Proċedura : 2018/0047(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0362/2018

Testi mressqa :

A8-0362/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/03/2019 - 18.3

Testi adottati :

P8_TA(2019)0302

RAPPORT     ***I
PDF 710kWORD 57k
9.11.2018
PE 625.579v01-00 A8-0362/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

(COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Caroline Nagtegaal

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

(COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0099),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0102/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0362/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2018/0099 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-finanzjament kollettiv huwa soluzzjoni tat-teknoloġija finanzjarja li tipprovdi lill-SMEs, u, b'mod partikolari, lin-negozji l-ġodda u n-negozju li qed jespandu, aċċess alternattiv għall-finanzjament, sabiex titrawwem intraprenditorija innovattiva fl-Unjoni, biex b'hekk tissaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Dan imbagħad jikkontribwixxi għal sistema finanzjarja aktar diversifikata li tkun inqas dipendenti fuq il-finanzjament bankarju, u b'hekk ir-riskji sistemiċi u ta' konċentrazzjoni jiġu limitati. Benefiċċji oħra tal-promozzjoni tal-intraprenditorija innovattiva permezz tal-finanzjament kollettiv huma l-iżblukkar ta' kapital iffriżat għal investimenti fi proġetti ġodda u innovattivi, l-aċċellerazzjoni tal-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u d-diversifikazzjoni tal-assi.

(2)  Skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) il-persuni ġuridiċi jistgħu jagħżlu li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti għal awtorizzazzjoni bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

(3)  Ir-Regolament (UE) XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej] jipprevedi rekwiżiti uniformi, proporzjonati u applikabbli direttament għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv▌.

(4)  Biex tingħata ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-ambitu ta' persuni u ta' attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni rispettiv tar-Regolament (UE) XXX/XXXX u tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u sabiex jiġi evitat li l-istess attività tkun soġġetta għal awtorizzazzjonijiet differenti fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li persuni ġuridiċi awtorizzati bħala fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv skont ir-Regolament (UE) XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej] jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE.

(5)  Billi l-emenda prevista f'din id-Direttiva hija direttament marbuta mar-Regolament (UE) XXX/XXXX [ir-Regolament dwar is-servizzi ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni Ewropea], jenħtieġ li d-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri nazzjonali li jittrasponu dik l-emenda, tiġi differita biex tikkoinċidi mad-data tal-applikazzjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

(5a)  Il-muniti virtwali qed jintużaw mill-investituri fil-livell tal-konsumatur bħala sostituti għal assi oħra. B'differenza minn strumenti finanzjarji oħra, attwalment il-muniti virtwali, fil-biċċa l-kbira tagħhom, mhumiex regolati. B'konsegwenza ta' dan, is-swieq għall-muniti virtwali għandhom nuqqas ta' trasparenza, jistgħu jkunu suxxettibbli għal abbuż tas-suq u jbatu minn nuqqas ta' protezzjoni bażika tal-investitur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm il-muniti virtwali taħt rieżami u tipproponi gwida ċara li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-muniti virtwali jistgħu jiġu kklassifikati bħala strumenti finanzjarji u, jekk ikun neċessarju, iżżid il-muniti virtwali mal-lista ta' strumenti finanzjarji, bħala kategorija ġdida. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li l-muniti virtwali jiġu rregolati, jenħtieġ li tissottometti proposta f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jiżdied il-punt (p) li ġej:

"(p)  il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv kif definiti fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* u l-persuni li jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv f'konformità mad-dritt nazzjonali, dment li jkunu taħt is-soll tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

_____________________________________________________________

*  Ir-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropew (ĠU L [...], [...], p. [...]).".

Artikolu 2

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: 6 xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Finanzjament Kollettiv], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Finanzjament Kollettiv].

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 65.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C […], […], p. […].

(4)

  ĠU C […], […], p. […].

(5)

  Ir-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej (ĠU L [...], [...], p. [...]).

(6)

  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

Referenzi

COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

16.4.2018

IMCO

16.4.2018

JURI

16.4.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

24.4.2018

IMCO

23.4.2018

JURI

27.3.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Caroline Nagtegaal

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

9.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, David Coburn, Markus Ferber, Jonás Fernández, Stefan Gehrold, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Mady Delvaux, Bas Eickhout, Ashley Fox, Eva Joly, Thomas Mann, Eva Maydell, Luigi Morgano, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tiziana Beghin, Esther de Lange, John Flack, Aleksander Gabelic, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Syed Kamall, Ricardo Serrão Santos, Tom Vandenkendelaere, Roberts Zīle

Data tat-tressiq

9.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

John Flack, Ashley Fox, Syed Kamall, Bernd Lucke, Kay Swinburne, Roberts Zīle

EFDD

Tiziana Beghin, David Coburn, Marco Valli

PPE

Markus Ferber, Stefan Gehrold, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Esther de Lange, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Pervenche Berès, Richard Corbett, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Aleksander Gabelic, Roberto Gualtieri, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Luigi Morgano, Ricardo Serrão Santos, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Eva Joly, Philippe Lamberts

2

-

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Novembru 2018Avviż legali