Proċedura : 2018/0109(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0389/2018

Testi mressqa :

A8-0389/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.21

Testi adottati :

P8_TA(2019)0353

RAPPORT     ***I
PDF 882kWORD 95k
23.11.2018
PE 626.718v01-00 A8-0389/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107

(COM(2018)0229 – C8-0162/2018 – 2018/0109(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Marco Affronte

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107

(COM(2018)0229 – C8-0162/2018 – 2018/0109(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0229),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0162/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-19 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0389/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-valutazzjonijiet xjentifiċi juru li l-pixxispad ġie mistad wisq matul dawn l-aħħar 30 sena u li, jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni malajr, l-istokk potenzjalment qed jiffaċċja kollass totali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-pixxispad tal-Mediterran li jkun inqabad u li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni se jkollu jiġi skartat, skont il-punt 17 tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT, sakemm dan ma jkunx jidħol fil-limiti tal-qabdiet aċċessorji stabbiliti mill-Istati Membri fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom. Għall-finijiet tal-konformità tal-Unjoni mal-obbligi internazzjonali tagħha fil-kuntest tal-ICCAT, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/191 jipprevedi derogi mill-obbligu ta' ħatt l-art għall-pixxispad tal-Mediterran, bi qbil mal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/191 jimplimenta ċerti dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT u jistabbilixxi l-obbligu li l-bastimenti jiskartaw il-pixxispad li jkollhom abbord li jkun jaqbeż il-kwota allokata għalihom u/jew il-livell massimu ta' qabdiet aċċessorji permessi tagħhom. Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament Delegat jinkludi l-bastimenti li jintużaw għas-sajd rikreattiv.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Fl-arranġamenti tal-kiri, ta' spiss ma jkunux ċari r-relazzjonijiet bejn is-sid, in-noleġġatur u l-Istat tal-bandiera, u ċerti sajjieda tas-sajd IUU jevadu l-kontrolli billi jabbużaw mill-arranġamenti tal-kiri tal-bastimenti tas-sajd. Ir-Regolament (UE) 2016/16277, li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, jipprojbixxi l-kiri. Għalhekk, bħala miżura ta' prevenzjoni sabiex jitħares stokk li qed jirkupra u sabiex ikun hemm il-konsistenza mal-liġijiet tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi adottata projbizzjoni simili fil-pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran.

(12)  Fl-arranġamenti tal-kiri, ta' spiss ma jkunux ċari r-relazzjonijiet bejn is-sid, in-noleġġatur u l-Istat tal-bandiera, u ċerti operaturi li jwettqu attivitajiet IUU jevadu l-kontrolli billi jabbużaw mill-arranġamenti tal-kiri tal-bastimenti tas-sajd. Ir-Regolament (UE) 2016/16277, li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, jipprojbixxi l-kiri. Għalhekk, bħala miżura ta' prevenzjoni sabiex jitħares stokk li qed jirkupra u sabiex ikun hemm il-konsistenza mal-liġijiet tal-Unjoni, huwa xieraq li tiġi adottata projbizzjoni simili fil-pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran.

__________________

__________________

7 Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).

7 Ir-Regolament (UE) 2016/1627 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar pjan pluriennali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 302/2009 (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 1).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)   Sabiex l-emendi tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jista' jkun hemm fil-ġejjieni jiġu implimentati malajr fil-liġi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mal-emendar tal-Annessi ta' dan ir-Regolament, kif ukoll tad-dispożizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 34(1) tiegħu. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet8. B'mod partikulari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom irid ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(14)   Sabiex jiġu implimentati malajr fil-liġi tal-Unjoni Rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jista' jkun hemm fil-ġejjieni li jemendaw il-pjan ta' rkupru għall-pixxispad tal-Mediterran stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-ICCAT 16-05, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea b'rabta mal-emendar tal-Artikoli relevanti ta' dan ir-Regolament u tal-Annessi tiegħu. Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti, inkluż fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet8. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iridu jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li fih jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom irid ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

__________________

__________________

8 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

8 Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni, min-naħa tal-Unjoni, tal-pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran (Xiphias gladius), irrakkomandat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT), li jibda fl-2017 u li jkompli għaddej sal-2031 ("il-pjan ta' rkupru").

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni, min-naħa tal-Unjoni, tal-pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran (Xiphias gladius), adottat mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (l-ICCAT), li jibda fl-2017 u li jkompli għaddej sal-2031 ("il-pjan ta' rkupru").

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  li jistadu għall-pixxispad fiż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT fil-Mediterran; or

(i)  li jistadu għall-pixxispad fil-Baħar Mediterran; or

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt a - punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  li jittrażbordaw, anke 'l barra miż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT, il-pixxispad maqbud fil-Mediterran;

(ii)  li jittrażbordaw jew iġorru abbord, anke 'l barra miż-żona tal-Konvenzjoni ICCAT, il-pixxispad maqbud fil-Mediterran;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jintużaw għas-sajd rikreattiv li jistadu għall-pixxispad fl-ilmijiet tal-Unjoni fil-Mediterran;

(b)  għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi u għall-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jintużaw għas-sajd rikreattiv li joperaw fl-ilmijiet tal-Unjoni u li jistadu għall-pixxispad fil-Baħar Mediterran;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  "bastiment kbir tas-sajd”" tfisser bastiment tas-sajd li minn tarf għall-ieħor ikun fih tul ta' iżjed minn 20 metru;

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  "ir-reġistru tal-ICCAT tal-bastimenti kbar tas-sajd" tfisser il-lista, li jżomm is-Segretarjat tal-ICCAT, tal-bastimenti l-kbar tas-sajd li huma awtorizzati jistadu l-ispeċijiet tal-ICCAT fiż-żona tal-Konvenzjoni tal-ICCAT;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  "sunnara taċ-ċirku" tfisser sunnara ttondjata bil-ponta orjentata b'mod perpendikolari għax-xikel tal-ispalla;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Titolu II – Intestatura

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

MIŻURI TA' ĠESTJONI, MIŻURI TEKNIĊI TA' KONSERVAZZJONI U MIŻURI TA' KONTROLL

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huma u jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika, u għandhom ukoll jagħmlu ħilithom biex iqassmu l-kwoti nazzjonali b'mod ġust fost id-diversi segmenti tal-flotta, filwaqt li jqisu s-sajd tradizzjonali u artiġjanali, u biex jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

1. B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huma u jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta' natura ambjentali, soċjali u ekonomika. Il-kwoti nazzjonali għandhom jitqassmu b'mod ġust fost id-diversi segmenti tal-flotta, filwaqt li jiżguraw b'mod partikolari li jiġu allokati kwoto lis-sajd tradizzjonali u artiġjanali. L-Istati Membri għandhom jipprovdu inċentivi għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jużaw irkaptu selettiv tas-sajd jew li jużaw tekniki tas-sajd b'impatt ambjentali mnaqqas.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jallokaw kwalunkwe żieda fl-opportunitajiet tas-sajd, li tirriżulta mill-implimentazzjoni b'suċċess ta' dan ir-Regolament, lil bastimenti tas-sajd li ma ġewx allokati preċedentement kwoti tal-pixxispad u li jissodisfaw il-kriterji għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sabiex jikkontribwixxu għall-objettiv ta' distribuzzjoni ugwali u ġusta tal-kwoti fost is-segmenti differenti tal-flotta.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet tas-sajd tagħhom lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu ta' kull sena. It-tali pjanijiet għandhom ikunu skont il-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-dejta u tal-informazzjoni, u għandu jkun fihom informazzjoni ddettaljata dwar il-kwota tal-pixxispad tal-Mediterran allokata skont it-tip ta' rkaptu, fosthom dik allokata għas-sajd rikreattiv, meta dan ikun rilevanti, u dik allokata għall-qabdiet aċċessorji.

1.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet tas-sajd tagħhom lill-Kummissjoni sal-1 ta' Marzu ta' kull sena. Tali pjanijiet għandhom ikunu skont il-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-dejta u tal-informazzjoni, u għandu jkun fihom informazzjoni ddettaljata dwar il-kwota tal-pixxispad tal-Mediterran allokata skont it-tip ta' rkaptu, fosthom il-kwota allokata għas-sajd rikreattiv, meta dan ikun rilevanti, u dik allokata għall-qabdiet aċċessorji.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-effettività tal-perjodi tal-għeluq imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, u kull sena, tal-inqas xahrejn u ħmistax-il ġurnata qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT, għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet ix-xierqa li huma jkunu wettqu fis-sena ta' qabel sabiex jiżguraw li jitħarsu dawk il-paragrafi. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas xahrejn qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT kull sena.

3.  L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-effettività tal-perjodi tal-għeluq imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, u kull sena, tal-inqas xahrejn u ħmistax-il ġurnata qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT, għandhom jibagħtu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet ix-xierqa li huma jkunu wettqu fis-sena ta' qabel sabiex jiżguraw li jitħarsu dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT mill-inqas xahrejn qabel il-laqgħa annwali tal-ICCAT kull sena.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabdiet aċċessorji inċidentali ta' pixxispad li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

Qabdiet inċidentali ta' pixxispad li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minkejja l-Artikolu 11(1), il-bastimenti tal-qbid li jkunu qed jistadu b'mod attiv għall-pixxispad jistgħu jżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasferixxu, iħottu l-art, jittrasportaw, jaħżnu, jbigħu, juru jew joffru għall-bejgħ il-qabdiet inċidentali ta' pixxispad li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, sakemm dawn il-qabdiet ma jkunux jaqbżu l-5 % skont il-piż jew l-għadd ta' ħut tal-qabda totali tal-pixxispad tat-tali bastimenti.

Minkejja l-Artikolu 11(1), il-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu għall-pixxispad jistgħu jżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasferixxu, iħottu l-art, jittrasportaw, jaħżnu, jbigħu, juru jew joffru għall-bejgħ il-qabdiet aċċessorji ta' pixxispad li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni, sakemm dawn il-qabdiet ma jkunux jaqbżu l-5 % skont il-piż jew l-għadd ta' speċijiet tal-qabda totali tal-pixxispad tat-tali bastimenti, u ma jaqbżux il-limitu ta' qabdiet aċċessorji li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi kwalunkwe ħin wara sajda, il-qabdiet aċċessorji tal-pixxispad ma għandhomx jaqbżu l-għadd totali tal-qabda abbord skont il-piż jew l-għadd ta' ħut maqbud waqt is-sajd bil-konz.

imħassar

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fil-każ tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kuljum. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx tal-pixxispad maqbud ħaj waqt is-sajd rikreattiv.

3.  B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fil-każ tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kuljum. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx tal-pixxispad maqbud ħaj waqt is-sajd rikreattiv u għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri aktar restrittivi li jtejbu l-protezzjoni tal-pixxispad.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-kwota allokata lill-Istat Membru tal-bandiera tiġi eżawrita, il-pixxispad mejjet għandu jinħatt l-art sħiħ u minħajr ma jkun ipproċessat, u dan għandu jiġi kkonfiskat u għandha tittieħed l-azzjoni x-xierqa ta' segwitu b'rabta miegħu. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-kwantità tat-tali pixxispad mejjet lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT skont l-Artikolu 21.

5.  Meta l-kwota allokata lill-Istat Membru tal-bandiera tiġi eżawrita, il-pixxispad mejjet għandu jinħatt l-art sħiħ u minħajr ma jkun ipproċessat, u għandu jingħata lill-awtorità ddeżinjata. Kull sena, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-kwantità tat-tali pixxispad mejjet lill-Kummissjoni, li għandha tibgħat dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-ICCAT skont l-Artikolu 21.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-bastimenti tas-sajd għandhom jitħallew ikollhom abbord 2 500 sunnara ta' sostituzzjoni mhux imqabbdin mal-irkaptu għal vjaġġi ta' iktar minn jumejn.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, il-bastimenti tas-sajd għandhom jitħallew ikollhom abbord 2 500 sunnara ta' sostituzzjoni għal vjaġġi ta' iktar minn jumejn. It-tieni sett ta' snanar armati jista' jitħalla abbord għall-vjaġġi ta' iktar minn jumejn, sakemm dan ikun marbut u stivat kif xieraq taħt il-gverta b'tali mod li ma jistax jintuża faċilment.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-użu tas-snanar taċ-ċirku;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-qbid tal-pixxispad tal-Mediterran għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2403:

1. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-qbid tal-pixxispad tal-Mediterran għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2017/2403, b'mod partikolari l-Artikoli 20 u 21 tiegħu:

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għall-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran;

(a) għall-bastimenti tas-sajd attivi li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran u, fejn applikabbli, li jkollhom reġistru assoċjat tal-qabdiet;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jaqbdu l-pixxispad tal-Mediterran bħala qabda aċċessorja; and

imħassar

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-bastimenti tal-Unjoni mniżżlin fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 16 u 17 biss għandhom ikunu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh, jipproċessawh jew iħottuh l-art.

3.  Il-bastimenti tal-Unjoni mniżżlin fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 16 u 17 biss għandhom ikunu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran, iżommuh abbord, jittrażbordawh, jittrasportawh, jipproċessawh jew iħottuh l-art, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13 dwar il-qabdiet aċċessorji.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni dwar il-bastimenti tal-qbid imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandu jkun fiha isem il-bastiment u n-numru tiegħu tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (in-numru tas-CFR), kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/21815 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

2.  L-informazzjoni dwar il-bastimenti imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandu jkun fiha isem il-bastiment u, fejn applikabbli, in-numru tiegħu tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (in-numru tas-CFR), kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/21815 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

__________________

__________________

15 ĠU L 34, 9.2.2017, p. 9.

15 ĠU L 34, 9.2.2017, p. 9.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull informazzjoni addizzjonali, informazzjoni mħassra jew informazzjoni emendata dwar il-bastimenti tal-qbid imsemmija fil-paragrafu 1, sa mhux aktar tard minn 30 ġurnata minn meta jsir dak it-tibdil fl-informazzjoni. Sa mhux aktar tard minn 45 ġurnata minn meta tiżdied, titħassar jew tiġi emendata l-informazzjoni dwar dawk il-bastimenti tal-qbid, il-Kummissjoni għandha tavża lis-Segretarjat tal-ICCAT b'dan.

3.  l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull modifika tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li ssir tali modifika. Il-Kummissjoni għandha tavża lis-Segretarjat tal-ICCAT fi żmien 15-il jum minn meta tirċievi tali notifika.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  B'konformità mal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2017/2403, matul is-sena l-Kummissjoni għandha temenda l-informazzjoni dwar il-bastimenti tal-qbid imsemmija fil-paragrafu 1 jekk ikun hemm bżonn, billi tibgħat l-informazzjoni aġġornata lis-Segretarjat tal-ICCAT.

4.  Minbarra kull informazzjoni trażmessa lis-Segretarjat tal-ICCAT b'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) Nru 2017/2043, tibgħat mingħajr dewmien dettalji aġġornati tal-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lis-Segretarjat tal-ICCAT.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja b'mod elettroniku lill-Kummissjoni dwar il-bastimenti tal-qbid li jtajru l-bandiera tagħhom li kienu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran bil-konzijiet tal-wiċċ jew bil-ħarpuni fis-sena ta' qabel:

1.  Sat-30 ta' Ġunju ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni li ġejja b'mod elettroniku lill-Kummissjoni dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li kienu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran bil-konzijiet tal-wiċċ jew bil-ħarpuni fis-sena ta' qabel:

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu mniżżlin fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT u li jkunu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran, u l-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran fl-ilmijiet tal-Unjoni u li b'kollox ikunu itwal minn 12-il metru, għandu jkollhom installat abbord apparat li jiffunzjona għalkollox li jippermetti lill-bastiment jiġi awtomatikament lokalizzat u identifikat permezz tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti billi jittrażmetti d-dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f'intervalli regolari, bi qbil mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

1.  Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu mniżżlin fir-reġistru tal-bastimenti tal-ICCAT u li jkunu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran, u l-bastimenti ta' pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran fl-ilmijiet tal-Unjoni u li b'kollox ikunu itwal minn 15-il metru, għandu jkollhom installat abbord apparat li jiffunzjona għalkollox li jippermetti lill-bastiment jiġi awtomatikament lokalizzat u identifikat permezz tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti billi jittrażmetti d-dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f'intervalli regolari, bi qbil mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-finijiet tal-kontroll, it-trażmissjoni tad-dejta tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran ma għandhiex tiġi interrotta meta l-bastimenti jkunu fil-port.

2.  Għall-finijiet tal-kontroll, it-trażmissjoni tad-dejta tas-sistema ta' monitoraġġ tal-bastimenti mill-bastimenti tal-qbid li huma awtorizzati jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran tista' tintefa meta l-bastimenti jkunu fil-port, dment li jkun garantit li din terġa' tinxtegħel fl-istess pożizzjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jkun ipprojbit il-kiri ta' bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għas-sajd tal-pixxispad tal-Mediterran.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jintbagħtu l-osservaturi xjentifiċi nazzjonali fuq tal-inqas 20 % mill-bastimenti kollha tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran. Il-perċentwal ta' kopertura se jitkejjel f'jiem tas-sajd, f'għadd ta' kalati jew f'għadd ta' vjaġġi.

2. Sa... [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jintbagħtu l-osservaturi xjentifiċi nazzjonali fuq tal-inqas 10 % mill-bastimenti kollha tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran. Wara dik id-data, l-Istat Membru kkonċernat jista' jnaqqas il-kopertura tal-osservaturi għal mill-inqas 5 %. Il-perċentwal ta' kopertura se jitkejjel f'jiem tas-sajd, f'għadd ta' kalati jew f'għadd ta' vjaġġi.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tintbagħat fil-format stabbilit fl-aħħar verżjoni tal-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-dejta u tal-informazzjoni.

5.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tintbagħat fil-format stabbilit fl-iktar verżjoni reċenti tal-Linji Gwida tal-ICCAT għat-tressiq tad-dejta u tal-informazzjoni.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 24 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mill-inqas erba' sigħat qabel il-ħin stmat tal-wasla tagħhom fil-port, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li b'kollox ikunu iqsar minn 12-il metru li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 16 għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità tal-ħatt l-art tagħha huma jkunu jixtiequ jużaw, bl-informazzjoni li ġejja:

2.  Qabel il-wasla tagħhom fil-port, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li b'kollox ikunu iqsar minn 12-il metru li huma inklużi fil-lista tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 16 għandhom jgħarrfu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew tal-PKK li l-portijiet jew il-faċilità tal-ħatt l-art tagħha huma jkunu jixtiequ jużaw, bl-informazzjoni li ġejja:

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Waqt is-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kuljum.

2.  Waqt is-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kull xahar.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-isem u l-indirizz tas-sid jew tas-sidien u tal-operatur jew tal-operaturi tal-bastiment tas-sajd.

(e)  l-isem u l-indirizz tas-sid jew tas-sidien u tal-operatur jew tal-operaturi tal-bastiment.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Ir-rapporti annwali msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b'rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għat-tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport b'rabta mad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għat-tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perjodu.

(1)

ĠU C …, …, p. ….


NOTA SPJEGATTIVA

L-istatus tal-pixxispad tal-Mediterran huwa kwistjoni ta' tħassib dejjem tikber, ilu jsir sajd żejjed għalih għal aktar minn 30 sena. Il-proporzjon għoli ta' pixxispad mhux matur fil-qabdiet għandu impatt negattiv fuq il-bijomassa riproduttiva.

Huwa urġenti li din is-sitwazzjoni titreġġa' lura u li jiġi adottat pjan ta' rkupru tal-pixxispad tal-Mediterran biex jitwaqqaf it-tnaqqis rapidu tal-istokk u biex l-istokk jerġa' jinbena għal livelli konsistenti mal-objettiv tal-Konvenzjoni tal-ICCAT.

L-Unjoni Ewropea hija Parti Kontraenti għall-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMO) responsabbli mill-ġestjoni tal-ispeċijiet tat-tonn u tal-ispeċijiet simili għalih fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra li jmissu miegħu.

L-ICCAT għandha s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet obbligatorji ("Rakkomandazzjonijiet") għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd fil-qasam ta' kompetenza tagħha; dawn l-atti huma vinkolanti għall-partijiet kontraenti; huma jridu jiddaħħlu fid-dritt tal-Unjoni malajr kemm jista' jkun.

L-għan ta' din il-proposta huwa li r-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT tiġi trasposta fid-dritt tal-UE sabiex l-Unjoni tkun tista' tikkonforma mal-obbligi internazzjonali tagħha u sabiex l-operaturi jingħataw iċ-ċertezza legali dwar ir-regoli u l-obbligi tagħhom.

Waqt il-laqgħa annwali tal-ICCAT tal-2016 li saret f'Vilamoura (fil-Portugall), il-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni tal-ICCAT u l-partijiet, l-entitajiet jew l-entitajiet tas-sajd mhux kontraenti tagħha li jikkooperaw magħha ("il-PKK") ħadu pass deċiżiv biex jindirizzaw is-sitwazzjoni allarmanti tal-istokkijiet tal-pixxispad tal-Mediterran (Xiphias gladius) billi adottaw pjan ta' rkupru ta' 15-il sena fir-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT.

Kontenut tal-proposta

Għalkemm il-pjan ta' rkupru qed jiġi implimentat mill-Istati Membri minn Jannar 2017, il-miżuri huma mxerrda f'bosta regolamenti tal-UE, fatt li xi drabi joħloq problema ta' interpretazzjoni tar-regoli. Għalhekk, l-għan ta' din il-proposta huwa doppju: a) li tiġi stabbilita l-bażi ġuridika għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru u b) li jiġu kkonċentrati f'test legali wieħed ir-regoli ta' ġestjoni u ta' kontroll rigward il-pjan ta' rkupru tal-pixxispad tal-Mediterran.

Din ir-Rakkomandazzjoni tistabbilixxi r-regoli għall-konservazzjoni, għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-istokk tal-pixxispad fil-Mediterran sabiex jinkiseb livell tal-bijomassa li jkun jikkorrispondi għar-rendiment massimu sostenibbli sal-2031 bi probabbiltà ta' mill-inqas 60 % li jintlaħaq dan il-għan.

Ir-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT toħloq l-obbligu li jiġi skartat il-pixxispad li jkun abbord il-bastimenti, inkluż fis-sajd sportiv u rikreattiv, li jaqbeż il-kwota allokata lill-bastiment u/jew il-livell massimu ta' qabdiet aċċessorji permessi. Il-pixxispad tal-Mediterran li jkun inqabad u ttella' abbord il-bastimenti u li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni wkoll se jkollu jiġi skartat, ħlief għal ċertu limitu ta' qabdiet aċċessorji stabbilit mill-Istati Membri fil-pjanijiet annwali tas-sajd tagħhom.

Il-miżuri li ġew adottati bir-Rakkomandazzjoni 16-05 tal-ICCAT, li dan ir-Regolament qed jittrasponi, huma iktar restrittivi jew iktar preċiżi mill-miżuri li huma diġà fis-seħħ, sabiex l-istokk ikun jista' jirkupra. Id-differenzi ewlenin ta' bejniethom jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

•  id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni: il-proposta tipprojbixxi li jiġu mistada jew li jinżammu abbord, jiġu ttrażbordati, jinħattu l-art, jiġu ttrasportati, jinħażnu, jinbiegħu, jintwerew jew jiġu offruti għall-bejgħ il-qabdiet u l-qabdiet aċċessorji tal-pixxispad, inkluż mis-sajd rikreattiv: (a) li jkunu twal inqas minn 100 cm mix-xedaq ta' isfel sal-furketta; jew (b) li jkollhom piż ħaj ta' inqas minn 11,4 kg jew piż ta' inqas minn 10,2 kg wara li jkunu tneħħewlhom il-garġi u jkunu ssewwew;

•  l-għadd massimu ta' snanar: il-proposta tistabbilixxi l-għadd massimu ta' snanar li l-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran jistgħu jkalaw jew jieħdu abbord bħala 2 500 sunnara;

•  Staġuni magħluqa: Il-pixxispad tal-Mediterran m'għandux jinqabad, la bħala speċi fil-mira u lanqas bħala qabda aċċessorja, u m'għandux jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Marzu ta' kull sena. Sabiex jitħares il-pixxispad tal-Mediterran, għandu jkun hemm perjodu ta' għeluq tas-sajd mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru ta' kull sena għall-bastimenti tas-sajd bil-konz li jkunu qed jistadu għall-alongi (Thunnus alalunga) fil-Mediterran;

•  Definizzjoni tat-TAC u allokazzjoni tal-kwoti: dawn diġà ġew trasposti fl-2017 u issa huma inklużi fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Għalhekk mhuwiex neċessarju li t-traspożizzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd tkun inkluża f'din il-proposta.

Il-pjan ta' rkupru jqis l-ispeċifiċitajiet tat-tipi ta' rkaptu u tat-tekniki tas-sajd differenti. Huma u jimplimentaw il-pjan ta' rkupru, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-attivitajiet tas-sajd ta' mal-kosta u l-użu ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt ambjentali mnaqqas, inklużi rkaptu u tekniki li jintużaw fis-sajd tradizzjonali u artiġjanali, biex b'hekk jikkontribwixxu għal livell ġust ta' għajxien għall-ekonomiji lokali.

Pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jemmen li hemm bżonn urġenti li l-Unjoni tadotta pjan ta' rkupru għall-pixxispad peress li s-sitwazzjoni tal-istokk hija kritika.

Ir-Rapporteur jiddispjaċih li l-proposta qed tidderoga mill-Artikolu 2 tal-PKS: "ir-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandha, fejn possibbli, tintlaħaq sal-2015 u, fuq bażi progressiva u inkrementali sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha", iżda jifhem ir-raġunijiet għal din id-deroga. L-istokk ma jiġix sfruttat biss mill-Unjoni Ewropea iżda wkoll mill-pajjiżi kollha ta' max-xatt tal-Mediterran, huwa ġestit mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), li l-Unjoni Ewropea hija waħda mill-51 Parti Kontraenti tagħha, u anki jekk jiġu applikati l-iktar miżuri eżiġenti għall-flotta tal-UE (jiġifieri l-għeluq totali tas-sajd), il-livelli ta' bijomassa li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli ma jistgħux jintlaħqu sa mhux aktar tard mill-2020;

Ir-Rapporteur jirrikonoxxi li l-KE xi drabi marret lil hinn mit-traspożizzjoni letterali tar-Rakkomandazzjoni 16–05, iżda jemmen li dan huwa koerenti mas-sitwazzjoni allarmanti tal-istatus tal-istokk tal-ħut.

Hemm il-ħtieġa ta' sforz addizzjonali fil-kopertura tal-osservaturi. Il-Kumitat Permanenti dwar ir-Riċerka u l-Istatistika ( SCRS ) ġibed l-attenzjoni fir-rapporti tiegħu tal-2016 u tal-2017 għall-bżonn li jiżdied il-ġbir tad-dejta, b'mod partikolari l-kontroll tal-iskartar u tal-ħatt l-art. Il-grupp ta' koordinazzjoni Reġjonali ta' speċijiet ferm migratorji ġibed l-attenzjoni għall-fatt li d-dejta bijoloġika hija skarsa u jeħtieġ li tinġabar fis-segmenti kollha tal-flotta. L-esperjenza fi pjanijiet ta' rkupru oħrajn, b'mod partikolari l-irkupru tat-tonn tal-Lvant, turi li ż-żamma ta' standards għoljin ta' kontroll hija waħda mill-elementi ewlenin tas-suċċess ta' pjan. Huwa għal din ir-raġuni li permessi speċifiċi tas-sajd u t-tisħiħ tas-sistema ta' lokalizzazzjoni tal-bastimenti (VMS u oħrajn) huma kruċjali għall-irkupru tal-istokk.

Min-naħa l-oħra, miżuri li spiss huma aktar stretti minn dawk adottati fl-RFMOs (organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd) jiġu applikati għall-flotta tal-UE. Għandna bżonn nikkonvinċu lill-pajjiżi terzi, permezz tal-azzjoni tagħna fl-RFMOs, biex isegwu l-istandards tal-UE f'dawn il-każijiet.

Ir-rapporteur jixtieq isaħħaħ il-kunċett li, meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd, il-kwoti għandhom jitqassmu b'mod ġust fost id-diversi segmenti tal-flotta, filwaqt li jitqies is-sajd tradizzjonali u artiġjanali. Barra minn hekk, jekk il-kwoti jiżdiedu, għandhom jitqiesu bastimenti ġodda għad-distribuzzjoni, sabiex tiġi evitata l-monopolizzazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jippromwovu l-użu ta' rkaptu u ta' tekniki tas-sajd li jkunu selettivi u li jkollhom impatt imnaqqas fuq l-ambjent. F'dak ir-rigward jemmen li l-użu ta' snanar taċ-ċirku għas-sajd tal-pixxispad għandu jiġi promoss minħabba li dawn inaqqsu l-qabdiet aċċessorji ta' speċijiet sensittivi, bħall-fkieren tal-baħar, u jiffavorixxu t-tnaqqis ta' qabdiet tal-pixxispad żgħir wisq, mingħajr ma jaffettwaw il-volum tal-ħatt l-art.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (23.7.2018)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107

(COM(2018)0229 – C8-0162/2018 – 2018/0109(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fil-każ tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kuljum. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx tal-pixxispad maqbud ħaj waqt is-sajd rikreattiv.

3.  B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fil-każ tas-sajd rikreattiv għandhom ikunu pprojbiti l-qbid, iż-żamma abbord, it-trażbord jew il-ħatt l-art ta' aktar minn pixxispad wieħed għal kull bastiment kuljum. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw u jiffaċilitaw ir-rilaxx tal-pixxispad maqbud ħaj waqt is-sajd rikreattiv u għandhom ikunu jistgħu jieħdu miżuri aktar restrittivi li jtejbu l-protezzjoni tal-pixxispad.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għall-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran;

(a)  għall-bastimenti tas-sajd attivi, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jkollhom il-mira li jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran, u fejn applikabbli, li jkollhom reġistru assoċjat tal-qabdiet;

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  għall-bastimenti tas-sajd li jkunu qed jaqbdu l-pixxispad tal-Mediterran bħala qabda aċċessorja; u

(b)  għall-bastimenti tas-sajd attivi, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, li jkunu qed jaqbdu l-pixxispad tal-Mediterran bħala qabda aċċessorja; u

Ġustifikazzjoni

Dan il-pjan ta' ġestjoni huwa opportunità biex jiġi żgurat li l-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żoni tal-RFMO huma attwalment attivi jew li joperaw f'dawn iż-żoni. Informazzjoni preċiża dwar fejn ikunu qed jistadu l-bastimenti u liema speċijiet huma mmirati huwa vitali biex jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sajd dinji, u l-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jintbagħtu l-osservaturi xjentifiċi nazzjonali fuq tal-inqas 20 % mill-bastimenti kollha tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran. Il-perċentwal ta' kopertura se jitkejjel f'jiem tas-sajd, f'għadd ta' kalati jew f'għadd ta' vjaġġi.

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jintbagħtu l-osservaturi xjentifiċi nazzjonali fuq tal-inqas 30 % mill-bastimenti kollha tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li jkunu qed jistadu għall-pixxispad tal-Mediterran. Il-perċentwal ta' kopertura se jitkejjel f'jiem tas-sajd, f'għadd ta' kalati jew f'għadd ta' vjaġġi.

Ġustifikazzjoni

Il-kumitati xjentifiċi tal-ICCAT jirrakkomandaw li l-livell minimu ta' kopertura ta' osservaturi għal dan it-tip ta' rkaptu għandu jkun mill-inqas ta' 20 %. Sabiex dan il-pjan ta' rkupru jirnexxi, il-qagħda mwiegħra tal-pixxispad tal-Mediterran flimkien mal-livell baxx ta' konformità jirrikjedu kopertura għolja ta' osservaturi biex isir ġbir sħiħ u preċiż ta' data dwar il-qabdiet li jagħmlu.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Ir-rapporti annwali msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107

Referenzi

COM(2018)0229 – C8-0162/2018 – 2018/0109(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

2.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

2.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

16.5.2018

Data tal-adozzjoni

10.7.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Alojz Peterle, Christel Schaldemose, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marc Joulaud, Stanisław Ożóg

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

51

+

ALDE

Catherine Bearder, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Urszula Krupa, Stanisław Ożóg, Bolesław G. Piecha, John Procter

GUE/NGL

Anja Hazekamp

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Marc Joulaud, Giovanni La Via, Peter Liese, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Guillaume Balas, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Daciana Octavia Sârbu, Damiano Zoffoli

VERTS

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Davor Škrlec, Keith Taylor

1

-

EFDD

Julie Reid

2

0

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pjan pluriennali għall-irkupru tal-pixxispad tal-Mediterran u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1967/2006 u (UE) 2017/2107

Referenzi

COM(2018)0229 – C8-0162/2018 – 2018/0109(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

24.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

2.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

2.5.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marco Affronte

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.5.2018

21.6.2018

24.9.2018

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Barbara Matera, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Rosa D’Amato, Francisco José Millán Mon, Maria Lidia Senra Rodríguez, Nils Torvalds

Data tat-tressiq

23.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Nils Torvalds

ECR

Peter van Dalen, Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Maria Lidia Senra Rodríguez

PPE

Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Barbara Matera, Francisco José Millán Mon, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Ole Christensen, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Isabelle Thomas

VERTS/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

0

-

 

 

1

0

EFDD

Sylvie Goddyn

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018Avviż legali