Proċedura : 2018/2156(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0372/2018

Testi mressqa :

A8-0372/2018

Dibattiti :

PV 10/12/2018 - 18
CRE 10/12/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0498

RAPPORT     
PDF 678kWORD 64k
21.11.2018
PE 625.206v02-00 A8-0372/2018

dwar il-mobbiltà militari

(2018/2156(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Tunne Kelam

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-mobbiltà militari

(2018/2156(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra d-dokument intitolat "Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea", ippreżentat mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali (VP/RGħ) fit-28 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013, tas-26 ta' Ġunju 2015, tal-15 ta' Diċembru 2016, tad-9 ta' Marzu 2017, tat-22 ta' Ġunju 2017, tal-20 ta' Novembru 2017, tal-14 ta' Diċembru 2017 u tat-28 ta' Ġunju 2018,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2017 u tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2017 intitolata "Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tad-Difiża Ewropea" (COM(2017)0315),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP tal-10 ta' Novembru 2017 intitolata "Intejbu l-Mobbiltà Militari fl-Unjoni Ewropea" (JOIN(2017)0041),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP tat-28 ta' Marzu 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari (JOIN(2018)0005),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta' Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta' Stati Membri parteċipanti(1),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO(2),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta' Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea u tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO tat-8 ta' Lulju 2016 u tal-10 ta' Lulju 2018, għall-ġabriet komuni ta' proposti għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet konġunti approvati mill-Kunsill tal-UE u l-Kunsill tan-NATO fis-6 ta' Diċembru 2016 u fil-5 ta' Diċembru 2017, u għar-rapporti ta' progress dwar l-implimentazzjoni tagħhom tal-14 ta' Ġunju u tal-5 ta' Diċembru 2017 u tas-6 ta' Ġunju 2018, inklużi l-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2017 u tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet konġunti,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar is-Sigurtà u s-Solidarjetà Transatlantiċi u d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO fi Brussell, it-tnejn li huma fil-11 ta' Lulju 2018,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża(4) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2018 dwar ir-relazzjonijiet UE-NATO(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK)(6),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0372/2018),

A.  billi l-valuri bażiċi li fuqhom hija msejsa l-UE – id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, kif ukoll is-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u l-unità Ewropea qed jiġu dejjem aktar ikkontestati f'era ta' taqlib ġeopolitiku u degradazzjoni tal-ambjent strateġiku;

B.  billi deterrenza kredibbli, kif ukoll ippjanar għal rispons għall-kriżijiet u għad-difiża tal-Ewropa kontinentali, jiddependu fuq il-kapaċità li jintużaw il-forzi b'mod rapidu u effiċjenti, inklużi l-forzi alleati esterni;

C.  billi d-"dividend ta' paċi" ta' wara l-1989 ra l-erożjoni gradwali tal-ħtiġijiet ta' difiża fir-rigward tal-infrastruttura u tal-mobbiltà tal-forzi fl-Ewropa kollha;

D.  billi l-UE, f'kooperazzjoni sħiħa man-NATO, għandha l-għan li taġixxi globalment bħala fornitur tas-sigurtà u b'hekk tikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà kemm internament kif ukoll esternament u tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini u tat-territorju tagħha permezz ta' firxa unika u wiesgħa ta' politiki, strumenti u għodod għad-dispożizzjoni tagħha biex twettaq dawn l-ambizzjonijiet;

E.  billi, skont l-objettivi tal-Istrateġija Globali, l-UE qed iżżid ir-responsabbiltà tagħha għas-sigurtà u d-difiża tagħha stess u għar-rwol tagħha bħala sieħeb għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, partikolarment fil-viċinat tagħha, iżda wkoll lil hinn minnu, kif ukoll l-awtonomija strateġika tagħha, abbażi tal-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni;

F.  billi l-Unjoni jeħtiġilha tiżviluppa l-awtonomija strateġika tagħha stess permezz ta' politika estera u ta' sigurtà effiċjenti, sabiex iżżomm il-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, filwaqt li tiggarantixxi s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha stess u dik tal-persuni involuti fil-missjonijiet tal-PSDK, bl-għan li tipproteġi l-interessi tagħha u tiddefendi l-valuri li fuqhom hija msejsa, ilkoll waqt li tikkontribwixxi għal multilateraliżmu effettiv;

G.  billi l-UE jeħtiġilha tkun kapaċi li tiddeċiedi u taġixxi mingħajr ma tiddependi fuq il-kapaċitajiet ta' parti terzi, sabiex tibni r-reżiljenza tagħha stess u tikkonsolida l-awtonomija strateġika tagħha fil-qasam tad-difiża, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u ċ-ċibersigurtà;

H.  billi l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà fil-livell tal-infrastruttura u l-akkwist huma prerekwiżiti essenzjali għall-kisba tal-awtonomija strateġika, l-Unjoni tad-Difiża u mobbiltà militari effiċjenti;

I.  billi mobbiltà militari effettiva tista' tinkiseb biss bl-involviment u bl-impenn sħiħ tal-Istati Membri kollha, li jikkooperaw b'mod effettiv man-NATO, b'kunsiderazzjoni tar-riżorsi disponibbli, ħtiġijiet u speċifiċitajiet reġjonali ta' kull Stat Membru u b'mod li jkun konsistenti mal-inizjattivi rilevanti fil-livell tal-UE bil-għan li tinbena infrastruttura Ewropea effiċjenti għall-ħtiġijiet tas-sigurtà permezz ta' proġetti koerenti u komplementari;

J.  billi l-mobbiltà militari hija mezz strateġiku u operattiv li jappoġġja l-azzjoni militari, isaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jiffaċilita l-istazzjonar, l-istazzjonar mill-ġdid u l-appoġġ tal-forzi tal-Istati Membri bl-għan li jintlaħqu l-ambizzjonijiet militari tal-UE;

K.  billi l-UE qed tiffaċċja sfidi ibridi u multidirezzjonali, b'mod partikolari li ġejjin mit-Tramuntana Estrema, mil-Lvant, mill-Balkani u min-naħa tan-Nofsinhar/tal-Mediterran; billi użu aktar mgħaġġel u b'inqas problemi tal-assi u l-beni f'dawn l-assi (Tramuntana-Nofsinhar, Punent-Lvant) jista' jkun kruċjali sabiex ikun jista' jingħata rispons kredibbli;

L.  billi fis-Summit ta' Varsavja tan-NATO fl-2016, il-mexxejja Alleati qablu li jsaħħu l-Qagħda ta' Deterrenza u ta' Difiża tal-Alleanza, u saħħew l-istat ta' tħejjija tal-forzi ta' rispons filwaqt li niedu l-"Enhanced Forward Presence" u t-"Tailored Forward Presence" biex jilħqu dawn l-għanijiet;

M.  billi l-mobbiltà militari hija azzjoni konkreta li hija maħsuba biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE u hija parti mill-PSDK; billi s-sigurtà u d-difiża kollettivi tal-Istati Membri tal-UE u l-abilità tagħhom li jintervjenu fi kriżijiet barra mill-pajjiż huma fundamentalment dipendenti fuq l-abilità li jċaqalqu truppi u persunal ta' ġestjoni ta' kriżijiet ċivili, materjal u tagħmir bejn it-territorji tagħhom u lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni b'mod liberu u rapidu; billi 22 Stat Membru tal-UE huma wkoll alleati tan-NATO u impenjaw ruħhom għal difiża kollettiva, filwaqt li għandhom biss sett wieħed ta' forzi armati u infrastruttura tat-trasport; billi l-investimenti ppjanati fl-infrastruttura tat-trasport iridu jiġu armonizzati aħjar mal-ħtiġijiet tas-sigurtà u tad-difiża;

N.  billi numru sostanzjali ta' ostakli fiżiċi, legali u regolatorji, ta' spiss jagħmel dawn il-movimenti diffiċli billi jimponi dewmien sinifikanti u b'hekk jhedded li jimmina l-għan tagħhom, speċjalment f'sitwazzjonijiet ta' kriżi; billi l-eżerċizzji militari Ewropej li twettqu dawn l-aħħar snin taħt l-awspiċji tan-NATO wrew l-importanza kbira ta' infrastruttura tat-trasport xierqa għas-suċċess tal-objettivi militari;

O.  billi l-UE għandha għad-dispożizzjoni tagħha politiki u għodod sostanzjali biex tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari u l-impenji internazzjonali tagħhom;

P.  billi l-Kummissjoni u r-RGħ/VP ippubblikaw Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari fit-28 ta' Marzu 2018, li jipprovdi skeda ta' żmien għal passi li għandhom jittieħdu mill-UE u l-Istati Membri tagħha; billi l-implimentazzjoni bdiet bl-identifikazzjoni ta' rekwiżiti militari komuni għall-mobbiltà militari fl-UE u lil hinn minnha u bil-preżentazzjoni ta' proposta għall-finanzjament tal-mobbiltà militari permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u b'hekk kien possibbli li jiġu ffinanzjati proġetti dwar l-użu doppju (ċivili u tad-difiża) tal-infrastrutturi tat-trasport;

Q.  billi l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2018 jistiednu lill-Istati Membri jieħdu miżuri f'livell nazzjonali kemm jista' jkun malajr u mhux aktar tard mill-2024 biex itejbu l-effiċjenza tal-mobbiltà militari, jissimplifikaw ir-regoli u l-proċeduri rilevanti f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni u r-rekwiżiti militari applikabbli għall-mobbiltà militari fl-Unjoni u lil hinn minnha, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri;

R.  billi tnieda proġett tal-PESCO dwar il-mobbiltà militari bl-għan li jikkomplementa l-attivitajiet tal-Kummissjoni u tar-RGħ/VP; billi proġett ieħor tal-PESCO dwar netwerk ta' ċentri loġistiċi fl-Ewropa u appoġġ għall-operazzjonijiet għandhom jikkomplementaw dan l-isforz; billi l-iskop li jiġi permess l-użu doppju tal-infrastruttura huwa tal-akbar importanza għal dawn il-ħtiġijiet loġistiċi; billi l-Istati Membri barra minn hekk għamlu impenji dwar il-mobbiltà militari bħala parti mill-impenji aktar vinkolanti meħtieġa mill-protokoll tal-PESCO; billi l-proġetti PESCO għandhom jiġu żviluppati f'koordinazzjoni man-NATO; billi hemm bżonn ta' proġett tal-PESCO dwar l-isfida tal-mobbiltà fir-rigward tal-kompiti militari stabbiliti fl-Artikolu 43(1) tat-TUE, b'mod partikolari t-trasport bl-ajru u bil-baħar;

S.  billi l-FNE hija programm ta' finanzjament komuni u ġestit ċentralment imfassal biex jippromwovi l-iżvilupp ta' netwerk trans-Ewropew (TEN) bi prestazzjoni għolja, sostenibbli u interkonness fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-servizzi diġitali, li jiffoka fuq l-iffaċilitar tal-konnessjonijiet transfruntiera u t-tneħħija ta' konġestjonijiet, u jipprovdi valur miżjud ċar tal-UE fl-iffaċilitar tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali; billi l-abbozz tal-QFP għall-perjodu 2021-2027 jinkludi, fl-ambitu tal-linja baġitarja tal-FNE għas-settur tat-trasport, pakkett ġdid iddedikat għall-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari; billi jkun tajjeb ħafna li l-effiċjenza tal-FNE tinżamm u tkompli titkabbar;

T.  billi l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża qed topera diversi proġetti fil-qasam tal-mobbiltà militari, dwar awtorizzazzjonijiet diplomatiċi u ċentri tat-trasport multimodali tal-UE, kif ukoll il-programmi ad hoc stabbiliti reċentement dwar il-proċeduri ta' permessi għal movimenti transfruntiera u dwar l-armonizzazzjoni ta' rekwiżiti militari relatati mad-dwana; billi l-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u tal-Kummissjoni trid tkun ikkoordinata b'mod ċar u konsistenti sabiex tgħin lill-Istati Membri jiffinalizzaw ċerti aspetti tal-Pjan ta' Azzjoni; billi l-ħtiġijiet, il-prijoritajiet u r-rekwiżiti militari tal-Istati Membri għandhom jiġu kkunsidrati matul il-proċess ta' konsultazzjoni;

U.  billi l-mobbiltà militari ġiet identifikata reċentement bħala qasam ta' prijorità għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fis-sett komuni ta' proposti għall-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni konġunta, u ġiet affermata mill-ġdid bħala prijorità fid-dikjarazzjoni konġunta l-ġdida u fid-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar is-Sigurtà u s-Solidarjetà Tranżatlantiċi; billi n-NATO ttrasmettiet lill-UE l-istandards tagħha dwar il-mobbiltà militari, fosthom il-parametri ġeneriċi għall-infrastruttura tat-trasport tan-NATO;

V.  billi n-NATO qed tiffoka wkoll fuq it-titjib tal-kapaċitajiet loġistiċi tagħha stess permezz tal-Pjan ta' Abilitazzjoni għall-Qasam ta' Responsabbiltà ta' SACEUR, speċjalment billi taġġusta l-leġiżlazzjoni u l-proċeduri, issaħħaħ il-kmand u l-kontroll, iżżid il-kapaċitajiet tat-trasport u ttejjeb l-infrastruttura; jinnota f'dan il-kuntest l-istabbiliment ta' żewġ kmandi ġodda, il-Joint Force Command f'Norfolk u l-Joint Support and Enabling Command f'Ulm;

W.  billi mill-2019, tliet nazzjonijiet ta' qafas minn erbgħa, li skjeraw forzi fl-enhanced forward presence tan-NATO fuq il-fruntiera tal-Lvant, se jkunu minn barra l-UE; billi preżenza permanenti fil-kontinent u t-trasport ta' rinforz mill-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit huma deċiżivi għas-sigurtà tal-Ewropa;

X.  billi ppożizzjonar minn qabel imtejjeb tal-ħażniet loġistiċi militari, inklużi l-munizzjon u l-fjuwil, se jgħin biex itaffi xi ftit mill-pressjoni tal-mobbiltà;

Y.  billi, minkejja dawn il-miżuri istituzzjonali kollha, it-titjib ewlieni fil-mobbiltà militari se jkollu jsir mill-Istati Membri tal-UE, li jridu jaġġustaw l-infrastrutturi nazzjonali u l-ambjenti regolatorji tagħhom; billi dan se jirrikjedi approċċ tal-gvern sħiħ minħabba l-firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet li jeħtieġu jiġu indirizzati; billi dan l-isforz komuni għandu jiġi implimentat b'rispett sħiħ tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet nazzjonali u r-rekwiżiti kostituzzjonali tal-Istati Membri tal-UE, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti tal-mobbiltà militari identifikati mill-kooperazzjoni UE-NATO;

Z.  billi skont il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari u analiżi pilota li tnediet mill-Presidenza Estonjana fl-2017 għall-pajjiżi tal-Kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-Baltiku tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew urew li l-qtugħ massimu mill-art u t-tolleranza massima tal-piż ta' bosta pontijiet tat-toroq mhumiex biżżejjed għal vetturi militari u li m'hemmx biżżejjed kapaċità ta' tagħbija sabiex it-tagħmir militari b'daqs eċċessiv jiġi ttrasportat bil-ferroviji;

1.  Jissottolinja li l-mobbiltà militari hija għodda strateġika ċentrali li tippermetti lill-UE ssegwi l-interessi tagħha fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża b'mod effettiv u b'mod komplementari ma' organizzazzjonijiet oħra bħan-NATO u m'għandhiex tkun limitata biss għal ostakli fiżiċi, legali u infrastrutturali; jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb il-mobbiltà militari tal-kapaċitajiet ta' tisħiħ rapidu tan-NATO, li ssaħħaħ is-sigurtà kollettiva tagħna u potenzjalment iżżid il-kontribuzzjoni tal-UE għas-sigurtà u l-istabbiltà internazzjonali; jilqa' l-fatt li l-mobbiltà militari reċentement kisbet livell sostanzjali ta' attenzjoni mill-atturi rilevanti kollha; jinnota li l-mobbiltà militari ssaħħaħ l-istat ta' tħejjija u l-qagħda ta' difiża tal-Ewropa quddiem avversarji potenzjali u sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li tgħin fil-kisba tal-livell tal-UE ta' ambizzjoni fil-politika ta' difiża u ta' sigurtà, inkluża awtonomija strateġika politika, operazzjonali u industrijali;

2.  Jenfasizza li l-introduzzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-mobbiltà fl-Unjoni hija parti mill-għan ewlieni li tittejjeb il-mobbiltà tal-UE, u fl-istess ħin tirreaġixxi għall-isfidi loġistiċi u ta' mobbiltà stabbiliti fil-PSDK; għal dan il-għan, huwa essenzjali li jiġu armonizzati l-istandards u r-regolamenti transfruntiera u doganali, kif ukoll il-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi; jissottlinja li r-rwol tal-impriżi konġunti tal-UE huwa kruċjali għall-armonizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi u leġiżlattivi, kemm għall-FNE kif ukoll għall-Pjan ta' Azzjoni dwar il-mobbiltà militari; huwa mistenni li l-mobbiltà doppja se jkollha effetti pożittivi fuq l-iżvilupp tal-FNE, tgħin fi kwistjonijiet tal-baġit u tissodisfa l-ħtiġijiet ġodda u futuri;

3.  Jenfasizza li t-tkomplija tal-Unjoni tad-Difiża Ewropea u l-iżvilupp tal-awtonomija strateġika u l-awtoreżiljenza m'għandhomx iwasslu għal żieda fit-tensjonijiet fir-relazzjonijiet tal-UE ma' atturi reġjonali strateġikament rilevanti;

4.  Jenfasizza li l-kisba tal-mobbiltà militari fl-Ewropa hija impenn li ġej l-ewwel u qabel kollox mill-impenn espress u r-rieda politika tal-Istati Membri, filwaqt li l-UE għandha tikkontribwixxi billi tigwida l-proċess billi tistabbilixxi qafas għar-rekwiżiti, tipprovdi finanzjament, tabbozza protokolli biex jiġi ffaċilitat iċ-ċaqliq effiċjenti ta' tagħmir tekniku u riżorsi umani, trawwem il-kooperazzjoni u tipprovdi fora għal skambju tal-aħjar prattiki, informazzjoni u esperjenzi li jinvolvu kemm l-awtoritajiet ċivili kif ukoll l-awtoritajiet militari; jenfasizza li mobbiltà militari effettiva se tkun ta' benefiċċju għall-Istati Membri kollha billi ssaħħaħ il-konnettività tagħhom kemm fl-isferi militari kif ukoll f'dawk ċivili; jenfasizza li l-proċeduri nazzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet u r-rwoli kostituzzjonali ta' kull Stat Membru għandhom jiġu rrispettati;

5.  Jenfasizza l-importanza li tiġi promossa kooperazzjoni transsettorjali (sinerġiji) bejn l-Istati Membri għall-iżvilupp ta' mobbiltà doppja li tkun effiċjenti, interoperabbli, sikura, multimodali, intelliġenti u sostenibbli li twieġeb għall-isfidi ġodda tad-diġitalizzazzjoni (tal-karozzi u konnettività), kif ukoll biex tindirizza b'mod affidabbli l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-loġistika doppja (ċivili u tad-difiża) tal-UE, fir-rwol tagħha bħala attur globali;

6.  Jappoġġa bil-qawwa s-sejħa tal-Kunsill biex l-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet nazzjonali għall-mobbiltà militari sa tmiem l-2019 u biex jagħtu l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni tagħhom; jilqa' l-miżuri l-oħra li ntlaħaq qbil dwarhom fil-konklużjonijiet tal-Kunsill fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE tal-25 ta' Ġunju 2018, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jissodisfaw l-iskadenzi; jenfasizza li l-isforzi ta' suċċess għat-trawwim tal-mobbiltà militari jippermettu lill-Istati Membri biex isegwu b'mod effettiv l-ippjanar tad-difiża nazzjonali kif ukoll dak kollettiv Ewropew u l-parteċipazzjoni effiċjenti f'eżerċizzji konġunti, taħriġ u missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK;

7.  Jenfasizza l-importanza ta' mobbiltà tar-reazzjoni għall-kriżijiet, jiġifieri l-ħtieġa li l-UE tkun rapida u effiċjenti meta tuża l-assi għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet, sabiex jiġi żgurat li l-UE żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala fornitur affidabbli ta' sigurtà globali u attur tal-paċi u tkun kapaċi tindirizza b'mod effettiv id-diżastri naturali, il-kriżijiet umanitarji, il-kompiti militari tal-Artikolu 43(1) tat-TUE kif muri mix-xenarji illustrattivi, u l-implimentazzjoni tal-klawżoli ta' assistenza reċiproka u solidarjetà;

8.  Jemmen li politika ta' mobbiltà militari effiċjenti se ssaħħaħ il-missjonijiet tal-PSDK tal-UE, minħabba d-dimensjoni internazzjonali tagħhom u l-objettiv taż-żamma tal-paċi tagħhom billi jiżdiedu s-sinerġiji bejn il-ħtiġijiet tad-difiża u se ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza u li l-missjonijiet umanitarji u r-reazzjonijiet għal diżastri naturali fl-UE jibbenefikaw ukoll minn żieda fil-mobbiltà militari; jinnota li t-tip ta' missjonijiet li l-aktar jibbenefika minn żieda fil-mobbiltà militari fl-UE u lil hinn minnha huwa dak li jinsab fil-qasam tad-difiża kollettiva kif ukoll il-missjonijiet u l-operazzjonijiet nazzjonali jew Ewropej ta' ġestjoni tal-kriżijiet; jenfasizza f'dan il-kuntest li l-progress f'dan il-qasam se jgħin lil dawk l-Istati Membri tal-UE li huma wkoll membri tan-NATO biex jonoraw l-impenji tagħhom tal-Artikolu 5; jenfasizza r-rwol partikolari li għandhom l-Istati Membri newtrali; jirrikonoxxi madankollu, li, skont l-Artikolu 42(7) tat-TUE, l-Istati Membri tal-UE għandhom obbligu inekwivokabbli li jgħinu u jassistu bil-mezzi kollha għad-dispożizzjonijiet tagħhom jekk Stat Membru jkun il-vittma ta' aggressjoni armata fit-territorju tiegħu, skont l-impenji taħt in-NATO;

9.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' analiżi bir-reqqa dwar liema partijiet tal-UE jew Stati Membri għandhom bżonn akbar ta' investimenti fil-mobbiltà militari u huma esposti aktar għar-riskju ta' theddid għas-sigurtà esterna;

10.  Jirrikonoxxi n-natura kumplessa tal-isfida, li tinvolvi, fost aspetti oħra, kwistjonijiet ta' kostruzzjoni tal-infrastruttura, standards komuni, regolamenti tat-trasport, dwana, taxxi u permessi tal-moviment kif ukoll il-livelli kollha tal-gvern mill-amministrazzjonijiet muniċipali sal-organizzazzjonijiet internazzjonali; jappella f'dan ir-rigward biex oqfsa abilitanti jġibu flimkien atturi kemm militari kif ukoll ċivili fil-livelli kollha, inklużi min-NATO u s-sħab tan-NATO, biex jiddiskutu l-kwistjonijiet rilevanti u b'hekk jiżguraw valur miżjud u koordinazzjoni u implimentazzjoni effettivi u jirrimarka li sabiex jinkiseb ir-riżultat ottimali, l-Istati Membri jeħtiġilhom jinvestu fit-taħriġ konġunt tal-persunal amministrattiv u istituzzjonali; jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ħadet l-impenn li tesplora għażliet għall-unifikazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-formalitajiet tad-dwana sal-aħħar tal-2018; jenfasizza li l-kooperazzjoni istituzzjonali bejn l-Istati Membri, l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji involuti hija essenzjali biex tinkiseb armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; Jenfasizza l-fatt li għandu jkun hemm koordinazzjoni u skambju ta' esperjenzi fil-każ ta' użu doppju tal-infrastruttura għal oġġetti perikolużi, għall-fini tal-prevenzjoni tar-riskju ta' inċidenti, filwaqt li s-sikurezza tiġi ottimizzata madwar in-netwerk kollu kemm hu;

11.  Jinnota t-tnaqqis sinifikanti fil-kwantità ta' materjal fuq ir-roti disponibbli, b'mod partikolari ta' vetturi ċatti li jimxu fuq linji tal-ferroviji, sabiex it-tagħmir u l-vetturi tqal jiġu mċaqalqa fi żmien qasir;

12.  Jirrikonoxxi li t-tħaddim f'ambjent tant kumpless joħloq diversi diffikultajiet rigward id-duplikazzjoni u l-koordinazzjoni, minbarra l-infiq relatat, li fundamentalment jistgħu jheddu l-proġett globali jekk ma jiġux adegwatament immaniġġjati; jirrikonoxxi li diġà jeżistu esperjenzi fl-UE fis-settur tat-trasport abbażi tal-kooperazzjoni doppja, bħal pereżempju l-proġett Ajru Uniku Ewropew; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżguraw qafas effiċjenti għall-kooperazzjoni; jenfasizza li sabiex jiġu implimentati proġetti ta' mobbiltà militari, se tkun meħtieġa kollaborazzjoni akbar bejn l-Istati Membri u se jkun meħtieġ li titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u militari; jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni mal-proġetti dwar il-mobbiltà militari mħejjija fil-qafas tal-PESCO, kif ukoll dawk li qed jitwettqu fil-kuntest tal-Fond Ewropew għad-Difiża;

13.  Jenfasizza għalhekk li fehim tal-għan strateġiku komuni u l-iżvilupp ta' pjan komuni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri huwa assolutament vitali għas-suċċess; jenfasizza li ppjanar militari koerenti huwa imperattiv għal awtonomija strateġika effettiva, ibbażata fuq l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà tat-tagħmir u l-armi kif ukoll duttrina strateġika u proċessi ta' kmand u kontroll; jilqa' f'dan il-kuntest il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari, li jiddeskrivi passi konkreti għal atturi istituzzjonali differenti u għall-Istati Membri tal-UE u li jirrikonoxxi r-rwol strateġiku tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport; jilqa' f'dan ir-rigward l-impenji meħuda mill-Istati Membri;

14.  Jiddispjaċih li l-Pjan ta' Azzjoni fundamentalment jiddeskrivi approċċ minn isfel għal fuq, b'viżjoni strateġika limitata biss tal-għanijiet ta' difiża konkreti li l-UE qed timmira li tikseb permezz tad-diversi attivitajiet deskritti fil-Pjan ta' Azzjoni; jiddeplora f'dan ir-rigward in-nuqqas kontinwu ta' ktieb abjad tal-UE dwar id-difiża, li seta' jipprovdi dan is-sens ġenerali tal-għan; jemmen madankollu li l-approċċ kurrenti għandu mertu konsiderevoli u se jservi l-interessi tal-Istati Membri kollha tal-UE, kemm tal-Istati newtrali kif ukoll tal-Istati Membri tal-UE fir-rwol tagħhom bħala alleati tan-NATO;

15.  Jenfasizza li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri għandhom iżommu mal-iskeda ta' żmien ambizzjuża fil-Pjan ta' Azzjoni, sabiex jiżguraw li l-lakuni kurrenti fil-mobbiltà jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun u jinkiseb il-livell ta' ambizzjoni fil-politika ta' difiża u ta' sigurtà; jilqa' t-talbiet tal-Pjan ta' Azzjoni sabiex tittejjeb il-mobbiltà militari billi jitqies it-theddid ibridu, speċjalment għall-infrastruttura tat-trasport u dik kritika u tittejjeb ir-reżiljenza tal-infrastruttura tat-trasport għat-theddid ibridu;

16.  Jinnota l-progress li sar fl-iżvilupp tar-rekwiżiti militari għall-mobbiltà militari ġewwa l-UE u lil hinn minnha, partikolarment għall-infrastruttura b'użu doppju, u jilqa' l-involviment mill-qrib tal-Istati Membri fl-istadji kollha tal-proċess, it-tmexxija Netherlandiża fir-rigward tal-proġett tal-PESCO, kif ukoll l-input ipprovdut min-NATO;

17.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-FNE u l-fondi sostanzjali previsti għall-proġetti ta' mobbiltà militari b'użu doppju sabiex jiġi żgurat li l-infrastruttura tiġi aġġustata biex jitqiesu l-ħtiġijiet b'użu doppju; jemmen li l-użu doppju tal-infrastruttura huwa prekundizzjoni biex in-netwerk tat-trasport ċivili jibbenefika mill-Pjan ta' Azzjoni u mill-pakkett tal-mobbiltà militari; jara l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni bħala opportunità biex in-netwerk tat-trasport ċivili jitħalla jibbenefika minn żieda fil-kapaċità tan-netwerk u biex jitrawmu konnessjonijiet multimodali; jilqa' s-sejħiet biex in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew jiġi vvalutat u adattat biex ikopri r-rekwiżiti militari identifikati li se jiġu applikati wkoll għal proġetti tat-trasport ċivili ġodda, speċjalment l-ajruporti, il-portijiet, l-awtostradi u l-ferroviji bħala ċentri intermodali f'kurituri ewlenin; ifakkar għal dan il-għan il-ħtieġa li - f'kooperazzjoni mal-Istati Membri - tiġi stabbilita lista tal-infrastrutturi u tal-kurituri nazzjonali li jqisu l-karatteristiċi militari tspeċifiċi al-Istati Membri; jinnota li l-iżvilupp ta' proġetti b'użu doppju għandhom ikunu sostenibbli u konformi mal-istandards ambjentali;

18.  Huwa tal-fehma li, sabiex l-użu tal-fondi tal-UE jiġi ottimizzat, kull proġett ta' trasport ta' interess komuni iffinanzjat mill-FNE għandu jintegra, jekk ikun meħtieġ, ir-rekwiżiti tekniċi tal-mobbiltà militari fil-fażi tal-konċezzjoni, biex jiġi evitat li l-infrastruttura jkollha tiġi aġġornata aktar tard għal raġunijiet purament militari u li, għalhekk, il-finanzjament ma jintużax b'mod ekonomiku; iqis li kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pakkett tal-mobbiltà militari tal-FNE għandha, kull fejn ikun possibbli, tagħti prijorità lil proġetti multimodali, peress li dawn iġibu l-aktar opportunitajiet għall-użu doppju, kif ukoll lil proġetti transfruntieri, peress li jikkontribwixxu fl-indirizzar tal-konnessjonijiet neqsin u tal-punti ta' konġestjoni tal-lum, li huma l-ostakli fiżiċi ewlenin kurrenti għal mobbiltà rapida u bla xkiel sew għall-persuni ċivili u sew għat-trasferimenti ta' truppi u ta' tagħmir militari tqil; jenfasizza li l-proċess ta' identifikazzjoni tas-sezzjonijiet tan-netwerk TEN-T li huma adatti għat-trasport militari jrid jimmassimizza, mingħajr kundizzjonijiet, is-sinerġiji ċivili u militari, u jrid iżomm mal-prinċipju tal-użu doppju; jemmen li investiment addizzjonali tul in-netwerk jista' jrendi benefiċċji sinifikanti għall-mobbiltà militari filwaqt li jikkontribwixxi għat-tlestija tan-netwerk ewlieni TEN-T sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050; jissottolinja li għandu jkun possibbli li l-finanzjament mill-pakkett tal-mobbiltà militari jintuża għall-adattament tal-infrastruttura tat-trasport kemm fin-netwerks tat-TEN-T ċentrali kif ukoll f'dawk komprensivi;

19.  Jappoġġja d-deċiżjoni li l-pakkett tal-mobbiltà militari jiġi allokat taħt il-ġestjoni ċentralizzata tal-programm FNE b'objettiv strett ta' użu doppju; jieħu nota tal-azzjonijiet preliminari stabbiliti mill-Pjan ta' Azzjoni; jitlob li l-Kummissjoni tadotta, sal-31 ta' Diċembru  2019, atti delegati sabiex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti militari, telenka l-partijiet tat-TEN-T li huma adatti għat-trasport militari, telenka proġetti prijoritarji ta' infrastruttura ta' użu doppju u l-proċeduri ta' valutazzjoni rigward l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet konnessi mal-mobbiltà militari u l-kriterji tal-għoti;

20.  Ifakkar li diversi teknoloġiji li jintużaw fis-settur militari ġew imsarrfa b'suċċess fis-settur ċivili; jenfasizza li l-użu ta' sistema ta' trasport intelliġenti li sserraħ fuq sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi bħal ERTMS u SESAR u l-adozzjoni ta' teknoloġiji relatati ma' Galileo/EGNOS/GOVSATCOM jirrappreżentaw waħda mill-akbar opportunitajiet ta' sfida quddiem is-settur tat-trasport ċivili; għaldaqstant, iqis li rieżamijiet futuri tal-Pjan ta' Azzjoni għandhom fl-aħħar mill-aħħar jesploraw il-possibilità li t-trasport ċivili jisfrutta r-risposti militari għal dawk l-isfidi, pereżempju fil-qasam taċ-ċibersigurtà u tal-komunikazzjoni sikura; jappella għal aktar miżuri biex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-fiduċja bejn l-atturi taċ-ċibersigurtà u tad-difiża u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bħala parti mill-PESCO; jissottolinja l-ħtieġa li jkompli jiġi żviluppat netwerk konġunt dwar il-ġlieda kontra t-theddid ibridu sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza ta' dawk l-infrastrutturi li huma strateġiċi fid-dawl tal-ħidma biex tittejjeb il-mobbiltà militari fl-UE; jenfasizza l-importanza tal-isforzi li għaddejjin bħalissa tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jaġġornaw ir-regolament dwar il-kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju;

21.  Jirrikonoxxi l-valur ta' proposti potenzjali dwar ir-regolamentazzjoni tat-trasport ta' merkanzija perikoluża għall-użu militari, l-aġġornament tal-kodiċi doganali tal-UE, u l-adattament tar-regoli tal-VAT;

22.  Jilqa' l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn atturi militari u ċivili f'dan ir-rigward, u jenfasizza l-ħtieġa li ssir ħidma b'mod konġunt biex tiġi stabbilita bażi komuni għar-regolamentazzjoni tat-trasport ta' oġġetti perikolużi għall-użu militari;

23.  Jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni jidentifika numru konsiderevoli ta' kompiti li għandhom jitwettqu fil-livell tal-Istati Membri, li għal dan il-għan l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u l-Kummissjoni għandhom jipprovdu appoġġ u gwida għal implimentazzjoni rapida u effiċjenti; ifakkar fil-ħtieġa ta' qafas regolatorju doganali u fiskali, b'mod partikolari fir-rigward tal-VAT; jenfasizza b'mod partikolari l-importanza li jinkisbu regoli armonizzati għall-permessi ta' moviment transfruntier, li huma ostaklu kbir għal movimenti rapidi; Iqis li l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex jimmassimizzaw l-effikaċja tat-trasport transfruntiera bit-triq u b'użu doppju, u biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi. jappoġġa f'dan ir-rigward ix-xewqa li sal-aħħar tal-2019, jitħaffef iż-żmien tal-qsim tal-fruntieri u, għal dan il-għan, li jinħarġu l-permessi diplomatiċi għall-movimenti fuq l-art, fuq il-baħar u fl-ajru, f'ħamest ijiem, u li dan iż-żmien saħansitra jitqassar iktar għall-unitajiet ta' reazzjoni rapida;

24.  Jappoġġa d-deċiżjoni li ttieħdet mill-Istati Membri li jieħdu sehem fil-PESCO sabiex il-mobbiltà militari tiġi inkluża fil-lista inizjali ta' sbatax-il proġett ta' prijorità li għandhom jiġu żviluppati fi ħdan il-qafas tal-PESCO; Jenfasizza f'dan il-kuntest li l-proġett tal-PESCO dwar il-mobbiltà militari jista' jikkostitwixxi għodda utli għall-koordinazzjoni tal-isforzi tal-Istati Membri previsti fil-Pjan ta' Azzjoni, kif ukoll attivitajiet oħra lil hinn mill-kompetenzi immedjati tal-UE; jemmen li din id-diviżjoni tax-xogħol, akkumpanjata minn koordinazzjoni xierqa, hija vitali biex il-proġett tal-PESCO jipprovdi valur miżjud; jilqa' wkoll l-impenji aktar vinkolanti dwar is-simplifikazzjoni tat-trasport militari transfruntier li saru fin-notifika tal-PESCO; jistieden lill-Istati Membri sabiex jieħdu sehem b'mod attiv fil-proġett tal-PESCO għall-mobbiltà militari;

25.  Jissottolinja l-importanza li l-komunitajiet lokali jiġu infurmati u involuti kif xieraq fir-rigward tal-ippjanar u tal-impatt ta' infrastruttura ewlenija tal-mobbiltà militari;

26.  Jissottolinja li, fl-aħħar mill-aħħar, l-UE tista' biss tissupplimenta l-isforzi tal-Istati Membri; jenfasizza li s-suċċess jiddependi fundamentalment fuq l-aċċettazzjoni mill-Istati Membri tal-approċċ globali minn kull livell tal-gvern u l-abilità tagħhom li jimplimentawh sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet rilevanti. jissottolinja l-importanza tal-impenn politiku tal-Istati Membri biex mobbiltà militari aktar effettiva fl-UE u lil hinn minnha ssir realtà; jissottolinja li sabiex tkun ta' suċċess, il-mobbiltà militari se tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni mal-alleati kollha tan-NATO;

27.  Jilqa' d-dikjarazzjoni konġunta ġdida dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u d-Dikjarazzjoni ta' Brussell dwar is-Sigurtà u s-Solidarjetà Transatlantiċi u l-enfażi li t-tnejn li huma jpoġġu fuq il-kwistjonijiet tal-mobbiltà militari; jilqa' wkoll l-inizjattivi ġodda tan-NATO, partikolarment il-Pjan ta' Abilitazzjoni għall-Qasam ta' Responsabbiltà ta' SACEUR; jilqa' l-ħidma tan-NATO biex tiżgura l-mobbiltà militari f'dan ir-rigward u jħeġġeġ lill-UE u lin-NATO jevitaw duplikazzjoni żejda tal-isforzi; jenfasizza l-importanza tal-portijiet bħala punti li jgħaqqdu l-UE mal-alleati tagħha tan-NATO u tal-konnessjonijiet intra-Ewropej tat-trasport marittimu fuq distanzi qosra; jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-komunikazzjoni dwar l-inizjattivi tad-difiża tal-UE, inkluż il-PESCO, lill-Istati Uniti u alleati oħra tan-NATO sabiex tiġi evitata kwalunkwe idea żbaljata u jilqa' l-inizjattivi tal-UE rigward id-difiża għat-tisħiħ tal-pilastru Ewropew fi ħdan l-Alleanza tan-NATO;

28.  Iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lin-NATO biex jintensifikaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom inkluż billi jużaw fondi għal proġetti komuni, iżidu l-flessibbiltà politika, jifformalizzaw ir-relazzjoni bejn l-UE u n-NATO u billi jespandu l-oqsma ta' kooperazzjoni u jikkondividu l-informazzjoni b'mod aktar wiesa', jekk ikun fl-interessi ta' sigurtà tal-UE, biex jiżguraw il-kisba tas-sinerġiji; jesprimi t-tama li l-ostakli għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni klassifikata bejn iż-żewġ korpi se jiġu eliminati malajr kemm jista' jkun sabiex tkun tista' sseħħ din il-kooperazzjoni eqreb;

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-aġenziji tal-UE fil-qasam tad-difiża, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti kemm tal-Istati Membri tal-UE kif ukoll tan-NATO.

(1)

ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.

(2)

ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1.

(3)

ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24.

(4)

ĠU C 224, 27.6.2018, p. 18.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2018)0257.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2017)0492.


OPINJONI TAL-MINORANZA

Rapport ta' Minoranza dwar ir-rapport dwar il-Mobbiltà Militari (2018/2156(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin - Rapporteur: Tunne Kelam

Rapport ta' Minoranza mressaq mill-Membri tal-Grupp GUE/NGL, Sabine Lösing, Miguel Urban Crespo, Takis Hadjigeorgiou

Ir-rapport jittratta l-istabbiliment ta' Schengen militari, li għandu jiffaċilita l-fruntieri miftuħa għall-moviment ħieles ta' truppi u tagħmir militari. Ir-rapport jargumenta li l-mobbiltà militari hija għodda strateġika ċentrali biex jiġu segwiti l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE u biex tiġi żgurata l-kapaċità ta' intervent fi kriżijiet barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, ir-rapport jitlob li l-UE u n-NATO jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom dwar il-mobbiltà militari. Huwa jfaħħar il-fondi sostanzjali li l-Kummissjoni tipprevedi għall-mobbiltà militari (mill-inqas EUR 6,5 biljun bejn l-2021 u l-2027) mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ċivili (FNE).

Aħna kontra r-rapport peress li:

-  jfisser li se jsir tnaqqis fil-fondi għal proġetti ta' infrastruttura ċivili estremament meħtieġa peress li se jiġi prijoritizzat il-valur miżjud għall-iskjerament militari;

-  jamplifika l-kooperazzjoni ċivili-militari u l-militarizzazzjoni tal-UE;

-  jqis il-mobbiltà militari bħala parti integrali tal-UE sabiex issir forza ta' intervent rapidu barra mit-territorju tal-UE;

-  jikkontribwixxi għal eskalazzjoni ulterjuri fil-viċinat tal-UE minflok jippromwovi s-sigurtà u l-istabbiltà;

-  jinforza l-fużjoni tal-UE u n-NATO;

-  ma jirriflettix il-ksur tal-Artikolu 41(2) tat-TUE li jipprojbixxi l-finanzjament militari mill-baġit tal-UE.

Aħna nesiġu:

-  riżoluzzjoni diplomatika tal-kunflitti u r-rifjut ta' kwalunkwe forma ta' intervent militari;

-  l-ebda finanzjament militari mill-baġit tal-UE u interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 41(2) tat-TUE;

-  ix-xoljiment tan-NATO u tal-programmi militari kollha tal-UE.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (12.10.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-mobilità militari

(2018/2156(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Telička

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) hija programm ta' finanzjament komuni, ġestit ċentralment u maħsub biex jippromwovi l-iżvilupp ta' netwerk trans-Ewropew (TEN) ta' prestazzjoni għolja, sostenibbli u interkonness fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u s-servizzi diġitali;

B.  billi l-FNE tiffoka fuq li tiffaċilita l-konnessjonijiet transfruntiera u tneħħi l-punti ta' konġestjoni, u tipprovdi valur miżjud ċar tal-UE billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali;

C.  billi l-abbozz tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2021–2027 jipprevedi, fl-ambitu tal-linja baġitarja tal-FNE għas-settur tat-trasport, pakkett ġdid iddedikat għall-ħtiġijiet tal-mobilità militari;

D.  billi jkun tajjeb ħafna li l-effiċjenza tal-FNE tinżamm u tkompli titkabbar;

1.  Jilqa' l-fatt li l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Militari tirrikonoxxi r-rwol strateġiku tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T) fl-integrazzjoni tal-infrastruttura tal-Unjoni sabiex tinkiseb mobilità rapida, bla xkiel, u bi standards għoljin u storja ta' sikurezza madwar il-kontinent, u li b'hekk tkompli tiżviluppa s-suq intern;

2.  Jemmen li mobilità militari effiċjenti u effikaċi se ssaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza bħal kriżijiet umanitarji, diżastri naturali jew emerġenzi ċivili;

3.  Jappoġġja bil-qawwa d-deċiżjoni li l-pakkett tal-mobilità militari jiġi allokat taħt il-ġestjoni ċentralizzata tal-programm FNE b'objettiv strett ta' użu doppju, b'mod li jikkontribwixxi għal aktar effiċjenza; jieħu nota tal-azzjonijiet preliminari stabbiliti mill-Pjan ta' Azzjoni qabel l-implimentazzjoni tal-mobilità militari, li se tkun ibbażata fuq l-identifikazzjoni tar-rekwiżiti militari u l-qbil dwarhom, imbagħad l-identifikazzjoni tas-sezzjonijiet tan-netwerk TEN-T adattati wkoll għat-trasport militari u lista ta' proġetti prijoritarji, flimkien mat-titjib eventwali tar-rekwiżiti tekniċi applikabbli għan-netwerk tat-TEN-T;

4.  Jinsisti fuq il-ħtieġa li dawn l-azzjonijiet isiru ċari; għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tadotta, sal-31 ta' Diċembru  2019, atti delegati sabiex tispeċifika aktar ir-rekwiżiti militari, telenka l-partijiet tat-TEN-T li huma adatti għat-trasport militari, telenka proġetti prijoritarji ta' infrastruttura ta' użu doppju u l-proċeduri ta' valutazzjoni rigward l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet konnessi mal-mobbiltà militari u l-kriterji tal-għoti;

5.  Jenfasizza li l-karatteristiċi tal-infrastruttura (eż. il-piżijiet li tiflaħ, l-għoli massimu permissibbli tal-vetturi) għandhom impatt sinifikanti fuq il-ħeffa tal-moviment; jirrimarka li l-mobilità u l-loġistika mingħajr xkiel huma essenzjali għall-iskjeramenti militari, bl-istess mod li huma għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; jara l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni bħala opportunità biex in-netwerk tat-trasport ċivili jitħalla jibbenefika minn żieda fil-kapaċità tan-netwerk u biex jitrawmu konnessjonijiet multimodali;

6.  Jirrimarka li, biex ikunu eliġibbli, il-proġetti tas-settur tad-difiża ffinanzjati mill-pakkett tal-mobilità militari se jkollhom isegwu strettament l-istess kriterji, kundizzjonijiet u proċeduri kif stabbilit fir-regolament tal-FNE; jenfasizza li l-proċess ta' identifikazzjoni tas-sezzjonijiet tan-netwerk TEN-T li huma adatti għat-trasport militari jrid jimmassimizza, mingħajr kundizzjonijiet, is-sinerġiji ċivili u militari, u jrid iżomm mal-prinċipju tal-użu doppju; jissottolinja li għandu jkun possibbli li l-finanzjament mill-pakkett tal-mobilità militari jintuża għall-adattament tal-infrastruttura tat-trasport kemm fin-netwerks tat-TEN-T ċentrali kif ukoll f'dawk komprensivi;

7.  Jenfasizza li, sabiex jiġu implimentati proġetti ta' mobilità militari, se jkun hemm bżonn aktar kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri; jirrileva l-fatt li se jkun meħtieġ li titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u militari;

8.  Jemmen li l-użu doppju tal-infrastruttura, għajr l-ajruporti u l-portijiet, inkluż f'każijiet ta' konnettività ma' żoni industrijali importanti li huma sinifikanti għall-industrija tad-difiża, huwa prekundizzjoni essenzjali biex in-netwerk tat-trasport ċivili jibbenefika mill-Pjan ta' Azzjoni u mill-pakkett tal-mobilità militari; jemmen bil-qawwa, għalhekk, li l-proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-pakkett tal-mobilità militari tal-FNE għandhom ikunu eliġibbli esklussivament jekk iżidu fuq infrastruttura ċivili u proġetti eżistenti fil-qafas tan-netwerk TEN-T u jekk jippermettu l-użu doppju tal-infrastruttura, sabiex il-programm FNE jibqa' ffukat b'mod prominenti fuq il-ħtiġijiet ċivili, bħall-iffaċilitar tal-iżvilupp tat-trasport intelliġenti tul in-netwerk TEN-T, jew it-titjib tal-aċċessibbiltà u d-disponibbiltà tal-infrastruttura tat-trasport għal skopijiet ta' sigurtà u protezzjoni ċivili;

9.  Jenfasizza l-fatt li għandu jkun hemm koordinament u skambju ta' esperjenzi speċjali, kif ukoll aġġustament tar-regoli ċivili armonizzati eżistenti fil-każ ta' użu doppju tal-infrastruttura għal oġġetti perikolużi, għall-fini tal-prevenzjoni tar-riskju ta' inċidenti, filwaqt li s-sikurezza tiġi ottimizzata madwar in-netwerk kollu kemm hu;

10.  Huwa tal-fehma li, sabiex l-użu tal-fondi tal-UE jiġi ottimizzat, kull proġett ta' trasport ta' interess komuni iffinanzjati mill-FNE għandu jintegra, jekk ikun meħtieġ, ir-rekwiżiti tekniċi tal-mobilità militari mill-fażi tal-konċezzjoni, biex jiġi evitat li l-infrastruttura jkollha tiġi aġġornata aktar tard għal raġunijiet purament militari u li, għalhekk, il-finanzjament ma jintużax b'mod ekonomiku;

11.  Jinnota li n-netwerk TEN-T sal-lum dejjem ġie ddisinjat esklussivament fid-dawl ta' objettivi ċivili, u jemmen li investiment addizzjonali tul in-netwerk, pereżempju fi proġetti transfruntieri jew fuq infrastruttura kritika, jista' jirrendi benefiċċji sinifikanti għall-mobilità militari filwaqt li jikkontribwixxi għall-ikkompletar tan-netwerk ċentrali tat-TEN-T sal-2030 u għan-netwerk komprensiv sal-2050;

12.  Iqis li kwalunkwe kontribuzzjoni mill-pakkett tal-mobilità militari tal-FNE għandha, kull fejn ikun possibbli, tagħti prijorità lil proġetti multimodali, peress li dawn iġibu l-aktar opportunitajiet għall-użu doppju, skont l-analiżi pilota li saret fl-2017, kif ukoll lil proġetti transfruntieri, peress li jikkontribwixxu fl-indirizzar tal-konnessjonijiet neqsin u tal-punti ta' konġestjoni tal-lum, li huma l-ostakli fiżiċi ewlenin kurrenti għal mobilità rapida u bla xkiel sew għall-persuni ċivili u sew għat-trasferimenti ta' truppi u ta' tagħmir militari tqil; jenfasizza, għalhekk, li l-kontinwità u l-idoneità tan-netwerk, kif ukoll l-interoperabbiltà u l-intermodalità tiegħu, huma essenzjali;

13.  Ifakkar li diversi teknoloġiji li kienu jintużaw fis-settur militari, pereżempju l-internet, ġew imsarrfa b'suċċess fis-settur ċivili; jirrileva li l-implimentazzjoni ta' sistema ta' trasport intelliġenti li sserraħ fuq sistemi ta' applikazzjonijiet telematiċi bħal ERTMS u SESAR u l-adozzjoni ta; teknoloġiji relatati ma' Galileo/EGNOS/GOVSATCOM jirrappreżentaw waħda mill-akbar opportunitajiet ta' sfida quddiem is-settur tat-trasport ċivili; għaldaqstant, iqis li rieżamijiet futuri tal-Pjan ta' Azzjoni għandhom fl-aħħar mill-aħħar jesploraw il-possibilità li t-trasport ċivili jisfrutta r-risposti militari għal dawk l-isfidi, pereżempju fil-qasam taċ-ċibersigurtà u tal-komunikazzjoni segurizzata;

14.  Jissottolinja l-importanza tal-portijiet bħala punti li jorbtu lill-UE mal-alleati tagħha, fi ħdan il-qafas tal-alleanzi fl-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, u għal-konnessjonijiet intra-Ewropej tat-trasport marittimu fuq distanza qasira, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu installati jew imtejba ċerti biċċiet ta' infrastruttura ħalli l-bastimenti militari jkunu jistgħu jintlaqgħu u jġeddu l-provvisti tagħhom;

15.  Ifakkar fil-ħtieġa ta' qafas regolatorju tad-dwana u tat-taxxa, b'mod partikolari fir-rigward tal-VAT, li jkun standardizzat u adatt għall-moviment ta' tagħmir militari u ta' oġġetti relatati, b'mod partikolari meta jkunu meħtieġa f'emerġenzi;

16.  Iqis li l-Istati Membri tal-UE għandhom jaħdmu flimkien biex jimmassimizzaw l-effikaċja tat-trasport transfruntiera bit-triq u b'użu doppju, u biex inaqqsu l-ispejjeż amministrattivi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Isabella De Monte, Andor Deli, Ismail Ertug, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Keith Taylor, Pavel Telička, Marie-Pierre Vieu, Kosma Złotowski, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Claudia Țapardel

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Gehrold, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Ryszard Antoni Legutko, Henna Virkkunen, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Angel Dzhambazki, Ryszard Antoni Legutko, Kosma Złotowski

ENF

Georg Mayer

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Stefan Gehrold, Dieter-Lebrecht Koch, Innocenzo Leontini, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Patricija Šulin

S&D

Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Gabriele Preuß, Marc Tarabella

7

-

EFDD

Jill Seymour

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen, Marie-Pierre Vieu

S&D

Ismail Ertug

VERTS/ALE

Michael Cramer, Keith Taylor

2

0

ECR

Peter Lundgren

EFDD

Daniela Aiuto

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

12.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

13

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Elmar Brok, James Carver, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Tunne Kelam, Wajid Khan, Eduard Kukan, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Michel Reimon, Jean-Luc Schaffhauser, Anders Sellström, Alyn Smith, Jordi Solé, Dobromir Sośnierz, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Igor Gräzin, Rebecca Harms, Marek Jurek, Juan Fernando López Aguilar, Antonio López-Istúriz White, Urmas Paet, Bodil Valero, Mirja Vehkaperä, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Eleonora Evi, Rupert Matthews, Miroslav Mikolášik, Liliana Rodrigues, Flavio Zanonato


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Igor Gräzin, Urmas Paet, Jozo Radoš, Ivo Vajgl, Mirja Vehkaperä

ECR

Marek Jurek

EFDD

Aymeric Chauprade, Eleonora Evi

PPE

Michèle Alliot-Marie, Andrea Bocskor, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Miroslav Mikolášik, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Anders Sellström, Jaromír Štětina

S&D

Inés Ayala Sender, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Wajid Khan, Arne Lietz, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Liliana Rodrigues, Flavio Zanonato

13

-

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

NI

James Carver, Georgios Epitideios, Dobromir Sośnierz

VERTS/ALE

Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Alyn Smith, Jordi Solé, Bodil Valero

4

0

ECR

Bas Belder, Rupert Matthews, Charles Tannock

VERTS/ALE

Rebecca Harms

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 5 ta' Diċembru 2018Avviż legali