Proċedura : 2018/0160(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0387/2018

Testi mressqa :

A8-0387/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/11/2018 - 8.2

Testi adottati :

P8_TA(2018)0467

RAPPORT     ***I
PDF 776kWORD 55k
23.11.2018
PE 627.604v01-00 A8-0387/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni)

(COM(2018)0316 – C8‑0210/2018 – 2018/0160(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

(Kodifikazzjoni – Artikolu 103 tar-Regoli ta' Proċedura)

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni)

(COM(2018)0316 – C8‑0210/2018 – 2018/0160(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0316),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0210/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 103 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0387/2018),

A.  billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali;

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


ANNESS: OPINJONI TAL-GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV TAS-SERVIZZI LEGALI TAL-PARLAMENT EWROPEW, TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI

 

 

 

 

GRUPP TA' ĦIDMA KONSULTATTIV

TAS-SERVIZZI LEGALI

Brussell, il-12 ta' Lulju 2018

OPINJONI

  GĦALL-ATTENZJONI  TAL-PARLAMENT EWROPEW

    TAL-KUNSILL

    TAL-KUMMISSJONI

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni)

COM(2018)0316 tal-24.5.2018 – 2018/0160(COD)

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi, u b'mod partikolari l-punt 4 tiegħu, il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-Servizzi Legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fit-13 ta' Ġunju 2018 kellu laqgħa ddedikata għall-eżami tal-proposta msemmija hawn fuq, imressqa mill-Kummissjoni

F'din il-laqgħa(1), waqt l-eżami tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill intenzjonata li tikkodifika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, il-Grupp, bi qbil komuni, innota dan li ġej:

1. It-test tan-nota f'qiegħ il-paġna nru 11 għandu jiġi adattat sabiex jinqara kif ġej: "Approvat bir-Riżoluzzjonijiet 663 C (XXIV) tal-31 ta' Lulju 1957 u 2076 (LXII) tat-13 ta' Mejju 1977 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti".

2. Fil-premessa 45, il-kliem "f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill" għandhom jiġu adattati biex jaqraw "f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill".

3. Fil-kaxxa ta' referenza li tippreċedi l-premessa 52, l-indikazzjoni "1236/2005 premessa 24" kellha taqra "1236/2005 premessa 24".

4. Fl-Artikolu 27, il-kliem "f'konformità mar-regoli stipulati fid-Direttiva 95/46/KE" għandhom jiġu adattati b'mod li jinqraw "f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (UE) 2016/679".

5. Fl-Anness VII, it-titolu attwali tal-formola ("Awotrizzazzjoni għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura (Regolament (KE) Nru 1236/2005") għandu jiġi adattat b'mod li jinqara "Awotrizzazzjoni għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura (Regolament (UE) [...]" Fil-punt 15 ta' dik il-formola, il-kliem "skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament 1236/2005" għandhom jiġu adattati biex jaqraw "skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament ( UE) [ ...]". Fin-noti ta' spjegazzjoni tal-formola, in-nota f'qiegħ il-paġna li tikkorrispondi għar-referenza li saret għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 fil-Kaxxa 6 għandha tiġi adattata biex tinqara kif ġej: "Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7)".

6. Fl-Anness VIII, it-titolu attwali tal-formola ("Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali (Regolament (KE) Nru 1236/2005") għandu jiġi adattat b'mod li jinqara "Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' servizzi ta' senserija relatati ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali (Regolament (UE) Nru […]" Fil-punt 1 tal-formola, il-kliem "Awtorizzazzjoni ta' Servizzi ta' Senserija (Regolament (KE) Nru 1236/2005") għandhom jiġu adattati biex jinqraw "Awtorizzazzjoni ta' Servizzi ta' Senserija (Regolament (UE) [...])". Fil-punt 19, il-kliem "skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005" għandhom jiġu adattati biex jaqraw "skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) [ ...]".

7. Fl-Anness IX, it-titolu attwali tal-formola ("Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali (Regolament (KE) Nru 1236/2005") għandu jiġi adattat b'mod li jinqara "Awtorizzazzjoni għall-provvista ta' assistenza teknika relatata ma' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għall-piena kapitali(Regolament (UE) Nru […]" Fil-punt 1 tal-formola, il-kliem "Awtorizzazzjoni ta' Assistenza Teknika (Regolament (KE) Nru 1236/2005)" għandhom jiġu adattati biex jinqraw "Awtorizzazzjoni ta' Assistenza Teknika (Regolament (UE) [...])". Fil-punt 3, l-indikazzjoni "7a" għandha tinbidel b' "15" u l-indikazzjoni "7e" għandha tinbidel b' "19". Fil-punt 15, il-kliem "skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005" għandhom jiġu adattati biex jaqraw "skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) [ ...]".

Dan l-eżami tal-proposta b'hekk wassal biex il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv jikkonkludi, bi qbil komuni, li l-proposta effettivament tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali.

F. DREXLER      H. LEGAL      L. ROMERO REQUENA

Ġurikonsult      Ġurikonsult      Direttur Ġenerali

(1)

  Il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv ħadem fuq il-bażi tal-verżjoni Ingliża tal-proposta, il-verżjoni lingwistika oriġinali tat-test eżaminat.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (kodifikazzjoni)

Referenzi

COM(2018)0316 – C8-0210/2018 – 2018/0160(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

31.5.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

3.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Laura Ferrara, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Emil Radev, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Jytte Guteland, Virginie Rozière, Kosma Złotowski

Data tat-tressiq

23.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Sajjad Karim, Kosma Złotowski

EFDD

Laura Ferrara

ENF

Gilles Lebreton

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Geoffroy Didier, Emil Radev, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Virginie Rozière

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 26 ta' Novembru 2018Avviż legali