Proċedura : 2016/0397(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0386/2018

Testi mressqa :

A8-0386/2018

Dibattiti :

PV 17/04/2019 - 4
CRE 17/04/2019 - 4

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.2
CRE 11/12/2018 - 5.2
PV 18/04/2019 - 10.5
CRE 18/04/2019 - 10.5

Testi adottati :


RAPPORT     ***I
PDF 1725kWORD 220k
23.11.2018
PE 612.058v03-00 A8-0386/2018

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(COM(2016)0815 – C8-0521/2016 – 2016/0397(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Guillaume Balas

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(COM(2016)0815 – C8-0521/2016 – 2016/0397(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0815),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0521/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-7 ta' Lulju 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta' Lulju 2017(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0386/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 5

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

—  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-7 ta' Lulju 20171,

—  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-5 ta' Lulju 20171,

__________________

__________________

1 ĠU C 345, 13.10.2017, p. 85.

1 ĠU C 345, 13.10.2017, p. 85.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 1a,

 

__________________

 

1a ĠU C 342, 12.10.17, p. 65.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Fl-1 ta' Mejju 2010 bdiet taħdem sistema mondernizzata tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009.

(1)  Fl-1 ta' Mejju 2010 bdiet taħdem sistema modernizzata tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali bir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-introduzzjoni tas-sistema tal-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali (EESSI), maħsuba biex tgħin lill-awtoritajiet u lill-istituzzjonijiet kompetenti jiskambjaw informazzjoni aktar rapidament u b'mod aktar sigur.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jidher mill-evalwazzjonijiet u mid-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali li fl-oqsma tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja, il-proċess ta' modernizzazzjoni għandu jkompli.

(3)  Jidher mill-evalwazzjonijiet u mid-diskussjonijiet fil-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali li fl-oqsma tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja, il-proċess ta' modernizzazzjoni jenħtieġ li jkompli, sabiex ir-regoli relatati ma' dawk il-benefiċċji jsiru aktar ġusti, ċari u faċli biex jiġu applikati permezz tal-iskambji tal-esperjenza u tal-aqwa prattiki amministrattivi. Sabiex jiġu ffaċilitati skambji bħal dawn, jenħtieġ li jiġi promoss l-użu ta' teknoloġiji ġodda.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Id-definizzjonijiet u l-kriterji għad-determinazzjoni tad-diżabbiltà u tal-invalidità jvarjaw ħafna fost l-Istati Membri, u dan jista' jikkostitwixxi ostaklu kbir għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet ta' diżabbiltà u invalidità, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għal servizzi u faċilitajiet speċifiċi, u jista' jpoġġi lill-persuni b'diżabbiltà jew invalidità fi żvantaġġ partikolari fil-qasam tas-sigurtà soċjali meta jiċċaqalqu minn Stat Membru wieħed għal ieħor. Huwa għalhekk meħtieġ, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-ivvjaġġar u l-moviment ta' persuni b'diżabbiltà jew invalidità minn Stat Membru għal ieħor, li jiġu żgurati l-adozzjoni ta' definizzjoni Ewropea komuni skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (CRPD) u r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' diżabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni rapida ta' Karta tad-Diżabbiltà Ewropea (EDC) fl-Istati Membri kollha li se jiġu konnessi mal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC) u mal-Kard Ewropea tas-Sigurtà Soċjali (ESSC).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tas-CRPD, u tiġi garantita l-portabilità tal-benefiċċji tad-diżabbiltà, jenħtieġ li tiġi promossa l-adozzjoni ta' definizzjoni, kriterji u metodi ta' evalwazzjoni tad-diżabbiltà (perċentwali tad-diżabbiltà) komuni għall-fini tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Huwa importanti li jiġu rrispettati l-valuri u l-prinċipji komuni tas-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni kif imsemmija fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2006 dwar Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea1a, b'mod partikolari l-valuri sovrastanti tal-universalità, l-aċċess għall-kura ta' kwalità tajba, l-ekwità u s-solidarjetà. Dan huwa partikolarment sinifikanti għal kategoriji ta' ċittadini li la huma impjegati, u lanqas ma qed ifittxu xogħol, bħalma huma l-istudenti, li l-mobbiltà tagħhom jenħtieġ li tinżamm permezz tal-aċċess xieraq tagħhom għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa, fl-Istat Membru ospitanti. Kif iddikjarat mill-Kunsill, "l-universalità tfisser li ħadd ma jkun miċħud l-aċċess għall-kura tas-saħħa; is-solidarjetà hija konnessa mill-qrib mal-arranġament finanzjarju tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali tagħna u l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess għal kulħadd; l-ekwità tirrelata mal-aċċess ugwali skont il-ħtieġa, irrispettivament mill-etniċità, is-sess, l-età, l-istat soċjali jew il-kapaċità ta' ħlas."

 

______________

 

1a ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Jibqa' essenzjali li r-regoli ta' koordinazzjoni jżommu pass mal-evoluzzjoni tal-kuntest ġuridiku u tas-soċjetà li fih dawn joperaw billi jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-waqt fl-istess ħin tiġi żgurata ċ-ċarezza ġuridika, it-tqassim ġust u ekwu tal-piż finanzjarju bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u s-sempliċità amministrattiva tar-regoli.

(4)  Jibqa' essenzjali li r-regoli ta' koordinazzjoni jżommu pass mal-evoluzzjoni tal-kuntest ġuridiku u tas-soċjetà li fih dawn joperaw billi jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini fil-waqt li fl-istess ħin jiġu żgurati ċ-ċertezza ġuridika, it-tqassim ġust u ekwu tal-piż finanzjarju bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u s-sempliċità amministrattiva tar-regoli. F'dak il-kuntest, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE1a u s-CRPD, b'mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha, jenħtieġ li jitqiesu kif xieraq. Dan ir-Regolament huwa ċentrali għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u tal-libertà ta' moviment tal-persuni. Fl-istess ħin, il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali jenħtieġ li titfassal biex taqbel ma' kull tip ta' sistema tas-sigurtà soċjali fl-Istati Membri.

 

__________________________________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Għalhekk il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu data trasparenti u pubblika, ikkompilata permezz ta' studji ddedikati u dettaljati, biex jippermettu dibattitu razzjonali u effettiv fuq livell nazzjonali u Ewropew dwar il-volum reali u l-impatt effettiv f'termini ekonomiċi u soċjali tal-każijiet possibbli ta' frodi jew abbuż tas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali, kif ukoll dwar it-tisħiħ tal-elementi ta' koordinazzjoni bl-għan li tiżdied il-fiduċja fid-diversi servizzi pubbliċi tal-impjiegi fil-mument meta ssir il-promozzjoni jew il-monitoraġġ sistematiku tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol tal-persuni qiegħda li jkunu mobbli.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 4 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Il-libertà tal-moviment hija pedament tas-suq intern. Madankollu, is-suq intern ma jistax jiffunzjona meta ma jkunx hemm fiduċja reċiproka. Biex tissalvagwardja l-benefiċċji tal-mobilità, l-Unjoni jeħtiġilha tiġġieled kontra l-abbuż, il-frodi u l-kompetizzjoni inġusta.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li "tiġi żgurata l-portabilità tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali (pereżempju, il-pensjonijiet tal-istat, l-assigurazzjoni tas-saħħa, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja) u konsegwentement li jitnaqqsu l-ostakli tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni" u talab li "jittieħdu passi sodi u effettivi lejn sistema kkoordinata ta' kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali aggregati għal kull individwu fl-Unjoni kollha, bħal kard tas-sigurtà soċjali biex tiffaċilita t-traċċabilità tal-kontribuzzjonijiet u l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali".

 

______________

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)  Jenħtieġ li jiġu promossi miżuri li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni u ż-żamma tad-drittijiet u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali madwar l-Unjoni, bħall-adozzjoni ta' ESSC, li jenħtieġ li tkun assoċjata mal-EHIC eżistenti, u mal-EDC, u tkopri l-oqsma kollha tas-sigurtà soċjali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4e)  Sabiex tittejjeb il-mobilità tal-ħaddiema, tal-istudenti u ta' dawk li qed ifittxu impjieg madwar l-Unjoni, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiggarantixxu l-aċċess għall-EHIC għall-persuni kollha, inklużi l-ħaddiema temporanji, il-persuni li jaħdmu għal rashom u dawk f'relazzjonijiet ta' impjieg atipiċi, kif ukoll għall-istudenti u l-persuni mobbli li qed ifittxu impjieg, mingħajr diskriminazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 4f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4f)  Il-kura tas-saħħa transfruntiera hija ta' rilevanza partikolari sabiex tiġi ggarantita koordinazzjoni ekwa tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. F'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tvarja bil-kbir fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġi implimentat mingħajr diskriminazzjoni biex tiġi żgurata l-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-familji tagħhom.

 

______________

 

1a Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Hu meħtieġ li tiġi garantita ċ-ċertezza legali billi jiġi ċċarat li l-aċċess għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn ċittadini mobbli ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti, tista' ssir bil-kundizzjoni li ċ-ċittadin ikollu dritt ta' residenza legali fl-Istat Membru skont id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.33Għal dawn il-finijiet, għandu jkun hemm distinzjoni ċara ta' ċittadin ekonomikament inattiv minn persuna li qed tfittex ix-xogħol li d-dritt tagħha ta' residenza ngħatalha direttament bl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

imħassar

______________

 

44 ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-benefiċċji tal-kura fit-tul għadhom s'issa ma ġewx inklużi b'mod espliċitu fl-ambitu materjali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 iżda kkoordinati bħala benefiċċji tal-mard, u dan qed iwassal għal inċertezza legali kemm għall-istituzzjonijiet u kif ukoll għall-persuni li jitolbu l-benefiċċji tal-kura fit-tul. Hemm il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas legali stabbli xieraq għall-benefiċċji tal-kura fit-tul fir-Regolament biex jinkludi definizzjoni ċara ta' tali benefiċċji.

(6)  Il-benefiċċji tal-kura fit-tul għadhom s'issa ma ġewx inklużi b'mod espliċitu fl-ambitu materjali tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 iżda kkoordinati bħala benefiċċji tal-mard. Hemm il-ħtieġa litiġi inkluża definizzjoni ċara ta' tali benefiċċji rigward il-kura fit-tul u li jiġu aġġornati r-regoli biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tagħhom. Huwa importanti li jiġi ċċarat li kemm il-persuni ekonomikament inattivi kif ukoll il-persuni ekonomikament attivi jista' jkollhom ħtiġijiet ta' kura fit-tul. Il-benefiċċji tal-kura fit-tul għandhom l-għan li jgħinu lin-nies iwettqu l-attivitajiet tagħhom ta' kuljum sabiex jappoġġjaw l-awtonomija personali tagħhom, inkluż fuq il-post tax-xogħol.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fit-13 ta' Settembru 2017, il-President tal-Kummissjoni iddikjara, fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, li "f'Unjoni ta' ugwali, ma jistax ikun hemm ħaddiema tat-tieni klassi" u li "ma jagħmilx sens li jkollna Awtorità Bankarja biex tissorvelja l-istandards bankarji, mentri mbagħad ma jkollniex Awtorità komuni tax-Xogħol komuni li tiżgura l-ġustizzja fis-suq uniku tagħna." Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar id-dumping soċjali fl-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew ħeġġeġ lill-Istati Membri "joħolqu, fejn applikabbli, task forces bilaterali ad hoc u, fejn meħtieġ, task force multilaterali li tinkludi l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ispetturi tax-xogħol, biex iwettqu, suġġett għall-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha kkonċernati, kontrolli transkonfinali fuq il-post, f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-kontrolli, f'każijiet suspettati ta' dumping soċjali, xogħol f'kundizzjonijiet illegali jew ta' frodi, u biex jidentifikaw kumpaniji tal-isem ("letterbox companies"), aġenziji ta' reklutaġġ frawdolenti u abbużi tar-regoli li jirriżultaw fl-isfruttament tal-ħaddiema".

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jistabbilixxi qafas legali ġeneralment aċċettabbli. L-Istati Membri għandhom obbligu morali li jfittxu li jnaqqsu, permezz ta' ftehimiet bilaterali, kwalunkwe piż amministrattiv esperjenzat mill-pubbliku. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jitwaqqfu istituzzjonijiet nazzjonali responsabbli biex jivverifikaw il-kontribuzzjonijiet relatati mal-attivitajiet transfruntiera fl-Istat Membru rilevanti, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li jsiru sforzi wkoll biex tiġi żviluppata għodda ta' skambju elettroniku ta' informazzjoni għall-finijiet ta' verifika, biex b'hekk l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol jingħataw aċċess rapidu għad-data meħtieġa. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibqa' allinjat mill-qrib kif xieraq mad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

_______________________

 

1a Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1);

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  L-iżviluppi teknoloġiċi joffru opportunitajiet ġodda għall-koordinazzjoni, għall-iskambju ta' informazzjoni u għall-infurzar. B'mod allinjat mal-"Crossroads Bank for Social Security"1a tal-Belġju, sistema ta' netwerking elettroniku tal-awtoritajiet rilevanti kollha tas-sigurtà soċjali tista' ttejjeb ir-relazzjonijiet reċiproċi, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont.

 

__________________

 

1a http://www.ksz.fgov.be/en/international/page/content/websites/international/aboutcbss.html

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d)  Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa, il-Parlament Ewropew kien irrimarka li "sistema ta' netwerking elettroniku tal-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali kollha rilevanti, bħall-"Crossroads Bank for Social Security" tal-Belġju, li jagħmilha aktar faċli għalihom li jiskambjaw id-dejta, hija strument utli biex l-ispettorati nazzjonali tax-xogħol jingħataw aċċess għad-dejta li jeħtieġu biex jagħmlu l-ispezzjonijiet" u talab "lill-Kummissjoni tistudja l-benefiċċji li tiġi introdotta, u – jekk ikun xieraq – titqiegħed għad-dispożizzjoni, kard Ewropea tas-sigurtà soċjali li ma tistax tiġi ffalsifikata, jew dokument elettroniku ieħor validu fl-UE kollha, fejn tiġi maħżuna d-dejta kollha meħtieġa biex tiġi vverifikata r-relazzjoni tal-impjieg tad-detentur, bħal dettalji dwar l-istatus tas-sigurtà soċjali u s-sigħat tax-xogħol, u li tkun soġġetta għal regoli stretti tal-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari fejn tiġi pproċessata dejta personali sensittiva fir-rigward tal-privatezza".

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 6e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e)  Biex jiġi ottimizzat il-moviment liberu tal-persuni, hemm bżonn li tiġi analizzata mill-qrib il-konnessjoni bejn il-koordinazzjoni f'dan il-qasam u l-koordinazzjoni tas-sistemi fiskali, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ il-karatteristiċi individwali tagħhom u jiġi rrispettat il-principju tas-sussidjarjetà.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 6f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6f) Fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern, il-Parlament Ewropew talab, "li jittieħdu passi sodi u effettivi lejn sistema kkoordinata ta' kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali aggregati għal kull individwu fl-UE kollha, bħal kard tas-sigurtà soċjali biex tiffaċilita t-traċċabilità tal-kontribuzzjonijiet u l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali".

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 6g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6g)  Meta, minħabba diskrepanza bejn is-sistemi tas-sigurtà soċjali, grupp ta' persuni li jaħdmu fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta' residenza tagħhom, minħabba d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 45 sa 48 tat-TFUE, jiġi żvantaġġat meta mqabbel ma' grupp ta' persuni li ma jkunx sfrutta l-libertà ta' moviment għall-ħaddiema, fid-dawl tal-fatt li jingħataw, għal ċertu perjodu, livell ferm anqas ta' protezzjoni miċ-ċittadini nazzjonali, u meta l-kwistjoni ma tkunx tista' tiġi solvuta skont ir-regoli dwar il-koordinazzjoni, l-Istat Membru ta' dawk iċ-ċittadini u l-familji tagħhom jenħtieġ li, bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, isibu mod kif jirrimedjaw dawn l-iżvantaġġi.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza rigward it-terminoloġija fil-liġi tal-UE, it-terminu "stazzjonament" għandu jintuża għall-istazzjonament tal-ħaddiema fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi34. Barra minn hekk, biex tinkiseb konsistenza fit-trattament bejn il-persuni impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom, hemm bżonn li r-regoli speċjali għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każijiet li huma temporanjament stazzjonati jew mibgħuta f'Stat Membru ieħor għandhom japplikaw b'mod konsistenti kemm għall-persuni impjegati kif għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

(7)  Sabiex tiġi żgurata ċ-ċarezza rigward it-terminoloġija fil-liġi tal-UE, it-terminu "stazzjonament" jenħtieġ li jintuża għall-istazzjonament tal-ħaddiema fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi34. Ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009 jenħtieġ li jirreferu għall-ħaddiema f'sitwazzjoni ta' stazzjonar, inklużi dawk li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE, bħala "mibgħuta" minflok "stazzjonati". Barra minn hekk, biex tinkiseb konsistenza fit-trattament bejn il-persuni impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom, hemm bżonn li r-regoli speċjali għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-każijiet ta' ħaddiema li jintbagħtu temporanjament fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li japplikaw b'mod konsistenti kemm għall-persuni impjegati kif għall-persuni li jaħdmu għal rashom.

__________________________________

__________________________________

34 ĠU L 018, 21.01.1997 p. 1.

34 ĠU L 018, 21.01.1997 p. 1.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli ta' aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu applikati b'mod uniformi mill-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera msemmija fl-Artikolu 65(2), ir-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta' intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata fiż-żmien l-aktar reċenti ġabret b'mod sħiħ ta' mill-anqas tliet xhur ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru. L-Istat Membru preċedentament kompetenti għandu jsir kompetenti għall-persuni kollha assigurati li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni. F’dan il-każ, ir-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar riċenti għandu jkollha l-istess effett ta' reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda kienet assigurata qabel.

(8)  Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli ta' aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni jenħtieġ li jiġu applikati b'mod uniformi mill-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera msemmija fl-Artikolu 65(2), ir-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta' intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad jenħtieġ li jkunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata fiż-żmien l-aktar reċenti ġabret b'mod sħiħ ta' mill-anqas jum wieħed ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-201335, hemm bżonn li jiġi estiż it-tul minimu ta' żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitta sabiex jitjiebu l-opportunitajiet tal-persuni qiegħda li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u ċ-ċansijiet tagħhom ta' integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u biex jiġi indirizzat l-ispariġġ tal-ħiliet bejn il-fruntieri.

(9)  Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-201335, hemm bżonn li jiġi estiż it-tul minimu ta' żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitta sabiex tiġi promossa l-mobbiltà u jitjiebu l-opportunitajiet tal-persuni qiegħda li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u ċ-ċansijiet tagħhom li jistħarrġu mill-ġdid u ta' integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u biex jiġi indirizzat l-ispariġġ tal-ħiliet bejn il-fruntieri.

_______________________________

__________________________________

35 COM(2013) 269 finali.

35 COM(2013) 269 finali.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Hemm ħtieġa li tiġi żgurata parità akbar tat-trattament għall-ħaddiema tal-fruntiera u ħaddiema transfruntiera billi jiġi żgurat li ħaddiema tal-fruntiera jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad mill-Istat Membru tal-aħħar attività sakemm dawn ikunu ħadmu f'dak l-Istat Membru għal ta' mill-anqas l-aħħar 12-il xahar.

(10)  Hemm ħtieġa li tiġi żgurata parità akbar tat-trattament għall-ħaddiema tal-fruntiera u ħaddiema transfruntiera billi dawn jingħataw l-għażla bejn li jirċievu l-benefiċċji tal-qgħad mill-Istat Membru tal-aħħar attività jew mill-Istat Membru ta' residenza biex tiżdied il-probabbiltà li l-persuni qiegħda jsibu impjieg fl-Istat Membru fejn ikollhom l-akbar probabbiltà li jagħmlu dan.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Huwa importanti wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u li jiġi ċċarat il-qafas regolatorju applikabbli sabiex l-Istat Membru tal-aħħar attività, l-Istat Membru tal-attività preċedenti u l-Istat Membru tar-residenza ma jiddikjarawx lilhom infushom mhux kompetenti biex iħallsu l-benefiċċji, għad-detriment tal-persuni assigurati. Jenħtieġ li l-komunikazzjoni bejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-aħħar attività u l-persuna li qed tfittex xogħol issir fil-lingwa tal-persuna li qed tfittex xogħol. Huwa wkoll neċessarju li l-persuni transfruntiera li qed ifittxu xogħol ikollhom il-possibbiltà li joffru d-disponibbiltà tagħhom għal servizz tal-impjiegi transfruntiera, sakemm ikun jeżisti tali servizz fiż-żona ġeografika li tikkorrispondi għaż-żona tagħhom fejn qegħdin ifittxu impjieg.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 10 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Filwaqt li r-regoli ta' koordinazzjoni ma jistgħux iwaqqfu liċ-ċittadini mobbli milli jkollhom livell aktar baxx ta' protezzjoni miċ-ċittadini mhux mobbli, l-Istati Membri huma mħeġġa jsibu soluzzjonijiet bilaterali skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 kif emendat b'dan ir-Regolament.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c)  L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu l-introduzzjoni ta' ammonti differenzjali addizzjonali biex titnaqqas id-differenza bejn il-benefiċċji tal-qgħad imħallsa mill-Istat Membru tal-aħħar attività u l-Istat Membru ta' residenza.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 10d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10d)  Jenħtieġ li jiġu żviluppati s-servizzi ta' kollokament transfruntiera sabiex jgħinu lill-applikanti fit-tfittxija tagħhom għal impjieg ġdid, li jkun qrib kemm jista' jkun għar-realtajiet taż-żoni tal-fruntieri.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-benefiċċji tal-familja maħsuba biex jieħdu post l-introjtu fil-perjodu tat-trobbija tat-tfal tfasslu biex jissodisfaw l-bżonnijiet individwali u personali tal-ġenitur soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u għalhekk jiddistingwu ruħhom minn benefiċċji oħra tal-familja billi dawn huma maħsuba biex jikkumpensaw ġenitur għat-telf tal-introjtu jew is-salarju fi żmien mqatta' fit-trobbija aktar milli biex jissodisfa biss l-ispejjeż ġenerali tal-familja.

(11)  Il-benefiċċji tal-familja fi flus li huma primarjament maħsuba biex jieħdu post jew jagħtu introjtu addizzjonali li mhuwiex iggwadanjat, kemm b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew introjtu li l-persuna ma tistax tiggwadanja, minħabba t-trobbija tat-tfal tfasslu biex jissodisfaw l-bżonnijiet individwali u personali tal-ġenitur soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u għalhekk jiddistingwu ruħhom minn benefiċċji oħra tal-familja billi dawn huma maħsuba biex jikkumpensaw ġenitur għat-telf tal-introjtu jew is-salarju fi żmien imqatta' fit-trobbija aktar milli biex jissodisfa biss l-ispejjeż ġenerali tal-familja.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu residenza abitwali għall-finijiet tal-istabbiliment ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali f'limitu ta' żmien raġonevoli.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex dan ir-Regolament ikun jista' jiġi aġġornat f'waqtu mal-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista' temenda l-Annessi ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 201636. 36 B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(12)  Biex dan ir-Regolament ikun jista' jiġi aġġornat f'waqtu skont l-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, l-Annessi ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 jenħtieġ li jiġu emendati perjodikament.

_________________________________

 

36 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżball fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni, hu meħtieġ li tiġi stabbilita bażi oħra legali permissiva li tiffaċilita l-ipproċessar tad-data personali dwar il-persuni li għalihom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009. B'hekk Stat Membru jkun jista' , minn żmien għal żmien, iqabbel id-data li jkollhom l-istituzzjonijiet kompetenti tiegħu ma’ dawk ta' Stat Membru ieħor sabiex jiġu identifikati l-iżbalji u l-inkonsistenzi li jeħtieġu aktar investigazzjoni.

(13)  Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżball fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni, hu meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tad-data personali dwar il-persuni li għalihom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, filwaqt li jiġi rrispettat bis-sħiħ u mingħajr eċċezzjonijiet l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-data personali, b'mod speċjali r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. B'hekk Stat Membru jkun jista', minn żmien għal żmien, iqabbel id-data li jkollhom l-istituzzjonijiet kompetenti tiegħu ma' dawk ta' Stat Membru ieħor sabiex jiġu identifikati l-iżbalji u l-inkonsistenzi li jeħtieġu aktar investigazzjoni.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Biex jiġi żgurat tħaddim effettiv u effiċjenti tar-regoli ta' koordinazzjoni huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati li jwettqu attività ekonomika f'żewġ Stati Membri jew aktar sabiex ikun hemm parità akbar mal-kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li huma stazzjonati jew mibgħuta biex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru uniku. Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-istazzjonament li jipprevedu l-kontinwazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għandhom japplikaw għal persuni li kellhom rabta preċedenti mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-oriġini.

(16)  Biex jiġi żgurat tħaddim effettiv u effiċjenti tar-regoli ta' koordinazzjoni huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-impjegati li jwettqu attività ekonomika f'żewġ Stati Membri jew aktar sabiex ikun hemm parità akbar mal-kundizzjonijiet li japplikaw għall-persuni li huma mibgħuta biex iwettqu attività ekonomika fi Stat Membru uniku. Barra minn hekk, ir-regoli li jipprevedu l-kontinwazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli jenħtieġ li japplikaw għal persuni li kellhom rabta preċedenti mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru tal-oriġini.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Sabiex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-attività sostanzjali tal-impriża u l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna li din l-impriża tistazzjona fi Stat Membru ieħor fuq bażi temporanja, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-attività sostanzjali trid tiġi kkaratterizzata, fost l-oħrajn, minn sehem ta' aktar minn 25 % tal-fatturat annwali fl-Istat Membru li minnu ġiet stazzjonata l-persuna.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Għandhom jingħataw is-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

(17)  Biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat billi tiġi stabbilita proċedura standard għad-determinazzjoni ta' sitwazzjonijiet li fihom id-dokumenti għandhom jinħarġu u sitwazzjonijiet li fihom dokument għandu jiġi rtirat minħabba li l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg tikkontesta l-eżattezza jew il-validità tiegħu, is-setgħa li jiġu adottati atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif emendat minn dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq il-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet37. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

_________________________________

_________________________________

37 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

37 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u adotta opinjoni1a.

 

_________________________________

 

1a. ĠU C 92, 26.4.2007, p. 15.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 883/2004.

Premessa 2 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Tiżdied it-tieni sentenza fil-Premessa 2 kif ġej:

imħassar

“L-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jiggarantixxi lil kull ċittadin tal-Unjoni d-dritt għall-moviment liberu soġġett għal-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u bil-miżuri adottati li jagħmluhom effettivi.”

 

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 883/2004.

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-Premessa 5, wara “għall-persuni konċernati taħt il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti” jiddaħħal dan il-kliem li ġej:

(2)  Il-Premessa 5 hija sostitwita b'dan li ġej:

“, soġġett għall-kondizzjonijiet li jirrigwardaw l-aċċess għal ċerti benefiċċji tas-sigurtà soċjali minn ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri.”

“(5)  Huwa neċessarju, fi ħdan il-qafas ta' din il-koordinazzjoni, li fl-Unjoni jkun garantit trattament ugwali għall-persuni konċernati taħt il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali differenti u li jiġu appoġġjati ċ-ċittadini fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom għall-moviment liberu skont it-Trattat, b'mod partikolari billi tiġi żgurata ċarezza f'termini tal-Istat Membru responsabbli għall-iżgurar tal-aċċess tagħhom għas-sistema tas-sigurtà soċjali rilevanti, u tal-kopertura tagħhom minnha.

__________________________________

 

40 ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77

 

Ġustifikazzjoni

Recital (5) emphasises the obligation to ensure equality of treatment which is contained in Article 4 of Regulation 883/2004. It is not appropriate at this point in time to add limitations to this principle given that the case law in this area is still evolving. This suggested amendment also reflects the position of the Council (ST 13139/2017) that recital (5) of Regulation 883/2004 should not be amended. Moreover, there are circumstances in which the principle of equality of treatment applies without Directive 2004/38 also applying, for example as regards the exportability of benefits where a citizen is not residing in the competent Member State. All references to economically inactive citizen, social security benefits and Directive 2004/38 should therefore be deleted.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  “(5a) Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri huma intitolati li jiftħu l-aċċess taċ-ċittadini ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li ma jikkostitwixxux assistenza soċjali fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE soġġetta għal dritt ta' residenza legali fit-tifsira ta' din id-Direttiva. Il-verifika tad-dritt legali ta' residenza għandha ssir skont ir-rekwiżit tad-Direttiva 2004/38/KE. Għal dawn il-finijiet, għandu jkun hemm distinzjoni ċara ta' ċittadin ekonomikament inattiv minn persuna li qed tfittex ix-xogħol li d-dritt tagħha ta' residenza ngħatalha direttament bl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza ġuridika għaċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, hemm bżonn ta' kodifikazzjoni ta' din il-każistika.

imħassar

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 5b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi ma jiġux mxekkla milli jissodisfaw il-kundizzjoni li jkollhom kopertura ta' assigurazzjoni komprensiva tal-mard fl-Istat Membru ospitanti, kif stabbilit fi-Direttiva 2004/38/KE. Din tista' tinvolvi li dawn iċ-ċittadini jitħallew jikkontribwixxu b'mod proporzjonat għal skema ta' kopertura ta' mard fl-Istat Membru li fih abitwalment jirrisjedu.

(5b)  L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li ċittadini mobbli tal-UE ekonomikament inattivi ma jiġux mxekkla milli jissodisfaw il-kundizzjoni li jkollhom kopertura ta' assigurazzjoni komprensiva tal-mard fl-Istat Membru ospitanti, kif stabbilit fi-Direttiva 2004/38/KE. Din jenħtieġ li mill-inqas timplika li dawn iċ-ċittadini jitħallew jikkontribwixxu b'mod proporzjonat għal skema ta' kopertura ta' mard jew inkella jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-aċċess għall-assigurazzjoni marbuta ma' mard fl-Istat Membru li fih abitwalment jirrisjedu.

Ġustifikazzjoni

L-assigurazzjoni marbuta ma' mard komprensiva hija dritt fundamentali. Iċ-ċittadini mobbli inattivi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiksbu assigurazzjoni marbuta ma' mard anki fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbażaw fuq linji gwida vinkolanti meta jagħmlu s-sistema tal-assigurazzjoni marbuta ma' mard tagħhom aċċessibbli għal ċittadini mobbli inattivi tal-UE.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 5c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5c)  Minkejja il-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi, li joħroġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2) u l-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35).”

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 20

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

4a. Il-Premessa 20 hija sostitwita dan li ġej:

(20)  Fil-qasam ta' benefiċċji marbuta ma' mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, persuni assigurati, kif ukoll membri tal-familji tagħhom, li jgħixu jew joqogħdu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru kompetenti, għandhom jingħataw protezzjoni.

"(20)  Fil-qasam ta' benefiċċji marbuta ma' mard, kura fit-tul, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, persuni assigurati, kif ukoll membri tal-familji tagħhom, li jgħixu jew joqogħdu fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru kompetenti, jenħtieġ li jingħataw protezzjoni."

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(24)  Benefiċċji tal-kura fit-tul għall-persuni assigurati u l-membri tal-familja tagħhom jridu jiġu kkoordinati skont regoli speċifiċi li isegwu r-regoli applikabbli għall-benefiċċji tal-mard, b'konformità mal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti dispożizzjonijiet speċifiċi f'każ ta' overlapping ta' benefiċċji in natura u fi flus għall-kura fit-tul."

"(24)  F'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, benefiċċji tal-kura fit-tul għall-persuni assigurati u l-membri tal-familja tagħhom jenħtieġ li, fil-prinċipju, jibqgħu jiġu kkoordinati skont ir-regoli applikabbli għall-benefiċċji tal-mard. Madankollu, dawk ir-regoli jenħtieġ li jqisu n-natura speċifika tal-benefiċċji għall-kura fit-tul. Jeħtieġ ukoll li jiġu previsti dispożizzjonijiet speċifiċi f'każ ta' overlapping ta' benefiċċji in natura u fi flus għall-kura fit-tul."

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 35a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(35a)  Il-benefiċċji tal-familja fi flus maħsuba biex jieħdu post l-introjtu jew jagħtu introjtu addizzjonali matul perjodi tat-trobbija tat-tfal huma drittijiet individwali li huma personali għall-ġenitur soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti. Minħabba n-natura speċifika ta' dawn il-benefiċċji tal-familja, dawn il-benefiċċji għandhom jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness XIII ta' dan ir-Regolament u għandhom ikunu riżervati esklussivament għall-ġenitur ikkonċernat. L-Istat Membru b'kompetenza sekondarja jista' jiddeċiedi li r-regoli ta' prijorità fil-każ ta' overlapping tad-drittijiet għall-benefiċċji tal-familja taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza tal-membri tal-familja ma għandhomx japplikaw għal dawn il-benefiċċji. Meta Stat Membru jagħżel li ma japplikax ir-regoli ta' prijorità, irid jagħmel dan b'konsistenza fir-rigward tal-persuni kollha intitolati li huma f'sitwazzjoni analoga u jkun elenkat fil-Parti II tal-Anness XIII."

"(35a)  Il-benefiċċji tal-familja fi flus li huma primarjament maħsuba biex jieħdu post jew jagħtu introjtu addizzjonali li mhuwiex iggwadanjat, kemm jekk b'mod parzjali jew bis-sħiħ, jew introjtu li l-persuna ma tistax tiggwadanja, minħabba t-trobbija tat-tfal, jistgħu jiġu distinti minn benefiċċji oħra tal-familja maħsuba biex ikopru l-ispejjeż tal-familja. Peress li t-tali benefiċċji jistgħu jitqiesu li huma drittijiet individwali li huma personali għall-ġenitur soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu rriżervati b'mod esklussiv għall-ġenitur ikkonċernat. Tali benefiċċji individwali jenħtieġ li jiġu elenkati fil-Parti I tal-Anness XIII ta' dan ir-Regolament. L-Istat Membru b'kompetenza sekondarja jista' jiddeċiedi li r-regoli ta' prijorità fil-każ ta' overlapping tad-drittijiet għall-benefiċċji tal-familja taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza tal-membri tal-familja ma għandhomx japplikaw għal dawn il-benefiċċji. Meta Stat Membru jagħżel li ma japplikax ir-regoli ta' prijorità, irid jagħmel dan b'konsistenza fir-rigward tal-persuni kollha intitolati li huma f'sitwazzjoni analoga u sakemm il-benefiċċji jkunu elenkati fil-Parti II tal-Anness XIII."

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 883/2004.

Premessa 39a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(39a)  L-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 679/2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)42 għandu japplika għall-ipproċessar tad-data personali skont dan ir-Regolament."

"(39a)  L-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 679/2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)42, japplika bis-sħiħ u mingħajr eċċezzjonijiet għall-ipproċessar tad-data personali affettwata minn dan ir-Regolament."

__________________________________

__________________________________

42 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

42 ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46) Biex dan ir-Regolament ikun jista' jiġi aġġornat f’waqtu mal-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista' temenda l-Annessi ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet43 tat-13 ta' April 201636. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

imħassar

__________________

 

43 COM(2015) 216 finali.

 

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 47

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24), id-drittijiet tal-anzjani (l-Artikolu 25), l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli (l-Artikolu 26), il-ħajja tal-familja u professjonali (l-Artikolu 33); id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (l-Artikolu 34), id-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35) u d-dritt għal-libertà ta' moviment u ta' residenza (l-Artikolu 45); u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(47)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2), ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), il-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), il-libertà professjonali u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17), id-dritt għan-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21), l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (l-Artikolu 23), id-drittijiet tat-tfal (l-Artikolu 24), id-drittijiet tal-anzjani (l-Artikolu 25), l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli (l-Artikolu 26), il-ħajja tal-familja u professjonali (l-Artikolu 33); id-dritt għas-sigurtà soċjali u l-assistenza soċjali (l-Artikolu 34), id-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35) u d-dritt għal-libertà ta' moviment u ta' residenza (l-Artikolu 45), kif ukoll il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 48a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a)  Xejn f'dan ir-Regolament ma jillimita d-drittijiet u l-obbligi indipendenti rikonoxxuti fil-Karta Soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari d-dritt għas-sigurtà soċjali (l-Artikolu 12), id-dritt għall-assistenza soċjali u medika (l-Artikolu 13), id-dritt tal-ħaddiema migranti u l-familji tagħhom għall-protezzjoni u l-assistenza (l-Artikolu 19), u d-dritt għall-protezzjoni kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali (l-Artikolu 30). Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi applikat mill-Istati Membri b'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 48 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48b)  Id-dispożizzjonijiet il-ġodda previsti għall-benefiċċji tal-qgħad għall-ħaddiema transfruntiera jistgħu f'xi każijiet iwasslu sabiex jiħżienu l-kundizzjonijiet għar-ritorn lura favorevoli tagħhom fis-suq tax-xogħol. Għalhekk huwa indispensabbli li tissaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-appoġġ tal-ħaddiema transfruntiera u li l-qafas regolatorju jiffaċilita, pereżempju, il-proċeduri li għandhom jitwettqu fl-Istat Membru ta' residenza, billi jiċċara l-kompetenza tas-servizz tal-impjieg pubbliku responsabbli għas-segwitu tagħhom, u li l-iskambji bejn l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-aħħar attività u l-persuna li qed tfittex xogħol jitwettqu fil-lingwa ta' dan tal-aħħar.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 48c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48c)  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-introduzzjoni ta' ammonti differenzjali addizzjonali biex titnaqqas id-differenza bejn il-benefiċċji tal-qgħad imħallsa mill-Istat Membru tal-aħħar attività u l-Istat Membru ta' residenza.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 48d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48d)  Xejn f'dan ir-Regolament ma jillimita d-drittijiet u l-obbligi indipendenti rikonoxxuti fil-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Soċjali u Medika tal-Kunsill tal-Ewropa fl-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 48e (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48e)  Huwa wkoll importanti li tiġi żgurata kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet kompetenti u li jiġi ċċarat il-qafas regolatorju applikabbli sabiex l-Istati Membri - tal-aħħar attività, tal-attività preċedenti u/jew ta' residenza - ma jiċħdux ir-responsabbiltà tagħhom tal-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad, għad-detriment tal-persuni assigurati.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Fil-Punt (c) it-terminu “Titolu III, Kapitoli 1 u 3” jinbidel bit-terminu “It-Titolu III, il-Kapitoli 1, 1a u 3”.

imħassar

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  (ċ) "persuna assigurata", fil-kuntest tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti minn Titolu III, Kapitoli 1 u 3, tfisser kwalunkwe persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti taħt Titolu II biex ikollu d-dritt għal benefiċċji, dejjem waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni d-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

"(c)  "(c) "persuna assigurata", fil-kuntest tal-fergħat tas-sigurtà soċjali koperti minn Titolu III, Kapitoli 1 u 3, tfisser kwalunkwe persuna li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti taħt Titolu II biex ikollu d-dritt għal benefiċċji, għal tal-inqas wieħed mir-riskji koperti mill-Kapitolu li għandu jiġi applikat, dejjem waqt li jittieħdu in konsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament."

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt 1 – punt 1 – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Fil-Punt (i)(1)(ii) wara t-terminu “it-Titolu III, Kapitolu 1 dwar benefiċċji marbuta mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità”, jiddaħħal it-terminu “u l-Kapitolu 1a dwar il-benefiċċji tal-kura fit-tul”.

imħassar

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt 1 – punt 1 – punt ii

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  Fil-punt (i)(1), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(ii)  fir-rigward ta' benefiċċji mogħtija in natura skond it-Titolu III, Kapitolu 1 dwar benefiċċji marbuta mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familji jew indikata bħala membru tad-dar mil-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn din il-persuna għandha r-residenza tagħha;

(ii)  fir-rigward ta' benefiċċji mogħtija in natura skont it-Titolu III, Kapitolu 1 dwar benefiċċji marbuta mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, kwalunkwe persuna definita jew rikonoxxuta bħala membru tal-familji jew indikata bħala membru tad-dar mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn din il-persuna għandha r-residenza tagħha;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt c

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt va – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Fil-Punt (va)(i) wara t-terminu “[tat-]Titolu III, Kapitolu 1 (benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità), jiddaħħal it-terminu “u l-Kapitolu 1a (benefiċċji tal-kura fit-tul)” u titħassar l-aħħar sentenza.

imħassar

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt va – punt i

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  Fil-punt (va), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(i)  għall-finijiet tat-Titolu III, Kapitolu I (benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità), il-benefiċċji in natura previsti taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li huma maħsuba biex jiġu fornuti, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, iħallsu direttament jew iħallsu lura l-ispejjeż għall-kura medika u prodotti u servizzi anċillari għal dik il-kura. Dan jinkudi benefiċċji in natura ta' kura għal perijodu fit-tul;

(i)  għall-finijiet tat-Titolu III, Kapitolu I (benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità), il-benefiċċji in natura previsti taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li huma maħsuba biex jiġu fornuti, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, iħallsu direttament jew iħallsu lura l-ispejjeż għall-kura medika u prodotti u servizzi anċillari għal dik il-kura. Dan jinkludi wkoll benefiċċji in natura għall-kura fit-tul previsti skont il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li huma maħsuba biex jiġu forniti, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, iħallsu direttament jew iħallsu lura l-ispejjeż għall-kura fit-tul.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt d

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt vb

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vb)  "benefiċċju tal-kura fit-tul" tfisser kull benefiċċju in natura, fi flus jew dawn it-tnejn f'daqqa għall-persuni li, matul perjodu estiż ta' żmien, minħabba anzjanità, diżabbiltà, mard jew indeboliment, jeħtieġu assistenza minn persuna jew persuni oħra biex iwettqu l-attivitajiet essenzjali ta' kuljum inklużi dawk biex isostnu l-awtonomija personali tagħhom; din tinkludi benefiċċji mogħtija lill-persuna li tipprovdi tali assistenza jew għaliha;

(vb)  "benefiċċju tal-kura fit-tul" tfisser benefiċċju in natura jew fi flus li l-iskop tiegħu huwa li jindirizza l-ħtiġijiet ta' kura jew ta' appoġġ ta' persuna li minħabba xjuħija, diżabbiltà, mard jew indebboliment, tirrikjedi assistenza minn persuna jew persuni oħra biex twettaq l-attivitajiet essenzjali tagħha tal-ħajja ta' kuljum għal perjodu estiż ta' żmien biex issostni l-awtonomija personali tagħha, inkluż fuq il-post tax-xogħol; din tinkludi benefiċċji mogħtija għall-istess skop lill-persuna jew persuni li jipprovdu tali assistenza.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt d

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt vba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(vba)  "Kontinwazzjoni ta' trattament" tfisser il-kontinwazzjoni tal-investigazzjoni, id-dijanjosi u t-trattament ta' marda tul id-dewmien kollu tagħha.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt d

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – punt vbb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(vbb)  "kontinwazzjoni ta' kura fit-tul" tfisser l-għoti kontinwu ta' benefiċċji ta' kura fit-tul in natura minħabba l-ħtieġa ta' kura li ġiet stabbilita qabel l-irtirar u li tkompli lil hinn minn dik id-data."

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 9a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

9a.  Fl-Artikolu 3(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  benefiċċji marbutin mal-mard;

(a)  benefiċċji marbutin mal-mard u tal-kura fit-tul;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Fl-Artikolu 3(1), il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt (b):

imħassar

‘(ba)  Benefiċċji tal-kura fit-tul

 

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.   L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jinbidel b’dan li ġej:

imħassar

“Artikolu 4

 

Trattament Ugwali

 

1.  Sakemm dan ir-Regolament ma jgħidx mod ieħor, persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom igawdu l-istess benefiċċji u għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligi taħt il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru daqs li kieku kienu ċittadini ta' dak l-Istat Membru.

 

2.  Stat Membru jista' jirrikjedi li l-aċċess ta' persuna ekonomikament inattiva li tirrisjedi f’dak l-Istat Membru għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tad-dritt għal residenza legali kif stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membr.”.

 

___________________________________

 

44 ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.”

 

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt a

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Fil-paragrafu 2 it-terminu “benefiċċji fi flus marbutin ma' mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat” jinbidel bit-terminu “benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul”.

imħassar

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza ta' l-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma japplikax għal pensjonijiet marbuta ma' l-invalidità, pensjonijiet ta' l-età, pensjonijiet tas-superstiti jew għal pensjonijiet marbutin ma inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma' mard marbut max-xogħol jew għal benefiċċji fi flus marbutin ma' mard li jkopru trattament għal perjodu mhux determinat.

‘2.  Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, persuni li qegħdin jirċievu benefiċċji fi flus minħabba jew bħala konsegwenza tal-attività tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni impjegati għal rashom, għandhom jitqiesu bħallikieku qegħdin iwettqu din l-attività. Dan ma għandux japplika għal pensjonijiet marbuta mal-invalidità, pensjonijiet tal-età jew pensjonijiet tas-superstiti, għal pensjonijiet marbutin ma inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew ma' mard marbut max-xogħol jew għal benefiċċji tal-mard fi flus li jkopru trattament għal perjodu limitat, jew għall-benefiċċji fi flus għal kura fit-tul li l-persuna fil-bżonn ta' kura hija intitolata għalihom."

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 11 – paragrafu 3 – punt (c)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  Fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  persuna li tirċievi benefiċċji minħabba li ma taħdimx skond l-Artikolu 65 taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru;

"(c)  persuna li tirċievi benefiċċji tal-qgħad skont l-Artikolu 65 taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha jew tal-Istat tal-aktar attività riċenti tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru;"

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12 – punt ac (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 11 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ac) Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha mwettqa fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru għandha titqies bħala attività mwettqa f'dak l-Istat Membru. Madanakollu, persuna impjegata fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru iżda mħallas għal din l-attività minn impriża jew persuna li għandha l-uffiċju reġistrat tagħha jew il-post tan-negozju tagħha fi Stat Membru ieħor, għandu jkun suġġett għal-leġislazzjoni ta' dan l-Istat Membru jekk il-persuna konċernata għandha r-residenza tagħha f'dan l-Istat. L-impriża jew il-persuna li tħallas il-paga għandha titqies bħala l-persuna li tħaddem għall-għanijiet tal-leġislazzjoni msemmija.

‘4.   Għall-għanijiet ta' dan it-Titolu, attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha mwettqa fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru għandha titqies bħala attività mwettqa f'dak l-Istat Membru. Madanakollu, persuna impjegata fuq vapur li jbaħħar taħt il-bandiera ta' Stat Membru iżda mħallas għal din l-attività mill-impjegatur li għandu l-uffiċju reġistrat tiegħu fi Stat Membru ieħor, għandu jkun suġġett għal-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru jekk il-persuna konċernata għandha r-residenza tagħha f'dan l-Istat.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12– point b

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 11 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Attività bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jwettaq servizzi għal passiġġieri jew għal merkanzija tal-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa esklussivament fl-Istat Membru fejn tinsab il-bażi tas-servizz kif definit fis-Subparti FTL tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014/UE tad-29 ta' Jannar 201445."

5.  Attività bħala membru tal-ekwipaġġ tal-ajru jew tal-ekwipaġġ tal-kabina li jwettaq servizzi għal passiġġieri jew għal merkanzija tal-ajru għandha titqies bħala attività mwettqa fl-Istat Membru fejn tinsab il-bażi tas-servizz kif definit fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014/UE tad-29 ta' Jannar 201445."

__________________

__________________

45ĠU L 28, 31.01.2014, p. 17

45ĠU L 28, 31.01.2014, p. 17

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Regoli speċjali

Regoli speċjali

1.  Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi46 jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex iwettaq xogħol f'isem dak l-impjegatur, għandu jkompli jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm

1.  Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex twettaq xogħol f'isem dak l-impjegatur, għandha tkompli tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm

it-tul ta' żmien antiċipat ta' dan ix-xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna ma tiġix stazzjonata jew tintbagħat biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, stazzjonata jew mibgħuta qabel fit-tifsira ta' dan l-Artikolu.

(a)  it-tul ta' żmien antiċipat ta' dan ix-xogħol ma jaqbiżx it-18-il xahar;

 

(b)  il-persuna kkonċernata tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-impjegatur għal perjodu ta' mill-anqas tliet xhur immedjatament qabel il-bidu tax-xogħol bħala persuna impjegata;

 

(c)  l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit l-impjegatur ġiet innotifikata dwar il-bgħit u l-wasla fuq talba qabel il-bidu tax-xogħol għat-tkomplija tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha, qabel ma jsir ix-xogħol. L-ebda talba formali bħal din m'għandha ssir meta x-xogħol ikun jikkonċerna vjaġġ professjonali.

2.  Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa' tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm it-tul ta' żmien antiċipat ta' din l-attività ma taqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna mhix tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata.”.

2.  Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa' tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm:

 

(a)  it-tul ta' żmien antiċipat jew attwali ta' din l-attività ma jaqbiżx it-18-il xahar,

 

(b)  il-persuna kkonċernata kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih normalment twettaq l-attività għal perjodu ta' mill-inqas tliet xhur immedjatament qabel il-bidu tal-attività;

 

(c)  l-istituzzjoni kompetenti fl-Istat Membru fejn normalment il-persuna kkonċernata twettaq l-attività tkun ġiet innotifikata dwar it-twettiq tal-attività fl-Istat Membru l-ieħor u tkun irċeviet talba, qabel il-bidu tal-attività għall-applikazzjoni kontinwa tal-leġiżlazzjoni tagħha. L-ebda talba formali bħal din m'għandha ssir meta l-attività kkonċernata tkun tikkonċerna vjaġġ ta' negozju.

 

2a.  Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, f'każ ta' sostituzzjoni ta' ħaddiema stazzjonati li jwettqu l-istess kompitu jew kompitu simili fl-istess post, għandu jitqies it-tul ta' żmien kumulattiv tal-perjodi ta' stazzjonar tal-ħaddiema.

 

Meta ħaddiem ikun laħaq il-perjodu massimu ta' trażmissjoni previst, l-ebda trażmissjoni oħra ta' dak il-ħaddiem jew tal-persuna li taħdem għal rasha mill-istess impriżi lill-istess Stat Membru ma għandha tiġi awtorizzata skont il-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sa tliet xhur wara t-tmiem tal-aktar perjodu ta’ trażmissjoni riċenti. Deroga mit-tieni subparagrafu tista' tingħata f'ċirkostanzi speċifiċi.

_________________________________

 

46 ĠU L 018 , 21.01.1997 p. 1.

 

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

13a.  fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta:

"1.  Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta:

(a) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha f'dak l-Istat Membru; jew

(a)  għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha f'dak l-Istat Membru;

(b) jekk ma twettaqx parti sostanzjali tal-attività tagħha fl-Istat Membru tar-residenza:

(b)  il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn hi twettaq l-akbar sehem tal-attivitajiet ta' xogħol tagħha, jekk din il-persuna ma għandhiex il-post tar-residenza tagħha f'wieħed mill-Istati Membri fejn hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha bħala persuna impjegata. jew

 

(ba)  il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza jekk is-sehem tal-attivitajiet ikun identiku.

(i) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew ta' min iħaddem jekk hija impjegata minn impriża jew persuna li tħaddem waħda, jew jew

 

(ii) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriżi jew tal-persuni li jħaddmu jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stat Membru wieħed biss; jew jew

 

(iii) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-persuna li tħaddem barra mill-Istat Membru tar-residenza jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom f’żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom ikun l-Istat Membru tar-residenza; jew

 

(iv) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija impjegata minn żewġ intrapriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li mill-anqas tnejn minnhom għandhom l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stati Membri differenti minbarra l-Istat Membru tar-residenza.

 

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 13 – paragrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.  Fl-Artikolu 13 il-paragrafu 4a li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 4:

imħassar

“4a.  Persuna li qed tirċievi benefiċċji tal-qgħad fi flus minn Stat Membru u li fl-istess ħin qiegħda twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor għandha tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jħallas il-benefiċċji tal-qgħad.”.

 

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

14a.  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15a

 

Ġurnalisti tal-organizzazzjonijiet tal-midja Ewropej stazzjonati fi Stat Membru ieħor

 

Il-ġurnalisti tal-organizzazzjonijiet tal-midja Ewropej stazzjonati fi Stat Membru ieħor jistgħu jagħżlu bejn l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ikunu impjegati, l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini jew l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tinsab is-sede prinċipali tal-impjegatur.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Titolu III – Kapitolu 1 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14b.  Fit-Titolu III, il-Kapitolu 1, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta' kura fit-tul, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità

"Benefiċċji marbutin mal-mard, benefiċċji ta' kura fit-tul, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità"

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 19

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14c.  L-Artikolu 19 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 19

"Artikolu 19

Żjara barra l-Istat Membru kompetenti

Żjara barra l-Istat Membru kompetenti

1.  Sakemm il-paragrafu 2 ma jgħidx mod ieħor, persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mogħtija in natura li jkunu meħtieġa minħabba raġunijiet mediċi matul iż-żjara tagħhom. It-tip ta' benefiċċji u t-tul maħsub taż-żjara għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw f'isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skond id-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni li din l-istituzzjoni tapplika, bħallikieku il-persuni konċernati kienu assigurati taħt din il-leġislazzjoni.

1.  Sakemm il-paragrafu 2 ma jipprevedix mod ieħor, persuna assigurata u l-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mogħtija in natura li jkunu meħtieġa jew minħabba raġunijiet mediċi jew minħabba l-ħtieġa ta' kura fit-tul matul iż-żjara tagħhom. It-tip ta' benefiċċji u t-tul maħsub taż-żjara għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw f'isem l-istituzzjoni kompetenti mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni li din l-istituzzjoni tapplika, bħallikieku il-persuni konċernati kienu assigurati taħt din il-leġiżlazzjoni.

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi lista ta' benefiċċji mogħtija in natura li, sabiex jingħataw matul żjara fi Stat Membru ieħor u minħabba raġunijiet prattiċi, jeħtieġu ftehim minn qabel bejn il-persuna konċernata u l-istituzzjoni li tagħti l-għajnuna.

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi lista ta' benefiċċji mogħtija in natura li, sabiex jingħataw matul żjara fi Stat Membru ieħor u minħabba raġunijiet prattiċi, jeħtieġu ftehim minn qabel bejn il-persuna konċernata u l-istituzzjoni li tagħti l-benefiċċju".

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt 14d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 20 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14d.  Fl-Artikolu 20, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura - awtorizzazzjoni biex jingħata trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza

"Vjaġġar bl-iskop li jingħataw benefiċċji mogħtija in natura awtorizzazzjoni biex jingħataw trattament u kura fit-tul xierqa barra l-Istat Membru ta' residenza"

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt 14e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14e.  Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Persuna assigurata litkun awtorizzata mill-istituzzjoni kompetenti biex tmur fi Stat Membru ieħor bil-għan li tirċievi t-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħha, għandha tirċievi l-benefiċċji mogħtija in natura mogħtija, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skond id-disposizzjonijiet li dina tapplika, bħallikieku kienet assigurata taħt din il-leġislazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata fejn it-trattament konċernat huwa fost il-benefiċċji mogħtija mil-leġislazzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna konċernata jkollha l-post tar-residenza tagħha u fejn din il-persuna ma tistax tingħata dan it-trattament fi żmien li jista' jkun ġustifikat fuq raġunijiet mediċi. L-istat preżenti tas-saħħa tal-persuna u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha għandha jittieħdu in konsiderazzjoni.

2.  Persuna assigurata li tkun awtorizzata mill-istituzzjoni kompetenti biex tmur fi Stat Membru ieħor bil-għan li tirċievi t-trattament jew il-kura fit-tul xierqa għall-kondizzjoni tagħha, għandha tirċievi l-benefiċċji mogħtija in natura, f'isem l-istituzzjoni kompetenti, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, skont id-dispożizzjonijiet li l-leġiżlazzjoni tapplika, bħallikieku kienet assigurata taħt din il-leġiżlazzjoni. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata fejn it-trattament jew il-kura fit-tul konċernati jkunu fost il-benefiċċji mogħtija mil-leġiżlazzjoni fl-Istat Membru fejn il-persuna konċernata jkollha l-post tar-residenza tagħha u fejn din il-persuna ma tistax tingħata dan it-trattament fi żmien li jista' jkun ġustifikat minħabba raġunijiet mediċi, b'kunsiderazzjoni tal-istat preżenti tas-saħħa tal-persuna u l-iżvilupp probabbli tal-marda tagħha jew f'limitu ta' żmien raġonevoli, filwaqt li titqies il-ħtieġa, dak iż-żmien, ta’ kura fit-tul u l-iżvilupp probabbli ta' dik il-ħtieġa''.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 25

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14f.  L-Artikolu 25 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 25

Artikolu 25

Pensjonijiet taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar differenti mill-Istat Membru ta' residenza, meta jkun hemm dritt għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru ta' residenza

Pensjonijiet taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar differenti mill-Istat Membru ta' residenza, meta jkun hemm dritt għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru ta' residenza

Meta l-persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar għandha l-post ta' residenza tagħha fi Stat Membru li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu d-dritt biex tirċievi benefiċċji mogħtija in natura mhux suġġett għal kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni, jew għal kondizzjonijiet ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, u l-ebda pensjoni ma tingħata minn dan l-Istat Membru, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lil din il-persuna jew lil membri tal-familja tagħha għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri kompetenti fir-rigward tal-pensjoni tagħha, kif determinati skont l-Artikolu 24(2). Dan iżda safejn il-pensjonant u l-membri tal-familja tiegħu kienu jkunu intitolati għal dawn il-benefiċċji li kieku kellhom ir-residenza tagħhom f'dak l-Istat Membru.

Meta l-persuna li tirċievi pensjoni jew pensjonijiet taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru wieħed jew aktar għandha l-post ta' residenza tagħha fi Stat Membru li skont il-leġiżlazzjoni tiegħu d-dritt biex tirċievi benefiċċji mogħtija in natura mhux soġġett għal kondizzjonijiet ta' assigurazzjoni, jew għal kondizzjonijiet ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, u l-ebda pensjoni ma tingħata minn dan l-Istat Membru, l-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lil din il-persuna jew lil membri tal-familja tagħha għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni ta' wieħed mill-Istati Membri kompetenti fir-rigward tal-pensjoni tagħha, kif determinati skont l-Artikolu 24(2). Dan iżda safejn il-pensjonant u l-membri tal-familja tiegħu kienu jkunu intitolati għall-benefiċċji li kieku kellhom ir-residenza tagħhom f'dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "dawn" tista' tiġi interpretata b'tali mod li Stat Membru jirrifjuta li jħallas lura l-benefiċċji ta' kura fit-tul in natura peress li m'hemm l-ebda intitolament għal tali benefiċċji ta' kura fit-tul in natura skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Jidher li din mhix l-intenzjoni ta' dan l-artikolu.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 27 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14g.  Fl-Artikolu 27, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament xieraq barra l-Istat Membru ta' residenza

"Żjara tal-persuna pensjonanta jew tal-membri tal-familja tagħha fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru fejn għandhom ir-residenza tagħhom - żjara fl-Istat Membru kompetenti - awtorizzazzjoni għal trattament jew kura fit-tul xierqa barra l-Istat Membru ta' residenza"

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5h (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 27 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14h.   Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  L-Artikolu 20 għandu japplika mutatis mutandis għal persuna pensjonanta jew/u għall-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak fejn għandhom ir-residenza tagħhom bil-għan li hemmhekk jirċievu it-trattament xieraq għall-kondizzjoni tagħhom.

"3.  L-Artikolu 20 għandu japplika mutatis mutandis għal persuna pensjonanta jew/u għall-membri tal-familja tagħha li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak fejn għandhom ir-residenza tagħhom bil-għan li hemmhekk jirċievu t-trattament jew il-kura fit-tul xierqa għall-kondizzjoni tagħhom."

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14i (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14i.  Fl-Artikolu 28(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Ħaddiem tal-fruntiera li jkun irtira minħabba xjuħija jew invalidità huwa intitolat f'każ ta' mard li jkompli jirċievi benefiċċji in natura fl-Istat Membru fejn hu eserċita l-aħħar l-attività tiegħu bħala persuna imjegata jew li taħdem għal rasha, safejn dan ikun kontinwazzjoni ta' trattament li beda f'dak l-Istat Membru. “Kontinwazzjoni ta' trattament” ifisser l-investigazzjoni kontinwata, id-dijanjosi u t-trattament ta' marda tul id-dewmien kollu tagħha.

"Ħaddiem tal-fruntiera li jkun irtira minħabba xjuħija jew invalidità huwa intitolat f'każ ta' mard jew f'każ ta' ħtieġa ta' kura fit-tul li jkompli jirċievi benefiċċji in natura fl-Istat Membru fejn hu eżerċita l-aħħar l-attività tiegħu bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, safejn dan ikun kontinwazzjoni ta' trattament jew kura fit-tul li beda f'dak l-Istat Membru.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14j (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 28 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14j.  Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Persuna pensjonanta li, fil-ħames snin ta' qabel id-data effettiva ta' meta bdiet tingħata pensjoni marbuta ma' l-età jew ma' l-invalidità kienet qiegħda twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha għal ta' l-anqas sentejn bħala ħaddiem bejn il-fruntieri, għandha tkun intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru fejn hija wettqet din l-attività bħala ħaddiem fuq il-fruntiera. Dan iżda japplika biss jekk dan l-Istat Membru u l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn hija residenti jkunu għamlu din l-għażla u jkunu mniżżla t-tnejn li huma fl-Anness V.

"2.  Persuna pensjonanta li, fl-għaxar snin ta' qabel id-data effettiva ta' meta bdiet tingħata pensjoni marbuta mal-età jew mal-invalidità kienet qiegħda twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha għal tal-anqas sentejn bħala ħaddiem bejn il-fruntieri, għandha tkun intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru fejn hija wettqet din l-attività bħala ħaddiem fuq il-fruntiera. Dan iżda japplika biss jekk dan l-Istat Membru u l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn hija residenti jkunu għamlu din l-għażla u jkunu mniżżla t-tnejn li huma fl-Anness V.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 14k (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 28 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14k.  Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta' ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri jew għas-superstiti tiegħu jekk, matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 2, dawn kienu intitolati għal benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 18(2). Dan japplika anki jekk il-ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri miet qabel ma bdiet il-pensjoni tiegħu jew tagħha, iżda sakemm dan il-ħaddiem kien iwettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha bħala ħaddiem bejn il-fruntieri għal ta' l-anqas sentejn fil-ħames snin ta' qabel il-mewt tiegħu jew tagħha.

"3.  Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta' ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri jew għas-superstiti tiegħu jekk, matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 2, dawn kienu intitolati għal benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 18(2). Dan japplika anki jekk il-ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri ikun miet qabel ma bdiet il-pensjoni tiegħu jew tagħha, iżda sakemm dan il-ħaddiem kien iwettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha bħala ħaddiem bejn il-fruntieri għal tal-anqas sentejn fl-għaxar snin ta' qabel il-mewt tiegħu jew tagħha.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14l (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 30

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14l.  L-Artikolu 30 jinbidel b'dan li ġej:

Artikolu 30

Artikolu 30

Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

1.  L-istituzzjoni ta' Stat Membru li taħt il-leġislazzjoni applikata minnha stess hija responsabbli biex tagħmel tnaqqis fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet marbuta ma' mard, ma' benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, tista' titlob u tirkupra dan it-tnaqqis, ikkalkulat skond il-leġislazzjoni applikata minnha, biss sa fejn l-ispejjeż tal-benefiċċji skond l-Artikoli 23 u 26 għandhom jitħallsu minn istituzzjoni ta' l-imsemmi Stat Membru.

1.  L-istituzzjoni ta' Stat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni applikata minnha stess hija responsabbli biex tagħmel tnaqqis fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet marbuta ma' mard, kura fit-tul, ma' benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità, tista' titlob u tirkupra dan it-tnaqqis, ikkalkulat skont il-leġiżlazzjoni applikata minnha, biss sa fejn l-ispejjeż tal-benefiċċji skont l-Artikoli 23 u 26 għandhom jitħallsu minn istituzzjoni tal-imsemmi Stat Membru.

2.  Fejn, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 25, l-kisba ta' benefiċċji marbutin ma' mard, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità tkun suġġetta għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet jew pagamenti simili taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru fejn il-persuna pensjonanta konċernata jkollha r-residenza tagħha, dawn il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jitħallsu minħabba din ir-residenza.

2.  Fejn, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 25, il-kisba ta' benefiċċji marbutin ma' mard, kura fit-tul, benefiċċji ta' maternità u benefiċċji ekwivalenti ta' paternità tkun soġġetta għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet jew pagamenti simili taħt il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru fejn il-persuna pensjonanta konċernata jkollha r-residenza tagħha, dawn il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jitħallsu minħabba din ir-residenza.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt a – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  drittijiet mogħtija abbażi ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha;

(i)  drittijiet mogħtija abbażi ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, inklużi d-drittijiet li jeżistu fl-applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) jew (3)(c);

Ġustifikazzjoni

The Proposal does not contain any provisions relating to circumstances in which a parent receives benefits relating to incapacity for work (or maternity benefit, paternity benefit), parental benefit or unemployment benefit. It is important to make clear that, in accordance with Article 11(2), persons receiving cash benefits because of or as a result of their activity as an employed or self-employed person are considered to be pursuing said employment or activity. If therefore a parent receives instance benefits relating to incapacity for work or unemployment benefit because of or as a result of their employment, the resulting derivative right is not to be treated differently than any resulting directly from the employment.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 33a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

15a.  jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 33a

 

Benefiċċji tal-kura fit-tul

 

“1.  Wara li tikkonsulta mas-sħab soċjali, mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-benefiċjarji u mal-korpi professjonali kkonċernati, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji ta' kura fit-tul u tispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus, u jekk il-benefiċċju hux ipprovdut lill-persuna fil-bżonn ta' kura jew lill-persuna li tipprovdi tali kura.

 

2.  Fejn benefiċċju ta' kura fit-tul li jaqa' taħt dan il-Kapitolu jkollu wkoll il-karatteristiċi ta' benefiċċji kkoordinati taħt Kapitolu ieħor fit-Titolu III, l-Istati Membri jistgħu, b'deroga mill-paragrafu 1, jikkoordinaw tali benefiċċji skont ir-regoli stabbiliti f'dak il-Kapitolu l-ieħor, filwaqt li jispeċifikaw liema Kapitolu japplika, dment li:

 

(a)   l-eżitu ta' tali koordinazzjoni jkun tal-anqas favorevoli għall-benefiċjarji daqs kemm kien ikun kieku l-benefiċċju kellu jiġi kkoordinat bħala benefiċċju ta' kura fit-tul skont dan il-Kapitolu; kif ukoll

 

(b)  il-benefiċċju ta' kura fit-tul huwa elenkat fl-Anness XII."

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 34

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  Dan l-artikolu tħassar.

imħassar

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 34

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

16a.  L-Artikolu 34 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 34

Artikolu 34

Sitwazzjoni ta' overlapping ta' benefiċċji ta' kura fit-tul

Sitwazzjoni ta' overlapping ta' benefiċċji ta' kura fit-tul

1.  Jekk persuna li tirċievi benefiċċju ta' kura fit-tul fi flus, liema benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju marbut ma' mard u għaldaqstant jingħata mill-Istat Membru kompetenti għal benefiċċji mogħtija fi flus taħt l-Artikoli 21 jew 29, tkun fl-istess żmien u taħt dan il-Kapitolu intitolata biex titlob benefiċċji mogħtija in natura maħsuba għall-istess għan mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' żjara fi Stat Membru ieħor, u istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru hija wkoll mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż ta' dawn il-benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 35, id-disposizzjonijiet ġenerali dwar sitwazzjonijiet fejn ikun hemm overlapping ta' benefiċċji stabbilita fl-Artikolu 10 għandha tapplika, iżda b'din ir-restrizzjoni biss: jekk il-persuna konċernata titlob u tirċievi l-benefiċċju mogħti in natura, l-ammont tal-benefiċċju fi flus għandu jitnaqqas mill-ammont tal-benefiċċji mogħti in natura li ntalab jew li jista' jintalab mill-istituzzjoni ta' l-ewwel Stat Membru mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż.

“1.  Jekk persuna li tirċievi benefiċċju ta' kura fit-tul fi flus, li jingħata taħt l-Artikoli 21 jew 29, tkun fl-istess żmien u taħt dan il-Kapitolu intitolata biex titlob benefiċċji mogħtija in natura maħsuba għall-istess għan mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' żjara fi Stat Membru ieħor, u istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru hija wkoll mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż ta' dawn il-benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 35, id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar sitwazzjonijiet fejn ikun hemm overlapping ta' benefiċċji stabbilita fl-Artikolu 10 għandha tapplika, iżda b'din ir-restrizzjoni biss: jekk il-persuna konċernata titlob u tirċievi l-benefiċċju mogħti in natura, l-ammont tal-benefiċċju fi flus għandu jitnaqqas mill-ammont tal-benefiċċji mogħti in natura li ntalab jew li jista' jintalab mill-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż.

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-lista ta' benefiċċji mogħtija fi flus u ta' benefiċċji mogħtija in natura koperti mill-paragrafu 1.

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-lista ta' benefiċċji mogħtija fi flus u ta' benefiċċji mogħtija in natura koperti mill-paragrafu 1.

3.  Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentarji li, iżda, ma għandhomx ikunu anqas vantaġġjużi għall-persuni konċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

3.  Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentarji li, iżda, ma għandhomx ikunu anqas vantaġġjużi għall-persuni konċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 883/2004

Kapitolu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17.  Wara l-Artikolu 35, jiddaħħal dan il-Kapitolu li ġej:

imħassar

“KAPITOLU 1a

 

Benefiċċji tal-kura fit-tul

 

Artikolu 35a

 

Disposizzjoniet ġenerali

 

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' dan il-Kapitolu, l-Artikoli 17 sa 32 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

 

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1 (vb) ta' dan ir-Regolament, li jispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus.

 

3.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu benefiċċji tal-kura fit-tul fi flus skont l-Kapitoli l-oħra tat-Titolu III, jekk il-benefiċċju u l-kundizzjonijiet speċifiċi li għalihom il-benefiċċju huwa soġġett huma elenkati fl-Anness XII u sakemm l-eżitu ta' din il-koordinazzjoni hija mill-inqas daqstant favorevoli għall-benefiċjarji bħallikieku l-benefiċċju ġie kkoordinat skont dan il-Kapitolu.

 

Artikolu 35b

 

Sitwazzjoni ta' overlapping ta' benefiċċji ta' kura fit-tul

 

1.  Jekk persuna li tirċievi l-benefiċċju tal-kura fit-tul fi flus mogħtija skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti jirċievi, fl-istess żmien u skont dan il-Kapitolu, il-benefiċċji tal-kura fit-tul in natura mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara fi Stat Membru ieħor, u istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru hija wkoll rikjesta li tħallas lura l-ispiża ta' dawn il-benefiċċji in natura skont l-Artikolu 35c, id-dispożizzjoni ġenerali dwar il-prevenzjoni tal-overlapping tal-benefiċċji stabbilita fl-Artikolu 10 għandha tapplika, b’din ir-restrizzjoni li ġejja biss: l-ammont tal-benefiċċju fi flus għandu jitnaqqas bl-ammont rimborżabbli għall-benefiċċju in natura li jista' jintalab skont l-Artikolu 35c mill-istituzzjoni tal-ewwel Stat Membru.

 

2.  Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentari li ma għandhomx ikunu anqas favorevoli għall-persuni konċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

 

Artikolu 35c

 

Rimborż bejn istituzzjonijiet

 

1.  L-Artikolu 35 għandu japplika mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul.

 

2.  Jekk il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru fejn l-istituzzjoni kompetenti taħt dan il-Kapitolu hija stabbilita ma tipprovdix benefiċċji tal-kura fit-tul in natura, l-istituzzjoni li hi jew tkun kompetenti f’dan l-Istat Membru taħt il-Kapitolu 1 għar-rimborż tal-benefiċċji tal-mard in natura mogħtija fi Stat Membru ieħor għandha titqies li hi dik kompetenti wkoll taħt il-Kapitolu 1a.”

 

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 883/2004

"Artikolu 61

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 61

"Artikolu 61

Regoli speċjali dwar l-għadd flimkien ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom

Regoli speċjali dwar l-għadd flimkien ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom

1.  Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(2), l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 għall-persuna kkonċernata għandha tkun bil-kundizzjoni li din tkun lestiet reċentement perjodu ta' mill-anqas tliet xhur ta' assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg indipendenti skont il-leġiżlazzjoni li skontha l-benefiċċji jintalbu.

1.  Soġġetta għall-paragrafu 2, l-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tagħmel l-akkwist, iż-żamma, l-irkupru jew it-tul tad-dritt għal benefiċċji kondizzjonali fuq l-ikkompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni, jew ta' perjodi ta' impjieg jew ta' perjodi ta' impjieg indipendenti għandha, sa fejn ikun meħtieġ, tikkunsidra perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti mwettqa skont il-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor bħallikieku saru taħt il-leġiżlazzjoni applikata minnha. Għal din l-aggregazzjoni il-perjodi biss li huma kkunsidrati skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih kienu mwettqa bl-iskop li jinkiseb u jinżamm id-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad għandhom jiġu aggregati mill-Istat Membru kompetenti.

2.  Meta persuna qiegħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tal-perjodi skont il-paragrafu 1 minħabba li t-tul ta' żmien totali tal-perjodi kompluti l-aktar reċenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti tagħha f’dak l-Istat Membru hu anqas minn tliet xhur dik il-persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn din il-persuna lestiet dawn il-perjodi qabel skont il-kundizzjonijiet u soġġetta tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 64a.”.

2.  L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 għandha tkun kundizzjonali fuq il-fatt li l-persuna kkonċernata tkun lestiet, skont il-leġiżlazzjoni li taħtha huma mitluba l-benefiċċji:

 

(a)  perjodi ta' assigurazzjoni ta' mill-anqas jum, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta' assigurazzjoni,

 

(b)  perjodi ta' impjieg ta' mill-anqas jum, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta' impjieg; jew

 

(c)  perjodi ta' impjieg għal rashom ta' mill-anqas jum, jekk dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi perjodi ta' impjieg għal rashom.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 62 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

19a.  Fl-Artikolu 62, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu taħseb għall-kalkulazzjoni ta' benefiċċji fuq il-bażi ta' l-ammont tal-paga li l-persuna kellha qabel jew fuq dħul professjonali għandha tikkunsidra biss il-paga jew id-dħul professjonali li l-persuna konċernata rċeviet fir-rigward ta' l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha taħt il-leġislazzjoni msemmija.

1.  L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu taħseb għall-kalkulazzjoni ta' benefiċċji fuq il-bażi tal-ammont tal-paga li l-persuna kellha qabel jew fuq dħul professjonali għandha tikkunsidra biss il-paga jew id-dħul professjonali li l-persuna konċernata rċeviet fir-rigward tal-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha taħt il-leġiżlazzjoni msemmija.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt a

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Fil-paragrafu 1(c) il-kelma “tlieta” għandha tinbidel b’ “sitta” u l-kliem “tat-tliet xhur sa massimu ta' sitt xhur” għandu jinbidel bil-kliem “tas-sitt xhur sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji ta' dik il-persuna”;

‘(c)  L-intitolamenti għal benefiċċji għandhom jinżammu għal perjodu ta' sitt xhur mid-data meta l-persuna qiegħda tkun waqqfet milli tkun disponibbli għas-servizzi ta' impjieg tal-Istat Membru minn fejn telqet, dment li t-tul ta' żmien li matulu ngħataw il-benefiċċji ma jaqbiżx it-tul ta' żmien totali tal-perjodu li matulu din il-persuna hija intitolata għal benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru; is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jestendu l-perjodu ta' sitt xhur sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji ta' dik il-persuna;"

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt b

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 64 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Fil-paragrafu 3, il-kelma "tlieta" għandha tinbidel b' "sitta" u l-kliem "massimu ta' sitt xhur" għandu jinbidel bil-kliem "sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji";

(b)  Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"3.  Sakemm il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti ma tkunx aktar favorevoli, bejn żewġ perjodi ta' impjieg, il-perjodu massimu totali li matulu persuna tibqa' intitolata għal benefiċċji skont il-paragrafu 1 għandu jkun ta' sitt xhur; l-istituzzjonijiet jew is-servizzi kompetenti jistgħu jtawlu dak il-perjodu sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji."

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 64a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

21.  Wara l-Artikolu 64, għandu jiddaħħal l-Artikolu 64a li ġej:

imħassar

"Artikolu 64a

 

Regoli speċjali għall-persuni qiegħda li ċċaqilqu għal Stat Membru ieħor mingħajr ma jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(1) u tal-Artikolu 64

 

F'sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61(2), l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna qiegħda kienet qabel soġġetta għaliha għandu jsir kompetenti biex jipprovdi l-benefiċċji tal-qgħad. Dawn għandhom jiġu pprovduti bi spiża tal-istituzzjoni kompetenti għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 64(1)(c), jekk il-persuna qiegħda tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar reċenti u taderixxi mal-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru. L-Artikolu 64(2) sa (4) għandu japplika mutatis mutandis."

 

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 22

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 65

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 65

Artikolu 65

Persuni qiegħda li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti

Persuni qiegħda li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti

1.  Persuna qiegħda li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għall-ex-impjegatur jew għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru kompetenti. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti.

1.  Persuna qiegħda li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għall-ex-impjegatur jew għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru kompetenti. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru kompetenti. Tali persuna tista' tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi fl-Istat Membru ta' residenza. Hija tista' tagħmel lilha nnifisha disponibbli għal servizz tal-impjiegi transkonfinali, meta tali servizz ikun jeżisti fiż-żona ġeografika li tikkorrispondi għaż-żona fejn tkun qed tfittex impjieg.

 

1a.  L-awtoritajiet tal-Istat Membru kompetenti u tal-Istat Membru ta' residenza għandhom jikkooperaw mill-qrib u jiċċaraw lill-persuni li jkunu qed ifittxu xogħol il-kompetenza tas-servizz pubbliku tal-impjiegi responsabbli għas-segwitu tagħhom. Huma għandhom jiżguraw ukoll li l-iskambji bejn l-istituzzjoni kompetenti u l-persuna li tkun qed tfittex impjieg isiru f'lingwa li tinftiehem minn din tal-aħħar, possibbilment bl-involviment tal-konsulenti tal-EURES f'dawn is-servizzi.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, persuna kompletament qiegħda li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, li ma kinitx lestiet 12-il xahar ta' assigurazzjoni tal-qgħad esklussivament taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizz tal-impjiegi fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta' residenza. Alternattivament, persuna kompletament qiegħda msemmija f'dan il-paragrafu, li tkun intitolata għal benefiċċju tal-qgħad biss skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kompetenti jekk din kienet residenti hemm, tista' minflok tagħżel li tkun disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi f'dak l-Istat Membru u li tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru jekk din il-persuna kienet residenti hemm.

2.  Meta persuna kif imsemmi fil-paragrafu 1 tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizz tal-impjiegi fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha skont it-tieni subparagrafu ta' dak il-paragrafu, hija għandha tirċievi benefiċċji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza bħallikieku hija wettqet il-perjodi kollha tal-assigurazzjoni skont il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Dawk il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta' residenza.

3.  Jekk persuna kompletament qiegħda msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 ma tixtieqx issir jew tibqa' disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti wara li tkun irreġistrat hemm, u tixtieq tfittex xogħol fl-Istat Membru ta' residenza jew fl-Istat Membru tal-aħħar attività, l-Artikolu 64 għandu japplika mutatis mutandis, minbarra għall-Artikolu 64(1)(a). L-istituzzjoni kompetenti tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1)(c) sal-aħħar tal-perjodu tad-dritt għall-benefiċċji.

3.  Jekk persuna kompletament qiegħda msemmija fil-paragrafi 1 jew 2 ma tixtieqx tibqa' disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti wara li tkun irreġistrat hemm, u tixtieq tfittex xogħol fl-Istat Membru ta' residenza jew fl-Istat Membru tal-aħħar attività, l-Artikolu 64 għandu japplika mutatis mutandis, minbarra għall-Artikolu 64(1)(a). L-istituzzjoni kompetenti tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1)(c) sal-aħħar tal-perjodu tad-dritt għall-benefiċċji.

4.  Persuna kompletament qiegħda, imsemmija f'dan l-Artikolu, barra li tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru kompetenti, tista' tkun ukoll disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru l-ieħor.

 

5.  Il-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal persuna li hija qiegħda parzjalment jew b'mod intermittenti.

 

 

5a.  Il-benefiċċji mogħtija mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza skont il-paragrafu 2 għandhom jibqgħu aspejjeż tagħha stess. Madanakollu, b'soġġett għall-paragrafu 7, l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru liema leġislazzjoni kienet soġġetta għaliha l-aħħar, għandu jirrimborża lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza l-ammont sħiħ tal-benefiċċji mogħtija minn din l-istituzzjoni tal-aħħar matul l-ewwel erba' xhur. L-arranġamenti għar-rimborż għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament ta' implimentazzjoni.

 

5b.  Il-perjodu ta' rimborż imsemmi fil-paragrafu 5a għandu jiġi estiż għal tmien xhur meta l-persuna kkonċernata tkun, matul l-24 xahar preċedenti, ikkompletat perjodi ta' impjieg jew ta' impjieg għal rasha ta' mill-inqas 12-il xahar fl-Istat Membru liema leġislazzjoni kienet soġġetta għaliha l-aħħar, meta dawn il-perjodi jikkwalifikaw għall-għanijiet biex jiġi stabbilit l-intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad.

 

5c.  Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 5b, żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jipprevedu metodi oħra ta' rimborż jew li jirrinunzjaw kull rimborż bejn l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni ta' perjodu ta' 12-il xahar qabel ma ħaddiem tal-fruntiera jkun jista' jitlob il-benefiċċji fl-Istat Membru tal-aħħar attività aktarx li twassal għal diffikultajiet amministrattivi addizzjonali. Minflok, l-għoti lill-ħaddiema tal-fruntiera ta' għażla bejn li jirċievu benefiċċji tal-qgħad mill-Istat Membru tal-aħħar attività jew mill-Istat Membru ta' residenza jnaqqas id-diffikultajiet amministrattivi u jagħti lill-persuna kkonċernata l-opportunità li tfittex impjieg fl-Istat Membru fejn ikollha l-akbar probabbiltà li ssib impjieg. F'każ li din l-emenda tiġi adottata, jenħtieġ li l-bidliet korrispondenti jsiru fit-test kollu.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 68b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-benefiċċji tal-familja fi flus li huma maħsuba li jieħdu post l-introjtu matul il-perjodi tat-trobbija tat-tfal u li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII għandhom jingħataw unikament lil persuna soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u ma għandu jkun hemm l-ebda dritt derivat għall-membri tal-familja tagħha għal tali benefiċċji. L-Artikolu 68a ta' dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn il-benefiċċji lanqas l-istituzzjoni kompetenti ma għandha tkun rikjesta li tieħu kont ta' talba ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna meqjusa bħala ġenitur jew istituzzjoni li taġixxi ta' gwardjan ta' tifel jew tfal skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni.

1.  Il-benefiċċji tal-familja fi flus li huma maħsuba li jieħdu post jew jagħtu introjtu addizzjonali matul il-perjodi tat-trobbija tat-tfal u li huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII għandhom jingħataw unikament lil persuna soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kompetenti u ma għandu jkun hemm l-ebda dritt derivat għall-membri tal-familja tagħha għal tali benefiċċji. L-Artikolu 68a ta' dan ir-Regolament japplika għal dawk il-benefiċċji f'sitwazzjonijiet fejn il-benefiċjarju individwali tal-benefiċċji tal-familja li jservu bħala sostituzzjoni tal-introjtu matul it-trobbija tat-tfal ma jissodisfax l-obbligi ta' manteniment tagħha.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ li l-persuna intitolata tkun tgħix fi Stat Membru ieħor differenti minn dak tat-tfal tagħha u jekk din il-persuna ma tissodisfax l-obbligi ta' manteniment tagħha, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu - skont il-proposta tal-Kummissjoni - ma jibqgħux jipprovdu l-benefiċċju direttament lit-tfal jew lill-ġenitur l-ieħor. Din is-sitwazzjoni għandha tiġi evitata.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 71 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

23a.  Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni Amministrattiva") mehmuża mal-Kummissjoni Ewropea għandha tkun magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull Stat Membru, assisti fejn ikun hemm il-bżonn minn konsulenti esperti. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea għandu jattendi għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità ta' konsulenza.

1.   Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni Amministrattiva") mehmuża mal-Kummissjoni Ewropea għandha tkun magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull Stat Membru, assisti fejn ikun hemm il-bżonn minn konsulenti esperti. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, rappreżentant tal-Parlament Ewropew u, fejn xieraq, rappreżentanti tas-sħab soċjali kif ukoll benefiċjarji, inklużi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilità għandhom jattendu għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità ta' konsulenza.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 883/2004

Atikolu 75a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji tad-dispożizzjonijiet kollha, leġiżlattivi jew ta' natura oħra, u japplikawhom, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti mit-termini ta' dan ir-Regolament bażiku u tar-Regolament ta' implimentazzjoni u fi ħdan dawn it-termini.

1.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali tagħhom, jiżguraw li l-istituzzjonijiet rilevanti tagħhom ikunu informati dwar id-dispożizzjonijiet kollha, leġiżlattivi jew ta' natura oħra, u japplikawhom, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti mit-termini ta' dan ir-Regolament bażiku u tar-Regolament ta' implimentazzjoni u fi ħdan dawn it-termini.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 883/2004

Atikolu 75a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-ispettorati fl-Istati Membri tagħhom.

2.  Sabiex tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati xierqa, bħalma huma l-ispettorati tax-xogħol u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri tagħhom.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25

Regolament (KE) Nru 883/2004

Atikolu 76a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament. Dawk l-atti għandhom jistabbilixxu proċedura li tinkludi l-limiti ta' żmien għal:

1.  Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament u tal-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċedura li għandha tiġi segwita. Dawk l-atti għandhom jistabbilixxu proċedura li tinkludi l-limiti ta' żmien għal:

–  il-ħruġ, il-format u l-kontenuti ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur,

–  il-ħruġ, il-format elettroniku li jkun impossibbli li jiġi ffalsifikat u l-kontenuti, inkluża informazzjoni obbligatorja, ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur u bl-inklużjoni, meta jkun disponibbli, tan-numru tas-sigurtà soċjali Ewropew uniku,

  id-determinazzjoni tas-sitwazzjonijiet li fihom id-dokument għandu jinħareġ,

 

–  l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument jista' jinħareġ,

–  l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument ikun jista' jinħareġ, jiġi rettifikat jew irtirat,

  l-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg.

 

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 79

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

25a.  L-Artikolu 79 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 79

"Artikolu 79

Fondi għal attivitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali

Fondi għal attivitajiet fil-qasam tas-sigurtà soċjali

B'konnessjoni ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament ta' Implimentazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tista' tagħti fondi biex tiffinanzja totalment jew parzjalment:

B'konnessjoni ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea tista' tagħti fondi biex tiffinanzja totalment jew parzjalment:

(a)   attivitajiet maħsuba biex itejbu l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-iskambju elettroniku ta' data;

(a)  attivitajiet maħsuba biex itejbu l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-iskambju elettroniku ta' data, bħal pereżempju sistema ta' netwerking elettroniku tas-sigurtà soċjali;

(b)   kwalunkwe attività oħra maħsuba biex tingħata, bil-mezzi l-aktar xierqa, informazzjoni lill-persuni koperti minn dan ir-Regolament u lir-rappreżentanti tagħhom dwar id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament.

(b)  kwalunkwe attività oħra maħsuba biex tingħata, bil-mezzi l-aktar xierqa, informazzjoni lill-persuni koperti minn dan ir-Regolament u lir-rappreżentanti tagħhom dwar id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn dan ir-Regolament, bħal pereżempju numru tas-sigurtà soċjali Ewropew."

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu -88 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

26a.  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu -88

 

Il-ħruġ u l-irtirar ta' dokumenti portabbli li jiċċertifikaw il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli

 

Il-Kummissjoni għandha, sa [...], tadotta atti delegati skont l-Artikolu 88a, biex tissupplementa l-Artikoli 12 u 13 ta' dan ir-Regolament u l-l-Artikoli 14, 15 u 16 tar-Regolament ta' implimentazzjoni, billi tistabbilixxi proċedura standard dwar:

 

(a)  id-determinazzjoni ta' sitwazzjonijiet fejn id-dokumenti portabbli li jiċċertifikaw il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur, kif imsemmi fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 76a, iridu jinħarġu, jiġu rettifikati jew irtirati; u

 

(b)  l-irtirar ta' tali dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu jkunu kkontestati minħabba raġunijiet ġustifikati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg."

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 88a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 88a

Artikolu 88a

Eżerċizzju tad-delega

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 88 għandha tingħata lill-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-[the date of entry into force of the Regulation (EU) No xxxx].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu -88 u 88 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) xxxx - COD 2016/397]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 88 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli -88 u 88 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm d-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

4.   Qabel l-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.   Qabel l-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

6.  Att delegat skont l-Artikolu 88 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni Ewropea li huma mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat skont l-Artikoli -88 u 88 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni Ewropea li huma mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Anness I – punt 7

Regolament (KE) Nru 883/2004

Anness XII – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

BENEFIĊĊJI GĦALL-KURA FIT-TUL FI FLUS IPPROVDUTI B'DEROGA MILL-ARTIKOLU 35A(1) TAL-KAPITOLU 1

BENEFIĊĊJI GĦALL-KURA FIT-TUL FI FLUS IPPROVDUTI B'DEROGA MILL-ARTIKOLU 33A(1) TAL-KAPITOLU 1

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt -1(ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Premessa 13

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

-1.  Il-premessa 13 hija sostitwita b'dan li ġej:

(13)   Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri u proċeduri sabiex tkun promossal-mobbiltà tal-impjegati u ta' persuni bla impjieg. Il-ħaddiema tal-fruntiera li sabu rwieħhom għal kollox bla impjieg jistgħu jkunu disponibbli għas-servizzi tal-impjieg kemm tal-pajjiż ta' residenza kif ukoll tal-Istat Membru fejn kienu impjegati l-aħħar. Madankollu, għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mill-Istat Membru ta' residenza tagħhom biss.

"(13)   Dan ir-Regolament jipprevedi miżuri u proċeduri sabiex tkun promossa l-mobbiltà tal-impjegati u ta' persuni bla impjieg. Il-ħaddiema tal-fruntiera li sabu rwieħhom għal kollox bla impjieg jistgħu jkunu disponibbli għas-servizzi tal-impjieg kemm tal-pajjiż ta' residenza kif ukoll tal-Istat Membru fejn kienu impjegati l-aħħar. "

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 987/2009

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rikjesti u tweġibiet tad-data huma meħtieġa u proporzjonati għall-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dan ir-Regolament, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data. Ma għandu jkun hemm l-ebda tneħħija awtomatika ta' intitolament ta' benefiċċju li jirriżulta mill-iskambju tad-data, u kwalunkwe deċiżjoni meħuda abbażi tal-iskambju tad-data għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwu kkonċernat jiġifieri, li din tissejjes fuq evidenza suffiċjenti u hija soġġetta għal proċedura ġusta ta' appell.

(26)  Sabiex jitħarsu d-drittijiet tal-persuni kkonċernati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe rikjesti u tweġibiet tad-data huma meħtieġa u proporzjonati għall-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u dan ir-Regolament, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-Protezzjoni tad-Data. L-acquis rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għandu japplika għall-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament. Ma għandu jkun hemm l-ebda tneħħija awtomatika ta' intitolament ta' benefiċċju li jirriżulta mill-iskambju tad-data, u kwalunkwe deċiżjoni meħuda abbażi tal-iskambju tad-data għandha tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwu kkonċernat jiġifieri, li din tissejjes fuq evidenza suffiċjenti u hija soġġetta għal proċedura ġusta ta' appell.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il- moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ea

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(ea) "frodi" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali biex tittieħed azzjoni, sabiex wieħed jikseb jew jirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew biex jevita l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kuntrarju għal-liġi ta' Stat Membru,".

"(ea)  "frodi" "frodi" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali biex tittieħed azzjoni, sabiex wieħed jikseb jew jirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew biex jevita l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kuntrarju għal-liġi ta' Stat Membru skont ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta' implimentazzjoni;"

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta d-drittijiet jew l-obbligi ta' persuna li għaliha japplikaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta' implimentazzjoni ġew stabbiliti jew iddeterminati, l-istituzzjoni kompetenti tista' titlob lill-istituzzjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' żjara li jipprovdi d-data personali dwar dik il-persuna. Ir-rikjesta u kwalunkwe tweġiba għandhom jikkonċernaw informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru kompetenti biex jidentifika kwalunkwe ineżattezza fil-fatti li fuqhom dokument jew deċiżjoni li tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna skont ir-Regolament bażiku jew ir-Regolament ta' implimentazzjoni hija bbażata. Ir-rikjesta tista' ssir wkoll fejn ma jkun l-ebda dubju dwar il-validità jew l-eżattezza tal-informazzjoni li hemm fid-dokument jew li fuqha d-deċiżjoni hija bbażata f'każ partikolari. It-talba għall-informazzjoni u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati.

5.  Meta d-drittijiet jew l-obbligi ta' persuna li għaliha japplikaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta' implimentazzjoni ġew stabbiliti jew iddeterminati, l-istituzzjoni kompetenti tista' titlob lill-istituzzjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' żjara li jipprovdi d-data personali dwar dik il-persuna, skont ir-Regolament (UE) 2016/679. Ir-rikjesta u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu limitati għal informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru kompetenti biex jidentifika kwalunkwe ineżattezza fil-fatti li fuqhom dokument jew deċiżjoni li tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna skont ir-Regolament bażiku jew ir-Regolament ta' implimentazzjoni jkunu bbażati. Ir-rikjesta tista' ssir wkoll fejn ma jkun l-ebda dubju dwar il-validità jew l-eżattezza tal-informazzjoni li hemm fid-dokument jew li fuqha d-deċiżjoni hija bbażata f'każ partikolari. It-talba għall-informazzjoni u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu motivati, meħtieġa u proporzjonati.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 2 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tat-tipi ta' talbiet u tweġibiet tad-data li jistgħu jsiru skont il-paragrafu 5 u l-Kummissjoni Ewropea għandha tagħti lil din il-lista l-pubbliċità neċessarja. Dawk it-talbiet u t-tweġibiet tad-data li ġew elenkati biss għandhom jiġu permessi.

6.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tat-tipi ta' talbiet u tweġibiet tad-data li jistgħu jsiru skont il-paragrafu 5, tidentifika liema entitajiet għandhom ikunu intitolati biex jagħmlu tali talbiet u tistabbilixxi l-proċeduri u s-salvagwardji applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tagħti lil din il-lista l-pubbliċità neċessarja. Dawk it-talbiet u t-tweġibiet tad-data li ġew elenkati biss għandhom jiġu permessi.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta' Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta' persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, u l-evidenza ta' sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi biss jekk it-taqsimiet indikati kollha bħala obbligatorji jimtlew.

1.  Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta' Stat Membru u li juru l-pożizzjoni ta' persuna għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, u l-evidenza ta' sostenn li abbażi tagħha nħarġu d-dokumenti, għandhom jiġu aċċettati mill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħrajn dment li dawn ma jkunux ġew irtirati jew iddikjarati li huma invalidi mill-Istat Membru li fih inħarġu. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu validi biss jekk it-taqsimiet indikati kollha bħala obbligatorji jimtlew.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  F'każ ta' dubju dwar il-validità ta' dokument jew l-eżattezza tal-fatti li fuqha jissejsu, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni emittenti l-kjarifika meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta' dak id-dokument.

2.  F'każ ta' dubju dwar il-validità ta' dokument jew l-eżattezza tal-fatti li fuqha jissejsu, l-istituzzjoni tal-Istat Membru li tirċievi d-dokument għandha titlob mill-istituzzjoni emittenti l-kjarifika meħtieġa u, jekk ikun l-każ, l-irtirar ta' dak id-dokument.

a)  Meta tirċievi tali talba, l-istituzzjoni emittenti għandha tikkonsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, fejn meħtieġ, tirtirah jew tirranġah fi żmien 25 jum ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. Hekk kif jinstab każ mhux konfutabbli ta' frodi mwettaq mill-applikant tad-dokument, l-istituzzjoni emittenti għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument immedjatament u b'effett retroattiv.

a)  Meta tirċievi tali talba, l-istituzzjoni emittenti għandha tikkonsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, fejn meħtieġ, tirtirah jew tirranġah fi żmien 25 jum ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. Hekk kif jinstab każ mhux konfutabbli ta' frodi mwettaq mill-applikant tad-dokument, l-istituzzjoni emittenti għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument immedjatament u b'effett retroattiv.

b)  Jekk l-istituzzjoni emittenti, li tkun kkunsidrat mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument, ma tkunx tista' ssib xi żball, għandha tgħaddi lill-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta l-evidenza kollha ta' sostenn fi żmien 20 jum ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. F'każijiet urġenti, fejn ir-raġunijiet għall-urġenza ġew indikati b'mod ċar fir-rikjesta, din għandha ssir fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta, minkejja li l-istituzzjoni emittenti jista' jkun ma tkunx lestiet id-deliberazzjonijiet tagħha skont is-subparagrafu (a) t'hawn fuq.

b)  Jekk l-istituzzjoni emittenti, li tkun ikkunsidrat mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument, ma tkunx tista' ssib xi żball, għandha tgħaddi lill-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta l-evidenza kollha ta' sostenn fi żmien 25 jum ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. F'każijiet li jkunu urġenti għall-fini tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuna kkonċernata, dan għandu jsir fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta, minkejja li l-istituzzjoni emittenti jista' jkun ma tkunx lestiet id-deliberazzjonijiet tagħha skont is-subparagrafu (a) t'hawn fuq.

c)  Meta l-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta, wara li tkun irċeviet l-evidenza ta' sostenn, jibqagħlha dubji dwar il-validità ta' dokument jew l-eżattezza tal-fatti li fuqhom il-partikolaritajiet li hemm fih issejsu, li l-informazzjoni li fuqha d-dokument kien inħareġ mhix korretta, tista' tippreżenta evidenza f'dan is-sens u tagħmel rikjesta oħra għal kjarifika u, fejn xieraq, l-irtirar ta' dak id-dokument mill-istituzzjoni emittenti skont il-proċedura u l-perjodi ta' żmien stabbiliti hawn fuq.

c)  Meta l-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta, wara li tkun irċeviet l-evidenza ta' sostenn, jibqgħalha dubji dwar il-validità ta' dokument jew l-eżattezza tal-fatti li fuqhom il-partikolaritajiet li hemm fih issejsu, li l-informazzjoni li fuqha d-dokument kien inħareġ mhix korretta, għandha tippreżenta evidenza f'dan is-sens u tagħmel rikjesta oħra għal kjarifika u, fejn xieraq, l-irtirar ta' dak id-dokument mill-istituzzjoni emittenti skont il-proċedura u l-perjodi ta' żmien stabbiliti hawn fuq.

 

ca)  Meta l-istituzzjoni emittenti tonqos milli twieġeb fil-limitu ta' żmien applikabbli msemmi fil-punt (b) u meta jkun hemm dubju dwar il-validità ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali applikabbli għad-detentur jew l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huma bbażati, l-istituzzjoni li tkun qed tagħmel ir-rikjesta għandha tinforma lill-istituzzjoni emittenti b'din is-sitwazzjoni u tista' tirrikjedi depożitu daqs il-kontribuzzjonijiet li l-Istat Membru fejn tkun qed titwettaq l-attività jirċievi, skont l-Artikolu 73(3), jekk il-leġiżlazzjoni ta' dan tal-aħħar tkun applikabbli. Dan id-depożitu għandu jiġi trasferit lura lill-ewwel Stat Membru jekk jiġi ddeterminat li l-persuna kkonċernata tkun soġġetta għal-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Jekk jiġi ddeterminat li l-persuna kkonċernata tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, id-depożitu ttrasferit lil dak l-Istat Membru għandu jitqies għall-finijiet tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 73(3).

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

7a.  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.  Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument tkun ippreżentat it-talba tagħha. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

4.  Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien tliet xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha. L-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex japplikaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-persuni kkonċernati li jirrikorru għall-proċeduri u t-tribunali previsti fil-leġislazzjoni tal-Istati Membri, f'dan ir-Regolament jew fit-Trattati.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu 4a li ġej:

 

"4a.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, meta istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta tkun kisbet evidenza, miġbura matul investigazzjoni ġudizzjarja li tikkostitwixxi evidenza li dokument li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur jew l-akkuratezza tal-fatti li fuqhom huma bbażati jkun inkiseb b'riżultat ta' frodi, hija għandha tirrikjedi lill-istituzzjoni emittenti tirtira jew tirrettifika dak id-dokument fi żmien 25 jum ta' xogħol minn meta tasal ir-rikjesta. L-istituzzjoni emittenti għandha tirtira jew tirrettifika d-dokument b'effett retroattiv. Jekk l-istituzzjoni emittenti tonqos milli tirtira jew tirrettifika d-dokument ikkonċernat skont l-ewwel subparagrafu, l-istituzzjoni li qed tagħmel ir-rikjesta tista' titlob lill-qorti nazzjonali tiddeċiedi jekk id-dokument ikkonċernat jistax jiġi injorat fuq il-bażi ta' frodi."

Ġustifikazzjoni

.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

7c.  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet konċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha tqajmet id-differenza ta' fehmiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

"3.   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet konċernati fi żmien tliet xhur minn meta tqum id-differenza fl-opinjonijiet, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha tqajmet id-differenza ta' fehmiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha."

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7d.  Fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.   Il-kalkolu provviżorju ta' benefiċċju jew ta' kontribuzzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard minn xahar wara li tkun tressqet ir-rikjesta mill-persuna kkonċernata."

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

7e.  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta' persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta' interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta' evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:

"1.  Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta' persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom, sa mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tqum id-differenza ta fehmiet, jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta' interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta' evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:"

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, "persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi allokata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor" għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tiġi stazzjonata jew tintbagħat fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jkun bagħatha skont it-Titolu II tar-Regolament bażiku.

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, "persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor" għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tiġi stazzjonata jew tintbagħat fi Stat Membru ieħor, sakemm, immedjatament qabel il-bidu tal-impjieg tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li jkun bagħatha skont it-Titolu II tar-Regolament bażiku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintegra l-kriterji żviluppati sabiex jiddefinixxu attività sostanzjali fid-Direttiva 2014/67/KE.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 14 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk" għandhom jirriferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet purament interni ta' ġestjoni, fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita, b'kont meħud tal-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull min iħaddem u għan-natura vera tal-attivitajiet imwettqa.

"2.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk" għandhom jirreferu għal persuna li tħaddem li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali. Sabiex jiġi determinat jekk impriża twettaqx attivitajiet sostanzjali b'mod ġenwin, minbarra attivitajiet purament interni ta' ġestjoni u/jew amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni ġenerali tal-elementi fattwali kollha li jikkaratterizzaw dawk l-attivitajiet, filwaqt li jqisu skadenza ta' żmien usa', imwettqa minn impriża fl-Istat Membru ta' stabbiliment. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu, b'mod partikolari:

 

(a)  il-post fejn l-impriża għandha l-uffiċċju rreġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, tokkupa l-ispazju ta' uffiċċju, tħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u, fejn ikun applikabbli, skont il-liġi nazzjonali għandha l-liċenzja professjonali jew hija rreġistrata mal-kamra tal-kummerċ jew korpi professjonali;

 

(b)  il-post fejn jiġu reklutati l-ħaddiema u li minnu jintbagħtu;

 

(c)  il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha, minn naħa waħda, u mal-klijenti tagħha, min-naħa l-oħra;

 

(d)  il-post fejn l-impriża twettaq l-attività ta' negozju sostanzjali tagħha u fejn timpjega persunal amministrattiv;

 

(e)  l-għadd ta' kuntratti mwettqa u/jew id-daqs ta' fatturat imwettaq fl-Istat Membru ta' stabbiliment, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika ta', fost l-oħrajn, impriżi li għadhom kif ġew stabbiliti u SMEs."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintegra l-kriterji żviluppati sabiex jiddefinixxu attività sostanzjali fid-Direttiva 2014/67/KE.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha" għandhom jirriferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perijodu ta' attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna.

"3. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, il-kliem "li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha" għandhom jirreferu għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju tal-Istat Membru li fih tali persuna tkun stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq attività suffiċjenti għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu, matul kwalunkwe perjodu ta' attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli tissodisfa, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintegra l-kriterji żviluppati sabiex jiddefinixxu attività sostanzjali fid-Direttiva 2014/67/KE.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ac (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ac)  il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 4:

 

"4a.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 12(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, "vjaġġ ta' negozju" tfisser attività temporanja relatata mal-interessi tan-negozju tal-impjegatur, li ma tinkludix l-għoti ta' servizzi jew il-forniment ta' prodotti, bħall-attendenza għal laqgħat ta' negozju interni u esterni, l-attendenza ta' konferenzi u seminars, in-negozjar ta' ftehimiet kummerċjali, it-twettiq ta' attivitajiet ta' bejgħ jew kummerċjalizzazzjoni, it-twettiq ta' awditi interni jew tal-klijenti, l-esplorazzjoni ta' opportunitajiet ta' negozju, jew l-attendenza u r-riċeviment ta' taħriġ."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintegra l-kriterji żviluppati sabiex jiddefinixxu attività sostanzjali fid-Direttiva 2014/67/KE.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 14 – paragrafu 8a (ġdid))

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8:

 

"8a.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, l-akbar sehem tal-attivitajiet ta'xogħol tagħha għandu jiġi ddeterminat bit-tqabbil tas-sigħat medji ta' kull ġimgħa maħduma f'kull Stat Membru fejn il-persuna twettaq attività."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintegra l-kriterji żviluppati sabiex jiddefinixxu attività sostanzjali fid-Direttiva 2014/67/KE.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt bb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 14 – paragrafu 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  Il-paragrafu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

10.  Sabiex tiġi determinata l-leġislazzjoni applikabbli taħt il-paragrafi 7 u 8, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni proġettata għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin.

"10.  Id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku għandha tapplika għal perjodu massimu ta' 24 xahar. Ladarba jiskadi dan il-perjodu, il-leġiżlazzjoni applikabbli għandha tiġi evalwata mill-ġdid fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-impjegat."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintegra l-kriterji żviluppati sabiex jiddefinixxu attività sostanzjali fid-Direttiva 2014/67/KE.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 8a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 15 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

8a.   Fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Artikolu 16 tar-Regolament implimentattiv, fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li m'huwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta' persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġislazzjoni, kull meta ikun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) ta' dan ir-Regolament ta' implimentazzjoni lill-persuna kkonċernata u għandha mingħajr dewmien tagħmel disponibbli informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli lil dik il-persuna, skont l-Artikolu 11(3)(b) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, disponibbli lill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih qed titwettaq l-attività.

"1.  Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Artikolu 16 tar-Regolament implimentattiv, fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru jew f'iktar minn Stat Membru wieħed li mhux l-Istat Membru kompetenti skont it-Titolu II tar-Regolament bażiku, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta' persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġislazzjoni, minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha mingħajr dewmien tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġislazzjoni li tkun applikabbli għall-persuna kkonċernata, skont l-Artikoli 11(3)(b), l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, disponibbli għall-persuna kkonċernata u għall-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività.

 

 

 

1a.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta' persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġislazzjoni, minn qabel.

 

Sakemm l-attività mwettqa kkonċernata ma tikkonċernax vjaġġ ta' negozju, dik l-istituzzjoni kompetenti għandha, fi żmien 20 jum ta' xogħol minn dik in-notifika, tagħmel dan kollu li ġej:

 

(a)  tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet biex tkompli tapplika l-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru rilevanti humiex issodisfati;

 

(b)  toħroġ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta' implimentazzjoni lill-persuna kkonċernata;

 

(c)  tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ħaddiem jew għall-persuna li taħdem għal rasha, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, disponibbli għall-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività.

 

Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, l-istituzzjoni kompetenti notifikata għandha tikkomunika mhux biss ir-riżultati, iżda d-dettalji kollha tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu.

 

Meta l-istituzzjoni kompetenti notifikata tonqos milli tagħmel dik il-valutazzjoni disponibbli għall-istituzzjoni tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, hija għandha tħallas tariffa ta' kuljum li tkun daqs il-kontribuzzjonijiet li dan tal-aħħar jirċievi kieku kellha tapplika l-leġiżlazzjoni tal-istituzzjoni kompetenti notifikata.

 

Matul il-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, il-ħaddiem jew il-persuna li taħdem għal rasha kkonċernata għandha tibqa' soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fl-istituzzjoni kompetenti notifikata.

 

Meta, wara l-valutazzjoni msemmija fil-punt (a) tat-tieni subparagrafu, jitqies li l-ħaddiem jew il-persuna li taħdem għal rasha huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn titwettaq l-attività, il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat Membru għandha tkun applikabbli b'mod retroattiv u l-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu rimborżati u mħallsa skont dan."

 

 

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a.  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15a

 

Il-kunsinna tal-attestazzjoni

 

1.  Sabiex tiġi żgurata l-kunsinna f'waqtha tal-attestazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(2), il-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attestazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(2) jinħarġu lill-persuni kkonċernati u lill-impjegaturi b'mod elettroniku.

 

_________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1)."

Ġustifikazzjoni

Sa issa, mhux l-Istati Membri kollha qegħdin joħorġu l-formoli PDA1 b'mod elettroniku, u lanqas qegħdin jipprovduhom lill-Istat Membru riċeventi fil-ħin. Dan iwassal għal dewmien, li jfisser piż fuq iċ-ċittadini u l-impjegaturi kkonċernati. Bil-għan li jrawmu l-moviment liberu u jtejbu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali, jenħtieġ li l-Istati Membri joħorġu d-dokument b'mod elettroniku. Għall-kooperazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-IMI, li hija żviluppata eżattament bl-iskop li żżid il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet transkonfinali.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 16 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk dik l-istituzzjoni tiddetermina li l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor hija applikabbli, hija għandha tagħmel dan b'mod provviżorju u għandha tinforma mingħajr dewmien lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li hi tikkunsidra bħala kompetenti b'din id-deċiżjoni provviżorja. Id-deċiżjoni għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn wara li l-istituzzjoni nominata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun ġiet infurmata dwarha, sakemm din l-istituzzjoni tal-aħħar tinforma lill-ewwel istituzzjoni u lill-persuni kkonċernati li għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni provviżorja jew li għandha opinjoni differenti dwar dan.

3.  Jekk dik l-istituzzjoni tiddetermina li l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor hija applikabbli, hija għandha tagħmel dan b'mod provviżorju u għandha tinforma mingħajr dewmien lill-istituzzjoni tal-Istat Membru li hi tikkunsidra bħala kompetenti b'din id-deċiżjoni provviżorja. Id-deċiżjoni għandha ssir definittiva fi żmien xahrejn wara li l-istituzzjoni nominata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun ġiet infurmata dwarha, sakemm din l-istituzzjoni tal-aħħar tinforma lill-ewwel istituzzjoni u lill-persuni u lill-impjegatur ikkonċernati li għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni provviżorja jew li għandha opinjoni differenti dwar dan.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 16 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija determinata bħala applikabbli jew b'mod provviżorju jew b'mod definittiv għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuna kkonċernata u/jew lill-impjegatur tagħha.

5.  L-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija determinata bħala applikabbli jew b'mod provviżorju jew b'mod definittiv għandha tinforma mingħajr dewmien lill-persuna kkonċernata u lill-impjegatur tagħha.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għandha tiġi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tat-taxxa tal-Istati konċernati; din tista' tinkludi l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet barra mill-eżerċizzju jew l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi legali rilevanti fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi dwar it-tassazzjoni. Dettalji oħra għandhom jiġu stipulati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

4.  Meta jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għandha tiġi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tat-taxxa tal-Istati konċernati, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tal-privatezza; din tista' tinkludi l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet barra mill-eżerċizzju jew l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament bl-iskop uniku li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi legali rilevanti fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi dwar it-tassazzjoni. L-awtoritajiet responsabbli mid-data tas-sigurtà soċjali għandhom jinfurmaw lis-soġġetti tad-data bit-trażmissjoni ta' dik id-data lil korp amministrattiv pubbliku ieħor u bl-iskop(ijiet) tal-ipproċessar ulterjuri, b'konformità mal-prinċipju ta' pproċessar ġust stabbilit fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-punt (a) tal-Artikolu 5(l) tar-Regolament (UE) Nru 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. L-awtoritajiet li jirċievu d-data tas-sigurtà soċjali għandhom jinfurmaw lis-soġġetti tad-data bl-identità tagħhom, l-iskop(ijiet) tal-ipproċessar u l-kategoriji ta' data pproċessata b'konformità mal-Artikolu 11(1)(a), (b) u (c) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 679/2016. Dettalji oħra għandhom jiġu stipulati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

 

_____________

 

1a Id-Direttiva 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

1b Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-osservazzjonijiet tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 20 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

11a.  Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   L-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru, li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha din il-leġislazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-prinċipal jew prinċipali tagħha jkunu obbligati jħallsu taħt din il-leġislazzjoni.

"1.   L-istituzzjonijiet relevanti għandhom jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru, li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi stabbilita d-data li fiha din il-leġislazzjoni ssir applikabbli u l-kontribuzzjonijiet li dik il-persuna u l-prinċipal jew prinċipali tagħha jkunu obbligati jħallsu taħt din il-leġislazzjoni u d-Direttiva 96/71/KE għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet abbażi tar-remunerazzjoni mħallsa."

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 20a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12.  L-Artikolu 20a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 20:

imħassar

"Artikolu 20a

 

Setgħa biex jiġu adottati atti ta' implimentazzjoni

 

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku. Dawk l-atti għandhom jistabbilixxu proċedura li tinkludi l-limiti ta' żmien għal:

 

  il-ħruġ, il-format u l-kontenuti ta' dokument portabbli li jiċċertifika l-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur,

 

  id-determinazzjoni tas-sitwazzjonijiet li fihom id-dokument għandu jinħareġ,

 

  l-elementi li għandhom jiġu vverifikati qabel ma d-dokument jista' jinħareġ,

 

  l-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg.

 

2. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/201154.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kummissjoni Amministrattiva, li għandha tkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011"

 

_________________________________

 

54 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13-18.

 

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Titolu III – Kapitolu 1 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Benefiċċji tal-mard, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità, u benefiċċji tal-kura fit-tul.

Benefiċċji tal-mard, tal-kura fit-tul, tal-maternità u benefiċċji ekwivalenti tal-paternità.

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 22 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

13a.  Fl-Artikolu 22, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

 

1.  L-awtoritajiet jew istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' benefiċċji in natura meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fit-territorju ta' Stat Membru divers minn dak tal-istituzzjoni kompetenti.

1.  L-awtoritajiet jew istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' benefiċċji in natura meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fit-territorju ta' Stat Membru divers minn dak tal-istituzzjoni kompetenti. Sabiex tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-kura fit-tul, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli informazzjoni dwar liema istituzzjonijiet huma responsabbli għal liema tip ta' benefiċċju f'kull Stat Membru.

 

 

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 23 – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14.  Fl-aħħar tal-Artikolu 23 tiżdied is-sentenza li ġejja:

imħassar

"Din id-dispożizzjoni tapplika mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul."

 

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 23

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

14a.  L-Artikolu 23 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 23

"Artikolu 23

Skema applikabbli fil-każ ta' aktar minn skema waħda fl-Istat Membru ta' residenza jew taż-żjara

Skema applikabbli fil-każ ta' aktar minn skema waħda fl-Istat Membru ta' residenza jew taż-żjara

Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza jew taż-żjara tinkludi iktar minn skema waħda ta' assigurazzjoni marbuta mal-mard, assigurazzjoni ta' maternità u ta' paternità għal aktar minn kategorija waħda ta' persuni assigurati, id-dispożizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 17, 19(1), 20, 22, 24 u 26 tar-Regolament bażiku għandhom ikunu dawk tal-leġislazzjoni dwar l-iskema ġenerali għal persuni impjegati.

Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta' residenza jew taż-żjara tinkludi iktar minn skema waħda ta' assigurazzjoni marbuta mal-mard, mal-kura fit-tul, mal-maternità u mal-paternità għal aktar minn kategorija waħda ta' persuni assigurati, id-dispożizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 17, 19(1), 20, 22, 24 u 26 tar-Regolament bażiku għandhom ikunu dawk tal-leġislazzjoni dwar l-iskema ġenerali għal persuni impjegati."

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 24 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

15.  Fl-Artikolu 24(3), it-terminu "u 26" jinbidel b'", 26 u 35a"

imħassar

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 25 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

15a.  fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta lil min jipprovdi l-kura tas-saħħa fl-Istat Membru taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tagħha li jindika l-intitolament tagħha għal benefiċċji in natura. Jekk il-persuna assigurata m'għandhiex dokument bħal dan, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara, fuq talba jew jekk meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb dokument bħal dan.

"1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta lil min jipprovdi l-kura tas-saħħa jew il-kura fit-tul fl-Istat Membru taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tagħha li jindika l-intitolament tagħha għal benefiċċji in natura. Jekk il-persuna assigurata m'għandhiex dokument bħal dan, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara, fuq talba jew jekk meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb dokument bħal dan."

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 25 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

15b.  Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Il-benefiċċji in natura msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku għandhom jirriferu għall-benefiċċji in natura li jkunu provduti fl-Istat Membru taż-żjara, konformement mal-leġislazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi medika bil-ħsieb li jiġi prevenut li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanata, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura li teħtieġ.

"3.  Il-benefiċċji in natura msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku għandhom jirreferu għall-benefiċċji in natura li jkunu provduti fl-Istat Membru taż-żjara, konformement mal-leġislazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi medika jew minħabba l-ħtieġa ta' kura fit-tul bil-ħsieb li jiġi prevenut li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanata, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura fit-tul jew il-kura li teħtieġ."

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 26

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

15c.  L-Artikolu 26 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 26

"Artikolu 26

Kura ppjanata

Kura ppjanata

A. Proċedura ta' awtorizzazzjoni

A. Proċedura ta' awtorizzazzjoni

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura ppjanata; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta' residenza jitħallsu lura abbażi ta' ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

1.  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura fit-tul jew tal-kura ppjanata; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta' residenza jitħallsu lura abbażi ta' ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

2.  Jekk persuna assigurata ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti, hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien. F'dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tiċċertifika f'dikjarazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti fl-Istat Membru ta' residenza. L-istituzzjoni kompetenti tista' tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku ma jkunux sodisfatti fl-Istat Membru ta' residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista' tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli, b'kont meħud tal-istat attwali tas-saħħa u l-kors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata. L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bid-deċiżjoni tagħha. Fl-assenza ta' tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.

2.  Jekk persuna assigurata ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti, hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien. F'dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tiċċertifika f'dikjarazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti fl-Istat Membru ta' residenza. L-istituzzjoni kompetenti tista' tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta' residenza, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku ma jkunux issodisfati fl-Istat Membru ta' residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura jew kura fit-tul tista' tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli jew abbażi ta' ħtieġa ta' kura fit-tul, b'kont meħud tal-istat attwali tas-saħħa jew tal-ħtieġa ta' kura u l-kors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata. L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bid-deċiżjoni tagħha. Fl-assenza ta' tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.

3.  Jekk persuna assigurata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura meħtieġa urġenti u vitali u l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi miċħuda, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza f'isem l-istituzzjoni kompetenti li għandha tiġi informata immedjatament mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza. L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta l-konklużjonijiet u l-għażliet ta' kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni relatata mal-bżonn ta' kura meħtieġa urġenti u vitali.

3.  Jekk persuna assigurata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura meħtieġa urġenti u vitali u l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi miċħuda, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza f'isem l-istituzzjoni kompetenti li għandha tiġi informata immedjatament mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza. L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta l-konklużjonijiet u l-għażliet ta' kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni relatata mal-bżonn ta' kura meħtieġa urġenti u vitali.

4.  Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata permezz ta' tabib tal-għażla tagħha stess fl-Istat Membru taż-żjara jew ta' residenza.

4.  Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata, f'każ tal-ħtieġa ta' kura fit-tul, permezz ta' tabib jew espert tal-għażla tagħha stess fl-Istat Membru taż-żjara jew ta' residenza.

5.  L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher medikament xieraq li tiġi ssupplimentata il-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti.

5.  L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher xieraq, fuq bażi medika jew b'rabta mal-ħtieġa ta' kura, li tiġi ssupplimentata il-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti.

B.  Il-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura li jkunu saru mill-persuna assigurata.

B.  Il-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura li jkunu saru mill-persuna assigurata.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(4) u (5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

6.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(4) u (5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

7.  Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata, hi nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew lill-persuna assigurata taħt il-paragrafu 6 (spiża reali) huwa aktar baxx mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallasha lura, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sal-ammont tad-differenza li biha l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma mħallsa lura ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista' jieħu kont tal-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti.

7.  Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata, hi nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew lill-persuna assigurata taħt il-paragrafu 6 (spiża reali) huwa aktar baxx mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallasha lura, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sal-ammont tad-differenza li biha l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma mħallsa lura ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista' jieħu kont tal-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti.

C. Il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara bħala parti mill-kura ppjanata.

C.  Il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara bħala parti mill-kura ppjanata.

8.  Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara li jkunu inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, dawn l-ispejjeż għall-persuna kkonċernata u, jekk meħtieġ, għall-persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din l-istituzzjoni fejn tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta' kura fi Stat Membru ieħor.

8.  Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara li jkunu inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, dawn l-ispejjeż għall-persuna kkonċernata u, jekk meħtieġ, għall-persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din l-istituzzjoni fejn tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta' kura fi Stat Membru ieħor.

D. Membri tal-familja

D.  Membri tal-familja

9.  Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

9.  Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata."

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 16

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 28 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  Fl-Artikolu 28(1), wara t-terminu "skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku", jiżdied dan it-terminu li ġej "skont l-Artikolu 35a tiegħu".

imħassar

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 31 – titolu u paragrafi 1 u 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17.  L-Artikolu 31 jiġi emendat kif ġej:

imħassar

(c)  It-titlu jinbidel b'dan it-titlu li ġej:

 

"L-applikazzjoni tal-Artikolu 35b tar-Regolament bażiku; "

 

(d)  Fil-paragrafu 1, it-terminu "l-Artikolu 34" jinbidel b'"l-Artikolu 35b";

 

(e)  Fil-paragrafu 2, it-terminu "l-Artikolu 34(2)" jinbidel b'"l-Artikolu 35a(2)".

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 35b huwa mħassar.

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 32 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

17a.  Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Meta persuna jew grupp ta' persuni jiġu eżentati fuq talba mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard u dawn il-persuni għalhekk ma jkunux koperti minn skema ta' assigurazzjoni kontra l-mard li għaliha japplika r-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor m'għandhiex, minħabba din l-eżenzjoni biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membru tal-familja tagħhom taħt it-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku.

"1.  Meta persuna jew grupp ta' persuni jiġu eżentati fuq talba mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard jew għall-kura fit-tul u dawn il-persuni għalhekk ma jkunux koperti minn skema ta' assigurazzjoni kontra l-mard jew għall-kura fit-tul li għaliha japplika r-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor m'għandhiex, minħabba din l-eżenzjoni biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membru tal-familja tagħhom taħt it-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku."

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 32 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

18.  Fl-Artikolu 32, il-paragrafu 4 li ġej jiżdied wara l-paragrafu 3:

imħassar

"4.  Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għall-benefiċċji tal-kura fit-tul."

 

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 21

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 55 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

21.  Fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 55, it-terminu "l-Artikolu 65a(3)" jinbidel b'"l-Artikolu 64a u l-Artikolu 65a(3)"

imħassar

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 55a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

22.  L-Artikolu 55a li ġej jiddaħħal wara l-Artikolu 55:

imħassar

"Artikolu 55a

 

Obbligu tas-servizz tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-aktar assigurazzjoni reċenti

 

Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(2) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-Istat Membru tal-aktar assigurazzjoni riċenti għandha immedjatament tibgħat dokument lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni preċedenti li fih: id-data li fiha l-persuna kkonċernata spiċċat qiegħda, il-perjodu tal-assigurazzjoni, tal-impjieg jew tal-impjieg indipendenti komplut skont il-leġiżlazzjoni tagħha, iċ-ċirkostanzi rilevanti tal-qgħad li x'aktarx taffettwa l-intitolament għall-benefiċċji, id-data tar-reġistrazzjoni bħala persuna qiegħda u l-indirizz tagħhom."

 

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 24

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Titolu VI – Kapitolu 1 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

24.  Il-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jingħata isem ġdid kif ġej:

imħassar

"KAPITOLU I

 

Rimborż tal-ispiża tal-benefiċċji fl-applikazzjoni tal-Artikolu 35, 35c u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku"

 

Ġustifikazzjoni

Ma hija meħtieġa l-ebda bidla fit-titolu minħabba li l-Artikolu 35c tħassar (LTC)

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 65 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-ammont tal-ispiża medja annwali għal kull persuna f'kull grupp ta' età għandu jkun notifikat lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena in kwistjoni.

1.  L-ammont tal-ispiża medja annwali għal kull persuna f'kull grupp ta' età għandu jkun notifikat lill-Bord tal-Verifika sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena wara s-sena inkwistjoni, bil-benefiċċji tal-mard indikati separatament mill-benefiċċji tal-kura fit-tul in natura.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-ispejjeż għall-benefiċċji tal-mard u tal-kura fit-tul in natura jiġu indikati separatament fil-kalkolu tal-ispiża medja annwali, sabiex b'hekk l-Istat debitur ikun jista' jaqsam l-ispejjeż b'mod aktar faċli.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 66 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

26a.  Fl-Artikolu 66, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Il-ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, previsti fl-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku, għandu jsir permezz tal-korp ta' kollegament. Jista' jkun hemm korp ta' kollegament separat għall-ħlas lura taħt l-Artikolu 35 u l-Artikolu 41 tar-Regolament bażiku.

"2.  Il-ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri, previsti fl-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku, għandu jsir permezz tal-korp ta' kollegament. Jista' jkun hemm korp ta' kollegament separat għall-ħlas lura taħt l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku. It-talbiet reċiproċi għandhom jiġu paċuti bejn il-korpi ta' kollegament. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti dettaljati għal tali tpaċija. "

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02009R0987-20170411&from=EN)

Ġustifikazzjoni

Sabiex tinżamm il-fiduċja fil-prinċipju tal-kooperazzjoni leali u tiġi ssodisfata l-vijabbiltà ekonomika tal-ibbaġitjar kif mitlub mill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, jenħtieġ li tiġi introdotta l-possibbiltà ta' tpaċija. In-numru ta' tranżazzjonijiet ta' ħlas jitnaqqas minħabba li huma biss l-ammonti żejda li jitħallsu internazzjonalment.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 67

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

26b.  L-Artikolu 67 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 67

"Artikolu 67

Skadenzi għall-introduzzjoni u ħlas ta' talbiet

Skadenzi għall-introduzzjoni u ħlas ta' talbiet

1.   Talbiet ibbażati fuq nefqa reali għandhom ikunu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta' nofs is-sena kalendarja li matulha dawk it-talbiet ġew reġistrati fil-kontijiet tal-istituzzjoni kreditriċi.

1.  Talbiet ibbażati fuq nefqa reali għandhom ikunu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur fi żmien 12-il xahar mit-tmiem ta' nofs is-sena kalendarja li matulha dawk it-talbiet ġew reġistrati fil-kontijiet tal-istituzzjoni kreditriċi. It-talbiet għandhom jiġu ssodisfati fi żmien sitt xhur minn meta jiġu introdotti lill-korp ta' kollegament.

2.  Talbiet għal ammonti fissi għal sena kalendarja għandhom ikunu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur fil-perijodu ta' 12 il-xhar wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inventarji msemmija fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament implimentattiv għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza.

2.  Talbiet għal ammonti fissi għal sena kalendarja għandhom ikunu introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur fil-perjodu ta' 12 il-xhar wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata kienu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-inventarji msemmija fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament implimentattiv għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza.

3.  Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament implimentattiv, l-iskadenza stabbilita fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu m'għandhiex tibda qabel ma tkun ġiet identifikata l-istituzzjoni kompetenti.

3.  Il-perjodu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux jibda qabel id-data li fiha l-istituzzjoni kreditriċi ssir taf bit-talba tal-istituzzjoni debitriċi. Jistgħu jiġu introdotti talbiet għall-perjodi ta' benefiċċji ta' mhux aktar mill-perjodu preċedenti ta' ħames snin kalendarji. L-introduzzjoni ta' talbiet lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur għandha tkun deċiżiva.

4.  It-talbiet introdotti wara t-termini perentorji speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx ikunu kkunsidrati.

4.  It-talbiet introdotti wara t-termini perentorji speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx ikunu kkunsidrati.

5.  It-talbiet għandhom jitħallsu lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru kreditur imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolament implimentattiv mill-istituzzjoni debitriċi fi żmien 18-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur. Dan ma japplikax għat-talbiet li l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni relevanti f'dak il-perijodu.

5.  It-talbiet għandhom jitħallsu lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru kreditur imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolament ta' implimentazzjoni mill-istituzzjoni debitriċi fi żmien 12-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur. Dan ma għandux japplika għat-talbiet li l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni relevanti f'dak il-perjodu. Il-korp ta' kollegament tal-Istat Membru kreditur għandu jwieġeb għal ċaħda bħal din fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tax-xahar li matulu tkun waslet iċ-ċaħda. Fin-nuqqas ta' tali tweġiba, iċ-ċaħda għandha titqies li ġiet aċċettata.

6.  Kwalunkwe disputa dwar talba għandha tkun risolta, l-aktar tard, f'36 xahar wara x-xahar li fih ġiet introdotta t-talba.

6.  Kwalunkwe disputa dwar talba għandha tkun risolta, l-aktar tard, f'36 xahar wara x-xahar li fih ġiet introdotta t-talba.

7.  Il-Bord ta' Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f'każijiet fejn ma tistax tintlaħaq soluzzjoni fil-perijodu stabbilit fil-paragrafu 6, u, fuq talba raġunata minn waħda mill-partijiet, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar disputa fi żmien sitt xhur wara x-xahar li fih il-kwistjoni ġiet referuta lilu.

7.  Il-Bord ta' Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f'każijiet fejn ma tistax tintlaħaq soluzzjoni fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu 6, u, fuq talba motivata minn waħda mill-partijiet, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar disputa fi żmien disa' xhur wara x-xahar li fih il-kwistjoni ġiet referuta lilu. Il-Bord ta' Verifika għandu jirċievi t-talba sa mhux aktar tard minn disa' xhur wara l-iskadenza tal-perjodu stabbilit fil-paragrafu 6.

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 68 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

26c.  Fl-Artikolu 68, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  L-imgħax għandu jiġi kalkulat abbażi tar-rata ta' referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' refinanzjament. Ir-rata ta' referenza applikabbli hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas ikun dovut.

2.  L-imgħax għandu jiġi kkalkulat abbażi tar-rata ta' referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta' refinanzjament b'żieda ta' tmien punti perċentwali. Ir-rata ta' referenza applikabbli hija dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas ikun dovut.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 70

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

27.  L-Artikolu 70 jitħassar.

imħassar

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 73 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk l-ammont ta' kontribuzzjonijiet imħallsin bi żball jeċċedi l-ammont li l-persuna ġuridika u/jew fiżika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, l-istituzzjoni li rċeviet bi żball il-kontribuzzjonijiet għandha tħallas lura l-ammont eċċessiv lill-persuna ġuridika u/jew fiżika kkonċernata.

Jekk l-ammont ta' kontribuzzjonijiet imħallsin bi żball jeċċedi l-ammont li l-persuna ġuridika u/jew fiżika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, l-istituzzjoni li rċeviet bi żball il-kontribuzzjonijiet għandha tħallas lura l-ammont eċċessiv lill-persuna ġuridika u/jew fiżika kkonċernata b'konformità mal-liġi nazzjonali.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 73 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-eżistenza ta' limiti ta' żmien skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhiex tkun raġuni valida għar-rifjut biex jitħallsu t-talbiet bejn l-istituzzjonijiet skont dan l-Artikolu.

4.  L-eżistenza ta' limiti ta' żmien u proċeduri ta' applikazzjoni skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma għandhiex tkun raġuni valida għar-rifjut biex jitħallsu t-talbiet bejn l-istituzzjonijiet skont dan l-Artikolu.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 29

Regolament 987/2009/KE

Artikolu 75 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.   L-Istat Membru fejn tirrisjedi jew toqgħod attwalment il-persuna kkonċernata mir-rifużjoni tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, għandu jinforma lill-Istat Membru li jrid jagħmel ir-rifużjoni dwar l-eżitu tar-rifużjoni fi żmien 25 jum ta' xogħol.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 76 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-parti rikjesta għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta tirċievi tali talba.

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 31 – punt b

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 77 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-parti rikjesta għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta tirċievi tali talba.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 32 – punt d

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 78 – paragrafi 6a, 6b u 6c (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Jekk il-valuta tal-parti rikjesta tkun differenti mill-valuta tal-parti applikanti, l-awtorità applikanti għandha tesprimi l-ammont tat-talba li għandha tiġi rkuprata fiż-żewġ valuti.

 

6b.  Ir-rata tal-kambju li għandha tintuża għall-fini tal-għajnuna ta' rkupru għandha tkun l-aħħar rata tal-kambju ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel ma tintbagħat it-talba.

 

6c.  Il-parti rikjesta għandha tirrikonoxxi li rċeviet it-talba mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, fi żmien 15-il jum kalendarju minn meta tirċievi tali talba.

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 33

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 79 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Jista' jinħareġ strument uniformi uniku li jippermetti l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti rikjesta fir-rigward ta' diversi talbiet u diversi persuni, li jikkorrispondi għall-istrument jew l-istrumenti inizjali li jippermettu l-infurzar fl-Istat Membru tal-parti applikanti.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 34 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 80 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  Irrispettivament minn kwalunkwe ammont miġbur mill-parti rikjesta permezz tal-imgħax irkuprat, talba għandha titqies bħala li ġiet irkuprata fi proporzjon mal-irkupru tal-ammont espress fil-valuta nazzjonali tal-Istat Membru tal-parti rikjesta abbażi tar-rata tal-kambju msemmija fit-talba."

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 35 – punt d

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 81 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Sabiex tikkonverti l-ammont tat-talba li jirriżulta minn aġġustament fil-valuta tal-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-parti applikanti għandha tuża r-rata tal-kambju li ntużat fit-talba inizjali tagħha.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 85a – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bi qbil bejn il-parti applikanti u l-parti rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-parti rikjesta, uffiċjali awtorizzati mill-parti applikanti jistgħu, bil-ħsieb li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f'din it-Taqsima:

1.  Bi qbil bejn il-parti applikanti u l-parti rikjesta u skont l-arranġamenti stabbiliti mill-parti rikjesta, uffiċjali u dawk fil-kariga responsabbli awtorizzati mill-parti applikanti jew mill-Awtorità Ewropea tax-Xogħol jistgħu, bil-ħsieb li jippromwovu l-assistenza reċiproka prevista f'din it-Taqsima:

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 85a – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  jkunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru tal-parti rikjesta;

b)  ikunu preżenti waqt l-inkjesti amministrattivi li jitwettqu fit-territorju tal-Istat Membru tal-parti rikjesta u/jew il-parti applikanti;

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 39

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Atikolu 85a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sakemm dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista' jipprevedi li l-uffiċjali tal-Istat Membru tal-parti applikanti jistgħu jintervistaw l-individwi u jeżaminaw ir-reġistri.

2.  Sakemm dan ikun permess mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1(b) jista' jipprevedi li l-uffiċjali jew dawk fil-kariga responsabbli tal-Istat Membru tal-parti applikanti u, jekk ikun meħtieġ, tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol, jistgħu jintervistaw l-individwi u jeżaminaw ir-reġistri.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 40 – punt b

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 87 – paragrafu 6 – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, jekk l-istituzzjoni li ntalbet twettaq il-kontroll tuża wkoll is-sejbiet għall-għoti tal-benefiċċji lill-persuna kkonċernata skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, ma għandhiex titlob l-ispejjeż imsemmija fis-sentenza preċedenti.

Madankollu, jekk l-istituzzjoni li ntalbet twettaq il-kontroll tuża wkoll is-sejbiet għall-għoti tal-benefiċċji fuq kont proprju tagħha lill-persuna kkonċernata skont il-leġiżlazzjoni li tapplika, ma għandhiex titlob l-ispejjeż imsemmija fis-sentenza preċedenti.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li huwa biss f'każijiet fejn l-istituzzjoni rikjesta tuża wkoll is-sejbiet għall-għoti tal-benefiċċji fuq kont proprju tagħha lill-persuna kkonċernata li hija ma għandhiex titlob l-ispejjeż imsemmija. F'każijiet fejn l-istituzzjoni taż-żjara tuża s-sejbiet sabiex tipprovdi benefiċċji f'isem l-istituzzjoni kompetenti, l-ammont effettiv tal-ispiża tal-kontrolli għandu jiġi rimborżat.

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 40a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009.

Artikolu 89 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

40a.  Fl-Artikolu 89, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.   L-istituzzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli għaċ-ċittadini, fuq talba, kopja tal-fajl personali tagħhom, flimkien ma' informazzjoni konċiża u mfassla apposta dwar ir-regoli li jiddeterminaw l-awtoritajiet kompetenti u d-drittijiet u l-intitolamenti tagħhom skont ir-Regolament bażiku u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni."

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-punt 9a tal-Artikolu 2 [li jdaħħal l-Artikolu 15a ġdid fir-Regolament (KE) 987/2009] għandu jkun applikabbli minn ... [5 snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament - COD2016/0397].

(1)

  ĠU C 345, 13.10.2017, p. 85.

(2)

  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 65.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-reviżjoni proposta mill-Kummissjoni għandha l-għan li tiffavorixxi l-mobbiltà tal-persuni sabiex jiġi evitat li l-individwi jitilfu d-drittijiet tagħhom meta jiċċaqalqu minn pajjiż għal ieħor fl-Ewropa (fl-UE, l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera) u tiżgura l-kontinwità tas-sigurtà soċjali tagħhom meta dawn jgħaddu minn leġiżlazzjoni nazzjonali għal oħra.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tintroduċi emendi fuq tliet aspetti relatati mal-koordinazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad:

(1) L-estensjoni tal-perjodu għall-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitt xhur, bil-possibbiltà li l-Istati Membri jestendu dan il-perjodu sal-estinzjoni tad-drittijiet; Ir-rapporteur jappoġġa din il-proposta u jipproponi li dan il-perjodu għall-esportazzjoni jiġi estiż sakemm jiskadi d-dritt għall-benefiċċji tal-qgħad. Skont studju mwettaq għall-Kummissjoni, perjodu itwal għall-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad iżid iċ-ċansijiet li persuna qiegħda terġa' ssib xogħol.

(2) L-Istat Membru tal-aħħar attività tal-persuna li qed tfittex xogħol għandu jqis il-perjodi ta' assigurazzjoni kkompletati f'pajjiż ieħor jekk il-persuna li qed tfittex xogħol tkun ħadmet f'dak l-Istat għal, tal-inqas, tliet xhur. Inkella, huwa l-Istat Membru fejn din il-persuna kienet teżerċita l-attività tagħha qabel li jkollu jħallas dawk il-benefiċċji. Is-sitwazzjoni attwali hija pjuttost konfuża għall-istituzzjonijiet kompetenti tal-Istati Membri. Ir-rapporteur jixtieq ifakkar li wieħed mill-prinċipji bażiċi ta' din il-leġiżlazzjoni huwa l-aggregazzjoni, u għalhekk qed jipproponi li l-perjodu minimu ta' attività qabel l-aggregazzjoni fl-Istat Membru tal-aħħar attività jitnaqqas għal xahar.

(3) Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-ħaddiema transkonfinali, l-Istat Membru tal-aħħar impjieg se jkun responsabbli li jħallas il-benefiċċji tal-qgħad lill-ħaddiema transkonfinali, jekk dawn kienu ħadmu fih għal tnax-il xahar. Skont ir-regoli attwali, l-Istat Membru ta' residenza huwa dak kompetenti, anki jekk il-ħaddiema transkonfinali jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż tal-attività.

Jidher leġittimu li l-Istat li jirċievi l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jkun ukoll dak responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji tal-qgħad. Madankollu r-rapporteur jixtieq li jsiru kjarifiki dwar id-dispożizzjonijiet previsti sabiex il-bidliet proposti mill-Kummissjoni ma jwasslux għal diffikultajiet prattiċi, amministrattivi, lingwistiċi jew ta' taħriġ, u li tiġi ċċarata iżjed il-kompetenza tas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi.

Il-Kummissjoni qed tipproponi l-ħolqien ta' kapitolu speċifiku ddedikat għall-kura fit-tul li huwa ispirat mill-approċċ prevalenti fir-rigward tal-benefiċċji tal-mard. Filwaqt li r-rapporteur, fil-prinċipju, jaqbel ma' din l-inizjattiva, huwa jixtieq li l-Kunsill Amministrattiv jaħdem aktar mill-qrib mar-rappreżentanti tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet professjonali u l-benefiċjarji kkonċernati, b'mod partikolari fit-tfassil tal-lista tas-servizzi koperti f'dan il-kapitolu l-ġdid.

Il-proposta għandha l-għan li tinkorpora l-ġurisprudenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kundizzjonijiet ta' aċċess ta' ċittadini mobbli ekonomikament inattivi għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Ir-rapporteur jieħu nota tal-ġurisprudenza iżda jemmen li mhuwiex kompitu tal-leġiżlaturi Ewropej li jikkodifikaw id-deċiżjonijiet meħuda mill-Qorti.

Ir-rapporteur jappoġġa wkoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistandardizza l-proċeduri dwar il-ħruġ, il-format u l-kontenut tad-dokument portabbli li jiċċertifikaw l-affiljazzjoni mas-sistema tas-sigurtà soċjali, u li tiddetermina s-sitwazzjonijiet li fihom għandu jinħareġ id-dokument u l-modalitajiet għall-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu jkunu kkontestati mill-istituzzjoni tal-Istat Membru ta' impjieg. Għalhekk huwa jipproponi li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet kompetenti u jemmen li l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali jrid jissaħħaħ billi jiġu definiti żminijiet iqsar ta' risposta, u li n-nuqqas ta' risposta jwassal għal bidla tal-kompetenza bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Sabiex jiġu ottimizzati l-iskambji bejn l-amministrazzjonijiet u jiġu protetti dawk il-persuni koperti mir-regolamenti, huwa jappoġġa l-ħolqien ta' arranġamenti ġodda ("Crossroads Bank for Social Security") u ta' netwerk elettroniku operattiv konness bejn l-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ("kard elettronika – u numru – Ewropej tas-sigurtà soċjali") u jixtieq jara d-diġitalizzazzjoni tad-dokumenti koperti mir-regolamenti.

Ir-rapporteur iqis ukoll li huwa essenzjali li jiġi ċċarat il-qafas regolatorju applikabbli għall-impjegati stazzjonati (perjodu obbligatorju minimu ta' sħubija mas-sistema tas-sigurtà soċjali tal-istat li jibgħat, il-ħruġ tad-dokument portabbli qabel il-bidu tal-istazzjonar), għall-persuni li jaħdmu għal rashom u għall-persuni li jwettqu aktar minn attività waħda.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur huwa kontra l-indiċjar tal-benefiċċji tal-familja fil-post tar-residenza tat-tfal: anki jekk id-dejta mhijiex kompleta u ma tkoprix il-pajjiżi kollha kkonċernati mir-regolament ta' koordinazzjoni, għandu jitfakkar li anqas minn 1 % tal-benefiċċji totali tal-familja jitħallsu lil tfal li joqogħdu fi Stat Membru differenti minn dak fejn jaħdmu l-ġenituri tagħhom. F'dan il-kuntest, sistema ta' indiċjar li tiggarantixxi l-lokalizzazzjoni u l-aġġornament tal-ammont tal-benefiċċji skont il-post tar-residenza tat-tfal timplika l-istabbiliment ta' sistema kumplessa u għalja li jkollha impatt fuq il-finanzi pubbliċi.

Ir-rapporteur jixtieq li d-diskussjonijiet dwar ir-reviżjoni tar-regolamenti ta' koordinazzjoni jitbiegħdu mill-pożi u mill-akkużi ta' "turiżmu soċjali", "frodi massivi" jew "protezzjoniżmu moħbi". Jekk titmexxa sewwa, din ir-reviżjoni għandha tippermetti li tiġi żgurata l-kontinwità tad-drittijiet soċjali taċ-ċittadini filwaqt li tippromwovi mobbiltà ta' kwalità fl-Ewropa.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI R-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT MINGĦANDHOM

Ir-rapporteur jixtieq jgħarraf li matul it-tħejjija tar-rapport ġie kkuntattjat, fost l-oħrajn, minn dawn ir-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati u l-lobbisti.

Entità u/jew persuna

Arnaud Emériau

Delegat permanenti, ir-Rappreżentanza tal-Istituzzjonijiet Franċiżi tas-Sigurtà Soċjali fi ħdan l-UE (REIF)

Delphine Rudelli

UIMM, Directeur "Relations européennes et internationales"

Chiara Lorenzini

Konsulent dwar il-Politika, Fédération européenne des travailleurs du bâtiment et du bois

Jean-Francois Macours

Konsulent Legali, Fédération générale du travail de Belgique

Isabelle Ory,

Ġurnalist. Korrispondent fi Brussell. rtsinfo, Europe1, Le_Figaro

Henri Lourdelle

Konsulent, Fédération Européenne des Retraités et des Personnes Agées

Claire Champeix

Uffiċjal tal-Politika, Eurocarers – European Association Working for Carers

Liina Carr, Segretarju Konfederali

Claude Denagtergal, KonsulentAssistent amministrattiv, Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions

 

Eugenio Quintieri

Segretarju Ġenerali, Konfederazzjoni tal-Bennejja Ewropej (EBC)

Gilles Kounowski

Direttur għar-Relazzjonijiet Ewropej u Internazzjonali u l-Kooperazzjoni, Fond nazzjonali tal-allowances tal-familja

Rebekah Smith

Konsulent Superjuri; Dipartiment tal-Affarijiet Soċjali, Business Europe

Werner Buelen

EFBWW - Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema li jaħdmu fil-Bini u fl-Injam (EFBWW)

Arsène Schmitt

President tal-Comité de Défense des Travailleurs de la Moselle

Kaare Barslev

Ministru Kunsillier, Rappreżentanza Permanenti ta' l-Olanda għall-UE

Jordi Curell,

direttur tal-Mobilità tal-Ħaddiema fid-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni

Il-Kummissjoni Ewropea

Stefanie Klein, Deutsche Verbindungsstelle

Myriam Diallo, Konsulent

Federazzjoni Franċiża għall-Bini

Patrick Liébus,

President tal-Konfederazzjoni tal-Kumpaniji ż-Żgħar tal-Kostruzzjoni u tal-Ħaddiema tas-Snajja’ (CAPEB)

Cécile Sauveur,

Direttur għall-qasam ġuridiku u soċjali, CAPEB

Claude Denagtergal

Konsulent, Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions

Dr. David Pascal Dion

Kap tal-unità, DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

Il-Kummissjoni Ewropea

Thomas Heidener

Kap tal-Uffiċċju, Uffiċċju tat-Trade Union Daniż

Kaia Iva

Ministru Estonjan għall-Protezzjoni Soċjali

Philip Von Brocksdorff

Grupp tal-Ħaddiema, Malta, rapporteur tal-KESE dwar il-komunikazzjoni rigward il-proposta ta' regolament ġdid għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fl-UE

Judite Berkemeier

Segretarjat tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew/Sezzjoni SOC

Garance Pineau

Viċi Direttur, Direttorat għar-Relazzjonijiet Soċjali

MEDEF - Moviment tal-Intrapriżi fi Franza


OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (24.4.2018)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(COM(2016)0815 – C8-0521/2016 – 2016/0397(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Soledad Cabezón Ruiz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-13 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Il-proposta għandha l-għan li timmodernizza u tissimplifika r-regoli eżistenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali sabiex twieġeb għar-realtà soċjali u ekonomika fl-Istati Membri, u ssaħħaħ l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini skont dawn ir-regolamenti.

Ir-rapporteur hija tal-fehma li kwalunkwe emenda għar-regoli eżistenti dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali għandha tiġi rregolata mill-valuri komuni ta' universalità, ekwità u solidarjetà, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għall-benefiċċji tal-kura tas-saħħa. B'mod partikolari, studenti u persuni b'diżabilità għandhom iżommu l-portabbiltà tad-drittijiet u tal-intitolamenti tagħhom tas-sigurtà soċjali mingħajr diskriminazzjoni meta jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor.

F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tinnota l-kapitolu l-ġdid dwar il-benefiċċji tal-kura fit-tul propost mill-Kummissjoni, u tilqa' l-fatt li l-benefiċċji tad-diżabilità issa huma koperti b'mod ċar minn dan il-kapitolu; hija tissuġġerixxi li l-Kummissjoni Amministrattiva għandha taħdem mill-qrib mal-assoċjazzjonijiet tal-benefiċjarji, inklużi r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità, meta tiddefinixxi l-lista ta' benefiċċji koperti taħt dan il-kapitolu. Ir-rapporteur tenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida tal-Karta tad-Diżabilità Ewropea fl-Istati Membri kollha tal-UE, u titlob lill-Kummissjoni Amministrattiva biex tippromwovi l-adozzjoni ta' definizzjoni u kriterji komuni ta' diżabilità għall-finijiet tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Ir-rapporteur tittama li l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Diżabilità Ewropea se tippermetti li jsiru diskussjonijiet dwar il-benefiċċji koperti mill-karta, bil-ħsieb li jiġu inklużi aktar benefiċċji importanti fil-qasam tal-kura, il-kura tas-saħħa u l-assistenza, għal persuni b'diżabilità sabiex igawdu bis-sħiħ il-libertà tagħhom ta' moviment ħieles fi ħdan l-UE.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet regolarment jirċievi quddiemu petizzjonijiet li jikkonċernaw l-oqsma kollha tas-sigurtà soċjali f'sitwazzjonijiet transkonfinali. Kwistjonijiet dwar il-portabbiltà tad-drittijiet tal-pensjoni u tal-benefiċċji, spiss inġibdu għall-attenzjoni tal-Kumitat PETI, b'mod partikolari dwar id-dewmien twil imġarrab fil-kisba ta' informazzjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll dwar il-kalkolu tal-benefiċċji tal-pensjoni għaċ-ċittadini li jkunu ħadmu f'aktar minn Stat Membru wieħed. Ir-rapporteur tipproponi li tistabbilixxi limiti ta' żmien għall-istituzzjonijiet tal-Istati Membri kompetenti sabiex jiddeterminaw ir-residenza abitwali tal-applikanti, biex jiġi kkalkulat l-ammont ta' benefiċċji u biex jissolvew diverġenzi possibbli ta' fehmiet ma' Stati Membri oħra. L-aċċess għal informazzjoni speċifika u konċiża f'dan il-qasam li sikwit huwa kumpless huwa tal-akbar importanza biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw il-libertà tagħhom li jiċċaqalqu u jaħdmu fi ħdan l-UE mingħajr diskriminazzjoni.

Dawn il-proposti se jikkontribwixxu għall-għanijiet stipulati mill-Kummissjoni biex ittejjeb l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini filwaqt li jiġu żgurati ċ-ċarezza legali u l-infurzabbiltà tar-regoli fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, u jiġu rrispettati l-valuri sovrastanti tal-universalità, l-ekwità u s-solidarjetà li huma komuni madwar l-Unjoni Ewropea.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Id-definizzjonijiet u l-kriterji għad-determinazzjoni tad-diżabilità u tal-invalidità jvarjaw ħafna fost l-Istati Membri, u dan jista' jikkostitwixxi ostakolu kbir għar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet nazzjonali dwar kwistjonijiet ta' diżabilità u invalidità, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għal servizzi u faċilitajiet speċifiċi, u jista' jpoġġi lill-persuni b'diżabilità jew invalidità fi żvantaġġ partikolari fil-qasam tas-sigurtà soċjali meta minn Stat Membru jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor. Huwa għalhekk meħtieġ, bil-ħsieb li jiġu ffaċilitati l-ivvjaġġar u l-moviment ta' persuni b'diżabilità jew invalidità minn Stat Membru għal ieħor, li jiġu żgurati l-adozzjoni ta' definizzjoni Ewropea komuni b'mod konformi mal-UNCRPD u r-rikonoxximent reċiproku tal-istatus ta' diżabilità bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni rapida ta' Karta tad-Diżabilità Ewropea fl-Istati Membri kollha li se jiġu konnessi mal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea u mal-Karta tas-Sigurtà Soċjali Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), u tiġi garantita l-portabilità tal-benefiċċji tad-diżabilità, jenħtieġ li tiġi promossa l-adozzjoni ta' definizzjoni, kriterji u metodi ta' evalwazzjoni tad-diżabilità (perċentwali tad-diżabilità) komuni għall-fini ta' koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3c)  Huwa importanti li jiġu rrispettati l-valuri u l-prinċipji komuni tas-sistemi tas-saħħa tal-Unjoni kif imsemmija fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2006 dwar Valuri u Prinċipji Komuni fis-Sistemi tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea1a, b'mod partikolari l-valuri sovrastanti tal-universalità, l-aċċess għall-kura ta' kwalità tajba, l-ekwità u s-solidarjetà. Dan huwa partikolarment sinifikanti għal kategoriji ta' ċittadini li la huma impjegati, u lanqas ma qed ifittxu xogħol, bħalma huma l-istudenti, li l-mobbiltà tagħhom għandha tinżamm permezz tal-aċċess xieraq tagħhom għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, inkluża l-assigurazzjoni tas-saħħa, fl-Istat Membru ospitanti. Kif iddikjarat mill-Kunsill, "l-universalità tfisser li ħadd ma jkun miċħud l-aċċess għall-kura tas-saħħa; is-solidarjetà hija konnessa mill-qrib mal-arranġament finanzjarju tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali tagħna u l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess għall-kulħadd; l-ekwità tirrelata ma' l-aċċess ugwali skont il-ħtieġa, irrispettivament mill-etniċità, is-sess, l-età, l-istat soċjali jew il-kapaċità ta' ħlas."

 

______________

 

1a ĠU C 146, 22.6.2006, p. 1.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fir-riżoluzzjoni tal-15 ta' Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern1a, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li "tiġi żgurata l-portabilità tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali (pereżempju, il-pensjonijiet tal-istat, l-assigurazzjoni tas-saħħa, il-benefiċċji tal-qgħad u l-benefiċċji tal-familja) u konsegwentement li jitnaqqsu l-ostakli tal-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni" u talab li "jittieħdu passi sodi u effettivi lejn sistema kkoordinata ta' kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali aggregati għal kull individwu fl-Unjoni kollha, bħal kard tas-sigurtà soċjali biex tiffaċilita t-traċċabilità tal-kontribuzzjonijiet u l-intitolamenti tas-sigurtà soċjali".

 

______________

 

1a Testi adottati, P8_TA(2017)0083.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Jenħtieġ li jiġu promossi miżuri biex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni u ż-żamma tad-drittijiet u l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali madwar l-Unjoni, bħall-adozzjoni ta' Karta Ewropea tas-Sigurtà Soċjali, li jenħtieġ li tkun assoċjata mal-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) eżistenti, u mal-Karta tad-Diżabilità Ewropea, u tkopri l-oqsma kollha tas-sigurtà soċjali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Sabiex tittejjeb il-mobilità tal-ħaddiema, tal-istudenti u ta' dawk li qed ifittxu impjieg madwar l-Unjoni, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiggarantixxu l-aċċess għall-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa għall-persuni kollha, inklużi l-ħaddiema temporanji, il-persuni li jaħdmu għal rashom u dawk f'relazzjonijiet ta' impjieg atipiċi, kif ukoll għall-istudenti u l-persuni mobbli li qed ifittxu impjieg, mingħajr diskriminazzjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)  Il-kura tas-saħħa transfruntiera hija ta' rilevanza partikolari sabiex tiġi ggarantita koordinazzjoni ekwa tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. F'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tvarja bil-kbir fost l-Istati Membri. B'mod partikolari, l-Artikolu 7 ta' dik id-Direttiva jenħtieġ li jiġi implimentat mingħajr diskriminazzjoni biex tiġi żgurata l-libertà tal-moviment taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-familji tagħhom.

 

______________

 

1a Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli ta' aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu applikati b'mod uniformi mill-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera msemmija fl-Artikolu 65(2), ir-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta' intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata fiż-żmien l-aktar reċenti ġabret b'mod sħiħ ta' mill-anqas tliet xhur ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru. L-Istat Membru preċedentament kompetenti għandu jsir kompetenti għall-persuni kollha assigurati li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni. F'dan il-każ, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar riċenti jkollha l-istess effett ta' reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda kienet assigurata qabel.

(8)  Fil-qasam tal-benefiċċji tal-qgħad, ir-regoli ta' aggregazzjoni tal-perjodi tal-assigurazzjoni għandhom jiġu applikati b'mod uniformi mill-Istati Membri kollha. Bl-eċċezzjoni tal-ħaddiema transfruntiera msemmija fl-Artikolu 65(2), jenħtieġ li r-regoli dwar l-aggregazzjoni tal-perjodi għall-finijiet tal-għoti ta' intitolament għall-benefiċċji tal-qgħad ikunu soġġetti għall-kundizzjoni li l-persuna assigurata riċentement tkun ikkompletat b'mod sħiħ mill-anqas xahar ta' assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru. L-Istat Membru preċedentament kompetenti għandu jsir kompetenti għall-persuni kollha assigurati li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni. F'dan il-każ, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-assigurazzjoni l-aktar riċenti jkollha l-istess effett ta' reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda kienet assigurata qabel.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2013,35 hemm bżonn li jiġi estiż it-tul minimu ta' żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad minn tliet xhur għal sitta sabiex jitjiebu l-opportunitajiet tal-persuni qiegħda li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u ċ-ċansijiet tagħhom ta' integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u biex jiġi indirizzat l-ispariġġ tal-ħiliet bejn il-fruntieri.

(9)  Hemm bżonn li jiġi estiż it-tul ta' żmien tal-esportazzjoni tal-benefiċċji tal-qgħad sal-eżawriment tad-drittijiet miksuba mill-persuna li qed tfittex xogħol sabiex jitjiebu l-opportunitajiet tal-persuni qiegħda li jiċċaqilqu għal Stat Membru ieħor biex ifittxu x-xogħol u ċ-ċansijiet tagħhom ta' kwalifikazzjoni mill-ġdid u ta' integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol u biex jiġi indirizzat l-ispariġġ tal-ħiliet bejn il-fruntieri.

__________________

__________________

35 COM(2013) 269 final.

35 COM(2013) 269 final.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Hemm bżonn li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu residenza abitwali għall-finijiet tal-istabbiliment ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali f'limitu ta' żmien raġonevoli.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Jenħtieġ li l-individwi jkunu kapaċi jagħżlu r-residenza abitwali tagħhom għall-fini li jiġu stabbiliti l-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u li l-awtoritajiet kompetenti jiċċertifikaw dan fi żmien raġonevoli abbażi ta' għeruq ippruvati biżżejjed mal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Biex dan ir-Regolament ikun jista' jiġi aġġornat f'waqtu mal-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista' temenda l-Annessi ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol tat-tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.36 B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkollhom x'jaqsmu mat-tħejjija tal-atti delegati.

(12)  Biex dan ir-Regolament ikun jista' jiġi aġġornat f'waqtu mal-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, l-Annessi ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għandhom jiġu emendati fuq bażi regolari.

__________________

 

36 ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżball fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni, hu meħtieġ li tiġi stabbilita bażi oħra legali permissiva li tiffaċilita l-ipproċessar tad-data personali dwar il-persuni li għalihom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009. B'hekk Stat Membru jkun jista', minn żmien għal żmien, iqabbel id-data li jkollhom l-istituzzjonijiet kompetenti tiegħu ma' dawk ta' Stat Membru ieħor sabiex jiġu identifikati l-iżbalji u l-inkonsistenzi li jeħtieġu aktar investigazzjoni.

(13)  Bil-ħsieb li l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi u l-iżball fl-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni, hu meħtieġ li tiġi stabbilita bażi oħra legali permissiva li tiffaċilita l-ipproċessar tad-data personali dwar il-persuni li għalihom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, bil-kunsiderazzjoni dovuta għall-acquis tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data rilevanti, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. B'hekk Stat Membru jkun jista', minn żmien għal żmien, iqabbel id-data li jkollhom l-istituzzjonijiet kompetenti tiegħu ma' dawk ta' Stat Membru ieħor sabiex jiġu identifikati l-iżbalji u l-inkonsistenzi li jeħtieġu aktar investigazzjoni.

 

______________

 

1a Ir-Regolament (UE) 679/2016 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Bil-ħsieb li titħaffef il-proċedura għall-verifika u l-irtirar tad-dokumenti (b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur) f'każ ta' frodi u żball, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni emittenti u l-istituzzjoni li qed titlob l-irtirar. Fejn ikun hemm dubju dwar il-validità ta' dokument jew dwar il-korrettezza tal-evidenza ta' sostenn jew fejn hemm differenza ta' opinjonijiet bejn l-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, hu fl-interess tal-Istati Membri u l-persuni kkonċernati li l-istituzzjonijiet ikkonċernati jilħqu ftehim f'perjodu raġonevoli ta' żmien.

(15)  Bil-ħsieb li titħaffef il-proċedura għall-verifika, ir-rettifika u l-irtirar tad-dokumenti (b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tapplika għad-detentur) f'każ ta' frodi u żball, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-istituzzjoni emittenti u l-istituzzjoni li tkun qed titlob l-irtirar. Fejn ikun hemm dubju dwar il-validità ta' dokument jew dwar il-korrettezza tal-evidenza ta' sostenn jew fejn hemm differenza ta' opinjonijiet bejn l-Istati Membri dwar id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, hu fl-interess tal-Istati Membri u l-persuni kkonċernati li l-istituzzjonijiet ikkonċernati jilħqu ftehim f'perjodu raġonevoli ta' żmien. F'każ ta' nuqqas ta' tweġiba sal-iskadenza speċifikata, jenħtieġ li l-istituzzjoni rikjedenti ssir kompetenti biex tiddetermina l-leġiżlazzjoni applikabbli.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 5a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istati Membri huma intitolati li jiftħu l-aċċess taċ-ċittadini ekonomikament inattivi fl-Istat Membru ospitanti għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, li ma jikkostitwixxux assistenza soċjali fit-tifsira tad-Direttiva 2004/38/KE soġġetta għal dritt ta' residenza legali fit-tifsira ta' din id-Direttiva. Il-verifika tad-dritt legali ta' residenza għandha ssir skont ir-rekwiżit tad-Direttiva 2004/38/KE. Għal dawn il-finijiet, għandu jkun hemm distinzjoni ċara ta' ċittadin ekonomikament inattiv minn persuna li qed tfittex ix-xogħol li d-dritt tagħha ta' residenza ngħatalha direttament bl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza ġuridika għaċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, hemm bżonn ta' kodifikazzjoni ta' din il-każistika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-deroga mill-prinċipju tat-trattament ugwali għal aktar minn 700 000 ċittadin mobbli ekonomikament inattiv tikkostitwixxi diskrepanza konsiderevoli fil-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-bidliet proposti magħmula mill-Kummissjoni la se jwasslu għal ċarezza tad-dritt akbar u lanqas mhuma se jtaffu s-sitwazzjoni taċ-ċittadini kkonċernati. Għaldaqstant, jenħtieġ li ma tiġix introdotta kontroreferenza għad-Direttiva 2004/38 fir-Regolament.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 5c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5c)  Minkejja il-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi, li joħroġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2) u l-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35).

(5c)  Minkejja il-limitazzjonijiet fid-dritt għal trattament ugwali għal persuni ekonomikament inattivi, li joħroġu mid-Direttiva 2004/38/KE jew inkella bis-saħħa tal-liġi tal-Unjoni, xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jirristrinġi d-drittijiet fundamentali rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità tal-bniedem (l-Artikolu 1), id-dritt għall-ħajja (l-Artikolu 2), id-dritt għas-sigurtà soċjali u għall-assistenza soċjali (Artikolu 34) u d-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa (l-Artikolu 35).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Wara l-Premessa 24, jiddaħħal dan li ġej:

 

"(24a)  Jenħtieġ li xejn f'dan ir-Regolament ma jagħti lok lil kwalunkwe Stat Membru għajr l-Istat Membru kompetenti li jirrifjuta r-residenza lil persuni ekonomikament inattivi purament abbażi tal-applikazzjoni għall-oqsma tas-sigurtà soċjali koperti b'dan ir-Regolament."

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 883/2004

Premessa 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Biex dan ir-Regolament ikun jista' jiġi aġġornat f'waqtu mal-iżviluppi fuq il-livell nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex tkun tista' temenda l-Annessi ta' dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 987/2009. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol tat-tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti u li dawk il-konsultazzjonijiet jitmexxew skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.43 B'mod partikolari, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess żmien li jirċievuhom l-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jkollhom x'jaqsmu mat-tħejjija tal-atti delegati.

imħassar

__________________

 

43 COM(2015) 216 final.

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt d

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt vb

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vb)  "benefiċċju tal-kura fit-tul" tfisser kull benefiċċju in natura, fi flus jew dawn it-tnejn f'daqqa għall-persuni li, matul perjodu estiż ta' żmien, minħabba anzjanità, diżabbiltà, mard jew indeboliment, jeħtieġu assistenza konsiderevoli minn persuna jew persuni oħra biex iwettqu l-attivitajiet essenzjali ta' kuljum inklużi dawk biex isostnu l-awtonomija personali tagħhom; din tinkludi benefiċċji mogħtija lill-persuna li tipprovdi tali assistenza jew għaliha;"

(vb)  "benefiċċju tal-kura fit-tul" tfisser kull benefiċċju in natura, fi flus jew dawn it-tnejn f'daqqa għall-persuni li, matul perjodu estiż ta' żmien, minħabba anzjanità, diżabilità, mard jew indeboliment, jeħtieġu assistenza minn persuna jew persuni oħra biex iwettqu l-attivitajiet essenzjali ta' kuljum inklużi dawk biex isostnu l-awtonomija personali tagħhom; din tinkludi benefiċċji mogħtija lill-persuna li tipprovdi tali assistenza jew għaliha;"

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru jista' jirrikjedi li l-aċċess ta' persuna ekonomikament inattiva li tirrisjedi f'dak l-Istat Membru għall-benefiċċji tas-sigurtà soċjali tiegħu jiġi soġġett għall-kundizzjonijiet tad-dritt għal residenza legali kif stabbiliti fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.44 .

imħassar

__________________

 

44 ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata fit-tifsira tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi46 jew tintbagħat mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex iwettaq xogħol f'isem dak l-impjegatur, għandu jkompli jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, sakemm it-tul ta' żmien antiċipat ta' dan ix-xogħol ma jaqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna ma tiġix stazzjonata jew tintbagħat biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, stazzjonata jew mibgħuta qabel fit-tifsira ta' dan l-Artikolu.

1.  Persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem impjegatur li normalment iwettaq l-attivitajiet tiegħu hemmhekk u li tiġi stazzjonata mill-impjegatur fi Stat Membru ieħor biex iwettaq xogħol f'isem dak l-impjegatur, għandu jkompli jkun soġġett għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, dment li:

 

(a)  it-tul ta' żmien antiċipat jew attwali ta' dan ix-xogħol ma jaqbiżx is-6 xhur u dment li l-persuna ma tiġix stazzjonata biex tieħu post persuna oħra impjegata jew persuna li taħdem għal rasha stazzjonata qabel fit-tifsira ta' dan l-Artikolu; kif ukoll

 

(b)  għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-attività tagħha bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit l-impjegatur tagħha.

__________________

 

46 ĠU L 018, 21.01.1997, p. 1.

 

Ġustifikazzjoni

It-tul ta' żmien medju ta' stazzjonament huwa anqas minn erba' xhur skont il-Kummissjoni. Għaldaqstant, huwa raġonevoli li wara sitt xhur, jenħtieġ li jkun japplika d-dritt tal-pajjiż tal-impjieg f'termini tal-kopertura tas-sigurtà soċjali.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 12 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa' tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru sakemm it-tul ta' żmien antiċipat ta' din l-attività ma taqbiżx l-24 xahar u sakemm il-persuna mhix tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata.

2.  Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru u li tmur biex twettaq attività simili fi Stat Membru ieħor għandha tibqa' tkun soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, dment li:

 

(a)  it-tul ta' żmien antiċipat jew attwali ta' din l-attività ma jaqbiżx is-sitt xhur u dment li l-persuna ma tkunx qed tieħu post persuna oħra impjegata jew li taħdem għal rasha stazzjonata, u

 

(b)  għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur immedjatament qabel il-bidu tal-attività tagħha, il-persuna kkonċernata tkun diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih normalment teżerċita l-attività tagħha.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċittadini mobbli ekonomikament inattivi u persuni li jkunu qed ifittxu impjieg jistgħu jaċċedu għal kopertura komprensiva tal-assigurazzjoni marbuta ma' mard fl-Istat Membru ospitanti billi jippermettu lil ċittadini bħal dawn jikkontribwixxu b'mod proporzjonat għal assigurazzjoni marbuta ma' mard jew inkella b'xi mod ieħor jissodisfaw il-kriterji rilevanti għall-aċċess għal assigurazzjoni marbuta ma' mard fl-Istat Membru fejn huma jkunu residenti abitwali.

Ġustifikazzjoni

L-assigurazzjoni marbuta ma' mard komprensiva hija dritt fundamentali. Iċ-ċittadini mobbli inattivi għandu jkollhom il-possibbiltà li jiksbu assigurazzjoni marbuta ma' mard anki fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbażaw fuq linji gwida vinkolanti meta jagħmlu s-sistema tal-assigurazzjoni marbuta ma' mard tagħhom aċċessibbli għal ċittadini mobbli inattivi tal-UE.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 35a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1(vb) ta' dan ir-Regolament, li jispeċifika liema huma l-benefiċċji in natura u liema huma l-benefiċċji fi flus.

2.    Il-Kummissjoni Amministrattiva, wara li tkun ikkonsultat b'mod xieraq lis-sħab soċjali kkonċernati kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-benefiċjarji, inklużi l-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità, u l-partijiet interessati rilevanti kollha, għandha tfassal lista eżawrjenti u dettaljata tal-benefiċċji tal-kura fit-tul li jissodisfaw il-kriterji li hemm fl-Artikolu 1(vb) ta' dan ir-Regolament, li jispeċifika liema benefiċċji huma in natura u liema huma benefiċċji fi flus.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 17

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 35a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura l-implimentazzjoni rapida tal-Karta tad-Diżabilità Ewropea fl-Istati Membri kollha, u għandha tippromwovi l-adozzjoni ta' definizzjoni u kriterji komuni ta' diżabilità għall-fini ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 52 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

18a.  Fl-Artikolu 52, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.   L-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jikkalkulaw u jagħtu l-benefiċċju dovut fi żmien tliet xhur wara t-tressiq ta' talba għal għotja."

Emenda    27  

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 61 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(2), l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 għall-persuna kkonċernata għandha tkun bil-kundizzjoni li din tkun lestiet reċentement perjodu ta' mill-anqas tliet xhur ta' assigurazzjoni, impjieg, jew impjieg indipendenti skont il-leġiżlazzjoni li skontha l-benefiċċji jintalbu.

1.  Għajr fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(2), l-applikazzjoni tal-Artikolu 6 għandha tkun bil-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tkun lestiet reċentement perjodu ta' mill-anqas xahar ta' assigurazzjoni, impjieg, jew ħidma għal rasha skont il-leġiżlazzjoni li skontha l-benefiċċji jintalbu.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 19

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 61 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta persuna qiegħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tal-perjodi skont il-paragrafu 1 minħabba li t-tul ta' żmien totali tal-perjodi kompluti l-aktar reċenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti tagħha f'dak l-Istat Membru hu anqas minn tliet xhur dik il-persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn din il-persuna lestiet dawn il-perjodi qabel skont il-kundizzjonijiet u soġġetta għal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 64a.

2.  Meta persuna qiegħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-aggregazzjoni tal-perjodi skont il-paragrafu 1 minħabba li t-tul ta' żmien totali tal-perjodi kompluti l-aktar reċenti ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg indipendenti tagħha f'dak l-Istat Membru hu anqas minn xahar dik il-persuna għandha tkun intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn din il-persuna lestiet dawn il-perjodi qabel skont il-kundizzjonijiet u soġġetta tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 64a.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt a

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Fil-paragrafu 1(c) il-kelma "tlieta" għandha tinbidel b'"sitta" u l-kliem "tat-tliet xhur sa massimu ta' sitt xhur" għandu jinbidel bil-kliem "tas-sitt xhur sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji ta' dik il-persuna";

(a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

"(c)   il-persuna għandha tibqa' intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad sat-tmiem tagħhom;"

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 64 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Il-paragrafu 2 huwa mħassar;

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32004R0883&from=MT)

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 20 – punt b

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 64 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Fil-paragrafu 3, il-kelma "tlieta" għandha tinbidel b'"sitta" u l-kliem "massimu ta' sitt xhur" għandu jinbidel bil-kliem "sa tmiem il-perjodu tal-intitolament għall-benefiċċji".

(b)   Il-paragrafu 3 huwa mħassar.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 71 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

23a.  Fl-Artikolu 71, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni Amministrattiva") mehmuża mal-Kummissjoni Ewropea għandha tkun magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull Stat Membru, assisti fejn ikun hemm il-bżonn minn konsulenti esperti. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jattendi l-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità ta' kunsillier.

1.   Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Kordinazzjoni ta' Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "il-Kummissjoni Amministrattiva") mehmuża mal-Kummissjoni Ewropea għandha tkun magħmula minn rappreżentant tal-gvern ta' kull Stat Membru, assisti fejn ikun hemm il-bżonn minn konsulenti esperti. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea, rappreżentant tal-Parlament Ewropew u, fejn xieraq, rappreżentanti tas-sħab soċjali kif ukoll benefiċjarji, inklużi rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabilità għandhom jattendu għal-laqgħat tal-Kummissjoni Amministrattiva f'kapaċità ta' konsulenza.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02004R0883-20140101&from=MT)

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 25

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 76a – paragrafu 1 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  l-irtirar tad-dokument meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg.

–  l-irtirar tad-dokument:

 

  meta l-preċiżjoni u l-validità tiegħu huma kkontestati mill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru tal-impjieg;

 

  meta l-istituzzjoni emittenti ma tweġibx fi żmien l-iskadenza speċifikata.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 27

Regolament (KE) Nru 883/2004

Artikolu 88

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

27.  L-Artikolu 88 għandu jinbidel b'dan li ġej:

imħassar

 

 

"Artikolu 88

 

Id-delega ta' setgħa biex taġġorna l-Annessi

 

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 88a biex, minn żmien għal żmien, temenda l-Annessi ta' dan ir-Regolament u r-Regolament ta' implimentazzjoni wara talba mill-Kummissjoni Amministrattiva.

 

Artikolu 88a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa li tadotta atti delegati qed tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 88 għandha tingħata lill-Kummissjoni Ewropea għal perjodu ta' żmien indeterminat mill-[the date of entry into force of the Regulation (EU) No xxxx].

 

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 88 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi atti delegati diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel l-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti nominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet tat-13 ta' April 2016.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinnotifika lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

 

6.  Att delegat skont l-Artikolu 88 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn tan-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni Ewropea li huma mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ea

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  "frodi" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali biex tittieħed azzjoni, sabiex wieħed jikseb jew jirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew biex jevita l-obbligu li jħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kuntrarju għal-liġi ta' Stat Membru;".

(ea)  "frodi" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonali biex tittieħed azzjoni, li jikkawża dannu lil istituzzjonijiet sabiex wieħed jikseb jew jirċievi benefiċċji tas-sigurtà soċjali jew sabiex jevita l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew sabiex jevita r-regoli ta' sħubija tas-sistema tas-sigurtà soċjali ta' Stat Membru, kuntrarju għal-liġi tal-Istat Membru, għar-Regolament bażiku jew għar-Regolament ta' Implimentazzjoni;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 2 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta d-drittijiet jew l-obbligi ta' persuna li għaliha japplikaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta' implimentazzjoni ġew stabbiliti jew iddeterminati, l-istituzzjoni kompetenti tista' titlob lill-istituzzjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' żjara li jipprovdi d-data personali dwar dik il-persuna. Ir-rikjesta u kwalunkwe tweġiba għandhom jikkonċernaw informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru kompetenti biex jidentifika kwalunkwe ineżattezza fil-fatti li fuqhom dokument jew deċiżjoni li tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna skont ir-Regolament bażiku jew ir-Regolament ta' implimentazzjoni hija bbażata. Ir-rikjesta tista' ssir ukoll fejn ma jkun l-ebda dubju dwar il-validità jew l-eżattezza tal-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew li fuqha d-deċiżjoni tkun ibbażata f'każ partikolari. It-talba għall-informazzjoni u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati.

5.  Meta d-drittijiet jew l-obbligi ta' persuna li għaliha japplikaw ir-Regolament bażiku u r-Regolament ta' implimentazzjoni jkunu ġew stabbiliti jew iddeterminati, l-istituzzjoni kompetenti tista' titlob lill-istituzzjoni fl-Istat Membru ta' residenza jew ta' żjara li jipprovdi d-data personali dwar dik il-persuna, b'konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-privatezza. Ir-rikjesta u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu limitati għall-informazzjoni li tippermetti lill-Istat Membru kompetenti biex jidentifika kwalunkwe ineżattezza fil-fatti li fuqhom dokument jew deċiżjoni li tiddetermina d-drittijiet u l-obbligi ta' persuna skont ir-Regolament bażiku jew ir-Regolament ta' implimentazzjoni tkun ibbażata. Ir-rikjesta tista' ssir ukoll fejn ma jkun l-ebda dubju dwar il-validità jew l-eżattezza tal-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew li fuqha d-deċiżjoni tkun ibbażata f'każ partikolari. It-talba għall-informazzjoni u kwalunkwe tweġiba għandhom ikunu motivati, meħtieġa u proporzjonati.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

7a.  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet konċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha tqajmet id-differenza ta' fehmiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

3.   Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet konċernati, fi żmien tliet xhur minn meta tqum id-differenza fl-opinjonijiet, il-kwistjoni għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva mill-awtoritajiet kompetenti mhux qabel xahar wara d-data li fiha tqajmet id-differenza fl-opinjonijiet kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-fehmiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tressqet quddiemha.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1517319430937&uri=CELEX:32009R0987)

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.   Il-kalkolu provviżorju ta' benefiċċju jew ta' kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard minn xahar wara li tkun tressqet talba mill-persuna kkonċernata."

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

7c.  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta' persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta' interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta' evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:

1.   Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta' persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom, mhux aktar tard minn tliet xhur minn meta tqum id-differenza fl-opinjonijiet, jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta' interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta' evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32009R0987&from=MT)

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 19 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għandha tiġi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tat-taxxa tal-Istati konċernati; din tista' tinkludi l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet barra mill-eżerċizzju jew l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament b'mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi legali rilevanti fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi dwar it-tassazzjoni. Dettalji oħra għandhom jiġu stipulati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

4.  Meta jkun meħtieġ għall-eżerċizzju tas-setgħat leġiżlattivi fuq il-livell nazzjonali jew tal-Unjoni, informazzjoni rilevanti dwar id-drittijiet u l-obbligi tas-sigurtà soċjali tal-persuni kkonċernati għandha tiġi skambjata direttament bejn l-istituzzjonijiet kompetenti u l-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni jew tat-taxxa tal-Istati konċernati, mingħajr ma jinkisru bl-ebda mod ir-rekwiżiti tal-privatezza. Din tista' tinkludi l-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet barra mill-eżerċizzju jew l-infurzar tad-drittijiet u l-obbligi skont ir-Regolament bażiku u dan ir-Regolament unikament biex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi legali rilevanti fl-oqsma tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà, l-immigrazzjoni u l-liġi dwar it-tassazzjoni. Dettalji oħra għandhom jiġu stipulati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 67 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(26a)  Fl-Artikolu 67, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

5.  It-talbiet għandhom jitħallsu lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru kreditur imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolament implimentattiv mill-istituzzjoni debitriċi fi żmien 18-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur. Dan ma japplikax għat-talbiet li l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni relevanti f'dak il-perijodu.

5.  It-talbiet għandhom jitħallsu lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru kreditur imsemmi fl-Artikolu 66 tar-Regolament ta' implimentazzjoni mill-istituzzjoni debitriċi fi żmien 12-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-korp ta' kollegament tal-Istat Membru debitur. Dan ma japplikax għat-talbiet li l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni relevanti f'dak il-perijodu.

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:2009R0987:20130108:MT:HTML)

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' żmien attwali ta' 18-il xahar għandu jitnaqqas għal 12-il xahar sabiex titnaqqas il-pressjoni tal-ispiża fuq il-korp ta' kollegament li jipprefinanzja benefiċċju.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 40a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 987/2009

Artikolu 89 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

40a.  Fl-Artikolu 89, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.   L-istituzzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu disponibbli għaċ-ċittadini, fuq talba, kopja tal-fajl personali tagħhom, flimkien ma' informazzjoni speċifika dwar ir-regoli li jiddeterminaw l-awtoritajiet kompetenti u d-drittijiet u l-intitolamenti tagħhom skont ir-Regolament bażiku u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32009R0987&from=MT)

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

Referenzi

COM(2016)0815 – C8-0521/2016 – 2016/0397(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

19.1.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PETI

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Soledad Cabezón Ruiz

10.2.2017

Eżami fil-kumitat

21.2.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Soledad Cabezón Ruiz, Andrea Cozzolino, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Rikke-Louise Karlsson, Jude Kirton-Darling, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Notis Marias, Roberta Metsola, Miroslavs Mitrofanovs, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß, Virginie Rozière, Yana Toom, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabetta Gardini, Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Pascal Durand, Miroslavs Mitrofanovs, Remo Sernagiotto

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

NI

PPE

 

S&D

VERTS/ALE

Beatriz Becerra Basterrechea, Yana Toom, Cecilia Wikström

Notis Marias, Remo Sernagiotto

Rosa D’Amato, Eleonora Evi

Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina

Rikke-Louise Karlsson

Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Elisabetta Gardini, Peter Jahr, Svetoslav Hristov Malinov, Lukas Mandl, Roberta Metsola, Jarosław Wałęsa

Soledad Cabezón Ruiz, Andrea Cozzolino, Jude Kirton-Darling, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß, Virginie Rozière

Pascal Durand, Miroslavs Mitrofanovs

0

-

 

 

1

0

 

Sven Schulze

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali

Referenzi

COM(2016)0815 – C8-0521/2016 – 2016/0397(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

19.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2017

LIBE

19.1.2017

FEMM

19.1.2017

PETI

19.1.2017

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

12.1.2017

LIBE

13.2.2017

FEMM

21.3.2017

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Guillaume Balas

14.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2017

28.11.2017

27.2.2018

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

19

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Michael Detjen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Miroslavs Mitrofanovs, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Dennis Radtke, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Siôn Simon, Romana Tomc, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Rosa D’Amato, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Anne Sander, Sven Schulze, Helga Stevens, Ivo Vajgl

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dietmar Köster

Data tat-tressiq

23.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ALDE

Robert Rochefort

EFDD

Laura Agea, Rosa D'Amato

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

GUE/NGL

Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo

NI

Lampros Fountoulis

PPE

David Casa, Jérôme Lavrilleux, Verónica Lope Fontagné, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander

S&D

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Michael Detjen, Elena Gentile, Dietmar Köster, Edouard Martin, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Maria João Rodrigues, Marita Ulvskog

VERTS/ALE

Jean Lambert, Miroslavs Mitrofanovs, Terry Reintke

19

-

ALDE

Martina Dlabajová, Ivo Vajgl

ECR

Amjad Bashir, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens, Jana Žitňanská

GUE/NGL

Rina Ronja Kari

PPE

Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Dennis Radtke, Sven Schulze, Romana Tomc

S&D

Ole Christensen, Agnes Jongerius, Siôn Simon

5

0

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Renate Weber

ENF

Mara Bizzotto

GUE/NGL

João Pimenta Lopes

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018Avviż legali