien iwettqu servizzi għal persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha bi ħlas jingħataw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva, dment li l-Istati Membri jkollhom il-libertà li jiddeterminaw il-forma li biha l-kamp ta' applikazzjoni personali ta' din id-Direttiva jiġi traspost.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Il-persuni li jaħdmu għal rashom li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  Il-kriterji tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-determinazzjoni tal-istatus ta' ħaddiem jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tal-kamp ta' applikazzjoni personali ta' din id-Direttiva filwaqt li jħallu f'idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali biex japplikawh għal sitwazzjonijiet speċifiċi. Il-ħaddiema domestiċi, il-ħaddiema fuq talba, il-ħaddiema intermittenti, il-ħaddiema li jitħallsu bil-vawċers, il-ħaddiema tal-pjattaforma, it-trainees u l-apprendisti jissodisfaw dawk il-kriterji dment li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Minħabba l-għadd dejjem jikber ta' ħaddiema esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/533/KEE fuq il-bażi ta' derogi magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva, huwa meħtieġ li dawn id-derogi jiġu sostitwiti bil-possibbiltà għall-Istati Membri li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għal relazzjoni ta' impjieg ta' 8 sigħat jew inqas b'kollox f'perjodu ta' referenza ta' xahar. Dik id-deroga ma taffettwax id-definizzjoni ta' ħaddiem kif prevista fl-Artikolu 2(1).

(8)  Minħabba l-għadd dejjem jikber ta' ħaddiema esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/533/KEE fuq il-bażi ta' derogi magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva, huwa meħtieġ li dawn id-derogi jiġu sostitwiti bil-possibbiltà għall-Istati Membri li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għal relazzjoni ta' impjieg ta' 8 sigħat jew inqas b'kollox f'perjodu ta' referenza ta' xahar.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Minħabba l-imprevedibbiltà tax-xogħol fuq talba inklużi l-kuntratti ta' żero sigħat, id-deroga ta' 8 sigħat fix-xahar jenħtieġ li ma tintużax għal relazzjonijiet ta' impjieg li fihom l-ebda ammont garantit ta' xogħol imħallas ma jiġi determinat qabel il-bidu tal-impjieg.

imħassar

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi differenti jistgħu fil-prattika jkollhom il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' impjegatur. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi sabiex jiddeterminaw b'mod iktar preċiż il-persuna/i li huma kkunsidrati totalment jew parzjalment responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li din id-Direttiva tistabbilixxi għall-impjegaturi, dment li dawk l-obbligi jkunu kollha ssodisfatti. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jiddeċiedu li wħud minn dawk l-obbligi jew kollha għandhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi sabiex jeskludu lill-individwi li jaġixxu bħala impjegaturi ta' ħaddiema domestiċi f'unitajiet domestiċi mill-obbligi li jikkunsidraw u jwieġbu għat-talbiet għal tip ta' impjieg differenti, biex jipprovdu taħriġ obbligatorju mingħajr ħlas, u mill-kopertura tal-mekkaniżmu ta' rimedju fuq il-bażi ta' preżunzjonijiet favorevoli fil-każ ta' informazzjoni nieqsa fid-dikjarazzjoni bil-miktub.

(10)  Diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi differenti jew entitajiet oħra jistgħu fil-prattika jkollhom il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' impjegatur. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi sabiex jiddeterminaw b'mod iktar preċiż il-persuna/i li huma kkunsidrati totalment jew parzjalment responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li din id-Direttiva tistabbilixxi għall-impjegaturi, dment li dawk l-obbligi jkunu kollha ssodisfati. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jiddeċiedu li wħud minn dawk l-obbligi jew kollha għandhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, jenħtieġ li jkunu jistgħu jadattaw ir-regoli speċifiċi rigward l-obbligi biex jikkunsidraw u jwieġbu għat-talbiet għal tip ta' impjieg differenti u dawk dwar it-taħriġ obbligatorju mingħajr ħlas, għal individwi li jaġixxu bħala impjegaturi għal ħaddiema domestiċi fid-dar tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi biex jeskludu lill-individwi li jaġixxu bħala impjegaturi ta' ħaddiema domestiċi f'unitajiet domestiċi mir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, jikkunsidraw u jwieġbu għal talbiet għal tipi differenti ta' impjieg, jipprovdu taħriġ obbligatorju mingħajr ħlas, u jipprovdu mekkaniżmi ta' rimedju abbażi ta' preżunzjonijiet favorevoli fil-każ ta' informazzjoni nieqsa fid-dokumentazzjoni li għandha tingħata lill-ħaddiem skont din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Is-sitwazzjoni speċifika ta' individwi li jaġixxu bħala impjegatur għal ħaddiema domestiċi tiġġustifika l-esklużjoni.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-Direttiva 91/533/KEE introduċiet lista minima ta' aspetti essenzjali li l-ħaddiema għandhom ikunu infurmati bil-miktub dwarhom. Dik il-lista jeħtieġ li tiġi adattata sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari t-tkabbir ta' forom ta' impjiegi mhux standard.

(11)  Id-Direttiva 91/533/KEE introduċiet lista minima ta' aspetti essenzjali li l-ħaddiema għandhom ikunu infurmati bil-miktub dwarhom. Jeħtieġ li tiġi adattata dik il-lista minima ta' aspetti essenzjali, li tista' tiġi estiża mill-Istati Membri, sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari t-tkabbir ta' forom ta' impjiegi mhux standard.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-informazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol jenħtieġ li tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, u tinkludi informazzjoni dwar waqfiet, mistrieħ ta' kuljum, mistrieħ fil-ġimgħa u l-ammont ta' leave imħallas.

(12)  L-informazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol jenħtieġ li tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, u tinkludi informazzjoni dwar waqfiet, mistrieħ ta' kuljum, mistrieħ fil-ġimgħa u l-ammont ta' leave imħallas, biex b'hekk tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema.

__________________

__________________

35 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

35 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni li għandha tiġi pprovduta jenħtieġ li tinkludi l-elementi kollha tar-remunerazzjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, riċevuti direttament jew indirettament mill-ħaddiem fir-rigward tax-xogħol tiegħu. L-għoti ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-impjegaturi li jipprovdu elementi addizzjonali ta' remunerazzjoni bħal ħlasijiet ta' darba. Il-fatt li l-elementi ta' remunerazzjoni dovuti mil-liġi jew minn ftehim kollettiv ma ġewx inklużi f'dik l-informazzjoni ma għandux jikkostitwixxi raġuni għalfejn ma ġewx ipprovduti lill-ħaddiem.

(13)  L-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni li għandha tiġi pprovduta jenħtieġ li tinkludi l-elementi kollha tar-remunerazzjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, il-pagamenti għas-sahra, il-bonusijiet u intitolamenti oħra, riċevuti direttament jew indirettament mill-ħaddiem fir-rigward tax-xogħol tiegħu. L-għoti ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-impjegaturi li jipprovdu elementi addizzjonali ta' remunerazzjoni bħal ħlasijiet ta' darba. Il-fatt li l-elementi ta' remunerazzjoni dovuti mil-liġi jew minn ftehim kollettiv ma ġewx inklużi f'dik l-informazzjoni jenħtieġ li ma jikkostitwix raġuni għalfejn ma ġewx ipprovduti lill-ħaddiem.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jekk ma jkunx possibbli li tiġi indikata skeda tax-xogħol fissa minħabba n-natura tal-impjieg, il-ħaddiema jenħtieġ li jkunu jafu kif se tiġi stabbilita l-iskeda tax-xogħol tagħhom, inklużi l-perjodi ta' ħin li fihom jistgħu jintalbu jaħdmu u l-avviż bil-quddiem minimu li jenħtieġ li jirċievu.

(14)  Jekk ma jkunx possibbli li jiġu indikati jum jew ġimgħa tax-xogħol standard minħabba n-natura tal-impjieg, bħal taħt kuntratt fuq talba jew relazzjoni ta' impjieg simili, l-impjegaturi jenħtieġ li jinfurmaw lill-ħaddiema kif se jiġu stabbiliti l-assenjamenti tax-xogħol tagħhom, inklużi l-ħinijiet speċifiċi li matulhom jistgħu jintalbu jaħdmu u l-perjodu minimu ta' avviż bil-quddiem li għandhom jingħataw.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-informazzjoni dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali jenħtieġ li tinkludi, fejn rilevanti, benefiċċji tal-mard, maternità u benefiċċji ekwivalenti għall-ġenituri, paternità, anzjanità, invalidità, superstiti, qgħad, irtirar bikri jew tal-familja. L-informazzjoni dwar il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali pprovduta mill-impjegatur jenħtieġ li tinkludi, fejn rilevanti, kopertura minn skemi ta' pensjoni supplimentari skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE36 u d-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.37

(15)  L-informazzjoni dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jirċievu l-kontribuzzjonijiet u prova ta' reġistrazzjoni mal-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, meta tkun ir-responsabbiltà tal-impjegatur. Fejn rilevanti, jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar benefiċċji tal-mard, maternità u benefiċċji ekwivalenti għall-ġenituri, paternità, anzjanità, invalidità, superstiti, qgħad, irtirar bikri, tal-familja, jew benefiċċji fir-rigward ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard ikkaġunat mix-xogħol. L-informazzjoni dwar il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali pprovduta mill-impjegatur jenħtieġ li tinkludi, fejn rilevanti, kopertura minn skemi ta' pensjoni supplimentari skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE36 u d-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.37

__________________

__________________

36 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46).

36 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46).

37 Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1).

37 Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1).

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jiġu informati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni ta' impjieg. L-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li għalhekk tasal għandhom mhux iktar tard mill-ewwel jum ta' impjieg.

(16)  Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jiġu informati bil-miktub, b'mod stampat jew elettroniku, fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni ta' impjieg. L-informazzjoni bażika jenħtieġ li għalhekk tasal għandhom bil-miktub mhux iktar tard mill-ewwel jum mill-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-iskadenza għall-għoti tal-informazzjoni bażika tiġi estiża għal massimu ta' sebat ijiem fil-każ ta' mikrointrapriżi. L-istess informazzjoni jenħtieġ li tingħata bil-fomm fl-ewwel jum tar-relazzjoni ta' impjieg. Dawk l-iskadenzi jenħtieġ li ma jmorrux oltre d-durata tal-kuntratt.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jgħinu lill-impjegaturi jipprovdu informazzjoni f'waqtha, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' formoli fil-livell nazzjonali li jinkludu informazzjoni li tkun komprensiva biżżejjed u rilevanti dwar il-qafas legali applikabbli. Dawn il-formoli jistgħu jiġu żviluppati aktar fil-livell settorjali jew lokali, mill-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali.

(17)  Sabiex jgħinu lill-impjegaturi jipprovdu informazzjoni f'waqtha, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' formoli fil-livell nazzjonali li jinkludu informazzjoni li tkun komprensiva biżżejjed u rilevanti dwar il-qafas legali applikabbli. Dawn il-formoli jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ħaddiema stazzjonati jew mibgħuta barra mill-pajjiż jenħtieġ li jirċievu informazzjoni addizzjonali speċifika għas-sitwazzjoni tagħhom. Għal assenjazzjonijiet tax-xogħol suċċessivi mwettqa f'diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi, bħat-trasport internazzjonali bit-triq, dik l-informazzjoni tista' tiġi raggruppata għal diversi assenjamenti qabel l-ewwel tluq u wara tista' tiġi modifikata f'każ ta' bidla. Meta jikkwalifikaw bħala ħaddiema stazzjonati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,38 jenħtieġ li jiġu nnotifikati wkoll dwar is-sit web nazzjonali uniku żviluppat mill-Istat Membru ospitanti fejn jistgħu jsibu l-informazzjoni rilevanti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għas-sitwazzjoni tagħhom. Sakemm l-Istati Membri ma jipprevedux mod ieħor, dawn l-obbligi japplikaw jekk id-durata tal-perjodu tax-xogħol barra mill-pajjiż tkun aktar minn erba' ġimgħat konsekuttivi.

(18)  Ħaddiema stazzjonati jew mibgħuta barra mill-pajjiż jenħtieġ li jirċievu informazzjoni addizzjonali speċifika għas-sitwazzjoni tagħhom. Għal assenjamenti tax-xogħol suċċessivi mwettqa f'diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi, dik l-informazzjoni tista' tiġi raggruppata għal diversi assenjamenti qabel l-ewwel tluq u wara tista' tiġi modifikata f'każ ta' bidla. Meta jikkwalifikaw bħala ħaddiema stazzjonati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,38 jew regolamenti oħra speċifiċi għas-settur, jenħtieġ li jiġu nnotifikati wkoll dwar is-sit web nazzjonali uniku żviluppat mill-Istat Membru ospitanti fejn jistgħu jsibu l-informazzjoni rilevanti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għas-sitwazzjoni tagħhom. Sakemm il-liġi tal-Istat Membru li tirregola r-relazzjoni ta' impjieg ma tipprevedix mod ieħor, dawn l-obbligi japplikaw jekk id-durata tal-perjodu tax-xogħol barra mill-pajjiż tkun aktar minn erba' ġimgħat konsekuttivi.

__________________

__________________

38 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

38 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-perjodi ta' probazzjoni jippermettu lill-impjegaturi jivverifikaw li l-ħaddiema jkunu adattati għall-pożizzjoni li jkunu impjegati biex jimlew filwaqt li jagħtuhom l-appoġġ ta' akkumpanjament u t-taħriġ. Dawn il-perjodi jistgħu jkunu akkumpanjati minn protezzjoni mnaqqsa kontra s-sensja. Kull dħul fis-suq tax-xogħol jew tranżizzjoni lejn pożizzjoni ġdida ma għandhomx ikunu soġġetti għal insigurtà fit-tul. Kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-perjodi ta' probazzjoni jenħtieġ li għalhekk ikunu ta' durata raġonevoli. Għadd sostanzjali ta' Stati Membri stabbilixxew durata massima ġenerali tal-perjodi ta' prova ta' bejn tlieta u sitt xhur, li għandha titqies bħala raġonevoli. Il-perjodi ta' probazzjoni jistgħu jkunu ta' aktar minn sitt xhur meta dan ikun iġġustifikat min-natura tal-impjieg, bħal pożizzjonijiet maniġerjali, u meta jkun fl-interess tal-ħaddiem, bħal fil-każ ta' mard fit-tul jew fil-kuntest ta' miżuri speċifiċi li jippromwovu l-impjiegi permanenti b'mod partikolari għall-ħaddiema żgħażagħ.

(19)  Il-perjodi ta' probazzjoni jippermettu lill-impjegaturi jivverifikaw li l-ħaddiema jkunu adattati għall-pożizzjoni li jkunu impjegati biex jimlew filwaqt li jagħtuhom l-appoġġ ta' akkumpanjament u t-taħriġ. Il-perjodi ta' probazzjoni jippermettu lill-ħaddiema jivverifikaw li x-xogħol jaqbel mal-aspettattivi, il-ħiliet u l-kapaċitajiet tagħhom. Dawn il-perjodi jistgħu jkunu akkumpanjati minn protezzjoni mnaqqsa kontra s-sensja. Kull dħul fis-suq tax-xogħol jew tranżizzjoni lejn pożizzjoni ġdida jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal insigurtà fit-tul. Kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-perjodi ta' probazzjoni jenħtieġ li għalhekk ikunu ta' durata raġonevoli. Għadd sostanzjali ta' Stati Membri stabbilixxew durata massima ġenerali tal-perjodi ta' prova ta' bejn tlieta u sitt xhur, li għandha titqies bħala raġonevoli. Il-perjodi ta' probazzjoni jistgħu, eċċezzjonalment, ikunu ta' aktar minn sitt xhur meta dan ikun iġġustifikat min-natura tal-impjieg, bħal pożizzjonijiet maniġerjali, meta l-Istati Membri ma jorbtux il-protezzjoni tal-impjieg, inkluża l-protezzjoni għat-tkeċċija u s-sensja, mal-perjodi ta' probazzjoni, jew fil-kuntest ta' miżuri speċifiċi li jippromwovu l-impjiegi permanenti, iżda fi kwalunkwe każ jenħtieġ li ma jkunux itwal minn disa' xhur. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu l-estensjoni tal-perjodi ta' probazzjoni, soġġett għall-qbil inizjali bejn il-ħaddiem u l-impjegatur, meta l-ħaddiem ikun assenti kontinwament minħabba mard jew leave estiż, sabiex il-ħaddiem ikun jista' juri bil-provi li l-ħiliet tiegħu jew tagħha jkunu allinjati mal-kompiti meħtieġa u biex l-impjegatur ikun jista' jivverifika l-adattabbiltà tal-ħaddiem għal dawk il-kompiti. Jenħtieġ li fl-ebda ċirkustanza ma jkun possibbli li perjodu ta' probazzjoni jiġi estiż unilateralment.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-impjegaturi ma għandhomx jipprojbixxi lill-ħaddiema milli jaħdmu ma' impjegaturi oħrajn, lil hinn mill-ħinijiet li jaħdmu għalihom, fil-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.39 Il-klawżoli ta' inkompatibbiltà, mifhuma bħala restrizzjoni fuq ix-xogħol għal kategoriji speċifiċi ta' impjegaturi, jistgħu jkunu meħtieġa għal raġunijiet oġġettivi, bħall-protezzjoni ta' sigrieti tan-negozju jew l-evitar ta' kunflitti ta' interess.

(20)  L-impjegaturi jenħtieġ li ma jipprojbux jew li ma jostakolawx lill-ħaddiema milli jaħdmu ma' impjegaturi oħrajn, u jenħtieġ li ma jimponux penali fuqhom talli jagħmlu hekk, lil hinn mill-ħinijiet li jaħdmu għalihom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li tali impjieg ieħor jaqa' fil-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.39 L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-użu tar-restrizzjonijiet tal-inkompatibbiltà, li għandhom jinftiehmu bħala restrizzjonijiet fuq ix-xogħol għal kategoriji speċifiċi ta' impjegaturi għal raġunijiet oġġettivi, bħas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiem, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità kummerċjali tal-impjegatur, l-integrità tas-servizz pubbliku jew l-evitar ta' kunflitti ta' interess.

__________________

__________________

39 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

39 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Ħaddiema li l-iskeda tax-xogħol tagħhom hija l-iktar varjabbli jenħtieġ li jibbenefikaw minn prevedibbiltà minima ta' xogħol fejn l-iskeda tax-xogħol hija ddeterminata prinċipalment mill-impjegaturi, kemm direttament – pereżempju billi jallokaw assenjazzjonijiet tax-xogħol – jew indirettament – pereżempju billi jeħtieġu li l-ħaddiem jwieġbu għat-talbiet tal-klijenti.

(21)  Ħaddiema b'kuntratti fuq talba jew forom simili ta' relazzjonijiet ta' impjieg, li taħthom l-iskeda tax-xogħol tal-ħaddiem hija kollha kemm hi jew fil-biċċa l-kbira varjabbli jenħtieġ li jibbenefikaw minn livell minimu ta' stabbiltà u prevedibbiltà fuq ix-xogħol.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Avviż bil-quddiem minimu raġonevoli, mifhum bħala l-perjodu ta' żmien bejn il-mument li fih il-ħaddiem ikun infurmat dwar assenjazzjoni ta' xogħol ġdid u l-mument li fih jibda l-assenjament, jikkostitwixxi element neċessarju ieħor ta' prevedibbiltà tax-xogħol għar-relazzjonijiet ta' impjieg bi skeda tax-xogħol li tkun varjabbli jew fil-biċċa l-kbira determinata mill-impjegatur. It-tul tal-perjodu ta' avviż bil-quddiem jista' jvarja skont il-ħtiġijiet tas-setturi, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni adegwata tal-ħaddiema. Dan japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.40

(23)  Avviż bil-quddiem minimu raġonevoli, mifhum bħala l-perjodu ta' żmien bejn il-mument li fih il-ħaddiem ikun infurmat dwar assenjament ta' xogħol ġdid u l-mument li fih jibda l-assenjament, jikkostitwixxi element neċessarju ieħor ta' prevedibbiltà tax-xogħol għar-relazzjonijiet ta' impjieg bi skeda tax-xogħol imprevedibbli. It-tul tal-avviż bil-quddiem jista' jvarja skont il-ħtiġijiet u l-użijiet tas-setturi, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni adegwata tal-ħaddiema. Dan japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.40

__________________

__________________

40 Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

40 Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jirrifjutaw assenjazzjoni ta' xogħol jekk din ma tkunx fil-ħinijiet u fil-jiem ta' referenza jew ma tkunx ġiet notifikata fi żmien l-avviż bil-quddiem minimu mingħajr ma jsofru konsegwenzi negattivi għal dan ir-rifjut. Il-ħaddiema għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jaċċettaw l-assenjazzjoni tax-xogħol jekk jixtiequ hekk.

(24)  Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jirrifjutaw assenjament ta' xogħol jekk din ma tkunx fil-ħinijiet u fil-jiem ta' referenza jew ma tkunx ġiet notifikata fi żmien il-perjodu ta' avviż bil-quddiem minimu mingħajr ma jsofru konsegwenzi negattivi għal dan ir-rifjut. Il-ħaddiema għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jaċċettaw l-assenjament tax-xogħol jekk jixtiequ hekk. Jekk, wara li jkun aċċetta l-assenjament ta' xogħol, il-ħaddiem ma jkunx jista' jlesti x-xogħol minħabba li jkun ġie kkanċellat mill-impjegatur u l-ħaddiem ma jkunx responsabbli, il-ħaddiem jenħtieġ li jżomm id-dritt tiegħu għal remunerazzjoni għall-assenjament ta' xogħol.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Meta ma jkun hemm ebda miżuri legali fis-seħħ biex jipprevjenu l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta' kuntratti fuq talba u forom simili ta' relazzjonijiet ta' impjieg, l-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali b'mod li jieħu kont tal-ħtiġijiet ta' setturi speċifiċi u/jew kategoriji ta' ħaddiema, jenħtieġ li jintroduċu miżuri biex tiġi żgurata aktar prevedibbiltà għal kuntratti fuq talba jew forom simili ta' relazzjonijiet ta' impjieg.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 24b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-impjegaturi li jużaw regolarment l-iskedi ta' xogħol varjabbli u s-sigħat/il-jiem ta' referenza varjabbli jipprovdu informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet kompetenti jekk jitolbu dan. Jenħtieġ li jiżguraw ukoll li, wara ċertu perjodu, in-numru medju ta' sigħat meqjus normali għal relazzjoni ta' impji, jikkostitwixxi n-numru minimu ggarantit ta' sigħat imħallsa.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Meta l-impjegaturi jkollhom il-possibbiltà li joffru kuntratti tax-xogħol full-time jew indefiniti għall-ħaddiema f'forom ta' impjieg mhux standard, jenħtieġ li tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg iktar siguri. Il-ħaddiema jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu forma ta' impjieg iktar prevedibbli u sigura, meta disponibbli, u jirċievu risposta bil-miktub mill-impjegatur, li tqis il-ħtiġijiet tal-impjegatur u tal-ħaddiem.

(25)  Meta l-impjegaturi jkollhom il-possibbiltà li joffru kuntratti tax-xogħol full-time jew indefiniti għall-ħaddiema f'forom ta' impjieg mhux standard, jenħtieġ li tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg iktar siguri skont il-prinċipji ddikjarati fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,. Il-ħaddiema jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu forma ta' impjieg iktar prevedibbli u sigura, meta disponibbli, u jirċievu risposta bil-miktub motivata debitament mill-impjegatur, li tqis il-ħtiġijiet u l-possibbiltajiet tal-impjegatur u tal-ħaddiem.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Il-ħaddiema, inklużi dawk fuq leave estiż, jenħtieġ li jiġu infurmati dwar kwalunkwe promozzjoni interna u/jew post tax-xogħol battal li jsiru disponibbli fl-impriża jew fl-istabbiliment biex jitħeġġeġ il-progress fil-karrieri professjonali tagħhom.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b)  Din id-Direttiva tikkomplementa d-Direttivi tal-Kunsill 97/81/KE, 1999/70/KE u 2008/104/KE fir-rigward tat-tranżizzjoni bejn forma ta' impjieg għal oħra.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-impjegaturi jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni jew minn ftehimiet kollettivi li jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema sabiex iwettqu x-xogħol li huma impjegati għalih, huwa importanti li jiġi żgurat li tali taħriġ ikun ipprovdut b'mod ekwu, inklużi għal dawk f'forom ta' impjieg mhux standard. L-ispejjeż ta' dan it-taħriġ m'għandhomx jitħallsu mill-ħaddiem u lanqas ma għandhom jinżammu jew jitnaqqsu mir-remunerazzjoni tal-ħaddiem.

(26)  Meta l-ħaddiema jkunu meħtieġa mill-impjegaturi tagħhom, jew mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, ftehimiet kollettivi jew regoli interni, li jwettqu taħriġ sabiex iwettqu x-xogħol li huma impjegati għalih, huwa importanti li jiġi żgurat li tali taħriġ ikun ipprovdut b'mod ekwu, anke għal dawk f'forom ta' impjieg mhux standard. L-ispejjeż ta' dan it-taħriġ jenħtieġ li ma jitħallsux mill-ħaddiem u jenħtieġ li ma jinżammux jew ma jitnaqqsux mir-remunerazzjoni tal-ħaddiem. Ħlief f'każijiet ġustifikati fejn jingħataw raġunijiet, it-taħriġ jenħtieġ li jsir matul il-ħinijiet tax-xogħol. Il-ħaddiem jenħtieġ li jibqa' jkun intitolat li jirċievi remunerazzjoni matul it-taħriġ tiegħu. Dak l-obbligu ma jkoprix it-taħriġ vokazzjonali jew it-taħriġ meħtieġ biex il-ħaddiema jiksbu, iżommu jew iġeddu kwalifika professjonali dment li l-impjegatur ma jkunx meħtieġ jipprovdi tali taħriġ skont il-liġi, ftehim kollettiv jew regoli interni.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Is-sħab soċjali qegħdin fl-aħjar pożizzjoni biex isibu soluzzjonijiet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-ħaddiema u għalhekk jenħtieġ li jingħataw rwol importanti fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Is-sħab soċjali jistgħu jikkunsidraw li f'setturi jew f'sitwazzjonijiet speċifiċi dispożizzjonijiet differenti jkunu iktar xierqa, sabiex jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva, milli l-istandards minimi stabbiliti fil-Kapitolu Tlieta ta' din id-Direttiva. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu lis-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi li jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dak il-kapitolu, dment li ma jitnaqqasx il-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema.

(27)  Is-sħab soċjali jistgħu jikkunsidraw li f'setturi jew f'sitwazzjonijiet speċifiċi dispożizzjonijiet differenti jistgħu jiġu adattati, ikkompletati jew imtejba jekk ikunu iktar xierqa, sabiex jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva, skont il-Kapitolu Tlieta ta' din id-Direttiva. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu lis-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi billi japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dak il-kapitolu jew jirrispettaw il-ftehimiet eżistenti, dment li jibqa' jiġi rrispettat il-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema u li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi stipulati f'din id-Direttiva.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Fl-Istati Membri fejn hemm livell għoli ta' organizzazzjoni, kemm fost l-impjegati kif ukoll fost l-impjegaturi, u fejn is-sħab soċjali fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti għall-ħaddiema u l-impjegaturi għandhom ir-responsabbiltà primarja li jirregolaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-suq tax-xogħol, is-sħab soċjali jenħtieġ li jkollhom awtorità sħiħa fir-rigward tal-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet kollettivi.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-konsultazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali wriet il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħha. Fir-rigward tad-Direttiva 91/533/KEE, l-evalwazzjoni REFIT41 ikkonfermat li mekkaniżmi msaħħa ta' infurzar jistgħu jtejbu l-effettività tagħha. Hija wriet li s-sistemi ta' rimedju bbażati biss fuq talbiet għal danni huma inqas effettivi minn sistemi li jipprovdu wkoll għal sanzjonijiet (bħal somom f'daqqa jew telf ta' permessi) għal impjegaturi li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet bil-miktub. Hija wriet ukoll li l-impjegati rari jfittxu rimedju matul ir-relazzjoni ta' impjieg, li jipperikola l-għan tad-dispożizzjoni tad-dikjarazzjoni bil-miktub li tiżgura li l-ħaddiema jkunu infurmati dwar il-karatteristiċi essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta' infurzar li jiżguraw jew l-użu ta' preżunzjonijiet favorevoli fejn ma tingħatax informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' impjieg, jew inkella l-użu ta' proċedura amministrattiva li biha l-impjegatur jista' jkun meħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni nieqsa u jkun suġġett għal sanzjoni f'każ li ma jagħmilx hekk. Dak ir-rimedju jenħtieġ li jkun soġġett għal proċedura li biha l-impjegatur jiġi notifikat li jkun hemm informazzjoni li tkun nieqsa u li għandu 15-il jum sabiex jipprovdi l-informazzjoni sħiħa u korretta.

(28)  Il-konsultazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali wriet il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħha. L-evalwazzjoni tad-Direttiva 91/533/KEE, imwettqa skont il-Programm tal-Kummissjoni dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni, REFIT41, ikkonfermat li mekkaniżmi msaħħa ta' infurzar jistgħu jtejbu l-effettività tal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni. Hija wriet li s-sistemi ta' rimedju bbażati biss fuq talbiet għal danni huma inqas effettivi minn sistemi li jipprovdu wkoll għal sanzjonijiet (bħal somom f'daqqa jew telf ta' permessi) għal impjegaturi li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet bil-miktub. Hija wriet ukoll li l-impjegati rari jfittxu rimedju matul ir-relazzjoni ta' impjieg, li jipperikola l-għan tad-dispożizzjoni tad-dikjarazzjoni bil-miktub, li huwa li tiżgura li l-ħaddiema jkunu infurmati dwar il-karatteristiċi essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta' infurzar li jiżguraw jew l-użu ta' preżunzjonijiet favorevoli fejn ma tingħatax informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' impjieg, u ta' proċedura li biha l-impjegatur huwa meħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni nieqsa u jista' jkun suġġett għal sanzjoni jekk l-impjegatur ma jagħmilx hekk. Tali preżunzjonijiet favorevoli jistgħu jinkludu preżunzjoni li l-ħaddiem għandu relazzjoni ta' impjieg miftuħa, li m'hemm ebda perjodu ta' probazzjoni jew li l-ħaddiem għandu pożizzjoni full-time, meta l-informazzjoni riespettiva tkun nieqsa. Dak ir-rimedju jenħtieġ li jkun soġġett għal proċedura li biha l-ħaddiem jew parti terza, bħar-rappreżentanti tal-ħaddiem jew entità jew awtorità kompetenti oħra, tinnotifika lill-impjegatur li jkun hemm informazzjoni li tkun nieqsa u li għandu 15-il jum sabiex jipprovdi l-informazzjoni sħiħa u korretta.

__________________

__________________

41 SWD(2017)205 final, paġna 26.

41 SWD(2017)205 final, paġna 26.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  Peress li l-infurzar tar-regoli tal-Unjoni huwa importanti għall-Ewropej, hija meħtieġa sistema robusta, effiċjenti u effettiva biex tiżgura li l-Istati Membri japplikaw, jimplimentaw u jinfurzaw bis-sħiħ id-dritt tal-Unjoni u jipprovdu rimedju adegwat. B'mod partikolari fil-każ ta' sensji kollettivi, jenħtieġ li l-ħaddiema jibbenefikaw minn tali sistema. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lit-trade unions jieħdu azzjonijiet rappreżentattivi bil-għan tal-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-ħaddiema.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tal-obbligi f'din id-Direttiva.

(34)  L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tal-obbligi f'din id-Direttiva, inklużi multi. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprevedu kumpens xieraq u proporzjonat. Il-penali finanzjarji jenħtieġ li jiżdiedu skont in-numru ta' ksur min-naħa tal-impjegatur jew l-estent tad-dewmien tal-impjegatur biex jipprovdi d-dokumenti lill-ħaddiem.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ħaddiema jkollhom aċċess għall-protezzjoni soċjali irrispettivament mit-tip ta' relazzjoni ta' impjieg tagħhom.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 34b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ħaddiema bi skedi tax-xogħol kompletament jew fil-biċċa l-kbira varjabbli jew b'sigħat/jiem ta' referenza varjabbli jkollhom aċċess għal protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u għalhekk tħalli l-prerogattiva tal-Istati Membri sabiex jintroduċu u jżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli l-istess. Id-drittijiet akkwistati skont il-qafas legali eżistenti jenħtieġ li jkomplu japplikaw, dment li ma jkunux introdotti dispożizzjonijiet iktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tistax tintuża sabiex tnaqqas drittijiet eżistenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali jew tal-Unjoni f'dan il-qasam u lanqas ma tista' tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

(36)  Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u għalhekk tħalli l-prerogattiva tal-Istati Membri sabiex jintroduċu u jżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli l-istess. Id-drittijiet akkwistati skont il-qafas legali eżistenti jenħtieġ li jkomplu japplikaw, dment li ma jkunux introdotti dispożizzjonijiet iktar favorevoli minn din id-Direttiva. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tistax tintuża sabiex tnaqqas drittijiet eżistenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni eżistenti nazzjonali jew tal-Unjoni f'dan il-qasam u lanqas ma tista' tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jittieħdu passi biex tiġi evitata l-introduzzjoni ta' kuntratti ta' żero sigħat jew tipi simili ta' kuntratti ta' impjieg.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'tali mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-Istati Membri huma għalhekk mistiedna sabiex jevalwaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs biex jiżguraw li l-SMEs ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

(37)  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'tali mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, li l-importanza tagħhom għandha titkejjel skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 20031a jew kwalunkwe att sussegwenti li jissostitwixxi dik ir-rakkomandazzjoni. L-Istati Membri huma għalhekk mistiedna sabiex jevalwaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs biex jiżguraw li l-SMEs ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

 

__________________

 

1a ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, meta s-sħab soċjali jitolbu b'mod konġunt sabiex jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba skont din id-Direttiva.

(38)  L-Istati Membri jenħtieġ li jinvolvu lis-sħab soċjali fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u jipprovdulhom il-mezzi kollha meħtieġa biex tali involviment ikun effettiv.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-korpi nazzjonali tal-ispezzjoni tax-xogħol jinfurzaw din id-Direttiva. Jenħtieġ li tali korpi nazzjonali jingħataw koordinazzjoni u taħriġ speċifiku fil-livell tal-Unjoni sabiex tali infurzar jiġi ffaċilitat.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol billi tippromwovi impjiegi iktar siguri u prevedibbli filwaqt li tiżgura adattabbiltà fis-suq tax-xogħol.

1.  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol billi tippromwovi impjiegi iktar trasparenti u prevedibbli filwaqt li tiżgura adattabbiltà fis-suq tax-xogħol.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi drittijiet minimi li japplikaw għal kull ħaddiem fl-Unjoni.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi drittijiet minimi li japplikaw għal kull ħaddiem fl-Unjoni. Dawk id-drittijiet għandhom japplikaw għal persuna fiżika li, għal ċertu perjodu ta' żmien, twettaq servizzi għal persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha għal remunerazzjoni fil-każ ta' dipendenza jew subordinazzjoni bejn tal-ewwel u tal-aħħar. Il-persuni li ma jissodisfawx dawn il-kriterji ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li din id-Direttiva tapplika għalihom jistgħu jagħmlu użu effettiv minn dawk id-drittijiet minimi fil-qafas tal-liġi jew tal-prattika nazzjonali, inklużi l-ftehimiet kollettivi.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-persuni li jaħdmu għal rashom li ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti f'din id-Direttiva, ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi f'din id-Direttiva għal ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' impjieg ta' 8 sigħat jew inqas b'kollox f'perjodu ta' referenza ta' xahar. Il-ħin maħdum mal-impjegaturi kollha li jiffurmaw jew jappartjenu għall-istess intrapriża, grupp jew entità għandu jingħadd ma' dak il-perjodu ta' 8 sigħat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-ħaddiema kollha għandu jkollhom l-istess drittijiet.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema persuni huma responsabbli għat-twettiq tal-obbligi għall-impjegaturi stabbiliti b'din id-Direttiva dment li dawk l-obbligi kollha jkunu ssodisfati. Huma jistgħu wkoll jiddeċiedu li dawk l-obbligi kollha jew parti minnhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/104/KE.

5.  Wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema persuni huma responsabbli għat-twettiq tal-obbligi għall-impjegaturi stabbiliti b'din id-Direttiva dment li dawk l-obbligi kollha jkunu ssodisfati. Huma jistgħu wkoll jiddeċiedu li dawk l-obbligi kollha jew parti minnhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/104/KE.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu, għal raġunijiet oġġettivi u wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, meta jkun xieraq, li ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III jiġu applikati, kif ikun xieraq, għall-forzi armati, għall-awtoritajiet tal-pulizija u għal servizzi oħra tal-emerġenza.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 u fl-Artikolu 14(a) għal persuni fiżiċi li jappartjenu f'unità domestika fejn ikun qed isir xogħol għal dik l-unità domestika.

6.  Wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jadattaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 u fl-Artikolu 14(a) għal persuni f'unità domestika li jaġixxu bħala impjegaturi fejn ikun qed isir xogħol għal dik l-unità domestika.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "ħaddiem" tfisser persuna naturali li għal ċertu perjodu ta' żmien twettaq servizzi għal persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha għal remunerazzjoni;

 

(b)  "impjegatur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li hija jew huma direttament jew indirettament parti mir-relazzjoni ta' impjieg ma' ħaddiem;

 

(c)  "relazzjoni ta' impjieg" tfisser ir-relazzjoni tax-xogħol bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi kif definita hawn fuq;

(a)  "relazzjoni ta' impjieg" tfisser ir-relazzjoni tax-xogħol bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi kif definita hawn fuq;

(d)  "skeda tax-xogħol" tfisser l-iskeda li tiddetermina s-sigħat u l-jiem li fihom tibda u tispiċċa l-prestazzjoni tax-xogħol;

(b)  "skeda tax-xogħol" tfisser l-iskeda li tiddetermina s-sigħat u l-jiem li fihom tibda u tispiċċa l-prestazzjoni tax-xogħol;

(e)  "sigħat u jiem ta' referenza" tfisser slots ta' ħin f'jiem speċifiċi li matulhom ix-xogħol jista' jsir fuq talba tal-impjegatur.

(c)  "sigħat u jiem ta' referenza" tfisser slots ta' ħin f'jiem speċifiċi li matulhom ix-xogħol jista' jsir.

2.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva t-termini "mikrointrapriża", "intrapriża żgħira" u "intrapriża ta' daqs medju" għandu jkollhom it-tifsira stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju43 jew fi kwalunkwe att sussegwenti li jissostitwixxi dik ir-Rakkomandazzjoni.

2.  Għall-finijiet ta' din id-Direttiva t-termini "mikrointrapriża", "intrapriża żgħira" u "intrapriża ta' daqs medju" għandu jkollhom it-tifsira stabbilita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju43 jew fi kwalunkwe att sussegwenti li jissostitwixxi dik ir-Rakkomandazzjoni.

________________________________

__________________________________

43 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

43 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Għoti ta' informazzjoni

 

L-impjegatur għandu jipprovdi lil kull ħaddiem bl-informazzjoni meħtieġa skont din id-Direttiva bil-miktub, fuq karta jew, dment li tkun aċċessibbli mill-ħaddiem, il-ħaddiem jirrikonoxxi l-irċevuta u tista' tinħażen u tiġi stampata, f'forma elettronika.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi jkunu meħtieġa li jinfurmaw lill-ħaddiema dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tal-impjieg.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi jkunu meħtieġa li jinfurmaw lill-ħaddiema, irrispettivament mit-tip ta' kuntratt ta' impjieg, dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tal-impjieg.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-identitajiet tal-partijiet fir-relazzjoni ta' impjieg;

(a)  l-identitajiet tal-partijiet fir-relazzjoni ta' impjieg, inkluż mill-inqas l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi u, jekk applikabbli, ir-rappreżentanti legali;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-post tax-xogħol; meta ma jkunx hemm post tax-xogħol fiss jew ewlieni, il-prinċipju li l-ħaddiem huwa impjegat f'diversi postijiet jew huwa liberu li jiddetermina l-post tax-xogħol tiegħu, u l-post tan-negozju rreġistrat jew, fejn xieraq, id-domiċilju tal-impjegatur;

(b)  il-post tax-xogħol; meta ma jkunx hemm post tax-xogħol fiss jew ewlieni, il-prinċipju li l-ħaddiem huwa impjegat f'diversi postijiet jew huwa liberu li jiddetermina l-post tax-xogħol tiegħu, u l-post tan-negozju rreġistrat jew, fejn xieraq, id-domiċilju tal-impjegatur; meta l-impjegat jaħdem f'postijiet differenti, il-miżuri u l-arranġamenti raġonevoli fis-seħħ li jippermettu lill-ħaddiem jasal fil-postijiet tax-xogħol differenti, il-proċedura u n-notifika;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  fil-każ ta' relazzjoni ta' impjieg temporanju, id-data tat-tmiem jew id-durata mistennija tiegħu;

(e)  fil-każ ta' relazzjoni ta' impjieg temporanju, id-data tat-tmiem jew id-durata mistennija tiegħu u, fil-każ ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija, l-isem tal-impriżi tal-utenti;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  kwalunkwe intitolament għal taħriġ ipprovdut mill-impjegatur;

(g)  kwalunkwe intitolament għal taħriġ li l-impjegatur huwa meħtieġ jipprovdi skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni u l-ftehimiet kollettivi rilevanti, jew skont il-politika ta' taħriġ ġenerali tal-impjegtaur;

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-ammont ta' leave imħallas li huwa intitolat għalih il-ħaddiem jew, meta dan ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-proċeduri sabiex dak il-leave jiġi allokat u ddeterminat;

(h)  l-ammont ta' leave imħallas li huwa intitolat għalih il-ħaddiem jew, meta dan ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-proċeduri sabiex dak l-intitolament għal-leave jiġi allokat u ddeterminat;

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-proċedura, li tinkludi t-tul tal-perjodu ta' avviż, li trid tiġi osservata mill-impjegatur u mill-ħaddiem jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom tintemm jew, meta t-tul tal-perjodu ta' avviż ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-metodu sabiex jiġi determinat dak il-perjodu ta' avviż;

(i)  il-proċedura, li tinkludi t-tul tal-perjodi ta' avviż, li trid tiġi osservata mill-impjegatur u mill-ħaddiem jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom tintemm jew, meta t-tul tal-perjodi ta' avviż ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-metodu sabiex jiġu determinati tali perjodi ta' avviż kif ukoll ir-rekwiżiti formali għall-avviż ta' terminazzjoni u l-iskadenza biex jitressaq rikors li jikkontesta sensja;

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-ammont bażiku inizjali, kwalunkwe element ta' komponenti oħrajn, il-frekwenza u l-metodu ta' ħlas tar-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha;

(j)  l-ammont bażiku inizjali, kwalunkwe element ta' komponenti oħrajn indikati separatament bħala bonusijiet, pagamenti għas-sahra, pagamenti in natura u intitolamenti oħra, il-frekwenza u l-metodu ta' ħlas tar-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha;

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  jekk l-iskeda tax-xogħol hija kompletament jew fil-biċċa l-kbira mhux varjabbli, it-tul tal-jum tax-xogħol jew tal-ġimgħa standard tal-ħaddiem u kwalunkwe arranġament għas-sahra u r-remunerazzjoni tagħha;

(k)  it-tul tal-jum tax-xogħol jew tal-ġimgħa standard tal-ħaddiem, u, meta jkun applikabbli, l-arranġamenti għal xogħol li jsir barra l-jum jew il-ġimgħa tax-xogħol standard, inklużi l-arranġamenti għal bidliet fix-xifts u s-sahra, u l-avviż raġonevoli minn qabel u r-remunerazzjoni ta' xogħol bħal dak;

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt l – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)  jekk l-iskeda tax-xogħol tkun kompletament jew fil-biċċa l-kbira varjabbli, il-prinċipju li l-iskeda tax-xogħol tkun varjabbli, l-ammont ta' sigħat garantiti mħallsa, ir-remunerazzjoni tax-xogħol imwettaq lil hinn mill-ħinijiet garantiti u, jekk l-iskeda tax-xogħol tkun kompletament jew fil-biċċa l-kbira determinata mill-impjegatur:

(l)  meta l-iskeda tal-ħaddiem tkun kompletament jew fil-biċċa l-kbira varjabbli, l-impjegatur għandu jinforma lill-ħaddiem dwar:

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt l – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  il-prinċipju li l-iskeda tax-xogħol hija varjabbli, in-numru ta' sigħat imħallsa ggarantiti u r-remunerazzjoni tax-xogħol imwettaq minbarra dawk is-sigħat iggarantiti;

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt l – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  l-avviż bil-quddiem minimu li l-ħaddiem għandu jirċievi qabel il-bidu ta' assenjament ta' xogħol;

(ii)  il-perjodu ta' avviż bil-quddiem minimu li l-ħaddiem għandu jirċievi qabel il-bidu ta' assenjament ta' xogħol, u l-iskadenza għall-impjegatur biex jikkanċella dak l-assenjament ta' xogħol wara li l-ħaddiem ikun aċċettah;

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  kwalunkwe ftehim kollettiv li jirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem; fil-każ ta' ftehimiet kollettivi konklużi barra n-negozju minn korpi jew istituzzjonijiet konġunti speċjali, l-isem tal-korp kompetenti jew tal-istituzzjoni konġunta li fi ħdanha ġew konklużi l-ftehimiet;

(m)  kwalunkwe ftehim kollettiv li jirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem; fil-każ ta' ftehimiet kollettivi konklużi barra n-negozju minn korpi jew istituzzjonijiet konġunti speċjali, l-isem tal-korp kompetenti jew tal-istituzzjoni konġunta li fi ħdanha ġew konklużi l-ftehimiet, u l-perjodi ta' limitu, jekk ikun hemm;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma)  id-dettalji ta' kuntatt tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u/jew tat-trade unions;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  meta tkun ir-responsabbiltà tal-impjegatur, prova ta' reġistrazzjoni mal-istituzzjoni(jiet) tas-sigurtà soċjali msemmija fil-punt (n).

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(f) sa (k) u (n) tista', fejn xieraq, tingħata f'forma ta' referenza għal-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew ftehimiet kollettiv li jirregolaw dawk il-punti partikolari.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(f) sa (k) u (n) tista', fejn xieraq, tiġi akkumpanjata minn referenza għal-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew ftehimiet kollettiv li jirregolaw dawk il-punti partikolari.

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw li t-trainees jingħataw l-informazzjoni kollha li jeħtieġu dwar il-pjan ta' taħriġ u xogħol tagħhom, b'mod partikolari, informazzjoni dwar is-sigħat tax-xogħol u t-tul tat-traineeship tagħhom, il-benefiċċji kollha tar-remunerazzjoni u tas-salarju (meta applikabbli), id-drittijiet u d-dmirijiet tax-xogħol tagħhom, id-dettalji u d-dmirijiet tas-superviżur tat-traineeship tagħhom u l-għanijiet u l-metodoloġiji ta' evalwazzjoni u progress applikabbli għalihom.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-avviż bil-quddiem minimu raġonevoli li l-ħaddiem għandu jirċievi qabel il-bidu ta' assenjament ta' xogħol kif stabbilit fil-paragrafu 2(l), meta jkun xieraq, għandu jiġi definit mill-Istati Membri wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata individwalment lill-ħaddiem fil-forma ta' dokument sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tar-relazzjoni ta' impjieg. Dak id-dokument jista' jiġi pprovdut u trażmess b'mod elettroniku dment li jkun aċċessibbli faċilment mill-ħaddiem u jista' jinħażen u jiġi stampat.

1.  L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (f), (i sa l) u (na) tal-Artikolu 3(2) għandha tingħata individwalment lill-ħaddiem bil-miktub, sa mhux aktar tard l-ewwel jum tar-relazzjoni ta' impjieg.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-informazzjoni l-oħra msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata lill-ħaddiem bil-miktub fi żmien sebat ijiem tax-xogħol mill-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 1a m'għandhiex tmur oltre d-durata tal-kuntratt.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw formoli u mudelli għad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħmluhom għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, inkluż billi jagħmluhom disponibbli fuq sit web nazzjonali uffiċjali uniku u permezz ta' mezzi xierqa oħrajn.

2.  L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, għandhom jiżviluppaw formoli u mudelli għad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħmluhom għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, inkluż billi jagħmluhom disponibbli fuq sit web nazzjonali uffiċjali uniku u permezz ta' mezzi xierqa oħrajn.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-qafas legali applikabbli li għandhom jiġu kkomunikati mill-impjegaturi ssir b'mod ġenerali disponibbli mingħajr ħlas b'mod ċar, trasparenti, komprensiv u faċilment aċċessibbli mill-bogħod permezz ta' mezzi elettroniċi, inkluż permezz ta' portals online eżistenti għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli universalment li jirregolaw il-qafas legali applikabbli li għandhom jiġu kkomunikati mill-impjegaturi ssir b'mod ġenerali disponibbli mingħajr ħlas b'mod ċar, trasparenti, komprensiv u faċilment aċċessibbli mill-bogħod permezz ta' mezzi elettroniċi, inkluż permezz ta' portals online eżistenti għaċ-ċittadini, it-trade unions u n-negozji tal-Unjoni.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-emendi li jirriflettu biss bidla fil-liġijiet, fir-regolamenti u fid-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji, jew fil-ftehimiet kollettivi jew fil-ftehimiet tal-kunsill tax-xogħol, jistgħu jiġu nnotifikati permezz ta' referenza għall-istatus aġġornat tagħhom.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni addizzjonali għal ħaddiema stazzjonati jew mibgħuta barra mill-pajjiż

Informazzjoni addizzjonali għal ħaddiema mibgħuta barra mill-pajjiż

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ikun meħtieġ li jaħdem fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li mhux l-Istat Membru li fih jaħdem normalment, id-dokument imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandu jingħata qabel it-tluq tiegħu u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ikun meħtieġ li jaħdem fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li mhux l-Istat Membru li fih jaħdem normalment, l-impjegatur għandu jipprovdi d-dokument imsemmi fl-Artikolu 4(1) qabel it-tluq tal-ħaddiem u d-dokument għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-pajjiż jew il-pajjiżi li fihom se jitwettaq ix-xogħol barra mill-pajjiż u d-durata tiegħu;

(a)  il-pajjiż jew il-pajjiżi kif ukoll il-post(ijiet) li fihom se jitwettaq ix-xogħol barra mill-pajjiż u d-durata prevista tiegħu;

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn applikabbli, il-benefiċċji fi flus kontanti jew in natura fuq l-assenjament(i) tax-xogħol li, fil-każ ta' ħaddiema stazzjonati koperti mid-Direttiva 96/71/KE, jinkludu kwalunkwe konċessjoni speċifika għall-istazzjonar u kwalunkwe arranġament biex jiġi rimborżat l-infiq fuq il-vjaġġi, l-ikel u l-akkomodazzjoni;

(c)  fejn applikabbli, il-benefiċċji fi flus kontanti jew in natura fuq l-assenjament(i) tax-xogħol li, fil-każ ta' ħaddiema stazzjonati koperti mid-Direttiva 96/71/KE, jinkludu konċessjonijiet speċifiċi għall-istazzjonar u arranġamenti biex jiġi rimborżat l-infiq fuq il-vjaġġi, l-ikel u l-akkomodazzjoni;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fejn applikabbli, il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-ripatrijazzjoni tal-ħaddiem.

(d)  il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-ripatrijazzjoni tal-ħaddiem.

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) u 2(a) tista', fejn xieraq, tingħata f'forma ta' referenza għal-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw dawk il-punti partikolari.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1(b) u 2(a) tista', fejn xieraq, tingħata f'forma ta' referenza għal dispożizzjonijiet speċifiċi tal-liġijiet, tar-regolamentazzjonijiet u tal-atti amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw dawk il-punti partikolari, dment li tali ftehimiet kollettivi jkunu faċilment aċċessibbli għall-ħaddiem.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sakemm l-Istati Membri ma jipprevedux mod ieħor, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk id-durata ta' kull perjodu tax-xogħol barra mill-Istat Membru li fih jaħdem normalment il-ħaddiem tkun ta' erba' ġimgħat konsekuttivi jew inqas.

4.  Sakemm il-liġi tal-Istati Membri li tirregola l-kuntratt ta' impjieg ma tipprevedix mod ieħor, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk id-durata ta' kull perjodu tax-xogħol barra mill-Istat Membru li fih jaħdem normalment il-ħaddiem tkun ta' erba' ġimgħat konsekuttivi jew inqas.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta relazzjoni ta' impjieg tkun soġġetta għal perjodu ta' probazzjoni, dak il-perjodu ma għandux jaqbeż is-sitt xhur, inkluż kwalunkwe estensjoni.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta relazzjoni ta' impjieg tkun soġġetta għal perjodu ta' probazzjoni, dak il-perjodu ma għandux jaqbeż is-sitt xhur. Fil-każ ta' kuntratti b'terminu fiss ta' anqas minn 12-il xahar, il-perjodu ta' probazzjoni ma għandux jaqbeż 25 % tad-durata mistennija tal-kuntratt. Fil-każ tat-tiġdid ta' kuntratt, ir-relazzjoni ta' impjieg ma għandhiex tkun soġġetta għal perjodu ta' probazzjoni ġdid. Il-ħin maħdum mal-istess intrapriża, grupp jew entità għandu jingħadd mal-perjodu ta' probazzjoni.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodi ta' probazzjoni itwal f'każijiet fejn dan ikun iġġustifikat min-natura tal-impjieg jew ikun fl-interess tal-ħaddiem.

2.  L-Istati Membri, fuq bażi eċċezzjonali, u wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, jistgħu jipprevedu perjodi ta' probazzjoni itwal ta' mhux aktar minn disa' xhur f'każijiet fejn dan ikun iġġustifikat min-natura tal-impjieg, pereżempju għal karigi maniġerjali, jew meta l-perjodu ta' probazzjoni ma jkunx marbut mal-protezzjoni tal-impjieg.

 

Kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni ma għandux ixekkel l-akkumulazzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema b'konformità mal-liġi nazzjonali.

 

Matul perjodu ta' probazzjoni, il-ħaddiema għandhom igawdu l-benefiċċji stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-estensjoni tal-perjodi ta' probazzjoni għall-ftehim inizjali bejn il-ħaddiem u l-impjegatur, meta l-ħaddiem ikun kontinwament assenti mix-xogħol minħabba mard fit-tul jew leave estiż, sabiex kemm l-impjegatur kif ukoll il-ħaddiem jivverifikaw jekk ix-xogħol jissodisfax l-aspettattivi u r-rekwiżiti rispettivi tagħhom. Fl-ebda ċirkustanza ma għandu jkun possibbli li perjodu ta' probazzjoni jiġi estiż unilateralment.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegatur ma għandux jipprojbixxi lill-ħaddiema milli jaħdmu ma' impjegaturi oħrajn, lil hinn mill-iskeda tax-xogħol stabbilita ma' dak l-impjegatur.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegatur ma jipprojbix, ma jissanzjonax jew ma jxekkilx lill-ħaddiema milli jaħdmu ma' impjegaturi oħrajn, jew jimponi penali fuqhom talli jagħmlu hekk.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jkollhom aktar minn relazzjoni ta' impjieg waħda jkunu soġġetti għar-rekwiżiti minimi ġenerali tas-sigurtà u s-saħħa għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol kif previst fid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

________________________________

 

1a Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Madankollu, l-impjegaturi jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet ta' inkompatibbiltà fejn dawn ir-restrizzjonijiet ikunu ġġustifikati minn raġunijiet leġittimi bħall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju jew l-evitar ta' kunflitti ta' interess.

2.  L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet għall-użu ta' restrizzjonijiet ta' inkompatibbiltà mill-impjegaturi, jiġifieri restrizzjonijiet fuq xogħol għal kategoriji speċifiċi ta' impjegaturi abbażi ta' raġunijiet ġustifikati u oġġettivi, bħas-saħħa u s-sigurtà, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità kummerċjali, l-integrità tas-servizz pubbliku jew l-evitar ta' kunflitti ta' interess.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-iskeda tax-xogħol ta' ħaddiem tkun kompletament jew fil-biċċa l-kbira varjabbli u determinata kompletament jew fil-biċċa l-kbira mill-impjegatur, l-impjegatur jista' jirrikjedi biss li l-ħaddiem jaħdem:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-iskeda tax-xogħol ta' ħaddiem tkun kompletament jew fil-biċċa l-kbira varjabbli l-ħaddiem ma għandux ikun meħtieġ li jaħdem mill-impjegatur, sakemm ma jiġux issodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk ix-xogħol isir f'sigħat ta' referenza u f'jiem ta' referenza ddeterminati minn qabel, stabbiliti bil-miktub fil-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg, skont l-Artikolu 3(2)(l)(i), u

(a)  jekk ix-xogħol isir f'sigħat ta' referenza u f'jiem ta' referenza ddeterminati minn qabel, stabbiliti bil-miktub fil-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg, skont l-Artikolu 3(2)(l)(i), u

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk il-ħaddiem ikun infurmat mill-impjegatur tiegħu dwar l-assenjament ta' xogħol f'perjodu raġonevoli minn qabel, skont l-Artikolu 3(2)(l)(ii).

(b)  jekk l-impjegatur jinforma lill-ħaddiem dwar assenjament ta' xogħol f'perjodu raġonevoli minn qabel, skont l-Artikolu 3(2)(l)(ii). L-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali, għandhom jiddefinixxu dak il-perjodu.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta wieħed mir-rekwiżiti jew iż-żewġ rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ma jiġux issodisfati, ħaddiem għandu jkollu d-dritt jirrifjuta assenjament ta' xogħol mingħajr konsegwenzi negattivi.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Jekk impjegatur jikkanċella assenjament ta' xogħol wara l-iskadenza prevista fl-Artikolu 3(2)(l)(ii), il-ħaddiem għandu jkun intitolat għal remunerazzjoni għas-sigħat ta' xogħol li l-avviż kien japplika għalihom.

L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali.

Ir-remunerazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tkun soġġetta għal assenjament ta' xogħol futur.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Miżuri komplementari biex tiġi żgurata aktar prevedibbiltà għall-kuntratti fuq talba

 

1.  L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu kwalunkwe relazzjoni ta' impjieg li ma tipprevedix ammont minimu predeterminat ta' sigħat imħallsa ggarantiti qabel il-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg.

 

2.  Meta ma jkun hemm ebda miżura ġuridika fis-seħħ biex jiġi evitat l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta' kuntratti fuq talba, b'mod partikolari meta r-relazzjoni ta' impjieg ma tipprevedix ammont minimu predeterminat ta' sigħat imħallsa ggarantiti, l-Istati Membri, wara li jikkonsultaw lis-sħab soċjali b'mod li jqis il-ħtiġijiet tas-setturi speċifiċi u/jew tal-kategoriji ta' ħaddiema, għandhom jintroduċu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

 

(i)  rekwiżit biex l-impjegaturi jipprovdu raġunijiet oġġettivi lill-awtoritajiet kompetenti għall-użu ta' tali kuntratti, flimkien ma' limitu ta' żmien ġenerali effettiv ta' anqas minn sitt xhur għall-użu ta' tali kuntratt fir-rigward tal-ħaddiema kkonċernati;

 

(ii)  minn sitt xhur wara l-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg, preżunzjoni konfutabbli tal-eżistenza ta' kuntratt ta' impjieg li jipprevedi, għas-sitt xhur ta' wara, mill-inqas 75 % tas-sigħat maħduma matul is-sitt xhur preċedenti, irrispettivament mid-distribuzzjoni kull xahar;

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jkollhom mill-inqas sitt xhur esperjenza ta' xogħol mal-istess impjegatur, fejn disponibbli, jistgħu jitolbu forma ta' impjieg b'kondizzjonijiet tax-xogħol iktar prevedibbli u siguri.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jkollhom mill-inqas sitt xhur servizz kontinwu mal-istess impjegatur jew wara t-tlestija ta' kwalunkwe taħriġ obbligatorju u perjodu ta' probazzjoni, jirċievu tweġiba motivata bil-miktub jekk jitolbu tranżizzjoni lejn forma aktar prevedibbli ta' impjieg fejn disponibbli. Il-ħin maħdum mal-impjegaturi kollha li jiffurmaw l-istess intrapriża, grupp jew entità, jew jappartjenu għalihom, għandu jingħadd mas-servizz kontinwu ta' sitt xhur. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-frekwenza ta' tali tweġibiet.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impjegatur għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub fi żmien xahar mit-talba. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi li jaġixxu bħala impjegaturi u intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dik l-iskadenza tiġi estiża għal mhux iktar minn tliet xhur u jippermettu li tingħata risposta bil-fomm għal talba sussegwenti simili mressqa mill-istess ħaddiem jekk il-ġustifikazzjoni għat-tweġiba fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-ħaddiem tibqa' l-istess.

2.  L-impjegatur għandu jagħti kunsiderazzjoni dovuta lit-talba u jipprovdi tweġiba bil-miktub motivata debitament fi żmien xahar mit-talba. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi li jaġixxu bħala impjegaturi u mikrointrapriżi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu risposta bil-fomm għal talba sussegwenti simili mressqa mill-istess ħaddiem jekk il-ġustifikazzjoni għat-tweġiba fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-ħaddiem tibqa' l-istess.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 97/81/KE, 99/70/KE u 2008/104/KE.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol battala interni

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema kollha, inklużi dawk fuq leave estiż, jiġu infurmati dwar kwalunkwe proċess ta' promozzjoni interna jew post tax-xogħol battal intern li jsiru disponibbli fl-impriża jew fl-istabbiliment biex jitħeġġeġ il-progress fil-karrieri professjonali tagħhom. Tali informazzjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta' avviż ġenerali bl-email, online jew f'post xieraq fl-impriża jew fil-bini tal-impjegatur.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taħriġ

Taħriġ obbligatorju

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi rilevanti jkunu jirrikjedu li l-impjegaturi jipprovdu t-taħriġ lill-ħaddiema sabiex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol li jiġu impjegati għalih, dan it-taħriġ għandu jingħata lill-ħaddiem mingħajr ħlas.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-ħaddiema, matul ir-relazzjoni ta' impjieg, inkluż qabel il-bidu tax-xogħol effettiv, ikunu meħtieġa mill-impjegaturi tagħhom, jew mil-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali, ftehimiet kollettivi rilevanti jew regoli interni, li jsegwu taħriġ obbligatorju sabiex iwettqu x-xogħol li jiġu impjegati għalih jew li l-impjegatur jirrikjedi għall-impjieg ikkonċernat, dan it-taħriġ għandu jingħata lill-ħaddiem mingħajr ħlas.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ħlief f'każijiet ġustifikati, meta jiġu pprovduti raġunijiet, it-taħriġ għandu jsir fil-ħinijiet tax-xogħol. Għandu jingħadd bħala ħin tax-xogħol. Il-ħaddiem għandu jibqa' intitolat għar-remunerazzjoni tiegħu, daqslikieku kien qed jaħdem.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li s-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi, f'konformità mal-liġi jew mal-prattika nazzjonali, li, filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema, jistabbilixxu arranġamenti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikoli 7 sa 11.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu lis-sħab soċjali jżidu jew iżommu livell għoli ta' funzjonament tad-djalogu soċjali biex isaħħu r-rwol tagħhom u biex jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehmiet kollettivi fil-livell xieraq, jew iżommuhom, b'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lis-sħab soċjali l-aktar rappreżentattivi fil-livell nazzjonali jew settorjali jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi fil-livell xieraq, jistabbilixxu arranġamenti li jikkonċernaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, li jadattaw, jikkomplementaw jew itejbu d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu III, dment li jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f'din id-Direttiva, jew iżommu l-ftehimiet kollettivi eżistenti jekk jirrispettaw il-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Paga ugwali

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċpju ta' paga u termini u kondizzjonijiet ugwali jiġi applikat għall-ħaddiema kollha irrispettivament mill-istatus tal-impjieg tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-abolizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aspetti u tal-kondizzjonijiet kollha ta' remunerazzjoni u tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg; ikun xi jkun l-istatus tal-impjieg.

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ma jkunx irċieva fil-ħin id-dokumenti kollha, jew parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 5, jew fl-Artikolu 6, u l-impjegatur naqas milli jirrettifika dik l-omissjoni fi żmien 15-il jum min-notifika tagħha, għandha tapplika waħda mis-sistemi li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ma jkunx irċieva fil-ħin id-dokumenti kollha, jew parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 5, jew fl-Artikolu 6, u l-impjegatur naqas milli jirrettifika dik l-omissjoni fi żmien 15-il jum min-notifika tagħha, għandhom japplikaw iż-żewġ sistemi li ġejjin:

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħaddiem għandu jibbenefika minn preżunzjonijiet favorevoli definiti mill-Istat Membru. Meta l-informazzjoni pprovduta ma tinkludix l-informazzjoni msemmija fil-punti (e), (f), (k) jew (l) tal-Artikolu 3(2), il-preżunzjonijiet favorevoli għandhom jinkludu preżunzjoni li l-ħaddiem ikollu relazzjoni ta' impjieg miftuħa, li ma hemm ebda perjodu ta' probazzjoni jew li l-ħaddiem għandu pożizzjoni full-time, rispettivament. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jirribattu l-preżunzjonijiet; jew

(a)  il-ħaddiem għandu jibbenefika minn preżunzjonijiet favorevoli definiti mill-Istat Membru. Meta l-informazzjoni pprovduta ma tinkludix l-informazzjoni msemmija fil-punti (e), (f), (k) jew (l) tal-Artikolu 3(2), il-preżunzjonijiet favorevoli għandhom jinkludu preżunzjoni li l-ħaddiem ikollu relazzjoni ta' impjieg miftuħa, li ma hemm ebda perjodu ta' probazzjoni jew li l-ħaddiem għandu pożizzjoni full-time, rispettivament. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jirribattu l-preżunzjonijiet; u

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ħaddiem għandu jkollu l-possibbiltà li jressaq ilment lill-awtorità kompetenti fi żmien xieraq. Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-ilment ikun iġġustifikat, hija għandha tordna lill-impjegatur(i) rilevanti sabiex jipprovdi/u l-informazzjoni nieqsa. Jekk l-impjegatur ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa fi żmien 15-il jum wara li jirċievi l-ordni, l-awtorità għandha tkun tista' timponi penali amministrattiva xierqa, anke jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tkun intemmet. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jressqu appell amministrattiv kontra d-deċiżjoni li tiġi imposta penali. L-Istati Membri jistgħu jaħtru korpi eżistenti bħala l-awtoritajiet kompetenti.

(b)  il-ħaddiem għandu jkollu l-possibbiltà li jressaq ilment lill-awtorità kompetenti fi żmien xieraq u li jirċievi tweġiba adegwata f'perjodu ta' żmien raġonevoli. Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-ilment ikun iġġustifikat, hija għandha tordna lill-impjegatur(i) rilevanti sabiex jipprovdi/u l-informazzjoni nieqsa. Jekk l-impjegatur ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa fit-terminu impost mill-awtorità kompetenti wara li jirċievi l-ordni, l-awtorità għandha tkun tista' timponi penali amministrattiva xierqa, anke jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tkun intemmet. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jressqu appell amministrattiv kontra d-deċiżjoni li tiġi imposta penali. L-Istati Membri jistgħu jaħtru korpi eżistenti bħala l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Supremazija tal-fatti

 

Id-determinazzjoni tal-eżistenza ta' relazzjoni ta' impjieg għandha tkun iggwidata mill-fatti relatati mat-twettiq effettiv tax-xogħol u mhux abbażi ta' kif il-partijiet jiddeskrivu r-relazzjoni.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri meħtieġa sabiex jipproteġu lill-ħaddiema, inklużi l-ħaddiema li jkunu rappreżentanti tal-impjegati, minn kull trattament negattiv min-naħa tal-impjegatur jew minn konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn ilment imressaq lill-impjegatur jew minn kwalunkwe proċeduri legali mibdija bil-għan li tiġi infurzata l-konformità mad-drittijiet previsti f'din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri meħtieġa sabiex jipproteġu lill-ħaddiema kollha irrispettivament mit-tip u mid-durata tar-relazzjoni ta' impjieg inklużi l-ħaddiema li jkunu rappreżentanti tal-ħaddiema u tat-trade unions, minn kull trattament negattiv min-naħa tal-impjegatur jew minn konsegwenzi negattivi li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta' dritt previst f'din id-Direttiva.

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu s-sensja jew l-ekwivalenti tagħha u t-tħejjijiet kollha għas-sensja tal-ħaddiema, minħabba li huma eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu s-sensja jew l-ekwivalenti tagħha tal-ħaddiema, minħabba li huma eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva. Dawk il-miżuri għandhom jinkludu d-dritt għal reintegrazzjoni.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ħaddiema li jikkunsidraw li ġew imkeċċija, jew li kienu soġġetti għal miżuri b'effett ekwivalenti, minħabba li eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva jistgħu jitolbu li l-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għas-sensja jew l-ekwivalenti tagħha. L-impjegatur għandu jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub.

2.  Ħaddiema li, meta jkun applikabbli, wara t-tlestija ta' kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni, jikkunsidraw li ġew imkeċċija, jew li kienu soġġetti għal miżuri b'effett ekwivalenti, minħabba li eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva jistgħu jitolbu li l-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għas-sensja jew l-ekwivalenti tagħha. L-impjegatur għandu jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-limitu ta' żmien għat-tressiq ta' rikors għal kontestazzjoni ta' tkeċċija jiġi sospiż sakemm il-ħaddiem ma jkunx irċieva ġustifikazzjoni bil-miktub mill-impjegatur.

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lit-trade unions jieħdu azzjonijiet rappreżentattivi bil-għan tal-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-ħaddiema fir-rigward ta' din id-direttiva li jikkorrispondu għar-regoli tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.1a

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  Jekk l-impjegatur jonqos milli jipprovdi raġunijiet sostanzjati għat-tkeċċija jew l-ekwivalenti tagħha f'konformità mal-paragrafu 2, għandu jiġi preżunt li l-ħaddiem tkeċċa minħabba li eżerċita d-drittijiet ta' din id-Direttiva. Il-konsegwenzi legali ta' kwalunkwe tħejjija għal tkeċċija jew kwalunkwe tkeċċija minħabba l-eżerċizzju tad-drittijiet previsti f'din id-Direttiva huma invalidi.

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

L-oneru tal-prova tal-eżistenza ta' relazzjoni ta' impjieg

 

L-oneru tal-prova li ma kienx hemm relazzjoni ta' impjieg għandu jaqa' fuq il-persuna fiżika jew ġuridika identifikabbli bħala l-impjegatur.

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ dwar id-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn jistgħu jieħdu l-forma ta' multa. Jistgħu jinkludu wkoll ħlas ta' kumpens.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ dwar id-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn jistgħu jieħdu l-forma ta' multa. Jistgħu jinkludu wkoll ħlas ta' kumpens xieraq u proporzjonat.

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Trattament ugwali

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw:

 

(a)  li l-prinċipju ta' paga u termini u kondizzjonijiet ugwali japplika għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom, fir-rigward ta' ħaddiema permanenti komparabbli;

 

(b)  meta ma jkun hemm ebda ħaddiem permanenti komparabbli fl-istess stabbiliment, il-paragun għandu jsir b'referenza għall-ftehim kollettiv applikabbli, jew meta ma jkun hemm ebda ftehim kollettiv applikabbli, skont il-liġi, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattika nazzjonali;

 

(c)  l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aspetti u tal-kondizzjonijiet kollha ta' remunerazzjoni u tat-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg, irrispettivament mill-istatus tal-impjieg.

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

L-aċċess għall-protezzjoni soċjali

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema jkollhom aċċess għall-protezzjoni soċjali billi jestendu l-kopertura formali fuq bażi obbligatorja għall-ħaddiema kollha, irrispettivament mit-tip ta' relazzjoni ta' impjieg tagħhom.

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Artikolu 18c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18c

 

Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ħaddiema bi skedi ta' xogħol varjabbli u b'sigħat/jiem ta' referenza varjabbli jkollhom aċċess għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà, is-servizzi u l-faċilitajiet ta' prevenzjoni fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol xierqa għan-natura tax-xogħol tagħhom.

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Disposizzjonijiet iktar favorevoli

Nonrigressjoni u dispożizzjonijiet iktar favorevoli

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fi ħdan l-Istati Membri.

1.  Din id-Direttiva u l-miżuri adottati sabiex jimplimentawha ma għandhomx jikkostitwixxu raġunijiet validi, u lanqas ma għandhom jintużaw jew jiġu kkwotati b'xi mod biex inaqqsu, jimminaw jew jippreġudikaw fi kwalunkwe Stat Membru d-drittijiet mogħtija lill-ħaddiema f'dak l-Istat Membru u l-livell ta' protezzjoni diġà mogħti lilhom permezz ta' liġi, ftehimiet kollettivi jew prattika nazzjonali.

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom jinvolvu lis-sħab soċjali fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, u għandhom jiżguraw li jkollhom il-mezzi neċessarji biex tali involviment ikun effettiv.

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Spezzjonijiet u monitoraġġ

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u adegwati biex l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tiġi sorveljata u infurzata mill-korpi nazzjonali jew mis-sħab soċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-korpi u s-sħab soċjali jkollhom il-mezzi u t-taħriġ adegwat u speċifiku biex iwettqu tali spezzjonijiet.

 

Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambji ta' uffiċjali u taħriġ rilevanti, kif ukoll tiffaċilita u tippromwovi inizjattivi tal-aħjar prattika, inklużi dawk tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Artikolu 20b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20b

 

Faċilitazzjoni tal-ilmenti

 

L-Istati Membri għandhom jipprevedu mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom il-ħaddiema jkunu jistgħu jressqu lmenti fil-każ ta' ksur tad-drittijiet tagħhom b'konsegwenza ta' din id-Direttiva, jew direttament mal-impjegatur tagħhom jew permezz ta' partijiet terzi nominati mill-Istati Membri bħal trade unions, assoċjazzjonijiet oħra jew awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta dan ikun previst mil-liġi nazzjonali.

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għar-relazzjonijiet ta' impjieg eżistenti minn [data tad-dħul fis-seħħ + sentejn]. Madankollu, l-impjegaturi għandhom jipprovdu jew jikkomplementaw id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 biss fuq talba ta' ħaddiem. In-nuqqas ta' tali talba ma għandux ikollu l-effett li jeskludi lill-ħaddiema mid-drittijiet minimi stabbiliti skont din id-Direttiva.

Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għar-relazzjonijiet ta' impjieg eżistenti minn [data tad-dħul fis-seħħ + sentejn]. Madankollu, l-impjegaturi għandhom jipprovdu jew jikkomplementaw id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 biss fuq talba ta' ħaddiem jew ta' rappreżentant f'isem il-ħaddiem. In-nuqqas ta' tali talba ma għandux ikollu l-effett li jeskludi lill-ħaddiema mid-drittijiet minimi stabbiliti skont din id-Direttiva.

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [data tad-dħul fis-seħħ + 8 snin], il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni u filwaqt li tqis l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bil-għan li tipproponi, fejn xieraq, l-emendi meħtieġa.

Sa [data tad-dħul fis-seħħ + ħames snin], il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni u filwaqt li tqis l-impatt fuq il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bil-għan li tipproponi, fejn xieraq, l-emendi u t-titjib meħtieġa.

(1)

ĠU C ... / Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għandha l-għan li tissostitwixxi d-Direttiva tal-1991 dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub (91/533/KEE) bi strument ġdid li jiggarantixxi t-trasparenza rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema kollha u li jiddefinixxi ġabra ta' drittijiet konkreti ġodda sabiex jittejbu l-prevedibbiltà u s-sigurtà tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, b'mod partikolari għall-persuni f'impjiegi mhux tradizzjonali. Il-proposta tibni fuq is-sejbiet tal-evalwazzjoni REFIT(1) tad-Direttiva dwar id-dikjarazzjoni bil-miktub, li enfasizzat nuqqasijiet fil-kamp ta' applikazzjoni u fl-effikaċja tad-direttiva.

F'konformità mal-Artikolu 154 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), f'April u f'Settembru 2017 il-Kummissjoni varat żewġ fażijiet ta' konsultazzjoni tas-sħab soċjali Ewropej. Id-diskussjonijiet li seħħew bejn is-sħab soċjali ma ppermettewx il-bidu tal-proċess ta' djalogu bil-għan li jiġu stabbiliti relazzjonijiet kuntrattwali, inklużi ftehimiet, dwar dan is-suġġett, kif previst fl-Artikolu 155 tat-TFUE.

Minħabba l-importanza li l-Unjoni tonora l-impenji tagħha li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol taċ-ċittadini tal-UE, il-Kummissjoni adottat il-proposta preżenti fil-21 ta' Diċembru 2017(2). Huwa kruċjali li l-Parlament u l-Kunsill, bħala koleġiżlaturi, jilqgħu l-isfida u jimpenjaw ruħhom biex jintlaħaq ftehim dwar dawn il-kwistjonijiet fundamentali qabel tmiem il-mandat parlamentari fl-2019. Dan jeħtieġ li jsir sabiex nissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini tagħna u nagħtu spinta lill-prosperità tagħhom.

Fil-fehma tagħna, din id-direttiva għandha tliet għanijiet. L-ewwel nett, tipprovdi definizzjoni aktar speċifika tad-drittijiet stabbiliti fil-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, magħmula b'mod konġunt f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017(3). B'mod partikolari, għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-Pilastru, speċjalment il-prinċipji 5 u 7 rigward impjieg sigur u adattabbli u rigward informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-protezzjoni f'każ ta' sensja, rispettivament.

Din id-direttiva tistabbilixxi għadd ta' drittijiet universali minimi għaċ-ċittadini u l-ħaddiema Ewropej, b'reazzjoni għal domanda pubblika u għax-xewqa li l-UE jkollha relazzjonijiet eqreb maċ-ċittadini billi dawn tal-aħħar iħossu li l-Ewropa hija importanti ħafna għalihom u viċe versa. Pereżempju, id-direttiva tistabbilixxi limitu ta' sitt xhur fuq il-perjodi ta' probazzjoni, ħlief meta perjodu itwal ikun ġustifikat. Tistabbilixxi wkoll id-dritt li wieħed jaħdem għal impjegaturi oħra permezz tal-projbizzjoni tal-klawżoli tal-"esklużività" u tal-"inkompatibbiltà", u d-dritt għal prevedibbiltà akbar tal-ħinijiet tax-xogħol għall-persuni bi skedi tax-xogħol varjabbli.

Naturalment, ikollhom jiġu stabbiliti limiti għal dawn id-drittijiet universali minimi, u jkun f'idejn l-Istati Membri li jtejbuhom, jekk ikunu jixtiequ. Jeħtieġ ukoll li jiġi ċċarat li l-implimentazzjoni prattika ta' dawk id-drittijiet tista' ssir biss fil-livell tal-Istati Membri individwali.

Madankollu, din mhijiex biss kwistjoni ta' applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jeħtieġ ukoll li jittieħed approċċ prattiku abbażi tad-deċentralizzazzjoni, għaliex kull suq tax-xogħol fl-Ewropa huwa r-riżultat ta' sekli ta' żviluppi kulturali, ta' metodi differenti ta' manifattura, ta' ċirkostanzi finanzjarji partikolari, u saħansitra tal-klima stess.

Approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd ma jagħmilx sens f'dan il-każ. Id-direttiva tiġi implimentata permezz ta' leġiżlazzjoni ta' traspożizzjoni adottata f'kull Stat Membru.

Ta' min jinnota wkoll li r-rwol tad-djalogu soċjali u tal-ftehimiet kollettivi jinsab fid-DNA tal-Ewropa soċjali u li, għaldaqstant, id-djalogu soċjali fil-forom kollha tiegħu jeħtieġ li jingħata rwol aktar deċiżiv sabiex dawn id-drittijiet minimi jiġu żviluppati, issuplementati, imtejba, implimentati u msaħħa fil-livell nazzjonali.

It-tieni, b'dan il-mod id-direttiva jkollha rwol ewlieni fl-istabbiliment ta' qafas ġuridiku soċjali jew fl-iżvilupp tal-kompetizzjoni ħielsa u l-mobilità sħiħa taċ-ċittadini, l-hekk imsejħa kondizzjonijiet ekwi. Fil-fatt, il-moviment liberu tal-ħaddiema u taċ-ċittadini huwa dritt fundamentali tal-Ewropej u huwa strument insostitwibbli biex jitnaqqas il-qgħad u biex tinkiseb konverġenza ekonomika u soċjali.

Iżda l-Ewropa, kemm jekk tibqa' Ewropa soċjali kif ukoll jekk ma tibqax, trid li dik il-mobilità u dawk il-kondizzjonijiet ekwi jiġu stabbiliti filwaqt li jiġu rrispettati d-drittijiet bażiċi tal-ħaddiema, bl-istess standards minimi għal kulħadd. Ma nistgħux ngħollu l-istandards billi nipprevjenu l-mobilità u l-kompetizzjoni fil-prezzijiet, iżda rridu nevitaw li jkun hemm il-kompetizzjoni askapitu tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol li huma essenzjali għall-ħaddiema. L-Ewropa adottat regoli, kultant dettaljati ħafna, għal funzjonament tajjeb tas-suq uniku u għall-iżvilupp tal-erba' libertajiet fundamentali tal-moviment.

Issa huwa ż-żmien li nibnu fuq ir-regoli minimi dwar ir-relazzjonijiet ta' impjieg u d-drittijiet tal-ħaddiema, u d-direttiva preżenti tagħmel dan billi taġġorna u tiċċara dawk ir-regoli wara 27 sena tad-Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub. Is-suq uniku ma jkunx komplet u integrat mingħajr żvilupp sħiħ u eżerċizzju sħiħ tal-libertà tal-moviment tal-ħaddiema u lanqas mingħajr regoli komuni minimi dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol.

Fl-aħħar nett, huwa ċar ħafna li d-direttiva tressqet ukoll biex tkopri l-forom ġodda ta' impjieg, kemm dawk li aħna diġà familjari magħhom kif ukoll dawk li se jinħolqu hekk kif it-teknoloġiji jibqgħu jiżviluppaw b'rata impressjonanti. F'dan ir-rigward, id-direttiva proposta tirrispondi għar-riżoluzzjonijiet reċenti tal-Parlament li jistiednu lill-Kummissjoni tirrevedi d-direttiva sabiex jitqiesu forom ġodda ta' impjieg u tiġi żgurata ġabra ta' regoli komuni għal kull ħaddiem, irrispettivament mit-tip ta' kuntratt jew mir-relazzjoni ta' impjieg(4).

Huwa ċar li l-Ewropa trid tevita kwalunkwe sfruttament ta, jew nuqqas ta' protezzjoni għal, ħaddiema f'forom ta' impjieg ġodda, aktar flessibbli, immaġinattivi jew adattabbli, peress li dan ikun inkompatibbli mal-mudell soċjali Ewropew. Mingħajr ma jitilfu d-dinamika flessibbli tagħhom (li spiss hija wkoll vantaġġ għall-ħaddiema) u lanqas l-adattabbiltà tagħhom, dawn il-forom ġodda ta' impjieg ma jridux jiksru d-drittijiet minimi ta' informazzjoni u ta' trasparenza għaċ-ċittadini li jkunu qed ifittxu x-xogħol. Id-direttiva proposta tipprevedi li l-ħaddiema kollha fl-Unjoni għandhom jingħataw informazzjoni aġġornata u dettaljata dwar ir-relazzjonijiet ta' impjieg tagħhom.

Barra minn hekk, huwa importanti li tiġi mfaħħra l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni personali tad-direttiva bl-introduzzjoni tal-kunċett ta' "ħaddiem" li tiddefinixxi t-tip ta' ħaddiem abbażi tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE). Il-kamp ta' applikazzjoni huwa estiż ukoll sabiex jiġu limitati l-possibbiltajiet għall-Istati Membri li jeskludu lill-ħaddiema f'relazzjonijiet ta' impjieg okkażjonali jew għal perjodu qasir ta' żmien.

(1)

1 Evalwazzjoni REFIT tad-"Direttiva dwar id-Dikjarazzjoni bil-Miktub" (id-Direttiva 91/533/KEE), SWD(2017) 205.

(2)

2 Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea, COM(2017)07972017/0355(COD).

(3)

Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ĠU C 48, 13.12.2017, p. 10.

(4)

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Jannar 2017 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2017 dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u impjieg prekarju.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (27.9.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

(COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kostas Chrysogonos

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprovdi fl-Artikolu 31 tagħha li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu, u għal limitazzjoni ta' sigħat massimi tax-xogħol, għal perjodi ta' mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta' leave imħallas.

(1)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprovdi fl-Artikolu 31 tagħha li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu, u għal limitazzjoni ta' sigħat massimi tax-xogħol, għal perjodi ta' mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perjodu annwali ta' leave imħallas. Jenħtieġ li l-objettivi ta' din id-Direttiva jkunu għalkollox konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Karta Ewropea tad-Drittijiet Soċjali;

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Prinċipju 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, jiddikjara li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta' probazzjoni, u li għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat. Il-Prinċipju 5 jiddikjara li irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ, li għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta' abbuż ta' kuntratti atipiċi, li kwalunkwe perjodu ta' probazzjoni jenħtieġ li jkun ta' durata raġonevoli u li għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa.

(2)  Il-Prinċipju 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, jiddikjara li l-ħaddiema għandhom id-dritt li jiġu infurmati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni tax-xogħol, inkluż dwar il-perjodu ta' prova, u li huma intitolati jiġu infurmati dwar ir-raġunijiet għas-sensja tagħhom u jingħataw perjodu ta' avviż raġonevoli u li għandhom id-dritt għall-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u, f'każ ta' sensja mhux ġustifikata, dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat. Il-Prinċipju 5 jiddikjara li irrispettivament mit-tip u d-durata tar-relazzjoni tax-xogħol, il-ħaddiema għandhom id-dritt għal trattament ġust u ugwali fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali u t-taħriġ, li għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż bil-projbizzjoni ta' abbuż ta' kuntratti atipiċi, li kwalunkwe perjodu ta' prova jenħtieġ li jkun ta' durata raġonevoli u li għandha titrawwem it-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa, filwaqt li l-impjegaturi jingħataw il-flessibbiltà meħtieġa biex jadattaw ruħhom rapidament għal kwalunkwe żvolta ekonomika.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE,33 is-swieq tax-xogħol għaddew minn bidliet kbar minħabba l-iżviluppi demografiċi u d-diġitalizzazzjoni li wasslu għall-ħolqien ta' forom ġodda ta' impjieg, li appoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir tas-suq tax-xogħol. Forom ġodda ta' impjieg spiss mhumiex daqshekk regolari jew stabbli daqs relazzjonijiet ta' impjieg tradizzjonali u jwasslu għal prevedibbiltà mnaqqsa għall-ħaddiema kkonċernati, filwaqt li joħolqu inċertezza fir-rigward tad-drittijiet applikabbli u l-protezzjoni soċjali. F'din id-dinja tax-xogħol li qed tevolvi, għalhekk hemm ħtieġa ikbar li l-ħaddiema jkunu infurmati bis-sħiħ dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol essenzjali tagħhom, li jenħtieġ li jsir bil-miktub u fi żmien xieraq. Sabiex l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' impjieg jiġi inkwadrat b'mod adegwat, il-ħaddiema fl-Unjoni jenħtieġ li jingħataw ukoll għadd ta' drittijiet minimi ġodda mmirati lejn il-promozzjoni tas-sigurtà u l-prevedibbiltà fir-relazzjonijiet ta' impjieg filwaqt li tinkiseb konverġenza 'l fuq fl-Istati Membri u tiġi ppreservata l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol.

(3)  Mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE33, is-swieq tax-xogħol għaddew minn bidliet kbar minħabba l-iżviluppi demografiċi u d-diġitalizzazzjoni li wasslu għall-ħolqien ta' forom ġodda ta' impjieg, iżda wkoll minħabba miżuri li jieħdu approċċ unilaterali għas-suq tax-xogħol f'dak li jikkonċerna l-provvista, immirat lejn il-liberalizzazzjoni u d-deregolamentazzjoni tas-swieq tax-xogħol, li appoġġaw il-ħolqien ta' mudelli ġodda ta' negozju. Forom ġodda ta' impjieg ta' spiss mhumiex regolari jew stabbli daqs relazzjonijiet ta' impjieg tradizzjonali u jwasslu għal prevedibbiltà mnaqqsa għall-ħaddiema kkonċernati, filwaqt li joħolqu inċertezza fir-rigward tad-drittijiet applikabbli u l-protezzjoni soċjali u jinkoraġġixxu prattiki mhux ċari jew inġusti, li b'hekk jiddestabilizzaw is-suq tax-xogħol. F'din id-dinja tax-xogħol li qed tevolvi, għalhekk hemm ħtieġa ikbar li l-ħaddiema, irrispettivament mill-qasam partikolari tagħhom, ikunu infurmati bis-sħiħ dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol essenzjali tagħhom, li jenħtieġ li jsir bil-miktub u bl-iktar mod rapidu possibbli. Sabiex l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' impjieg jiġi inkwadrat b'mod adegwat, il-ħaddiema fl-Unjoni jenħtieġ li jingħataw ukoll għadd ta' drittijiet minimi ġodda mmirati lejn il-promozzjoni tas-sigurtà u l-prevedibbiltà fir-relazzjonijiet ta' impjieg filwaqt li tinkiseb konverġenza 'l fuq fl-Istati Membri u tiġi ppreservata l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol.

__________________

__________________

33 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

33 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Skont id-Direttiva 91/533/KEE, il-maġġoranza tal-ħaddiema fl-Unjoni għandhom id-dritt li jirċievu informazzjoni bil-miktub dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Madankollu, id-Direttiva 91/533/KEE ma tkoprix lill-ħaddiema kollha fl-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba żviluppi fis-suq tax-xogħol mill-1991 inħolqu lakuni fil-protezzjoni għal forom ġodda ta' impjiegi.

(4)  Skont id-Direttiva 91/533/KEE, il-maġġoranza tal-ħaddiema fl-Unjoni għandhom id-dritt li jirċievu informazzjoni bil-miktub dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Madankollu, id-Direttiva 91/533/KEE ma tkoprix lill-ħaddiema kollha fl-Unjoni. Barra minn hekk, minħabba żviluppi ekonomiċi, soċjali u fis-suq tax-xogħol mill-1991 inħolqu lakuni fil-protezzjoni għal forom ġodda ta' impjiegi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Ir-rekwiżiti minimi relatati mal-informazzjoni dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg u relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għal kull ħaddiem jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha fl-Unjoni livell adegwat ta' trasparenza u prevedibbiltà fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol.

(5)  L-istandards minimi relatati mal-informazzjoni dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg u relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għal kull ħaddiem, irrispettivament mill-kuntratt ta' impjieg jew ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom, jenħtieġ li għalhekk jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni sabiex jiggarantixxu lill-ħaddiema kollha fl-Unjoni l-istess livell ta' trasparenza, sigurtà u prevedibbiltà fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  L-objettiv ta' din id-Direttiva – li tippromwovi provvista ta' ħaddiema aktar sikura u aktar prevedibbli, filwaqt li tiżgura l-adattabbiltà tas-suq tax-xogħol, l-aċċess għall-innovazzjoni u kondizzjonijiet ta' għajxien u tax-xogħol aħjar – jista' jinkiseb billi l-ħaddiema jingħataw aċċess aktar effiċjenti għall-informazzjoni fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, billi jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment għall-ħaddiema involuti f'forom tax-xogħol ġodda u atipiċi, billi l-leġiżlazzjoni tiġi implimentata b'mod aktar effettiv u tiżdied iat-trasparenza tas-suq tax-xogħol, filwaqt li tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piżijiet eċċessivi fuq in-negozji ta' kwalunkwe daqs.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet previsti mil-liġi tal-Unjoni, il-kamp ta' applikazzjoni personali tad-Direttiva 91/533/KEE jenħtieġ li jiġi aġġornat. Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbiliet kriterji sabiex tiddetermina l-istatus ta' ħaddiem34 li huma xierqa sabiex jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni personali ta' din id-Direttiva. Id-definizzjoni ta' ħaddiem fl-Artikolu 2(1) hija bbażata fuq dawn il-kriterji. Dawn jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tal-kamp ta' applikazzjoni personali tad-Direttiva filwaqt li jħallu f'idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali sabiex japplikawh għal sitwazzjonijiet speċifiċi. Dment li jissodisfaw dawn il-kriterji, il-ħaddiema domestiċi, il-ħaddiema fuq talba, il-ħaddiema intermittenti, il-ħaddiema li jitħallsu bil-vawċers, il-ħaddiema tal-pjattaforma, it-trainees u l-apprendisti jistgħu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(7)  Sabiex tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet previsti mid-dritt tal-Unjoni u l-implimentazzjoni indiskriminata tiegħu, il-kamp ta' applikazzjoni personali tad-Direttiva 91/533/KEE jenħtieġ li jiġi aġġornat. Fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea stabbiliet kriterji sabiex tiddetermina l-istatus ta' ħaddiem34 li huma xierqa sabiex jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni personali ta' din id-Direttiva. Id-definizzjoni ta' ħaddiem fl-Artikolu 2(1) teħtieġ li tkun ibbażata fuq il-kriterji żviluppati kemm mill-QtĠ-UE kif ukoll mill-ILO. Dawn jiżguraw l-implimentazzjoni uniformi tal-kamp ta' applikazzjoni personali tad-Direttiva filwaqt li jħallu f'idejn l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali sabiex japplikawh għal sitwazzjonijiet speċifiċi. Dment li jissodisfaw dawn il-kriterji, il-ħaddiema domestiċi, il-ħaddiema fuq talba, il-ħaddiema intermittenti, il-ħaddiema li jitħallsu bil-vawċers, il-ħaddiema tal-pjattaforma, it-trainees, l-apprendisti u r-riċerkaturi iridu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

__________________

__________________

34 Sentenzi tat-3 ta' Lulju 1986, Deborah Lawrie-Blum, il-Kawża 66/85; l-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, il-Kawża C-428/09; id-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, il-Kawża C-229/14; l-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten, il-Kawża C-413/13; u s-17 ta' Novembru 2016, Ruhrlandklinik, il-Kawża C-216/15.

34 Sentenzi tat-3 ta' Lulju 1986, Deborah Lawrie-Blum, il-Kawża 66/85; l-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, il-Kawża C-428/09; id-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, il-Kawża C-229/14; l-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten, il-Kawża C-413/13; u s-17 ta' Novembru 2016, Ruhrlandklinik, il-Kawża C-216/15.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni 198 tal-ILO, meta, d-direzzjoni ma tkunx tista' tiġi direttament stabbilita, id-dipendenza ekonomika jenħtieġ li titqies bħala l-kriterju addizzjonali ċentrali fil-valutazzjoni ta' jekk persuna tkunx ħaddiem.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni 198 tal-ILO, jenħtieġ li d-determinazzjoni tal-eżistenza ta' relazzjoni ta' impjieg tkun ibbażata fuq il-fatti relatati mat-twettiq effettiv tax-xogħol u mhux fuq id-deskrizzjoni tar-relazzjoni mill-partijiet.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni 198 tal-ILO, jenħtieġ li tiġi prevista awtomatikament il-preżunzjoni ġuridika li relazzjoni ta' impjieg teżisti meta indikatur rilevanti wieħed jew aktar ikunu preżenti.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Minħabba l-għadd dejjem jikber ta' ħaddiema esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 91/533/KEE fuq il-bażi ta' derogi magħmula mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1 ta' dik id-Direttiva, huwa meħtieġ li dawn id-derogi jiġu sostitwiti bil-possibbiltà għall-Istati Membri li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għal relazzjoni ta' impjieg ta' 8 sigħat jew inqas b'kollox f'perjodu ta' referenza ta' xahar. Dik id-deroga ma taffettwax id-definizzjoni ta' ħaddiem kif prevista fl-Artikolu 2(1).

imħassar

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Minħabba l-imprevedibbiltà tax-xogħol fuq talba inklużi l-kuntratti ta' żero sigħat, id-deroga ta' 8 sigħat fix-xahar jenħtieġ li ma tintużax għal relazzjonijiet ta' impjieg li fihom l-ebda ammont garantit ta' xogħol imħallas ma jiġi determinat qabel il-bidu tal-impjieg.

imħassar

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi differenti jistgħu fil-prattika jkollhom il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' impjegatur. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi sabiex jiddeterminaw b'mod iktar preċiż il-persuna/i li huma kkunsidrati totalment jew parzjalment responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li din id-Direttiva tistabbilixxi għall-impjegaturi, dment li dawk l-obbligi jkunu kollha ssodisfatti. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jiddeċiedu li wħud minn dawk l-obbligi jew kollha għandhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi sabiex jeskludu lill-individwi li jaġixxu bħala impjegaturi ta' ħaddiema domestiċi f'unitajiet domestiċi mill-obbligi li jikkunsidraw u jwieġbu għat-talbiet għal tip ta' impjieg differenti, biex jipprovdu taħriġ obbligatorju mingħajr ħlas, u mill-kopertura tal-mekkaniżmu ta' rimedju fuq il-bażi ta' preżunzjonijiet favorevoli fil-każ ta' informazzjoni nieqsa fid-dikjarazzjoni bil-miktub.

(10)  Diversi persuni fiżiċi jew ġuridiċi differenti jistgħu fil-prattika jkollhom il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' impjegatur. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu liberi sabiex jiddeterminaw b'mod iktar preċiż il-persuna/i li huma kkunsidrati totalment jew parzjalment jew konġuntement responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li din id-Direttiva tistabbilixxi għall-impjegaturi, dment li dawk l-obbligi jkunu kollha ssodisfati. L-Istati Membri jenħtieġ ukoll li jkunu jistgħu jiddeċiedu li wħud minn dawk l-obbligi jew kollha għandhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. Jekk bosta persuni fiżiċi u/jew ġuridiċi jkunu responsabbli bħala impjegatur, huma jkunu responsabbli in solidum.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-Direttiva 91/533/KEE introduċiet lista minima ta' aspetti essenzjali li l-ħaddiema għandhom ikunu infurmati bil-miktub dwarhom. Dik il-lista jeħtieġ li tiġi adattata sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari t-tkabbir ta' forom ta' impjiegi mhux standard.

(11)  Id-Direttiva 91/533/KEE introduċiet lista minima ta' aspetti essenzjali li l-ħaddiema għandhom ikunu infurmati bil-miktub dwarhom. Huwa meħtieġ li dik il-lista minima tiġi adattata sabiex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari t-tkabbir ta' forom ta' impjiegi mhux standard. L-Istati Membri irid ikollhom id-dritt li jestendu dik il-lista minima f'konformità mar-rekwiżiti nazzjonali.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-informazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol jenħtieġ li tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, u tinkludi informazzjoni dwar waqfiet, mistrieħ ta' kuljum, mistrieħ fil-ġimgħa u l-ammont ta' leave imħallas.

(12)  L-informazzjoni dwar il-ħin tax-xogħol jenħtieġ li tkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, u tinkludi informazzjoni dwar waqfiet, mistrieħ ta' kuljum, mistrieħ fil-ġimgħa u l-ammont ta' leave imħallas u b'hekk tiżgura l-protezzjoni tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema.

__________________

__________________

35 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

35 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni li għandha tiġi pprovduta jenħtieġ li tinkludi l-elementi kollha tar-remunerazzjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, riċevuti direttament jew indirettament mill-ħaddiem fir-rigward tax-xogħol tiegħu. L-għoti ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-impjegaturi li jipprovdu elementi addizzjonali ta' remunerazzjoni bħal ħlasijiet ta' darba. Il-fatt li l-elementi ta' remunerazzjoni dovuti mil-liġi jew minn ftehim kollettiv ma ġewx inklużi f'dik l-informazzjoni ma għandux jikkostitwixxi raġuni għalfejn ma ġewx ipprovduti lill-ħaddiem.

(13)  L-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni li trid tiġi pprovduta jenħtieġ li tinkludi iżda ma tkunx limitata għall-elementi kollha tar-remunerazzjoni, kif ukoll il-metodu ta' kalkolu, , inklużi l-kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, riċevuti direttament jew indirettament mill-ħaddiem fir-rigward tax-xogħol tiegħu, ħlas għas-sahra, bonusijiet u intitolamenti oħra, bħall-ħlas f'każ ta' mard. L-għoti ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-impjegaturi li jipprovdu elementi addizzjonali ta' remunerazzjoni bħal ħlasijiet ta' darba. Il-fatt li l-elementi ta' remunerazzjoni dovuti mil-liġi jew minn ftehim kollettiv ma ġewx inklużi f'dik l-informazzjoni ma għandux jikkostitwixxi raġuni għalfejn ma ġewx ipprovduti lill-ħaddiem.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Jekk ma jkunx possibbli li tiġi indikata skeda tax-xogħol fissa minħabba n-natura tal-impjieg, il-ħaddiema jenħtieġ li jkunu jafu kif se tiġi stabbilita l-iskeda tax-xogħol tagħhom, inklużi l-perjodi ta' ħin li fihom jistgħu jintalbu jaħdmu u l-avviż bil-quddiem minimu li jenħtieġ li jirċievu.

(14)  Jekk ma jkunx possibbli li tiġi indikata skeda tax-xogħol fissa minħabba n-natura tal-impjieg, il-ħaddiema jenħtieġ li jiġu infurmati dwar kif se tiġi stabbilita l-iskeda tax-xogħol tagħhom, inklużi l-perjodi ta' ħin li fihom jistgħu jintalbu jaħdmu u l-avviż bil-quddiem minimu li jenħtieġ li jirċievu.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Jenħtieġ li s-sigħat tax-xogħol ikunu organizzati f'konformità mal-prinċipji ekonomiċi u l-produttività iżda wkoll minn perspettiva strettament umana fis-sens li s-sigħat tax-xogħol jenħtieġ li jiġu progressivament imnaqqsa sabiex lill-ħaddiema jingħatalhom aktar ħin liberu.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-informazzjoni dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali jenħtieġ li tinkludi, fejn rilevanti, benefiċċji tal-mard, maternità u benefiċċji ekwivalenti għall-ġenituri, paternità, anzjanità, invalidità, superstiti, qgħad, irtirar bikri jew tal-familja. L-informazzjoni dwar il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali pprovduta mill-impjegatur jenħtieġ li tinkludi, fejn rilevanti, kopertura minn skemi ta' pensjoni supplimentari skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE36 u d-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.37

(15)  L-informazzjoni dwar is-sistemi tas-sigurtà soċjali jenħtieġ li tinkludi, fejn rilevanti, mill-inqas benefiċċji tal-mard, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti għall-ġenituri, tal-paternità, tal-anzjanità, tal-invalidità, tas-superstiti, tal-qgħad, tal-irtirar bikri jew tal-familja u r-riskji l-oħrajn kollha koperti mir-Regolament (KE) 883/2004. L-informazzjoni dwar il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali pprovduta mill-impjegatur jenħtieġ li tinkludi, fejn rilevanti, kopertura minn skemi ta' pensjoni supplimentari skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE36 u d-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.37

__________________

__________________

36 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46).

36 Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46).

37 Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1).

37 Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 1).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jiġu informati bil-miktub fil-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni ta' impjieg. L-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li għalhekk tasal għandhom mhux iktar tard mill-ewwel jum ta' impjieg.

(16)  Il-ħaddiema jenħtieġ li jkollhom id-dritt li jiġu informati bil-miktub mill-bidu tal-impjieg dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mir-relazzjoni ta' impjieg. L-informazzjoni rilevanti jenħtieġ li għalhekk tasal għandhom, meta dan ikun applikabbli, fil-mument meta l-kuntratt ta' impjieg ikun ġie ffirmat u qabel l-ewwel jum ta' impjieg.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jgħinu lill-impjegaturi jipprovdu informazzjoni f'waqtha, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' formoli fil-livell nazzjonali li jinkludu informazzjoni li tkun komprensiva biżżejjed u rilevanti dwar il-qafas legali applikabbli. Dawn il-formoli jistgħu jiġu żviluppati aktar fil-livell settorjali jew lokali, mill-awtoritajiet nazzjonali u s-sħab soċjali.

(17)  Sabiex jgħinu lill-impjegaturi jipprovdu informazzjoni f'waqtha, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw id-disponibbiltà ta' formoli fil-livell nazzjonali li jinkludu informazzjoni li tkun komprensiva biżżejjed u rilevanti dwar il-qafas legali applikabbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tassisti lill-Istati Membri jipproduċu dawn il-formoli sabiex jevitaw kwalunkwe diskrepanza fil-kontenut bejn l-Istati Membri varji. Il-kontenut ta' dawn il-formoli jista' jiġi ddeterminat fil-livell settorjali jew lokali, mill-awtoritajiet nazzjonali u mis-sħab soċjali, dment li ma jinħoloq l-ebda piż amministrattiv addizzjonali sproporzjonat jew eċċessiv.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ħaddiema stazzjonati jew mibgħuta barra mill-pajjiż jenħtieġ li jirċievu informazzjoni addizzjonali speċifika għas-sitwazzjoni tagħhom. Għal assenjazzjonijiet tax-xogħol suċċessivi mwettqa f'diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi, bħat-trasport internazzjonali bit-triq, dik l-informazzjoni tista' tiġi raggruppata għal diversi assenjamenti qabel l-ewwel tluq u wara tista' tiġi modifikata f'każ ta' bidla. Meta jikkwalifikaw bħala ħaddiema stazzjonati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,38 jenħtieġ li jiġu nnotifikati wkoll dwar is-sit web nazzjonali uniku żviluppat mill-Istat Membru ospitanti fejn jistgħu jsibu l-informazzjoni rilevanti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għas-sitwazzjoni tagħhom. Sakemm l-Istati Membri ma jipprevedux mod ieħor, dawn l-obbligi japplikaw jekk id-durata tal-perjodu tax-xogħol barra mill-pajjiż tkun aktar minn erba' ġimgħat konsekuttivi.

(18)  Ħaddiema stazzjonati jew mibgħuta barra mill-pajjiż jenħtieġ li jirċievu informazzjoni addizzjonali speċifika għas-sitwazzjoni tagħhom. Għal assenjazzjonijiet tax-xogħol suċċessivi mwettqa f'diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi, bħat-trasport internazzjonali bit-triq, dik l-informazzjoni tista' tiġi raggruppata għal diversi assenjazzjonijiet qabel l-ewwel tluq u wara tista' tiġi modifikata qabel il-bidu tal-assenjazzjoni rilevanti jew f'każ ta' bidla. Meta jikkwalifikaw bħala ħaddiema stazzjonati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jenħtieġ li jiġu nnotifikati wkoll dwar is-sit web nazzjonali uniku żviluppat mill-Istat Membru ospitanti fejn jistgħu jsibu l-informazzjoni rilevanti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw għas-sitwazzjoni tagħhom. Il-ħaddiema stazzjonati barra minn pajjiżhom iridu jiġu notifikati bil-lingwa uffiċjali tal-pajjiż fejn il-kuntratt ta' impjieg inizjali jiġi ffirmat.

__________________

__________________

38 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

38 Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-perjodi ta' probazzjoni jippermettu lill-impjegaturi jivverifikaw li l-ħaddiema jkunu adattati għall-pożizzjoni li jkunu impjegati biex jimlew filwaqt li jagħtuhom l-appoġġ ta' akkumpanjament u t-taħriġ. Dawn il-perjodi jistgħu jkunu akkumpanjati minn protezzjoni mnaqqsa kontra s-sensja. Kull dħul fis-suq tax-xogħol jew tranżizzjoni lejn pożizzjoni ġdida ma għandhomx ikunu soġġetti għal insigurtà fit-tul. Kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-perjodi ta' probazzjoni jenħtieġ li għalhekk ikunu ta' durata raġonevoli. Għadd sostanzjali ta' Stati Membri stabbilixxew durata massima ġenerali tal-perjodi ta' prova ta' bejn tlieta u sitt xhur, li għandha titqies bħala raġonevoli. Il-perjodi ta' probazzjoni jistgħu jkunu ta' aktar minn sitt xhur meta dan ikun iġġustifikat min-natura tal-impjieg, bħal pożizzjonijiet maniġerjali, u meta jkun fl-interess tal-ħaddiem, bħal fil-każ ta' mard fit-tul jew fil-kuntest ta' miżuri speċifiċi li jippromwovu l-impjiegi permanenti b'mod partikolari għall-ħaddiema żgħażagħ.

(19)  Il-perjodi ta' prova jippermettu lill-impjegaturi jivverifikaw li l-ħaddiema jkunu adattati għall-pożizzjoni li jkunu impjegati biex jimlew filwaqt li jagħtuhom l-appoġġ ta' akkumpanjament u t-taħriġ. Kull dħul fis-suq tax-xogħol jew tranżizzjoni lejn pożizzjoni ġdida ma għandhomx ikunu soġġetti għal insigurtà fit-tul. Kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-perjodi ta' prova jenħtieġ li għalhekk ikunu ta' durata raġonevoli. Għadd sostanzjali ta' Stati Membri stabbilixxew durata massima ġenerali tal-perjodi ta' prova ta' bejn tlieta u sitt xhur, li jenħtieġ li titqies bħala raġonevoli u jenħtieġ li ma tiġi estiża fl-ebda ċirkostanza. Il-perjodi ta' prova jistgħu jkunu ta' aktar minn tliet xhur biss meta dan ikun fl-interess tal-ħaddiem, bħal fil-każ ta' mard fit-tul jew fil-kuntest ta' miżuri speċifiċi li jippromwovu l-impjiegi permanenti b'mod partikolari għall-ħaddiema żgħażagħ.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-impjegaturi ma għandhomx jipprojbixxi lill-ħaddiema milli jaħdmu ma' impjegaturi oħrajn, lil hinn mill-ħinijiet li jaħdmu għalihom, fil-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.39 Il-klawżoli ta' inkompatibbiltà, mifhuma bħala restrizzjoni fuq ix-xogħol għal kategoriji speċifiċi ta' impjegaturi, jistgħu jkunu meħtieġa għal raġunijiet oġġettivi, bħall-protezzjoni ta' sigrieti tan-negozju jew l-evitar ta' kunflitti ta' interess.

(20)  L-impjegaturi ma għandhomx jipprojbixxi lill-ħaddiema milli jaħdmu ma' impjegaturi oħrajn, lil hinn mill-ħinijiet li jaħdmu għalihom, fil-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.39.

__________________

__________________

39 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

39 Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Is-sigħat u l-jiem ta' referenza, mifhuma bħala slots ta' ħin fejn ix-xogħol jista' jsir fuq talba tal-impjegatur, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bil-miktub fil-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg.

(22)  Is-sigħat u l-jiem ta' referenza, mifhuma bħala slots ta' ħin fejn ix-xogħol jista' jsir fuq talba tal-impjegatur, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bil-miktub qabel il-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Avviż bil-quddiem minimu raġonevoli, mifhum bħala l-perjodu ta' żmien bejn il-mument li fih il-ħaddiem ikun infurmat dwar assenjazzjoni ta' xogħol ġdid u l-mument li fih jibda l-assenjament, jikkostitwixxi element neċessarju ieħor ta' prevedibbiltà tax-xogħol għar-relazzjonijiet ta' impjieg bi skeda tax-xogħol li tkun varjabbli jew fil-biċċa l-kbira determinata mill-impjegatur. It-tul tal-perjodu ta' avviż bil-quddiem jista' jvarja skont il-ħtiġijiet tas-setturi, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni adegwata tal-ħaddiema. Dan japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.40

(23)  Avviż bil-quddiem minimu raġonevoli ta' ħmistax-il jum, mifhum bħala l-perjodu ta' żmien bejn il-mument li fih il-ħaddiem ikun infurmat dwar assenjazzjoni ta' xogħol ġdid u l-mument li fih jibda l-assenjament, jikkostitwixxi element neċessarju ieħor ta' prevedibbiltà tax-xogħol għar-relazzjonijiet ta' impjieg bi skeda tax-xogħol li tkun varjabbli jew fil-biċċa l-kbira determinata mill-impjegatur. It-tul tal-perjodu ta' avviż bil-quddiem jista' jkun itwal skont il-ħtiġijiet tas-setturi, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni adegwata tal-ħaddiema. Dan japplika mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.40

__________________

__________________

40 Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

40 Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 35).

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Meta l-impjegaturi jkollhom il-possibbiltà li joffru kuntratti tax-xogħol full-time jew indefiniti għall-ħaddiema f'forom ta' impjieg mhux standard, jenħtieġ li tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg iktar siguri. Il-ħaddiema jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu forma ta' impjieg iktar prevedibbli u sigura, meta disponibbli, u jirċievu risposta bil-miktub mill-impjegatur, li tqis il-ħtiġijiet tal-impjegatur u tal-ħaddiem.

(25)  Meta l-impjegaturi jkollhom il-possibbiltà li joffru kuntratti tax-xogħol full-time jew indefiniti għall-ħaddiema f'forom ta' impjieg mhux standard, jenħtieġ li tiġi promossa t-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg iktar siguri f'konformità mal-Prinċipju 5 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat f'Gothenburg fis-17 ta' Novembru 2017, li għandu l-għan li jinkoraġġixxi t-tranżizzjoni lejn impjieg ta' tul indefinit. Il-ħaddiema jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu forma ta' impjieg iktar prevedibbli u sigura, meta disponibbli, u jirċievu risposta bil-miktub sostanzjata kif xieraq mill-impjegatur, li tqis il-ħtiġijiet tal-impjegatur u tal-ħaddiem.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-impjegaturi jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni jew minn ftehimiet kollettivi li jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema sabiex iwettqu x-xogħol li huma impjegati għalih, huwa importanti li jiġi żgurat li tali taħriġ ikun ipprovdut b'mod ekwu, inklużi għal dawk f'forom ta' impjieg mhux standard. L-ispejjeż ta' dan it-taħriġ m'għandhomx jitħallsu mill-ħaddiem u lanqas ma għandhom jinżammu jew jitnaqqsu mir-remunerazzjoni tal-ħaddiem.

(26)  Meta l-impjegaturi jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni jew minn ftehimiet kollettivi jew regoli interni li jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema sabiex iwettqu x-xogħol li huma impjegati għalih, huwa importanti li jiġi żgurat li tali taħriġ ikun ipprovdut b'mod ekwu u mingħajr diskriminazzjoni, inklużi għal dawk f'forom ta' impjieg mhux standard. L-ispejjeż ta' dan it-taħriġ m'għandhomx jitħallsu mill-ħaddiem u lanqas ma għandhom jinżammu jew jitnaqqsu mir-remunerazzjoni tal-ħaddiem. Jenħtieġ li t-taħriġ isir waqt il-ħinijiet tax-xogħol.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Is-sħab soċjali jistgħu jikkunsidraw li f'setturi jew f'sitwazzjonijiet speċifiċi dispożizzjonijiet differenti jkunu iktar xierqa, sabiex jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva, milli l-istandards minimi stabbiliti fil-Kapitolu Tlieta ta' din id-Direttiva. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu lis-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi li jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dak il-kapitolu, dment li ma jitnaqqasx il-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema.

(27)  Is-sħab soċjali jistgħu jikkunsidraw li f'setturi jew f'sitwazzjonijiet speċifiċi dispożizzjonijiet differenti jkunu iktar xierqa, sabiex jintlaħaq l-għan ta' din id-Direttiva, dment li dawn ikunu f'konformità sħiħa ma' din id-Direttiva u joffru protezzjoni ikbar. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu lis-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi li jimmodifikaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dak il-kapitolu, dment li jittejjeb u ma jitnaqqasx il-livell ġenerali tal-protezzjoni nondiskriminatorja tal-ħaddiema f'kull ċirkostanza.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)   Fl-Istati Membri li fihom hemm livell għoli ta' organizzazzjoni, kemm fost l-impjegati kif ukoll fost l-impjegaturi, u meta s-sħab soċjali fil-kapaċità tagħhom ta' rappreżentanti tal-ħaddiema u tal-impjegaturi jkollhom ir-responsabbiltà primarja biex jirregolaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol fis-suq tax-xogħol, jenħtieġ li s-sħab soċjali jkollhom awtorità sħiħa fir-rigward tal-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet kollettivi. Tali ftehimiet kollettivi konklużi li jirregolaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol u jagħtu lill-ħaddiema protezzjoni ġenerali jistgħu jiddevjaw mid-drittijiet minimi mogħtija minn din id-direttiva dment li l-għan tad-direttiva jitħares.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 27b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27b)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-eliminazzjoni tat-tipi kollha ta' diskriminazzjoni fir-rigward tal-aspetti kollha tar-remunerazzjoni u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg u irrispettivament mit-tip ta' kuntratt tal-ħaddiem.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-konsultazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali wriet il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħha. Fir-rigward tad-Direttiva 91/533/KEE41, l-evalwazzjoni REFIT ikkonfermat li mekkaniżmi msaħħa ta' infurzar jistgħu jtejbu l-effettività tagħha. Hija wriet li s-sistemi ta' rimedju bbażati biss fuq talbiet għal danni huma inqas effettivi minn sistemi li jipprovdu wkoll għal sanzjonijiet (bħal somom f'daqqa jew telf ta' permessi) għal impjegaturi li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet bil-miktub. Hija wriet ukoll li l-impjegati rari jfittxu rimedju matul ir-relazzjoni ta' impjieg, li jipperikola l-għan tad-dispożizzjoni tad-dikjarazzjoni bil-miktub li tiżgura li l-ħaddiema jkunu infurmati dwar il-karatteristiċi essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta' infurzar li jiżguraw jew l-użu ta' preżunzjonijiet favorevoli fejn ma tingħatax informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' impjieg, jew inkella l-użu ta' proċedura amministrattiva li biha l-impjegatur jista' jkun meħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni nieqsa u jkun suġġett għal sanzjoni f'każ li ma jagħmilx hekk. Dak ir-rimedju jenħtieġ li jkun soġġett għal proċedura li biha l-impjegatur jiġi notifikat li jkun hemm informazzjoni li tkun nieqsa u li għandu 15-il jum sabiex jipprovdi l-informazzjoni sħiħa u korretta.

(28)  Il-konsultazzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali wriet il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-effettività tagħha. Fir-rigward tad-Direttiva 91/533/KEE, l-evalwazzjoni REFIT41 ikkonfermat li mekkaniżmi msaħħa ta' infurzar jistgħu jtejbu l-effettività tagħha. Hija wriet li s-sistemi ta' rimedju bbażati biss fuq talbiet għal danni huma inqas effettivi minn sistemi li jipprovdu wkoll għal sanzjonijiet (bħal somom f'daqqa jew telf ta' permessi) għal impjegaturi li ma jagħmlux dikjarazzjonijiet bil-miktub. Hija wriet ukoll li l-impjegati rari jfittxu rimedju matul ir-relazzjoni ta' impjieg, li jipperikola l-għan tad-dispożizzjoni tad-dikjarazzjoni bil-miktub li tiżgura li l-ħaddiema jkunu infurmati dwar il-karatteristiċi essenzjali tar-relazzjoni ta' impjieg tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu introdotti dispożizzjonijiet ta' infurzar li jiżguraw jew l-użu ta' preżunzjonijiet favorevoli fejn ma tingħatax informazzjoni dwar ir-relazzjoni ta' impjieg, u ta' proċedura amministrattiva li biha l-impjegatur jista' jkun meħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni nieqsa u jkun suġġett għal sanzjoni f'każ li ma jagħmilx hekk. Dak ir-rimedju jenħtieġ li jkun soġġett għal proċedura li biha l-impjegatur jiġi notifikat li jkun hemm informazzjoni li tkun nieqsa u li għandu 15-il jum sabiex jipprovdi l-informazzjoni sħiħa u korretta.

__________________

__________________

41 SWD(2017)205 final, p. 26.

41 SWD(2017)205 final, p. 26.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Mid-Direttiva 91/533/KEE fl-Unjoni ġiet adottata sistema estensiva ta' dispożizzjonijiet ta' infurzar għall-acquis soċjali, partikolarment fl-oqsma ta' kontra d-diskriminazzjoni u tal-opportunitajiet indaqs, li l-elementi tagħha jenħtieġ li jiġu applikati għal din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkollhom aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat, li jirrifletti l-Prinċipju 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

(29)  Mid-Direttiva 91/533/KEE fl-Unjoni ġiet adottata sistema estensiva ta' dispożizzjonijiet ta' infurzar għall-acquis soċjali, partikolarment fl-oqsma ta' kontra d-diskriminazzjoni u tal-opportunitajiet indaqs; jenħtieġ li din is-sistema tiġi applikata b'mod sħiħ għal din id-Direttiva sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema, kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, ikollhom aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiva u imparzjali u dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat, li jirrifletti l-Prinċipju 7 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ ukoll li jiġi kkunsidrat b'mod urġenti li jitwessgħu dawn id-dispożizzjonijiet ta' infurzar għall-kwistjonijiet kollha relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  Peress li l-infurzar tar-regoli tal-Unjoni Ewropea huwa importanti għall-Ewropej, sistema robusta, effiċjenti u effettiva hija meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri japplikaw bis-sħiħ, jimplimentaw u jinfurzaw id-dritt tal-UE u jipprovdu rimedju adegwat. B'mod partikolari fil-każ ta' sensji kollettivi, jenħtieġ li l-ħaddiema jibbenefikaw minn tali sistema. Għalhekk jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lit-trade unionsifittxu azzjonijiet rappreżentattivi mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-ħaddiema.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 33b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33b)  L-oneru tal-prova li ma kienx hemm relazzjoni ta' impjieg jenħtieġ li jaqa' fuq il-persuna fiżika jew ġuridika identifikabbli bħala l-impjegatur abbażi tas-supremazija tal-fatti.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 33c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33c)  Persuni li jirrapportaw sitwazzjonijiet ta' ksur tad-drittijiet mogħtija taħt din id-Direttiva, jenħtieġ li jiġu protetti b'mod sħiħ mir-regoli Ewropej attwali u futuri rigward il-protezzjoni tal-informaturi.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)  Ix-xogħol irid ikun strutturat skont l-għanijiet ekonomiċi individwali u kollettivi tiegħu, iżda wkoll bħala strument li permezz tiegħu il-ħaddiem jikseb sodisfazzjon personali bħala bniedem.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 36b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36b)  Sa dan il-punt, ix-xogħol jakkwista dimensjoni personali u individwali, kif ukoll dimensjoni kollettiva u soċjali.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva l-Istati Membri jenħtieġ li jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'tali mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. L-Istati Membri huma għalhekk mistiedna sabiex jevalwaw l-impatt tal-att ta' traspożizzjoni tagħhom fuq l-SMEs biex jiżguraw li l-SMEs ma jiġux affettwati b'mod sproporzjonat, b'attenzjoni speċifika għall-mikrointrapriżi u għall-piż amministrattiv, u biex jippubblikaw ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet.

imħassar

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, meta s-sħab soċjali jitolbu b'mod konġunt sabiex jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba skont din id-Direttiva.

(38)  L-Istati Membri jenħtieġ li jinkarigaw lis-sħab soċjali bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, meta s-sħab soċjali jitolbu b'mod konġunt sabiex jagħmlu dan u dment li l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li fi kwalunkwe mument jistgħu jiggarantixxu r-riżultati mitluba skont din id-Direttiva.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol billi tippromwovi impjiegi iktar siguri u prevedibbli filwaqt li tiżgura adattabbiltà fis-suq tax-xogħol.

1.  L-għan ta' din id-Direttiva huwa li ttejjeb il-kondizzjonijiet tax-xogħol billi tippromwovi impjiegi iktar siguri, trasparenti, ċari, informati u prevedibbli filwaqt li tiżgura adattabbiltà fis-suq tax-xogħol u l-applikazzjoni effiċjenti u mhux diskriminatorja tal-liġi.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi drittijiet minimi li japplikaw għal kull ħaddiem fl-Unjoni.

2.  Din id-Direttiva tistabbilixxi drittijiet minimi li japplikaw għal kull ħaddiem fl-Unjoni. Dawn id-drittijiet minimi japplikaw għal kull persuna li tkun ħaddiem de facto irrispettivament mill-istatus formali tagħha jew mill-eżistenza ta' kuntratt ta' impjieg bil-miktub, fis-settur pubbliku jew f'dak privat fl-Unjoni Ewropea.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi f'din id-Direttiva għal ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' impjieg ta' 8 sigħat jew inqas b'kollox f'perjodu ta' referenza ta' xahar. Il-ħin maħdum mal-impjegaturi kollha li jiffurmaw jew jappartjenu għall-istess intrapriża, grupp jew entità għandu jingħadd ma' dak il-perjodu ta' 8 sigħat.

imħassar

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-paragrafu 3 ma għandux japplika għal relazzjoni ta' impjieg fejn l-ebda ammont garantit ta' xogħol imħallas ma jkun stabbilit minn qabel qabel jibda l-impjieg.

imħassar

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema persuni huma responsabbli għat-twettiq tal-obbligi għall-impjegaturi stabbiliti b'din id-Direttiva dment li dawk l-obbligi kollha jkunu ssodisfati. Huma jistgħu wkoll jiddeċiedu li dawk l-obbligi kollha jew parti minnhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/104/KE.

5.  L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema persuni huma responsabbli għat-twettiq tal-obbligi għall-impjegaturi stabbiliti b'din id-Direttiva dment li dawk l-obbligi kollha jkunu ssodisfati. Huma jistgħu wkoll jiddeċiedu li dawk l-obbligi kollha jew parti minnhom jiġu assenjati lil persuna fiżika jew ġuridika li ma tkunx parti mir-relazzjoni ta' impjieg. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/104/KE. Meta persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar tkun jew ikunu direttament jew indirettament parti f'relazzjoni ta' impjieg ma' ħaddiem, huma għandhom ikunu responsabbli in solidum skont l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva, kif jixraq u bis-sħiħ.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 u fl-Artikolu 14(a) għal persuni fiżiċi li jappartjenu f'unità domestika fejn ikun qed isir xogħol għal dik l-unità domestika.

imħassar

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Il-Kapitolu II ta' din id-Direttiva japplika għall-baħħara u għas-sajjieda mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159, rispettivament.

7.  Din id-Direttiva tapplika għall-baħħara u għas-sajjieda fuq il-baħar, b'kont meħud tal-kondizzjonijiet speċifiċi tas-settur, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159, jew kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-Unjoni li tkun aktar speċifika u tagħti livell ogħla ta' protezzjoni lill-baħħara u lis-sajjieda.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "ħaddiem" tfisser persuna naturali li għal ċertu perjodu ta' żmien twettaq servizzi għal persuna oħra u taħt id-direzzjoni tagħha għal remunerazzjoni;

(a)  "ħaddiem" tfisser persuna naturali li twettaq servizzi għal persuna oħra u taħt id-direzzjoni ta' impjegatur għal remunerazzjoni;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "impjegatur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar li hija jew huma direttament jew indirettament parti mir-relazzjoni ta' impjieg ma' ħaddiem;

(b)  "impjegatur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika waħda jew iktar (pjattaforma virtwali jew mod ieħor) li jimpjega(w) is-servizzi ta' ħaddiem wieħed jew aktar u li hija jew huma direttament jew indirettament parti mir-relazzjoni ta' impjieg ma' mill-inqas ħaddiem wieħed;

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "sigħat u jiem ta' referenza" tfisser slots ta' ħin f'jiem speċifiċi li matulhom ix-xogħol jista' jsir fuq talba tal-impjegatur.

(e)  "sigħat u jiem ta' referenza" tfisser skedi, xiftijiet u kwalunkwe slot ta' ħin f'jiem speċifiċi li matulhom ix-xogħol jista' jsir;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e a)  "perjodu ta' prova" tfisser perjodu limitat ta' żmien miftiehem minn qabel fil-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg, li matulu ħaddiem jiġi mgħallem u l-prestazzjoni tiegħu tiġi mmonitorjata mill-qrib sabiex jiġu vvalutati l-kapaċitajiet tiegħu jew tagħha u li għalihom għanijiet ċari ta' prestazzjoni huma definiti minn qabel u li fih tista' tiġi tterminata r-relazzjoni tal-impjieg fi kwalunkwe ħin.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi jkunu meħtieġa li jinfurmaw lill-ħaddiema dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tal-impjieg.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi jkunu meħtieġa li jinfurmaw lill-ħaddiema dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tal-impjieg u li l-ħaddiema jkollhom id-dritt li jitolbu tali informazzjoni.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi tal-inqas:

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-identitajiet tal-partijiet fir-relazzjoni ta' impjieg;

(a)  l-identitajiet tal-partijiet fir-relazzjoni ta' impjieg inkluż tal-inqas l-ismijiet sħaħ, l-indirizzi u, jekk applikabbli, ir-rappreżentanti legali;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  fil-każ ta' relazzjoni ta' impjieg temporanju, id-data tat-tmiem jew id-durata mistennija tiegħu;

(e)  fil-każ ta' relazzjoni ta' impjieg temporanju, id-data tat-tmiem jew id-durata mistennija tiegħu, l-isem tal-intrapriża utenti fil-każ ta' ħaddiema temporanji permezz ta' aġenzija kif ukoll it-tabella tas-salarji tal-impriża tal-utent sabiex tiġi prevista paga ugwali;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  kwalunkwe intitolament għal taħriġ ipprovdut mill-impjegatur;

(g)  kwalunkwe intitolament għal taħriġ ipprovdut mill-impjegatur jekk ikun obbligat jipprovdih skont il-liġi, taħt it-termini tal-ftehimiet kollettivi, jew f'konformità mal-politika ta' taħriġ ġenerali tal-impjegatur;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-proċedura, li tinkludi t-tul tal-perjodu ta' avviż, li trid tiġi osservata mill-impjegatur u mill-ħaddiem jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom tintemm jew, meta t-tul tal-perjodu ta' avviż ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-metodu sabiex jiġi determinat dak il-perjodu ta' avviż;

(i)  il-proċedura, li tinkludi t-tul tal-perjodu ta' avviż, li trid tiġi osservata mill-impjegatur u mill-ħaddiem jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom tintemm jew, meta t-tul tal-perjodu ta' avviż ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-metodu sabiex jiġi determinat dak il-perjodu ta' avviż kif ukoll ir-rekwiżiti għall-avviż ta' terminazzjoni, il-limiti ta' żmien għall-infurzar tal-pretensjonijiet, li għandhom jinkludu skadenzi għat-tressiq ta' rikors li jikkontesta sensja jew għall-kumpens għal inċidenti/korrimenti fuq il-post tax-xogħol u kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema;

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-ammont bażiku inizjali, kwalunkwe element ta' komponenti oħrajn, il-frekwenza u l-metodu ta' ħlas tar-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha;

(j)  l-ammont bażiku inizjali, kwalunkwe element ta' komponenti oħrajn indikat, separatament, bħal ħlas ta' sahra, bonusijiet u intitolamenti oħrajn, bħall-ħlas matul mard, l-ammont ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallas mill-impjegatur, il-frekwenza u l-metodu ta' ħlas tar-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha;

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt l – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  il-kondizzjonijiet u l-livell ta' kumpens finanzjarju fil-każ ta' kanċellazzjoni ta' xogħol mill-impjegatur.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m)  kwalunkwe ftehim kollettiv li jirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem; fil-każ ta' ftehimiet kollettivi konklużi barra n-negozju minn korpi jew istituzzjonijiet konġunti speċjali, l-isem tal-korp kompetenti jew tal-istituzzjoni konġunta li fi ħdanha ġew konklużi l-ftehimiet;

(m)  kwalunkwe ftehim kollettiv li jirregola l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem kif ukoll il-limiti ta' żmien stabbiliti fil-ftehimiet kollettivi għal pretensjonijiet derivati minn dawk il-ftehimiet; fil-każ ta' ftehimiet kollettivi konklużi barra n-negozju minn korpi jew istituzzjonijiet konġunti speċjali, l-isem tal-korp kompetenti jew tal-istituzzjoni konġunta li fi ħdanha ġew konklużi l-ftehimiet, u l-perjodi ta' limitu jekk ikun hemm minnhom;

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  kwalunkwe limitu ta' żmien biex jiġu infurzati l-pretensjonijiet kontra l-impjegatur;

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt nb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(nb)  kwalunkwe benefiċċju in natura li l-impjegatur jipprovdi għall-ħaddiem;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt nc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(nc)  kwalunkwe kategorizzazzjoni fi skema ta' ħlas ġenerali;

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(f) sa (k) u (n) tista', fejn xieraq, tingħata f'forma ta' referenza għal-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew ftehimiet kollettiv li jirregolaw dawk il-punti partikolari.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(f) sa (k) u (n) għandha tkun akkumpanjata minn referenza għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew ftehimiet kollettivi li jirregolaw dawk il-punti partikolari.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) m'għandhiex tiġi interpretata bħala dikjarazzjoni ta' aċċettazzjoni mill-ħaddiem.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata individwalment lill-ħaddiem fil-forma ta' dokument sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tar-relazzjoni ta' impjieg. Dak id-dokument jista' jiġi pprovdut u trażmess b'mod elettroniku dment li jkun aċċessibbli faċilment mill-ħaddiem u jista' jinħażen u jiġi stampat.

1.  L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) għandha tingħata individwalment lill-ħaddiem fil-forma ta' dokument tal-karta l-aktar kmieni possibbli u, fejn applikabbli, il-waqt meta jiġi ffirmat il-kuntratt tax-xogħol u qabel l-ewwel jum tar-relazzjoni ta' impjieg. Fuq talba tal-ħaddiem dak id-dokument għandu jiġi pprovdut u trażmess b'mod elettroniku f'format li jista' jinħażen u jiġi stampat, b'konferma tar-riċevuta. Din l-informazzjoni għandha tirrapreżenta avviż mill-impjegatur dwar il-kondizzjonijiet ta' impjieg miftiehma. L-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni bil-miktub tal-aċċettazzjoni tal-kondizzjonijiet tax-xogħol miftiehma għandha tkun tal-inqas ġimgħa qabel ma jibda l-impjieg.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Id-dokument għandu jiġi pprovdut fl-istess waqt lir-rappreżentant tal-ħaddiema u lill-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni soċjali.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw formoli u mudelli għad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħmluhom għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, inkluż billi jagħmluhom disponibbli fuq sit web nazzjonali uffiċjali uniku u permezz ta' mezzi xierqa oħrajn.

2.  L-Istati Membri, wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u s-sħab soċjali, għandhom jiżviluppaw formoli u mudelli għad-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 u jagħmluhom għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema u tal-impjegaturi, inkluż billi jagħmluhom disponibbli fuq sit web nazzjonali uffiċjali uniku u permezz ta' mezzi xierqa oħrajn. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tassisti lill-Istati Membri jipproduċu dawn il-formoli jew mudelli sabiex jevitaw kwalunkwe diskrepanza fil-kontenut bejn l-Istati Membri varji.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-qafas legali applikabbli li għandhom jiġu kkomunikati mill-impjegaturi ssir b'mod ġenerali disponibbli mingħajr ħlas b'mod ċar, trasparenti, komprensiv u faċilment aċċessibbli mill-bogħod permezz ta' mezzi elettroniċi, inkluż permezz ta' portals online eżistenti għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi ġeneralment vinkolanti li kienu ġew iddikjarati universalment applikabbli li jirregolaw il-qafas legali applikabbli li għandhom jiġu kkomunikati mill-impjegaturi ssir b'mod ġenerali disponibbli mingħajr ħlas b'mod faċilment aċċessibbli mill-bogħod u b'mezzi elettroniċi, inkluż permezz ta' portals online eżistenti għaċ-ċittadini u n-negozji tal-Unjoni.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe bidla fl-aspetti tar-relazzjoni ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-informazzjoni addizzjonali għall-ħaddiema stazzjonati jew mibgħuta barra mill-pajjiż tal-Artikolu 6 għandha tiġi pprovduta fil-forma ta' dokument mill-impjegatur lill-ħaddiem mal-ewwel opportunità u mhux iktar tard mill-jum li fih issir effettiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe bidla fl-aspetti tar-relazzjoni ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-informazzjoni addizzjonali għall-ħaddiema stazzjonati jew mibgħuta barra mill-pajjiż tal-Artikolu 6 għandha tingħata fil-forma ta' dokument tal-karta mill-impjegatur lill-ħaddiem mal-ewwel opportunità u mhux iktar tard mill-jum li fih issir effettiva. Fuq talba tal-ħaddiem, id-dokument irid jiġi pprovdut u trażmess b'mod elettroniku bil-konferma tar-riċevuta kif stabbilit fl-Artikolu 4(1).

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ikun meħtieġ li jaħdem fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li mhux l-Istat Membru li fih jaħdem normalment, id-dokument imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandu jingħata qabel it-tluq tiegħu u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ikun meħtieġ li jaħdem fi Stat Membru jew f'pajjiż terz li mhux l-Istat Membru li fih jaħdem normalment, id-dokument imsemmi fl-Artikolu 4(1) għandu jingħata fi żmien perjodu raġonevoli qabel it-tluq tiegħu u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni addizzjonali li ġejja:

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-pajjiż jew il-pajjiżi li fihom se jitwettaq ix-xogħol barra mill-pajjiż u d-durata tiegħu;

(a)  il-post jew postijiet tax-xogħol eżatti fil-pajjiż/i li fihom se jitwettaq ix-xogħol barra mill-pajjiż u d-durata tiegħu, kif ukoll l-arranġamenti għall-possibbiltà li jittawwal jew jitqassar il-perjodu ta' xogħol;

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)  is-sigħat tax-xogħol, ir-regoli dwar il-festi pubbliċi u l-arranġamenti dwar it-taxxa u s-sigurtà fil-pajjiż li fih għandu jsir ix-xogħol;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b b)  isem is-superjur ġerarkiku dirett fil-post jew postijiet tax-xogħol fejn ikun se jsir ix-xogħol barra l-pajjiż u li l-ħaddiem stazzjonat jirrapporta lilu;

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  kwalunkwe bidliet fl-arranġamenti tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali għall-perjodu li matulu għandu jsir ix-xogħol barra l-pajjiż;

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  kwalunkwe arranġament għat-titwil jew it-tqassir possibbli tal-perjodu tax-xogħol;

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk il-ħaddiem mibgħut barra mill-pajjiż ikun ħaddiem stazzjonat kopert bid-Direttiva 96/71/KE, huwa għandu jiġi nnotifikat ukoll dwar:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk il-ħaddiem mibgħut barra mill-pajjiż ikun ħaddiem stazzjonat kopert bid-Direttiva 96/71/KE, huwa għandu jiġi nnotifikat ukoll kif stabbilit fl-Artikolu 4(1):

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha skont il-liġi applikabbli tal-Istat Membru ospitanti;

(a)  il-kondizzjonijiet tal-impjieg skont l-Artikolu 3.1 tad-Direttiva 91/71/KE inkluża r-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha skont il-liġi applikabbli tal-Istat Membru ospitanti;

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) u 2(a) tista', fejn xieraq, tingħata f'forma ta' referenza għal-liġijiet, ir-regolamentazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw dawk il-punti partikolari.

3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) u 2(a) għandha tingħata bil-miktub b'mod ċar u għandha tinkludi referenza għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi jew statutorji jew il-ftehimiet kollettivi li jirregolaw dawk il-punti partikolari u għandha tkun disponibbli jew tiġi tradotta f'lingwa li l-ħaddiema stazzjonati jkunu jistgħu jifhmuha.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sakemm l-Istati Membri ma jipprevedux mod ieħor, il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk id-durata ta' kull perjodu tax-xogħol barra mill-Istat Membru li fih jaħdem normalment il-ħaddiem tkun ta' erba' ġimgħat konsekuttivi jew inqas.

imħassar

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta relazzjoni ta' impjieg tkun soġġetta għal perjodu ta' probazzjoni, dak il-perjodu ma għandux jaqbeż is-sitt xhur, inkluż kwalunkwe estensjoni.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta relazzjoni ta' impjieg tkun soġġetta għal perjodu ta' prova, dak il-perjodu ma għandux jaqbeż it-tliet xhur.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodi ta' probazzjoni itwal f'każijiet fejn dan ikun iġġustifikat min-natura tal-impjieg jew ikun fl-interess tal-ħaddiem.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu perjodi ta' prova itwal, sa sitt xhur, f'każijiet meta dan ikun iġġustifikat b'mod xieraq min-natura tal-impjieg, il-ħiliet, il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew ikun fl-interess tal-ħaddiem.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Perjodu ta' prova ma għandux ixekkel l-akkumulazzjoni ta' drittijiet.

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Impjieg b'mod parallel

Impjieg ma' impjegaturi oħra

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Madankollu, l-impjegaturi jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet ta' inkompatibbiltà fejn dawn ir-restrizzjonijiet ikunu ġġustifikati minn raġunijiet leġittimi bħall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju jew l-evitar ta' kunflitti ta' interess.

2.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet ta' inkompatibbiltà fejn dawn ir-restrizzjonijiet ikunu ġġustifikati minn raġunijiet leġittimi bħall-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju jew l-evitar ta' kunflitti ta' interess. L-impjegaturi ma jistgħux jistabbilixxu l-kondizzjonijiet ta' inkompatibbiltà b'mod unilaterali.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-iskeda tax-xogħol ta' ħaddiem tkun kompletament jew fil-biċċa l-kbira varjabbli u determinata kompletament jew fil-biċċa l-kbira mill-impjegatur, l-impjegatur jista' jirrikjedi biss li l-ħaddiem jaħdem:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impjegatur ikun jista' jimmodifika l-mudell tas-sigħat normali tax-xogħol biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk ix-xogħol isir f'sigħat ta' referenza u f'jiem ta' referenza ddeterminati minn qabel, stabbiliti bil-miktub fil-bidu tar-relazzjoni ta' impjieg, skont l-Artikolu 3(2)(l)(i), u

(a)  il-modifika hija ġġustifikata għal raġunijiet oġġettivi relatati mat-tip ta' xogħol;

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk il-ħaddiem ikun infurmat mill-impjegatur tiegħu dwar l-assenjament ta' xogħol f'perjodu raġonevoli minn qabel, skont l-Artikolu 3(2)(l)(ii).

(b)  il-ħaddiem ikun infurmat dwar il-mudell tas-sigħat tax-xogħol normali għall-ġimgħa rispettiva mill-inqas ġimagħtejn bil-quddiem, ħlief f'każijiet ta' emerġenza;

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-modifika ma tkunx f'kunflitt ma' kwalunkwe interess leġittimu tal-ħaddiem;

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  il-modifika ma tkun f'kunflitt ma' ebda ftehim ieħor;

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal kull relazzjoni ta' impjieg, it-tul u l-mudell tal-ħin normali tax-xogħol ikunu determinati b'mod ċar. L-impjegaturi għandhom iħallsu premium għas-sahra.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jkollhom mill-inqas sitt xhur esperjenza ta' xogħol mal-istess impjegatur, fejn disponibbli, jistgħu jitolbu forma ta' impjieg b'kondizzjonijiet tax-xogħol iktar prevedibbli u siguri.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jkollhom mill-inqas sitt xhur esperjenza ta' xogħol mal-istess impjegatur, fejn disponibbli, jistgħu jibdlu għal forma ta' impjieg b'kondizzjonijiet tax-xogħol iktar prevedibbli u siguri. Il-ħin maħdum mal-istess intrapriża, grupp jew entità jew persuna fiżika jew ġuridika għandu jgħodd għal dak il-perjodu ta' sitt xhur.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-impjegatur għandu jipprovdi tweġiba bil-miktub fi żmien xahar mit-talba. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi li jaġixxu bħala impjegaturi u intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dik l-iskadenza tiġi estiża għal mhux iktar minn tliet xhur u jippermettu li tingħata risposta bil-fomm għal talba sussegwenti simili mressqa mill-istess ħaddiem jekk il-ġustifikazzjoni għat-tweġiba fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-ħaddiem tibqa' l-istess.

2.  L-impjegatur għandu ġenwinament iqis il-konverżjoni u jipprovdi tweġiba bil-miktub sostanzjata kif jixraq fi żmien xahar mill-applikazzjoni. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi li jaġixxu bħala impjegaturi u intrapriżi mikro, żgħar jew ta' daqs medju, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li dik l-iskadenza tiġi estiża għal mhux iktar minn xahar addizzjonali. Fin-nuqqas ta' tweġiba għat-talba għal konverżjoni fi żmien xahar, il-konverżjoni tiġi preżunta li daħlet fis-seħħ mill-ewwel jum wara dan il-perjodu. Jekk l-applikazzjoni tiġi rrifjutata, il-korrettezza tar-raġunijiet trid tiġi soġġetta għal rieżami.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija tax-xogħol temporanju li jkunu ġew assenjati lill-istess intrapriża utenti li jaħdmu temporanjament taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħha għal mill-inqas sitt xhur iridu jiġu impjegati bħala parti mill-forza tax-xogħol permanenti tal-impriża utenti.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi rilevanti jkunu jirrikjedu li l-impjegaturi jipprovdu t-taħriġ lill-ħaddiema sabiex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol li jiġu impjegati għalih, dan it-taħriġ għandu jingħata lill-ħaddiem mingħajr ħlas.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew dik nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi rilevanti jkunu jirrikjedu li l-impjegaturi jipprovdu kwalunkwe taħriġ jew edukazzjoni lill-ħaddiema sabiex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol li jiġu impjegati għalih, tali taħriġ jew edukazzjoni għandhom jingħataw lill-ħaddiem mingħajr ħlas.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema jkunu intitolati għal ammont minimu ta' taħriġ matul il-ħinijiet tax-xogħol ekwivalenti għal mill-inqas l-ammont ta' ġimgħa tax-xogħol normali waħda kull sena.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-ħaddiem għandu jibqa' jiġi rimunerat, daqslikieku kien qiegħed jaħdem.

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta dan ikun possibbli, it-taħriġ għandu jsir waqt il-ħinijiet tax-xogħol normali. Fil-każijiet kollha, il-ħin użat għat-taħriġ għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema jkunu intitolati għal leave edukattiv bi ħlas.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Trattament ugwali

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipji ta' paga ugwali u ta' termini u kondizzjonijiet ugwali jkunu japplikaw għall-ħaddiema kollha u jiżguraw f'dan ir-rigward l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kollha, irrispettivament mill-istatus tal-impjieg.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li s-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi, f'konformità mal-liġi jew mal-prattika nazzjonali, li, filwaqt li jirrispettaw il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema, jistabbilixxu arranġamenti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jkunu differenti minn dawk imsemmija fl-Artikoli 7 sa 11.

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li s-sħab soċjali jikkonkludu ftehimiet kollettivi, f'konformità mal-liġi jew mal-prattika nazzjonali, li, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema u jiżguraw li l-istandards minimi stabbiliti f'din id-Direttiva ma jiġux ostakolati, jistabbilixxu arranġamenti dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jkunu differenti iżda m'għandhomx ikunu inqas minn dawk imsemmija fl-Artikoli 7 sa 11.

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet li jmorru kontra din id-Direttiva fi ftehimiet individwali jew kollettivi, regoli interni ta' intrapriżi, jew kwalunkwe arranġament ieħor għandhom jiġu ddikjarati nulli jew jiġu emendati sabiex jagħmluhom konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Id-dispożizzjonijiet li jmorru kontra din id-Direttiva u inqas ta' benefiċċju għall-ħaddiem fi ftehimiet individwali jew kollettivi, regoli interni ta' intrapriżi, jew kwalunkwe arranġament ieħor huma nulli u bla effett u għandhom jiġu emendati sabiex għall-inqas jagħmluhom konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ma jkunx irċieva fil-ħin id-dokumenti kollha, jew parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 5, jew fl-Artikolu 6, u l-impjegatur naqas milli jirrettifika dik l-omissjoni fi żmien 15-il jum min-notifika tagħha, għandha tapplika waħda mis-sistemi li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta ħaddiem ma jkunx irċieva fil-ħin id-dokumenti kollha, jew parti minnhom, imsemmija fl-Artikolu 4(1), fl-Artikolu 5, jew fl-Artikolu 6, għandha tapplika waħda mis-sistemi li ġejjin:

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ħaddiem għandu jibbenefika minn preżunzjonijiet favorevoli definiti mill-Istat Membru. Meta l-informazzjoni pprovduta ma tinkludix l-informazzjoni msemmija fil-punti (e), (f), (k) jew (l) tal-Artikolu 3(2), il-preżunzjonijiet favorevoli għandhom jinkludu preżunzjoni li l-ħaddiem ikollu relazzjoni ta' impjieg miftuħa, li ma hemm ebda perjodu ta' probazzjoni jew li l-ħaddiem għandu pożizzjoni full-time, rispettivament. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jirribattu l-preżunzjonijiet; or

(a)  il-ħaddiem għandu jibbenefika minn preżunzjonijiet favorevoli, li l-Istat Membru għandu l-obbligu li jiddefinixxihom. Meta l-informazzjoni pprovduta ma tinkludix l-informazzjoni msemmija fil-punti (e), (f), (k) jew (l) tal-Artikolu 3(2), il-preżunzjonijiet favorevoli rrappurtati mill-ħaddiem għandhom japplikaw kif miftiehem u għandhom jinkludu preżunzjoni li l-ħaddiem ikollu relazzjoni ta' impjieg miftuħa, li ma hemm ebda perjodu ta' prova u li l-ħaddiem għandu pożizzjoni full-time, rispettivament. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jirribattu l-preżunzjonijiet; u

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-ħaddiem għandu jkollu l-possibbiltà li jressaq ilment lill-awtorità kompetenti fi żmien xieraq. Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-ilment ikun iġġustifikat, hija għandha tordna lill-impjegatur(i) rilevanti sabiex jipprovdi/u l-informazzjoni nieqsa. Jekk l-impjegatur ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa fi żmien 15-il jum wara li jirċievi l-ordni, l-awtorità għandha tkun tista' timponi penali amministrattiva xierqa, anke jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tkun intemmet. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jressqu appell amministrattiv kontra d-deċiżjoni li tiġi imposta penali. L-Istati Membri jistgħu jaħtru korpi eżistenti bħala l-awtoritajiet kompetenti.

(b)  il-ħaddiem għandu jkollu l-possibbiltà li jressaq ilment lill-awtorità kompetenti fi żmien xieraq. Jekk l-awtorità kompetenti ssib li l-ilment ikun iġġustifikat, hija għandha tordna lill-impjegatur(i) rilevanti sabiex jipprovdi/u l-informazzjoni nieqsa. Jekk l-impjegatur ma jipprovdix l-informazzjoni nieqsa fi żmien 15-il jum wara li jirċievi l-ordni, l-awtorità għandha tkun tista' timponi penali dissważiva u obbligatorja prestabbilita xierqa, anke jekk ir-relazzjoni ta' impjieg tkun intemmet. L-impjegaturi għandu jkollhom il-possibbiltà li jressqu appell amministrattiv kontra d-deċiżjoni li tiġi imposta penali. L-Istati Membri jistgħu jaħtru korpi eżistenti bħala l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Is-supremazija tal-fatti

 

Id-determinazzjoni tal-eżistenza ta' relazzjoni ta' impjieg għandha tkun iggwidata mill-fatti relatati mat-twettiq effettiv tax-xogħol u mhux abbażi ta' kif il-partijiet jiddeskrivu r-relazzjoni.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri meħtieġa sabiex jipproteġu lill-ħaddiema, inklużi l-ħaddiema li jkunu rappreżentanti tal-impjegati, minn kull trattament negattiv min-naħa tal-impjegatur jew minn konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn ilment imressaq lill-impjegatur jew minn kwalunkwe proċeduri legali mibdija bil-għan li tiġi infurzata l-konformità mad-drittijiet previsti f'din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jintroduċu l-miżuri meħtieġa kollha, fost l-oħrajn penali dissważivi u obbligatorji prestabbiliti, sabiex jipproteġu lill-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-istatus legali jew formali tagħhom, inklużi ħaddiema li jkunu rappreżentanti tal-impjegati jew tat-trade unions, minn kull trattament negattiv min-naħa tal-impjegatur jew minn konsegwenzi negattivi li jirriżultaw minn ilment imressaq lill-impjegatur jew minn kwalunkwe proċeduri legali mibdija bil-għan li tiġi infurzata l-konformità ma' dawn id-drittijiet.

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Persuni li jirrapportaw sitwazzjonijiet ta' ksur tad-drittijiet mogħtija taħt din id-Direttiva, għandhom jiġu protetti b'mod sħiħ mil-leġiżlazzjoni Ewropea rigward il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw ksur tad-dritt tal-Unjoni.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu s-sensja jew l-ekwivalenti tagħha u t-tħejjijiet kollha għas-sensja tal-ħaddiema, minħabba li huma eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu, u jiddikjaraw bħala legalment ineffettivi s-sensja jew l-ekwivalenti tagħha u t-tħejjijiet kollha għas-sensja jew detrimenti oħra jew trattamenti inqas favorevoli tal-ħaddiema, minħabba li huma eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva. L-impjegatur għandu jipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar ir-raġunijiet tas-sensja, inkella s-sensja għandha titqies bħala ineffettiva mil-lat ġuridiku. Il-miżuri meħtieġa għandhom jinkludu wkoll id-dritt ta' ingaġġ mill-ġdid u kumpens.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Ħaddiema li jikkunsidraw li ġew imkeċċija, jew li kienu soġġetti għal miżuri b'effett ekwivalenti, minħabba li eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva jistgħu jitolbu li l-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għas-sensja jew l-ekwivalenti tagħha. L-impjegatur għandu jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub.

2.  Ħaddiema li jikkunsidraw li ġew imkeċċija, jew li kienu soġġetti għal miżuri b'effett ekwivalenti, minħabba li eżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva jistgħu jitolbu li l-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għas-sensja jew l-ekwivalenti tagħha. L-impjegatur għandu jipprovdi dawk ir-raġunijiet bil-miktub. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data ta' skadenza għat-tressiq ta' rikors għal kontestazzjoni ta' tkeċċija tiġi sospiża dment li l-ħaddiem ma jkunx irċieva ġustifikazzjoni bil-miktub mill-impjegatur.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, meta l-ħaddiema msemmija fil-paragrafu 2 jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li jista' jiġi preżunt minnhom li kien hemm sensja ta' dan it-tip jew l-ekwivalenti tagħha, għandu jkun il-konvenut li juri li s-sensja kienet ibbażata fuq raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, meta l-ħaddiema msemmija fil-paragrafu 2 jistabbilixxu, quddiem qorti jew awtorità kompetenti oħra, fatti li jista' jiġi preżunt minnhom li kien hemm sensja ta' dan it-tip jew l-ekwivalenti tagħha, għandu jkun il-konvenut li juri li s-sensja kienet ibbażata fuq raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1. Sensja ma għandhiex tidħol fis-seħħ sakemm il-kwistjoni tkun ġiet riżolta.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-Istati Membri għandhom jippermettu lit-trade unions ifittxu azzjonijiet rappreżentattivi mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-ħaddiema fir-rigward ta' din id-direttiva li jikkorrispondu mar-regoli tad-Direttiva 2009/22/KE.1a

 

__________________

 

1a għandha titħassar minn 2018/0089(COD); Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.  Jekk l-impjegatur jonqos milli jipprovdi raġunijiet sostanzjati għas-sensja jew l-ekwivalenti tagħha f'konformità mal-Artikolu 17(2), għandu jiġi preżunt li l-ħaddiem ingħata s-sensja minħabba li eżerċita d-drittijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

L-oneru tal-prova tal-eżistenza tar-relazzjoni ta' impjieg

 

L-oneru tal-prova li ma kienx hemm relazzjoni ta' impjieg għandu jaqa' fuq il-persuna fiżika jew ġuridika identifikabbli bħala l-impjegatur.

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ dwar id-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn jistgħu jieħdu l-forma ta' multa. Jistgħu jinkludu wkoll ħlas ta' kumpens.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet rilevanti diġà fis-seħħ dwar id-drittijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawn għandhom ukoll jieħdu l-forma ta' multa u jinkludu ħlas ta' kumpens xieraq u mill-inqas proporzjonali.

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fi ħdan l-Istati Membri.

1.  Din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fi ħdan l-Istati Membri. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma tridx tikkostitwixxi raġuni għal xi rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà tipprevali f'kull Stat Membru u fir-rigward tal-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema u fl-oqsma li għalihom tkun applikabbli.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a.  L-Istati Membri huma meħtieġa jtejbu progressivament il-livell ta' protezzjoni tal-ħaddiema fil-qasam regolatorju li jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u f'konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Karta Soċjali Ewropea.

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Il-faċilitazzjoni tal-ilmenti

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom il-ħaddiema jkunu jistgħu jippreżentaw ilmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, direttament jew permezz ta' partijiet terzi nominati mill-Istati Membri bħat-trade unions jew assoċjazzjonijiet oħra jew awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta dan ikun previst b'leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għar-relazzjonijiet ta' impjieg eżistenti minn [data tad-dħul fis-seħħ + sentejn]. Madankollu, l-impjegaturi għandhom jipprovdu jew jikkomplementaw id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 biss fuq talba ta' ħaddiem. In-nuqqas ta' tali talba ma għandux ikollu l-effett li jeskludi lill-ħaddiema mid-drittijiet minimi stabbiliti skont din id-Direttiva.

Id-drittijiet u l-obbligi stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għar-relazzjonijiet ta' impjieg eżistenti minn [data tad-dħul fis-seħħ + sentejn].

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [data tad-dħul fis-seħħ + 8 snin], il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni u filwaqt li tqis l-impatt fuq l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bil-għan li tipproponi, fejn xieraq, l-emendi meħtieġa.

Sa [data tad-dħul fis-seħħ + 5 snin], il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri u mas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni u filwaqt li tqis l-impatt fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bil-għan li tipproponi, fejn xieraq, l-emendi meħtieġa.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

18.1.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

18.1.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kostas Chrysogonos

24.1.2018

Eżami fil-kumitat

15.5.2018

20.6.2018

3.9.2018

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Rosa Estaràs Ferragut, Heidi Hautala, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Jytte Guteland, Jiří Maštálka

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, John Howarth, Christelle Lechevalier

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

António Marinho e Pinto

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Christelle Lechevalier

GUE/NGL

Jiří Maštálka

PPE

Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Emil Radev, Pavel Svoboda, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Guillaume Balas, Sergio Gaetano Cofferati, Jytte Guteland, John Howarth, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand

0

-

 

 

1

0

ALDE

Jean-Marie Cavada

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (3.10.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

(COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Arena

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(1)(b) u (2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(1)(b) (2)(b) u l-Artikolu 157 tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(1)(b) u (2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 153(1)(b) u (2)(b) u l-Artikolu 157(1-3) tiegħu,

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Il-prinċipju 2 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jtenni li t-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel għandhom jiġu żgurati u mħeġġa fl-oqsma kollha, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tal-progress tal-karriera, u li għandhom id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali, skont kif stabbilit fl-Artikolu 157(1-3) tat-TFUE.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Jirrikonoxxu li l-istrumenti ta' negozjar kollettiv innegozjati bejn l-assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema huma kruċjali biex jopponu u jegħlbu d-distorsjonijiet fis-suq tax-xogħol maħluqa bil-miġja ta' tipi ġodda ta' relazzjonijiet tax-xogħol li għandhom tendenza lejn il-prekarjetà u relazzjonijiet tax-xogħol inċerti, li jaffettwaw lin-nisa b'mod partikolari; in-negozjar kollettiv, għalhekk, huwa strument ewlieni biex jingħelbu l-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-post tax-xogħol.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Il-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-Komunikazzjoni tagħha tat-8 ta' Marzu 2016 dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2016)0127, Anness I) li s-swieq tax-xogħol Ewropej għadhom jiddiskriminaw kontra n-nisa; li n-nisa għadhom sottorappreżentati fl-impjieg kif ukoll rappreżentati żżejjed fix-xogħol part-time u fis-setturi b'paga baxxa, u jirċievu pagi fis-siegħa aktar baxxi anke meta jwettqu xogħol ekwivalenti għal dak tal-irġiel u jkollhom livell ta' edukazzjoni ekwivalenti jew livell ogħla.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Jenfasizzaw il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ġuridiku li jippermetti li jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li tiġi pprovduta l-istess paga għal xogħol ugwali f'kull relazzjoni ta' impjieg, irrispettivament mit-tip u t-tul ta' żmien tagħha, bħala mezz li jiggarantixxi paga ugwali għall-irġiel u n-nisa, ħaġa li tgħin biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi persistenti li jfissru li n-nisa, minbarra li huma mħallsa ferm inqas mill-irġiel, huma wkoll partikolarment vulnerabbli għall-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni li għandha tiġi pprovduta jenħtieġ li tinkludi l-elementi kollha tar-remunerazzjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, riċevuti direttament jew indirettament mill-ħaddiem fir-rigward tax-xogħol tiegħu. L-għoti ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-impjegaturi li jipprovdu elementi addizzjonali ta' remunerazzjoni bħal ħlasijiet ta' darba. Il-fatt li l-elementi ta' remunerazzjoni dovuti mil-liġi jew minn ftehim kollettiv ma ġewx inklużi f'dik l-informazzjoni ma għandux jikkostitwixxi raġuni għalfejn ma ġewx ipprovduti lill-ħaddiem.

(13)  L-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni li trid tiġi pprovduta jenħtieġ li tinkludi l-elementi kollha tar-remunerazzjoni, iżda ma tkunx limitata għalihom, u jenħtieġ li tinkludi wkoll il-metodu ta' kalkolu u informazzjoni dwar il-livelli tal-paga, imqassma skont il-ġeneru, għall-kategoriji ta' impjegati li jwettqu l-istess xogħol jew xogħol ta' valur ugwali, inklużi l-kontribuzzjonijiet fi flus jew in natura, riċevuti direttament jew indirettament mill-ħaddiem(a) fir-rigward tax-xogħol tiegħu/tagħha, il-ħlas għas-sahra, bonusijiet u intitolamenti oħra, bħall-ħlas f'każ ta' mard jew leaves. L-għoti ta' din l-informazzjoni jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-impjegaturi li jipprovdu elementi addizzjonali ta' remunerazzjoni bħal ħlasijiet ta' darba. Il-fatt li l-elementi ta' remunerazzjoni dovuti mil-liġi jew minn ftehim kollettiv ma ġewx inklużi f'dik l-informazzjoni jenħtieġ li ma jikkostitwix raġuni għalfejn ma ġewx ipprovduti lill-ħaddiem.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Il-perjodi ta' probazzjoni jippermettu lill-impjegaturi jivverifikaw li l-ħaddiema jkunu adattati għall-pożizzjoni li jkunu impjegati biex jimlew filwaqt li jagħtuhom l-appoġġ ta' akkumpanjament u t-taħriġ. Dawn il-perjodi jistgħu jkunu akkumpanjati minn protezzjoni mnaqqsa kontra s-sensja. Kull dħul fis-suq tax-xogħol jew tranżizzjoni lejn pożizzjoni ġdida ma għandhomx ikunu soġġetti għal insigurtà fit-tul. Kif stabbilit fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-perjodi ta' probazzjoni jenħtieġ li għalhekk ikunu ta' durata raġonevoli. Għadd sostanzjali ta' Stati Membri stabbilixxew durata massima ġenerali tal-perjodi ta' prova ta' bejn tlieta u sitt xhur, li għandha titqies bħala raġonevoli. Il-perjodi ta' probazzjoni jistgħu jkunu ta' aktar minn sitt xhur meta dan ikun iġġustifikat min-natura tal-impjieg, bħal pożizzjonijiet maniġerjali, u meta jkun fl-interess tal-ħaddiem, bħal fil-każ ta' mard fit-tul jew fil-kuntest ta' miżuri speċifiċi li jippromwovu l-impjiegi permanenti b'mod partikolari għall-ħaddiema żgħażagħ.

(19)  Il-perjodi ta' prova jippermettu lill-impjegaturi jivverifikaw li l-ħaddiema jkunu adattati għall-pożizzjoni li jkunu impjegati biex jimlew filwaqt li jagħtuhom l-appoġġ ta' akkumpanjament u t-taħriġ. Dawn il-perjodi jistgħu jkunu akkumpanjati minn protezzjoni mnaqqsa kontra s-sensja. Kull dħul fis-suq tax-xogħol jew tranżizzjoni lejn pożizzjoni ġdida jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal insigurtà fit-tul. Il-perjodi ta' prova ma jridux isiru mekkaniżmi ta' sfruttament tal-ħaddiema minħabba li jiġu garantiti impjieg għal perjodi twal b'pagi baxxi u mbagħad jiġu mkeċċija fi tmiem il-perjodu ta' prova. Dan ikun mod kif il-kuntratti b'terminu fiss jiġu sostitwiti b'kuntratti aktar prekarji, u n-nisa għal darb' oħra jispiċċaw iġorru l-ikbar piż ta' dan. Il-perjodi ta' prova jenħtieġ li ma jaqbżux it-tliet xhur u idealment jenħtieġ li jkunu iqsar. Il-perjodi ta' prova jistgħu jaqbżu t-tliet xhur f'każijiet debitament ġustifikati, bħal meta l-kumplessità teknika tax-xogħol jew il-grad għoli ta' responsabbiltà fil-pożizzjoni tal-ħaddiem jiġġustifikaw dan jew meta l-ħaddiem jinħatar għal pożizzjoni maniġerjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jgħaddu leġiżlazzjoni li tiddefinixxi l-każijiet li fihom eċċezzjonijiet jistgħu jaqbżu l-perjodu ta' prova ta' tliet xhur u l-perjodi korrispondenti xierqa.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Meta l-impjegaturi jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni jew minn ftehimiet kollettivi li jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema sabiex iwettqu x-xogħol li huma impjegati għalih, huwa importanti li jiġi żgurat li tali taħriġ ikun ipprovdut b'mod ekwu, inklużi għal dawk f'forom ta' impjieg mhux standard. L-ispejjeż ta' dan it-taħriġ m'għandhomx jitħallsu mill-ħaddiem u lanqas ma għandhom jinżammu jew jitnaqqsu mir-remunerazzjoni tal-ħaddiem.

(26)  Meta l-impjegaturi jkunu meħtieġa mil-leġiżlazzjoni jew minn ftehimiet kollettivi jipprovdu taħriġ lill-ħaddiema sabiex iwettqu x-xogħol li huma impjegati għalih, huwa importanti li jiġi żgurat li tali taħriġ ikun ipprovdut b'mod ekwu, u mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' kwalunkwe raġuni, bħas-sess, inkluż għal dawk f'forom ta' impjieg mhux standard. L-ispejjeż ta' dan it-taħriġ jenħtieġ li ma jitħallsux mill-ħaddiem u jenħtieġ li lanqas ma jinżammu jew jitnaqqsu mir-remunerazzjoni tal-ħaddiem. Jenħtieġ li t-taħriġ isir waqt il-ħinijiet tax-xogħol.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-eliminazzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni fir-rigward tal-aspetti kollha tar-remunerazzjoni, billi jirrispettaw il-prinċipju ta' paga indaqs għal xogħol indaqs jew xogħol ta' valur indaqs, u fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg, irrispettivament mit-tip ta' kuntratt tal-ħaddiem kif iddefinit minn din id-Direttiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Il-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jgawdu mill-protezzjoni kontra s-sensja jew detriment ekwivalenti (bħal ħaddiem fuq talba li ma jibqax jiġi assenjat xogħol) jew xi tħejjijiet għal sensja possibbli, għar-raġuni li ppruvaw jeżerċitaw dawn id-drittijiet. Meta l-ħaddiema jikkunsidraw li ġew imkeċċija jew sofrew detriment ekwivalenti għal dawk ir-raġunijiet, il-ħaddiema u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu li l-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għas-sensja jew miżura ekwivalenti.

(32)  Il-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet previsti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jgawdu mill-protezzjoni kontra s-sensja jew detriment ekwivalenti (bħal ħaddiem fuq talba li ma jibqax jiġi assenjat xogħol) jew xi tħejjijiet għal sensja possibbli, għar-raġuni li ppruvaw jeżerċitaw dawn id-drittijiet. Meta l-ħaddiema jikkunsidraw li ġew imkeċċija jew sofrew detriment ekwivalenti għal dawk ir-raġunijiet, il-ħaddiema u l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitolbu li l-impjegatur jipprovdi raġunijiet debitament sostanzjati għas-sensja jew miżura ekwivalenti u jerġa' jdaħħal lill-ħaddiem lura fix-xogħol f'każ li r-raġunijiet allegati jkunu infondati. L-awtoritajiet rilevanti iridu jiżguraw li l-ħaddiem jiġi kkumpensat għad-dannu kkawżat u jridu jingħataw is-setgħa li jimponu penali fuq il-kumpaniji li jkunu ħatja ta' prattiki bħal dawn. Trid tingħata attenzjoni partikolari lil sitwazzjonijiet li jaffettwaw b'mod speċifiku lin-nisa u sitwazzjonijiet li jirriżultaw minn diskriminazzjoni fuq bażi ta' maternità; dawn tal-aħħar iridu jitqiesu bħala ċirkustanzi aggravanti.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 u fl-Artikolu 14(a) għal persuni fiżiċi li jappartjenu f'unità domestika fejn ikun qed isir xogħol għal dik l-unità domestika.

imħassar

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  fil-każ ta' relazzjoni ta' impjieg temporanju, id-data tat-tmiem jew id-durata mistennija tiegħu;

(e)  fil-każ ta' relazzjoni ta' impjieg temporanja, id-data tat-tmiem jew id-durata mistennija tagħha; l-isem tal-impriża utenti fil-każ ta' ħaddiema temporanji kif ukoll ir-rati ta' ħlas tal-impriża utenti sabiex tiġi garantita paga ugwali;

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  il-metodu ta' kalkolu tar-remunerazzjoni u l-informazzjoni dwar il-livelli tal-pagi, imqassma skont il-ġeneru, għall-kategoriji ta' impjegati li jwettqu l-istess xogħol jew xogħol ta' valur ugwali;

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-ammont ta' leave imħallas li huwa intitolat għalih il-ħaddiem jew, meta dan ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-proċeduri sabiex dak il-leave jiġi allokat u ddeterminat;

(h)  l-ammont ta' leave imħallas u l-forom differenti ta' leave li huwa intitolat għalih il-ħaddiem jew, meta dan ma jkunx jista' jiġi indikat meta tingħata l-informazzjoni, il-proċeduri sabiex dak il-leave jiġi allokat u ddeterminat;

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  il-prerogattivi u d-drittijiet kollha li għalihom huma intitolati l-ħaddiema, bħalma huma l-benefiċċji tal-mard, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti, il-benefiċċji tal-ġenituri, tal-paternità, tal-kura, tal-anzjanità, tal-invalidità, tas-superstiti, tal-qgħad, tal-irtirar bikri, tal-pensjoni jew tal-familja.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  l-ammont bażiku inizjali, kwalunkwe element ta' komponenti oħrajn, il-frekwenza u l-metodu ta' ħlas tar-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha;

(j)  l-ammont bażiku inizjali, kwalunkwe element ta' komponenti oħrajn, il-frekwenza u l-metodu ta' ħlas tar-remunerazzjoni li l-ħaddiem huwa intitolat għaliha, kif ukoll benefiċċji oħra regolari u perjodiċi li għalihom huma intitolati l-ħaddiema li jwettqu xogħol ugwali jew tal-istess valur;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma)  fl-interess tat-trasparenza u biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fil-pagi li jħabbtu wiċċhom magħha n-nisa fis-suq tax-xogħol, l-iskeda tal-pagi applikabbli għall-ħaddiema skont il-funzjoni li hija effettivament allokata lilhom fl-impriża minħabba r-relazzjoni tax-xogħol tagħhom mal-impjegatur;

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt mb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(mb)  il-prerogattivi kollha li għalihom il-ħaddiema għandhom drittbis-saħħa tar-relazzjoni ta' impjieg mal-impjegaturi tagħhom, iżda wkoll id-drittijiet soċjali kollha akkwistati bis-saħħa tal-istatus tagħhom bħala ħaddiema, skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) ta' din id-Direttiva, bħalma huma d-drittijiet għall-leave tal-maternità, tal-paternità, tal-ġenituri u l-aċċess għat-taħriġ li għalihom huma intitolati u kif dawn għandhom jiġu applikati;

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(na)  il-mekkaniżmi li permezz tagħhom il-ħaddiema jistgħu jressqu l-ilmenti, inkluża informazzjoni dwar mekkaniżmi speċifiċi għall-ilmenta dwar fastidju psikoloġiku u sesswali.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Trattament ugwali u nondiskriminazzjoni

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali u jistabbilixxu miżuri li jiżguraw li l-impjegaturi f'impriżi u organizzazzjonijiet jinformaw regolarment dwar ir-remunerazzjoni medja skont il-kategorija tal-impjegat jew il-pożizzjoni, skont il-ġeneru.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' diskriminazzjoni fir-rigward tal-aspetti u l-kondizzjonijiet kollha ta' remunerazzjoni, trattament ugwali u opportunitajiet indaqs fl-aċċess u fit-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg, irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-ftehimiet ta' negozjar kollettiv għandhom, inter alia, jikkontribwixxu biex jiġi żgurat il-prinċipju ta' xogħol ugwali għal paga ugwali, għall-eliminazzjoni tar-relazzjonijiet tax-xogħol prekarji u għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-maternità, u jservu ta' strumenti biex jgħinu fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi bejn l-irġiel u n-nisa fir-relazzjonijiet industrijali.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Trattament ugwali

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipju ta' paga u termini u kondizzjonijiet ugwali japplika għall-ħaddiema kollha irrispettivament mill-istatus ta' impjieg tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aspetti u l-kondizzjonijiet kollha tar-remunerazzjoni u t-termini u l-kondizzjonijiet kollha ta' impjieg; l-istatus ta' impjieg mhuwiex rilevanti. 

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jintroduċu miżuri li jipprevjenu l-fastidju psikoloġiku u sesswali fuq il-post tax-xogħol permezz ta' politiki li jistabbilixxu miżuri ta' prevenzjoni, proċeduri effettivi, trasparenti u kunfidenzjali biex jiġu trattati l-ilmenti, sanzjonijiet għall-awturi, informazzjoni u taħriġ għall-ħaddiema u l-impjegaturi u appoġġ għall-kumpaniji biex ifasslu pjanijiet ta' azzjoni ħalli jimplimentaw il-miżuri kollha tagħhom.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Faċilitazzjoni tal-ilmenti

 

 

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw proċeduri speċifiċi u kunfidenzjali biex jiġu trattati l-ilmenti dwar il-fastidju psikoloġiku u sesswali.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

18.1.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

18.1.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Maria Arena

15.3.2018

Eżami fil-kumitat

10.7.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, André Elissen, Iratxe García Pérez, Mary Honeyball, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Marijana Petir, Pina Picierno, Ernest Urtasun, Jadwiga Wiśniewska, Michaela Šojdrová

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Eck, José Inácio Faria, Kostadinka Kuneva, Jérôme Lavrilleux, Jordi Solé

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Plura, Damiano Zoffoli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Angelika Mlinar

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Malin Björk, Stefan Eck, Kostadinka Kuneva

PPE

José Inácio Faria, Jérôme Lavrilleux, Marek Plura

S&D

Vilija Blinkevičiūtė, Iratxe García Pérez, Mary Honeyball, Maria Noichl, Pina Picierno, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Jordi Solé, Ernest Urtasun

2

-

ENF

André Elissen

PPE

Anna Maria Corazza Bildt

3

0

ECR

Jadwiga Wiśniewska

PPE

Marijana Petir, Michaela Šojdrová

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2017)0797 – C8-0006/2018 – 2017/0355(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

18.1.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

18.1.2018

JURI

18.1.2018

FEMM

18.1.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

TRAN

22.1.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Enrique Calvet Chambon

21.2.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

15.5.2018

19.6.2018

29.8.2018

 

Data tal-adozzjoni

18.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

7

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Martina Dlabajová, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Dennis Radtke, Terry Reintke, Robert Rochefort, Maria João Rodrigues, Siôn Simon, Yana Toom, Marita Ulvskog

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Amjad Bashir, Heinz K. Becker, Dieter-Lebrecht Koch, Eduard Kukan, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Tamás Meszerics, Anne Sander, Helga Stevens, Gabriele Zimmer

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Michael Detjen, John Flack, Dario Tamburrano, Ángela Vallina

Data tat-tressiq

26.10.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, António Marinho e Pinto, Robert Rochefort, Yana Toom

EFDD

Ignazio Corrao, Dario Tamburrano

ENF

Joëlle Mélin

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Ángela Vallina, Gabriele Zimmer

PPE

Georges Bach, Jérôme Lavrilleux, Anne Sander

S&D

Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Michael Detjen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Javi López, Edouard Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Maria João Rodrigues, Siôn Simon

VERTS/ALE

Jean Lambert, Tamás Meszerics, Terry Reintke

7

-

ALDE

Martina Dlabajová

ECR

Amjad Bashir, John Flack, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens

GUE/NGL

Rina Ronja Kari

11

0

PPE

Heinz K. Becker, David Casa, Dieter-Lebrecht Koch, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Eduard Kukan, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Marek Plura, Dennis Radtke

S&D

Marita Ulvskog

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Novembru 2018Avviż legali