Proċedura : 2018/0110(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0394/2018

Testi mressqa :

A8-0394/2018

Dibattiti :

PV 30/01/2019 - 24
CRE 30/01/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 31/01/2019 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0055

RAPPORT     ***I
PDF 835kWORD 89k
26.11.2018
PE 626.994v01-00 A8-0394/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004

(COM(2018)0231 – C8-0170/2018 – 2018/0110(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Fredrick Federley

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-Dominju tal-Ogħla Livell .eu u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 733/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 874/2004

(COM(2018)0231 – C8-0170/2018 – 2018/0110(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0231),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0170/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ta' ...,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0394/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-evoluzzjoni rapida tas-suq tad-dominju tal-ogħla livell (TLD) u x-xenarju diġitali dinamiku jirrikjedu ambjent regolatorju flessibbli u validu għall-ġejjieni. L-iskop tat-TLD .eu huwa, permezz ta' ġestjoni tajba, li jgħin it-tisħiħ tal-identità tal-Unjoni u jippromwovi l-valuri tal-Unjoni, bħall-multilingwiżmu, ir-rispett tal-privatezza u tas-sigurtà tal-utenti r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-prijoritajiet online.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  It-TLD .eu huwa t-tmien l-akbar Dominju tal-Ogħla Livell tal-kodiċi tal-pajjiż (ccTLD) fid-dinja u kellu aktar minn 3,8 miljun reġistrazzjoni fl-2017. It-TLD .eu jintuża mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, anke għall-proġetti u l-inizjattivi;

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  It-TLD .eu jenħtieġ jipprovdi rabta identifikata b'mod ċar mal-Unjoni u mas-suq Ewropew. Dan jenħtieġ jippermetti li l-impriżi, l-organizzazzjonijiet u l-persuni fiżiċi fl-Unjoni jirreġistraw isem tad-dominju taħt it-TLD .eu. Jenħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jirreġistraw isem tad-dominju .eu, irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom.

(4)  It-TLD .eu, bħala isem ta' dominju speċifiku għall-Unjoni b'denominazzjoni ċara u identifikabbli faċilment, jenħtieġ li jipprovdi rabta identifikata b'mod ċar mal-Unjoni, u mas-suq Ewropew, u identità online tal-Unjoni, u b'hekk joħloq identità b'saħħitha għas-suq uniku diġitali, soġġett għad-dritt u l-istandards tal-kummerċ tal-Unjoni. Jenħtieġ li jippermetti li l-impriżi u l-organizzazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jew fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u l-persuni fiżiċi li huma residenti ta' Stat Membru jew ta' membru ta' pajjiż terz taż-ŻEE jirreġistraw isem tad-dominju taħt it-TLD .eu. Jenħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu jistgħu jirreġistraw isem ta' TLD .eu, irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom. L-eżistenza ta' tali dominju hija parti importanti mill-identità Ewropea u l-utenti huma responsabbli biex jużawh kif xieraq.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-ismijiet tad-dominju fit-TLD .eu jenħtieġ jiġu allokati lill-partijiet eliġibbli skont id-disponibbiltà.

(5)  L-ismijiet tad-dominju fit-TLD .eu jenħtieġ li jiġu allokati bi prezz raġonevoli lill-partijiet eliġibbli skont id-disponibbiltà.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta r-rwol potenzjali tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fir-reġistrazzjoni tal-ismijiet ta' dominji fit-TLD .eu sabiex l-applikanti tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea (EUTMs) jew tad-disinni Komunitarji rreġistrati (RCD) jingħataw allokazzjoni tat-TLDs .eu applikabbli għat-trademarks jew id-disinn tagħhom, soġġett għad-disponibbiltà. Dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tinkludi wkoll miżuri jew aġenziji oħra li jistgħu jiġu involuti fil-prevenzjoni ta' reġistrazzjonijiet spekulattivi u abbużivi ("cybersquatting") u jenħtieġ li tiffaċilita proċeduri amministrattivi sempliċi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni taħtar Reġistru għat-TLD .eu permezz ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja. Jenħtieġ ukoll li l-Kummissjoni tagħmel kuntratt mar-Reġistru magħżul li jenħtieġ jinkludi politika dettaljata dwar il-prinċipji u l-proċeduri li japplikaw għar-Reġistru dwar l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġar tat-TLD .eu. Il-kuntratt jenħtieġ ikun limitat fiż-żmien u jista' jiġġedded.

(9)  Il-Kummissjoni, abbażi ta' proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja, u filwaqt li tqis il-kosteffiċjenza u s-sempliċità amministrattiva, jenħtieġ li taħtar Reġistru għat-TLD .eu. Sabiex jiġu stabbiliti l-kriterji għall-ħatra ta' reġistru u proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja għal dik il-ħatra, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegta lill-Kummissjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel kuntratt mar-Reġistru magħżul li jenħtieġ li jinkludi l-prinċipji u l-proċeduri dettaljati li japplikaw għar-Reġistru għall-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tat-TLD .eu. Il-kuntratt jenħtieġ li jkun ta' terminu limitat u jista' jiġġedded.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Il-Kummissjoni jenħtieġ twettaq evalwazzjoni dwar l-effettività u l-funzjonament tat-TLD .eu. L-evalwazzjoni jenħtieġ tagħrbel il-prattiki tax-xogħol tar-Reġistru maħtur u r-rilevanza tal-kompiti tiegħu.

(22)  Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni dwar l-effettività u l-funzjonament tat-TLD .eu. L-evalwazzjoni jenħtieġ li tgħarbel il-prattiki tax-xogħol tar-Reġistru maħtur u r-rilevanza tal-kompiti tiegħu. Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li, kull tliet snin, tippreżenta rapport dwar il-funzjonament tal-isem tat-TLD .eu.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Dan ir-regolament għandu l-għan li jappoġġa s-suq uniku diġitali, billi jibni identità Ewropea online u jħeġġeġ l-attivitajiet transfruntieri online, u bil-promozzjoni tal-kompetittività tal-isem tat-TLD .eu.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  "Reġistru" tfisser l-entità fdata bl-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġar tat-TLD .eu, inkluż il-manutenzjoni tal-bażijiet tad-dejta korrispondenti u s-servizzi pubbliċi tat-talbiet assoċjati, ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominju, it-tħaddim tar-Reġistru tal-ismijiet tad-dominju, it-tħaddim tas-servers tal-ismijiet tat-TLD tar-Reġistru u t-tqassim ta' faljs taż-żona tat-TLD;

(a)  "Reġistru" tfisser l-entità fdata bl-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġar tat-TLD .eu, inkluż il-manutenzjoni tal-bażijiet tad-data korrispondenti u s-servizzi pubbliċi tat-talbiet assoċjati, ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominju, it-tħaddim tar-Reġistru tal-ismijiet tad-dominju, it-tħaddim tas-servers tal-ismijiet tat-TLD tar-Reġistru u t-tqassim ta' fajls taż-żona tat-TLD, meta jkun xieraq;

Ġustifikazzjoni

Restrizzjonijiet fuq id-disseminazzjoni ta' fajls taż-żona tat-TLD intużaw minn TLDs bħala miżura ta' sigurtà u din il-flessibbiltà jeħtieġ tiġi ppreservata billi ma jinħoloqx obbligu.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  persuna fiżika li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni u li tkun residenti fi Stat Membru; jew

(ii)  ċittadin ta' pajjiż terz li jkun residenti fi Stat Membru jew f'membru ta' pajjiż terz taż-ŻEE;

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  impriża stabbilita fl-Unjoni; jew

(iii)  impriża stabbilita fi Stat Membru jew f'membru ta' pajjiż terz taż-ŻEE;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  organizzazzjoni stabbilita fil-Unjoni mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali.

(iv)  organizzazzjoni stabbilita fi Stat Membru jew f'membru ta' pajjiż terz taż-ŻEE mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-Reġistru jista' jħassar isem tad-dominju minn jeddu u mingħajr ma jgħaddi t-tilwima għal xi riżoluzzjoni estraġudizzjarja tal-kunflitti, għar-raġunijiet li ġejjin:

3.  Ir-Reġistru jista' jħassar jew jissospendi isem tad-dominju minn jeddu u mingħajr ma jgħaddi t-tilwima għal xi riżoluzzjoni extraġudizzjarja tal-kunflitti, għar-raġunijiet li ġejjin:

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Isem tad-dominju jista' jitħassar ukoll, u meta meħtieġ jingħadda sussegwentement lil parti oħra, soġġett għal proċedura xierqa ta' Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jew proċedura ġudizzjarja, meta dak l-isem ikun identiku jew simili b'tali mod li joħloq konfużjoni għal isem li fir-rigward tiegħu hemm stabbilit dritt mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni, u meta dan:

4.  Isem tad-dominju jista' jitħassar ukoll, u meta meħtieġ jingħadda sussegwentement lil parti oħra, soġġett għal proċedura xierqa ta' Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim (ADR) jew proċedura ġudizzjarja, meta dak l-isem ikun identiku jew simili b'tali mod li joħloq konfużjoni għal isem li fir-rigward tiegħu hemm stabbilit dritt mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Isem ta' dominju jista' jitħassar meta dan:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-Reġistru, wara li jikkonsulta lill-Kummissjoni u l-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv skont il-punt (ca) tal-Artikolu 14(3), għandu jadotta politiki trasparenti u prevedibbli sabiex jiżgura l-identifikazzjoni f'waqtha ta' kwalunkwe reġistrazzjoni msemmija fil-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Għal dak il-għan, ir-Reġistru, meta jkun meħtieġ, għandu jikkoopera mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u mal-Iskwadri nazzjonali ta' Rispons f'Emerġenza relatata mal-Kompjuters (CERTs).

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta isem tad-dominju jitqies minn qorti ta' Stat Membru li jkun malafamanti, razzist jew kuntrarju għall-politika pubblika, dan għandu jiġi mblokkat mir-Reġistru malli dan jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-qorti u għandu jitħassar malli tiġi notifikata d-deċiżjoni finali tal-qorti. Ir-Reġistru għandu jimblokka minn reġistrazzjoni futura dawk l-ismijiet li jkunu soġġetti għal dik l-ordni tal-qorti sakemm dik l-ordni tibqa' valida.

5.  Meta isem tad-dominju jitqies minn qorti ta' Stat Membru, u skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, li jkun malafamanti, razzist jew kuntrarju għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika, dan għandu jiġi mblokkat mir-Reġistru malli dan jiġi notifikat bid-deċiżjoni tal-qorti. Ir-Reġistru, malli tiġi notifikata tali deċiżjoni tal-qorti, għandu jħassar l-isem tad-dominju.

 

B'deroga mill-ewwel paragrafu, l-isem tad-dominju m'għandux jiġi mblokkat mir-Reġistru jekk id-deċiżjoni tal-qorti tkun rilevanti għall-fini ta' att ta' implimentazzjoni jew ta' deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 5 tar-Regolament .../... [dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri 2018/0136 (COD)]. Dak l-isem tad-dominju għandu jitħassar mir-Reġistru malli tiġi notifikata d-deċiżjoni finali tal-qorti.

 

Ir-Reġistru għandu jimblokka minn reġistrazzjoni futura dawk l-ismijiet ta' dominju li jkunu soġġetti għal dik l-ordni tal-qorti sakemm dik l-ordni tibqa' valida.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-ismijiet tad-dominju rreġistrati taħt it-TLD .eu għandhom ikunu trasferibbli biss lil partijiet li jkunu eliġibbli għar-reġistrazzjoni ta' ismijiet tat-TLD .eu.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominju għandha ssir bil-karattri alfabetiċi kollha tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni b'konformità mal-istandards internazzjonali disponibbli kif jippermettu l-protokolli rilevanti tal-Ismijiet tad-Dominju Internazzjonalizzati (IDNs).

1.  Ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominju għandha ssir bil-karattri kollha tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni b'konformità mal-istandards internazzjonali disponibbli kif jippermettu l-protokolli rilevanti tal-Ismijiet tad-Dominju Internazzjonalizzati (IDNs).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jistgħu jiġu rreġistrati jew riżervati biss taħt dominju tat-tieni livell mill-Istati Membri. Dawn l-ismijiet tad-dominju għandhom ikunu limitati għal termini ġeografiċi u/jew ġeopolitiċi rikonoxxuti b'mod wiesa' li jaffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tal-Istati Membri.

(b)  jistgħu jiġu rreġistrati jew riżervati biss f'dominju tat-tieni livell mill-Istati Membri. Dawn l-ismijiet tad-dominju għandhom ikunu limitati għal termini ġeografiċi u/jew ġeopolitiċi rikonoxxuti b'mod wiesa' li jaffettwaw l-organizzazzjoni politika jew territorjali tal-Istati Membri.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura għall-ħatra tar-Reġistru permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 17(2).

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 17a biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji u l-proċedura għall-ħatra tar-Reġistru, u l-kriterji li jistabbilixxu rekwiżiti minimi għal ċirkostanzi għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 4, li fihom r-Reġistru għandu jimblokka, jissospendi jew iħassar isem ta' dominju, sabiex jissalvagwardja l-valuri tal-Unjoni, bħall-multilingwiżmu, ir-rispett tal-privatezza u s-sigurtà tal-utenti, u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel kuntratt mar-Reġistru maħtur. Il-kuntratt għandu jispeċifika r-regoli, il-politiki u l-proċeduri għall-forniment ta' servizzi mir-Reġistru u l-kundizzjonijiet li skonthom il-Kummissjoni għandha tagħmel superviżjoni tal-organizzazzjoni, tal-amministrazzjoni u tal-immaniġġar tat-TLD .eu mir-Reġistru. Il-kuntratt għandu jkun limitat fiż-żmien u jista' jiġġedded u għandu jinkludi l-prinċipji u l-proċeduri dwar l-funzjonament tat-TLD .eu stabbiliti skont l-Artikolu 11.

3.  Il-Kummissjoni għandha tagħmel kuntratt mar-Reġistru maħtur. Il-kuntratt għandu jispeċifika r-regoli, il-politiki u l-proċeduri għall-forniment ta' servizzi mir-Reġistru u l-kundizzjonijiet li skonthom il-Kummissjoni għandha tagħmel superviżjoni tal-organizzazzjoni, tal-amministrazzjoni u tal-immaniġġar tat-TLD .eu mir-Reġistru. Il-kuntratt għandu jkun limitat fiż-żmien u jista' jiġġedded u għandu jinkludi l-prinċipji u l-proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu stabbiliti skont l-Artikoli 10 u 11 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  jippromwovi t-TLD .eu fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi sabiex jiżgura l-kompetittività tiegħu;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  josserva r-regoli, il-politiki u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-kuntratti msemmija fl-Artikolu 8(3);

(a)  josserva r-regoli, il-politiki u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-kuntratt imsemmi fl-Artikolu 8(3), u b'mod partikolari l-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jorganizza, jamministra u jimmaniġġa t-TLD .eu fl-interess ġenerali u abbażi tal-prinċipji tal-kwalità, l-effiċjenza, l-affidabbiltà, it-trasparenza, l-aċċessibbiltà u n-nondiskriminazzjoni u billi jiżgura kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni;

(b)  jorganizza, jamministra u jimmaniġġa t-TLD .eu fl-interess pubbliku ġenerali;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  fl-aspetti kollha tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni tat-TLD .eu, jiżgura t-trasparenza, l-aċċessibbiltà, il-prevedibbiltà, l-affidabbiltà, l-aċċessibbiltà, l-effiċjenza, in-nondiskriminazzjoni, kundizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni u l-applikazzjoni ta' miżuri ekwi ta' protezzjoni tal-konsumatur għal isem ta' TLD .eu;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  jippromwovi l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-Internet;

(i)  jippromwovi l-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-governanza tal-Internet inter alia bil-parteċipazzjoni f'fora internazzjonali;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  iwettaq awditjar minn korp indipendenti, u jġarrab l-ispejjeż tiegħu hu stess, mill-inqas kull sentejn biex jiċċertifika l-konformità ma' dan ir-Regolament u jibgħat l-eżitu lill-Kummissjoni;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru maħtur skont l-Artikolu 8(3) għandu jinkludi l-prinċipji u l-proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu, b'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż dawn li ġejjin:

1.   Il-kuntratt konkluż bejn il-Kummissjoni u r-Reġistru maħtur skont l-Artikolu 8(3) għandu jinkludi l-prinċipji u l-proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu, b'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż dawn li ġejjin:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-rekwiżiti u l-proċeduri għat-talbiet tar-reġistrazzjoni, politika dwar il-verifika tar-reġistranti tad-dejta u r-reġistrazzjoni spekulattiva tal-ismijiet tad-dominju;

(b)  ir-rekwiżiti u l-proċeduri għat-talbiet tar-reġistrazzjoni, is-sistemi għall-verifika li l-kriterji għar-reġistrazzjoni jiġu ssodisfati, inkluża l-verifika tal-identità tar-reġistranti, tad-data u r-reġistrazzjoni spekulattiva tal-ismijiet tad-dominju;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  miżuri bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkun jista' jkollhom aċċess għad-dejta fir-Reġistru għal skopijiet ta' prevenzjoni, kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-atti kriminali, kif previst bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali;

(f)  miżuri bil-għan li l-awtoritajiet kompetenti jkun jista' jkollhom aċċess għad-data fir-Reġistru għal skopijiet ta' prevenzjoni, kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-atti kriminali, kif previst bil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali soġġett għall-kontrokontrolli xierqa;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Madankollu, miżuri kif imsemmija fil-punt (f) tal-paragrafu 1, previsti mil-liġi nazzjonali, m'għandhomx jiġu applikati jekk ikunu rilevanti għall-fini ta' att ta' implimentazzjoni jew ta' deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 5 tar-Regolament .../... [dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri 2018/0136 (COD)]. Dik il-miżura tista' tintuża abbażi ta' deċiżjoni finali tal-qorti jew ta' azzjoni amministrattiva finali oħra.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-Reġistru għandu jistabbilixxi u jimmaniġġa l-faċilità tal-bażi tad-dejta WHOIS bl-iskop li tingħata informazzjoni preċiża u aġġornata dwar ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominju taħt it-TLD .eu.

1.  Ir-Reġistru għandu jistabbilixxi u jimmaniġġa b'diliġenza dovuta l-faċilità tal-bażi tad-data WHOIS bl-iskop li tingħata informazzjoni preċiża u aġġornata dwar ir-reġistrazzjoni tal-ismijiet tad-dominju taħt it-TLD .eu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-bażi tad-dejta WHOIS għandu jkun fiha informazzjoni rilevanti, li ma tkunx eċċessiva b'rabta mal-iskop tal-bażi tad-dejta, dwar il-punti ta' kuntatt li jamministraw l-ismijiet tad-dominju taħt it-TLD .eu u d-detenturi tal-ismijiet tad-dominju. Meta d-detentur ta' isem tad-dominju jkun persuna fiżika, l-informazzjoni li trid issir disponibbli pubblikament għandha tkun soġġetta għall-kunsens tad-detentur tal-isem tad-dominju fis-sens tar-Regolament 2016/679.

2.  Il-bażi tad-data WHOIS għandu jkun fiha informazzjoni rilevanti, b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. B'mod partikolari, l-informazzjoni miġbura m'għandhiex tkun eċċessiva b'rabta mal-iskop tal-bażi tad-data, dwar il-punti ta' kuntatt li jamministraw l-ismijiet tad-dominju taħt it-TLD .eu u d-detenturi tal-ismijiet tad-dominju. Meta d-detentur ta' isem tad-dominju jkun persuna fiżika, l-informazzjoni li trid issir disponibbli pubblikament għandha tkun soġġetta għall-kunsens tad-detentur tal-isem tad-dominju fis-sens tar-Regolament 2016/679.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta, kif xieraq, mal-partijiet konċernati u titlob pariri esperti dwar ir-riżultati tal-attivitajiet superviżorji previsti f'dan l-Artikolu u dwar modi biex jitjiebu l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġar tat-TLD .eu.

4.  Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta, kif xieraq, lill-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv .eu u lil partijiet ikkonċernati oħra u titlob pariri esperti dwar ir-riżultati tal-attivitajiet superviżorji previsti f'dan l-Artikolu u dwar modi biex jitjiebu l-organizzazzjoni, l-amministrazzjoni u l-immaniġġar tat-TLD .eu.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kunsill Multiparteċipattiv ta' .eu għandu jiġi stabbilit biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv .eu għandu jiġi stabbilit biex jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe parir u rakkomandazzjoni pprovduti mill-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv .eu fl-implimentazzjoni tal-aspetti kollha ta' dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kunsill Multiparteċipattiv ta' .eu għandu jkun kompost minn rappreżentanti mis-settur privat, mill-komunità teknika, mill-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-akkademja u maħtura mill-Kummissjoni bi proċedura miftuħa u trasparenti.

2.  Il-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv .eu għandu jkun kompost minn rappreżentanti mis-settur privat, mill-komunità teknika, mill-Istati Membri u minn organizzazzjonijiet internazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-akkademja u maħtura mill-Kummissjoni bi proċedura miftuħa u trasparenti, filwaqt li jitqies bis-sħiħ il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kunsill Multiparteċipattiv ta' .eu għandu jkollu dawn il-kompiti li ġejjin:

3.  Il-Grupp Konsultattiv Multiparteċipattiv .eu għandu jkollu dawn il-kompiti li ġejjin:

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jagħti opinjonijiet dwar kwistjonijiet ta' immaniġġar, organizzazzjoni u amministrazzjoni tat-TLD .eu;

(b)  jagħti opinjonijiet dwar kwistjonijiet ta' mmaniġġar, organizzazzjoni u amministrazzjoni tat-TLD .eu, inklużi kwistjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tad-data;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' monitoraġġ u superviżjoni tar-Reġistru;

(c)  jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' monitoraġġ u superviżjoni tar-Reġistru, b'mod partikolari fir-rigward tal-awditjar imsemmi fil-punt (k) tal-Artikolu 10;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-aħjar prattiki fir-rigward ta' politiki u miżuri li jippermettu lill-Kummissjoni tidentifika u, meta jkun meħtieġ, tieħu azzjonijiet xierqa kontra ismijiet ta' dominji rreġistrati mid-detenturi tagħhom mingħajr drittijiet jew interess leġittimu fl-isem, ismijiet ta' dominji użati b'intenzjoni ħażina, inkluż dwar il-kooperazzjoni mal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u s-CERTs.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni, l-effettività u l-funzjonament tat-TLD .eu.

1.  Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u mbagħad kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni, l-effettività u l-funzjonament tat-TLD .eu, abbażi, b'mod partikolari, tal-informazzjoni ppreżentata mir-Reġistru skont il-punt (k) tal-Artikolu 10.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni, sa ... [daħħal id-data tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], għandha tivvaluta r-rwol ta' dan ir-Regolament fil-prevenzjoni tas-cybersquatting u fil-provvista ta' proċeduri amministrattivi sempliċi, b'mod partikolari għall-SMEs. Għandha tivvaluta wkoll ir-rwol potenzjali tal-EUIPO u ta' aġenziji oħra tal-Unjoni fir-reġistrazzjoni ta' ismijiet tat-TLD .eu u, jekk ikun xieraq, tieħu azzjoni xierqa bħas-suġġeriment ta' miżuri leġiżlattivi xierqa.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

2.  Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-sejbiet tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 1a, akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, bi proposti leġiżlattivi xierqa.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' att delegat imsemmija fl-Artikolu 8(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 8(1) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta l-ġdida dwar id-Dominju tal-Ogħla Livell .eu (TLD .eu) ippubblikata mill-Kummissjoni fl-24 ta' April 2018 għandha l-għan li tħassar il-leġiżlazzjoni eżistenti. Għalkemm it-TLD .eu għadu jiffunzjona sew, il-qafas legali li jirregolah irid jiġi adattat għal ambjent u suq online li qed jevolvu.

Bi qbil mal-objettivi tal-Istrateġija dwar is-Suq Uniku Diġitali, l-inizjattiva preżenti għandha l-għan li tiżgura li TLD li jkun ħadem relattivament tajjeb ikompli jaħdem bl-istess mod fil-futur sabiex ikun żgurat li l-benefiċċji marbuta miegħu jkunu jistgħu jilħqu kemm jista' jkun ċittadini tal-Unjoni fil-futur qrib.

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta u jikkondividi l-għan li jinżamm il-pass mal-evoluzzjoni rapida tas-suq tat-TLD u x-xenarju diġitali dinamiku li jirrikjedu ambjent regolatorju flessibbli u validu għall-ġejjieni.

L-eżistenza ta' isem speċifiku tad-dominju għall-UE hija importanti ħafna għall-identità online tal-UE. Ir-Rapporteur jemmen li l-possibbiltà ta' aċċess għal TLD .eu hija opportunità għall-istituzzjonijiet, il-kumpaniji jew iċ-ċittadini. B'dan il-mod, huma jiġu identifikati faċilment bħala parti mill-komunità tal-UE li tikkondividi l-istess ġabra ta' regoli u valuri.

Il-proposta tistabbilixxi l-prinċipji ġenerali tar-reġistrazzjoni ta' isem ta' Dominju tal-Ogħla Livell .eu. Tiddeskrivi l-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kundizzjonijiet ġenerali tar-reġistrazzjoni u tat-tħassir tal-ismijiet tad-dominji, il-lingwi, il-liġi u l-ġurisdizzjoni applikabbli, il-proċeduri għar-riżervazzjoni tal-ismijiet tad-dominji mir-Reġistru, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, u l-proċeduri tal-akkreditazzjoni għar-Reġistraturi.

Ir-Reġistru: id-dispożizzjonijiet jinkludu l-ħatra tiegħu mill-Kummissjoni u l-karatteristiċi u l-obbligi ewlenin tiegħu. Il-proposta tistabbilixxi wkoll lista ta' prinċipji u proċeduri dwar il-funzjonament tat-TLD .eu li jridu jiġu inklużi fil-kuntratt mar-Reġistru, fosthom dawn li ġejjin.

Filwaqt li jappoġġa l-prinċipji ġenerali, ir-Rapporteur irid jissottolinja l-promozzjoni tal-valuri tal-UE bħall-multilingwiżmu, ir-rispett tal-privatezza u tas-sigurtà tal-utenti, il-protezzjoni tal-konsumatur u d-drittijiet tal-bniedem. Speċjalment fir-rigward tal-kwistjoni tas-salvagwardja tal-istat tad-dritt, ir-Rapporteur jissuġġerixxi salvagwardji addizzjonali.

Ir-Rapporteur jixtieq ukoll li l-Parlament Ewropew ikollu kontroll aħjar fuq l-istabbiliment tal-kriterji u tal-proċedura għall-ħatra tar-Reġistru bl-użu ta' atti delegati.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNILI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija magħmula fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklussiva tar-rapporteur. Ir-rapporteur irċieva kontribut mingħand dawn l-entitajiet jew persuni li ġejjin fit-tħejjija tar-rapport, sal-adozzjoni tiegħu fil-kumitat:

Entità u/jew persuna

Kummissjoni Ewropea

EUrid

EDRI

EUIPO

Business Europe


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu

Referenzi

COM(2018)0231 – C8-0170/2018 – 2018/0110(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

28.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

28.5.2018

IMCO

28.5.2018

JURI

28.5.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

16.5.2018

IMCO

19.6.2018

JURI

15.5.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Fredrick Federley

30.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Xabier Benito Ziluaga, David Borrelli, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Adam Gierek, Igor Gräzin, Theresa Griffin, András Gyürk, Eva Kaili, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tilly Metz, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Julia Reda, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Amjad Bashir, Gunnar Hökmark, Luděk Niedermayer, Davor Škrlec, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Flack

Data tat-tressiq

26.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

53

+

ALDE

Fredrick Federley, Igor Gräzin, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

ECR

Amjad Bashir, Edward Czesak, John Flack, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Dario Tamburrano

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

NI

David Borrelli

PPE

Pilar Ayuso, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, András Gyürk, Gunnar Hökmark, Krišjānis Kariņš, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Luděk Niedermayer, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Sven Schulze, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Dan Nica, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Tilly Metz, Julia Reda, Davor Škrlec

2

-

EFDD

Jonathan Bullock

ENF

Christelle Lechevalier

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Diċembru 2018Avviż legali