Proċedura : 2017/2283(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0369/2018

Testi mressqa :

A8-0369/2018

Dibattiti :

PV 11/12/2018 - 18
CRE 11/12/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 19.3
CRE 12/12/2018 - 19.3

Testi adottati :

P8_TA(2018)0518

RAPPORT     
PDF 726kWORD 74k
16.11.2018
PE 622.304v02-00 A8-0369/2018

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna

(2017/2283(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Michael Gahler

ERRATA/ADDENDA
NOTA SPJEGATTIVA - SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET
 MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

NOTA SPJEGATTIVA - SOMMARJU TAL-FATTI U S-SEJBIET

Erba' snin wara li l-UE ffirmat tliet Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni inkluża Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) mal-Moldova, il-Georgia u l-Ukrajna, u sentejn wara d-dħul fis-seħħ sħiħ tagħhom, il-Parlament Ewropew iddeċieda li jivvaluta l-livell ta' implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet, b'konformità mal-impenn qawwi tiegħu lejn l-eqreb sħab tal-Lvant tiegħu u r-relazzjonijiet dejjem aktar profondi tagħhom mal-UE.

Bi tħejjija għal dan ir-rapport, apparti l-laqgħat regolari u frekwenti tiegħu mal-awtoritajiet Ukrajni, mal-mexxejja tal-oppożizzjoni u mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Ukrajna, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin wettaq missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fl-Ukrajna f'April 2008, u kkummissjona tliet studji minn esperti li ġew ippubblikati matul dawn l-aħħar 6 xhur - dwar ir-riforma elettorali, dwar il-livell ta' implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u dwar il-qafas istituzzjonali għal din l-implimentazzjoni.

Is-sejbiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jagħtu stampa pożittiva tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Ukrajna, minkejja numru ta' nuqqasijiet li l-awtoritajiet Ukrajni għad iridu jindirizzaw.

Kien hemm żviluppi pożittivi f'ħafna oqsma, partikolarment il-ġudikatura, id-deċentralizzazzjoni, l-enerġija, is-saħħa, il-pensjonijiet u l-edukazzjoni.

F'dan ir-rapport, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jenfasizza b'mod partikolari t-tħassib tiegħu dwar:

1) Qafas ġuridiku li jiffunzjona b'mod xieraq biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, li jinkludi l-istituzzjonijiet, it-trasparenza u l-verifika finanzjarja;

2) L-iffinalizzar tar-riforma ta' deċentralizzazzjoni;

3) In-nuqqas ta' sforzi fir-rigward tad-deoligarkizzazzjoni u l-privatizzazzjoni;

Filwaqt li jappella lill-awtoritajiet Ukrajni jindirizzaw dan it-tħassib bi qbil mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u mal-impenji bilaterali oħrajn, ir-rapport jenfasizza wkoll il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fir-rigward tar-riformi li għadhom għaddejjin:

1) It-talbiet biex jitneħħew id-dikjarazzjonijiet elettroniċi għall-attivisti tal-NGOs;

2) l-indipendenza totali tal-proseuktur ġenerali;

3) l-istabbiliment rapidu ta' Qorti Suprema Kontra l-Korruzzjoni u li din tingħata l-mezzi suffiċjenti biex tkun tista' tiffunzjona;

Fl-aħħar nett, ir-rapport jindirizza l-qafas istituzzjonali fis-seħħ biex jiġi implimentat il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, kemm min-naħa tal-Ukrajna kif ukoll min-naħa tal-UE, b'enfasi fuq il-kapaċità f'termini ta' riżorsi umani u ta' għarfien espert, biex tiġi garantita l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti u l-monitoraġġ tagħha. B'mod partikolari, qed jiġi propost fokus estiż fuq il-bini tal-kapaċità amministrattiva fil-Parlament tal-Ukrajna, il-Verkhovna Rada, kif ukoll it-twettiq ta' aktar sforzi dwar il-monitoraġġ u s-segwitu tal-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni mill-partijiet Ukrajni u tal-UE.


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna

(2017/2283(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u t-Titolu V, b'mod partikolari l-Artikoli 21, 22, 36 u 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), kif ukoll il-Parti Ħamsa tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar ir-Rapport rigward l-Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar l-Ukrajna tal-14 ta' Novembru 2017 (SWD(2018)0376),

–  wara li kkunsidra l-eżitu tal-missjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fl-Ukrajna bejn l-4 u s-6 ta' April 2018,

–  wara li kkunsidra l-istudji esperti mfassla mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, inkluż l-istudju dwar "The electoral reforms in three association countries of the Eastern Neighbourhood – Ukraine, Georgia and Moldova and their impact on political developments in these countries" (Ir-riformi elettorali fi tliet pajjiżi assoċjati tal-Viċinat tal-Lvant – l-Ukrajna, il-Georgia u l-Moldova u l-impatt tagħhom fuq l-iżviluppi politiċi f'dawn il-pajjiżi), ippubblikat fis-26 ta' Ottubru 2017, l-istudju intitolat "Institutional Architecture for the Implementation Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine" (Arkitettura Istituzzjonali għall-Ftehimiet ta’ Implimentazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna) ippubblikat f’Ġunju 2018, u l-istudju komparattiv bit-titolu "The Development of an Institutional Framework for the Implementation of the Association Agreements in Georgia, Moldova and Ukraine" (L-Iżvilupp ta' Qafas Istituzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni fil-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna), ippubblikat f'Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0369/2018),

Ambjent ġenerali ta' riforma – gwerra, theddid għas-sigurtà u sfidi domestiċi

A.  billi l-Ukrajna ilha tagħmel progress fit-triq lejn l-integrazzjoni Ewropea, u rreġistrat kisbiet importanti fl-ewwel perjodu elettorali wara r-Rivoluzzjoni tad-Dinjità, għad fadal aktar kompiti diffiċli li jridu jiġu indirizzati, u l-appoġġ pubbliku għall-modernizzazzjoni u r-riforma qed isofri minħabba d-diżappunt tan-nies dwar il-kundizzjonijiet soċjali li qed ikomplu jmorru għall-agħar, l-inċertezza dwar il-futur, in-nuqqas ta' sodisfazzjon bil-politika ta' riforma tal-gvern, is-setgħa kontinwa tal-oligarki u l-persistenza ta' korruzzjoni endemika fl-istituzzjonijiet tal-istat; billi għad hemm kunsens qawwi mill-poplu Ukren favur relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE, parti kbira mill-popolazzjoni madankollu mhijiex sodisfatta bl-iżvilupp ġenerali tal-pajjiż;

B.  billi madwar ħames miljun Ukren issa qed jaħdmu barra minn pajjiżhom, kemm bħala migranti fit-tul, kif ukoll bħala ħaddiema għall-perjodu qasir ta' żmien u bħala ħaddiema staġjonali, prinċipalment fir-Russja u issa dejjem aktar, fil-Polonja, u billi r-rimessi tagħhom huma fattur importanti għall-istabbiltà ekonomika;

C.  billi, f'dan il-kuntest, għandhom jintlaqgħu bi pjaċir il-kisbiet ewlenin fir-relazzjonijiet UE-Ukrajna, bħad-dħul fis-seħħ tar-reġim mingħajr viża fil-11 ta' Ġunju 2017 u l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni tal-1 ta' Settembru 2017;

D.  billi l-Ukrajna jistħoqqilha tifħir partikolari għal riformi fl-oqsma tal-enerġija, is-saħħa, il-pensjonijiet, l-edukazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika, id-deċentralizzazzjoni, l-akkwist pubbliku, id-difiża u s-sigurtà, u fis-settur bankarju, u fl-iżgurar tal-istabbilizzazzjoni makroekonomika; billi dawn ir-riformi kienu akkumpanjati minn żidiet drastiċi fil-prezzijiet, minn tnaqqis fil-benefiċċji soċjali u mit-tħassir tal-aċċess għas-sistemi tas-sigurtà soċjali; billi għad fadal sfidi sinifikanti, b'mod partikolari f'oqsma bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-privatizzazzjoni u r-riforma ġudizzjarja; billi l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Profond u Komprensiv (DCFTA), li jifforma parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna, u li ilu jopera uffiċjalment sa mill-1 ta' Jannar 2016, jipprovdi bażi solida għall-iżvilupp ekonomiku u għall-modernizzazzjoni tal-Ukrajna; billi għall-aħħar erba' snin l-ekonomija tal-Ukrajna mhux biss stabbilizzat iżda wriet ukoll xi sinjali ta' titjib; billi sa mill-iffirmar tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni fl-2014, l-Ukrajna għamlet aktar riformi favur l-Ewropa milli matul is-snin preċedenti kollha mill-indipendenza tal-Ukrajna;

E.  billi l-wirt tal-passat, partikolarment l-inċertezza legali u l-għadd kbir ta' liġijiet parzjalment kontradittorji, ir-reżistenza minn interessi oligarkiċi u interessi personali oħra, il-korruzzjoni, in-nepotiżmu, l-istituzzjonijiet pubbliċi dgħajfa, u n-nuqqas ta' proċessi ċari u ta' istituzzjonijiet ta' koordinazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni qed ixekklu r-riformi istituzzjonali fl-Ukrajna; billi l-aġenda ta' riforma tal-Ukrajna għandha tiffoka fuq it-temi trasversali tad-deċentralizzazzjoni, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, id-deregolamentazzjoni u deoligarkizzazzjoni;

F.  billi l-Unjoni Ewropea ssostni bis-sħiħ l-appoġġ u l-impenn sod tagħha għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha li huma rikonoxxuti internazzjonalment, u l-appoġġ tagħha għas-sanzjonar ikkoordinat fil-livell internazzjonali tal-gvernijiet u tal-aġenti li jimmina l-integrità territorjali tal-pajjiż;

G.  billi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi tal-istituzzjonijiet statali huwa kruċjali fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA u fl-iżgurar tal-effikaċja tar-riformi;

H.  billi, filwaqt li jikkundanna l-aggressjoni kontinwa mir-Russja fil-Lvant tal-Ukrajna, l-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u tal-belt ta' Sevastopol, u l-okkupazzjoni tar-Russja f'xi reġjuni tal-oblasti ta' Donetsk u Luhansk, li kollha kemm huma jiksru d-dritt internazzjonali u l-impenji u l-obbligi tar-Russja bħala parti mis-sħubija tagħha f'organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-parteċipazzjoni tagħha fil-ftehimiet Ewropej li kemm hi, kif ukoll l-Ukrajna, huma firmatarji tagħhom, b'mod partikolari l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Ħelsinki u l-Memorandum ta' Budapest u t-Trattat ta' Ħbiberija, Kooperazzjoni u Sħubija bejn l-Ukrajna u l-Federazzjoni Russa tal-1997, għandu jiġi rikonoxxut li l-Ukrajna qed tiffaċċja sfidi ta' natura trasformattiva f'ambjent ta' gwerra u fost tentattivi ta' destabbilizzazzjoni;

I.  billi fil-kuntest tal-aggressjoni mmexxija mir-Russja kontra l-Ukrajna, ġew introdotti miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Federazzjoni Russa li ġew estiżi regolarment; billi hemm xewqa ta' involviment usa' mill-UE fir-riżoluzzjoni tal-kunflitt, pereżempju billi jinħatar rappreżentant speċjali tal-UE għall-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea; itenni t-talba tiegħu għal format internazzjonali ta' negozjati dwar id-deokkupazzjoni tal-peniżola tal-Krimea, bil-parteċipazzjoni tal-UE; billi s-sanzjonijiet kontra r-Russja għandhom jiġu riportati u mwessgħa, b'mod partikolari għal individwi u intrapriżi li japprofittaw minn sitwazzjonijiet illegali, sakemm il-Federazzjoni Russa tagħmilha possibbli li l-Ukrajna terġa' tistabbilixxi bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tagħha;

J.  billi s-sitwazzjoni ta' sigurtà ferm volatili fil-Baħar ta' Azov, hija ta' tħassib serju ħafna, u billi din tista' faċilment teskala għal kunflitt miftuħ; billi l-bini tal-pont fuq l-Istrett ta' Kerch li jgħaqqad il-peniżola tal-Krimea, annessa illegalment, mar-Russja kontinentali, li sar mingħajr il-kunsens tal-Ukrajna u bi ksur ċar tas-sovranità u tal-integrità territorjali tagħha, għandu jiġi kkundannat; billi jiddeplora l-attivitajiet eċċessivi tal-Federazzjoni Russa fil-Baħar ta' Azov, safejn dawn jiksru d-dritt marittimu internazzjonali u l-impenji internazzjonali proprji tar-Russja; billi jikkundanna l-waqfien u l-ispezzjonijiet eċċessivi ta' bastimenti kummerċjali, inklużi kemm vapuri Ukreni kif ukoll dawk bi bnadar ta' stati terzi, inklużi vapuri taħt bnadar ta' diversi Stati Membri tal-UE;

K.  billi l-isforzi ta' komunikazzjoni dwar in-natura dinamika u li qed tevolvi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u n-natura, il-kontenut u l-benefiċċji tar-riformi relatati għaċ-ċittadini jridu jittejbu u jiġu intensifikati sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni u l-fiduċja tal-pubbliku fil-passi meħtieġa għall-perkors Ewropew tal-Ukrajna;

Qafas istituzzjonali fis-seħħ għall-implimentazzjoni tar-riformi

1.  Jenfasizza l-ħames oqsma li l-Ukrajna trid tiffoka fuqhom sabiex issaħħaħ il-proċess ta' implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni: il-koordinament, is-sjieda, il-prijoritizzazzjoni, il-monitoraġġ u l-komunikazzjoni; jilqa' bi pjaċir, f'dan il-kuntest, l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-gvern adottata dan l-aħħar u d-Delegazzjoni tal-UE għall-kampanja ta' komunikazzjoni tal-Ukrajna intitolata "Nimxu 'l Quddiem Flimkien"; ifakkar fil-proposta ta' politika għal Sħubija tal-Lvant Plus (SL+) kif rakkomandata mill-Parlament sabiex jiskattaw perspettivi addizzjonali;

2.  Jenfasizza l-konvinzjoni tiegħu li progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u r-riformi se jkun possibbli biss jekk jiġi segwit il-proċess ta' deoligarkizzazzjoni u jekk titwarrab darba għal dejjem is-sistema stabbilita li fiha s-setgħa ekonomika, politika u tal-mezzi ta' komunikazzjoni tiġi kkonċentrata f'idejn xi ftit individwi li jalimentaw lil xulxin, problema li qed tkompli tinfluwenza b'mod qawwi u xxekkel dejjem aktar il-progress tar-riformi; huwa kritiku tal-fatt li d-deoligarkizzazzjoni s'issa ntużat l-aktar bħala għodda biex jiġi ssimplifikat is-suq u biex jerġa' jiġi stabbilit il-bilanċ bejn il-gruppi differenti ta' oligarki, li ġie mfixkel b'mod fundamentali fl-2014; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess persistenti min-naħa tal-awtoritajiet regolatorji u superviżorji, li eskalaw f'battalji miftuħa bejn l-awtoritajiet;

3.  Jindika l-bżonn urġenti għal sorveljanza, sinerġija u koordinament politiku akbar tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropew fl-ogħla livell politiku, u wkoll għal enfasi akbar fuq ir-riformi li jwasslu għal benefiċċi tanġibbli għaċ-ċittadini;

4.  Jilqa' bi pjaċir il-pjan direzzjonali leġiżlattiv imfassal biex jindirizza l-kamp ta' applikazzjoni ambizzjuż tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jenfasizza li kemm il-leġiżlazzjoni ta' kwalità kif ukoll ir-rieda kontinwa u l-kapaċità għal implimentazzjoni xierqa jibqgħu essenzjali biex jagħmlu differenza reali għaċ-ċittadini;

5.  Jenfasizza l-fatt li l-progress fl-implimentazzjoni jiddependi fuq l-impenn tat-tmexxija politika favur ir-riforma, l-impenn lejn u l-prijoritizzazzjoni tal-integrazzjoni Ewropea mill-ogħla karigi politiċi u fuq il-ħiliet tal-ministeri, l-aġenziji eżekuttivi u r-regolaturi indipendenti;

6.  Jinnota bi tħassib li l-gvern s'issa ma għamilx sforzi adegwati ta' diżarm tal-unitajiet tas-Settur tal-Lemin u ta' gruppi estremisti tal-lemin oħrajn, li għadhom armati bħal qabel; iħeġġeġ lill-gvern itemm il-klima ta' impunità dwar l-attakki vjolenti minn forzi radikali tal-lemin fuq minoranzi u dissidenti u l-intimidazzjoni tal-imħallfin jew l-influwenza fuq l-elezzjonijiet, u biex b'mod konsistenti jħarrek lit-trasgressuri li jikkommettu tali atti kriminali; jistenna li l-ġudikatura u l-prosekuturi pubbliċi jaġixxu b'mod ċar u awtonomu;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet intern tal-Verkhovna Rada bil-għan li jiġi ssimplifikat, u tingħata prijorità lill-adozzjoni tal-abbozz ta' liġijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jemmen, f'dan ir-rigward, li r-rwol tal-Kumitat għall-Integrazzjoni Ewropea għandu jissaħħaħ u li l-kumitat għandu jkun jista' jimblokka leġiżlazzjoni li tmur kontra l-impenji li saru taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jenfasizza li dawn ir-riformi għandhom isiru qabel it-tmiem tal-leġiżlatura attwali;

8.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' għodod u riżorsi disponibbli fil-Bureau tal-Gvern għall-Integrazzjoni Ewropea u fl-Uffiċċju tal-Gvern għall-Integrazzjoni Ewropea u Ewro-Atlantika, inkluż l-istatus formali, il-persunal u l-baġit meħtieġ biex jiġi ġestit mandat ta' dan id-daqs u b'din il-kumplessità; jenfasizza n-nuqqas ta' kriterji għall-evalwazzjoni tal-grad ta' konformità bejn l-atti legali domestiċi u d-dritt tal-UE;

9.  Jilqa' bi pjaċir l-isforzi tal-Ukrajna biex tistabbilixxi sistema istituzzjonali u ta' monitoraġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluż il-Pjan ta' Azzjoni tal-Gvern;

10.  Jirrimarka li l-"Manifest Nazzjonali" li ġie adottat dan l-aħħar mill-Partit Svoboda, mis-Settur tal-Lemin u minn bosta gruppi tal-lemin oħrajn, jesprimi oppożizzjoni ċara dwar l-assoċjazzjoni tal-Ukrajna mal-UE u jitlob għal "approċċ ġeopolitiku ġdid lejn il-Lvant u l-Punent"; jissottolinja l-fatt li l-pożizzjoni mhux solvuta tal-gvern dwar dawn l-iżviluppi qiegħda f'periklu li titfa' piż żejjed fuq ir-relazzjonijiet mal-ġirien rilevanti tal-UE u mal-UE kollha kemm hi u timmina l-kamp ta' applikazzjoni politiku biex jingħeleb id-distakk politiku fil-pajjiż u jissolva l-kunflitt f'Donbas;

11.  Jenfasizza l-bżonn urġenti li tingħata assistenza teknika, esperta u finanzjarja prattika, li tiffoka fuq il-bini tal-ħiliet tal-Verhovna Rada u ta' ministeri ewlenin; jilqa' bi pjaċir il-kooperazzjoni tal-Parlament Ewropew mal-Verkhovna Rada dwar il-bini tal-kapaċità u l-proċess ta' Djalogu Jean Monnet;

12.  Jirrimarka li fi ħdan ċerti ministeri għadhom jippersistu "mentalitalitajiet kompartimentalizzati" li qed iwaqqfu t-teħid ta' pożizzjoni koerenti dwar il-kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea; jitlob, f'dan ir-rigward, kooperazzjoni akbar fi ħdan il-gvern u fil-Verkhovna Rada dwar kwistjonijiet relatati mal-UE;

13.  Jinsab imħasseb li l-interazzjoni bejn il-kabinett u l-parlament għadha ma ġietx irregolarizzata permezz ta' mekkaniżmu speċifiku fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA;

14.  Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' pjan ta' azzjoni ġdid għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA u l-isforzi mwettqa biex jiġu kkonsolidati l-pożizzjonijiet u l-kooperazzjoni bejn il-kabinett u l-parlament abbażi tal-pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jenfasizza l-fatt li l-effikaċja tal-implimentazzjoni tar-riforma għandha rabta diretta mal-istadji preliminari tat-tfassil tal-politika u tal-leġiżlazzjoni; jisħaq li l-proċess ta' approssimazzjoni leġiżlattiva u regolatorja skedat fl-Ukrajna jeħtieġ li jitħaffef u jiġi mtejjeb, b'enfasi fuq il-kwalità tal-leġiżlazzjoni; jinnota madankollu li ċ-ċiklu tat-tfassil tal-politika huwa nieqes mill-istrument essenzjali ta' konsultazzjoni pubblika u ta' teħid ta' deċiżjonijiet ibbażati fuq ir-riċerka u l-kontrolli ta' kwalità tal-leġiżlazzjoni; jisħaq li l-kampanja elettorali m'għandhiex tkun ta' ħsara għall-proċess ta' riforma li għaddej bħalissa;

15.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rakkomandazzjonijiet deskritti fir-rapport tal-Missjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Riforma Interna u l-Bini ta' Kapaċità għall-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Ukrajna mal-acquis tal-UE, li l-biċċa l-kbira tagħhom għad iridu jiġu promulgati;

16.  Iħeġġeġ lill-Ukrajna biex fl-aġenda ta' riforma tagħha tiffoka fuq it-tliet prijoritajiet ewlenin li ġejjin: i) l-istabbiliment ta' qafas ġuridiku effiċjenti biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni, li jinkludi l-istituzzjonijiet, it-trasparenza finanzjarja u l-verifika; ii) ir-riforma ta' deċentralizzazzjoni; iii) id-deoligarkizzazzjoni u l-privatizzazzjoni;

17.  Jissottolinja l-fatt li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mhuwiex l-għan aħħari tar-relazzjonijiet UE-Ukrajna u jilqa' bi pjaċir l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Ukrajna; jappoġġja l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' kooperazzjoni msaħħa mal-UE, bħall-approssimazzjoni gradwali tal-Ukrajna mal-Unjoni Doganali, l-Unjoni tal-Enerġija u s-Suq Uniku Diġitali;

18.  Jirrimarka li, skont l-Artikolu 49 TUE, l-Ukrajna għandha perspettiva Ewropea, u tista' tapplika biex isir membru tal-Unjoni Ewropea, dment li taderixxi mal-kriterji ta' Kopenħagen u mal-prinċipji tad-demokrazija, u li tirrispetta l-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u dawk tal-minoranzi u li tiżgura l-istat tad-dritt;

Djalogu politiku

19.  Jilqa' bi pjaċir u jappoġġja d-djalogu intens ħafna li sar bejn l-UE u l-Ukrajna f'ħafna livelli, mhux l-anqas bejn il-Parlament Ewropew u l-Verkhovna Rada, inkluz inter alia, tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni Parlamentari UE-Ukrajna, li jinkludi bosta kwistjonijiet kontroversjali;

20.  Jilqa' bi pjaċir l-ewwel riżultati tad-Djalogu Jean Monnet bejn il-Parlament Ewropew u l-Verkhovna Rada fl-istabbiliment ta' Grupp ta' Ħidma dwar ir-Riformi, l-implimentazzjoni tal-bini tal-kapaċità istituzzjonali u l-adozzjoni tal-ewwel leġiżlazzjoni istituzzjonali orjentata lejn ir-riforma;

21.  Jilqa' bi pjaċir l-istabbiliment tal-Assemblea Interparlamentari tal-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna u l-ewwel laqgħa tagħha li saret fit-8 u d-9 ta' Ġunju fi Kiev; iħeġġeġ lil din l-assemblea tiskrutinizza wkoll l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni;

22.  Jilqa' bi pjaċir l-implimentazzjoni effettiva u sigura tar-reġim mingħajr viża mal-Ukrajna u l-benefiċċji li dan kellu fuq il-kuntatti interpersonali Ukrajna-UE;

23.  Jissottolinja l-importanza li jitwettaq aktar progress u approfondiment tal-kultura tad-djalogu parlamentari bħala pass kruċjali biex il-Verkhovna Rada ssir leġiżlatur aktar effettiv, trasparenti u effiċjenti;

L-istat tad-dritt u l-governanza tajba

24.  Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tibqa' kwistjoni ta' prijorità, u għandha titwettaq b'mod konsistenti u kredibbli, sabiex mhux biss jiġi implimentat il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, iżda wkoll biex jinġieb investiment ġdid u tingħata vitalità ġdida lill-ekonomija tal-Ukrajna, bħala prerekwiżit għall-ħolqien tal-impjiegi u tad-dħul tal-familji;

25.  Jilqa' bi pjaċir il-miżuri u l-passi kollha ta' suċċess biex jingħalaq l-ispazju għall-korruzzjoni u l-arrikkiment illeċitu, pereżempju fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-kummerċ tal-gass;

26.  Jilqa' bi pjaċir ir-riforma ġudizzjarja komprensiva li għadha għaddejja, iżda jilmenta għall-fatt is-sistema ġudizzjarja attwali tal-Ukrajna għadha ineffikaċi, korrotta u dipendenti politikament; jissottolinja l-importanza li jitwettaq proċess ta' skrutinju għall-imħallfin f'konformità mal-ogħla standards internazzjonali, u li jiġi stabbilit proċess ta' għażla trasparenti u affidabbli ħafna li se jtejjeb l-integrità u l-professjonalità tal-imħallfin u l-prosekuturi u li jżid il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema ġudizzjarja; jitlob li l-Qorti indipendenti Għolja Kontra l-Korruzzjoni tiġi stabbilita fil-pront u b'mod trasparenti u affidabbli; jilqa' bi pjaċir l-istabbiliment tal-Qorti Suprema l-ġdida;

27.  Jilqa' bi pjaċir il-ħidma li diġà twettqet mill-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (NABU), iżda jindika l-indħil problematiku min-naħa tal-prosekutur ġenerali u l-isforzi mwettqa biex jiġi imminat il-qafas legali kontra l-korruzzjoni; jisħaq dwar il-ħtieġa kritika li tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tan-NABU; jissottolinja l-importanza tal-indipendenza tal-prosekutur speċjali ta' kontra l-korruzzjoni u li l-uffiċċju tiegħu/tagħha jingħata l-mezzi neċessarji u b'riżorsi suffiċjenti biex ikun jista' jopera; jitlob li ssir investigazzjoni effettiva dwar l-allegazzjonijiet fir-rigward tal-prosekutur ewlieni kontra l-korruzzjoni b'rabta mal-interruzzjoni tal-investigazzjonijiet tan-NABU; jitlob lill-awtoritajiet Ukreni jżidu l-isforzi tagħhom biex jinvestigaw, iħarrku u jiġġieldu b'mod effettiv kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha, u jipprovdu rekord sod f'dan ir-rigward; jitlob li ssir riforma komprensiva tal-prosekuzzjoni pubblika sabiex jissaħħu l-kapaċità, l-effiċjenza, l-imparzjalità, l-oġġettività u l-indipendenza mis-superjuri tal-prosekuturi;

28.  Ifakkar li l-gvern impenja ruħu li jkompli għaddej bl-emenda tal-kostituzzjoni bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, inkluż ir-rispett tad-drittijiet tal-minoranzi eżistenti; iħeġġeġ l-adozzjoni rapida tal-kodiċi elettorali l-ġdid, li għandu jiżgura possibbiltajiet indaqs għar-rappreżentazzjoni u t-tħaddim ta' mandat ta' kandidati ta' kull nazzjonalità li jgħixu fl-Ukrajna, u tal-liġi dwar il-finanzjament tal-partiti; jilqa' bi pjaċir it-tiġdid tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Ukrajna, li hija vitali għall-kredibbiltà tal-proċess elettorali tal-Ukrajna u tal-elezzjonijiet kruċjali li se jsiru fl-2019; jappella lill-gvern jistabbilixxi arranġamenti fit-tħejjija għall-elezzjonijiet bil-għan li tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni politika u tal-manipulazzjoni permezz tal-konċentrazzjoni f'idejn ftit individwi ta' poter politiku, ekonomiku u tal-mezzi ta' komunikazzjoni;

29.  Itenni, bi prijorità kbira, l-appell tiegħu biex jitneħħew ir-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni elettronika għall-attivisti tal-NGOs u biex jiġi żgurat skrutinju effettiv u trasparenti tad-dikjarazzjonijiet minn uffiċjali politiċi u minn ħaddiema taċ-ċivil; jikkundanna bil-qawwa l-għadd dejjem jikber ta' attakki fiżiċi kontra attivisti tad-drittijiet ċivili u ġurnalisti;

30.  Jiddeplora n-nuqqas ta' investigazzjonijiet effettivi f'każijiet ta' attakki brutali kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti, kif evidenzjat mill-qtil tal-attivista kontra l-korruzzjoni Kateryna Handziuk, li mietet fl-4 ta' Novembru 2018 wara attakk bl-aċidu; jitlob lill-awtoritajiet iressqu quddiem il-ġustizzja lill-istigaturi u lill-awturi ta' tali attakki u jtemmu l-impunità għal dawn id-delitti;

31.  Jitlob li tingħata attenzjoni akbar liż-żoni li jaffettwaw l-ispazju tas-soċjetà ċivili għall-finijiet tal-abbozzar u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, sabiex jiġi żgurat li ma jitpoġġewx piżijiet sproporzjonati jew impatt diskriminatorju fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ma jitnaqqasx l-ispazju għas-soċjetà ċivili; jissottolinja l-bżonn ta' finanzjament pubbliku li jsir disponibbli għall-OSĊ li joperaw fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' viġilanza u ta' difiża kif ukoll tal-organizzazzjonijiet ta' bażi ż-żgħar u dawk li jaħdmu mal-gruppi ta' minoranza u marġinalizzati; jikkunsidra li l-OSĊs għandhom ikunu ħielsa li jirċievu finanzjamenti minn donaturi oħrajn, bħad-donaturi privati u l-organizzazzjonijiet, il-korpi jew l-aġenziji internazzjonali;

32.  Jitlob li jitwettqu sforzi determinati biex titkompla r-riforma ta' deċentralizzazzjoni u biex titħaffef l-amalgamazzjoni tal-komunitajiet territorjali fid-dawl tal-elezzjonijiet ġenerali u lokali li jmiss;

33.  Huwa tal-fehma li l-muniċipalitajiet il-ġodda għandhom ikunu jistgħu igawdu minn stabbiltà finanzjarja u minn status ġuridiku b'bażi tajba, u li l-bliet il-kbar għandhom ukoll ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess ta' amalgamazzjoni; iqis li huwa importanti li l-politika tal-Ukrajna kontra l-korruzzjoni tkopri r-reġjuni u l-istituzzjonijiet lokali; jiddispjaċih għall-abolizzjoni tal-proċess ta' għażla miftuħ u kompetittiv biex jiġu reklutati l-kapijiet tal-amministrazzjonijiet tad-distretti (rayons) u r-reġjuni (oblasts) u d-deputati tagħhom bħala ħaddiema taċ-ċivil, u l-poter mogħti lill-President biex jaħtarhom u jkeċċihom, peress li dan jimmina b'mod serju l-kisbiet li diġà twettqu permezz tad-deċentralizzazzjoni politika u tar-riforma ta' deċentralizzazzjoni b'mod ġenerali;

34.  Josserva li l-Gvern tal-Ukrajna, fil-Kapitolu 13 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, impenja lilu nnifsu li japplika b'mod effettiv l-istandards tax-xogħol ewlenin tal-ILO u l-approssimazzjoni mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE; jitlob li dawn l-impenji jiġu onorati u jissottolinja l-fatt li mhuwiex kompatibbli mal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni 87 tal-ILO (l-Artikolu 3(2)) li l-impjegatur ikun jeħtieġlu jirrapporta strajks jew azzjoni kollettiva oħra lis-servizz tas-sigurtà tal-istat jew li l-mexxejja u l-attivisti tat-tradeunions jitqiegħdu taħt is-superviżjoni tas-servizz tas-sigurtà tal-Istat; jitlob li l-bażi legali tittejjeb sabiex il-ħaddiema jkunu jistgħu jisfurzaw b'mod effettiv lill-impjegaturi tagħhom b'mezzi ġudizzjarji li jirrispettaw id-dritt tagħhom li jħallsu pagi għax-xogħol li jkunu għamlu;

35.  Jirrakkomanda li titkompla l-ħidma fuq il-liġi dwar l-ispettorati tax-xogħol, li nġiebet fi tmiemha fl-2017, bil-għan li jiżdiedu b'mod sostanzjali l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li jitneħħa r-rekwiżit li l-ispettorati tax-xogħol ifittxu l-approvazzjoni mill-intraprendituri, u jingħataw riżorsi suffiċjenti u setgħat ta' infurzar b'saħħithom; jenfasizza l-ħtieġa ta' involviment attiv tas-sħab soċjali f'dan;

Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

36.  Jibqa' mħasseb ħafna dwar l-għadd dejjem akbar ta' ċittadini Ukreni detenuti illegalment minn territorji okkupati temporanjament li ġew arrestati, sentenzjati u mibgħuta l-ħabs mill-awtoritajiet Russi, u jitlob li l-Federazzjoni Russa teħles immedjatament u inkondizzjonalment ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2018 Oleg Sentsov u ċ-ċittadini Ukreni kollha li ġew detenuti illegalment, inklużi persuni minn minoranzi reliġjużi u etniċi, atturi tas-soċjetà ċivili u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-awtoritajiet Ukreni u lill-komunità internazzjonali biex jużaw il-mezzi kollha disponibbli biex jeħilsuhom;

37.  Ifakkar li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-peniżola tal-Krimea marret lura b'mod sinifikanti, li l-ksur tal-libertà ta' espressjoni, l-abbuż tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-impożizzjoni furzata taċ-ċittadinanza Russa saru sistematiċi, u li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali mhuwiex garantit fil-Krimea;

38.  Jitlob għal sforzi konġunti akbar biex tiġi implimentata l-Istrateġija tal-Ukrajna dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi politiki għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-minoranza Rom u ta' gruppi oħra ta' minoranza;

39.  Jiddispjaċih mill-fatt li l-investigazzjoni dwar l-imwiet li seħħew waqt id-dimostrazzjonijiet f'Maidan u f'Odessa u fl-assassinju tal-ġurnalisti hija miexja bil-mod wisq u ma tat l-ebda riżultat tanġibbli; 

40.  jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni finali ta' liġi dwar l-istatus ġuridiku ta' persuni neqsin;

41.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-għadd dejjem jikber ta' każijiet kriminali li qed jitressqu kontra ġurnalisti li żvelaw każijiet ta' korruzzjoni fl-apparat tal-Istat jew li kkritikaw il-politika ta' riforma tal-gvern jew il-politika diretta lejn il-Lvant tal-Ukrajna; ifakkar lill-gvern dwar l-impenn tiegħu li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem rikonoxxuti internazzjonalment, bħad-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni u t-tixrid pubbliku ta' fehmiet;

42.  Jitlob li l-Istatut ta' Ruma dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali jiġi ratifikat u li jitwettqu l-miżuri ta' implimentazzjoni rikjesti kollha;

43.  Jitlob li tiġi ratifikata l-Konvenzjoni ta' Istanbul dwar il-vjolenza kontra n-nisa; iqis, f'dan ir-rigward, l-adozzjoni tal-Liġi dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza Domestika; jilqa' bi pjaċir il-pożizzjoni maħluqa reċentement tal-Kummissarju tal-Gvern għall-Politika dwar il-Ġeneri;

44.  Filwaqt li jissottolinja b'mod ċar li r-responsabbiltà ewlenija hija mal-Federazzjoni Russa u mas-separatisti li hija tappoġġja, jitlob lill-awtoritajiet Ukreni jwettqu sforzi addizzjonali biex tittaffa t-tbatija tal-poplu affettwat mill-kunflitt, inkluż l-appoġġ għall-persuni spustati internament (IDPs) u l-veterani tal-gwerra, u permezz ta' aċċess faċli għall-pensjonijiet u l-benefiċċji soċjali u s-servizzi għal dawk li jgħixu fit-territorji li bħalissa mhumiex fil-kontroll tal-gvern;

45.  Jissottolinja l-ħtieġa ta' mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti u ta' pluraliżmu tal-mezzi ta' komunikazzjoni sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ħaddiema tal-mezzi ta' komunikazzjoni u tal-ġurnalisti; jitlob li ma jkun hemm l-ebda limitu fuq l-opportunitajiet għal sorsi tal-mezzi ta' komunikazzjoni ta' lingwa ta' minoranza sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-etniċitajiet kollha jkunu jistgħu jgawdu aċċess ugwali għall-informazzjoni;

46.  Jitlob li l-Istrateġija għall-Ħarsien u l-Integrazzjoni fis-Soċjetà tal-Ukrajna tal-Minoranza Nazzjonali tar-Rom tiġi riveduta biex tinkludi l-monitoraġġ tas-sikurezza bħala prijorità ewlenija u biex din tiġi implimentata b'mod xieraq fil-livelli kollha; jitlob li jiġu stabbiliti programmi statali mmirati lejn il-prevenzjoni ta' reati ta' mibegħda u forom oħra ta' diskriminazzjoni bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jikkundanna l-istigmatizzazzjoni u l-esklużjoni soċjali b'għeruq fondi tar-Rom li jirriżultaw mill-anti-Żingariżmu; jinsab imħasseb ħafna dwar il-każijiet riċenti ta' vjolenza kontra r-Rom u l-komunità LGBTI u jitlob għal investigazzjonijiet immedjati u effikaċi mill-awtoritajiet u l-kundanna vokali u pubblika ta' dawn l-atti u tal-awturi tagħhom mill-gvern;

47.  Jieħu nota tal-intenzjoni tal-Ukrajna li temenda l-liġi dwar l-edukazzjoni skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja u jitlob li din tiġi tradotta malajr f'azzjoni konkreta; jitlob li l-liġi tiġi implimentata bis-sħiħ abbażi ta' djalogu sostantiv mar-rappreżentanti ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali, inkluża l-leġiżlazzjoni li testendi l-perjodu ta' tranżizzjoni sal-2023 u tirregola l-eżenzjoni għall-iskejjel privati;

48.  Jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni riċenti minn qorti Ukrajna li tipprovdi aċċess għad-data tal-mowbajl ta' korrispondent investigattiv minn Radio Free Europe/Radio Liberty (RFE/RL) u jenfasizza l-importanza fundamentali tal-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni u l-protezzjoni tas-sorsi tal-ġurnalisti, speċjalment fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

49.  Jitlob sforzi konsistenti u immedjati għall-iżvilupp ta' mezzi ta' komunikazzjoni tas-servizz pubbliku li huma politikament u ekonomikament indipendenti u li huma impenjati għall-formazzjoni libera ta' opinjonijiet mingħajr kontroll mill-istat bħala kontrobilanċ għad-dominanza ta' monopolji privati oligarkiċi;

50.  Jikkundanna bil-qawwa s-sekwestru u l-estradizzjoni riċenti ta' ċittadini Torok minħabba l-allegazzjonijiet dwar ir-rabtiet tagħhom mal-moviment Gülen, bi ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukreni jiżguraw li kwalunkwe talba għal estradizzjoni minn pajjiżi terzi tiġi pproċessata b'mod trasparenti u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-proċeduri ġudizzjarji mwettqa skont il-prinċipji u l-istandards Ewropej, u li l-azzjonijiet kollha meħuda mill-awtoritajiet lokali jirrispettaw bis-sħiħ l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jisħaq li l-proċeduri arbitrarji li jinvolvu arresti, detenzjoni jew estradizzjoni huma bi ksur ta' dawn il-prinċipji; jitlob lill-awtoritajiet Ukreni jipproteġu lil dawk kollha li jfittxu asil u jeżaminaw it-talbiet tagħhom f'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja u tgħin lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jirreżistu l-pressjoni li saret mit-Turkija;

51.  Jesprimi tħassib dwar it-tnaqqis tal-ispazju tas-soċjetà ċivili fil-Krimea, mhux l-inqas għall-għeluq tal-organizzazzjonijiet tal-mezzi ta' komunikazzjoni, mossa li affettwat b'mod sproporzjonat il-komunità tat-Tartari tal-Krimea, inkluż id-dritt tagħhom għall-informazzjoni u d-dritt tagħhom li jżommu l-kultura u l-identità tagħhom;

52.  Jenfasizza li l-libertà tal-espressjoni u tal-istampa fl-Ukrajna għandhom ikunu ggarantiti, u jesprimi tħassib dwar rapporti ta' fastidju ġudizzjarju u s-sorveljanza ta' ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

53.  Jesprimi tħassib dwar in-numru għoli ta' tfal u adulti infettati bil-ħosba fl-Ukrajna; jilqa' bi pjaċir il-miżuri ta' rispons li ttieħdu iżda jenfasizza li għad hemm ħafna tfal u adulti vulnerabbli fil-pajjiż; itenni, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' sforzi madwar l-Ewropa kollha biex jiżdied l-għadd ta' tfal u adulti mlaqqma;

Kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali

54.  Jilqa' bi pjaċir l-istabbilizzazzjoni ekonomika tal-Ukrajna u l-progress miksub fl-implimentazzjoni tad-DCFTA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Ukrajna ħalli jiġu identifikati l-oqsma li jistgħu jkomplu jrawmu d-diversifikazzjoni ekonomika u li dawn jingħataw prijorità fil-proċess tal-implimentazzjoni tad-DCFTA;

55.  Jilqa' bi pjaċir iż-żieda fil-volum ta' kummerċ bejn l-UE u l-Ukrajna u d-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-Ukrajna lejn l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Ukrajna ħalli jiġu identifikati l-oqsma li jistgħu jkomplu jrawmu d-diversifikazzjoni ekonomika u li dawn jingħataw prijorità fil-proċess tal-implimentazzjoni tad-DCFTA; jindika li l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja naqsu matul l-istess perjodu;

56.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li d-DCFTA jiġi implimentat kif suppost u li jkun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu; jitlob lill-Kummissjoni biex f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dispożizzjoni, mingħajr dewmien tagħmel kuntatt mal-parti inkwistjoni, u tuża l-istrumenti li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tegħleb kwalunkwe problema;

57.  Jappella lill-Ukrajna taħtar, bħala kwistjoni urġenti, lill-grupp konsultattiv domestiku tagħha sabiex tiżgura li l-implimentazzjoni tal-ftehim tkun immonitorjata mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif xieraq;

58.  Jirrikonoxxi t-tkabbir ekonomiku tal-Ukrajna u l-introduzzjoni ta' noti ta' riforma, madankollu, it-tħassib dejjem jikber ta' partijiet kbar tal-popolazzjoni fir-rigward taż-żieda fil-prezzijiet tal-konsumatur u tas-servizzi ewlenin u jinkoraġġixxi l-prijoritizzazzjoni tal-aġenda ta' riforma f'oqsma li huma aktar relatati mill-qrib mal-istruttura tal-produzzjoni u l-opportunitajiet ta' esportazzjoni tal-pajjiż, bil-għan li jiġi ġġenerat tkabbir ekonomiku u jinħolqu l-impjiegi u d-dħul; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-ridistribuzzjoni kontinwa tal-ġid f'idejn l-istrutturi jew il-familji oligarkiċi u l-faqar dejjem jikber ta' partijiet kbar tal-popolazzjoni; jitlob, għalhekk, li tingħata aktar attenzjoni lis-sitwazzjoni soċjali tal-pajjiż;

59.  Jemmen li l-konsolidazzjoni tal-ekonomija tal-Ukrajna u l-indirizzar tal-isfidi soċjali urġenti, bħall-qgħad, in-nuqqas ta' impjiegi, u l-ekonomija klandestina se jeħtieġu żieda sinifikanti fl-investiment; jitlob lill-awtoritajiet Ukreni jwettqu r-riformi meħtieġa biex jattiraw investimenti ġodda, b'mod partikolari l-investiment dirett barrani (IDB); jilqa' bi pjaċir, f'dan il-kuntest, il-Kuntratt ta' Riforma għall-Investiment miftiehem reċentement u jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha biex tnaqqas ir-riskji għas-settur privat biex dan jinvesti fl-Ukrajna; jistieden lill-Istati Membri jingħaqdu mal-Kummissjoni f'dan ir-rigward u jippromwovu l-Ukrajna bħala destinazzjoni ta' investiment fost il-komunitajiet tan-negozju tagħhom;

60.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament valutazzjoni dettaljata tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-progress li sar s'issa, peress li ġraw diversi avvenimenti mindu saret il-valutazzjoni tal-impatt tal-2007; iqis li din għandha tkopri l-punti li ġejjin b'mod partikolari:

  –  preżentazzjoni approfondita tal-bilanċ kummerċjali tal-Ukrajna kategorizzata skont is-settur u r-reġjun;

  –  l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u preżentazzjoni tal-faċilità ta' self DCFTA għall-SMEs, li fl-2015 ġiet stabbilita b'EUR 200 miljun sabiex tgħin lill-SMEs fil-Viċinat tal-Lvant;

  –  preżentazzjoni tas-sehem mis-suq;

  –  preżentazzjoni tas-sitwazzjoni soċjoekonomika;

  –  preżentazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-ekonomija li ma tidhirx u l-impjieg informali;

  –  analiżi aġġornata tas-sitwazzjoni makrofinanzjarja tal-Ukrajna, inklużi id-dħul u n-nefqa tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

61.  Ifakkar li r-Regolament (UE) 2017/1566 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jinkludi rekwiżit legali li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-DCFTA jinkludi valutazzjoni dettaljata tal-miżuri kummerċjali awtonomi, inkluż l-impatt soċjali tagħhom;

62.  Iqis li l-approssimazzjoni regolatorja bejn l-UE u l-Ukrajna fl-ambitu tad-DCFTA hija strument fundamentali biex l-Ukrajna titqarreb lejn l-UE u dan jikkontribwixxi għall-iffaċilitar tal-kummerċ, għal klima aħjar tan-negozju u investiment, u għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-Ukrajna; iqis li l-aspett tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tiġi amministrata b'attenzjoni bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-ispejjeż filwaqt li jiġu massimizzati l-benefiċċji għall-impriżi u s-soċjetà tal-Ukrajna u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tikkunsidra aktar preferenzi kummerċjali awtonomi u mezzi oħra; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tagħti prijorità lill-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma f'oqsma li huma relatati aktar mill-qrib mal-istruttura tal-produzzjoni tagħha u mal-opportunitajiet ta' esportazzjoni lejn l-UE bl-għan li jiġu minimizzati l-ispejjeż ta' tranżizzjoni u jiġu massimizzati l-benefiċċji potenzjali; jappella lill-Ukrajna taħtar, bħala kwistjoni urġenti, lill-grupp konsultattiv domestiku tagħha biex jiżgura il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-faqar fost il-popolazzjoni;

63.  Iqis li l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-UE hija d-dimensjoni ewlenija tad-DCFTA minħabba l-aċċess reali għas-suq tal-UE u r-riforma tiddependi ħafna fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni rilevanti; huwa konxju mill-isfida kbira li dan jirrappreżenta għall-governanza, l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika fl-Ukrajna u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju adegwat; ifaħħar l-attivitajiet tal-Grupp ta' Appoġġ għall-Ukrajna u jappella lill-grupp biex jipprovdi aktar rapportar lill-Parlament dwar it-tip ta' assistenza pprovduta, b'mod partikolari fir-rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis;

64.  Iqis li l-involviment tal-awtoritajiet tal-Ukrajna mill-mument tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti huwa utli sabiex il-proċess ikun aktar inklużiv u jitnaqqsu l-ispejjeż ta' tranżizzjoni għall-Ukrajna, u jappella lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoniex ante;

65.  Jilqa' bi pjaċir l-adattament tal-Istrateġija Nazzjonali għat-Trasport u jitlob li r-riformi legali u istituzzjonali meħtieġa jiġu approvati biex jimplimentawha b'mod effettiv;

66.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fl-approssimazzjoni mal-istandards tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, u jappella lill-Ukrajna tadotta b'mod urġenti strateġija biex tissodisfa dan l-impenn;

67.  Jinnota r-rata preferenzjarja ta' utilizzazzjoni għolja, u jilqa' ż-żieda kontinwa fil-linji tariffarji fejn jintużaw il-preferenzi;

68.  Jinnota li l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-DCFTA hija ffokata ħafna fuq il-flussi kummerċjali u l-ostakli għall-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni biex tosserva u tivvaluta l-implimentazzjoni tad-DCFTA, b'attenzjoni partikolari mogħtija lit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, kif ukoll lill-impatt fuq is-soċjetà tal-Ukrajna, u biex tipprovdi rapportar annwali pubbliku u komprensiv, inkluż dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju pprovdut mill-UE;

69.  Jistenna li l-Ukrajna taħtar arbitri għas-sistema ta' riżoluzzjoni tat-tilwim u għall-istabbiliment tal-korpi u taħtar rappreżentanti fl-ambitu tal-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli;

70.  Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni mill-Verkhovna Rada tal-Liġi Nru 5495 dwar il-preservazzjoni tal-foresti tal-Ukrajna u l-prevenzjoni tal-esportazzjoni illegali ta' injam mhux proċessat waqt l-ewwel qari tal-20 ta' Marzu 2018; iqis li kwalunkwe liberalizzazzjoni ta' kummerċ tal-injam għandha tkun kundizzjonali fuq l-istabbiliment ta' qafas legali dwar il-prevenzjoni u l-projbizzjoni tal-esportazzjoni illegali;

71.  Jinnota l-impenn tal-Ukrajna skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni biex tiġġieled u tipprevjeni l-kummerċ illeċitu, u jappella lill-pajjiż jieħu passi biex dan jiġi kkriminalizzat;

72.  Jinnota li s-Sħubija tal-Lvant s'issa kien prinċipalment iffokata fuq il-kummerċ u l-investiment bilaterali bejn l-UE u l-pajjiżi l-oħra involuti; jitlob l-iżvilupp ta' approċċ aktar għall-pajjiżi kollha fis-Sħubija tal-Lvant u aktar kooperazzjoni mal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-libertà tal-viża u l-istandards tekniċi.

Kooperazzjoni fl-enerġija, is-sigurtà u d-difiża

73.  Ifaħħar lill-Ukrajna għall-kooperazzjoni tajba li kisbet fis-settur tal-enerġija, mhux l-anqas il-progress li wettqet fl-effiċjenza enerġetika; jenfasizza r-rwol ewlieni tat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, anke bħala vetturi tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi; jirrimarka l-bżonn li jitkomplew ir-riformi, b'mod partikolari li titwettaq ir-riforma tas-swieq tal-gass u tal-elettriku, bil-għan li dawn jiġu integrati bis-sħiħ fis-suq tal-enerġija tal-UE u li jintemmu l-monopolji eżistenti u li jiġi evitat il-ħolqien ta' oħrajn ġodda, li għandhom iwasslu għal benefiċċji ekonomiċi fuq il-perjodu ta' żmien twil għall-industrija u l-konsumaturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-proġetti kollha tal-pipelines jikkonformaw mar-regolamenti tal-UE; jitlob li l-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija tissaħħaħ fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant bil-għan li jiġi implimentat il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2015; jisħaq fuq il-ħtieġa ta' awtorità nazzjonali, indipendenti mill-interessi politiċi u privati, biex tirregola s-suq tal-gass u tal-elettriku, li għandha tkun impenjata biex tikseb bilanċ soċjalment ġust bejn l-interessi tal-fornituri u l-konsumaturi finali meta jipprezzaw u għandha tiżgura ż-żieda ġustifikata tal-prezzijiet;

74.  Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' għadd kbir ta' liġijiet fil-qasam tal-ambjent, speċjalment dawk dwar il-valutazzjoni ambjentali strateġika u l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' implimentazzjoni u ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni pubbliċi essenzjali; jilqa' bi pjaċir il-progress fil-politika dwar il-klima, bl-adozzjoni u s-sottomissjoni għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) tal-istrateġija ta' żvilupp bl-użu ta' livell baxx ta' karbonju; iħeġġeġ l-adozzjoni bikrija tal-istrateġija tal-politika ambjentali tal-istat u ta' leġiżlazzjoni ġdida dwar il-ġestjoni tal-iskart u politika dwar il-klima f'konformità mal-acquis tal-UE;

75.  Ifakkar li l-governanza ambjentali hija karatteristika ewlenija tar-rekwiżiti tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jappella lill-awtoritajiet jikkunsidraw mill-ġdid il-ftehim u kwalunkwe pjan futur dwar il-Kumpless ta' Idroenerġija ta' Dniester, biex iġibuhom konformi mal-konvenzjonijiet internazzjonali u l-istandards tal-UE, filwaqt li jiżguraw li l-partijiet kollha kkonċernati mill-Moldova u l-Ukrajna jiġu kkonsultati b'mod pubbliku, bl-inklużjoni tas-soċjetà ċivili, u biex l-ekosistema u l-ambjent tax-Xmara Dniester jiġu protetti;

76.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-tħassir tas-sitwazzjoni ekoloġika fil-Lvant tal-Ukrajna u l-Krimea bħala konsegwenza tal-kunflitt, u b'mod partikolari l-problemi relatati mal-provvista tal-ilma, li jista' jkollhom konsegwenzi devastanti għar-reġjun kollu u jwasslu għal diżastru irriversibbli; iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha biex jevitaw tali xenarju u jaħdmu bil-mezzi kollha disponibbli għalihom biex jiżguraw il-manutenzjoni xierqa u l-ippumpjar tal-ilma, inkluż fil-minjieri;

77.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Ukrajna biex tibni ekonomija tas-suq diġitali ġenwina, inkluż il-progress fl-iżvilupp ta' data miftuħa, billi twessa' l-aċċess għal sistemi ta' aċċess kundizzjonali għas-servizzi tat-televiżjoni diġitali u tan-netwerk virtwali, filwaqt li żżid in-numru ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għaċ-ċittadini u r-reġistri pubbliċi bħal ProZorro; jenfasizza li jrid isir aktar xogħol biex jiġi żgurat li d-drittijiet u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ukraini li jużaw l-internet ikunu protetti u biex jiġu implimentati bis-sħiħ ir-rekwiżiti tas-Suq Uniku Diġitali;

78.  Jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-liġi dwar is-servizzi fiduċjarji elettroniċi u l-prijoritajiet definiti fil-Kunċett għall-Iżvilupp tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali fl-Ukrajna għall-2018-2020, li jikkostitwixxu passi importanti fit-triq tal-integrazzjoni tal-Ukrajna fis-Suq Uniku Diġitali tal-UE;

79.  Itenni r-rwol kruċjali tal-Ukrajna fin-netwerk Ewropew tal-provvista tal-enerġija; jikkundanna l-kostruzzjoni tal-pipeline Nord Stream 2, peress li huwa proġett politiku li jhedded is-sigurtà Ewropea u l-isforzi biex tiġi diversifikata l-provvista tal-enerġija; jitlob li l-proġett jiġi kkanċellat;

80.  Jinsab mħasseb dwar l-iskemi li jisfruttaw b'mod illegali r-riżorsi naturali, bħalma huma l-ambra, il-faħam, ir-ramel u l-injam li, f'ħafna każijiet, huma protetti u organizzati bl-għajnuna ta' amministrazzjonijiet lokali jew reġjonali u ta' korpi tal-infurzar tal-liġi, li jagħmlu ħsara u jipperikolaw il-pajsaġġi u l-ħabitats, bħall-foresti u x-xmajjar, u jipprevjenu l-ġestjoni ekoloġikament u ekonomikament sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiż għall-benefiċċju taċ-ċittadini tiegħu;

81.  Jiddeplora l-qerda tal-foresti Ukraini, kwistjoni marbuta ma' skemi ta' korruzzjoni li għall-benefiċċju tal-interessi personali fl-Ukrajna u l-kumpaniji fl-UE; jitlob li jitfasslu regolamenti effettivi, u li jiġu implimentati u infurzati malajr sabiex jiġi evitat it-tqaċċit illegali tas-siġar u l-korruzzjoni fl-injam fl-Ukrajna u ħalli tiġi stabbilita ġestjoni sostenibbli tal-forestrija sabiex jiġu protetti u ppreservati l-foresti u r-riżorsi tal-Ukrajna;

82.  Jilqa' bi pjaċir il-passi meħuda biex jiġu modernizzati l-armata u l-Forzi Navali tal-Ukrajna fil-Baħar l-Iswed u fil-Baħar ta' Azov bħala garanziji sodi dwar l-istabbiltà u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, filwaqt li, madankollu, jinkoraġġixxi r-riforma tal-industrija tad-difiża bħala kwistjoni ta' ħtieġa urġenti;

83.  Jemmen u jenfasizza li sakemm timpenja ruħha biex timplimenta l-FA u tirrispetta l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali, l-Ukrajna (u stati assoċjati oħra - il-Moldova u l-Georgia) għandhom jingħataw mekkaniżmi ta' appoġġ speċifiċi mill-UE, inkluż fil-qafas tal-qafas finanzjarju pluriennali ta' wara l-2020 f'konformità mal-mudell tas-Sħubija tal-Lvant Plus, kif rakkomandat mill-Parlament;

84.  Ifakkar fl-importanza tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-Ukrajna f'livelli differenti, inklużi s-sigurtà u d-difiża; jilqa' bi pjaċir, f'dan ir-rigward, l-interess tal-Ukrajna li tinvolvi lilha nnifisha aktar fi proġetti tad-difiża, inklużi l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), dwar is-sigurtà u d-difiża;

85.  Jenfasizza l-importanza li ċ-ċittadini tal-Ukrajna jiġu mgħarrfa b'mod proattiv dwar il-benefiċċji u l-għanijiet konkreti tas-Sħubija tal-Lvant;

86.  Jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra l-aħbarijiet foloz u l-propaganda tar-Russja, inkluż l-indħil antiċipat tagħha fl-elezzjonijiet fl-Ukrajna u fl-Unjoni Ewropea kollha; jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni Ukrajna-UE dwar din il-kwistjoni;

87.  Iħeġġeġ lill-Ukrajna u lill-UE jkomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni tagħhom fl-oqsma tal-ġustizzja, il-libertà u l-affarijiet interni;

Dispożizzjonijiet istituzzjonali

88.  Jitlob għal monitoraġġ aħjar u segwitu tal-implimentazzjoni tar-riformi kemm min-naħa tal-Ukrajna kif ukoll min-naħa tal-UE, abbażi ta' indikaturi koerenti u li jistgħu jitkejlu; jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni u lis-SEAE jippreżentaw lill-Parlament u lill-Kunsill rapporti bil-miktub, aktar spissi u dettaljati dwar l-implimentazzjoni ta' dawn il-ftehimiet;

89.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tosserva u tivvaluta l-implimentazzjoni tad-DCFTA, b'attenzjoni partikolari mogħtija lit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, u lill-impatt fuq is-soċjetà tal-Ukrajna, u biex tipprovdi rapportar annwali pubbliku u komprensiv, inkluż dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju pprovdut mill-UE;

90.  Jiddeċiedi li jfassal rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni;

°

°  °

91.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ukrajna.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (2018/2011 21.6/2010)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tal-UE mal-Ukrajna

(2017/2283(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jarosław Wałęsa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' ż-żieda fil-volum ta' kummerċ bejn l-UE u l-Ukrajna u d-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet tal-Ukrajna lejn l-UE; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Ukrajna sabiex tidentifika dawk l-oqsma li jistgħu jrawmu aktar id-diversifikazzjoni ekonomika u ttihom prijorità fil-proċess tal-implimentazzjoni taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA); jindika li l-esportazzjonijiet lejn ir-Russja naqsu matul l-istess perjodu;

2.  Jappella lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lill-Parlament valutazzjoni dettaljata tal-ftehim ta' assoċjazzjoni abbażi tal-progress li sar s'issa, peress li ġraw diversi avvenimenti mindu saret il-valutazzjoni tal-impatt tal-2017; iqis li din għandha tkopri l-punti li ġejjin b'mod partikolari:

  –  preżentazzjoni approfondita tal-bilanċ kummerċjali tal-Ukrajna kategorizzata skont is-settur u r-reġjun;

  –  l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u preżentazzjoni tal-faċilità ta' self DCFTA għall-SMEs, li fl-2015 ġiet stabbilita b'EUR 200 miljun sabiex tgħin lill-SMEs fil-Viċinat tal-Lvant;

  –  preżentazzjoni tas-sehem mis-suq;

  –  preżentazzjoni tas-sitwazzjoni soċjoekonomika;

  –  preżentazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol, l-ekonomija li ma tidhirx u l-impjieg informali;

  –  analiżi aġġornata tas-sitwazzjoni makrofinanzjarja tal-Ukrajna, inklużi id-dħul u n-nefqa tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa;

3.  Ifakkar li r-Regolament (UE) 2017/1566 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jinkludi rekwiżit legali li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-DCFTA jinkludi valutazzjoni dettaljata tal-miżuri kummerċjali awtonomi, inkluż l-impatt soċjali tagħhom;

4.  Iqis li l-approssimazzjoni regolatorja bejn l-UE u l-Ukrajna fl-ambitu tad-DCFTA hija strument fundamentali biex l-Ukrajna titqarreb lejn l-UE u dan jikkontribwixxi għall-iffaċilitar tal-kummerċ, għal klima aħjar tan-negozju u investiment, u għall-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tal-Ukrajna; iqis li l-aspett tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ għandha tiġi amministrata b'attenzjoni bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-ispejjeż filwaqt li jiġu massimizzati l-benefiċċji għall-impriżi u s-soċjetà tal-Ukrajna u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tikkunsidra aktar preferenzi kummerċjali awtonomi u mezzi oħra; jinkoraġġixxi lill-Ukrajna tagħti prijorità lill-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma f'oqsma li huma relatati aktar mill-qrib mal-istruttura tal-produzzjoni tagħha u mal-opportunitajiet ta' esportazzjoni lejn l-UE bl-għan li jiġu minimizzati l-ispejjeż ta' tranżizzjoni u jiġu massimizzati l-benefiċċji potenzjali; jappella lill-Ukrajna taħtar, bħala kwistjoni urġenti, lill-grupp konsultattiv domestiku tagħha biex jiżgura il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-faqar fost il-popolazzjoni;

5.  Ifakkar li d-DCFTA hija parti minn proċess ta' riforma bbażat fuq governanza tajba u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata; jilqa' l-adozzjoni tal-liġi dwar il-Qorti Superjuri Kontra l-Korruzzjoni; għadu mħasseb, madankollu, rigward aktar progress fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota li soċjetà ċivili li tkun libera u kritika għandha rwol importanti f'dan il-proċess ta' riforma u jappella lill-Gvern tal-Ukrajna jillibera lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mill-obbligu ta' dikjarazzjoni-e; jistieden lill-Gvern tal-Ukrajna jiggarantixxi l-indipendenza tal-Uffiċċju Nazzjonali Kontra l-Korruzzjoni (NABU) u biex iwettaq riforma korrispondenti tas-servizzi sigrieti; ifakkar lill-Gvern tal-Ukrajna dwar l-impenn tiegħu fl-ambitu tal-preambolu tal-ftehim ta' assoċjazzjoni li jibni demokrazija profonda u sostenibbli; jappella għal riforma tad-drittijiet tal-vot qabel l-elezzjonijiet parlamentari tal-2019 kif ġie rakkomandat mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni ta' Venezja u l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE; jappella lill-Ukrajna tipprovdi riassigurazzjoni li l-għamla tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Ukrajna tirrifletti bilanċ politiku li jirrappreżenta l-forzi politiċi rilevanti kollha u jisħaq li l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni ewlenija għal implimentazzjoni tajba u effettiva tad-DCFTA;

6.  Iqis li l-approssimazzjoni regolatorja mal-acquis tal-UE hija d-dimensjoni ewlenija tad-DCFTA minħabba l-aċċess reali għas-suq tal-UE u r-riforma tiddependi ħafna fuq l-implimentazzjoni u l-infurzar xierqa tal-leġiżlazzjoni rilevanti; huwa konxju mill-isfida kbira li dan jirrappreżenta għall-governanza, l-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika fl-Ukrajna u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku u finanzjarju adegwat; ifaħħar l-attivitajiet tal-Grupp ta' Appoġġ għall-Ukrajna u jappella lill-grupp biex jipprovdi aktar rapportar lill-Parlament dwar it-tip ta' assistenza pprovduta, b'mod partikolari fir-rigward tat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis;

7.  Iqis li l-involviment tal-awtoritajiet tal-Ukrajna mill-mument tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni rilevanti huwa utli sabiex il-proċess ikun aktar inklużiv u jitnaqqsu l-ispejjeż ta' tranżizzjoni għall-Ukrajna, u jappella lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-mekkaniżmi ta' skambju ta' informazzjoni ex ante;

8.  Ifaħħar il-Pjan Direzzjonali Leġiżlattiv tal-Gvern u tal-Parlament għall-Implimentazzjoni tal-Ftehim u l-adeżjoni tal-Ukrajna fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi tad-WTO; iħeġġeġ lill-Ukrajna tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-aġenda tar-riformi f'oqsma bħall-istandards tekniċi, sanitarji u fitosanitarji, il-proprjetà intellettwali u r-regoli doganali;

9.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' progress fl-approssimazzjoni mal-istandards tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, u jappella lill-Ukrajna tadotta b'mod urġenti strateġija biex tissodisfa dan l-impenn;

10.  Jinnota r-rata preferenzjarja ta' utilizzazzjoni għolja, u jilqa' ż-żieda kontinwa fil-linji tariffarji fejn jintużaw il-preferenzi;

11.  Jinnota li l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-DCFTA hija ffokata ħafna fuq il-flussi tal-kummerċ u l-ostakli tal-kummerċ; jappella lill-Kummissjoni biex tosserva u tivvaluta l-implimentazzjoni tad-DCFTA, b'attenzjoni partikolari mogħtija lit-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis, kif ukoll lill-impatt fuq is-soċjetà tal-Ukrajna, u biex tipprovdi rapportar annwali pubbliku u komprensiv, inkluż dwar l-appoġġ tekniku u finanzjarju pprovdut mill-UE;

12.  Jistenna li l-Ukrajna taħtar arbitri għas-sistema ta' riżoluzzjoni tat-tilwim u għall-istabbiliment tal-korpi u taħtar rappreżentanti fl-ambitu tal-kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli;

13.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Verkhovna Rada tal-Liġi Nru 5495 dwar il-preservazzjoni tal-foresti tal-Ukrajna u l-prevenzjoni tal-esportazzjoni illegali ta' injam mhux proċessat waqt l-ewwel qari tal-20 ta' Marzu 2018; iqis li kwalunkwe liberalizzazzjoni ta' kummerċ tal-injam għandha tkun kundizzjonali fuq l-istabbiliment ta' qafas legali dwar il-prevenzjoni u l-projbizzjoni tal-esportazzjoni illegali;

14.  Jinnota li approċċ ikkoordinat bejn l-UE u l-Ukrajna fir-rigward tas-sanzjonijiet relatati mal-Krimea u l-lvant tal-Ukrajna jikkontribwixxi għal żieda fil-pressjoni sabiex tiġi żgurata riżoluzzjoni paċifika għall-isfidi territorjali tal-Ukrajna; ifakkar fl-impenn għas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti reġjonali fl-Artikolu 9 tal-ftehim ta' assoċjazzjoni;

15.  Jinnota li s-Sħubija tal-Lvant s'issa kien prinċipalment iffokata fuq il-kummerċ u l-investiment bilaterali bejn l-UE u l-pajjiżi l-oħra involuti; jappella għall-iżvilupp ta' approċċ aktar għall-pajjiżi kollha fis-Sħubija tal-Lvant u aktar kooperazzjoni mal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ, il-libertà tal-viża u l-istandards tekniċi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.6.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Tiziana Beghin, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Patricia Lalonde, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Reimer Böge, Klaus Buchner, Dita Charanzová, Danuta Maria Hübner, Sajjad Karim, Sander Loones, Lola Sánchez Caldentey

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Czesław Hoc, John Howarth, Dietmar Köster, Kosma Złotowski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Dita Charanzová, Nadja Hirsch, Elsi Katainen

ECR

Czesław Hoc, Sajjad Karim, Sander Loones, Kosma Złotowski

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Reimer Böge, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Danuta Maria Hübner, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld

S&D

Goffredo Maria Bettini, John Howarth, Dietmar Köster, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

5

-

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur

4

0

ALDE

Patricia Lalonde

EFDD

Tiziana Beghin

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

S&D

Emmanuel Maurel

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

12.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Bas Belder, James Carver, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Tunne Kelam, Wajid Khan, Eduard Kukan, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Michel Reimon, Jean-Luc Schaffhauser, Anders Sellström, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, Jaromír Štětina, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Igor Gräzin, Rebecca Harms, Marek Jurek, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Urmas Paet, Bodil Valero, Mirja Vehkaperä, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Liliana Rodrigues, Flavio Zanonato


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Igor Gräzin, Urmas Paet, Ivo Vajgl, Mirja Vehkaperä

ECR

Bas Belder, Marek Jurek

PPE

Michèle Alliot-Marie, Andrea Bocskor, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Ramona Nicole Mănescu, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Anders Sellström, Jaromír Štětina

S&D

Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Wajid Khan, Arne Lietz, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Liliana Rodrigues, Flavio Zanonato

VERTS/ALE

Rebecca Harms, Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Alyn Smith, Jordi Solé, Bodil Valero

9

-

EFDD

Aymeric Chauprade, Eleonora Evi

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

NI

James Carver, Georgios Epitideios

1

0

NI

Dobromir Sośnierz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 3 ta' Diċembru 2018Avviż legali