Proċedura : 2018/0042(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0384/2018

Testi mressqa :

A8-0384/2018

Dibattiti :

PV 17/04/2019 - 24
CRE 17/04/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.11

Testi adottati :

P8_TA(2019)0431

RAPPORT     ***I
PDF 774kWORD 64k
26.11.2018
PE 626.775v01-00 A8-0384/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti

(COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Bernd Lucke

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti

(COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0093),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0112/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Awissu 2018(1)

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0384/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(6),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jagħti, taħt ċerti kundizzjonijiet, trattament preferenzjali għal bonds koperti. Id-Direttiva (UE) 20xx/xx [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għad-Direttiva (UE) 20xx/xx dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] li tispeċifika l-elementi ewlenin ta' bonds koperti u tipprovdi għal definizzjoni komuni ta' bonds koperti.

(2)  Fl-20 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni ħarġet sejħa għal parir għall-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) rigward l-adegwatezza tal-piżijiet tar-riskju stabbiliti fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Skont l-opinjoni tal-EBA,(8) it-trattament tal-piż tar-riskju preferenzjali stabbilit fl-Artikolu 129 ta' dak ir-Regolament huwa, fi prinċipju, trattament prudenzjali xieraq. Madankollu, l-EBA rrakkomandat li aktar konsiderazzjoni għandha tingħata għall-opportunità li r-rekwiżiti ta' eliġibbiltà kif stabbiliti bl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ikunu kkomplementati biex ikopru, bħala minimu, l-oqsma ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' likwidità, sovrakollateralizzazzjoni, ir-rwol tal-awtorità kompetenti, u aktar elaborazzjoni ta' rekwiżiti eżistenti dwar id-divulgazzjoni lill-investituri(9).

(3)  Fid-dawl tal-opinjoni tal-EBA, huwa xieraq li r-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġi emendat biż-żieda ta' rekwiżiti addizzjonali għal bonds koperti, u b'hekk tissaħħaħ il-kwalità ta' bonds koperti li huma eliġibbli għal trattament ta' kapital favorevoli kif stabbilit fl-Artikolu 129 ta' dak ir-Regolament.

(4)  Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu parzjalment jirrinunzjaw l-applikazzjoni tar-rekwiżit ta' skoperturi li jikkwalifikaw għal skala 1 tal-kwalità tal-kreditu, stabbilit fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1), u jippermetti skoperturi li jikkwalifikaw għal skala 2 tal-kwalità tal-kreditu sa massimu ta' 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni emittenti. Tali rinunzja parzjali bħal din madankollu tapplika biss wara konsultazzjoni mal-EBA u biss sakemm il-problemi potenzjali sinifikanti tal-konċentrazzjoni fl-Istati Membri konċernati jistgħu jiġu ddokumentati bħala riżultat tal-applikazzjoni tar-rekwiżit tal-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu. Hekk kif ir-rekwiżiti għal skoperturi li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu kif magħmula disponibbli minn Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu saru dejjem aktar diffiċli biex jikkonformaw fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri kemm ġewwa kif ukoll barra miż-żona tal-euro, l-applikazzjoni ta' din ir-rinunzja ġiet ikkunsidrata meħtieġa minn dawk l-Istati Membri li jospitaw l-ikbar swieq tal-bonds koperti. Biex jiġi simplifikat l-użu ta' skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu bħala kollateral għal bonds koperti u sabiex tiġi indirizzata din id-diffikultà, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Minflok possibbiltà għall-awtoritajiet kompetenti biex jirrinunzjaw għar-rekwiżiti, huwa xieraq it-twaqqif ta' regola li tippermetti skoperturi lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu sa massimu ta' 10 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali tal-bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni li toħroġ u mingħajr ħtieġa li tiġi konsultata l-EBA.

(5)  F'konformità mal-punti (d)(ii) u (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, self iggarantit permezz ta' unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiżi jew entitajiet ekwivalenti ta' titolizzazzjoni li jiggarantixxu skoperturi fuq proprjetà residenzjali jew kummerċjali huma assi eliġibbli li jistgħu jintużaw bħala kollateral għall-bonds koperti sa massimu ta' 10 % tal-ammont nominali tal-ħruġ pendenti ta' bonds koperti (iktar 'il quddiem il-"limitu ta' 10 %"). Madankollu, l-Artikolu 496 ta' dak ir-Regolament jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jirrinunzjaw il-limitu ta' 10 %. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 503(4) tal-istess Regolament jeħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza l-adegwatezza tad-deroga li tippermetti lil awtoritajiet kompetenti biex jirrinunzjaw il-limitu ta' 10 %. Fit-22 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni talbet lill-EBA biex tagħti opinjoni f'dan ir-rigward. Fl-1 ta' Lulju 2014, l-EBA sostniet li l-użu ta' unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiżi jew entitajiet ekwivalenti ta' titolizzazzjoni li jiggarantixxu bħala kollateral skoperturi ta' proprjetà residenzjali jew kummerċjali jista' jikkawża tħassib prudenzjali minħabba struttura ta' saff doppju ta' programm ta' bonds koperti ggarantit minn unitajiet ta' titolizzazzjoni u b'hekk jista' jwassal għal nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tal-kwalità tal-kreditu tal-pula ta' kopertura. Konsegwentement, l-EBA rrakkomandat li d-deroga għal-limitu ta' 10 % għal unitajiet superjuri ta' titolizzazzjoni li attwalment hija stipulata fl-Artikolu 496 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandha titneħħa wara l-31 ta' Diċembru 2017(10).

(6)  Huma ftit l-oqfsa nazzjonali ta' bonds koperti li jippermettu l-inklużjoni ta' titoli ggarantiti b'ipoteki residenzjali jew kummerċjali. L-użu ta' tali strutturi qed jonqos u huwa meqjus li jżidu l-kumplessità bla bżonn għall-programm ta' bonds koperti. Għalhekk huwa xieraq li jiġi eliminat għalkollox l-użu ta' tali strutturi bħala assi eliġibbli. Għalhekk il-punti (d)(ii) u (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ukoll l-Artikolu 496 ta' dak ir-Regolament jenħtieġ li jitħassru.

(7)  L-istrutturi ta' bonds koperti ppuljati f'intragrupp li jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ġew użati wkoll bħala kollateral eliġibbli skont il-punti (d)(ii) u (f)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) ta' dak ir-Regolament. L-istrutturi ta' bonds koperti ppuljati f'intragrupp ma joħolqux riskji addizzjonali minn perspettiva prudenzjali għaliex huma ma jqajmux l-istess kwistjonijiet ta' kumplessità bħall-użu ta' self iggarantit permezz ta' unitajiet superjuri maħruġa mill-Fonds Communs de Titrisation Franċiżi jew entitajiet ekwivalenti ta' titolizzazzjoni li jiggarantixxu skoperturi ta' proprjetà residenzjali jew kummerċjali. Skont l-EBA, kollateralizzazzjoni ta' bonds koperti minn strutturi ta' bonds koperti ppuljati għandha tkun permessa mingħajr limiti għall-ammont ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti(11). Għaldaqstant, il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 129(1) jenħtieġ li jiġi emendat biex ineħħi r-rekwiżit ta' applikazzjoni tal-limitu ta' 15 % jew 10 % fir-rigward ta' skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu tal-istrutturi ta' bonds koperti ppuljati f'intragrupp. Dawn l-istrutturi ta' bonds koperti miġbura intragrupp huma rregolati bl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 20../…. [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE].

(8)  L-Artikolu 129(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jeħtieġ li l-prinċipji ta' valutazzjoni ta' proprjetà immobbli li tikkollateralizza bonds koperti, stabbiliti fl-Artikolu 229(1) ta' dak ir-Regolament, ikunu applikati għal bonds koperti sabiex dawk il-bonds jissodisfaw ir-rekwiżiti għal trattament preferenzjali. Ir-rekwiżiti dwar l-eliġibbiltà tal-assi li jservu bħala kollateral għall-bonds koperti jirrigwardaw il-karatteristiċi ta' kwalità ġenerali li jiżguraw ir-robustezza tal-pula ta' kopertura u għalhekk jenħtieġ li jkunu suġġetti għad-Direttiva (UE) 20../… [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE]. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet dwar metodoloġija ta' valutazzjoni jenħtieġ ukoll li jkunu suġġetti għal dik id-Direttiva. L-istandards tekniċi regolatorji ddelegati mill-Artikolu 124(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għalhekk jenħtieġ li ma japplikawx fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà għal bonds koperti kif stabbiliti fl-Artikolu 129 ta' dak ir-Regolament. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi emendat l-Artikolu 129(3) ta' dak ir-Regolament għal dak il-għan.

(9)  Il-Limiti għall-Proporzjon bejn is-Self u l-Valur ("LTV") huma parti neċessarja li jiżguraw il-kwalità ta' kreditu tal-bonds koperti. L-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jistabbilixxi li l-limiti LTV tas-self għal ipoteki u l-assi tal-bastimenti iżda ma jispeċifikax kif dawk il-limiti għandhom jiġu applikati u dan jista' jwassal għal inċertezza. Il-limiti LTV jenħtieġ li jiġu applikati bħala limiti ta' kopertura ratba, jiġifieri li filwaqt li ma hemm l-ebda limitu fuq id-daqs ta' self sottostanti, self bħal dan jista' jaġixxi biss bħala kollateral fi ħdan limiti LTV imposti fuq l-assi. Il-limiti LTV jiddeterminaw il-porzjon tal-persentaġġ tas-self li jikkontribwixxi għar-rekwiżit ta' kopertura tal-obbligazzjonijiet. Huwa għalhekk xieraq li jiġi speċifikat li l-limiti LTV jiddeterminaw il-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura għall-bond kopert.

(10)  Sabiex tiġi żgurata aktar ċarezza, għandu jiġi speċifikat ukoll li l-limiti LTV huma applikabbli matul il-maturità kollha tas-self. L-LTV attwali jenħtieġ li ma jinbidilx iżda jibqa' fil-limitu ta' 80 % tal-valur tal-proprjetà għal self residenzjali, u fil-limitu ta' 60 % tal-valur tal-proprjetà għal self kummerċjali u bastimenti.

(11)  Sabiex titjieb aktar il-kwalità tal-bonds koperti li jirċievu t-trattament tal-kapital preferenzjali kif previst fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, dak it-trattament preferenzjali jenħtieġ li jkun suġġett għal livell minimu ta' sovrakollateralizzazzjoni, jiġifieri livell ta' kollateral li jaqbeż ir-rekwiżiti tal-kopertura kif imsemmi fl-Artikolu 15 tad-Direttiva (UE) 20../... [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE]. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw livell minimu ogħla ta' sovrakollateralizzazzjoni għal bonds koperti maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu li jinsabu fit-territorju tagħhom, mingħajr ma jipprevjenu bonds koperti oħra b'livell minimu aktar baxx ta' sovrakollateralizzazzjoni li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament milli jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Tali rekwiżit iservi l-għan li jimmitiga r-riskji l-aktar rilevanti f'każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-emittent.

(12)  Wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa li l-istituzzjoni ta' kreditu li tinvesti f'bonds koperti tirċievi ċerta informazzjoni dwar bonds koperti mill-inqas fuq bażi ta' kull sitt xhur. Ir-rekwiżiti ta' trasparenza huma parti indispensabbli ta' bonds koperti li jiżguraw livell uniformi ta' divulgazzjoni u li jippermettu lill-investituri li jwettqu l-valutazzjoni tar-riskju meħtieġa, li jtejbu l-komparabbiltà, it-trasparenza u l-istabbiltà tas-suq. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi żgurat li r-rekwiżiti ta' trasparenza japplikaw għall-bonds koperti kollha li jistgħu jinkisbu billi jiġu stabbiliti dawk ir-rekwiżiti fid-Direttiva (UE) 20../… [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] bħala karatteristika strutturali komuni ta' bonds koperti. Kif xieraq, għandu jitħassar l-Artikolu 129(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(13)  Bonds koperti huma strumenti ta' finanzjament fuq perjodu ta' żmien twil u għalhekk jinħarġu b'maturità skedata ta' diversi snin. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi żgurat li l-bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta' Diċembru 2007 jew qabel [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] ma jiġux imfixkla. Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv, bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta' Diċembru 2007 jenħtieġ li jibqgħu eżentati mir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' assi eliġibbli, sovrakollateralizzazzjoni u assi ta' sostituzzjoni. Barra minn hekk, bonds koperti oħra konformi mal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u maħruġa qabel [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] jenħtieġ li jiġu eżentati mir-rekwiżiti ta' sovrakollateralizzazzjoni u assi ta' sostituzzjoni u jenħtieġ li jkomplu jkunu eliġibbli għal trattament preferenzjali kif stabbilit f'dak ir-Regolament sal-maturità tagħhom.

(14)  Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat flimkien ma' [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE]. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas il-ġdid li jistabbilixxi l-karatteristiċi strutturali ta' ħruġ ta' bonds koperti u r-rekwiżiti emendati għal trattament preferenzjali, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi diferita biex tikkoinċidi mad-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw id-dispożizzjonijiet li jittrasponu dik id-Direttiva.

(15)  Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1Emendi għar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa emendat kif ġej:

-1.  Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

"(128a) "struttura ta' maturità li tista' tiġi estiża" tfisser mekkaniżmu li jipprevedi l-possibbiltà, meta jseħħ avveniment skattatur, ta' estensjoni tal-maturità skedata ta' bonds koperti għal ċertu perjodu ta' żmien;"

1.  L-Artikolu 129 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)  l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

–  il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

"Biex ikunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali stabbilit fil-paragrafi 4 u 5, il-bonds koperti, kif imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*[OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE], għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3, 3a u 3b ta' dan l-Artikolu u għandhom ikunu kollateralizzati bi kwalunkwe wieħed minn dawn l-assi eliġibbli:

______________________________

*  [OP, jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) 20xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE (ĠU C […], […], p. […])].";

–  il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu jew skala 2, jew skoperturi fil-forma ta' depożiti b'terminu qasir b'maturità li ma taqbiżx 100 jum fejn dawk id-depożiti huma użati biex jissodisfaw, u jikkwalifikaw għal, ir-rekwiżit tar-riżerva ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura tal-liġijiet nazzjonali skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] u kuntratti tad-derivattivi li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġijiet nazzjonali skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu, fejn l-iskopertura fil-forma ta' kuntratti tad-derivattivi huma permessi mill-awtoritajiet kompetenti, kif stabbilit f'dan il-Kapitolu.";

–  fil-punt (d), jitħassar il-punt (ii);

–  fil-punt (f), il-punti (i) u (ii) huma sostitiwiti b'dan li ġej:

"(f) is-self iggarantit bi proprjetà immobbli kummerċjali jew bi proprjetà immobbli mhux residenzjali miżmuma għal finijiet mhux ta' profitt sal-inqas ammont prinċipali tar-rahan li huwa magħqud ma' kwalunkwe rahan preċedenti ieħor u 60 % tal-valur tal-proprjetajiet mirhuna.";

(ii)  it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Għall-finijiet tal-punt (c), tal-ewwel subparagrafu, l-iskoperturi kkawżati mit-trażmissjoni u l-ġestjoni tal-pagamenti tad-debituri ta', jew rikavati minn likwidazzjoni fir-rigward ta' self iggarantit permezz ta' proprjetajiet mirhuna tal-unitajiet superjuri jew titoli ta' dejn ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-limiti msemmija f'dawk il-punti.";

(iii)  it-tielet subparagrafu jitħassar;

(b)  jiddaħħlu l-paragrafi 1a, 1b u 1c li ġejjin:

"1a. Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandu japplika dan li ġej:

(a) għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti;

(b) għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 2 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 10 % tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti;

(ba) għal skoperturi fil-forma ta' depożiti fuq terminu qasir u kuntratti tad-derivattivi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità tal-kreditu, l-iskopertura ma għandhiex taqbeż 5 % tal-iskopertura totali tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti;

L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 20../… [OP: Jekk jogħġbok daħħal ir-referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] jistgħu, wara li jkunu kkonsultaw lill-EBA, jippermettu skoperturi fil-forma ta' kuntratti tad-derivattivi lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għall-iskala 3 tal-kwalità kreditizja biss fejn problemi potenzjali sinifikanti ta' konċentrazzjoni fl-Istati Membri kkonċernati minħabba l-applikazzjoni tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja u r-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu 2 imsemmija f'dan il-paragrafu jkunu jistgħu jiġu ddokumentati.

(c) għal skoperturi għal istituzzjonijiet ta' kreditu li jikkwalifikaw għal, tal-inqas, l-iskala 3 kif stabbilit f'dan il-Kapitolu▌ma għandhiex taqbeż 15 % tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti. l-iskoperturi totali għal istituzzjonijiet li jikkwalifikaw għal inqas mill-iskala 1 tal-kwalità tal-kreditu kif stabbilit f'dan il-Kapitolu m'għandhomx jaqbżu 10 % tal-ammont nominali ta' bonds koperti pendenti tal-istituzzjoni ta' kreditu emittenti.

1b. Għall-finijiet tal-punt (d)(i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-limitu ta' 80 % għandu japplika fuq bażi ta' self b'self u għandu jiddetermina l-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura ta' obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert u applikabbli matul il-maturità kollha tas-self.

Il-valuri tal-proprjetajiet mirhuna għandhom ikunu mmonitorjati fuq bażi regolari u aġġornati kull sena mill-emittent billi jintuża metodu ta' indiċjar ibbażat fuq il-prezzijiet tas-suq ta' proprjetà immobbli. L-ammont sħiħ tas-self, irrispettivament mil-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu jkun soġġett għas-segregazzjoni tal-assi fil-pula ta' kopertura skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE].

1c. Għall-finijiet tal-punt (f) u l-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-limitu ta' 60 % għandu japplika fuq bażi ta' self b'self u għandu jiddetermina għall-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura ta' obbligazzjonijiet marbuta mal-bond kopert u għandu jkun applikabbli matul il-maturità kollha tas-self.";

L-ammont sħiħ tas-self, irrispettivament mil-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu jkun suġġett għas-segregazzjoni tal-assi fil-pula ta' kopertura skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE].";

(c)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3. Fil-każ ta' proprjetà immobbli li tikkollateralizza bonds koperti li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 208 għandhom jiġu ssodisfati.Għal assi kollaterali li jikkonformaw mal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandhom jiġu ssodisfati l-istess rekwiżiti li japplikaw fir-rigward ta' proprjetà immobbli kummerċjali.";

(d)  jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

"3a. Minbarra li jkunu kollateralizzati mill-assi eliġibbli elenkati fil-paragrafu 1, bonds koperti għandhom ikunu suġġetti għal livell minimu ta' 5 % ta' sovrakollateralizzazzjoni kif iddefinit fl-Artikolu 3(12) tad-Direttiva (UE) 20xx/xxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE].

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ammont nominali totali tal-assi kollha fil-pula ta' kopertura għandu jkun mill-inqas tal-istess valur tal-ammont nominali totali ta' bonds koperti pendenti (il-"prinċipju nominali") u jikkonsisti f'assi eliġibbli kif stabbilit fil-paragrafu 1.

L-assi li jikkontribwixxu għal-livell minimu ta' sovrakollateralizzazzjoni għandhom ikunu suġġetti għar-rekwiżiti dwar il-kwalità tal-kreditu u għal-limiti dwar id-daqs tal-iskopertura stabbiliti fil-paragrafu 1. Huma għandhom jgħoddu mal-limiti rispettivi.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw livell minimu iktar baxx għal sovrakollateralizzazzjoni għal bonds koperti jew jistgħu jawtorizzaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jagħmlu hekk, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti:

(a) il-kalkolu ta' sovrakollateralizzazzjoni jkun ibbażat jew fuq mudell li jqis il-ponderazzjonijiet tar-riskju assenjati tal-assi jew mudell li fih il-valutazzjoni tal-assi tkun soġġetta għall-valur tas-self ipotekarju kif definit fl-Artikolu 4(1)(74);

(b) li l-livell minimu ta' sovrakollateralizzazzjoni ma jistax ikun inqas minn 2 % abbażi tal-prinċipju nominali;

(ba) li l-livell ta' sovrakollateralizzazzjoni huwa meħtieġ li jiġi żvelat pubblikament mill-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ bonds koperti fuq bażi regolari.

3b. Assi eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu inklużi fil-pula ta' kopertura bħala assi ta' sostituzzjoni kif definiti fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva (UE) 20xx/xxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] għal assi primarji kif definit fl-Artikolu 3(10) ta' dik id-Direttiva, suġġetti għal-limiti fuq il-kwalità tal-kreditu u d-daqs tal-iskopertura kif stipulat fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.";

(e)  il-paragrafi 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"6. Bonds koperti maħruġa qabel il-31 ta' Diċembru 2007 ma għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-paragrafi 1, 3, 3a u 3b. Huma jkunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont il-paragrafi 4 u 5 sal-maturità tagħhom.

7. Bonds koperti maħruġa qabel [OP jekk jogħġbok daħħal id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ta' emenda] m'għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżiti tal-paragrafi 3a u 3b. Huma jkunu eliġibbli għat-trattament preferenzjali skont il-paragrafi 4 u 5 sal-maturità tagħhom.

7a.  Għall-fini tal-punti (d)(i), (e), (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw limitu ogħla li jirreferi għall-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura tal-obbligazzjonijiet dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-limiti msemmija f'dawk il-punti huma applikabbli fiż-żmien tal-inklużjoni inizjali tas-self fil-pula ta' kopertura;

(b) il-porzjon tas-self li jaqbeż il-limiti msemmija f'dawk il-punti jibqa' fil-pula ta' kopertura matul il-ħajja tas-self u huwa konformi mad-Direttiva (UE) .../... [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/UE u d-Direttiva 2014/59/UE];

(c) il-kalkolu ta' sovrakollateralizzazzjoni jkun ibbażat jew fuq approċċ li jqis ir-riskju sottostanti tal-assi jew approċċ fejn il-valutazzjoni tal-assi tkun suġġetta għall-valur tas-self ipotekarju;

(d) il-limitu li jirreferi għall-porzjon tas-self li jikkontribwixxi għall-kopertura tal-obbligazzjonijiet mhuwiex ogħla minn 100 %."

(2)  fil-punt (a) tal-Artikolu 416(2), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(ii) huma bonds kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-punt (i) ta' dan il-punt;";

(3)  fl-Artikolu 425, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1. L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw il-flussi 'l ġewwa tal-likwidità tagħhom. Il-flussi 'l ġewwa b'limitu massimu tal-likwidità għandhom ikunu l-flussi 'l ġewwa tal-likwidità limitati għal 75 % tal-flussi 'l barra tal-likwidità. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw minn dan il-limitu flussi 'l ġewwa minn depożiti li jkunu saru ma' istituzzjonijiet oħra u li jikkwalifikaw għat-trattamenti stabbiliti fl-Artikolu 113(6) jew (7). L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw minn dan il-limitu flussi 'l ġewwa tal-likwidità minn flejjes dovuti minn mutwatarji jew investituri ta' bonds, relatati ma' self ipotekarju ffinanzjat minn bonds eliġibbli għat-trattament stabbilit fl-Artikolu 129(4), (5) jew (6) jew b'bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/UE u d-Direttiva 2014/59/UE] minn dan il-limitu. L-istituzzjonijiet jistgħu jeżentaw flussi 'l ġewwa minn self promozzjonali li l-istituzzjonijiet ikunu għaddew. Suġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi individwali, istituzzjoni tista' teżenta parzjalment jew kompletament flussi 'l ġewwa meta l-fornitur ikun istituzzjoni prinċipali jew sussidjarja tal-istituzzjoni jew sussidjarja oħra tal-istess istituzzjoni prinċipali jew konness mal-istituzzjoni b'relazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 83/349/KEE.";

(4)  fil-punt (b) tal-Artikolu 427(1), il-punt (x) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(x) obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġa li jikkwalifikaw għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/UE u d-Direttiva 2014/59/UE];";

(5)  fil-punt (h) tal-Artikolu 428(1), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(iii) finanzjati permezz ta' finanzjament (pass-through) ta' tqabbil (match-funding) permezz ta' bonds eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 129(4) jew (5) jew permezz ta' bonds kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika tal-bonds koperti li temenda d-Direttiva 2009/65/UE u d-Direttiva 2014/59/UE];";

(6)  L-Artikolu 496 jitħassar;

(7)  fil-punt 6 tal-ANNESS III, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c) huma bonds kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 20xx/xxxx [OP: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva (UE) dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE] għajr dawk li hemm referenza għalihom fil-punt (b) ta' dan il-punt.".

Artikolu 2Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [data minn meta l-Istati Membri jridu japplikaw id-dispożizzjonijiet li jittrasponu d-Direttiva (EU) …/… dwar il-kwistjoni ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

ĠU C 382, 23.10.2018, p. 2.

(2)

ĠU C 367, 10.10.2018, p. 56.

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(4)

  ĠU C , , p. .

(5)

  ĠU C , , p. .

(6)

  ĠU C , , p. .

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(8)

  L-opinjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar it-trattament tal-kapital preferenzjali ta' bonds koperti, EBA/Op/2014/04.

(9)

  Rakkomandazzjonijiet EU COM 1-A sa 1-D stabbiliti fl-Opinjoni EBA/Op/2014/04.

(10)

  Ir-Rakkomandazzjoni EU COM 2 stabbilita fl-Opinjoni EBA/Op/2014/04.

(11)

  Ibid.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti

Referenzi

COM(2018)0093 – C8-0112/2018 – 2018/0042(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.4.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

27.3.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bernd Lucke

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.9.2018

18.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Notis Marias, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Jeppe Kofod, Paloma López Bermejo, Michel Reimon, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Helga Stevens

Data tat-tressiq

26.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty, Helga Stevens

ENF

Barbara Kappel

PPE

Pilar Ayuso, Markus Ferber, Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alex Mayer, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Ernest Urtasun

5

-

EFDD

David Coburn

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Dimitrios Papadimoulis, Miguel Viegas

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 6 ta' Diċembru 2018Avviż legali