Proċedura : 2018/0179(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0363/2018

Testi mressqa :

A8-0363/2018

Dibattiti :

PV 18/04/2019 - 5
CRE 18/04/2019 - 5

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0435

RAPPORT     ***I
PDF 1078kWORD 119k
9.11.2018
PE 626.716v02-00 A8-0363/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

(COM(2018)0354 – C8-0208/2018 – 2018/0179(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Paul Tang

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

(COM(2018)0354 – C8-0208/2018 – 2018/0179(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0354),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0208/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ta' [id-data tal-opinjoni](1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0363/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar divulgazzjonijiet relatati mar-riskji u l-prestazzjoni tal-investimenti f'termini ta' sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(3),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  It-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, aktar sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi u ċirkolari hija kruċjali biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni. Il-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima (COP21) kif ratifikat mill-Unjoni fil-5 ta' Ottubru 2016(5) u li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016, għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima, fost mezzi oħra, billi l-flussi finanzjarji jsiru konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra u l-iżvilupp reżistenti għat-tibdil fil-klima.

(1a)  L-inkorporazzjoni ta' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fil-proċess deċiżjonali tista' ġġib magħha benefiċċji li jmorru lil hinn mis-swieq finanzjarji. Għaldaqstant, huwa essenzjali li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex l-investimenti jkunu jistgħu jitqabblu u jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwarhom. Barra minn hekk, sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' diliġenza dovuta dwar l-impatt u r-riskji f'termini ta' sostenibbiltà u jipprovdu informazzjoni sinifikattiva lill-investituri aħħarin, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jeħtieġu divulgazzjoni ta' informazzjoni affidabbli, komparabbli u armonizzata mingħand id-destinatarji tal-investiment. Dan il-proċess jista' jirnexxi biss jekk jiġu stabbiliti definizzjonijiet miftiehma legalment.

(2)  Għan komuni tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9), id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) huwa li jiġu ffaċilitati l-bidu u t-tkomplija tal-attivitajiet tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM), impriżi tal-assigurazzjoni, ditti tal-investiment, intermedjarji tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs), maniġers ta' fondi kwalifikanti ta' kapital ta' riskju (maniġers tal-EuVECA), u maniġers ta' fondi kwalifikanti ta' intraprenditorija soċjali (maniġers tal-EuSEF). Dawn id-Direttivi u Regolamenti jiżguraw protezzjoni aktar uniformi tal-investituri aħħarin u jagħmluha aktar faċli għalihom biex jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi finanzjarji, u fl-istess ħin jipprovdu regoli li jippermettu lill-investituri jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-investiment. Filwaqt li dawn l-għanijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom intlaħqu, id-divulgazzjonijiet lill-investituri u lill-investituri aħħarin dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà, il-prestazzjoni tas-sostenibbiltà u l-miri ta' investimenti sostenibbli fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' investiment mill-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-AIFMs, l-impriżi tal-assigurazzjoni, id-ditti ta' investiment li jipprovdu mmaniġġjar ta' portafolli, l-IORPs, il-fornituri tal-pensjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, il-maniġers tal-EuVECA u l-maniġers tal-EuSEF (parteċipanti fis-swieq finanzjarji) u d-divulgazzjonijiet lill-investituri u lill-investituri aħħarin dwar l-integrazzjoni tar-riskji u l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà fil-proċessi konsultattivi mill-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni (IBIPs) u d-ditti ta' investimenti li jipprovdu pariri dwar l-investiment (konsulenti finanzjarji) mhumiex żviluppati biżżejjed peress li dawn id-divulgazzjonijiet u l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment għadhom mhumiex soġġetti għal rekwiżiti u indikaturi tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà armonizzati. Sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta fir-rigward tar-riskji konkreti għas-sostenibbiltà u jinkorporaw indikaturi tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji nfushom jeħtieġu divulgazzjonijiet affidabbli, komparabbli u armonizzati ta' informazzjoni mingħand id-destinatarji tal-investiment u standards tal-kontabbiltà armonizzati fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà.

(2a)  Ir-Regolament jeżamina r-regoli ta' divulgazzjoni għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fir-rigward ta' prodotti jew servizzi ta' investiment u pariri dwar l-investiment. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u jkunu jistgħu jitqabblu l-prodotti finanzjarji, huwa importanti li jiġi implimentat qafas armonizzat għad-divulgazzjoni tar-riskji u l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà fil-proċessi ta' diliġenza dovuta u ta' mmaniġġjar tal-investimenti u r-riskju ta' kreditu tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Jenħtieġ li r-rekwiżit ta' divulgazzjoni jkun proporzjonat mad-daqs u l-importanza sistemika tal-entità, filwaqt li jiżgura l-protezzjoni ta' konoxxenza u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali).

(2b)  Jenħtieġ li l-EBA tinvestiga l-fattibbiltà u l-adegwatezza tal-introduzzjoni ta' kriterji tekniċi għall-proċess ta' reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji (SREP) dwar ir-riskji marbuta ma' skoperturi għal attivitajiet sostanzjalment assoċjati ma' objettivi ambjentali, soċjali u ta' governanza (ESG) bil-għan li tivvaluta, fost oħrajn, is-sorsi u l-effetti li dawn ir-riskji jista' jkollhom fuq l-istituzzjonijiet, filwaqt li tqis ir-rappurtar eżistenti dwar is-sostenibbiltà min-naħa tal-istituzzjonijiet.

(3)  Fin-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà lill-investituri u lill-investituri aħħarin, min-naħa tal-investituri u d-destinatarji tal-investiment, x'aktarx se jibqgħu jiġu adottati miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali u jistgħu jibqgħu jippersistu approċċi differenti fis-setturi tas-servizzi finanzjarji differenti. Miżuri u approċċi diverġenti bħal dawn ikomplu jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn differenzi sinifikanti fl-istandards ta' divulgazzjoni. Barra minn hekk, żvilupp parallel tal-prattiki bbażati fuq is-suq, fuq il-bażi ta' prijoritajiet immexxija mill-kummerċ li jipproduċu riżultati diverġenti, attwalment jikkawża frammentazzjoni ulterjuri tas-suq u jista' jaggrava ulterjorment il-funzjonament tas-suq intern fil-futur. L-istandards diverġenti tad-divulgazzjoni u l-prattiki bbażati fuq is-suq, kif ukoll in-nuqqas ta' sett armonizzat ta' indikaturi tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà, jagħmluha diffiċli ħafna li jsir paragun bejn prodotti u servizzi finanzjarji differenti u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi bejn dawn il-prodotti u servizzi u bejn il-kanali ta' distribuzzjoni u joħolqu ostakoli addizzjonali għas-suq intern. Dawn id-diverġenzi jistgħu joħolqu wkoll konfużjoni għall-investituri aħħarin u jistgħu jfixklu d-deċiżjonijiet tagħhom dwar l-investiment. Fl-iżgurar tal-konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, hemm riskju li l-Istati Membri ▌jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu ostakoli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jkunu ta' detriment għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' regoli armonizzati u indikaturi tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà b'rabta mat-trasparenza jagħmilha diffiċli għall-investituri biex iqabblu b'mod effettiv il-prodotti u s-servizzi finanzjarji differenti fl-Istati Membri differenti f'dak li jirrigwarda r-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza, il-prestazzjoni f'termini ta' sostenibblità u l-miri ta' investiment sostenibbili tal-prodotti finanzjarji u l-kumpaniji sottostanti. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat il-funzjonament ▌tas-suq intern u jingħata lok għall-komparabbiltà tal-prodotti finanzjarji sabiex jiġu evitati ostakoli ġodda.

(4)  Biex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta' dan ir-Regolament u li l-obbligi ta' divulgazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu applikati b'mod ċar u konsistenti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni ċara u armonizzata ta' "investimenti sostenibbli" u "riskji għas-sostenibbiltà", filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe trikkib fir-regolamentazzjoni li ma jkunx konformi mal-prinċipji ta' proporzjonalità u regolamentazzjoni aħjar. Id-definizzjoni ta' investimenti sostenibbli tiżgura livell minimu ta' konsistenza fost il-prodotti u s-servizzi finanzjarji u tiżgura wkoll li dawn l-investimenti jkollhom impatt nett pożittiv f'dak li għandu x'jaqsam mal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà. Minħabba n-natura pluridimensjonali tas-sostenibbiltà – fis-sens tat-tliet dimensjonijiet ta' sostenibbiltà f'termini ambjentali, soċjali u ta' governanza – l-impatti pożittivi f'dimensjoni waħda jistgħu ma jkunux dejjem akkumpanjati minn impatti pożittivi f'dimensjoni oħra, iżda l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà netta, kif imkejla minn indikaturi tas-sostenibbiltà armonizzati, trid tkun dejjem pożittiva biżżejjed biex tkun sinifikanti. Id-definizzjoni ta' riskji għas-sostenibbiltà hija meħtieġa biex jiġi żgurat livell minimu ta' konsistenza fl-eżiti regolatorji, iżda hija maħsuba wkoll bħala għodda evoluttiva u dinamika li tista' tintegra r-riskji emerġenti u tidentifika kwalunkwe impatt negattiv potenzjali u attwali. Id-definizzjoni tinkludi l-impatt finanzjarju u mhux finanzjarju tan-nuqqas ta' kunsiderazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza. Jenħtieġ li din tkun progressiva b'tali mod li tkopri r-riskji konkreti u r-riskji li jkunu plawsibbli fuq perjodu ta' żmien qasir, medju u twil. Jenħtieġ li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jintegraw l-identifikazzjoni, l-evitar u l-mitigazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u jidentifikaw l-impatti negattivi fil-proċessi ta' diliġenza dovuta tagħhom, li għalihom jenħtieġ li jikkunsidraw ir-riskji għas-sostenibbiltà elenkati fl-Anness Ia ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà titkejjel abbażi ta' indikaturi tas-sostenibbiltà armonizzati li jridu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea b'urġenza u bl-użu tal-inizjattivi Ewropej u internazzjonali eżistenti. Sett ta' indikaturi armonizzati jgħin sabiex il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jingħataw inċentiv biex jieħdu passi gradwali u proporzjonati għal tranżizzjoni sostenibbli permezz ta' trasparenza akbar, filwaqt li jiżgura koerenza ma' proposti ta' finanzjament sostenibbli oħra, inkluż [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli] u [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv].

(5)  Il-politiki ta' remunerazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u, fejn rilevanti, il-miri ta' investiment sostenibbli u jenħtieġ li jkunu mfassla biex jikkontribwixxu għal tkabbir sostenibbli fuq terminu twil. Għalhekk, id-divulgazzjonijiet prekuntrattwali jenħtieġ li jinkludu informazzjoni dwar kif il-politiki ta' remunerazzjoni ta' dawn l-entitajiet huma konsistenti mal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u d-Direttiva (UE) 2017/828 u jsegwu l-kriterji tal-prestazzjoni f'termini ambjentali u soċjali u ta' governanza tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, filwaqt li jikkontribwixxu għall-objettivi rilevanti fit-tul f'termini ta' tkabbir, u huma f'konformità, fejn rilevanti, mal-miri ta' investiment sostenibbli tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli jew il-konsulenti finanzjarji jagħtu pariri dwarhom.

(6)  Peress li l-parametri referenzjarji tas-sostenibbiltà jservu bħala punti ta' referenza standard skont liema jitkejlu l-investimenti sostenibbli, l-investituri aħħarin jenħtieġ li jiġu infurmati permezz ta' divulgazzjonijiet prekuntrattwali dwar kemm huwa xieraq l-indiċi speċifikat, b'mod partikolari l-allinjament ta' dak l-indiċi mal-mira ta' investiment sostenibbli. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll ir-raġunijiet għall-ponderazzjoni u l-kostitwenti differenti tal-indiċi speċifikat meta mqabbel ma' indiċi tas-suq wiesa', filwaqt li jiddistingwu bejn prodott li jirreplika indiċi u prodott li juża indiċi biex ikejjel jew iqabbel il-prestazzjoni tiegħu. Biex titkattar it-trasparenza, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jindikaw ukoll fejn tista' tinstab il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċi speċifikat u l-indiċi tas-suq wiesa', biex b'hekk l-investituri aħħarin ikollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar kif intgħażlu u ġew ipponderati l-assi sottostanti tal-indiċijiet, liema assi kienu esklużi u għal liema raġuni, kif tkejlu l-impatti relatati mas-sostenibbiltà, jew liema sorsi ta' data ntużaw. Meta prodott finanzjarju jkun espliċitament maħsub li jkun f'allinjament mal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima jew ikollu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, jenħtieġ li l-fornituri tal-parametri referenzjarji jiddivulgaw ukoll il-grad ta' allinjament mal-Ftehim ta' Pariġi fuq bażi xjentifika. Tali divulgazzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq sett armonizzat ta' indikaturi li jippermettu paragun effettiv u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' perċezzjoni korretta tar-riskji għas-sostenibbiltà, il-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà u l-investimenti favur is-sostenibbiltà. Fejn ma jkun ġie speċifikat l-ebda indiċi bħala parametru referenzjarju, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jispjegaw kif tintlaħaq il-mira ta' investiment sostenibbli jew kif ikunu ġew integrati r-riskji għas-sostenibbiltà u l-indikaturi tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà.

(7)  Meta prodott jew servizz finanzjarju jkollu fil-mira tiegħu tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju, id-divulgazzjonijiet prekuntrattwali jenħtieġ li jinkludu l-iskopertura fil-mira ta' emissjonijiet baxxi ta' karbonju, inkluża informazzjoni dwar l-allinjament tiegħu mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-miri rilevanti tal-UE.

(8)  Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u jiġu infurmati l-investituri u l-investituri aħħarin, jenħtieġ li l-aċċess għall-informazzjoni dwar kif tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà u kif ir-riskji għas-sostenibbiltà konkreti jew plawsibbli huma inkorporati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment – inkluż mil-lat ta' organizzazzjoni, immaniġġjar tar-riskju u governanza – u mill-konsulenti finanzjarji fi proċessi konsultattivi u mid-destinatarji tal-investiment fl-istrateġiji u l-operat tagħhom, jiġi rregolat billi l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jintalbu jippubblikaw sommarju qasir ta' dawn il-politiki fuq is-siti web tagħhom.

(9)  Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni attwali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jipprovdux li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu infurmati kif xieraq l-investituri aħħarin dwar l-impatt relatat mas-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom trid tiġi ddivulgata. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' divulgazzjoni standardizzati aktar speċifiċi, li jippermettu paragun, fir-rigward tal-investimenti sostenibbli. Pereżempju, il-prestazzjoni ġenerali relatata mas-sostenibbiltà tal-prodotti finanzjarji jenħtieġ li tiġi rrappurtata regolarment u b'mod standardizzat permezz ta' sett armonizzat ta' indikaturi rilevanti għall-kejl u t-tqabbil tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà. Meta jkun ġie speċifikat indiċi xieraq bħala parametru referenzjarju dik l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll għall-indiċi speċifikat u għal indiċi tas-suq wiesa' biex ikun jista' jsir paragun, filwaqt li ssir distinzjoni bejn prodott li jirreplika indiċi u prodott li juża indiċi biex ikejjel jew iqabbel il-prestazzjoni tiegħu. L-informazzjoni dwar il-kostitwenti tal-indiċi speċifikat u tal-indiċi tas-suq wiesa' flimkien mal-ponderazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li tiġi ddivulgata wkoll, biex tiġi pprovduta informazzjoni komparabbli ulterjuri dwar kif jintlaħqu l-miri ta' investiment sostenibbli. Meta l-maniġers tal-EuSEF jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar l-impatt soċjali pożittiv fil-mira ta' fond partikolari, l-eżitu soċjali globali milħuq u l-metodi relatati użati skont ir-Regolament (UE) Nru 346/2013, dawn jistgħu, fejn xieraq, jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tad-divulgazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

(10)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14) timponi obbligi ta' trasparenza fir-rigward tal-aspetti soċjali, ambjentali u ta' governanza korporattiva f'rappurtar mhux finanzjarju. Madankollu, il-forma u l-preżentazzjoni meħtieġa minn dawk id-Direttivi, mhumiex xierqa għall-użu dirett mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji fir-relazzjonijiet tagħhom mal-investituri aħħarin. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-informazzjoni fir-rapporti ta' ġestjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont id-Direttiva 2013/34/UE għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, fejn xieraq. Sabiex jiġi żgurat li l-investituri jingħataw data ta' kwalità komparabbli, jenħtieġ li l-obbligi ta' trasparenza tad-Direttiva 2013/34/UE jiġu aġġornati biex jinkludu r-riskji konkreti għas-sostenibbiltà u l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà abbażi ta' indikaturi armonizzati, u jiġu rrappurtati f'dikjarazzjonijiet perjodiċi integrati li jinkorporaw kemm informazzjoni finanzjarja kif ukoll mhux finanzjarja.

(11)  Biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tal-informazzjoni ppubblikata fuq is-siti web tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u s-siti web tal-konsulenti, dik l-informazzjoni jenħtieġ li tinżamm aġġornata, u kwalunkwe rieżami jew tibdil jenħtieġ li jiġi spjegat b'mod ċar.

(12)  Sabiex jiġi speċifikat kif l-IORPs jagħmlu deċiżjonijiet dwar l-investiment u jivvalutaw ir-riskji sabiex iqisu r-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fid-Direttiva (UE) 2016/2341. Ir-regoli ta' governanza u ta' mmaniġġjar tar-riskju diġà japplikaw għad-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-valutazzjonijiet tar-riskji sabiex jiżguraw il-kontinwità u r-regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tal-IORPs. Id-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-valutazzjoni tar-riskji rilevanti, inklużi riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza, jenħtieġ li jsiru b'tali mod li jiżguraw konformità mal-interessi tal-membri u l-benefiċjarji. L-attivitajiet u l-proċessi sottostanti tal-IORPs jenħtieġ li jiżguraw li jinkiseb l-għan tal-atti delegati. L-atti delegati jenħtieġ li jiżguraw konsistenza, fejn rilevanti, ma' atti delegati adottati skont id-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE u d-Direttiva 2011/61/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, ▌u li dawn il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, sabiex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat ta' gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(13)  L-Awtorità Bankarja Ewropea ("EBA"), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA") (kollettivament magħrufa bħala l-"ESAs") stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15), ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17) rispettivament jenħtieġ li, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni u r-riskji f'termini ta' sostenibbiltà li għandha tiġi ddivulgata fid-dokumenti prekuntrattwali, fir-rapporti perjodiċi u fuq is-siti web tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament Nru 1093/2010, ir-Regolament Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji.

(14)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni żviluppati mill-ESAs permezz tal-Kumitat Konġunt, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-TFUE u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1094/2010 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, biex tiġi stabbilita l-preżentazzjoni standard ta’ investimenti sostenibbli fil-komunikazzjonijiet kummerċjali.

(15)  Peress li r-rapporti perjodiċi fi prinċipju jagħtu sommarju tar-riżultati tan-negozju għal snin kalendarji sħaħ, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta' trasparenza fir-rapporti perjodiċi jenħtieġ li jiġu differiti għal ... [l-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12].

(16)  Ir-regoli ta' divulgazzjoni inklużi f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li jissupplimentaw, u jenħtieġ li japplikaw flimkien, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2011/61/UE, id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18), ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013.

(16a)  Ir-regoli dwar id-divulgazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament jikkomplementaw l-introduzzjoni ta' qafas globali ta' diliġenza dovuta komprensiv u obbligatorju għall-parteċipanti kollha fis-swieq finanzjarji, li għandu jinkludi komponent ta' obbligu ta' diliġenza u li għandu jiġi introdott gradwalment bis-sħiħ f'perjodu tranżitorju u b'attenzjoni għall-prinċipju tal-proporzjonalità, b'enfasi partikolari fuq il-proporzjonalità f'termini tad-daqs u l-importanza sistemika tal-entità, u li għandu jiżgura l-protezzjoni ta' konoxxenza u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali). L-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jfisser diliġenza u investigazzjoni raġonevoli tar-riskji ESG abbażi tal-indikaturi ESG. Bit-twettiq tad-diliġenza dovuta, l-investituri mhux biss ikunu jistgħu jevitaw l-impatti negattivi tal-investimenti tagħhom fuq is-soċjetà u l-ambjent, iżda anke jevitaw riskji finanzjarji u ta' reputazzjoni, jirrispondu għall-aspettattivi tal-klijenti u l-benefiċjarji tagħhom, u jikkontribwixxu għall-miri globali dwar il-klima u l-iżvilupp sostenibbli. B'dan il-mod, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jkunu obbligati jmorru lil hinn mis-sempliċi għarfien tad-dmirijiet finanzjarji tagħhom bħala investituri. Barra minn hekk, il-qafas ikompli jibni fuq it-talba tal-Parlament Ewropew għal qafas ta' diliġenza dovuta obbligatorju fir-Rapport Fuq Inizjattiva Proprja tiegħu dwar il-Finanzi Sostenibbli (2018/2007(INI)), fuq il-Linji Gwida tal-OECD "Responsible business conduct for institutional investors – Key considerations for due diligence under the OECD Guidelines for Multinational Enterprises" (2017) u fuq il-Liġi Franċiża dwar l-Obbligu Korporattiv ta' Viġilanza tas-27 ta' Marzu 2017, u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 2 tagħha.

(17)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(18)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament – jiġifieri li tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri aħħarin u l-informazzjoni li tingħata lill-investituri, u li jittejbu d-divulgazzjonijiet u l-għażla tal-investiment li jingħataw, u li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, il-konsulenti finanzjarji u l-kumpaniji elenkati fil-Borża jiġu megħjuna jinkorporaw ir-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza fil-proċess deċiżjonali dwar l-investiment – ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi ta' divulgazzjoni fil-livell tal-Unjoni, din tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà wara perjodu tranżitorju biex il-parteċipanti fis-suq jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom – kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-trasparenza li għandhom jiġu applikati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment – kif ukoll id-destinatarji tal-investiment – dwar l-integrazzjoni tar-riskji u l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà fil-proċess deċiżjonali jew konsultattiv dwar l-investiment u t-trasparenza tal-prodotti jew is-servizzi finanzjarji, sew jekk għandhom impatt immirat f'termini ta' sostenibbiltà u sew jekk le.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)  "parteċipant fis-swieq finanzjarji" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  impriża tal-assigurazzjoni▐, AIFM, ditta tal-investiment li tipprovdi mmaniġġjar ta' portafolli, IORP jew fornitur ta' prodott tal-pensjoni;

(ii)  maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju eliġibbli rreġistrat skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(iii)  maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali eliġibbli rreġistrat skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(iv)  kumpanija maniġerjali tal-UCITS;

(iva)  istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li tipprovdi proċessi ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-kreditu jew tal-investiment, bl-eċċezzjoni ta' istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi definiti taħt [OP: jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għall-Artikolu rilevanti] tar-Regolament (UE) Nru 575/2013];

(b)  "impriża tal-assigurazzjoni" tfisser impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/138/KE;

(ba)  "destinatarja tal-investiment" tfisser impriżi elenkati u mhux elenkati kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2013/34/UE;

(bb)  "prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà" tfisser il-konsistenza tal-prodott jew is-servizz finanzjarju mar-riskji u l-fatturi f'termini ambjentali, soċjali u ta' governanza li jirriflettu l-impatt tal-indikaturi tas-sostenibbiltà armonizzati;

(c)  "IBIP" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  prodott ta' investiment ibbażat fuq l-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19);

(ii)  prodott tal-assigurazzjoni, magħmul disponibbli għal investitur professjonali, li joffri valur fil-maturità jew valur ta' ċessjoni u meta dak il-valur fil-maturità jew dak il-valur ta' ċessjoni jkunu kompletament jew parzjalment esposti, direttament jew indirettament, għaċ-ċaqliq tas-suq;

(d)  "AIFM" tfisser AIFM kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(e)  "ditta tal-investiment" tfisser ditta tal-investiment kif definita fl-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni ta' ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi definiti fl-Artikolu 12 tar-Regolament [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għad-ditti tal-investiment];

(f)  "immaniġġjar ta' portafolli" tfisser immaniġġjar ta' portafolli kif definit fl-Artikolu 4(1)(8) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(g)  "IORP" tfisser istituzzjoni għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali awtorizzata jew irreġistrata skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(h)  "prodott tal-pensjoni" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(i)  prodott tal-pensjoni msemmi fl-Artikolu 2(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;

(ii)  prodott tal-pensjoni individwali msemmi fl-Artikolu 2(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;

(iia)  "Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP)" kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) ta' [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)];

(i)  "kumpanija maniġerjali tal-UCITS" tfisser kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE jew kumpanija ta' investiment imsemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha;

(j)  "prodott jew servizz finanzjarju" tfisser immaniġġjar ta' portafolli, AIF, IBIP, prodott tal-pensjoni, skema tal-pensjoni jew UCITS;

(k)  "AIF" tfisser AIF kif definit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(l)  "skema tal-pensjoni" tfisser skema tal-pensjoni kif definita fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(m)  "UCITS" tfisser impriża għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli awtorizzata skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(n)  "parir dwar l-investiment" tfisser parir dwar l-investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(na)  "awtoritajiet kompetenti rilevanti" tfisser l-awtoritajiet kompetenti jew maħtura għas-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji msemmija fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu;

(o)  "investimenti sostenibbli" tfisser prodotti assoċjati ma' strateġiji li għandhom l-għan li jiksbu prestazzjoni mil-lat ambjentali, soċjali u ta' governanza, li jistgħu jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin jew kwalunkwe taħlita tagħhom:

(i)  investimenti f'attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv ambjentali, inklużi indikaturi ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, bħall-użu tal-enerġija, l-użu ta' enerġija rinnovabbli, l-użu ta' materja prima, il-produzzjoni ta' skart, l-emissjonijiet, l-emissjonijiet ta' CO2, l-użu tal-ilma, l-użu tal-art u l-impatt fuq il-bijodiversità, kif stipulat fil-qafas ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekonomija ċirkolari. Dawn l-objettivi m'għandhomx jippreġudikaw b'mod sinifikanti kwalunkwe objettiv tal-investimenti skont il-punti (ii) u (iii);

(ii)  investimenti f'attività ekonomika li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal objettiv soċjali, u b'mod partikolari investimenti li jikkontribwixxu biex jindirizzaw l-inugwaljanza, investimenti li jippromwovu l-koeżjoni soċjali, l-integrazzjoni soċjali u r-relazzjonijiet industrijali, jew investimenti fil-kapital uman jew f'komunitajiet ekonomikament jew soċjalment żvantaġġati u li ma jippreġudikawx b'mod sinifikanti l-objettivi tal-investimenti skont il-punti (i) u (iii);

(iii)  investimenti li jippromwovu jew jappoġġjaw prattiki ta' governanza tajba fil-kumpaniji, b'mod partikolari f'kumpaniji li għandhom strutturi ta' mmaniġġjar u proċeduri ta' diliġenza dovuta b'saħħithom u trasparenti, relazzjonijiet tajbin mal-impjegati, politiki trasparenti ta' remunerazzjoni tal-persunal u konformità mar-regoli tat-taxxa, u li ma jippreġudikawx b'mod sinifikanti l-objettivi tal-investimenti skont il-punti (i) u (ii);

(oa)  "approċċ ta' investiment sostenibbli" tfisser approċċ jew strateġija ta' investiment li jappoġġjaw prodotti u servizzi mmirati lejn prestazzjoni relatata mal-ESG;

(p)  "investitur fil-livell tal-konsumatur" tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;

(pa)  "diliġenza dovuta" tfisser il-proċess kontinwu ta' diliġenza u investigazzjoni raġonevoli li permezz tagħhom investitur jew fornitur ta' servizzi ta' investiment jidentifika, jevita jew itaffi, jikkomunika u jagħti rendikont ta' kwalunkwe potenzjal ta' fatturi ESG negattivi u riskji għas-sostenibbiltà, qabel isir investiment u sal-bejgħ jew il-maturità tal-investiment;

(pb)  "preferenzi ESG" tfisser il-preferenzi ta' klijent jew ta' klijent potenzjali għal investimenti ambjentalment sostenibbli, investimenti soċjali jew investimenti ta' governanza tajba;

(q)  "investitur professjonali" tfisser klijent li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;

(r)  "intermedjarju tal-assigurazzjoni" tfisser intermedjarju tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 2(1)(3) tad-Direttiva (UE) 2016/97;

(s)  "parir dwar l-assigurazzjoni" tfisser parir kif definit fl-Artikolu 2(1)(15) tad-Direttiva (UE) 2016/97.

(sa)  "riskji għas-sostenibbiltà" tfisser riskji finanzjarji jew mhux finanzjarji, konkreti jew plawsibbli, b'rabta ma' riskji u fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, jekk ikunu rilevanti għal approċċ ta' investiment partikolari;

"riskji għas-sostenibbiltà" jinkludu:

(a)  riskji għal żmien qasir u/jew għal żmien twil għar-redditu ta' prodott finanzjarju jew tal-pensjoni li jirriżultaw mill-iskopertura tiegħu għal attivitajiet ekonomiċi li jista' jkollhom impatt ambjentali jew soċjali negattiv, jew mill-iskopertura tal-prodott għad-destinatarji tal-investiment li juru governanza ħażina;

(b)  ir-riskji għal żmien qasir u/jew għal żmien twil li l-attivitajiet ekonomiċi li jkun espost għalihom prodott finanzjarju jew tal-pensjoni jkollhom impatt negattiv fuq l-ambjent naturali, fuq il-ħaddiema u fuq il-komunitajiet, jew fuq il-governanza tad-destinatarji tal-investiment, inkluż iżda mhux limitat għal meta jkun hemm rabta mar-riskju finanzjarju msemmi fil-punt (a);

Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jikkunsidraw il-fatturi u l-indikaturi ambjentali, soċjali u ta' governanza elenkati fl-Anness Ia ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a sabiex tispeċifika elementi ulterjuri tad-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti (bb), (o), (bb) u (sa) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, biex jitqiesu l-iżviluppi fis-suq, l-esperjenza fl-applikazzjoni tar-regoli tad-divulgazzjoni, u kwalunkwe definizzjoni ġdida, jew li tinbidel, fil-livell Ewropew.

Fit-tfassil tal-atti delegati msemmija fit-tieni paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-prinċipji elenkati fl-Anness IIa.

Artikolu 3Trasparenza tal-politiki dwar ir-riskju għas-sostenibbiltà

1.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jimplimentaw politiki ta' diliġenza dovuta għall-valutazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u jikkomunikawhom lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi annwali, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Tal-inqas, dawn il-politiki jirrigwardaw l-inkorporazzjoni ta' riskji konkreti jew plawsibbli f'termini ta' sostenibbiltà, kif ukoll il-prestazzjoni bbażata fuq indikaturi tas-sostenibbiltà fl-oqsma tal-governanza, il-kundizzjonijiet operattivi, b'mod partikolari l-istrateġija tal-investiment u l-allokazzjoni tal-assi, l-obbligi organizzattivi tad-ditti – inklużi l-proċeduri ta' mmaniġġjar tar-riskju – l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot tal-azzjonisti u l-kollaborazzjoni mal-kumpaniji. Sommarju qasir ta' dawn il-politiki għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' konoxxenza u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kif definiti mid-Direttiva (UE) 2016/943.

2.  L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment għandhom jimplimentaw politiki miktuba dwar id-diliġenza dovuta għall-valutazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u jikkomunikawhom lill-awtoritajiet kompetenti fuq bażi annwali, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. Tal-inqas, dawn il-politiki jirrigwardaw l-inkorporazzjoni ta' riskji konkreti jew plawsibbli f'termini ta' sostenibbiltà, kif ukoll il-prestazzjoni bbażata fuq indikaturi tas-sostenibbiltà fl-oqsma tal-governanza, l-allokazzjoni tal-assi, il-pariri dwar l-investiment, l-immaniġġjar tar-riskju, l-eżerċizzju tad-dritt tal-vot tal-azzjonisti u l-kollaborazzjoni mal-kumpaniji. Sommarju qasir ta' dawn il-politiki għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' konoxxenza u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kif definiti mid-Direttiva (UE) 2016/943.

2a.  L-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-impriżi tal-assigurazzjoni għandhom jimplimentaw politiki dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċessi ta' mmaniġġjar tar-riskju tal-kreditu u tal-investiment tagħhom. Sommarju qasir ta' dawn il-politiki għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, filwaqt li jiġu żgurati l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' konoxxenza u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kif definiti mid-Direttiva (UE) 2016/943.

2b.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom jiżguraw li l-identifikazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji għas-sostenibbiltà jkunu integrati biżżejjed fil-proċessi ta' diliġenza dovuta u fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment, filwaqt li jirrikjedu lill-investituri jevitaw, itaffu u jagħtu rendikont tal-fatturi ESG u jippubblikawhom bil-miktub fuq is-siti web tagħhom.

2c.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 9a sabiex tispeċifika:

(a)  qafas komprensiv u obbligatorju bi standards minimi għall-politiki miktuba u l-proċessi ta' diliġenza dovuta li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom jimplimentaw biex jiżguraw li r-riskji avversi għas-sostenibbiltà maħluqa mill-parteċipant fis-suq finanzjarju jiġu integrati fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment, inkluża l-integrazzjoni ta' firxa sħiħa ta' indikaturi ESG;

(b)  linji gwida dwar ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.

(c)  linji gwida dwar kif għandu jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità msemmi fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu, filwaqt li titqies b'mod partikolari l-proporzjonalità f'termini tad-daqs u l-importanza sistemika tal-entità.

2d.  Fit-tfassil tal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 2c, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-prinċipji elenkati fl-Anness IIa.

Artikolu 4Trasparenza tal-integrazzjoni tar-riskji

u l-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà

1.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta' dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali, filwaqt li jiżguraw il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' konoxxenza u informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kif definiti mid-Direttiva (UE) 2016/943:

(a)  il-proċeduri ta' diliġenza dovuta u l-kundizzjonijiet applikati għall-inkorporazzjoni tar-riskji konkreti jew plawsibbli f'termini ta' sostenibbiltà fil-proċess deċiżjonali dwar l-investiment għal dak il-prodott partikolari, u kif jiġu applikati; kif ukoll il-proċeduri għall-kejl tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà;

(b)  il-punt sa fejn ir-riskji għas-sostenibbiltà huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq il-prodotti jew is-servizzi finanzjarji mqiegħda għad-dispożizzjoni, u f'liema parti tal-portafoll ikunu ġew identifikati dawn ir-riskji;

(c)  kif il-politiki ta' remunerazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji huma konsistenti mad-Direttiva (UE) 2017/828 u mal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u jsegwu l-kriterji ESG relatati mal-prestazzjoni interna u operattiva, filwaqt li jwettqu objettivi ta' tkabbir vijabbli fit-tul; u huma konformi, fejn rilevanti, mal-mira ta' investiment sostenibbli tal-prodott jew is-servizz finanzjarju li ngħataw il-pariri dwaru.

(ca)  f'termini tal-votazzjoni tal-azzjonisti fir-rigward tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà u l-mitigazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà, l-istruzzjonijiet dwar il-votazzjoni u r-raġunijiet wara l-voti kontra l-maniġment, l-astensjonijiet u l-voti kontenzjużi.

Id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-punt (ca) għandhom ikunu konsistenti mad-Direttiva (UE) 2017/828.

2.  L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment għandhom jinkludu deskrizzjonijiet ta' dawn li ġejjin fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali:

(a)  il-proċeduri ta' diliġenza dovuta u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjoni tar-riskji konkreti jew plawsibbli f'termini ta' sostenibbiltà fil-pariri dwar l-investiment jew fil-pariri dwar l-assigurazzjoni u l-proċeduri għall-kejl tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà;

(b)  il-punt sa fejn ir-riskji għas-sostenibbiltà huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq il-prodotti jew is-servizzi finanzjarji mqiegħda għad-dispożizzjoni, u f'liema parti tal-portafoll ikunu ġew identifikati dawn ir-riskji;

(c)  kif il-politiki ta' remunerazzjoni tad-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIP huma konsistenti mad-Direttiva (EU) 2017/828, jirriflettu l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u jsegwu l-kriterji ESG relatati mal-prestazzjoni interna u operattiva, filwaqt li jwettqu objettivi ta' tkabbir vijabbli fit-tul u huma konformi, fejn rilevanti, mal-mira ta' investiment sostenibbli tal-prodott jew is-servizz finanzjarju li ngħataw il-pariri dwaru.

(ca)  f'termini tal-votazzjoni tal-azzjonisti fir-rigward tal-prestazzjoni f'termini ta' sostenibbiltà u l-mitigazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà, l-istruzzjonijiet dwar il-votazzjoni u r-raġunijiet wara l-voti kontra l-maniġment, l-astensjonijiet u l-voti kontenzjużi.

Id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2(ca) għandhom ikunu konsistenti mad-Direttiva (UE) 2017/828.

3.  Ir-referenzi għad-divulgazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 għandhom jiġu introdotti b'dan il-mod:

(a)  għall-AIFMs, fid-divulgazzjonijiet lill-investituri msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)  għall-impriżi tal-assigurazzjoni, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)  għall-IORPs, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(d)  għall-maniġers tal-fondi ta' kapital ta' riskju eliġibbli, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(e)  għall-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali eliġibbli, fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(f)  għall-fornituri ta' prodotti tal-pensjoni, bil-miktub, fi żmien sew qabel investitur fil-livell tal-konsumatur ikun marbut minn kuntratt relatat ma' prodott tal-pensjoni;

(g)  għall-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, fil-prospett imsemmi fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(h)  għad-ditti tal-investiment li jipprovdu mmaniġġjar ta' portafolli jew jipprovdu pariri dwar l-investiment, skont l-Artikolu 24(4) tad-Direttiva 2014/65/UE, l-informazzjoni tista' tingħata f'format standardizzat kif stabbilit fl-Artikolu 24(5) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(i)  għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs, skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97.

3a.  L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ("il-Kumitat Konġunt"), għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar l-allinjament tad-dispożizzjonijiet imsemmija skont il-paragrafu 3 mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2, b'rabta mad-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont dan l-Artikolu.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jippreżentaw dan l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5Trasparenza

tar-riskji u l-prestazzjoni tal-investimenti f'termini ta' sostenibbiltà fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali

1.  Meta prodott jew servizz finanzjarju jitqiegħed fis-suq, u jkun ġie referenzjat indiċi bħala parametru referenzjarju għal dan, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 4(1) għandha tkun akkumpanjata minn dawn li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni tal-mira ta' investiment sostenibbli u informazzjoni dwar kif l-indiċi speċifikat huwa allinjat ma' dan l-objettiv;

(aa)  spjegazzjoni ta' kif l-indikaturi elenkati fl-Artikolu 2(1)(sa) huma kkunsidrati fil-metodoloġija tal-indiċi;

(b)  spjegazzjoni għaliex il-ponderazzjoni u l-kostitwenti tal-indiċi speċifikat allinjat ma' dik il-mira huma differenti minn indiċi wiesa' tas-suq.

Trid issir differenza bejn prodott li jirreplika indiċi u indiċi li jintuża biex ikejjel jew iqabbel il-prestazzjoni tal-prodott.

2.  Meta prodott finanzjarju ma jkollu l-ebda indiċi bħala parametru referenzjarju,▐ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tinkludi deskrizzjoni tal-impatt f'termini ta' sostenibbiltà billi jintużaw l-indikaturi tar-riskju għas-sostenibbiltà elenkati fl-Artikolu 2.

3.  Meta prodott jew servizz finanzjarju jkun espliċitament maħsub biex ikun allinjat mal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima jew ikollu l-għan li jnaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju, l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 4(1) għandha tinkludi l-grad ta' allinjament mal-Ftehim ta' Pariġi fuq bażi xjentifika jew l-iskopertura fil-mira għal emissjonijiet baxxi ta' karbonju.

B'deroga mill-paragrafu 2, meta l-ebda [parametru referenzjarju ta' emissjonijiet baxxi ta' karbonju tal-UE] jew [parametru referenzjarju tal-impatt tal-karbonju pożittiv] skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 ma jkun disponibbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandha tinkludi spjegazzjoni dettaljata dwar kif se tintlaħaq il-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju u/jew li jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.

4.  Fl-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-Artikolu 4(1), il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu indikazzjoni dwar fejn għandhom jinstabu l-metodoloġija użata għall-indiċijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-parametri referenzjarji msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

5.  L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ("il-Kumitat Konġunt"), għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont dan l-Artikolu.

6.  L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6Trasparenza

tar-riskji u l-prestazzjoni tal-investimenti f'termini ta' sostenibbiltà fuq is-siti web

1.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fuq is-siti web tagħhom, għal kull prodott jew servizz finanzjarju msemmi fil-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Artikolu 5, dawn li ġejjin:

(a)  deskrizzjoni tal-mira ta' investiment sostenibbli;

(b)  informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex tiġi vvalutata, imkejla u ssorveljata l-prestazzjoni – f'termini ta' sostenibbiltà – tal-investimenti magħżula għall-prodott jew is-servizz finanzjarju, inklużi s-sorsi ta' data tiegħu, il-kriterji ta' skrinjar għall-assi sottostanti u l-indikaturi ta' sostenibbiltà rilevanti użati biex jitkejjel l-impatt sostenibbli globali tal-prodott jew is-servizz finanzjarju;

(c)  l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5;

(d)  l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7.

L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun ċara, konċiża u tinftiehem mill-investituri individwali u l-pubbliku ġenerali. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata b'mod ċar f'parti prominenti tas-sit web u tkun faċilment aċċessibbli u faċli biex tinftiehem, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi. Is-sit web għandu jipprovdi wkoll informazzjoni aktar dettaljata għall-investituri professjonali u għal esperti oħra.

2.  L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jindikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jispeċifikaw l-allinjament tad-dispożizzjonijiet imsemmija skont il-paragrafu 2 mal-obbligi tal-paragrafu 1 b'rabta mad-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jikkunsidraw kwalunkwe definizzjoni ġdida, jew li tinbidel, fil-livell Ewropew.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni għandha ▌tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 dwar l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 7Trasparenza

tar-riskji u l-prestazzjoni tal-investimenti f'termini ta' sostenibbiltà fir-rapporti perjodiċi

1.  Meta l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqiegħdu għad-dispożizzjoni prodott jew servizz finanzjarju msemmi fil-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Artikolu 5, dawn għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' dawn li ġejjin f'rapporti perjodiċi, awditjati u integrati, imwettqa tal-inqas darba fis-sena, u li jinkludu informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja:

(a)  l-impatt globali relatat mas-sostenibbiltà u l-prestazzjoni li għandu l-prodott jew is-servizz finanzjarju permezz ta' indikaturi tar-riskju għas-sostenibbiltà armonizzati u komparabbli;

(b)  meta jkun ġie speċifikat indiċi bħala parametru referenzjarju, paragun bejn l-impatt globali tal-prodott jew is-servizz finanzjarju fi ħdan l-indiċi speċifikat u indiċi tas-suq wiesa' f'termini ta' ponderazzjoni, kostitwenti u indikaturi tas-sostenibbiltà,

(ba)  Il-kumpaniji elenkati fil-Borża għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kif il-prestazzjoni u r-riskji f'termini ta' sostenibbiltà jkunu ġew inkorporati fil-proċessi tat-tmexxija u fl-istrateġija tal-investiment fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmija fid-Direttiva 2013/34/UE.

2.  Id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru kif ġej:

(a)  għall-AIFMs, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE;

(b)  għall-impriżi tal-assigurazzjoni, kull sena bil-miktub skont l-Artikolu 185(6) tad-Direttiva 2009/138/KE;

(c)  għall-IORPs, fir-rapport tal-benefiċċju tal-pensjoni msemmi fl-Artikolu 38 tad-Direttiva (UE) 2016/2341 u fl-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;

(d)  għall-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju eliġibbli, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 345/2013;

(e)  għall-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali eliġibbli, fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 346/2013;

(f)  għall-fornituri ta' prodotti tal-pensjoni, bil-miktub tal-inqas fir-rapporti annwali jew fir-rapporti skont il-liġi nazzjonali;

(g)  għall-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS jew il-kumpaniji ta' investiment tal-UCITS, fir-rapporti semestrali u annwali msemmija fl-Artikolu 69 tad-Direttiva 2009/65/KE;

(h)  għad-ditti ta' investiment li jipprovdu mmaniġġjar ta' portafolli, fir-rapporti perjodiċi msemmija fl-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(ha)  għall-kumpaniji elenkati u mhux elenkati, f'konformità mad-dikjarazzjonijiet perjodiċi msemmija fl-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jużaw l-informazzjoni fir-rapporti tal-ġestjoni skont l-Artikolu 19 jew l-informazzjoni f'dikjarazzjonijiet mhux finanzjarji skont l-Artikolu 19a tad-Direttiva 2013/34/UE fejn xieraq, filwaqt li jiżguraw li l-informazzjoni li tingħata lill-investituri aħħarin tkun ippreżentata b'mod ċar, aċċessibbli u li jinftiehem faċilment.

4.  L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jindikaw id-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jispeċifikaw l-allinjament tad-dispożizzjonijiet imsemmija skont il-paragrafu 2 mal-obbligi tal-paragrafu 1 b'rabta mad-dettalji tal-kontenut u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jikkunsidraw kwalunkwe definizzjoni ġdida, jew li tinbidel, fil-livell Ewropew.

L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 8Rieżami tad-divulgazzjonijiet

1.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 3 jew l-Artikolu 6 tinżamm aġġornata. Meta parteċipant fis-swieq finanzjarji jemenda informazzjoni bħal din, għandha tiġi ppubblikata spjegazzjoni ċara ta' dik il-bidla fuq l-istess sit web.

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti ta' investiment li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni ppubblikata skont l-Artikolu 3.

Artikolu 9Komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.  Mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni settorjali aktar stretta, b'mod partikolari d-Direttiva 2009/65/KE, id-Direttiva 2014/65/UE, id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1286/2014, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti ta' investimenti li jipprovdu investiment għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom ma jkunux f'kontradizzjoni mal-informazzjoni ddivulgata skont dan ir-Regolament.

2.  L-EBA, l-EIOPA u l-ESMA, jistgħu jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex jistabbilixxu l-preżentazzjoni standard ta' informazzjoni dwar investimenti sostenibbli.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 9a

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 2 (...), 3(2b) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xaharejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 10aEmendi għad-Direttiva (UE) 2013/34

Id-Direttiva (UE) 2013/34 hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 19a u fl-Artikolu 29a(1), jiżdiedu l-punti li ġejjin:

"(f)  ir-riskji għas-sostenibbiltà rilevanti għan-negozju partikolari kif definiti fl-Artikolu 2(a) ta' [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar id-divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341 u d-Direttiva 2013/34/UE], biex il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 2(sa) ta' dak ir-Regolament ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi ta' divulgazzjoni u mitigazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà kif definiti fl-Artikoli 4 u 5 ta' dak ir-Regolament;

(g)  il-prestazzjoni mkejla skont indikaturi tas-sostenibbiltà rilevanti għan-negozju u l-industrija partikolari, abbażi ta' lista ta' indikaturi armonizzati tas-sostenibbiltà li għandha tiġi żviluppata u aġġornata mill-Kummissjoni Ewropea, b'koerenza ma' [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għar-Regolament dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli];".

Artikolu 10Emendi għad-Direttiva (UE) 2016/2341

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 hija emendata kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 9 li ġej:

‘9. Il-Kummissjoni, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 60a, għandha s-setgħa li tadotta miżuri li jiżguraw li:

(a)  titqies ir-regola tal-"persuna prudenti" fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tar-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza;

(b)  jiġu inklużi l-fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza fid-deċiżjonijiet interni dwar l-investiment u l-proċessi ta' mmaniġġjar tar-riskju.

Dawn l-atti delegati għandhom iqisu d-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORPs u r-riskji inerenti għal dawn l-attivitajiet u jiżguraw konsistenza mal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/65/KE, l-Artikolu 132 tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2011/61/UE.";

(2)  jiddaħħal l-Artikolu 60a li ġej:

"Artikolu 60a

Eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 19(9) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 19(9) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 19(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

Artikolu 11

Evalwazzjoni

Sa [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tal-fatturi u l-indikaturi soċjali u ta' governanza, l-integrazzjoni tagħhom fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment u d-divulgazzjonijiet prekuntrattwali. Din l-evalwazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt tad-disponibbiltà u l-kwalità tad-data tal-emittent fuq il-ħila tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li jintegraw ir-riskju tas-sostenibbiltà fid-divulgazzjonijiet tal-prodotti u fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment.

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-possibbiltà li tirrevedi d-Direttiva 2013/34/UE sabiex jittejjeb ir-rappurtar tar-riskju għas-sostenibbiltà min-naħa tal-impriżi.

Artikolu 12Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea]. Kwalunkwe rieżami jew aġġornament ta' dan ir-Regolament għandu jkun preċedut minn valutazzjoni tal-impatt li tistabbilixxi l-fattibbiltà tiegħu.

Madankollu, l-Artikolu 5(5), l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 10 għandhom japplikaw minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ] u l-Artikolu 7(1) sa (3) għandu japplika minn [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data: l-1 ta' Jannar tas-sena ta' wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-PresidentANNESS Ia

Abbażi tal-"PRI Reporting Framework – Main definitions 2018" (Novembru 2017) tal-inizjattiva Principles for Responsible Investment appoġġjata min-Nazzjonijiet Uniti u l-qafas ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ekonomija ċirkolari, ir-riskji għas-sostenibbiltà jistgħu jinkludu l-fatturi u l-indikaturi ambjentali, soċjali u ta' governanza li ġejjin:

(i)  kwistjonijiet relatati mal-kwalità u l-funzjonament tal-ambjent naturali u tas-sistemi naturali. Dawn jinkludu: it-telf ta' bijodiversità; l-emissjonijiet ta' gassijiet serra (GHGs), it-tibdil fil-klima, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, it-tnaqqis jew it-tniġġis tal-arja, l-ilma jew ir-riżorsi, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tnaqqis tal-ożonu fl-istratosfera, it-tibdil fl-użu tal-art;

(ii)  kwistjonijiet relatati mad-drittijiet, il-benessri u l-interessi tal-persuni u l-komunitajiet. Dawn jinkludu: id-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol fil-katina tal-provvista, it-tħaddim tat-tfal, l-iskjavitù u x-xogħol furzat, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, soċjetà ċivili ħielsa u indipendenti, il-kapaċità tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jwettqu l-attivitajiet tagħhom, il-ġestjoni tal-kapital uman u r-relazzjonijiet mal-impjegati; id-diversità; ir-relazzjonijiet mal-komunitajiet lokali, inklużi l-kunsens ħieles, minn qabel u infurmat, l-attivitajiet f'żoni ta' kunflitt, is-saħħa u l-aċċess għall-mediċini, l-HIV/AIDS, il-ħarsien tal-konsumatur; l-armi kontroversjali; u

(iii)  kwistjonijiet relatati mal-governanza tal-kumpaniji u ta' destinatarji oħra tal-investiment. Fil-kuntest tal-ekwità elenkata, dawn jinkludu: l-istruttura tal-bord, id-daqs, id-diversità, il-ħiliet u l-indipendenza, ir-remunerazzjoni tal-persunal maniġerjali, id-drittijiet tal-azzjonisti, l-interazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, id-divulgazzjoni tal-informazzjoni, l-etika kummerċjali, it-tixħim u l-korruzzjoni, il-konformità mar-regoli tat-taxxa, il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, il-kontrolli interni u l-immaniġġjar tar-riskju u, b'mod ġenerali, kwistjonijiet li jindirizzaw ir-relazzjoni bejn il-maniġment ta' kumpanija, il-bord, l-azzjonisti u l-partijiet ikkonċernati l-oħra tagħha. Din il-kategorija tista' tinkludi wkoll kwistjonijiet dwar l-istrateġija kummerċjali, li tinkludi kemm l-implikazzjonijiet tal-istrateġija kummerċjali għall-kwistjonijiet ambjentali u soċjali kif ukoll il-mod kif l-istrateġija għandha tiġi implimentata. Fil-klassijiet tal-assi mhux elenkati, kwistjonijiet ta' governanza jinkludu wkoll kwistjonijiet relatati mal-governanza tal-fondi, bħas-setgħat tal-Kumitati Konsultattivi, kwistjonijiet ta' valutazzjoni, l-istrutturi tariffarji, eċċ.;

ANNESS IIa

Prinċipji internazzjonali

1.

Nazzjonijiet Uniti

Principles for Responsible Investment – Qafas ta' rappurtar – https://www.unpri.org/

2.

OECD

Linji gwida tal-OECD – Responsible business conduct for institutional investors – Key considerations for due diligence under the OECD Guidelines for Multinational Enterprises (2017) – https://mneguidelines.oecd.org/RBC-for-Institutional-Investors.pdf

(1)

ĠU ...

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C , , p. .

(4)

  ĠU C , , p. .

(5)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta' Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).

(6)

  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(7)

  Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(8)

  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(9)

  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(10)

  Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

(11)

  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(12)

  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

(13)

  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

(14)

  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(15)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(16)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(17)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(18)

  Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

(19)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (11.10.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

(COM(2018)0354 – C8-0208/2018 – 2018/0179(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

dwar divulgazzjonijiet relatati mal-impatt u r-riskji tal-investimenti f'termini ta' sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Għan komuni tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 huwa li jiġi ffaċilitat l-bidu u t-tkomplija tal-attivitajiet tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM), impriżi tal-assigurazzjoni, ditti tal-investiment, intermedjarji tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs), maniġers ta' fondi kwalifikanti ta' kapital ta' riskju (maniġers tal-EuVECA), u maniġers ta' fondi kwalifikanti ta' intraprenditorija soċjali (maniġers tal-EuSEF). Dawn id-Direttivi u Regolamenti jiżguraw protezzjoni aktar uniformi tal-investituri aħħarin u jagħmluha aktar faċli għalihom biex jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi finanzjarji, u fl-istess ħin jipprovdu regoli li jippermettu lill-investituri jagħmlu deċiżjonijiet ta' investimenti infurmati. Filwaqt li dawn l-għanijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom intlaħqu, id-divulgazzjonijiet lill-investituri aħħarin dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-miri ta' investimenti sostenibbli fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' investiment mill-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-AIFMs, l-impriżi tal-assigurazzjoni, id-ditti ta' investiment li jipprovdu mmaniġġar ta' portafolli, l-IORPs, il-fornituri tal-pensjoni, il-maniġers tal-EUVECA u l-maniġers tal-EUSEF (parteċipanti fis-swieq finanzjarji) u d-divulgazzjonijiet lill-investituri aħħarin dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċessi konsultattivi mill-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni (IBIPs) u d-ditti ta' investimenti li jipprovdu pariri dwar l-investiment (konsulenti finanzjarji) mhumiex żviluppati biżżejjed peress li dawn id-divulgazzjonijiet għadhom mhumiex soġġetti għal rekwiżiti armonizzati.

(2)  Għan komuni tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32, id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33, id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill34, id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill35, id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill36, id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37, ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill38 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 huwa li jiġu ffaċilitati l-bidu u t-tkomplija tal-attivitajiet tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (AIFM), impriżi tal-assigurazzjoni, ditti tal-investiment, intermedjarji tal-assigurazzjoni, istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs), maniġers ta' fondi kwalifikanti ta' kapital ta' riskju (maniġers tal-EuVECA), u maniġers ta' fondi kwalifikanti ta' intraprenditorija soċjali (maniġers tal-EuSEF). Dawn id-Direttivi u Regolamenti jiżguraw protezzjoni aktar uniformi tal-investituri aħħarin u jagħmluha aktar faċli għalihom biex jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' prodotti u servizzi finanzjarji, u fl-istess ħin jipprovdu regoli li jippermettu lill-investituri jagħmlu deċiżjonijiet ta' investimenti infurmati. Filwaqt li dawn l-għanijiet fil-biċċa l-kbira tagħhom intlaħqu, id-divulgazzjonijiet dwar l-impatt f'termini ta' sostenibbiltà u l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-miri ta' investimenti sostenibbli fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment mill-kumpaniji maniġerjali tal-UCITS, l-AIFMs, l-impriżi tal-assigurazzjoni, id-ditti ta' investiment li jipprovdu mmaniġġar ta' portafolli, l-IORPs, il-fornituri tal-pensjoni, il-maniġers tal-EUVECA u l-maniġers tal-EUSEF (parteċipanti fis-swieq finanzjarji) u d-divulgazzjonijiet lill-investituri aħħarin dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċessi konsultattivi mill-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni (IBIPs) u d-ditti ta' investimenti li jipprovdu pariri dwar l-investiment (konsulenti finanzjarji) mhumiex żviluppati biżżejjed peress li dawn id-divulgazzjonijiet għadhom mhumiex soġġetti għal indikaturi u rekwiżiti armonizzati. Sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' diliġenza dovuta dwar l-impatt u r-riskji f'termini ta' sostenibbiltà, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji nfushom jeħtieġu divulgazzjoni ta' informazzjoni affidabbli, komparabbli u armonizzata mingħand id-destinatarji tal-investiment. Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39a tistipula l-obbligi relatati mar-rekwiżiti ta' kontabbiltà u rappurtar tal-kumpaniji. Għaldaqstant, jenħtieġ li dik id-Direttiva tiġi aġġornata biex tinkludi rappurtar integrat u awditjat tar-riskji u l-impatt f'termini ta' sostenibbiltà sabiex tirrispondi għall-ħtieġa dejjem akbar li l-kunsiderazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà jiġu integrati fl-istrateġija u fl-immaniġġar tar-riskju tal-kumpaniji.

__________________

__________________

32 Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

32 Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

33 Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

33 Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

34 Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

34 Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattiv (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

35 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

35 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

36 Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

36 Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

37 Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

37 Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37).

38 Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

38 Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

39 Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

39 Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

 

39a Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fin-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà lill-investituri aħħarin, huwa probabbli li se jibqgħu jiġu adottati miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali u approċċi differenti fis-setturi tas-servizzi finanzjarji differenti jistgħu jibqgħu jippersistu. Miżuri u approċċi diverġenti bħal dawn ikomplu jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn differenzi sinifikanti fl-istandards ta' divulgazzjoni. Barra minn hekk, żvilupp parallel tal-prattiki bbażati fuq is-suq, fuq il-bażi ta' prijoritajiet immexxija mill-kummerċ li jipproduċu riżultati diverġenti, attwalment jikkawża frammentazzjoni ulterjuri tas-suq u jista' jaggrava ulterjorment il-funzjonament tas-suq intern fil-futur. L-istandards diverġenti tad-divulgazzjoni u l-prattiki bbażati fuq is-suq jagħmluha diffiċli ħafna li jsir pargun bejn prodotti u servizzi finanzjarji differenti u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi bejn dawn il-prodotti u servizzi u bejn il-kanali ta' distribuzzjoni u joħolqu ostakoli addizzjonali għas-suq intern. Dawn id-diverġenzi jistgħu joħolqu wkoll konfużjoni għall-investituri aħħarin u jistgħu jfixklu d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. Fl-iżgurar tal-konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, l-Istati Membri x'aktarx li jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu ostakoli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jkunu detrimentali għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' regoli armonizzati relatati mat-trasparenza jagħmilha diffiċli għall-investituri aħħarin biex iqabblu b'mod effettiv il-prodotti u s-servizzi finanzjarji differenti fl-Istati Membri differenti f'dak li jirrigwarda r-riskju ambjentali, soċjali u ta' governanza tagħhom u l-miri ta' investiment sostenibbili. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi indirizzat il-funzjonament eżistenti tas-suq intern u li jiġu evitati ostakoli futuri probabbli.

(3)  Fin-nuqqas ta' regoli armonizzati tal-Unjoni dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà min-naħa tal-emittenti u l-investituri, huwa probabbli li se jibqgħu jiġu adottati miżuri diverġenti fil-livell nazzjonali u approċċi differenti fis-setturi tas-servizzi finanzjarji differenti jistgħu jibqgħu jippersistu. Miżuri u approċċi diverġenti bħal dawn ikomplu jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn differenzi sinifikanti fl-istandards ta' divulgazzjoni. Barra minn hekk, żvilupp parallel tal-prattiki bbażati fuq is-suq, fuq il-bażi ta' prijoritajiet immexxija mill-kummerċ li jipproduċu riżultati diverġenti, attwalment jikkawża frammentazzjoni ulterjuri tas-suq u jista' jaggrava ulterjorment il-funzjonament tas-suq intern fil-futur. L-istandards diverġenti tad-divulgazzjoni u l-prattiki bbażati fuq is-suq u n-nuqqas ta' sett armonizzat ta' indikaturi jagħmluha diffiċli ħafna li jsir paragun bejn prodotti u servizzi finanzjarji differenti u joħolqu kundizzjonijiet mhux ekwi bejn dawn il-prodotti u servizzi u bejn il-kanali ta' distribuzzjoni u joħolqu ostakoli addizzjonali għas-suq intern. Dawn id-diverġenzi jistgħu joħolqu wkoll konfużjoni għall-investituri aħħarin u jistgħu jfixklu d-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom. Fl-iżgurar tal-konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, l-Istati Membri x'aktarx li jadottaw miżuri nazzjonali diverġenti li jistgħu joħolqu ostakoli għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern u jkunu detrimentali għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' regoli u indikaturi armonizzati relatati mat-trasparenza jagħmilha diffiċli għall-investituri biex iqabblu b'mod effettiv id-destinatarji tal-investiment sottostanti u l-prodotti u s-servizzi finanzjarji differenti fl-Istati Membri differenti f'dak li jirrigwarda l-impatt u r-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza tagħhom u l-miri ta' investiment sostenibbili. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi indirizzat il-funzjonament eżistenti tas-suq intern u jiġu evitati ostakoli ġodda.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Biex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta' dan ir-Regolament u li l-obbligi ta' divulgazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu applikati b'mod ċar u konsistenti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni armonizzata ta' "investimenti sostenibbli".

(4)  Biex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti ta' dan ir-Regolament u li l-obbligi ta' divulgazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu applikati b'mod ċar u konsistenti mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni armonizzata ta' "investimenti sostenibbli" u "riskji għas-sostenibbiltà", abbażi ta' sett armonizzat ta' indikaturi. Filwaqt li tiffoka fuq ir-riskji materjali, jenħtieġ li dik id-definizzjoni tkun progressiva billi tqis kif xieraq ir-riskji emerġenti.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn definizzjonijiet ċari u indikaturi armonizzati biex, minbarra li tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq, jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u livell minimu ta' konsistenza fost l-awtoritajiet nazzjonali u l-parteċipanti fis-suq.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Peress li l-parametri referenzjarji tas-sostenibbiltà jservu bħala punti ta' referenza standard skont liema jiġu mkejla l-investimenti sostenibbli, l-investituri aħħarin jenħtieġ li jiġu infurmati permezz ta' divulgazzjonijiet prekuntrattwali dwar kemm huwa xieraq l-indiċi indikat, b'mod partikolari l-allinjament ta' dak l-indiċi mal-mira ta' investiment sostenibbli. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll ir-raġunijiet għall-ponderazzjoni u l-kostitwenti differenti tal-indiċi nnominat meta mqabbel ma' indiċi tas-suq wiesa'. Biex titkattar it-trasparenza, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jindikaw ukoll fejn tista' tinstab il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċi nnominat u l-indiċi tas-suq wiesa', biex b'hekk l-investituri aħħarin ikollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar kif intgħażlu u ġew ipponderati l-assi sottostanti tal-indiċijiet, liema assi kienu esklużi u għal liema raġuni, kif tkejlu l-impatti relatati mas-sostenibbiltà, jew liema sorsi ta' data ntużaw. Tali divulgazzjonijiet jenħtieġ li jippermettu paragun effettiv u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' perċezzjoni korretta tal-investimenti favur is-sostenibbiltà. Fejn ma jkun ġie indikat l-ebda indiċi bħala parametru referenzjaru, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jispjegaw kif tintlaħaq il-mira ta' investiment sostenibbli.

(6)  Peress li l-parametri referenzjarji tas-sostenibbiltà jservu bħala punti ta' referenza standard skont liema jiġu mkejla l-investimenti sostenibbli, l-investituri aħħarin jenħtieġ li jiġu infurmati permezz ta' divulgazzjonijiet prekuntrattwali dwar kemm huwa xieraq l-indiċi indikat, b'mod partikolari l-allinjament ta' dak l-indiċi mal-mira ta' investiment sostenibbli. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jiddivulgaw ukoll ir-raġunijiet għall-ponderazzjoni u l-kostitwenti differenti tal-indiċi nnominat meta mqabbel ma' indiċi tas-suq wiesa'. Biex titkattar it-trasparenza, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jindikaw ukoll fejn tista' tinstab il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-indiċi nnominat u l-indiċi tas-suq wiesa', biex b'hekk l-investituri aħħarin ikollhom l-informazzjoni meħtieġa dwar kif intgħażlu u ġew ipponderati l-assi sottostanti tal-indiċijiet, liema assi kienu esklużi u għal liema raġuni, kif tkejlu l-impatti relatati mas-sostenibbiltà, jew liema sorsi ta' data ntużaw. Tali divulgazzjonijiet, abbażi ta' sett armonizzat ta' indikaturi, jenħtieġ li jippermettu paragun effettiv u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' perċezzjoni korretta tal-investimenti favur is-sostenibbiltà. Fejn ma jkun ġie indikat l-ebda indiċi bħala parametru referenzjaru, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jenħtieġ li jispjegaw kif tintlaħaq il-mira ta' investiment sostenibbli.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Jekk prodott jew servizz finanzjarju jkun magħmul minn bonds, kuntratti għad-differenza, derivattivi jew strumenti oħra bbażati fuq il-valur tal-assi sottostanti, jenħtieġ li d-divulgazzjonijiet jispeċifikaw b'mod ċar ir-rabta bejn il-mira li jintlaħqu l-għanijiet ta' sostenibbiltà u l-valur tal-assi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex tiġi inkoraġġita t-trasparenza u jiġu infurmati l-investituri aħħarin, l-aċċess għall-informazzjoni dwar kif ir-riskji għas-sostenibbiltà huma integrati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment u mill-konsulenti finanzjarji fi proċessi konsultattivi jenħtieġ li jiġi rregolat billi dawk l-entitajiet jintalbu jżommu dik l-informazzjoni fuq is-siti web tagħhom.

(8)  Sabiex jiġu inkoraġġiti t-trasparenza u l-komparabbiltà u jiġu infurmati l-investituri, l-aċċess għall-informazzjoni dwar kif jitqies l-impatt f'termini ta' sostenibbiltà u kif ir-riskji għas-sostenibbiltà huma integrati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment u mill-konsulenti finanzjarji fi proċessi konsultattivi jenħtieġ li jiġi rregolat billi dawk l-entitajiet jintalbu jżommu dik l-informazzjoni fuq is-siti web tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni attwali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jipprovdux li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu infurmati kif xieraq l-investituri aħħarin dwar l-impatt relatat mas-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom trid tiġi ddivulgata. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' divulgazzjoni aktar speċifiċi fir-rigward tal-investimenti sostenibbli. Pereżempju, l-impatt ġenerali relatat mas-sostenibbiltà tal-prodotti finanzjarji jenħtieġ li jiġi rrappurtat regolarment permezz ta' indikaturi rilevanti għall-mira ta' investiment sostenibbli magħżula. Meta indiċi xieraq ikun innominat bħala valur referenzjarju dik l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll għall-indiċi nnominat u għal indiċi tas-suq wiesa' biex ikun jista' jsir paragun. L-informazzjoni dwar il-kostitwenti tal-indiċi nnominat u tal-indiċi tas-suq wiesa' flimkien mal-ponderazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li tiġi ddivulgata wkoll, biex tiġi pprovduta informazzjoni ulterjuri dwar kif jintlaħqu l-miri ta' investiment sostenibbli. Meta l-maniġers tal-EuSEF jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar l-impatt soċjali pożittiv fil-mira ta' fond partikolari, l-eżitu soċjali globali milħuq u l-metodi relatati użati skont ir-Regolament (UE) Nru 346/2013, dawn jistgħu, fejn xieraq, jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tad-divulgazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

(9)  Ir-rekwiżiti ta' divulgazzjoni attwali stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jipprovdux li l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġu infurmati kif xieraq l-investituri aħħarin dwar l-impatt relatat mas-sostenibbiltà tal-investimenti tagħhom trid tiġi ddivulgata. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' divulgazzjoni aktar speċifiċi fir-rigward tal-investimenti sostenibbli. Pereżempju, l-impatt ġenerali relatat mas-sostenibbiltà tal-prodotti finanzjarji jenħtieġ li jiġi rrappurtat regolarment permezz ta' sett armonizzat ta' indikaturi rilevanti għall-mira ta' investiment sostenibbli magħżula. Meta indiċi xieraq ikun innominat bħala valur referenzjarju dik l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll għall-indiċi nnominat u għal indiċi tas-suq wiesa' biex ikun jista' jsir paragun. L-informazzjoni dwar il-kostitwenti tal-indiċi nnominat u tal-indiċi tas-suq wiesa' flimkien mal-ponderazzjonijiet tagħhom jenħtieġ li tiġi ddivulgata wkoll, biex tiġi pprovduta informazzjoni ulterjuri dwar kif jintlaħqu l-miri ta' investiment sostenibbli. Meta l-maniġers tal-EuSEF jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar l-impatt soċjali pożittiv fil-mira ta' fond partikolari, l-eżitu soċjali globali milħuq u l-metodi relatati użati skont ir-Regolament (UE) Nru 346/2013, dawn jistgħu, fejn xieraq, jużaw din l-informazzjoni għall-finijiet tad-divulgazzjonijiet skont dan ir-Regolament.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 timponi obbligi ta' trasparenza fir-rigward tal-aspetti soċjali, ambjentali u ta' governanza korporattiva f'rappurtar mhux finanzjarju. Madankollu, il-forma u l-preżentazzjoni meħtieġa minn dawk id-Direttivi, mhumiex xierqa għall-użu dirett mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji fir-relazzjonijiet tagħhom mal-investituri aħħarin. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jenħtieġ li jkollhom l-għażla li jużaw l-informazzjoni fir-rapporti ta' ġestjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont id-Direttiva 2013/34/UE għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, fejn xieraq.

(10)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill40 timponi obbligi ta' trasparenza fir-rigward tal-aspetti soċjali, ambjentali u ta' governanza korporattiva f'rappurtar mhux finanzjarju. Madankollu, il-forma u l-preżentazzjoni meħtieġa minn dawk id-Direttivi, mhumiex xierqa għall-użu dirett mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji fir-relazzjonijiet tagħhom mal-investituri aħħarin. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, il-konsulenti finanzjarji u l-kumpaniji elenkati fil-Borża jenħtieġ li jiddivulgaw informazzjoni dwar l-impatt u r-riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza korporattiva fir-rapporti ta' ġestjoni u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali skont id-Direttiva 2013/34/UE għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

__________________

__________________

40 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

40 Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-Awtorità Bankarja Ewropea ("EBA"), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA") (kollettivament magħrufa bħala l-"ESAs") stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,41 ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 rispettivament jenħtieġ li, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar miri ta' investiment ta' sostenibbiltà li għandhom jiġu ddivulgati f'dokumenti prekuntrattwali, rapporti perjodiċi u siti web ta' parteċipanti fis-suq finanzjarju skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament Nru 1093/2010, ir-Regolament Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji.

(13)  L-Awtorità Bankarja Ewropea ("EBA"), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ("EIOPA") u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ("ESMA") (kollettivament magħrufa bħala l-"ESAs") stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill41, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill42 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43 rispettivament jenħtieġ li, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar id-dettalji tal-preżentazzjoni u l-kontenut tal-informazzjoni dwar l-impatt u r-riskji tal-investiment – f'termini ta' sostenibbiltà li għandhom jiġu ddivulgati fid-dokumenti prekuntrattwali, fir-rapporti perjodiċi u annwali integrati u fuq is-siti web tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament Nru 1093/2010, ir-Regolament Nru 1094/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji.

__________________

__________________

41 Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

41 Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

42 Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

42 Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

43 Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

43 Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Ir-regoli dwar id-divulgazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament jikkomplementaw l-introduzzjoni ta' qafas globali ta' diliġenza dovuta komprensiv u obbligatorju għall-parteċipanti kollha fis-suq – kemm għall-kumpaniji li jinvestu kif ukoll għad-destinatarji tal-investiment – li jinkludi komponent ta' obbligu ta' diliġenza u li għandu jiġi introdott gradwalment bis-sħiħ f'perjodu tranżitorju, b'attenzjoni għall-prinċipju tal-proporzjonalità, f'konformità mal-Linji Gwida tal-OECD dwar id-diliġenza dovuta, u abbażi tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Mejju 2018 dwar il-finanzi sostenibbli li tappella biex jinħoloq qafas ta' diliġenza dovuta obbligatorju.

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tal-qafas ta' diliġenza dovuta għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jgħin lill-investituri jevitaw l-effetti negattivi li l-investimenti tagħhom jista' jkollhom fuq is-soċjetà u l-ambjent, jevitaw riskji finanzjarji u riskji għar-reputazzjoni, jirrispondu għall-aspettattivi tal-klijenti u tal-benefiċjarji tagħhom, u jqisu riskji li jmorru lil hinn mill-għarfien tad-dmirijiet finanzjarji tagħhom bħala investituri.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-protezzjoni għall-investituri aħħarin u li jittejbu d-divulgazzjonijiet għalihom, inkluż f'każijiet ta' xiri transfruntier għall-investituri aħħarin, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi ta' divulgazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

(18)  Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament jiġifieri li tissaħħaħ l-informazzjoni għall-investituri u li jittejbu d-divulgazzjonijiet għalihom, u li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, il-konsulenti finanzjarji u l-kumpaniji elenkati fil-Borża jiġu megħjuna jintegraw riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza fl-istrateġiji ta' investiment u fid-deċiżjonijiet tal-bord tal-kumpanija tagħhom – ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi ta' divulgazzjoni fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet,

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  Sabiex jissodisfaw l-obbligi ta' diliġenza dovuta dwar l-impatt u r-riskji f'termini ta' sostenibbiltà, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jeħtieġu divulgazzjoni affidabbli, komparabbli u armonizzata ta' informazzjoni mingħand id-destinatarji tal-investiment. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar id-divulgazzjoni stipulati f'dan ir-Regolament japplikaw għall-kumpaniji elenkati fil-Borża wara perjodu tranżitorju ta' 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina jekk ikunx xieraq li tipproponi emendi korrispondenti fid-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-trasparenza li għandhom jiġu applikati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet jew konsultattiv dwar l-investiment u t-trasparenza tal-prodotti finanzjarji li għandhom l-investimenti sostenibbli bħala l-miri tagħhom, inkluż it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar it-trasparenza li għandhom jiġu applikati mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, l-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment – kif ukoll il-kumpaniji elenkati fil-Borża – dwar kif ir-riskji u l-impatt tas-sostenibbiltà jiġu inkorporati fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet jew fil-proċess konsultattiv dwar l-investiment, u dwar it-trasparenza tal-impatt u r-riskji tal-prodotti tal-investiment – inklużi l-prodotti finanzjarji – f'termini ta' sostenibbiltà, jekk ikun xieraq u opportun.

Ġustifikazzjoni

It-test legali għandu jagħmilha ċara li r-rekwiżiti tat-trasparenza fir-Regolament japplikaw għall-prodotti finanzjarji kollha.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "kumpanija elenkata fil-Borża" tfisser impriża fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  prodott tal-pensjoni pan-Ewropew kif propost fir-Regolament 201X/XXX1a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

 

__________________

 

1a Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP), 2017/0143(COD).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o)  "investimenti sostenibbli" tfisser kwalunkwe minn dawn li ġejjin jew kombinazzjoni ta' kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(o)  "investimenti sostenibbli" tfisser prodotti assoċjati ma' strateġiji li għandhom l-għan li jiksbu impatt ambjentali, soċjali u relatat mal-governanza, inkluża kwalunkwe taħlita minn dawn li ġejjin, dment li l-objettivi ta' kwalunkwe kategorija jkunu konformi ma' xi wieħed mill-objettivi tal-kategoriji l-oħra ta' hawn taħt u ma jagħmlulux ħsara sinifikanti:

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  investimenti f'attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv ambjentali, inkluż investiment ambjentalment sostenibbli kif definit fl-Artikolu 2 ta' [PO: Jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli];

(i)  investimenti f'attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv ambjentali, inkluż investiment ambjentalment sostenibbli kif definit fl-Artikolu 2 ta' [PO: Jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar l-istabbiliment ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli] u bbażat fuq indikaturi ewlenin tal-effiċjenza fir-riżorsi, bħall-użu tal-enerġija, l-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-użu tal-materja prima, il-produzzjoni tal-iskart, l-emissjonijiet, l-emissjonijiet ta' CO2, l-użu tal-ilma, l-użu tal-art u l-impatt fuq il-bijodiversità;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  investimenti f'kumpaniji li jsegwu prattiki ta' governanza tajba, u b'mod partikolari kumpaniji bi strutturi b'saħħithom ta' mmaniġġar, relazzjonijiet mal-impjegati, remunerazzjoni tal-persunal rilevanti u konformità tat-taxxa;

(iii)  investimenti f'kumpaniji li jsegwu prattiki ta' governanza tajba, u b'mod partikolari kumpaniji bi strutturi b'saħħithom f'dak li għandu x'jaqsam mal-immaniġġar, id-diliġenza dovuta, ir-relazzjonijiet mal-impjegati, ir-remunerazzjoni tal-persunal rilevanti u l-konformità mar-regoli tat-taxxa;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt sa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(sa)  "riskji għas-sostenibbiltà" tfisser riskji finanzjarji jew mhux finanzjarji, rilevanti jew x'aktarx rilevanti fit-tul, b'rabta ma' fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza, jekk ikunu rilevanti għal approċċ ta' investiment partikolari;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasparenza tal-politiki dwar ir-riskju għas-sostenibbiltà

Trasparenza tal-politiki dwar ir-riskju għas-sostenibbiltà u l-impatt f'termini ta' sostenibbiltà

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw politiki dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' investiment fuq is-siti web tagħhom.

1.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jimplimentaw politiki miktuba dwar l-integrazzjoni tar-riskji u l-impatt f'termini ta' sostenibbiltà fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment, bħal fl-oqsma tal-governanza, l-allokazzjoni tal-assi, l-istrateġija tal-investiment, l-immaniġġar tar-riskju, l-eżerċizzju tal-votazzjoni tal-azzjonisti u l-impenn tal-kumpanija, u għandhom jippubblikaw sommarju ta' dawn il-politiki bil-miktub fuq is-siti web tagħhom.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment għandhom jippubblikaw bil-miktub il-politiki dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà f'pariri dwar l-investiment jew pariri dwar l-assigurazzjoni fuq is-siti web tagħhom.

2.  L-intermedjarji tal-assigurazzjoni li jipprovdu pariri dwar l-assigurazzjoni fir-rigward tal-IBIPs u d-ditti tal-investiment li jipprovdu pariri dwar l-investiment għandhom jimplimentaw politiki miktuba dwar l-integrazzjoni tar-riskji u l-impatt f'termini ta' sostenibbiltà f'pariri dwar l-investiment jew pariri dwar l-assigurazzjoni, bħal fl-oqsma tal-governanza, l-allokazzjoni tal-assi, l-istrateġija tal-investiment, l-immaniġġar tar-riskju, l-eżerċizzju tal-votazzjoni tal-azzjonisti u l-impenn tal-kumpanija, u għandhom jippubblikaw sommarju ta' dawn il-politiki bil-miktub fuq is-siti web tagħhom.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni għandhom jimplimentaw proċessi ta' diliġenza dovuta li jiżguraw li l-identifikazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji għas-sostenibbiltà jkunu integrati b'mod suffiċjenti fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment, filwaqt li jirrikjedu lill-investituri jidentifikaw, jipprevjenu, itaffu u jagħtu rendikont tal-fatturi ESG, fid-dawl tal-Linji Gwida maħruġa mill-OECD fl-2017 bit-titlu "Responsible business conduct for institutional investors: Key considerations for due diligence under the OECD Guidelines for Multinational Enterprises" u jippubblikawhom bil-miktub fuq is-siti web tagħhom.

 

 

 

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Il-politiki miktuba msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu, fost l-oħrajn:

 

(a)  integrazzjoni tar-riskji relatati mal-effetti tat-tibdil fil-klima, inklużi r-riskji kemm akuti kif ukoll kroniċi għall-investimenti;

 

(b)  integrazzjoni tar-riskji u tal-opportunitajiet relatati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, inklużi limiti regolatorji fuq l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, l-ipprezzar tal-karbonju, ir-riskji ta' litigazzjoni, ir-riskji għar-reputazzjoni u r-riskji teknoloġiċi u tas-suq.

Ġustifikazzjoni

Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, il-Bank Ċentrali Netherlandiż, il-Bank of England u ħafna istituzzjonijiet finanzjarji u korpi konsultattivi oħra jirrikonoxxu r-riskju sistemiku tat-tibdil fil-klima għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija. Għaldaqstant, ir-riskji għas-sostenibbiltà integrati jridu jkopru wkoll b'mod ċar ir-riskji li jġib miegħu t-tibdil fil-klima.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Il-politiki miktuba msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar il-proċess tal-identifikazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà, il-metodoloġija u l-metrika użati biex jiġu vvalutati r-riskji għas-sostenibbiltà, is-sorveljanza tal-bord fir-rigward tal-identifikazzjoni u l-immaniġġar tar-riskji għas-sostenibbiltà u ħarsa ġenerali lejn ir-riskji għas-sostenibbiltà identifikati mill-organizzazzjoni.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d.  Sat-30 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu [...] li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament u jispeċifikaw f'aktar dettall ir-rekwiżiti għall-politiki miktuba u l-proċessi ta' diliġenza dovuta biex tiġi evalwata l-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasparenza tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà

Trasparenza tal-integrazzjoni tar-riskji u l-impatt f'termini ta' sostenibbiltà

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċeduri u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fid-deċiżjonijiet ta' investiment;

(a)  il-proċeduri ta' diliġenza dovuta u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fid-deċiżjonijiet dwar l-investiment, inklużi – fost l-oħrajn – ir-riskji relatati mal-effetti tat-tibdil fil-klima u r-riskji u l-opportunitajiet relatati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-grad sa liema r-riskji għas-sostenibbiltà huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq ir-redditi tal-prodotti finanzjarji magħmula disponibbli;

(b)  kemm ir-riskji għas-sostenibbiltà, inklużi fost l-oħrajn ir-riskji relatati mal-effetti tat-tibdil fil-klima u r-riskji u l-opportunitajiet relatati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq il-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta' governanza u fuq ir-redditi tal-prodotti finanzjarji mqiegħda għad-dispożizzjoni;

Ġustifikazzjoni

Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, il-Bank Ċentrali Netherlandiż, il-Bank of England u ħafna istituzzjonijiet finanzjarji u korpi konsultattivi oħra jirrikonoxxu r-riskju sistemiku tat-tibdil fil-klima għas-sistema finanzjarja u l-ekonomija. Għaldaqstant, ir-riskji għas-sostenibbiltà integrati jridu jkopru wkoll b'mod ċar ir-riskji li jġib miegħu t-tibdil fil-klima.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ix-xenarji u l-ispejjeż previsti b'rabta mal-ipprezzar tal-karbonju, minn skambju ta' kwoti, tassazzjoni jew rekwiżiti regolatorji oħra rilevanti li jkunu tqiesu fil-valutazzjonijiet tar-riskji għas-sostenibbiltà;

Ġustifikazzjoni

L-ispiża tal-ipprezzar tal-karbonju, pereżempju permezz tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-UE jew l-iskema nazzjonali għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet taċ-Ċina, hija waħda ċara. Madankollu, l-investituri, il-mutwanti, is-sottoskritturi tal-assigurazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra sikwit ma jkollhomx informazzjoni ċara dwar l-ispejjeż eventwali tal-karbonju relatati mal-investimenti. Peress li d-daqs u l-livell tal-ipprezzar tal-karbonju jistgħu jinbidlu b'mod sinifikanti minħabba t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, trasparenza addizzjonali dwar l-ispejjeż tal-karbonju tgħin biex jonqsu r-riskji sistemiċi.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  ir-riżultati ta' Test tal-Istress tal-Klima permezz ta' analiżi tax-xenarji biex jiġu vvalutati l-iżviluppi li jista' jkun hemm fil-futur, inklużi x-xenarji li ġejjin:

 

(i)  xenarju ta' "dekarbonizzazzjoni rapida" bi tranżizzjoni globali ta' 15-il sena fis-setturi ekonomiċi kollha fid-dawl tal-objettiv ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra;

 

(ii)  xenarju ta' "tisħin mhux ikkontrollat" bl-effetti ta' żieda ta' 4 gradi Celsius aktar mil-livelli preindustrijali fit-temperatura globali;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  f'termini tal-votazzjoni tal-azzjonisti fir-rigward tal-investimenti sostenibbli u l-mitigazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà, l-istruzzjonijiet dwar il-votazzjoni u r-raġunijiet wara l-voti kontra l-maniġment, l-astensjonijiet u l-voti kontenzjużi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċeduri u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjonijiet tar-riskji għas-sostenibbiltà fil-pariri dwar l-investiment jew fil-pariri dwar l-assigurazzjoni;

(a)  il-proċeduri u l-kundizzjonijiet applikati għall-integrazzjonijiet tar-riskji għas-sostenibbiltà, inklużi fost l-oħrajn ir-riskji relatati mal-effetti tat-tibdil fil-klima u r-riskji u l-opportunitajiet relatati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, fil-pariri dwar l-investiment jew fil-pariri dwar l-assigurazzjoni;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-punt sa fejn ir-riskji għas-sostenibbiltà huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq ir-redditi tal-prodotti finanzjarji li ngħataw il-pariri dwarhom;

(b)  kemm ir-riskji għas-sostenibbiltà, inklużi fost l-oħrajn ir-riskji relatati mal-effetti tat-tibdil fil-klima u r-riskji u l-opportunitajiet relatati mat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, huma mistennija li jkollhom impatt rilevanti fuq il-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta' governanza u fuq ir-redditi tal-prodotti finanzjarji li jkunu ngħataw il-pariri dwarhom;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ix-xenarji u l-ispejjeż previsti b'rabta mal-ipprezzar tal-karbonju, minn skambju ta' kwoti, tassazzjoni jew rekwiżiti regolatorji oħra rilevanti li jkunu tqiesu fil-valutazzjonijiet kwantitattivi tar-riskji għas-sostenibbiltà;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  ir-riżultati ta' Test tal-Istress tal-Klima permezz ta' analiżi tax-xenarji biex jiġu vvalutati l-iżviluppi li jista' jkun hemm fil-futur, inklużi x-xenarji li ġejjin:

 

(i)  xenarju ta' "dekarbonizzazzjoni rapida" bi tranżizzjoni globali ta' 15-il sena fis-setturi ekonomiċi kollha fid-dawl tal-objettiv ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra;

 

(ii)  xenarju ta' "tisħin mhux ikkontrollat" bl-effetti ta' żieda ta' 4 gradi Celsius aktar mil-livelli preindustrijali fit-temperatura globali;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  għall-kumpaniji elenkati fil-Borża, f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Id-divulgazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha li tkun rilevanti għal deċiżjoni dwar l-investiment ta' investitur. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod ġust, ma għandhiex tiżgwida jew tkun qarrieqa u ma għandha tħalli barra l-ebda informazzjoni rilevanti.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasparenza tal-investimenti sostenibbli fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali

Trasparenza tal-impatt u r-riskji tal-investimenti f'termini ta' sostenibbiltà fid-divulgazzjonijiet prekuntrattwali

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex biex jiġi vvalutat, imkejjel u ssorveljat l-impatt tal-investimenti sostenibbli magħżula għall-prodott finanzjarju, inklużi s-sorsi ta' data tiegħu, il-kriterji ta' skrinjar għall-assi sottostanti u l-indikaturi ta' sostenibbiltà rilevanti użati biex jitkejjel l-impatt sostenibbli globali tal-prodott finanzjarju;

(b)  informazzjoni dwar il-metodoloġiji użati biex jiġi vvalutat, imkejjel u ssorveljat l-impatt – f'termini ta' sostenibbiltà – tal-investimenti magħżula għall-prodott finanzjarju, inklużi s-sorsi ta' data tiegħu, il-kriterji ta' skrinjar għall-assi sottostanti u l-indikaturi ta' sostenibbiltà rilevanti użati biex jitkejjel l-impatt sostenibbli globali tal-prodott finanzjarju;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppubblikata b'mod ċar f'parti prominenti tas-sit web.

L-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata skont l-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppubblikata b'mod ċar f'parti prominenti tas-sit web, b'mod li jkun jista' jinftiehem minn partijiet ikkonċernati differenti, inkluża udjenza mhux speċjalizzata b'livelli differenti ta' litteriżmu finanzjarju.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jagħmlu disponibbli prodott finanzjarju msemmi fil-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Artikolu 5, dawn għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' dawn li ġejjin fir-rapporti perjodiċi:

1.  Meta l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqiegħdu għad-dispożizzjoni prodott finanzjarju msemmi fil-paragrafi (1), (2) u (3) tal-Artikolu 5, dawn għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' dawn li ġejjin f'rapporti perjodiċi, awditjati u integrati, imwettqa tal-inqas darba fis-sena:

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-impatt globali relatat mas-sostenibbiltà li għandu l-prodott finanzjarju permezz ta' indikaturi tas-sostenbbiltà rilevanti;

(a)  l-impatt globali relatat mas-sostenibbiltà li għandu l-prodott finanzjarju permezz ta' indikaturi tas-sostenibbiltà armonizzati u komparabbli;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-kumpaniji elenkati fil-Borża għandhom jinkludu deskrizzjoni ta' kif l-impatt u r-riskji għas-sostenibbiltà jkunu ġew inkorporati fil-proċessi tat-tmexxija u fl-istrateġija tal-investiment fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati msemmija fid-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  għall-kumpaniji elenkati fil-Borża, f'konformità mad-dikjarazzjonijiet perjodiċi msemmija fid-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 60 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Sa [PO: Jekk jogħġbok daħħal id-data 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tan-novità ta' din il-politika u l-iżviluppi rapidi fil-qasam tal-finanzi sostenibbli, ikun aktar xieraq li titwettaq evalwazzjoni wara 24 xahar.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà

Referenzi

COM(2018)0354 – C8-0208/2018 – 2018/0179(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

21.6.2018

Data tal-adozzjoni

10.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Jiří Maštálka, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Cristian-Silviu Buşoi, Nicola Caputo, Jørn Dohrmann, Christofer Fjellner, Christophe Hansen, Danilo Oscar Lancini, Tilly Metz, Younous Omarjee, Aldo Patriciello, Carolina Punset, Christel Schaldemose, Bart Staes, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Kati Piri

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

58

+

ALDE

Catherine Bearder, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Carolina Punset, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Sylvie Goddyn, Danilo Oscar Lancini Joëlle Mélin

GUE/NGL

Lynn Boylan, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka, Younous Omarjee

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Cristian-Silviu Buşoi, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Christofer Fjellner, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Aldo Patriciello, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Kati Piri, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Tilly Metz, Michèle Rivasi, Bart Staes

4

-

ECR

Jørn Dohrmann, Arne Gericke, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha

1

0

EFDD

Julia Reid

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Divulgazzjonijiet relatati ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà

Referenzi

COM(2018)0354 – C8-0208/2018 – 2018/0179(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

5.7.2018

ENVI

5.7.2018

FEMM

5.7.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

31.5.2018

FEMM

20.6.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Paul Tang

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

18.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, David Coburn, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Stefan Gehrold, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Jakob von Weizsäcker, Steven Woolfe

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Corbett, Mady Delvaux, Bas Eickhout, Ashley Fox, Eva Joly, Syed Kamall, Thomas Mann, Eva Maydell, Luigi Morgano, Lieve Wierinck, Roberts Zīle

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack, Aleksander Gabelic, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Ricardo Serrão Santos

Data tat-tressiq

9.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Petr Ježek, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

John Flack, Ashley Fox, Syed Kamall, Bernd Lucke, Kay Swinburne, Roberts Zīle

EFDD

Marco Valli

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan

NI

Steven Woolfe

PPE

Markus Ferber, Stefan Gehrold, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Esther de Lange, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Eva Maydell, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Pervenche Berès, Richard Corbett, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Aleksander Gabelic, Roberto Gualtieri, Anna Hedh, Agnes Jongerius, Luigi Morgano, Ricardo Serrão Santos, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Eva Joly, Philippe Lamberts

2

-

ALDE

Caroline Nagtegaal

EFDD

David Coburn

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Novembru 2018Avviż legali