Proċedura : 2018/0043(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0390/2018

Testi mressqa :

A8-0390/2018

Dibattiti :

PV 17/04/2019 - 24
CRE 17/04/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0432

RAPPORT     ***I
PDF 904kWORD 101k
26.11.2018
PE 626.780v02-00 A8-0390/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE

(COM(2018)0094 – C8-0113/2018 – 2018/0043(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Bernd Lucke

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE

(COM(2018)0094 – C8-0113/2018 – 2018/0043(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0094),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0113/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta' Awwissu 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0390/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(3)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 53 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(5),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) jipprevedi rekwiżiti ġenerali ħafna b'rabta mal-elementi strutturali ta' bonds koperti. Dawn ir-rekwiżiti huma limitati minħabba l-ħtieġa li l-bonds koperti jinħarġu minn istituzzjoni ta' kreditu li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru u jkunu soġġetti għal superviżjoni pubblika speċjali kif ukoll għal mekkaniżmu ta' rikors doppju. L-oqfsa nazzjonali ta' bonds koperti jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet filwaqt li jirregolawhom f'ħafna aktar dettall. Dawk l-oqfsa nazzjonali fihom ukoll dispożizzjonijiet strutturali oħrajn, b'mod partikolari regoli li jirrigwardaw il-kompożizzjoni tal-aggregazzjoni ta' kopertura, il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-assi, il-possibbiltà li l-assi jiġu aggregati, l-obbligi tat-trasparenza u tar-rapportar, u r-regoli dwar il-mitigazzjoni tar-riskju tal-likwidità. L-approċċi tal-Istati Membri għar-regolamentazzjoni jvarjaw ukoll fir-rigward tas-sustanza. F'diversi Stati Membri, ma hemm l-ebda qafas nazzjonali ddedikat għall-bonds koperti. Bħala konsegwenza, l-elementi strutturali ewlenin li l-bonds koperti maħruġin fl-Unjoni għandhom jikkonformaw magħhom għadhom ma ġewx stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni.

(2)  L-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) iżid kundizzjonijiet ulterjuri għal dawk li jissemmew fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE sabiex jinkiseb trattament prudenzjali preferenzjali fir-rigward ta' rekwiżiti ta' kapital li jippermettu lil istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu qed jinvestu f'bonds koperti jżommu inqas kapital minn meta jkunu qed jinvestu f'assi oħra. Filwaqt li dawn ir-rekwiżiti addizzjonali jżidu l-livell ta' armonizzazzjoni ta' bonds koperti fi ħdan l-Unjoni, huma jaqdu l-iskop speċifiku li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet sabiex l-investituri ta' bonds koperti jirċievu dan it-trattament preferenzjali, u mhumiex applikabbli barra mill-qafas tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(3)  Partijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, inklużi r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61(8), ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/35(9) u d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), ukoll jirreferu għad-definizzjoni stipulata fid-Direttiva 2009/65/KE bħala referenza sabiex jiġu identifikati l-bonds koperti li jistgħu jibbenefikaw mit-trattament preferenzjali li dawn l-atti jistabbilixxu għall-investituri f'bonds koperti. Madankollu, il-kliem ta' dawn l-atti jvarja skont l-għanijiet u s-suġġetti tagħhom u, għalhekk, ma hemm l-ebda użu konsistenti tat-terminu "bonds koperti".

(4)  It-trattament ta' bonds koperti b'mod ġenerali jista' jitqies li huwa armonizzat fir-rigward tal-kundizzjonijiet għal investiment f'bonds koperti. Madankollu, hemm nuqqas ta' armonizzazzjoni madwar l-Unjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' bonds koperti u dan għandu, tal-inqas, żewġ konsegwenzi. L-ewwel nett, trattament preferenzjali jingħata b'mod ugwali lill-istrumenti li jistgħu jvarjaw fin-natura u fil-livell tar-riskju u fil-protezzjoni tal-investituri tagħhom. It-tieni nett, ▌id-differenzi fis-salvagwardji li jingħataw mir-regoli nazzjonali jistgħu joħolqu riskju għall-istabbiltà finanzjarja fejn il-bonds koperti, li jippreżentaw livell differenti ta' protezzjoni tal-investituri, jistgħu jinxtraw bħala tali madwar l-Unjoni u jistgħu jibbenefikaw minn trattament prudenzjali preferenzjali taħt ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni.

(5)  L-armonizzazzjoni ta' xi aspetti tas-sistemi nazzjonali flimkien mal-aħjar prattiki identifikati se jiżguraw żvilupp kontinwu u mingħajr xkiel tas-swieq ta' bonds koperti li jaħdmu tajjeb fl-Unjoni, u sabiex jiġu limitati r-riskji u n-nuqqasijiet potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja. Din l-armonizzazzjoni bbażata fuq il-prinċipji jenħtieġ li tistabbilixxi bażi komuni għall-ħruġ ta' bonds koperti kollha fl-Unjoni. L-armonizzazzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri kollha jistabbilixxu oqfsa ta' bonds koperti, li għandu jgħin ukoll biex jiffaċilita l-iżvilupp ta' swieq ta' bonds koperti f'dawk l-Istati Membri fejn attwalment m'hemmx wieħed. Dan is-suq jipprovdi sors ta' finanzjament stabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu, li fuq din il-bażi, ikunu f'pożizzjoni aħjar biex jipprovdu self ipotekarju affordabbli għall-konsumaturi u għan-negozji u jagħmlu investimenti aktar siguri disponibbli għall-investituri.

(6)  Il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku ("BERS") ħareġ rakkomandazzjoni(11) li fiha jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u lill-Awtorità Bankarja Ewropea ("EBA") biex jidentifikaw l-aħjar prattiki rigward il-bonds koperti u jħeġġu l-armonizzazzjoni tal-oqfsa nazzjonali. Jirrakkomanda wkoll li l-EBA tikkoordina l-azzjonijiet meħuda mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kwalità u s-segregazzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' kopertura, il-protezzjoni mill-falliment ta' bonds koperti, ir-riskji tal-assi u tal-obbligazzjonijiet li jaffettwaw l-aggregazzjonijiet ta' kopertura u d-divulgazzjoni tal-kompożizzjoni tal-aggregazzjonijiet ta' kopertura. Ir-rakkomandazzjoni tkompli tistieden lill-EBA sabiex timmonitorja l-funzjonament tas-suq għall-bonds koperti b'referenza għall-aħjar prattiki, kif identifikat mill-EBA, għal perjodu ta' sentejn, sabiex tiġi vvalutata l-ħtieġa għal azzjoni leġiżlattiva u sabiex din il-ħtieġa tiġi rrapportata lill-BERS u lill-Kummissjoni.

(7)  Il-Kummissjoni ħarġet sejħa għal parir lill-EBA f'konformità mal-Artikolu 503(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 f'Diċembru 2013.

(8)  B'risposta kemm għar-rakkomandazzjoni tal-BERS tal-20 ta' Diċembru 2012 kif ukoll għas-sejħa għal parir mill-Kummissjoni f'Diċembru 2013, l-EBA ħarġet rapport fl-1 ta' Lulju 2014(12). Dak ir-rapport jirrakkomanda konverġenza akbar tal-oqfsa nazzjonali legali, regolatorji u superviżorji ta' bonds koperti, sabiex tiġi appoġġata aktar l-eżistenza ta' trattament uniku tal-piż tar-riskju preferenzjali għall-bonds koperti fl-Unjoni.

(9)  Kif previst mill-BERS, l-EBA kompliet timmonitorja l-funzjonament tas-suq għall-bonds koperti għal sentejn b'referenza għall-aħjar prattiki stabbiliti f'dik ir-rakkomandazzjoni. Fuq din il-bażi, l-EBA ħarġet it-tieni rapport dwar bonds koperti lill-BERS, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fl-20 ta' Diċembru 2016(13). Dan ir-rapport ikkonkluda li tkun meħtieġa armonizzazzjoni ulterjuri sabiex jiġu żgurati definizzjonijiet u trattament regolatorju aktar konsistenti ta' bonds koperti fl-Unjoni. Ir-rapport kompla jikkonkludi li l-armonizzazzjoni jenħtieġ li tibni fuq is-swieq eżistenti li jaħdmu tajjeb f'ċerti Stati Membri.

(10)  Tradizzjonalment, il-bonds koperti jinħarġu minn istituzzjonijiet ta' kreditu. In-natura inerenti ta' dan l-istrument hija li tipprovdi finanzjament għal self u waħda mill-attivitajiet ewlenin tal-istituzzjonijiet ta' kreditu hija li tagħti self fuq skala kbira. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tagħti trattament preferenzjali lill-bonds koperti tirrikjedi li dawn jinħarġu minn istituzzjonijiet ta' kreditu.

(11)  Ir-riżerva tal-ħruġ ta' bonds koperti lill-istituzzjonijiet ta' kreditu tiżgura li l-emittent ikollu l-għarfien meħtieġ biex jimmaniġġa r-riskju tal-kreditu li jirrigwarda s-self fl-aggregazzjoni ta' kopertura. Hija tiżgura li l-emittent ikun soġġett għal rekwiżiti ta' kapital li jirfdu l-protezzjoni tal-investitur tal-mekkaniżmu b'rikors doppju, li jiggarantixxi lill-investitur pretensjoni kemm fuq l-emittent ta' bonds koperti kif ukoll fuq l-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura. Għalhekk, ir-restrizzjoni tal-ħruġ ta' bonds koperti għall-istituzzjonijiet ta' kreditu tiżgura li l-bonds koperti jibqgħu għodda ta' finanzjament sigura u effiċjenti, u għaldaqstant tikkontribwixxi għall-protezzjoni tal-investitur u għall-istabbiltà finanzjarja,  li huma objettivi ta' politika pubblika importanti fl-interess ġenerali. Dan ikun ukoll konformi mal-approċċ tal-funzjonament tajjeb tas-swieq nazzjonali li jippermettu biss lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu bonds koperti.

(12)  Huwa għalhekk xieraq li l-istituzzjonijiet ta' kreditu biss kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għandhom ikunu jistgħu joħorġu bonds koperti skont id-dritt tal-Unjoni. L-għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa li tirregola l-kundizzjonijiet li taħthom dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu jkunu jistgħu joħorġu bonds koperti bħala għodda ta' finanzjament billi tistabbilixxi r-rekwiżiti tal-prodotti u superviżjoni speċifika tal-prodotti li huma soġġetti għalihom sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-investitur.

(13)  L-eżistenza ta' mekkaniżmu ta' rikors doppju hija kunċett u element essenzjali ta' ħafna oqfsa nazzjonali eżistenti ta' bonds koperti u hija wkoll element kruċjali ta' bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat dan il-kunċett sabiex jiġi żgurat li l-investituri madwar l-Unjoni jkollhom pretensjoni kemm fuq l-emittent ta' bonds koperti kif ukoll fuq l-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura taħt kundizzjonijiet armonizzati.

(14)  Jenħtieġ li l-protezzjoni mill-falliment tkun ukoll karatteristika essenzjali ta' bonds koperti sabiex jiġi żgurat li l-investituri f'bonds koperti jitħallsu lura malli jimmatura l-bond. Aċċelerazzjoni awtomatika tal-ħlas lura f'każ ta' inadempjenza tal-emittent tista' xxekkel il-klassifikazzjoni ta' dawk li jkunu investew fil-bonds koperti, u, għaldaqstant, huwa importanti li jiġi żgurat li l-investituri ta' bonds koperti jitħallsu lura skont l-iskeda kuntrattwali u anki f'każ ta' inadempjenza. Il-protezzjoni mill-falliment hija direttament marbuta mal-mekkaniżmu tar-rikors doppju u għaldaqstant jenħtieġ li tkun karatteristika ewlenija tal-qafas ta' bonds koperti.

(15)  Karatteristika ewlenija oħra tal-oqfsa nazzjonali eżistenti ta' bonds koperti hija l-fatt li l-assi li jservu bħala kollateral jenħtieġ li jkunu ta' kwalità għolja ħafna sabiex jiġi żgurat li l-valur tal-aggregazzjoni ta' kopertura jkun suffiċjenti biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet tal-ħlas tal-bonds pendenti. Dawn l-aggregazzjonijiet ta' kopertura jistgħu jikkonsistu fi skoperturi għall-awtoritajiet bis-setgħa li jgħollu t-taxxa, jew pretensjonijiet iggarantiti b'assi fiżiċi ta' kwalità għolja. L-assi ta' kwalità għolja huma kkaratterizzati minn karatteristiċi speċifiċi li jirrelataw mal-pretensjoni li qiegħda tiġi assigurata u l-assi kollateral li jappoġġahom. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu stabbiliti l-karatteristiċi ġenerali ta' kwalità tal-aggregazzjonijiet ta' kopertura u l-assi kollaterali tagħhom. Jenħtieġ li l-assi elenkati fil-punti minn (a) sa (g) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu kkunsidrati eliġibbli biex iservu bħala kollateral fl-aggregazzjoni ta' kopertura, fi ħdan qafas għall-bonds koperti, kif jeħtieġ li jkun ukoll is-self ▌lill-impriżi pubbliċi li joperaw taħt superviżjoni pubblika jew klassifikazzjoni bi grad ta' investiment minn ECAI nominata. Assi oħra ta' kopertura ta' kwalità għolja simili jistgħu wkoll jitqiesu eliġibbli, sakemm jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, inklużi r-rekwiżiti għall-kollateral li jappoġġa l-pretensjoni għal pagament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu ħielsa wkoll li jeskludu l-assi fl-oqfsa nazzjonali tagħhom.

(15a)  Strumenti ta' dejn li jkunu koperti minn assi strateġiċi ta' importanza għat-tkabbir, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà li huma aktar riskjużi minn dejn u self ipotekarju tal-gvern u li ma jaqgħux fi ħdan din id-Direttiva, jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jkunu eliġibbli għal klassi ġdida ta' strumenti finanzjarji taħt l-isem Noti Garantiti Ewropej (ESNs). Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit tali qafas sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-finanzjament tal-SMEs fl-ekonomija tal-Unjoni. L-ESNs jistgħu jipprovdu strument addizzjonali utli għall-banek biex jiffinanzjaw l-ekonomija reali.

(16)  Il-bonds koperti għandhom karatteristiċi strutturali speċifiċi li l-għan tagħhom hu li jipproteġu lill-investituri f'kull ħin. Dawn il-karatteristiċi jinkludu r-rekwiżit li l-investituri f'bonds koperti jkollhom pretensjoni mhux biss kontra l-emittent iżda wkoll kontra l-assi f'aggregazzjoni ta' kopertura dedikata. Sabiex ikun żgurat li dawn l-assi jkunu ta' kwalità għolja, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi dwar il-kwalità tal-assi li jistgħu jkunu inklużi fl-aggregazzjoni. Dawk ir-rekwiżiti strutturali relatati mal-prodotti jvarjaw mir-rekwiżiti prudenzjali li japplikaw għal istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ bonds koperti. Jenħtieġ li din tal-ewwel ma tiffukax fuq li tiżgura s-saħħa prudenzjali tal-istituzzjoni emittenti, iżda fuq li tipproteġi lill-investituri billi timponi rekwiżiti speċifiċi fuq il-bond kopert innifsu. Minbarra r-rekwiżit speċifiku li jintużaw assi ta' kwalità għolja fl-aggregazzjoni ta' kopertura, huwa wkoll xieraq li r-rekwiżiti ġenerali tal-karatteristiċi tal-aggregazzjoni ta' kopertura jiġu rregolati sabiex tkompli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investituri. Jenħtieġ li dawn ir-rekwiżiti jinkludu regoli speċifiċi mmirati li jipproteġu l-aggregazzjoni ta' kopertura, inklużi regoli dwar is-segregazzjoni (inkluż permezz ta' Veikolu bi Skop Speċjali, SPV) u l-lokalità tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura li tiżgura livell ta' omoġeneità li jippermetti livell suffiċjenti ta' diversifikazzjoni tar-riskju fil-limiti ta' dik l-omoġeneità ▌u tiġi ffaċilitata valutazzjoni ġusta tar-riskju mill-investitur. Għal dak il-għan, l-aggregazzjonijiet ta' kopertura jenħtieġ li jkunu sempliċi u trasparenti. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-rekwiżiti għall-mitigazzjoni tar-riskju jkunu mniżżla f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jikkomplementawhom b'mezzi differenti.▌ Jenħtieġ li l-kalkolu ta' kopertura u l-kundizzjonijiet li taħthom il-kuntratti tad-derivattivi jistgħu jiġu inklużi fl-aggregazzjonijiet ta' kopertura, jiġu definiti wkoll biex ikun żgurat li l-aggregazzjonijiet ta' kopertura jkunu soġġetti għal standards komuni ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni.

(17)  Għadd ta' Stati Membri diġà jirrikjedu li monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura jwettaq kompiti speċifiċi li jirrigwardaw il-kwalità tal-assi eliġibbli u jiżgura l-konformità mar-rekwiżiti nazzjonali ta' kopertura. Għalhekk, sabiex jiġi armonizzat it-trattament ta' bonds koperti madwar l-Unjoni, huwa importanti li l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura, meta wieħed ikun meħtieġ mill-qafas nazzjonali, ikunu definiti b'mod ċar. L-eżistenza ta' monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura ma jneħħix ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward ta' superviżjoni pubblika speċjali.

(18)  L-istituzzjonijiet ta' kreditu żgħar jiffaċċjaw diffikultajiet meta joħorġu bonds koperti peress li l-istabbiliment ta' programmi ta' bonds koperti spiss jimplika spejjeż inizjali għoljin. Il-likwidità wkoll għandha importanza partikolari fis-swieq ta' bonds koperti u fil-parti l-kbira tagħha tiġi ddeterminata mill-volum ta' bonds pendenti. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi permess finanzjament konġunt minn żewġ istituzzjonijiet ta' kreditu jew aktar, sabiex il-bonds koperti jkunu jistgħu jinħarġu minn istituzzjonijiet ta' kreditu iżgħar . Dan jipprevedi l-ġbir ta' assi minn diversi istituzzjonijiet ta' kreditu bħala kollateral għal bonds koperti maħruġin minn istituzzjoni ta' kreditu waħda u jiffaċilita l-ħruġ ta' bonds koperti f'dawk l-Istati Membri fejn bħalissa ma hemm l-ebda suq żviluppat sew. Huwa importanti li r-rekwiżiti għall-użu ta' ftehimiet ta' finanzjament konġunt jiżguraw li l-assi mibjugħa jew trasferiti permezz ta' ftehim ta' arranġament ta' finanzjament kollaterali skont id-Direttiva 2002/47/KE għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġuhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-assi u s-segregazzjoni tal-assi ta' kopertura taħt id-dritt tal-Unjoni.

(20)  It-trasparenza tal-aggregazzjoni ta' kopertura li tiggarantixxi l-bond kopert hija parti essenzjali minn dan it-tip ta' strument finanzjarju billi din issaħħaħ il-komparabbiltà u tippermetti lill-investituri jwettqu l-evalwazzjoni tar-riskju meħtieġa. Id-Direttiva 2003/71/KE(14) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tinkludi regoli dwar it-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jkun jinsab jew jopera fi Stat Membru. Diversi inizjattivi li jirrigwardaw l-informazzjoni li għandha tingħata lil investituri f'bonds koperti sabiex tiġi ssupplimentata d-Direttiva 2003/71/KE ġew żviluppati matul iż-żmien minn leġiżlaturi nazzjonali u parteċipanti fis-suq. Madankollu, huwa meħtieġ li fil-livell tal-Unjoni jiġi speċifikat liema livell ta' informazzjoni komuni minimu l-investituri jenħtieġ li jkollhom aċċess għalih qabel ma jixtru jew meta jixtru l-bonds koperti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jissupplimentaw dawn ir-rekwiżiti minimi b'dispożizzjonijiet addizzjonali.

(21)  Element ewlieni fl-iżgurar tal-protezzjoni tal-investituri f'bonds koperti huwa l-mitigazzjoni tar-riskju tal-likwidità tal-istrument. Dan huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat li l-obbligazzjonijiet marbutin mal-bond kopert jitħallsu lura fil-ħin. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu introdotti riżervi ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura sabiex jiġu indirizzati r-riskji ta' nuqqas ta' likwidità, bħal diskrepanzi fil-maturitajiet u fir-rati tal-imgħax, interruzzjonijiet fil-pagamenti, riskji ta' taħlit, derivattivi u obbligazzjonijiet operattivi oħra li jaqgħu fi ħdan il-programm ta' bonds koperti. Ir-riżervi ta' likwidità għall-aggregazzjoni ta' kopertura jvarjaw mir-rekwiżiti ġenerali tal-likwidità imposti fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu skont atti oħra tad-dritt tal-Unjoni billi tal-ewwel huma direttament relatati mal-aggregazzjoni ta' kopertura u jfittxu li jtaffu r-riskji tal-likwidità speċifiċi għaliha. Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jippermettu interazzjoni xierqa mar-rekwiżiti tal-likwidità stabbiliti minn atti oħra tad-dritt tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali u li jservu skopijiet differenti mir-riżervi ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura. Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li r-rekwiżit tar-riżervi ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura jenħtieġ li jkun applikabbli biss jekk ma jiġi impost l-ebda rekwiżit ieħor ta' likwidità fuq l-istituzzjoni ta' kreditu taħt id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali matul il-perjodu kopert minn rekwiżiti oħra bħal dawn.

(22)  F'għadd ta' Stati Membri ġew żviluppati strutturi innovattivi għal profili tal-maturità sabiex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali ta' likwidità, inklużi diskrepanzi fil-maturità. Dawn l-istrutturi jinkludu l-possibbiltà li l-maturità skedata tal-bond kopert tiġi estiża għal ċertu perjodu ta' żmien jew li l-flussi tal-flus mill-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura jitħallew jgħaddu direttament għad-detenturi ta' bonds koperti. L-estensjonijiet tal-maturità, meta jipprovdu alternattiva għal insolvenza jew riżoluzzjoni, jippermettu lill-istituzzjoni ta' kreditu timmitiga l-bejgħ bl-għaġġla u żżid il-protezzjoni tal-investitur. Madankollu, huwa importanti li jiġu definiti l-kundizzjonjiet li taħthom l-Istati Membri jistgħu jippermettu dawn l-istrutturi sabiex jiġi żgurat li dawn ma jkunux kumplessi wisq▌. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta' kreditu ma jkunux jistgħu jestendu l-maturità skont id-diskrezzjoni esklużiva tagħhom. Il-maturità jenħtieġ li tiġi estiża biss meta jseħħu avvenimenti ta' skattar oġġettivi u definiti b'mod ċar.

(23)  L-eżistenza ta' qafas ta' superviżjoni pubbliku speċjali huwa element li jiddefinixxi l-bonds koperti, skont l-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE. Madankollu, din id-Direttiva ma tiddefinixxix in-natura, il-kontenut u l-awtoritajiet li jenħtieġ li jkunu responsabbli sabiex iwettqu din is-superviżjoni. Għalhekk, huwa essenzjali li l-elementi kostituttivi ta' din is-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti jkunu armonizzati u li l-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jwettquha jkunu stabbiliti b'mod ċar.

(24)  Peress li s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti hija distinta mis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu fl-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jaħtru awtoritajiet nazzjonali kompetenti differenti li jkunu inkarigati li jeżerċitaw dan ir-rwol ta' superviżjoni differenti minn dak ta' superviżjoni ġenerali tal-istituzzjoni ta' kreditu. Madankollu, sabiex tiġi żgurata konsistenza fl-applikazzjoni ta' superviżjoni pubblika ta' bonds koperti madwar l-Unjoni, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti jikkooperaw mill-qrib mal-awtorità kompetenti li twettaq is-superviżjoni ġenerali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(25)  Is-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti jenħtieġ li tinvolvi l-għoti ta' permess għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu l-bonds koperti. Peress li huma biss l-istituzzjonijiet ta' kreditu li għandhom jitħallew joħorġu bonds koperti, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu tkun prerekwiżit għal dan il-permess. Jenħtieġ li din id-Direttiva tinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kundizzjonijiet li taħthom l-istituzzjonijiet ta' kreditu awtorizzati skont id-dritt tal-Unjoni jistgħu jiksbu l-permess li jwettqu l-attività ta' ħruġ ta' bonds koperti taħt il-programm ta' bonds koperti.

(26)  Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' permess, programm ta' bond kopert normalment jikkonsisti f'aggregazzjoni ta' kopertura li tiggarantixxi l-ħruġ ta' bonds koperti (b'Numri Internazzjonali ta' Identifikazzjoni ta' Titoli (ISINs) differenti).

(27)  Sabiex tiġi żgurata konformità mal-obbligi imposti fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu l-bonds koperti u sabiex jiġu żgurati trattament u konformità simili madwar l-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jintalbu jipprevedu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(30)  Sabiex jidentifikaw ksur potenzjali tar-rekwiżiti relatati mal-ħruġ u mal-kummerċjalizzazzjoni ta' bonds koperti, l-awtoritajiet kompetenti li jwettqu s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti jenħtieġ li jkollhom is-setgħat investigattivi neċessarji u l-mekkaniżmi effettivi sabiex jiżguraw ir-rapportar ta' ksur potenzjali jew reali. Dawn il-mekkaniżmi jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tad-difiża ta' kull persuna jew entità affettwata ħażin mill-eżerċizzju ta' dawn is-setgħat u l-mekkaniżmi.

(31)  L-awtoritajiet kompetenti li jwettqu s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti jenħtieġ li jkollhom ukoll is-setgħa li jimponu penali amministrattivi u jadottaw miżuri amministrattivi oħra sabiex jiżguraw l-akbar kamp ta' applikazzjoni possibbli għal azzjoni wara ksur u sabiex jgħinu jipprevjenu ksur ulterjuri, irrispettivament minn jekk dawn il-miżuri jkunux ikkwalifikati bħala penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra taħt il-liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprevedu penali pekunarji amministrattivi ta' livell ogħla minn dawk previsti f'din id-Direttiva u penali addizzjonali għalihom.

(32)  Il-liġijiet nazzjonali eżistenti fuq il-bonds koperti huma kkaratterizzati mill-fatt li huma soġġetti għal regolamentazzjoni dettaljata fil-livell nazzjonali u għal superviżjoni tal-ħruġ u tal-programmi ta' bonds koperti sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-investituri jiġu rispettati l-ħin kollu fir-rigward tal-ħruġ ta' bonds koperti. Din is-superviżjoni tinkludi l-monitoraġġ kontinwu tal-karatteristiċi tal-programm, ir-rekwiżiti ta' kopertura u l-kwalità tal-aggregazzjoni ta' kopertura. Livell adegwat ta' informazzjoni għall-investitur fir-rigward tal-qafas regolatorju li jirregola l-ħruġ ta' bonds koperti huwa element essenzjali tal-protezzjoni tal-investituri. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw informazzjoni regolari li tikkonċerna l-miżuri nazzjonali tagħhom li jittrasponu din id-Direttiva u dwar il-mod kif huma jwettqu s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti.

(33)  Il-bonds koperti bħalissa jiġu kkumerċjalizzati fl-Unjoni taħt denominazzjonijiet u tikketti nazzjonali, li xi wħud minnhom huma stabbiliti sew filwaqt li oħrajn mhumiex. ▌Għalhekk, jidher li jagħmel sens li l-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu bonds koperti fl-Unjoni jitħallew jużaw tikketta speċifika "Bonds Koperti Ewropej" meta jkunu qed ibigħu bonds koperti kemm lil investituri tal-Unjoni kif ukoll lil investituri ta' pajjiżi terzi, bil-kundizzjoni li dawn il-bonds koperti jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva. Jekk il-bonds koperti jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ukoll, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jenħtieġ li jkollhom il-permess jużaw it-tikketta "Bonds Koperti Ewropej (Premium)". Dik it-tikketta, li tindika kwalità partikolarment għolja u mifhuma sew, tista' tkun attraenti anki fi Stati Membri li jkollhom tikketti nazzjonali stabbiliti sew. Iż-żewġ tikketti "Bonds Koperti Ewropej" jagħmluha aktar faċli għal dawk l-investituri jivvalutaw il-kwalità ta' bonds koperti u b'hekk isiru aktar attraenti bħala strument ta' investiment kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni. Madankollu, l-użu ta' dawk it-tikketti jenħtieġ li jkun fakultattiv u l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jżommu l-qafas tad-denominazzjonijiet u tat-tikkettar nazzjonali tagħhom stess fis-seħħ b'mod parallel mat-tikketti "Bonds Koperti Ewropej".

(34)  Sabiex tiġi vvalutata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, jenħtieġ li timmonitorja l-iżvilupp ta' bonds koperti fl-Unjoni u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-livell ta' protezzjoni tal-investituri u l-iżvilupp tas-swieq ta' bonds koperti. Ir-rapport jenħtieġ li jiffoka wkoll fuq l-iżviluppi li jirrigwardaw l-assi li jikkollateralizzaw il-ħruġ ta' bonds koperti, inkluża l-possibbiltà biex l-Istati Membri jippermettu l-ħruġ ta' bonds koperti għall-finanzjament ta' self li jinvolvi impriżi pubbliċi.

(35)  Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 bit-titolu "Lejn qafas pan-Ewropew ta' bonds koperti" enfasizza li l-ostakli għall-aċċess għas-suq għall-emittenti fl-iżvilupp ta' swieq ta' bonds koperti barra ż-ŻEE jenħtieġ li jitneħħew billi jingħata trattament ekwu lil bonds koperti minn emittenti f'pajjiżi terzi, sakemm l-ambjent legali, istituzzjonali u ta' sorveljanza tagħhom jgħaddi minn valutazzjoni bir-reqqa tal-ekwivalenza min-naħa ta' istituzzjoni kompetenti tal-Unjoni. Il-prinċipji ewlenin tal-liġi tal-Unjoni jenħtieġ li jservu bħala punt ta' riferiment potenzjali għas-swieq tal-bonds koperti globalment. Peress li s-swieq tal-bonds koperti qed jiżviluppaw rapidament f'diversi pajjiżi terzi, huwa indispensabbli li tiġi stabbilita sistema ta' ekwivalenza għall-pajjiżi terzi mingħajr dewmien żejjed. It-tnaqqis tal-ostakli għall-aċċess għas-suq ta' pajjiż terz għal emittenti ta' ▌bonds koperti se jżid l-għażla u l-aċċess tal-investituri tal-UE għal finanzjament fit-tul, u iħeġġeġ żieda fl-investiment transfruntier.▌

(36)  Il-bonds koperti huma kkaratterizzati minn maturità skedata ta' diversi snin. Huwa għalhekk meħtieġ li jiddaħħlu miżuri tranżitorji biex jiżguraw li bonds koperti diġà maħruġa fi [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva] ma jkunux affettwati.

(37)  Bħala konsegwenza tal-istabbiliment ta' qafas uniformi għall-bonds koperti, jenħtieġ li d-deskrizzjoni ta' bonds koperti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tiġi mmodifikata. Id-Direttiva 2014/59/UE tiddefinixxi bonds koperti billi tirreferi għall-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE u, peress li din id-deskrizzjoni hija mmodifikata, id-Direttiva 2014/59/UE għandha tiġi mmodifikata wkoll. Barra minn hekk, sabiex ikun evitat l-effett ta' bonds koperti maħruġa f'konformità mal-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE qabel ... [OP: Jekk jogħġbok daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva], dawn il-bonds koperti għandhom ikomplu jissemmew jew jiġu definiti bħala bonds koperti sal-maturità tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE jiġu emendati kif xieraq.

(38)  Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti spjegattivi(15), l-Istati Membri ntrabtu li, f'każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hija ġustifikata.

(39)  Peress li l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri▌ iżda pjuttost, minħabba l-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar is-swieq ta' bonds koperti madwar l-Unjoni u li jiġu appoġġati l-investimenti transfruntiera, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont f'konformità mal-principju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

(40)  Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16) u ta opinjoni nhar…(17),

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU ISUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li ġejjin dwar il-protezzjoni tal-investituri li jikkonċernaw:

(1)  ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta' bonds koperti;

(2)  il-karatteristiċi strutturali ta' bonds koperti;

(3)  is-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti;

(4)  ir-rekwiżiti ta' pubblikazzjoni ▌fir-rigward ta' bonds koperti.

Artikolu 2Kamp ta' applikazzjoni

Id-Direttiva tapplika għal bonds koperti maħruġin minn istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 3Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "bond kopert" tfisser obbligu ta' dejn maħruġ taħt superviżjoni pubblika f'konformità mal-Artikolu 18 minn istituzzjoni ta' kreditu jew minn istituzzjoni speċjalizzata ta' kreditu ipotekarju u li jikkostitwixxi strument ta' rikors doppju f'konformità mal-Artikolu 4, li jkun protett minn falliment f'konformità mal-Artikolu 5, fejn l-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura jkunu segregati f'konformità mal-Artikolu 12, u li jkun kollateralizzat minn assi eliġibbli f'konformità mal-Artikolu 6 jew l-Artikolu 6a;

(2)  "programm ta' bonds koperti" tfisser l-assi u l-obbligazzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 15, kif ukoll l-attivitajiet tal-istituzzjoni ta' kreditu relatati mal-ħruġ ta' bonds koperti taħt permess ▌mogħti f'konformità mal-Artikolu 19;

(3)  "aggregazzjoni ta' kopertura" tfisser sett ta' assi identifikabbli definit b'mod ċar li jiggarantixxi l-obbligi tal-ħlas tal-emittent ta' bond kopert sal-maturità tal-bond kopert u soġġett għall-arranġamenti legali li jiżguraw li dawk l-assi se jkunu segregati minn assi oħra miżmuma mill-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti mhux aktar tard minn meta jkunu nfetħu proċedimenti ta' riżoluzzjoni jew ta' insolvenza kontra l-emittent ta' bonds koperti;

(4)  "istituzzjoni ta' kreditu" tfisser istituzzjoni ta' kreditu kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(5)  "istituzzjoni speċjalizzata ta' kreditu ipotekarju" tfisser istituzzjoni ta' kreditu li:

(a)  tiffinanzja self mogħti u/jew riċevibbli mixtrija permezz tal-ħruġ ta' bonds koperti,

(b)  li għandha l-permess bil-liġi li twettaq self ipotekarju u self fis-settur pubbliku biss, u

(c)  li ma għandhiex il-permess li tieħu depożiti iżda tista' tieħu fondi oħra li jistgħu jitħallsu lura,

mingħajr preġudizzju għal attivitajiet anċillari u addizzjonali li huma speċifikati fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru;

(6)  "aċċelerazzjoni ta' bond kopert" tfisser sitwazzjoni li fiha ▌bond kopert, f'każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bond kopert, isir immedjatament dovut u pagabbli u li, fir-rigward tiegħu, il-pagamenti lill-investituri f'bonds koperti jkollhom pretensjoni infurzabbli biex jitħallsu lura qabel id-data oriġinali tal-maturità,

(7)  "valur tas-suq", tfisser għall-finijiet ta' proprjetà immobbli, valur tas-suq kif definit fil-punt (76) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(8)  "valur tas-self ipotekarju" għall-finijiet ta' proprjetà immobbli, tfisser il-valur tas-self ipotekarju kif definit fil-punt (74) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

▌ (10)  "assi primarju" tfisser assi dominanti fl-aggregazzjoni ta' kopertura li jiddetermina n-natura tal-aggregazzjoni ta' kopertura;

(11)  "assi ta' sostituzzjoni" tfisser assi li jikkontribwixxi għar-rekwiżiti ta' kopertura, għajr l-assi primarji;

(12)  "sovrakollateralizzazzjoni" tfisser il-livell statutorju, volontarju jew kuntrattwali kollu ta' kollateral li jaqbeż ir-rekwiżit ta' kopertura kif stipulat fl-Artikolu 15, li jeskludi garanziji addizzjonali oħra preżenti jew futuri li jistgħu jingħataw f'konformità mar-regoli nazzjonali u li jistgħu jvarjaw tul iż-żmien;

(13)  "rekwiżit ta' finanzjament simetriku" tfisser regoli li jirrikjedu li l-flussi ta' flus bejn l-obbligazzjonijiet u l-assi dovuti jkunu bilanċjati billi jiġi żgurat li l-pagamenti mill-mutwatarji jaslu qabel ma jsiru pagamenti lil investituri f'bonds koperti u li l-ammonti rċevuti mill-mutwatarji jkollhom, tal-inqas, l-istess valur għall-pagamenti li għandhom isiru lill-investituri f'bonds koperti;

(14)  "ħruġ nett ta' likwidità" tfisser il-pagamenti kollha magħmula f'perjodu partikolari, inklużi l-pagamenti prinċipali u tal-imgħax u l-pagamenti taħt il-kuntratti tad-derivattivi tal-programm ta' bonds koperti, netti mill-pagamenti kollha fl-istess perjodu għal pretensjonijiet relatati mal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura;

(15)  "struttura ta' maturità li tista' tiġi estiża" tfisser mekkaniżmu li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi estiża l-maturità skedata ta' bonds koperti għal ċertu perjodu ta' żmien u fil-każ li jseħħ skattatur speċifiku;

(16)  "superviżjoni pubblika ta' bonds koperti" tfisser is-superviżjoni tal-programmi ta' bonds koperti li tiżgura l-infurzar tar-rekwiżiti applikabbli għall-ħruġ ta' bonds koperti u l-konformità magħhom;

(17)  "amministratur speċjali" tfisser il-persuna jew l-entità maħtura sabiex tamministra programm ta' bonds koperti fil-każ ta' insolvenza tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ bonds koperti taħt dak il-programm.

(17a)  "riżoluzzjoni" tfisser miżuri ta' riorganizzazzjoni fis-sens tas-seba' inċiż tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24/KE.

TITOLU IIKARATTERISTIĊI STRUTTURALI TA' BONDS KOPERTI

Kapitolu 1Rikors doppju u protezzjoni mill-falliment

Artikolu 4Rikors doppju

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jintitolaw lill-investituri f'bonds koperti għall-pretensjonijiet li ġejjin:

(a)  pretensjoni fuq l-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(b)  f'każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti, pretensjoni ta' prijorità fuq l-imgħax prinċipali u kull imgħax dovut mill-assi inkluż fl-aggregazzjoni ta' kopertura;

(c)  f'każ ta' insolvenza tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti u fil-każ li l-pretensjoni ta' prijorità, kif imsemmi fil-punt (b), ma tkunx tista' tiġi ssodisfata b'mod sħiħ, pretensjoni fuq il-proprjetà tal-insolvenza ta' dik l-istituzzjoni ta' kreditu, li tikklassifika pari passu mal-pretensjonijiet tal-kredituri superjuri mhux iggarantiti tal-istituzzjoni ta' kreditu ddeterminati f'konformità mal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-klassifikazzjoni fi proċeduri normali ta' insolvenza.

2.  Il-pretensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu limitati għall-obbligazzjonijiet tal-ħlas sħiħ marbutin mal-bonds koperti.

3.  Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, fil-każ ta' insolvenza ta' istituzzjoni speċjalizzata ta' kreditu ipotekarju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jagħtu lill-investituri ta' bonds tal-kreditu pretensjoni li tikklassifika bħala superjuri għall-pretensjoni tal-kredituri ordinarji mhux iggarantiti ta' dik l-istituzzjoni speċjalizzata ta' kreditu ipotekarju ddeterminata f'konformità mal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw il-klassifikazzjoni tal-kredituri fi proċedura ta' insolvenza normali, iżda iżgħar minn kull kreditur ippreferut ieħor.

Artikolu 5Protezzjoni mill-falliment ta' bonds koperti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligazzjonijiet tal-ħlas marbutin mal-bonds koperti ma jkunux soġġetti għal aċċelerazzjoni awtomatika f'każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti.

Kapitolu 2Aggregazzjoni ta' kopertura u kopertura

Taqsima IAssi eliġibbli

Artikolu 6Assi

ta' kopertura għal bonds koperti (premium)

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li bonds koperti f'kull ħin ikunu ggarantiti b'assi ta' kopertura ta' kwalità għolja. Dawn l-assi għandhom jinkludu l-assi kollha msemmija bħala eliġibbli fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; ▌

Artikolu 6aAssi ta' kopertura għal bonds koperti ordinarji

1.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ħruġ ta' bonds koperti garantiti b'assi ta' kopertura ta' kwalità għolja mhux imsemmija bħala eliġibbli fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. F'dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-assi ta' kopertura jipprovdu lill-istituzzjoni ta' kreditu li tkun qed toħroġ il-bonds koperti bi pretensjonijiet għall-ħlas ta' ammont iddeterminat b'mod ċar kif stabbilit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u garantit b'assi kollaterali kif stabbilit fil-paragrafu 3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll li l-għażla tal-assi ta' kopertura timmitiga r-riskju tal-aggregazzjoni ta' kopertura kif stabbilit fil-paragrafu 4.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jiżguraw li l-pretensjoni għall-pagament imsemmija fil-paragrafu 1 jissodisfaw ir-rekwiżiti legali li ġejjin:

(a)  kull pretensjoni tkun kollateralizzata b'assi li fir-rigward tagħhom reġistru pubbliku jirreġistra s-sjieda u d-drittijiet kollaterali jew tkun self lil impriża pubblika kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE;

(b)  kull pretensjoni li mhijiex self lil impriża pubblika kif definita fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE, hija garantita minn ipoteka, tariffa, rahan jew garanzija oħra, ilkoll eżegwibbli;

(c)  is-self ipotekarju, it-tariffa, ir-rahan jew garanzija msemmija fil-punt (b) jippermettu lill-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tirċievi l-pagament tal-pretensjoni fi żmien xieraq u bi prezz raġonevoli.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jiżguraw il-preżentazzjoni jew ir-reġistrazzjoni fil-pront ta' self ipotekarju, tariffi, rahan jew garanziji fuq il-pretensjonijiet fl-aggregazzjoni ta' kopertura.

Għall-finijiet tal-punti (b) u (c), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu l-bonds koperti jivvalutaw kemm l-eżegwibbiltà tal-pretensjonijiet kif ukoll it-tul mistenni tal-proċedimenti legali qabel jinkludu dawn il-pretensjonijiet fl-aggregazzjoni ta' kopertura.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jiżguraw li l-assi kollaterali msemmija fil-paragrafu 1 jissodisfaw wieħed minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  fil-każ ta' assi fiżiċi, ikun jista' jiġi determinat il-valur tas-suq jew il-valur tas-self ipotekarju jew, jekk dan ma jkunx possibbli, l-assi jingħata valur skont ir-regoli stabbiliti mill-Istat Membru;

(b)  għal self lil impriża pubblika, dik l-impriża tkun soġġetta għal superviżjoni pubblika, jew l-iskopertura jew il-kontroparti tkun ikklassifikata bħala grad ta' investiment minn ECAI nominata.

Għall-finijiet tar-regoli dwar il-valutazzjoni tal-assi msemmija fil-punt (a), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-assi fiżiku kollaterali jingħata valur minn valwatur indipendenti li jkollu l-kwalifiki, l-abilità u l-esperjenza meħtieġa biex iwettaq il-valutazzjoni. Barra minn hekk, L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu metodoloġija u proċess ta' valutazzjoni mfassla biex irendu valuri li jkunu ugwali jew inqas mill-valur mhux magħruf tas-suq jew tas-self ipotekarju ta' assi fil-mument li dan jiddaħħal fl-aggregazzjoni ta' kopertura.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-mitigazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 billi jimponu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  il-kollateral kollu għall-assi tal-aggregazzjoni ta' kopertura għandu jkun assigurat biżżejjed kontra r-riskju ta' telf jew ħsara u l-pretensjoni li tirriżulta mill-assigurazzjoni għandha tagħmel parti mill-assi ta' sostituzzjoni tal-aggregazzjoni ta' kopertura;

(b)  l-assi fiżiċi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 iservu bħala kollateral għall-pretensjonijiet tal-aggregazzjoni ta' kopertura għal massimu ta' 70 % tal-valur tagħhom; Għal assi fiżiċi msemmija fil-punti (d) sa (g) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2003, il-perċentwal tal-valur jista' jkun ogħla, iżda ma għandux jaqbeż il-perċentwal massimu applikabbli għal dak it-tip ta' assi f'dak ir-Regolament. Il-valur għandu jiġi ddeterminat f'konformità mar-regoli applikabbli msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu fiż-żmien tal-finanzjament inizjali tas-self b'bonds koperti;

(c)  self lill-impriżi pubbliċi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandhom ikunu eliġibbli għall-aggregazzjoni ta' kopertura f'rata ta' skont li tapplika għall-ammont nominali tagħhom u li ma taqbiżx

- 80 % tal-iskopertura jekk il-kontroparti tkun qiegħda taħt superviżjoni pubblika,

- 60 % tal-iskopertura jekk il-kontroparti tkun soġġetta għal valutazzjoni ta' kreditu minn ECAI ta' mhux inqas mil-livell limitu tagħha stess għall-kwalità tal-grad ta' investiment;

(d)  l-assi tal-aggregazzjoni ta' kopertura għandhom ikunu granulari biżżejjed sabiex jippermettu d-diversifikazzjoni tar-riskju;

(e)  l-aggregazzjoni ta' kopertura għandha tkun ħielsa minn konċentrazzjoni materjali.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment għal kull klassi ta' assi primarji ta' aggregazzjoni ta' kopertura:

(a)  l-għadd minimu ta' assi distinti tal-aggregazzjoni ta' kopertura li jiżgura granularità suffiċjenti, kif imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu;

(b)  in-nuqqas ta' konċentrazzjoni materjali, imsemmi fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu, bħala perċentwal tal-iskopertura aggregata li ma għandux jinqabeż minn xi skopertura għal obbligant waħdieni.

L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sa ... [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 7Assi li jinsabu barra mill-Unjoni

1.  Soġġetti għad-dispożizzjoni fil-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu bonds koperti li jinkludu assi li jinsabu barra mill-Unjoni fl-aggregazzjoni ta' kopertura.

2.  Meta l-Istati Membri jippermettu l-inklużjoni msemmija fil-paragrafu 1, huma għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jivverifikaw jekk l-assi li jinsabu barra mill-Unjoni jissodisfawx ir-rekwiżiti kollha stipulati fl-Artikolu 6 jew l-Artikolu 6a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kollateral joffri livell simili ta' sigurtà għall-kollateral miżmum fl-Unjoni u li r-realizzazzjoni ta' dawn l-assi tkun ġuridikament eżegwibbli b'mod simili għall-assi li jinsabu fl-Unjoni.

2a.  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-inklużjoni fl-aggregazzjoni ta' kopertura ta' assi li jinsabu barra mill-Unjoni iżda fiż-Żona Ekonomika Ewropea, dment li dawk l-assi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 jew l-Artikolu 6a ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8Strutturi ta' bonds koperti miġbura intragrupp

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxi regoli rigward l-użu, permezz ta' tranżazzjoni intragrupp, ta' bonds koperti maħruġin minn istituzzjoni ta' kreditu li tappartjeni għal grupp ("bonds koperti maħruġin internament") bħala assi ta' kopertura għall-ħruġ estern ta' bonds koperti minn istituzzjoni ta' kreditu oħra li tappartjeni għall-istess grupp ("bonds koperti maħruġin esternament"). L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni tal-investituri billi f'dawk ir-regoli jinkludu, tal-inqas, ir-rekwiżiti li ġejjin:

(-a)  il-bonds koperti maħruġin internament ikunu konformi ma' din id-Direttiva;

(a)  il-bonds koperti maħruġin internament jinbiegħu lill-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ bonds koperti maħruġin esternament;▌

(b)  il-bonds koperti maħruġin internament jitniżżlu fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ bonds koperti maħruġin esternament; ▌;

(ba)  l-aggregazzjoni ta' kopertura ma jkunx fiha bonds koperti maħruġa internament minn emittenti differenti;

(c)  il-bonds koperti maħruġin esternament jinbiegħu lil investituri f'bonds koperti barra mill-grupp;

(ca)  investituri ta' bonds koperti li jkollhom l-intenzjoni li jixtru l-bonds koperti maħruġin esternament ikollhom aċċess sħiħ għall-informazzjoni għall-investitur imniżżla fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva għall-bonds koperti kollha maħruġa internament tal-grupp;

(d)  kemm il-bonds koperti maħruġin internament kif ukoll dawk maħruġin esternament jikkwalifikaw għall-iskala 1 tal-kwalità kreditizja, kif imsemmi fil-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u jkunu assi eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 6 jew l-Artikolu 6a.▌

Artikolu 9Finanzjament konġunt

1.  ▌L-Istati Membri għandhom jippermettu l-finanzjament konġunt ta' bonds koperti minn diversi istituzzjonijiet ta' kreditu sakemm il-bond kopert iffinanzjat b'mod konġunt jinħareġ minn istituzzjoni ta' kreditu waħda ("l-istituzzjoni prinċipali").

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jistabbilixxu regoli li jirregolaw il-bejgħ jew it-trasferiment, permezz ta' arranġamenti kollaterali finanzjarji skont id-Direttiva 2002/47/KE ta' self u self ipotekarju, tariffi, rahan jew drittijiet ta' titoli oħra komparabbli mill-istituzzjoni ta' kreditu li tkun ħarġithom l-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti. ▌

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jillimitaw il-finanzjament konġunt għall-użu ta' assi ta' kopertura eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 6 jew fl-Artikolu 6a bħala assi ta' kopertura fl-aggregazzjoni ta' kopertura għall-ħruġ ta' bonds koperti mill-istitut prinċipali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istitut prinċipali, l-investituri kollha ta' bonds koperti jkollhom rikors dirett għall-assi tal-aggregazzjoni ta' kopertura kif stipulat fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u pretensjoni residwa fil-konfront tal-istituzzjoni prinċipali kif stipulat fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jirregolaw il-pretensjonijiet tal-investituri fil-konfront tal-istituzzjonijiet ta' kreditu li jkunu kkontribwew għall-finanzjament konġunt tal-aggregazzjoni ta' kopertura jekk il-proprjetà tal-insolvenza tal-istitut prinċipali ma tkunx suffiċjenti.

2a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bonds koperti ffinanzjati b'mod konġunt ikunu soġġetti għar-regoli applikabbli kollha għall-bonds koperti u għal superviżjoni pubblika tal-bonds koperti.

Artikolu 10Kompożizzjoni tal-aggregazzjoni ta' kopertura

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jipprevedu livell suffiċjenti ta' omoġeneità tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura sabiex huma jkollhom natura simili f'termini tat-tip ta' kollateral li jkun qed jappoġġa l-pretensjonijiet fl-aggregazzjoni ta' kopertura. Fir-rigward tal-assi msemmija fl-Artikolu 6, aggregazzjoni ta' kopertura għandha titqies bħala omoġena biżżejjed jekk l-assi primarji kollha tagħha jappartjenu għal wieħed mit-tliet gruppi li ġejjin:

– assi konformi mal-punti (a) sa (c) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

– assi konformi mal-punti (d) sa (f) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

– assi konformi mal-punt (g) tal-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

L-Istati Membri għandhom jippermettu aggregazzjoni multipla ta' kopertura omoġena separata fir-rigward ta' klassi ta' assi primarji. Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal assi ta' kreditu pubbliku, kuntratti tad-derivattivi jew assi ta' sostituzzjoni inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura.

2.  L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta' prattiki fil-qasam imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u għandha, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, toħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 11Kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta' kopertura

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratti tad-derivattivi jistgħu jiġu inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura. Għandhom jiżguraw ukoll li, meta derivattivi jkunu parti mill-aggregazzjoni ta' kopertura, tal-inqas jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  il-kuntratti tad-derivattivi jkunu inklużi fl-aggregazzjoni ta' kopertura esklussivament għal finijiet ta' hedging kontra r-riskju; il-valutazzjoni tagħhom tiġi kkalkolata fuq bażi ta' flussi ta' flus netti;

(b)  il-kuntratti tad-derivattivi jkunu dokumentati biżżejjed;

(c)  il-kuntratti tad-derivattivi jkunu segregati f'konformità mal-Artikolu 12;

(d)  il-kuntratti tad-derivattivi ma jkunux jistgħu jintemmu f'każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(e)  il-kuntratti tad-derivattivi jirrispettaw ir-regoli stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 2.

2.  Sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli għall-kuntratti tad-derivattivi tal-aggregazzjoni tal-koperturi li tal-inqas jinkludu:

(a)  il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-kontropartijiet tal-hedging;

(c)  id-dokumentazzjoni meħtieġa li għandha tingħata fir-rigward tal-kuntratti tad-derivattivi.

Artikolu 12Segregazzjoni tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jirregolaw is-segregazzjoni tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)  l-assi kollha fl-aggregazzjoni ta' kopertura jkunu identifikabbli mill-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti f'kull ħin;

(b)  segregazzjoni tal-assi kollha fl-aggregazzjoni ta' kopertura tkun tista' tiġi infurzata l-aktar tard immedjatament fil-każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(c)  l-assi kollha fl-aggregazzjoni ta' kopertura jkunu protetti minn kull pretensjoni ta' parti terza u ma jiffurmawx parti mill-proprjetà ta' insolvenza tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds ta' kopertura sa ma tiġi ssodisfata l-pretensjoni ta' prijorità skont il-punt b tal-Artikolu 4(1).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura għandhom jinkludu kull kollateral irċevut f'rabta mal-pożizzjonijiet tal-kuntratti tad-derivattivi.

Artikolu 13Monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura

1.  L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti taħtar monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura sabiex jitwettaq monitoraġġ kontinwu tal-aggregazzjoni ta' kopertura fir-rigward tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli minn 6 sa 12 u l-Artikoli minn 14 sa 17.

2.  Meta l-Istati Membri jużaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jistabbilixxu regoli tal-inqas dwar l-aspetti li ġejjin:

(a)  il-ħatra u t-tkeċċija tal-monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura;

(b)  kull kriterju ta' eliġibbiltà għall-monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura;

(c)  ir-rwol u d-dmirijiet tal-monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura, inkluż fil-każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(d)  l-obbligu li jsir rapport lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2);

(e)  id-dritt ta' aċċess għal informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tal-monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura.

3.  Il-monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura għandu jkun separat u indipendenti mill-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti u mill-awditur ta' dik l-istituzzjoni ta' kreditu. Madankollu l-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) tista', abbażi ta' każ b'każ, tawtorizza lill-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti timmonitorja l-aggregazzjoni ta' kopertura tagħha.

4.  Meta l-Istati Membri jużaw l-għażla prevista fil-paragrafu 1, huma għandhom jinnotifikaw lill-EBA.

Artikolu 14Informazzjoni għall-investitur

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tipprovdi informazzjoni dwar il-programmi ta' bonds koperti li tkun biżżejjed dettaljata sabiex tippermetti lill-investituri jivvalutaw il-profil u r-riskji ta' dak il-programm u jwettqu d-diliġenza dovuta tagħhom.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tingħata lill-investituri tal-inqas darbtejn fis-sena u tinkludi l-informazzjoni minima dwar il-portafoll li ġejja:

(a)  il-valur tal-aggregazzjoni ta' kopertura u l-bonds koperti pendenti;

(b)  id-distribuzzjoni ġeografika u t-tip ta' assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura, id-daqs tas-self tagħhom u l-metodu ta' evalwazzjoni;

(c)  id-dettalji dwar ir-riskji relatati mar-rati tal-imgħax, il-munita, il-kreditu, is-suq u l-likwidità;

(d)  l-istruttura tal-maturità tal-assi fil-aggregazzjoni ta' kopertura u ta' bonds koperti, inkluż, jekk applikabbli, ħarsa ġenerali tal-iskattaturi tal-estensjoni tal-maturità;

(e)  il-livelli ta'▌ kopertura disponibbli, inkluża s-sovrakollateralizzazzjoni statutorja, kuntrattwali u volontarja;

(f)  il-perċentwal ta' self li jkun ilu li skada aktar minn disgħin jum.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tingħata lill-investituri fuq bażi aggregata. ▌

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu l-bonds koperti jippubblikaw l-informazzjoni li tkun disponibbli għall-investituri fuq is-sit web tagħhom, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2. L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-aċċess elettroniku għal dik l-informazzjoni huwa biżżejjed għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

Taqsima IIRekwiżiti ta' kopertura u ta' likwidità

Artikolu 15Rekwiżiti għal kopertura

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu li l-programmi ta' bonds koperti jikkonformaw il-ħin kollu tal-inqas mar-rekwiżiti ta' kopertura li ġejjin:

(a)  is-somma tal-pretensjonijiet kollha għall-pagament fuq l-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura tkun, f'kull waqt, tal-inqas ugwali għas-somma tal-obbligazzjonijiet kollha għall-pagament marbuta mal-bonds koperti korrispondenti, inklużi l-obbligazzjonijiet għall-pagament tal-imgħax prinċipali u kull imgħax dovut ta' bonds koperti pendenti u l-kostijiet relatati mal-manutenzjoni u mal-amministrazzjoni ta' programm ta' bonds;

(b)  il-kalkolu tal-livell ta' kopertura meħtieġ jiżgura li:

(i)  l-ammont nominali totali tal-assi kollha fl-aggregazzjoni ta' kopertura, bl-eċċezzjoni ta' assi li huma derivattivi, jkollu tal-inqas l-istess valur bħall-ammont nominali totali ta' bonds koperti pendenti ("prinċipju nominali"); kif ukoll

(ii)  l-assi u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi jiġu valutati abbażi ta' flussi ta' flus netti;

(c)  l-assi li ġejjin fl-aggregazzjoni ta' kopertura jikkontribwixxu għar-rekwiżit ta' kopertura:

(i)  l-assi primarji;

(ii)  l-assi ta' sostituzzjoni;

(iii)  l-assi likwidi miżmuma f'konformità mal-Artikolu 16;

(iv)  il-pagamenti fi flus kontanti li jaslu minn kuntratti tad-derivattivi miżmuma fl-aggregazzjoni ta' kopertura.

(v)  is-sovrakollateralizzazzjoni statutorja;

(d)  f'każ li jitqies li tkun seħħet inadempjenza f'konformità mal-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, il-pretensjonijiet mhux kollateralizzati ma jikkontribwixxux għall-aggregazzjoni ta' kopertura.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li jsir kalkolu ta' somma f'daqqa tal-ispejjeż relatati mal-manutenzjoni u l-amministrazzjoni ta' programm ta' bonds koperti.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu prinċipji oħra ta' kalkolu sakemm dawn ma jirriżultawx f'kalkolu ta' kopertura ogħla minn dak ikkalkolat taħt il-prinċipju nominali.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkolu ta' kopertura u l-kalkolu tal-obbligazzjonijiet ikunu bbażati fuq l-istess metodoloġija.

Artikolu 16Rekwiżiti għal riżervi ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu li l-aggregazzjoni ta' kopertura tinkludi dejjem riżervi ta' likwidità magħmula mill-assi likwidi disponibbli sabiex jiġi kopert il-ħruġ nett tal-likwidità tal-programm ta' bonds koperti.

2.  Ir-riżerva ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura għandha tkopri l-fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità għal 180 jum tal-kalendarju ħlief fil-perjodi ta' stress kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/61.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżervi ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jikkonsistu mit-tipi ta' assi li ġejjin:

(a)  assi li jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1, livell 2A u livell 2B skont l-Artikoli 10, 11 u 12 tar-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61, ivvalutati skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament ta' Delega u segregati f'konformità mal-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva;

(b)  skoperturi għall-istituzzjonijiet ta' kreditu▌ f'konformità mal-Artikolu 129(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li bonds koperti maħruġa minnhom stess ma jkunux jistgħu jikkontribwixxu għar-riżerva ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet mhux kollateralizzati minn skoperturi inadempjenti f'konformità mal-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jistgħux jikkontribwixxu għar-riżervi ta' likwiditià tal-aggregazzjoni ta' kopertura.

3a.  Assi likwidi fir-riżerva ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura ma għandhomx jikkontribwixxu għar-rekwiżiti tal-likwidità stipulati fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/61.

4.  Permezz ta' deroga mill-paragrafu 3a, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-assi likwidi fir-riżerva ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3, tista' tikkontribwixxi għar-rekwiżiti tal-likwidità stipulati fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 2015/61 sal-ammont tal-ħruġ nett ta' likwidità tal-programm ta' bonds koperti. Madankollu, dik il-possibbiltà hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li dawk l-assi likwidi fir-riżerva ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura jinżammu separatament fil-programm ta' bonds koperti u, fil-każ ta' riżoluzzjoni jew insolvenza tal-emittent, ikunu segregati mill-assi likwidi miżmuma għall-finijiet tar-rekwiżiti ta' likwidità stabbiliti fir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/61.

5.  Għal strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti ta' likwidità għall-ħlas lura tal-kapital ikunu aġġornati wara kwalunkwe estensjoni tal-maturità sabiex dejjem ikunu jaqblu mal-ħtiġijiet tal-ħlas sal-mument meta jkun dovut l-aħħar ħlas ta' kapital.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 ma japplikawx għal bonds koperti li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' finanzjament simetriku.

Artikolu 17Kundizzjonijiet għal strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi

1.  L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-ħruġ ta' bonds koperti bi strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi meta l-protezzjoni tal-investituri tkun żgurata tal-inqas b'dan li ġej:

(a)  l-iskattaturi tal-estensjoni tal-maturità jkunu speċifikati fil-kuntratt jew fl-istatut;

(b)  il-maturità tista' tiġi estiża fil-każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-emittent u bl-approvazzjoni mill-awtorità superviżorja kompetenti jew skont skattaturi finanzjarji oġġettivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali;

(c)  l-informazzjoni li tingħata lill-investitur dwar l-istruttura tal-maturità tkun biżżejjed sabiex huma jkunu jistgħu jiddeterminaw ir-riskju tal-bond kopert, u tinkludi deskrizzjoni dettaljata ta':

(i)  l-iskattatur tal-estensjonijiet tal-maturità;

(ii)  il-konsegwenzi għall-estensjonijiet tal-maturità fil-każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni tal-istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti;

(iii)  ir-rwol tal-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) u tal-amministratur speċjali fir-rigward tal-estensjoni tal-maturità, fejn ikun rilevanti;

(d)  id-data finali tal-maturità tal-bond kopert tkun tista' tiġi determinata f'kull mument;

(e)  l-estensjoni tal-maturità ma taffettwax il-klassifikazzjoni tal-investituri f'bonds koperti;

(f)  l-estensjoni tal-maturità ma tibdilx il-karatteristiċi strutturali ta' bonds koperti li jirrigwardaw ir-rikors doppju, kif imsemmi fl-Artikolu 4, u l-protezzjoni mill-falliment, kif imsemmi fl-Artikolu 5.

1a.  L-EBA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi li jispeċifikaw ulterjorment l-iskattaturi finanzjarji oġġettivi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, inklużi testijiet oġġettivi għal tali skattaturi. L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tielet subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.  L-Istati Membri li jippermettu l-ħruġ ta' bonds koperti bi strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi għandhom jinnotifikaw lill-EBA bid-deċiżjoni tagħhom.

TITOLU IIISUPERVIŻJONI PUBBLIKA TA' BONDS KOPERTI

Artikolu 18Superviżjoni pubblika ta' bonds koperti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jipprevedu li l-ħruġ ta' bonds koperti jkun suġġett għal superviżjoni pubblika ta' bonds koperti.

2.  Għall-finijiet tas-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-EBA dwar dawn l-awtoritajiet maħtura u għandhom jindikaw kull diviżjoni tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 2 jimmonitorjaw il-ħruġ ta' bonds koperti sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu l-bonds koperti jirreġistraw it-tranżazzjonijiet kollha tagħhom relatati mal-programm ta' bonds koperti u jkollhom fis-seħħ sistemi u proċessi ta' dokumentazzjoni adegwati u xierqa.

5.  L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri xierqa sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 2 jiksbu l-informazzjoni meħtieġa sabiex jivvalutaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, jinvestigaw ksur possibbli ta' dawn ir-rekwiżiti, u jimponu penali amministrattivi u miżuri ta' rimedju f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 23.

6.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 2 ikollhom il-kompetenza, ir-riżorsi, il-kapaċità operattiva, is-setgħat u l-indipendenza meħtieġa sabiex iwettqu l-funzjonijiet relatati mas-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti.

Artikolu 19Permess għal programmi ta' bonds koperti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu permess biex jinkiseb programm ta' bonds koperti qabel jinħarġu l-bonds koperti taħt dan il-programm. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) is-setgħa li jagħtu dawn il-permessi.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-permess imsemmi fil-paragrafu 1, inklużi tal-inqas dawn li ġejjin:

(a)  programm adegwat ta' operazzjonijiet li jistabbilixxi l-ħruġ ta' bonds koperti;

(b)  politiki, proċessi u metodoloġiji adegwati mmirati lejn il-protezzjoni tal-investituri għall-approvazzjoni, l-emendar, it-tiġdid u r-rifinanzjament ta' self inkluż fl-aggregazzjoni ta' kopertura;

(c)  maniġment u persunal iddedikati għall-programm ta' bonds koperti li jkollhom kwalifiki u għarfien adegwat dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u l-amministrazzjoni tal-programm ta' bonds koperti;

(d)  stabbiliment amministrattiv tal-aggregazzjoni ta' kopertura li jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

Artikolu 20Superviżjoni pubblika ta' bonds koperti f'każ ta' insolvenza jew riżoluzzjoni

1.  L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) għandhom jikkooperaw mal-awtorità ta' riżoluzzjoni f'każ ta' riżoluzzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti, sabiex jiżguraw li d-drittijiet u l-interessi tal-investituri f'bonds koperti jiġu ppreservati, inkluż, tal-inqas, billi jivverifikaw il-ġestjoni kontinwa u kompetenti tal-programm ta' bonds koperti matul il-perjodu tal-proċess ta' riżoluzzjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-ħatra ta' amministratur speċjali f'każ ta' insolvenza ta' istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti, sabiex jiżguraw li d-drittijiet u l-interessi tal-investituri f'bonds koperti jiġu ppreservati, inkluż, tal-inqas, billi jivverifikaw il-ġestjoni kontinwa u kompetenti tal-programm ta' bonds koperti matul il-perjodu tal-proċess ta' insolvenza.

Meta l-Istati Membri jużaw din l-għażla, huma għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) ikunu mitluba japprovaw il-ħatra u t-tkeċċija tal-amministratur speċjali.

3.  Fejn l-Istati Membri jipprevedu l-ħatra ta' amministratur speċjali f'konformità mal-paragrafu 2, huma għandhom jadottaw regoli li jistabbilixxu l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta' dan l-amministratur speċjali, tal-inqas fir-rigward ta':

(a)  it-tneħħija tal-obbligazzjonijiet marbutin mal-bonds koperti;

(b)  il-ġestjoni u r-realizzazzjoni tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura, inkluż it-trasferiment tagħhom flimkien ma' obbligazzjonijiet ta' bonds koperti għal istituzzjoni ta' kreditu oħra li toħroġ il-bonds koperti;

(c)  it-twettiq ta' tranżazzjonijiet legali meħtieġa għall-amministrazzjoni xierqa tal-aggregazzjoni ta' kopertura, għall-monitoraġġ kontinwu ta' kopertura tal-obbligazzjonijiet marbutin mal-bonds koperti, biex jingħata bidu għall-proċedimenti sabiex jiġu rkuprati l-valuri tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura u biex dawk l-assi li jifdal wara li jiġu ssodisfati l-obbligazzjonijiet kollha ta' bonds koperti jiġu ttrasferiti għall-proprjetà tal-insolvenza tal-istituzzjoni ta' kreditu li ħarġet il-bonds koperti.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tal-proċess ta' insolvenza jew riżoluzzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2), l-amministratur speċjali, fejn tali amministratur ikun ġie maħtur, u l-awtorità ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 21Rapportar lill-awtoritajiet kompetenti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jirrikjedu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu l-bonds koperti jirrapportaw l-informazzjoni stipulata fil-paragrafu 2 dwar il-programmi ta' bonds koperti lill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2). Ir-rapportar għandu jsir fuq bażi regolari u fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-frekwenza tar-rapportar fuq bażi regolari.

2.  L-obbligi tar-rapportar stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom jirrikjedu l-informazzjoni li għandha tingħata tal-inqas dwar ir-rekwiżiti li ġejjin tal-programm ta' bonds koperti:

(a)  rikors doppju f'konformità mal-Artikolu 4;

(b)  protezzjoni mill-falliment tal-bond kopert f'konformità mal-Artikolu 5;

(c)  l-eliġibbiltà tar-rekwiżiti tal-assi u tal-aggregazzjoni ta' kopertura f'konformità mal-Artikoli minn 6 sa 11;

(d)  is-segregazzjoni tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura f'konformità mal-Artikolu 12;

(e)  il-funzjonament tal-monitor tal-aggregazzjoni ta' kopertura f'konformità mal-Artikolu 13;

(f)  ir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-investitur f'konformità mal-Artikolu 14;

(g)  ir-rekwiżiti ta' kopertura f'konformità mal-Artikolu 15;

(h)  ir-riżervi ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura f'konformità mal-Artikolu 16;

(i)  il-kundizzjonijiet għal strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi f'konformità mal-Artikolu 17.

3.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu regoli dwar ir-rapportar dwar ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2 mill-istituzzjonijiet ta' kreditu li joħorġu l-bonds koperti lill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) f'każ ta' insolvenza jew ta' riżoluzzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti.

Artikolu 12Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tas-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-investituri billi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti nominati skont l-Artikolu 18(2) is-setgħat kollha ta' superviżjoni, ta' investigazzjoni u ta' sanzjonar li huma meħtieġa biex jitwettaq il-kompitu tas-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti.

2.  Is-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

(a)  is-setgħa li jingħataw jew jiġu mċaħħda l-permessi skont l-Artikolu 19;

(b)  is-setgħa li l-programm ta' bonds koperti jiġi rieżaminat b'mod regolari sabiex tiġi vvalutata l-konformità ma' din id-Direttiva;

(c)  is-setgħa li jitwettqu verifiki fuq il-post u mhux fuq il-post;

(d)  is-setgħa li jiġu imposti sanzjonijiet jew penali amministrattivi u miżuri ta' rimedju f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 23;

(e)  is-setgħa li jiġu adottati u implimentati linji gwida superviżorji relatati mal-ħruġ ta' bonds koperti.

Artikolu 23Penali amministrattivi u miżuri

amministrattivi oħra

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ta' penali amministrattivi xierqa u miżuri amministrattivi oħra applikabbli tal-inqas fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)  istituzzjoni ta' kreditu tkun kisbet permess li toħroġ bonds koperti permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew mezzi irregolari oħra;

(b)  istituzzjoni ta' kreditu ma tkunx għadha tissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom ingħata l-permess;

(c)  istituzzjoni ta' kreditu toħroġ bonds koperti mingħajr ma tikseb il-permess f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 19;

(d)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 4;

(e)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti toħroġ bonds koperti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 5;

(f)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti toħroġ bonds koperti mhux kollateralizzati f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 6 u l-Artikolu 6a;

(g)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti toħroġ bonds koperti kollateralizzati minn assi li jinsabu barra mill-Unjoni fi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 7;

(h)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti toħroġ bonds koperti kollateralizzati minn assi li jinsabu barra mill-Unjoni bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 8;

(i)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal finanzjament konġunt stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 9;

(j)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti tal-kompożizzjoni tal-aggregazzjoni ta' kopertura stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 10;

(k)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tinkludi kuntratti tad-derivattivi fl-aggregazzjoni ta' kopertura għal skopijiet differenti minn dawk ta' hedging jew tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 11;

(l)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti tas-segregazzjoni tal-assi fl-aggregazzjoni ta' kopertura f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 12;

(m)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 14;

(n)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti b'mod ripetut jew persistenti tonqos milli żżomm riżervi ta' likwidità tal-aggregazzjoni ta' kopertura bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 16;

(o)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ il-bonds koperti bi strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi tonqos milli tissodisfa l-kundizzjonijiet għal strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi li huma stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 17;

(p)  istituzzjoni ta' kreditu li toħroġ bonds koperti tonqos milli tirrapporta informazzjoni jew tipprovdi informazzjoni mhux kompluta jew mhux preċiża dwar l-obbligazzjonijiet bi ksur tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-punti minn (a) sa (i) tal-Artikolu 21(2).

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli għal pieni amministrattivi jew miżuri oħra amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal pieni kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom. F'dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.

2.  Il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.▌

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-penali amministrattivi u l-miżuri ta' rimedju jiġu implimentati b'mod effettiv.

Artikolu 25Obbligi ta' kooperazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jikkooperaw mill-qrib mal-awtorità kompetenti li twettaq is-superviżjoni ġenerali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu f'konformità mad-dritt tal-Unjoni rilevanti applikabbli għal dawn l-istituzzjonijiet.

2.  L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin. Dik il-kooperazzjoni għandha tinkludi li dawn l-awtoritajiet jagħtu lil xulxin kull informazzjoni li tkun rilevanti għall-eżerċitar tal-kompiti ta' superviżjoni tal-awtoritajiet l-oħra skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva.

3.  Għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) jwettqu dan li ġej:

(a)  jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti kollha wara talba minn tali awtorità kompetenti oħra;

(b)  fuq inizjattiva tagħhom stess jikkomunikaw kull informazzjoni essenzjali lil awtoritajiet kompetenti oħra fi Stati Membri oħra.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jikkooperaw mal-EBA għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

5.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni għandha titqies bħala essenzjali jekk tkun tista' tinfluwenza b'mod materjali l-valutazzjoni tal-ħruġ ta' bonds koperti fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 26Rekwiżiti ta' divulgazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li ġejja tiġi ppubblikata mill-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) fuq is-sit web uffiċjali tagħhom:

(a)  it-testi tal-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti, ir-regoli amministrattivi u l-gwida ġenerali tagħhom adottati fir-rigward tal-ħruġ ta' bonds koperti;

(b)  il-lista ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li għandhom il-permess joħorġu bonds koperti;

(c)  il-lista ta' bonds koperti li għandhom il-permess jużaw it-tikketta "Bond Kopert Ewropew" u l-lista ta' bonds li jistgħu jużaw it-tikketta "Bond Kopert Ewropew (Premium)".

2.  L-informazzjoni ppubblikata f'konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun suffiċjenti biex ikun jista' jsir paragun sodisfaċenti rigward l-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri differenti. Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata biex tikkunsidra kull bidla.

3.  Għall-finijiet tal-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 18(2) għandhom, fuq bażi annwali, jinnotifikaw lill-EBA dwar il-listi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u bonds koperti.

Titolu IVTikkettar

Artikolu 27Tikkettar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tikketta "Bond Kopert Ewropew" u t-traduzzjoni tagħha bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea tintuża biss għal bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tikketta "Bond Kopert Ewropew (Premium)" u t-traduzzjoni tagħha bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni tintuża biss għal bonds koperti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fid-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

TITOLU VEMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA

Artikolu 28Emenda għad-Direttiva 2009/65/KE

L-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE huwa emendat kif ġej:

(1)  l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu jgħollu l-limitu ta' 5 % stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għal massimu ta' 25 % għal bonds li nħarġu qabel [OP: daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva + jum wieħed (1)] u ssodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f'dan il-paragrafu, fil-verżjoni applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, jew meta l-bonds jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' bonds koperti f'konformità mal-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 20XX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

____________________________

*  [OP: Daħħal ir-referenza għad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE (ĠU C […], […], p. […])].";

(2)  it-tielet subparagrafu huwa mħassar.

Artikolu 29Emenda għad-Direttiva 2014/59/KE

Fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2014/59/UE, il-punt 96 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(96)  "bond kopert" tfisser strument kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, fil-verżjoni applikabbli fid-data tal-ħruġ, u maħruġ qabel ... [OP: daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva + jum wieħed (1)] jew bond kopert kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 20XX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

__________________________________

*  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

**  [OP: Daħħal ir-referenza għad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … dwar il-ħruġ ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59/UE (ĠU C […], […], p. […])].".

TITOLU VIDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 30Miżuri tranżitorji

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li bonds koperti maħruġa qabel XX [OP: daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva + jum wieħed (1)"] u li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE, fil-verżjoni applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli minn 5 sa 12 u l-Artikoli 15, 16, 17 u 19 ta' din id-Direttiva, iżda jistgħu jkomplu jissemmew bħala bonds koperti skont din id-Direttiva sal-maturità tagħhom.

L-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu japplika wkoll għal segmenti ġodda jew għal ħruġ "tap" ta' serje ta' bonds koperti li d-data tal-ewwel ħruġ tagħhom tkun qabel [OP: daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva + jum wieħed (1)].

Artikolu 31

Ekwivalenza

1.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina li l-arranġamenti legali, superviżorji u tal-infurzar ta' pajjiż terz:

(a)  ikunu ekwivalenti għar-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II u għas-setgħat superviżorji u s-sanzjonijiet stipulati fit-Titolu III; u

(b)  ikunu qed jiġu applikati u infurzati b'mod effettiv, ekwu u mhux distorsiv sabiex jiġu żgurati superviżjoni u infurzar effettivi f'dak il-pajjiż terz.

2.  Meta l-Kummissjoni tadotta att delegat dwar l-ekwivalenza fir-rigward ta' pajjiż terz, kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, bond kopert għandu jitqies li jkun issodisfa r-rekwiżiti stipulati fit-Titolu II, fejn l-emittent ikun stabbilit f'dak il-pajjiż terz.

3.  Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-EBA, għandha timmonitorja l-effikaċja tar-rekwiżiti ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu II, minn pajjiżi terzi li fir-rigward tagħhom ikun ġie adottat att delegat u għandha tirrapporta dwarhom regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jekk ir-rapport jiżvela applikazzjoni insuffiċjenti jew inkonsistenti tar-rekwiżiti ekwivalenti minn awtoritajiet ta' pajjiż terz, jew diverġenza regolatorja materjali minn pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tqis jekk tirtirax ir-rikonoxximent tal-ekwivalenza tal-qafas legali tal-pajjiż terz inkwistjoni. Jekk il-Kummissjoni tibda azzjoni biex tirtira jew tissospendi deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, hija għandha tistabbilixxi proċedura trasparenti li tirregola l-irtirar jew is-sospensjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza, sabiex tipprovdi ċertezza lis-suq u tappoġġa l-istabbiltà finanzjarja.

Artikolu 31Rieżami u rapporti

1.  Sa ... [OP: daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva + tliet (3) snin], il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-livell tal-protezzjoni tal-investituri u l-iżviluppi li jirrigwardaw il-ħruġ ta' bonds koperti fl-Unjoni, inklużi:

(a)  l-iżviluppi li jirrigwardaw l-għadd ta' permessi għall-ħruġ ta' bonds koperti;

(b)  l-iżviluppi li jirrigwardaw l-għadd ta' bonds koperti maħruġin f'konformità mad-dispożizzjonijiet li jittrasponu din id-Direttiva u mal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(c)  l-iżviluppi li jirrigwardaw l-assi li jikkollateralizzaw il-ħruġ ta' bonds koperti;

(d)  l-iżviluppi li jirrigwardaw il-livell ta' sovrakollateralizzazzjoni;

(e)  l-investimenti transfruntiera fil-bonds koperti, inkluż investiment intern jew estern minn u lejn pajjiżi terzi;

(f)  l-iżviluppi li jirrigwardaw il-ħruġ ta' bonds koperti bi strutturi ta' maturità li jistgħu jiġu estiżi;

(g)  valutazzjoni dwar il-funzjonament tas-swieq tal-bonds koperti u rakkomandazzjonijiet għal azzjoni ulterjuri.

2.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha, wara li tordna u tirċievi studju dwar is-suġġett u tikkonsulta lill-EBA u l-BĊE, tadotta rapport li jivvaluta r-riskji li jirriżultaw minn maturitajiet estendibbli ta' bonds koperti ma' dawn l-istrutturi. Għandha ssir enfasi partikolari fuq ir-riskji li jġarrbu l-investituri ta' tali bonds fi żminijiet ta' kriżi. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak l-istudju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta jekk ikun il-każ.

3.  Sa ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni , wara li tordna u tirċievi studju dwar is-suġġett u tikkonsulta lill-EBA u l-BĊE, għandha tadotta rapport dwar il-possibbiltà li tintroduċi strument ta' rikors doppju msemmi Noti Garantiti Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak l-istudju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta jekk ikun il-każ.

4.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, sa ...[OP: daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) ta' din id-Direttiva + sentejn (2)], l-Istati Membri għandhom jibagħtu informazzjoni dwar il-punti minn (a) sa (f) lill-Kummissjoni.

Artikolu 32Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn ... [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 33Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 34Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

ĠU C 382, 23.10.2018, p. 2.

(2)

ĠU C 367, 10.10.2018, p. 56.

(3)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu▌.

(4)

  ĠU C 382, 23.10.2018, p. 2.

(5)

  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 56.

(6)

  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(8)

  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta' kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).

(9)

  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/35 tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u r-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 12, 17.1.2015, p. 1).

(10)

  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(11)

  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-finanzjament ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (BERS/2012/2) (2013/C 119/01).

(12)

  "EBA report on EU covered bond frameworks and capital treatment" (Rapport tal-EBA dwar l-oqfsa tal-UE ta' bonds koperti u t-trattament tal-kapital) (2014).

(13)

  "Report on covered bonds - Recommendations on harmonisation of covered bond frameworks in the EU" (Rapport dwar il-bonds koperti - Rakkomandazzjonijiet dwar l-armonizzazzjoni tal-oqsfa ta' bonds koperti fl-UE) (2016), EBA-Op-2016-23.

(14)

  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(15)

  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(16)

  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(17)

  [ĠU C (…).]


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Bonds koperti u superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti

Referenzi

COM(2018)0094 – C8-0113/2018 – 2018/0043(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.3.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.4.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

27.3.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Bernd Lucke

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.9.2018

18.10.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

16

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Pervenche Berès, David Coburn, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Barbara Kappel, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Costas Mavrides, Alex Mayer, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Ashley Fox, Jeppe Kofod, Paloma López Bermejo, Michel Reimon, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Helga Stevens

Data tat-tressiq

26.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Wolf Klinz, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

ECR

Ashley Fox, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Joachim Starbatty, Helga Stevens

ENF

Barbara Kappel

PPE

Pilar Ayuso, Markus Ferber, Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Jeppe Kofod, Alex Mayer, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Ernest Urtasun

16

-

EFDD

David Coburn

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Marisa Matias, Dimitrios Papadimoulis, Miguel Viegas

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Paul Tang

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018Avviż legali