Proċedura : 2018/2230(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0357/2018

Testi mressqa :

A8-0357/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/11/2018 - 4.1

Testi adottati :

P8_TA(2018)0440

RAPPORT     
PDF 767kWORD 81k
6.11.2018
PE 628.514v02-00 A8-0357/2018

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja

(COM(2018)0658 – C8-0416/2018 – 2018/2230(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Inese Vaidere

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja

(COM(2018)0658 – C8-0416/2018 – 2018/2230(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0658 – C8-0416/2018),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0357/2018]),

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni ma' ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta mid-diżastri naturali;

2.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata l-assistenza finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") lir-reġjuni milquta minn diżastri naturali fl-Unjoni fl-2017;

3.   Jappoġġja lill-Istati Membri li jużaw il-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tapprova b'mod rapidu r-riallokazzjoni finanzjarja tal-ftehimiet ta' sħubija mitluba mill-Istati Membri għal dan il-għan;

4.   Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond b'mod trasparenti, u b'hekk tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha milquta;

5.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ("il-Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2) Jenħtieġ li l-Fond ma jaqbiżx l-ammont annwali massimu ta' EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3).

(3) Fl-14 ta' Novembru 2017, il-Latvja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara perjodu twil ta' xita qawwija matul is-sajf u l-ħarifa tal-2017 li wasslet għal saturazzjoni tal-ħamrija u għargħar sussegwenti.

(4) L-applikazzjoni tal-Latvja tissodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(5) Għalhekk il-Fond jenħtieġ li jiġi mobilizzat biex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lil-Latvja.

(6) Permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2018/508 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), il-Fond ġie mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' avvanzi għas-sena finanzjarja 2018. Dawn l-approprjazzjonijiet intużaw biss b'mod limitat ħafna. Għaldaqstant, hemm lok għall-finanzjament tal-ammont kollu għall-mobilizzazzjoni attwali permezz tar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-ħlasijiet tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018.

(7) Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-Fond jitnaqqas kemm jista' jkun, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi l-ammont ta' EUR 17 730 519 lil-Latvja, f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

L-ammont tal-mobilizzazzjoni msemmi fl-ewwel paragrafu għandu jiġi ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet immobilizzati għall-ħlas ta' avvanzi fil-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2018. L-approprjazzjonijiet disponibbli għall-ħlas ta' avvanzi għandu jitnaqqas kif meħtieġ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika minn ... [id-data tal-adozzjoni tagħha](5)**.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew      Għall-Kunsill

Il-President          Il-President

(1)

  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(4)

  Deċiżjoni (UE) 2018/508 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE sabiex jipprovdi għall-pagament tal-avvanzi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018 (ĠU L 83, 27.3.2018, p. 13).

(5)

** Id-data għandha tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li jiġi mmobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) biex tingħata assistenza finanzjarja b'rabta mal-għargħar fil-Latvja.

Id-diżastri naturali li seħħew matul l-2017 fl-UE kkawżaw qerda kbira fir-reġjuni milquta, li jikkwalifikaw bħala "reġjuni inqas żviluppati". Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE hija sinjal ta' solidarjetà fl-Unjoni għall-pajjiżi u l-popli li sofrew b'riżultat ta' force majeure.

Il-Latvja – Għargħar fl-2017

Matul Awwissu, Settembru u Ottubru 2017, il-Latvja intlaqtet minn perjodu twil ta' xita intensa li wasslet għal saturazzjoni tal-ħamrija u għargħar sussegwenti madwar il-pajjiż, b'mod partikolari fir-reġjun Latgale u t-territorji tal-madwar. L-għargħar qered l-għelejjel u kkawża ħsara mifruxa fil-mogħdijiet tal-ilma, is-sistema tad-drenaġġ, l-impjanti konnessi tat-trattament tal-ilma, kif ukoll l-infrastruttura tat-toroq u tal-ferroviji.

Fl-applikazzjoni tagħhom, li l-Kummissjoni rċeviet fl-14 ta' Novembru 2017 u li ġiet konkluża fis-27 ta'April 2018, l-awtoritajiet Latvjani stmaw li l-ħsara diretta totali kkawżata mid-diżastru kienet ta' EUR 380,5 miljun. Billi dan l-ammont jaqbeż il-"livell limitu għad-diżastri maġġuri" għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE applikabbli għal-Latvja li jammonta għal EUR 145 740 000 fl-2017 (jiġifieri 0,6% tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Latvja abbażi tad-data għall-2015), id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru naturali maġġuri" kif definit mir-Regolament FSUE.

L-ispejjeż tal-operazzjonijiet essenzjali ta' emerġenza eliġibbli, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament, ġie stmat mill-awtoritajiet Latvjani li jammonta għal EUR 36,2 miljun.

Ir-reġjuni milquta jaqgħu taħt il-kategorija ta' "reġjuni inqas żviluppati" skont il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (SIE) (2014-2020). L-awtoritajiet Latvjani ma indikawx lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jallokaw mill-ġdid il-finanzjament mill-programmi ta' Fondi SIE lejn miżuri ta' rkupru.

Il-Latvja ma talbitx li jsirilha pagament bil-quddiem.

Bi qbil mal-prassi tal-imgħoddi, il-Kummissjoni tipproponi li tapplika r-rata ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali għall-ħsarat kollha sal-ammont tal-livell limitu ta' "diżastru maġġuri" għal-Latvja. L-ammont totali ta' għajnuna propost għaldaqstant jammonta għal EUR 17 730 519.

Abbażi tal-applikazzjoni mil-Latvja, il-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FSUE, ibbażat fuq l-istima tal-ħsara diretta totali kkawżata huwa kif ġej:

 

Konklużjoni

Il-mobilizzazzjoni proposta se tkun iffinanzjata kompletament permezz tal-użu parzjali tal-ammont li jibqa' ta' EUR 47 479 154 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li diġà ddaħħlu fil-baġit tal-2018 biex ikopru l-avvanzi. Għalhekk, mhuwiex meħtieġ baġit emendatorju.

L-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-bidu tas-sena 2018 kien ta' EUR 421 142 057, it-total tal-bqija tal-allokazzjoni tal-2018 ta' EUR 280 371 754, flimkien mal-bqija tal-allokazzjoni tal-2017 ta' EUR 140 770 303 li baqgħu ma ntefqux u ġew riportati għall-2018.

L-ammont li jista' jiġi mmobilizzat f'dan l-istadju tas-sena 2018 huwa ta' EUR 139 397 191. Dan jikkorrispondi għall-ammont totali disponibbli għall-mobilizzazzjoni tal-FSUE fil-bidu tal-2018 (EUR 421 142 057), bit-tnaqqis tal-ammont ta' EUR 143 585 709 sabiex jiġi rrispettat l-obbligu ta' żamma ta' 25 % mill-allokazzjoni annwali tal-2018 sal-1 ta' Ottubru 2018 kif stabbilit fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament dwar il-QFP u bit-tnaqqis ta' EUR 104 166 951 mobilizzati għall-Greċja, Spanja, Franza u l-Portugall(1) u bit-tnaqqis ta' EUR 33 992 206 mobilizzati għall-Bulgarija, il-Greċja, il-Litwanja u l-Polonja(2) aktar kmieni din is-sena.

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-għajnuna finanzjarja b'mod rapidu u trasparenti biex b'hekk tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta fir-reġjuni kollha milquta.

Ir-Rapporteur tappoġġja l-Istati Membri li jużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni milquta, u tistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tapprova b'mod rapidu r-riallokazzjoni tal-ftehimiet ta' sħubija mitluba mill-Istati Membri għar-rikostruzzjoni tar-reġjuni.

Ir-Rapporteur tirrakkomanda l-approvazzjoni rapida tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport, b'sinjal ta' solidarjetà mar-reġjuni milquta.

(1)

Deċiżjoni (UE) 2018/846 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja, lil Spanja, lil Franza u lill-Portugall (ĠU L 144, 8.6.2018, p. 3–4) u l-Baġit Emendatorju li jakkumpanjah Nru 1/2018 (ĠU L 191, 27.7.2018, p. 1–22).

(2)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Bulgarija, lill-Greċja, lil-Litwanja u lill-Polonja (ĠU L XX, XX.XX.XXXX) u l-Baġit Emendatorju li jakkumpanjah Nru 4/2018 (ĠU L XX, XX.XX.XXXX).


ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Jean ARTHUIS

President

Kumitat għall-Baġits

Parlament Ewropew

Suġġett:  Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lil-Latvja

Għażiż Sur Arthuis,

Il-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-Parlament Ewropew il-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2018)0658), abbażi tal-applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ippreżentata mil-Latvja wara d-diżastru tal-għargħar li seħħ f'dan il-pajjiż matul l-2017.

Il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tagħti stima tad-danni kkawżati mid-diżastri kif ġej:

L-Istati Membri

Kwalifikazzjoni ta' diżastru

Ħsara diretta totali

 

(miljuni ta' EUR)

Livell limitu għal diżastru maġġuri

 

(miljuni ta' EUR)

2,5 % tal-ħsara diretta sal-livell limitu

(f'EUR)

6 % tal-ħsara diretta 'l fuq mil-livell limitu

(f'EUR)

Ammont totali tal-għajnuna proposta

 

(f'EUR)

Ħlasijiet bil-quddiem imħallsa

 

(f'EUR)

IL-LATVJA

Maġġuri

(Art. 2(2))

380,524

145,740

3 643 500

14 087 019

17 730 519

0

 

TOTAL

17 730 519

0

Il-Kummissjoni tipproponi li tiffinanzja l-ammont sħiħ għal din il-mobilizzazzjoni permezz tar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet mobilizzati mill-FSUE għall-pagament tal-ħlasijiet bil-quddiem fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2018, peress li dawk l-approprjazzjonijiet intużaw biss b'mod limitat.

Il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw din il-proposta, u talbuni niktiblek biex ngħarrfek li l-maġġoranza tal-Membri ta' dan il-Kumitat m'għandhom l-ebda oġġezzjoni għal din il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex l-ammont imsemmi hawn fuq jiġi allokat kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Andrey Novakov

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen, André Elissen


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

27

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

ENF

Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere

S&D

Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Indrek Tarand

1

-

ENF

André Elissen

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Novembru 2018Avviż legali