Proċedura : 2018/0291(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0376/2018

Testi mressqa :

A8-0376/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/11/2018 - 8.4

Testi adottati :

P8_TA(2018)0469

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 642kWORD 55k
22.11.2018
PE 627.788v02-00 A8-0376/2018

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

(12281/2018 – C8-0434/2018 – 2018/0291(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: David Martin

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

(12281/2018 – C8-0434/2018 – 2018/0291(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12281/2018),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0434/2018),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Ottubru 2016 dwar il-futur tar-relazzjonijiet AKP-UE wara l-2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2011 dwar il-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (minn hawn 'il quddiem il-Ftehim ta' Cotonou),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0376/2018),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tas-Samoa mal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tas-Samoa.

(1)

ĠU C 215, 19.6.2018, p. 2.

(2)

ĠU C 136E, 11.5.2012, p. 19.


NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest

Fid-dawl tal-iskadenza fil-31 ta' Diċembru 2007 tal-preferenzi kummerċjali mogħtija fl-2002 fl-ambitu tal-Ftehim ta' Cotonou, l-Unjoni Ewropea bdiet tinnegozja Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika (FSE) mal-Istati AKP. Tali ftehimiet jistabbilixxu qafas għal relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali fit-tul mal-UE, fihom komponent qawwi orjentat lejn l-iżvilupp, huma kkaratterizzati minn liberalizzazzjoni tal-kummerċ asimmetrika favur il-pajjiżi AKP u jinkludu salvagwardji adegwati għall-industriji nazzjonali. B'mod partikolari, fl-2002, l-UE varat in-negozjati għal FSE reġjonali ma' 14-il Stat insulari AKP tal-Paċifiku (il-Gżejjer Cook, Fiġi, Kiribati, il-Gżejjer Marshall, l-Istati Federali tal-Mikroneżja, Nauru, Niue, Palau, Papua New Guinea, Samoa, il-Gżejjer Solomon, Tonga, Tuvalu u Vanuatu).

Minħabba d-diffikultà fin-negozjati ta' ftehim komprensiv bħal dan hekk kif qiegħda toqrob l-iskadenza tal-2007, Papua New Guinea (PNG) u Fiġi għażlu Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika mal-UE li jkopri biss oġġetti. Dawn in-negozjati ġew konklużi lejn l-aħħar tal-2007. L-UE u PNG iffirmaw il-ftehim fit-30 ta' Lulju 2009 u Fiġi fil-11 ta' Diċembru 2009. L-applikazzjoni proviżorja bdiet fl-20 ta' Diċembru 2009 għal PNG u fit-28 ta' Lulju 2014 għal Fiġi. Il-Parlament Ewropew irratifika l-ftehim fid-19 ta' Jannar 2011.

Sadattant, in-negozjati bejn l-UE u l-14-il Stat AKP tal-Paċifiku kollha għal FSE reġjonali komprensiv komplew bil-mod iżda ġew sospiżi fl-2016 wara li PNG, fl-2015, innotifikat formalment li kienet se tirtira min-negozjati.

Il-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE, minn naħa, u PNG u Fiġi, min-naħa l-oħra, huwa miftuħ għall-adeżjoni tal-Istati insulari tal-Paċifiku kollha li huma partijiet tal-Ftehim ta' Cotonou u dawk il-gżejjer tal-Paċifiku b'karatteristiċi strutturali u b'sitwazzjoni ekonomika u soċjali komparabbli ma' dawk tal-pajjiżi li huma parti tal-Ftehim ta' Cotonou abbażi tal-preżentazzjoni ta' offerta ta' aċċess għas-suq konformi mal-Artkolu XXIV tal-GATT tal-1994. Għaldaqstant, l-adeżjoni hija miftuħa għal aktar mit-12-il Stat insulari AKP tal-Paċifiku l-oħra msemmija hawn fuq.

F'dan il-kuntest, fil-5 ta Frar 2018, Samoa ressqet it-talba ta' adeżjoni tagħha flimkien ma' offerta finali ta' aċċess għas-suq lill-UE. Il-Kummissjoni kkonkludiet in-negozjati ma' Samoa f'isem l-Unjoni fit-23 ta' April 2018.

Barra minn hekk, il-Gżejjer Solomon u Tonga wkoll bħalissa jinsabu fil-proċess ta' adeżjoni mal-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika.

Adeżjoni mal-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika - il-benefiċċji għal Samoa

Samoa qiegħda tibbenefika mill-preferenzi kummerċjali tal-UE bl-isem ta' "Kollox ħlief Armi" (EBA). Madankollu, mill-2014 Samoa ma għadx għandha l-istatus ta' pajjiż l-anqas żviluppat (LDC) u se titlef l-aċċess għal tali preferenzi mill-1 ta' Jannar 2019, kif previst mir-Regolament dwar l-Iskema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ) tal-UE. Minn dak il-mument, ikun japplika l-arranġament ġenerali ta' SPĠ anqas favorevoli.

Jekk mill-1 ta' Jannar 2019, fil-konfront ta' Samoa japplika proviżorjament il-ftehim, Samoa se żżomm l-aċċess, li għandha bħalissa, mingħajr dazju u mingħajr kwota għall-UE fuq il-prodotti kollha għajr għall-armi u l-munizzjon. Fl-2016, l-esportazzjonijiet ta' Samoa lejn l-UE kienu jikkonsistu prinċipalment minn oġġetti u tagħmir għal eżerċizzju fiżiku ġenerali, ġinnastika jew atletika (53,2 %), meraq tal-frott jew tal-ħxejjex (12,8 %), oġġetti tal-injam (8,5 %), għamara tal-metall (6,1 %) u żejt tal-ġewż tal-Indi mhux raffinat (2,6 %). Avolja dawn l-esportazzjonijiet jistgħu jidhru ta' valur limitat (EUR 5,5 miljun fl-2017) għall-ekonomija ta' Samoa jfissru ħafna. Huwa għalhekk importanti li l-ftehim japplika proviżorjament mill-1 ta' Jannar 2019 biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil fil-flussi kummerċjali bejn Samoa u l-UE. Barra minn hekk, is-settur tas-sajd ta' Samoa mistenni wkoll jibbenefika b'mod konsiderevoli ladarba jintlaħqu l-istandards sanitarji u fitosanitarji tal-UE.

L-elementi ewlenin tal-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika huma:

•  kamp ta' applikazzjoni ristrett għall-kummerċ tal-merkanzija;

•  aċċess mingħajr dazju u mingħajr kwota għas-suq tal-UE;

•  liberalizzazzjoni asimmetrika u gradwali tat-tariffi b'kont meħud tal-livell ta' żvilupp tal-Istati tal-Paċifiku. Samoa se tilliberalizza t-82,6 % tal-esportazzjonijiet tagħha (f'termini ta' linji tariffarji) tal-merkanzija fuq perjodu ta' 20 sena. Huma esklużi l-prodotti sensittivi ta' Samoa (bħal laħam, ħut, frott u ħaxix, alkoħol, ilma minerali, eċċ), li jirrappreżentaw is-17,4 %;

•  dispożizzjonijiet dwar id-difiża kummerċjali, inkluża salvagwardja bilaterali li tintuża f'każ li l-importazzjonijiet jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw korrimenti jew tfixkil ekonomiku jew soċjali lil settur jew industrija ta' waħda mill-partijiet;

•  dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ (OTK) u tal-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS);

•  dispożizzjonijiet dwar id-dwana u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ;

•   salvagwardja fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel u deroga fil-każ ta' diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti;

•  provvista globali għas-sajd. Il-ftehim jipprevedi deroga mir-regoli ġenerali tal-oriġini li tagħti lill-Istati tal-Paċifiku l-possibbiltà li jibbenefikaw mill-preferenzi kummerċjali anki fil-każ tal-ħut ipproċessat. Din id-deroga ngħatat fid-dawl tal-fatt li l-ħut kompletament miksub huwa insuffiċjenti biex jissodisfa d-domanda fuq l-art, li l-flotta tal-laneċ tas-sajd għandha kapaċità ta' sajd limitata ħafna, li l-kapaċità ta' pproċessar huma mnaqqas minħabba l-fatturi fiżiċi u ekonomiċi u li l-gżejjer tal-Paċifiku jinsabu f'iżolament ġeografiku kif ukoll imbegħdin mis-suq tal-UE. Tali deroga hija subordinata għar-rapportar dwar l-implimentazzjoni, l-iżvilupp u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;

•  żvilupp sostenibbli bħala objettiv sottostanti. B'mod partikolari, fl-Artikolu 3 l-Partijiet impenjaw ruħhom japplikaw il-ftehim u jqisu l-aħjar interessi mil-lat uman, kulturali, ekonomiku, soċjali, tas-saħħa u ambjentali tal-popolazzjonijiet rispettivi tagħhom u tal-ġenerazzjonijiet futuri. It-temi tal-kummerċ u tal-iżvilupp sostenibbli, bħad-drittijiet tal-ħaddiema u ambjentali, ukoll huma parti regolari tad-djalogu fi ħdan il-Kumitat tal-Kummerċ tal-FSE. Barra minn hekk, il-ftehim jinkludi klawsola ta' rabta mad-dispożizzjonijiet fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt (l-hekk imsejħa "elementi essenzjali") tal-Ftehim ta' Cotonou bil-possibbiltà li jiġu adottati miżuri xierqa f'każ ta' ksur tagħhom. Madankollu, peress li dan il-ftehim ġie nnegozjat aktar minn għaxar snin ilu, fl-2002-2007, ir-rapporteur jirrikonoxxi n-nuqqas ta' ambizzjoni f'dan il-qasam u jistenna li l-Partijiet jidħlu mill-aktar fis possibbli f'negozjati bil-għan li jilħqu qbil fuq kapitolu modern dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli;

•  monitoraġġ. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FSE, inkluż tal-impatt fuq l-iżvilupp sostenibbli, isir permezz tal-korpi istituzzjonali rilevanti tal-FSE. Ir-rapporteur jiddispjaċih bin-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ li jinkludi lis-soċjetà ċivili u jistenna li l-Partijiet jidħlu mill-aktar fis possibbli f'negozjati bil-għan li jżidu mekkaniżmu ta' monitoraġġ ad hoc li jinvolvi rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-grupp tas-soċjetà ċivili (eż. fil-forma tal-gruppi konsultattivi domestiċi).

•  qafas stabbli għar-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali mal-UE. Il-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika mistenni jattira l-investimenti fit-tul, jippromwovi d-diversifikazzjoni fl-esportazzjonijiet, il-kompetittività u r-riformi interni biex jitjieb il-kuntest tan-negozju;

•  integrazzjoni reġjonali. Dan il-komponent se jsir dejjem aktar rilevanti ladarba jaderixxu aktar Stati tal-Paċifiku.

L-elementi ta' hawn fuq jispjegaw il-benefiċċji prinċipali li l-adeżjoni mal-Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika se tagħti lil pajjiż b'introjtu medju-baxx bħal Samoa. Bl-objettiv li jiġi sostnut l-iżvilupp ta' Samoa u fl-interessi taċ-ċittadini Samoani, ir-rapporteur jirrakkomanda li jingħata l-approvazzjoni għall-adeżjoni ta' Samoa mal-Ftehim. Madankollu, ir-rapporteur jistenna wkoll li l-Partijiet tal-Ftehim, permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ FSE, jidħlu mill-aktar fis possibbli f'negozjati biex ikun inkluż kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli veru u proprju li jipprevedi mekkaniżmu ta' monitoraġġ adegwat min-naħa tas-soċjetà ċivili.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (13.11.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

(12281/2018 – C8-0434/2018 – 2018/0291(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Linda McAvan

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni ta' Samoa mal-Ftehim Interim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

Referenzi

12281/2018 – C8-0434/2018 – COM(2018)05462018/0291(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

22.10.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Linda McAvan

17.9.2018

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Florent Marcellesi

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Mireille D’Ornano, Doru-Claudian Frunzulică, Heidi Hautala, Maria Heubuch, György Hölvényi, Linda McAvan, Norbert Neuser, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Jean-Luc Schaffhauser, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Mirja Vehkaperä, Anna Záborská, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, Stefan Gehrold, Paul Rübig

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georgi Pirinski, Helmut Scholz

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

16

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Mirja Vehkaperä

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Mireille D'Ornano

PPE

Frank Engel, Stefan Gehrold, György Hölvényi, Cristian Dan Preda, Paul Rübig, Joachim Zeller, Željana Zovko, Anna Záborská

S&D

Doru‑Claudian Frunzulică, Linda McAvan, Norbert Neuser, Georgi Pirinski

4

-

GUE/NGL

Helmut Scholz, Lola Sánchez Caldentey

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Maria Heubuch

3

0

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Jean‑Luc Schaffhauser

S&D

Elly Schlein

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-adeżjoni tas-Samoa mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra

Referenzi

12281/2018 – C8-0434/2018 – COM(2018)05462018/0291(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

10.10.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

22.10.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

22.10.2018

PECH

22.10.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

PECH

29.8.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

David Martin

29.8.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, William (The Earl of) Dartmouth, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Rupert Matthews

Data tat-tressiq

22.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

16

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Mirja Vehkaperä

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Mireille D'Ornano

PPE

Frank Engel, Stefan Gehrold, György Hölvényi, Cristian Dan Preda, Paul Rübig, Joachim Zeller, Željana Zovko, Anna Záborská

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Linda McAvan, Norbert Neuser, Georgi Pirinski

4

-

GUE/NGL

Helmut Scholz, Lola Sánchez Caldentey

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Maria Heubuch

3

0

EFDD

Ignazio Corrao

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

S&D

Elly Schlein

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2018Avviż legali