Proċedura : 2018/0154(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0395/2018

Testi mressqa :

A8-0395/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.1

Testi adottati :

P8_TA(2019)0359

RAPPORT     ***I
PDF 1079kWORD 107k
26.11.2018
PE 627.746v02-00 A8-0395/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali

(COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Cecilia Wikström

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali

(COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0307),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0182/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0395/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sabiex twieġeb għall-ħtiġijiet ġodda fl-Unjoni għall-istatistika dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula, u filwaqt li jitqies li l-karatteristiċi tal-migrazzjoni huma soġġetti li jinbidlu malajr, hemm il-ħtieġa ta' qafas li jippermetti tweġiba malajr għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu fir-rigward tal-istatistika dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula.

(2)  Sabiex twieġeb għall-ħtiġijiet ġodda fl-Unjoni għall-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, u filwaqt li jitqies li l-karatteristiċi tal-movimenti migratorji huma soġġetti li jinbidlu malajr, hemm il-ħtieġa ta' qafas li jippermetti tweġiba malajr għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu fir-rigward tal-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Minħabba n-natura li qed tinbidel kontinwament u n-natura diversa tal-flussi migratorji attwali, hija meħtiega dejta statistika komprensiva u komparabbli diżaggregata skont il-ġeneru dwar il-popolazzjoni tal-migranti sabiex ikun hemm fehim tar-realtà tas-sitwazzjoni, jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet u l-inugwaljanzi, u dawk li jfasslu l-politika jingħataw dejta u informazzjoni affidabbli biex jiddefinixxu politiki pubbliċi futuri.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex l-Unjoni tingħata appoġġ biex twieġeb b'mod effettiv għall-isfidi li jirriżultaw mill-migrazzjoni, hemm il-ħtieġa ta' dejta ta' frekwenza ta' darbtejn fis-sena dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula.

(3)  Sabiex l-Unjoni tingħata appoġġ biex twieġeb b'mod effettiv għall-isfidi li jirriżultaw mill-migrazzjoni u biex tiżviluppa politiki sensittivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru u politiki bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, hemm il-ħtieġa ta' dejta ta' frekwenza ta' darbtejn fis-sena dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-istatistika dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula hija fundamentali għall-istudju, id-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' politiki, b'mod partikolari fir-rigward tat-tweġibiet dwar il-wasla ta' persuni li qed jfittxu l-protezzjoni fl-Ewropa.

(4)  L-istatistika dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula hija fundamentali għall-istudju, id-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' politiki, b'mod partikolari fir-rigward tat-tweġibiet dwar il-wasla ta' persuni li qed jfittxu l-protezzjoni fl-Ewropa, bil-għan li jiġu miksuba l-aħjar soluzzjonijiet.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-istatistika dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali hija essenzjali biex ikollna idea ġenerali tal-movimenti migratorji fi ħdan l-Unjoni u biex tkun tista' ssir applikazzjoni xierqa mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni b'rispett għad-drittijiet fundamentali, kif stabbilit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Il-persekuzzjoni abbażi tal-ġeneru tikkostitwixxi raġuni biex wieħed jitlob u jingħata protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali u tal-Unjoni jiġbru l-istatistika dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali abbażi ta' ġeneru, inkluża l-vjolenza sessista.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-Regolament (KE) Nru 862/2007, jenħtieġ li jiġu allokati biżżejjed riżorsi finanzjarji għall-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta' statistika nazzjonali u tal-Unjoni ta' kwalità għolja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari billi jiġu appoġġati azzjonijiet f'dak ir-rigward skont ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

______________

 

1a  Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014. li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dan ir-Regolament jiggarantixxi d-dritt ta' rispett għall-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Dan ir-Regolament jiggarantixxi d-dritt ta' rispett għall-ħajja privata u tal-familja, għall-protezzjoni tad-dejta personali, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi kif stabbilit fl-Artikoli 7, 8, 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

______________

 

1a  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Jenħtieġ li l-ġbir ta' dejta diżaggregata skont il-ġeneru jippermetti li jiġu identifikati u analizzati l-vulnerabbiltajiet u l-kapaċitajiet speċifiċi tan-nisa u l-irġiel, filwaqt li jiżvela d-diskrepanzi u l-inugwaljanzi. Id-dejta dwar il-migrazzjoni sensittiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru għandha l-potenzjal li tippromwovi ugwaljanza akbar u toffri opportunitajiet għal gruppi żvantaġġati. L-istatistika dwar il-migrazzjoni jenħtieġ li tqis ukoll il-varjabbli bħall-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali biex tiġbor dejta dwar l-esperjenzi tal-persuni LGBTQI+ u l-inugwaljanzi fil-proċessi tal-migrazzjoni u l-asil.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-diżaggregazzjonijiet. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25).

(11)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tar-regoli dwar il-formati adegwati għat-trażmissjoni tad-dejta. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(25).

__________________

__________________

25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

25 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 62/2007 jiġi adattat għall-iżviluppi teknoloġiċi u ekonomiċi, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-Regolament emendatorju (KE) Nru 862/2007 bil-għan li jiġu aġġornati ċerti definizzjonijiet u biex dan jiġi ssupplimentat biex jiġu stabbiliti r-raggruppamenti ta' data u d-diżaggregazzjonijiet addizzjonali u biex jiġu stabbiliti regoli dwar il-preċiżjoni u standards ta' kwalità. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

 

________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Il-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 862/2007 jirrikjedi li jiġi evalwat f'intervalli regolari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa l-istatistika kkompilata skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007, kif ukoll il-kwalità u l-forniment fil-ħin tagħha, għall-fini tas-sottomissjoni tar-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li ssir konsultazzjoni mill-qrib mal-atturi kollha involuti fil-ġbir tad-dejta dwar l-asil, inklużi l-aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi oħra rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Kull tliet snin, il-Kummissjoni Ewropea tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament, skont l-Artikolu 12. Ir-rapporti jenħtieġ li jsegwu valutazzjoni bir-reqqa tal-implimentazzjoni u l-konsultazzjoni ta' atturi ewlenin involuti fil-ġbir u fl-analiżi tad-dejta fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-protezzjoni internazzjonali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  il-proċeduri u l-proċessi ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istati Membri relatati ma' l-immigrazzjoni, l-għoti tal-permess għar-residenza, iċ-ċittadinanza, l-ażil u forom l-oħrajn ta' protezzjoni internazzjonali u l-prevenzjoni ta' l-immigrazzjoni illegali.

"(c)  il-proċeduri u l-proċessi ġudizzjarji u amministrattivi fl-Istati Membri relatati mal-immigrazzjoni, l-għoti tal-permess għar-residenza, iċ-ċittadinanza, l-ażil u forom l-oħrajn ta' protezzjoni internazzjonali, id-dħul, ir-residenza u r-ritorn irregolari."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=celex%3A32013L0033)

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt j

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

 

(a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (j) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(j) "applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali" tfisser l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar standards minimi għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (2);

(j) "applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali" tfisser l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali kif definita fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2;

_______________

_______________

2  ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.

2  Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9–26)."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt k

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b)  Fil-paragrafu 1, il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(k) "stat ta' refuġjat" tfisser stat ta' refuġjat kif definit fl-Artikolu 2 (d) tad-Direttiva 2004/83/KE;

"(k) "stat ta' refuġjat" tfisser stat ta' refuġjat kif definit fl-Artikolu 2(e) tad-Direttiva 2011/95/UE; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt l

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)  Fil-paragrafu 1, il-punt (l) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(l) "stat ta' protezzjoni sussidjarja" tfisser stat ta' protezzjoni sussidjarja kif definit fl-Artikolu 2(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE;

(l) "stat ta' protezzjoni sussidjarja" tfisser stat ta' protezzjoni sussidjarja kif definit fl-Artikolu 2(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/95/KE; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt m

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(d)  Fil-paragrafu 1, il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(m) "membri tal-familja" tfisser membri tal-familja kif definiti fl-Artikolu 2(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta' Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għall-ażil depożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz (10);

(m) "membri tal-familja" tfisser membri tal-familja kif definiti fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

_______________

_______________

3  ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.

3  Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt e (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(d)  Fil-paragrafu 1, il-punt (o) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(o) "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser minorenni mhux akkumpanjat kif definit fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE;

" (o) "minorenni mhux akkumpanjat" tfisser minorenni kif definit fl-Artikolu 2(l) tad-Direttiva 2011/95/UE; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt f (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt p

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(f)  Fil-paragrafu 1, il-punt (p) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(p) "fruntieri esterni" tfisser fruntieri esterni kif definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli dwar il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (12);

(p) "fruntieri esterni" tfisser fruntieri esterni kif definiti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5;

________________

________________

5  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

5  Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt g (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt q

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(g)  Fil-paragrafu 1, il-punt (q) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(q) "ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu ġew miċħuda d-dħul" tfisser ċittadini ta' pajjiżi terzi li jiġu mċaħħda d-dħul fil-fruntiera esterna minħabba li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha ta' dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u ma jiffurmawx parti mill-kategoriji ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(4) ta' dak ir-Regolament;

(q) "ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu ġew miċħuda d-dħul" tfisser ċittadini ta' pajjiżi terzi li jiġu mċaħħda d-dħul fil-fruntiera esterna minħabba li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet kollha ta' dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE2016/399 u ma jiffurmawx parti mill-kategoriji ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(2) ta' dak ir-Regolament; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt h (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt sa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(h)  Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(sa) "tneħħija" tfisser tneħħija kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

 

________________

 

*  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt i (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt sb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(i)  Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(sb) "tluq volontarju" tfisser tluq volontarju kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2008/115/KE;"

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt j (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt sc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(j)  Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(sc) "ritorn volontarju assistit" tfisser tluq volontarju kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2008/115/KE appoġġat minn assistenza loġistika, finanzjarja jew materjali oħra."

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid) – punt k (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(k)  Il-paragrafu 3 huwa mħassar.

 

"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1b)  L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 3

"Artikolu 3

Statistika dwar il-migrazzjoni internazzjonali, popolazzjoni abitwalment residenti u l-akkwist taċ-ċittadinanza

Statistika dwar il-migrazzjoni internazzjonali, popolazzjoni abitwalment residenti u l-akkwist taċ-ċittadinanza

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika dwar in-numri ta':

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika dwar in-numri ta':

(a)  immigranti deħlin fit-territorju ta' l-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(a)  immigranti deħlin fit-territorju tal-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(i)  gruppi skond iċ-ċittadinanza, skond l-età u s-sess;

(i)  gruppi skont iċ-ċittadinanza skont l-età u l-ġeneru;

(ii)  gruppi skond il-pajjiż ta' twelid, skond l-età u s-sess;

(ii)  gruppi skont il-pajjiż ta' twelid skont l-età u l-ġeneru;

(iii)  gruppi skond il-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti skond l-età u s-sess;

(iii)  gruppi skont il-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti skont l-età u l-ġeneru;

(b)  emigranti ħerġin mit-territorju ta' l-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(b)  emigranti ħerġin mit-territorju tal-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(i)  gruppi ta' ċittadinanzi;

(i)  gruppi ta' ċittadinanzi;

(ii)  skond l-età;

(ii)  skont l-età;

(iii)  skond is-sess;

(iii)  skont il-ġeneru;

(iv)  skond gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali sussegwenti;

(iv)  skont gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali sussegwenti;

(c)  persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat Membru fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, imqassma kif ġej:

(c)  persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat Membru fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, imqassma kif ġej:

(i)  gruppi skond iċ-ċittadinanza skond l-età u s-sess;

(i)  gruppi skont iċ-ċittadinanza skont l-età u l-ġeneru;

(ii)  gruppi skond il-pajjiż ta' twelid skond l-età u s-sess;

(ii)  gruppi skont il-pajjiż ta' twelid skont l-età u l-ġeneru;

(d)  persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru u li kisbu, matul il-perjodu ta' referenza, iċ-ċittadinanza ta' l-Istat Membru u li qabel kellhom iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz jew li qabel kienu mingħajr Stat, imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skond jekk il-persuna kinitx preċedentement mingħajr Stat.

(d)  persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru u li kisbu, matul il-perjodu ta' referenza, iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru u li qabel kellhom iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz jew li qabel kienu mingħajr Stat, imqassma skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skont jekk il-persuna kinitx preċedentement mingħajr Stat. "

 

(da)  persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru u li matul is-sena ta' referenza jkunu kisbu permess ta' residenza għal żmien twil, diżaggregati skont l-età u l-ġeneru."

2.  L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja waħda u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2008.

2.  L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja waħda u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tnax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2020."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1538559664710&uri=CELEX:32007R0862)

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt –a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu ġew irtirati matul il-perjodu ta' referenza.

"(c)   applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu ġew irtirati matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont it-tip ta' rtirar;"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li kellhom l-applikazzjonijiet tagħhom pproċessati skont il-proċedura aċċellerata msemmija fl-Artikolu 31(8) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

 

__________________

 

*  Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew ikunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew ipproċessati skont il-proċedura fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32/UE matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membri tal-familja u li ġew eżentati minn proċedura aċċellerata jew mill-proċedura fuq il-fruntiera bi qbil mal-Artikoli 24(3) u 25(6) tad-Direttiva 2013/32/UE;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali mingħajr ma jkunu ġew irreġistrati fil-Eurodac kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 603/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

 

__________________

 

*Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-"Eurodac" għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt de (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(de)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membri tal-familja matul il-perjodu ta' referenza li jistgħu jippreżentaw evidenza dokumentata li tista' tgħin biex tiġi stabbilita l-identità tagħhom;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt df (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(df)  persuni li ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 40 tad-Direttiva 2013/32/UE jew li ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membri tal-familja matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dg (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dg)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja matul il-perjodu ta' referenza u li jinsabu f'detenzjoni bi qbil mad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* fi tmiem il-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont ix-xahar li fih dawk il-persuni tpoġġew f'detenzjoni u r-raġunijiet għad-detenzjoni;

 

____________________

 

* Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dh (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dh)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew ikunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li kienu soġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji li jordnaw id-detenzjoni tagħhom skont id-Direttiva 2013/33/UE matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt di (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(di)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew ikunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li kienu soġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji li jordnaw alternattiva għad-detenzjoni skont id-Direttiva 2013/33/UE matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont it-tip ta' alternattiva, kif ġej:

 

(i) rappurtar;

 

(ii) depożitu ta' garanzija finanzjarja;

 

(iii) obbligu li wieħed joqgħod f'post assenjat;

 

(iv) tip ieħor ta' alternattiva għad-detenzjoni;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dj (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dj)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew ikunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja matul il-perjodu ta' referenza u li kienu soġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji li jordnaw alternattiva għad-detenzjoni skont id-Direttiva 2013/33/UE fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont ix-xahar li fih dawk il-persuni ġew ordnati alternattiva għad-detenzjoni, id-deċiżjoni jew l-att amministrattivi jew ġudizzjarji li ġew stabbiliti kontra dawn il-persuni, u diżaggregati wkoll skont it-tip ta' alternattiva, kif ġej:

 

(i) rappurtar;

 

(ii) depożitu ta' garanzija finanzjarja;

 

(iii) obbligu li wieħed joqgħod f'post assenjat;

 

(iv) tip ieħor ta' alternattiva għad-detenzjoni;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dk (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dk)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u li jkunu għaddew minn valutazzjoni tal-età matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dl (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dl)  deċiżjonijiet dwar il-valutazzjonijiet fuq l-età tal-applikanti, diżaggregati kif ġej:

 

(i) valutazzjonijiet li jikkonkludu li l-applikant huwa minorenni;

 

(ii) valutazzjonijiet li jikkonkludu li l-applikant huwa adult;

 

(iii) valutazzjonijiet inkonklużivi jew abbandunati;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dm (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dm)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li ġew identifikati bħala li jeħtieġu garanziji proċedurali speċjali bi qbil mal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2013/32/UE jew bħala applikanti li jeħtieġu akkoljenza speċjali skont it-tifsira tal-punt(k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2013/33/UE matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dn (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dn)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew ikunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li jkunu bbenefikaw minn assistenza legali mingħajr ħlas skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/32/UE matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregata skont il-proċeduri fl-ewwel u fit-tieni istanzi;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt do (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(do)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew ikunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li jkunu bbenefikaw minn kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza li jipprovdu lill-applikanti standard ta' għajxien xieraq, skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2013/33/UE fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dp (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dp)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali bħala minorenni mhux akkumpanjati u li għalihom ikun inħatar rappreżentant skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2013/32/UE matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dq (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dq)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li jkunu ġew rikonoxxuti bħala minorenni mhux akkumpanjati u li jkun ingħatalhom aċċess għas-sistema tal-edukazzjoni skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2013/33/UE matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt dr (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dr)  persuni li jkunu ppreżentaw applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, li jkunu ġew rikonoxxuti bħala minorenni mhux akkumpanjati u li jkunu ġew kollokati skont l-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2011/95/UE matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont ir-raġunijiet għall-kollokament;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ds (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ds)  l-għadd medju ta' minorenni mhux akkumpanjati għal kull gwardjan matul il-perjodu ta' referenza;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – l-aħħar subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u s-sess, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni konċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' xahar kalendarju u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tax-xahar ta' referenza. L-ewwel xahar ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni konċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' xahar kalendarju u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tax-xahar ta' referenza. L-ewwel xahar ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  Fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a) persuni koperti minn deċiżjonijiet ta' l-ewwel istanza li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jqisu applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bħala bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta' prijorità aċċelerati, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza;

"(a) persuni koperti minn deċiżjonijiet tal-ewwel istanza li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati kif ġej:

 

(i) deċiżjonijiet li jikkunsidraw l-applikazzjonijiet bħala inammissibbli, li jiġu diżaggregati ulterjorment skont ir-raġuni għall-inammissibbiltà;

 

(ii) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet bħala bla bażi;

 

(iii) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet bħala manifestament bla bażi skont il-proċedura regolari, li jiġu diżaggregati ulterjorment skont ir-raġuni għaċ-ċaħda;

 

(iv) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet bħala manifestament bla bażi skont il-proċedura aċċellerata, li jiġu diżaggregati ulterjorment skont ir-raġuni għall-aċċellerazzjoni u r-raġuni għaċ-ċaħda;

 

(v) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet minħabba li l-applikant ikun eliġibbli għall-protezzjoni fi ħdan il-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/95/UE; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bb (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  Fil-paragrafu 2, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b) persuni koperti minn deċiżjonijiet ta' l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta' refuġjat, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza;

"(b) persuni koperti minn deċiżjonijiet tal-ewwel istanza, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jiċħdu li jġeddu l-istatus ta' rifuġjat għal raġunijiet ta' waqfien, esklużjoni jew għal raġunijiet oħra; deċiżjonijiet meħuda dwar il-waqfien jew l-esklużjoni għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-bażi speċifika li fuqha huwa bbażat il-waqfien jew l-esklużjoni; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bc (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bc)  Fil-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c) persuni koperti minn deċiżjonijiet ta' l-ewwel istanza li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta' protezzjoni sussidjarja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza;

"(c) persuni koperti minn deċiżjonijiet tal-ewwel istanza, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jirrifjutaw li jġeddu l-istat ta' protezzjoni sussidjarja għal raġunijiet ta' waqfien, esklużjoni jew għal raġunijiet oħra; deċiżjonijiet meħuda dwar il-waqfien jew l-esklużjoni għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-bażi speċifika li fuqha huwa bbażat il-waqfien jew l-esklużjoni; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt bd (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd)  Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ea)  persuni koperti b'deċiżjonijiet tal-ewwel istanza li jnaqqsu jew jirtiraw il-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza, meħuda minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont it-tip ta' deċiżjoni, id-durata tat-tnaqqis jew tal-irtirar u skont ir-raġuni."

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 2 – l-aħħar subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u s-sess, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni konċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Din għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' tliet xhur kalendarji u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza. L-ewwel xahar ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni konċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Din għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' tliet xhur kalendarji u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza. L-ewwel xahar ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

 

Din l-istatistika għandha tiġi diżaggregata wkoll skont id-deċiżjonijiet meħuda wara intervista personali u d-deċiżjonijiet meħuda mingħajr intervista personali. L-istatistika dwar id-deċiżjonijiet meħuda wara intervista personali għandha tiġi diżaggregata wkoll skont l-intervisti personali fejn l-applikant ikun irċieva s-servizzi ta' interpretu, u intervisti personali fejn l-applikant ma jkunx irċieva s-servizzi ta' interpretu.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)  Fil-paragrafu 3, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, bħal deċiżjonijiet li jqisu applikazzjonijiet bħala inammissibbli jew bħala bla bażi u deċiżjonijiet meħudin fi proċeduri ta' prijorità u aċċelerati, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza;

"(b) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jiċħdu applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati kif ġej:

 

(i) deċiżjonijiet li jikkunsidraw l-applikazzjonijiet bħala inammissibbli, li jiġu diżaggregati ulterjorment skont ir-raġuni għall-inammissibbiltà;

 

(ii) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet bħala bla bażi;

 

(iii) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet bħala manifestament bla bażi skont il-proċedura regolari, li jiġu diżaggregati ulterjorment skont ir-raġuni għaċ-ċaħda;

 

(iv) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet bħala manifestament bla bażi skont il-proċedura aċċellerata, li jiġu diżaggregati ulterjorment skont ir-raġuni għall-aċċellerazzjoni u r-raġuni għaċ-ċaħda;

 

(v) deċiżjonijiet li jiċħdu l-applikazzjonijiet minħabba li l-applikant ikun eliġibbli għall-protezzjoni fi ħdan il-pajjiż ta' oriġini tiegħu jew tagħha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/95/UE; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt db (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(db)  Fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c) persuni koperti minn deċiżjonijiet li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta' refuġjat, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza;

" (c) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jiċħdu li jġeddu l-istat ta' rifuġjat abbażi ta' waqfien, esklużjoni jew għal raġunijiet oħra; deċiżjonijiet meħuda dwar il-waqfien jew l-esklużjoni għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-bażi speċifika li fuqha huwa bbażat il-waqfien jew l-esklużjoni; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 − punt dc (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(dc)  Fil-paragrafu 3, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(d) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali li jagħtu jew jirtiraw l-istat ta' protezzjoni sussidjarja, meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza;

"(d) persuni koperti minn deċiżjonijiet finali meħudin minn entitajiet amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, li jagħtu, jirrevokaw, itemmu jew jiċħdu li jġeddu l-istat ta' protezzjoni sussidjarja abbażi ta' waqfien, esklużjoni jew għal raġunijiet oħra; deċiżjonijiet meħuda dwar il-waqfien jew l-esklużjoni għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-bażi speċifika li fuqha huwa bbażat il-waqfien jew l-esklużjoni; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 − punt dd (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd)  Fil-paragrafu 3, se jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ga)  persuni koperti b'deċiżjonijiet finali li jnaqqsu jew jirtiraw il-kundizzjonijiet materjali ta' akkoljenza, meħuda minn korpi amministrattivi jew ġudizzjarji matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont it-tip ta' deċiżjoni, id-durata tat-tnaqqis jew tal-irtirar u skont ir-raġuni."

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3 – l-aħħar subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istatistika fil-punti (b), (c), (d), (e), (f) u (g) għandha tiġi diżaggregata skont l-età u s-sess u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Addizzjonalment, għall-punt (g), l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-pajjiż ta' residenza u skont it-tip ta' deċiżjoni dwar l-asil. Għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2020.

L-istatistika fil-punti (b), (c), (d), (e), (f) u (g) għandha tiġi diżaggregata skont l-età u l-ġeneru u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Addizzjonalment, għall-punt (g), l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-pajjiż ta' residenza u skont it-tip ta' deċiżjoni dwar l-asil. Għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2020.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ea (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) statistika dwar it-tul ta' żmien tal-appelli, f'jiem kalendarji, minn meta jiġi ppreżentat l-appell sa meta tittieħed deċiżjoni fl-ewwel istanza dwar l-appell."

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 4 – l-aħħar subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-istatistika għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2020.

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni konċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Din l-istatistika għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' xahar kalendarju u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ha (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 4 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  Jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"4a.   L-istatistika msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tiġi diżaggregata skont ix-xahar ta' sottomissjoni tal-applikazzjoni."

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) – punt a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 5 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

 

(a)  It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Statistika dwar il-prevenzjoni ta' dħul jew residenza illegali

"Statistika dwar il-prevenzjoni ta' dħul jew residenza irregolari"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) – punt b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b)  Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

(a)  ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fit-territorju ta' l-Istat Membru fil-fruntiera esterna;

"(a)  ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fit-territorju tal-Istat Membru fil-fruntiera esterna, diżaggregati skont l-età, il-ġeneru u ċ-ċittadinanza; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) – punt c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)  Fil-paragrafu 1, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  ċittadini ta' pajjiżi terzi misjuba preżenti illegalment fit-territorju ta' l-Istat Membru skond il-liġijiet nazzjonali relatati ma' l-immigrazzjoni.

"(b)  ċittadini ta' pajjiżi terzi misjuba preżenti irregolarment fit-territorju tal-Istat Membru skont il-liġijiet nazzjonali relatati mal-immigrazzjoni."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid) – punt d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b)   Fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

L-istatistika taħt punt (b) għandha tkun imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati.

"L-istatistika taħt punt (b) għandha tkun imqassma skont l-età u l-ġeneru, iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u r-raġunijiet għall-qbid u l-post tal-qbid tagħhom."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  in-numru ta' applikazzjonijiet imressqa għal permessi ta' residenza għall-ewwel darba minn ċittadini ta' pajjiżi terzi, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-permess li qed jintalab, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)  in-numru ta' applikazzjonijiet miċħuda għal permessi ta' residenza għall-ewwel darba mressqa minn ċittadini ta' pajjiżi terzi, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni li għaliha qed jintalab il-permess, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt -ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab)  in-numru ta' applikazzjonijiet għal permess ta' residenza li jibdlu l-istatus tal-immigrazzjoni jew ir-raġuni li għaliha ġiet irrifjutata r-residenza matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregat skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni li għaliha l-permess ġie rrifjutat, skont l-età u l-ġeneru;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza li bih il-persuna tkun qed tingħata l-permess sabiex tirrisjedi għall-ewwel darba, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;

(i)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza li bih il-persuna tkun qed tingħata l-permess sabiex tirrisjedi għall-ewwel darba, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza u mogħtija meta persuna tkun qed tibdel l-istat tal-immigrazzjoni jew ir-raġuni għala trid tibqa', diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;

(ii)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza u mogħtija meta persuna tkun qed tibdel l-istat tal-immigrazzjoni jew ir-raġuni għala trid tibqa', diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  permessi validi fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza (in-numru tal-permessi maħruġa, mhux irtirati u mhux skaduti), diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni tal-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;

(iii)  permessi validi fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza (in-numru tal-permessi maħruġa, mhux irtirati u mhux skaduti), diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni tal-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru ta' residenti fit-tul, fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, diżaggregat skont iċ-ċittadinanza, skont l-età u skont is-sess."

(b)  in-numru ta' residenti fit-tul, fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, diżaggregat skont iċ-ċittadinanza, skont l-età u skont il-ġeneru."

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-istatistika skont il-punti (-a), (-aa) u (a), il-permessi maħruġa għal raġunijiet ta' familja għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont ir-raġunijiet u skont l-istatus tal-isponsor taċ-ċittadin ta' pajjiż terz.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  Fil-paragrafu 1, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

(a) in-numru ta' ċittadini ta' pajjiż terz misjuba preżenti illegalment fit-territorju ta' l-Istat Membru u li jkunu suġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li jattestaw jew jiddikjaraw li r-residenza tagħhom hija illegali u li jimponu obbligu sabiex iħallu t-territorju ta' l-Istat Membru, imqassam skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati;

in-numru ta' ċittadini ta' pajjiż terz misjuba f'sitwazzjoni irregolari fit-territorju tal-Istat Membru u li jkunu suġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju li jattestaw jew jiddikjaraw li r-residenza tagħhom hija irregolari u li jimponu obbligu sabiex iħallu t-territorju tal-Istat Membru, imqassam skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati u r-raġunijiet għad-deċiżjoni; "

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal dan li ġej:

 

"(aa)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi msemmija fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu li huma soġġetti għal deċiżjoni jew att ta' projbizzjoni fuq id-dħul amministrattivi msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2008/115/KE fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati;"

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ab)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ab)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja jew għal att li jordna d-detenzjoni tagħhom bi qbil mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, matul il-perjodu ta' referenza;"

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -ac (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ac (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ac)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ac)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja jew għal att li jordna d-detenzjoni tagħhom bi qbil mad-Direttiva 2008/115/KE fi tmiem il-perjodu ta' referenza, diżaggregata skont ix-xahar li fih dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi tpoġġew f'detenzjoni;"

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -ad (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ad (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ad)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ad)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji li jordnaw alternattiva għad-detenzjoni f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregat skont it-tip ta' alternattiva, kif ġej:

 

(i) rappurtar;

 

(ii) depożitu ta' garanzija finanzjarja;

 

(iii) obbligu li wieħed joqgħod f'post assenjat;

 

(iv) tip ieħor ta' alternattiva għad-detenzjoni;"

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -ae (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ae (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ae)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ae)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji li jordnaw alternattiva għad-detenzjoni f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont ix-xahar li fih ġew stabbiliti d-deċiżjoni jew l-att amministrattivi jew ġudizzjarji kontra dawk il-persuni, u diżaggregati ulterjorment skont it-tip ta' alternattiva, kif ġej:

 

(i) rappurtar;

 

(ii) depożitu ta' garanzija finanzjarja;

 

(iii) obbligu li wieħed joqgħod f'post assenjat;

 

(iv) tip ieħor ta' alternattiva għad-detenzjoni;"

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -af (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt af (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-af)  Fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(af)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal posponiment ta' tneħħija skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/115/KE matul il-perjodu ta' referenza, diżaggregati skont ir-raġuni għall-posponiment u ċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati;"

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt -ag (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ag (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ag)  Fil-paragrafu 1, il-punt (ag) jiddaħħal wara l-punt (a):

 

"(ag)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu soġġetti għal deċiżjoni jew att amministrattivi jew ġudizzjarji li jordnaw id-detenzjoni tagħhom u li ħadu proċedimenti ta' rieżami ġudizzjarju kif imsemmi fl-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2008/115/KE matul il-perjodu ta' referenza;"

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(b) in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li fil-fatt ħallew it-territorju tal-Istat Membru, wara deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, kif imsemmi fil-punt (a), diżaggregat skont iċ-ċittadinanza tal-persuni ritornati, skont it-tip ta' ritorn u assistenza rċevuta, u skont il-pajjiż ta' destinazzjoni."

(b)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li fil-fatt ħallew it-territorju tal-Istat Membru, wara deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, kif imsemmi fil-punt (a), diżaggregat skont iċ-ċittadinanza tal-persuni ritornati, skont it-tip ta' ritorn u assistenza rċevuta, u skont il-pajjiż ta' destinazzjoni diżaggregat ulterjorment skont ir-ritorni għall-pajjiż ta' oriġini taċ-ċittadin ta' pajjiż terz;

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ba)  in-numru ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ħallew it-territorju tal-Istat Membru wara deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, diżaggregat skont it-tip ta' deċiżjoni jew att kif ġej:

 

(i)  skont ftehim formali ta' riammissjoni tal-Unjoni;

 

(ii)  skont ftehim informali ta' riammissjoni tal-Unjoni;

 

(iii)  skont ftehim nazzjonali ta' riammissjoni;

 

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata ulterjorment skont il-pajjiż ta' destinazzjoni u ċ-ċittadinanza tal-persuna kkonċernata."

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' tliet xhur kalendarji u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza. L-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2020.

2.  L-istatistika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi diżaggregata skont l-età u l-ġeneru tal-persuna kkonċernata, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' xahar kalendarju u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien ħmistax wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza. L-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi ta' data użati, ir-raġunijiet għall-għażla ta' dawn is-sorsi u l-effetti tas-sorsi magħżula ta' data fuq il-kwalità ta' l-istatistika, u dwar il-metodi ta' stima użati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) kull meta jkun hemm bidliet f'dawn.

"2.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni (Eurostat) dwar is-sorsi ta' data użati, ir-raġunijiet għall-għażla ta' dawn is-sorsi u l-effetti tas-sorsi magħżula ta' data fuq il-kwalità tal-istatistika, il-mekkaniżmi użati biex jiżguraw il-protezzjoni tad-data personali u dwar il-metodi ta' stima użati, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) kull meta jkun hemm bidliet f'dawn."

 

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 9a

 

Atti delegati

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a li jemenda d-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1).

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10a li jemendaw dan ir-Regolament bili:

 

(a) tiddefinixxi l-kategoriji ta' gruppi ta' pajjiżi ta' twelid, gruppi ta' pajjiżi ta' residenza abitwali preċedenti u sussegwenti u gruppi ta' ċittadinanza kif previst fl-Artikolu 3(1);

 

(b) tiddefinixxi l-kategoriji tar-raġunijiet għall-ħruġ tal-permess ta' residenza kif previst fl-Artikolu 6(1)(a);

 

(c) tiddefinixxi diżaggregazzjonijiet addizzjonali;

 

(d) tistabbilixxi r-regoli dwar il-preċiżjoni u dwar standards ta' kwalità."

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni għall-fini li tispeċifika d-diżaggregazzjonijiet f'konformità mal-Artikoli 4, 5, 6 u 7 u tistabbilixxi r-regoli dwar il-formats xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta kif previst fl-Artikolu 9.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-formats xierqa għat-trażmissjoni tad-dejta kif previst fl-Artikolu 9. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11(2).

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa mħassar.

(b)  Il-paragrafu 2 huwa mħassar.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 10a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 9a hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mit-... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b – punt a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 11 – titolu

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5b)  L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

 

(a)  It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Kumitat

"Proċedura tal-Kumitat"

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b – punt b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b)  Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  Meta tadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi ta' Statistika stabbilit mid-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

"1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011."

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b – punt c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(c)  Il-Paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

"2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5 u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru. 182/2011, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 tiegħu."

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

 

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b – punt d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 11 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d)  Il-paragrafu 3 huwa mħassar.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&from=MT)


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (2.10.2018)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali

(COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD))

Għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi: Angelika Mlinar (rapporteur)

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jippreżenta lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, l-emenda li ġejja:

Amendment    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Minħabba l-bidla kostanti u n-natura diversa tal-flussi migratorji attwali, hemm il-ħtieġa ta' dejta statistika komprensiva u komparabbli diżaggregata skont il-ġeneru dwar il-popolazzjoni tal-migranti biex tiġi mifhuma r-realtà, jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet u l-inugwaljanzi, u biex min ifassal il-politika jiġi pprovdut b'dejta u informazzjoni affidabbli għad-definizzjoni ta' politiki pubbliċi futuri.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex l-Unjoni tingħata appoġġ biex twieġeb b'mod effettiv għall-isfidi li jirriżultaw mill-migrazzjoni, hemm il-ħtieġa ta' dejta ta' frekwenza ta' darbtejn fis-sena dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula.

(3)  Sabiex l-Unjoni tingħata appoġġ biex twieġeb b'mod effettiv għall-isfidi li jirriżultaw mill-migrazzjoni, u biex tiżviluppa politiki li jikkunsidraw id-dimensjoni tal-ġeneru u li jkunu bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, hemm il-ħtieġa ta' dejta li tingħata bi frekwenza subannwali dwar l-asil u l-migrazzjoni ġestita.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-istatistika dwar l-asil u l-migrazzjoni magħżula hija fundamentali għall-istudju, id-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' politiki, b'mod partikolari fir-rigward tat-tweġibiet dwar il-wasla ta' persuni li qed jfittxu l-protezzjoni fl-Ewropa.

(4)  L-istatistika dwar l-asil u l-migrazzjoni ġestita hija fundamentali għall-istudju, id-definizzjoni u l-evalwazzjoni ta' firxa wiesgħa ta' politiki, b'mod partikolari fir-rigward tat-tweġibiet dwar il-wasla ta' persuni li qed jfittxu l-protezzjoni fl-Ewropa u biex jiġu rikonoxxuti l-ħtiġijiet u s-servizzi speċifiċi li gruppi jew persuni partikolari jista' jkollhom, speċjalment dawk li jħabbtu wiċċhom ma' diversi forom ta' diskriminazzjoni u li jistgħu jkunu aktar vulnerabbli matul il-proċess tal-migrazzjoni u l-asil bħal ma huma n-nisa, in-nisa tqal, it-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, l-anzjani, il-persuni b'diżabbiltà, il-persuni LGTBI+, il-vittmi ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneru, fost oħrajn.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-persekuzzjoni fuq il-bażi tal-ġeneru ta' persuna tikkostitwixxi raġuni biex wieħed ifittex u jingħata protezzjoni internazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali u Ewropej tal-istatistika jenħtieġ li jiġbru l-istatistika dwar l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali abbażi ta' raġunijiet ta' ġeneru, inkluża l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex tkun żgurata l-kwalità, u, b'mod partikolari, l-komparabbiltà, tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri, u biex ikunu jistgħu jinġabru ħarsiet ġenerali affidabbli fil-livell tal-Unjoni, id-dejta użata jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-istess kunċetti, u jenħtieġ li tirreferi għall-istess data jew perjodu ta' referenza.

(5)  Sabiex tkun żgurata l-kwalità, u, b'mod partikolari, l-komparabbiltà, tad-dejta pprovduta mill-Istati Membri, u biex ikunu jistgħu jinġabru ħarsiet ġenerali affidabbli fil-livell tal-Unjoni, id-dejta użata jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-istess kunċetti, u jenħtieġ li tirreferi għall-istess data jew perjodu ta' referenza. Tali dejta jenħtieġ li tkun diżaggregata skont il-ġeneru u l-età u tinkludi informazzjoni dwar il-flussi regolari u irregolari, it-traffikar tal-bnedmin, il-ħtiġijiet tar-rifuġjati, tal-migranti u tal-komunitajiet ospitanti u kwistjonijiet oħra. 1a

 

_________________

 

1a http://www.un.org/en/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/71/1

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dan ir-Regolament jiggarantixxi d-dritt ta' rispett għall-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni tad-dejta personali, kif stabbilit fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Dan ir-Regolament jiggarantixxi d-dritt ta' rispett għall-ħajja privata u tal-familja, għall-protezzjoni tad-dejta personali, in-non-diskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif stabbilit fl-Artikoli 7, 8, 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-ġbir ta' dejta diżaggregata skont il-ġeneru jippermetti l-identifikazzjoni u l-analiżi tal-vulnerabbiltajiet u l-kapaċitajiet speċifiċi tan-nisa u tal-irġiel, u b'hekk jiġu żvelati l-lakuni u l-inugwaljanzi. Dejta li tikkunsidra d-dimensjoni tal-ġeneru dwar il-migrazzjoni għandha l-potenzjal li tippromwovi ugwaljanza akbar u toffri opportunitajiet għall-gruppi żvantaġġati. L-istatistika dwar il-migrazzjoni jenħtieġ ukoll li tqis fatturi bħalma huma l-identità tal-ġeneru u l-orjentazzjoni sesswali biex tinġabar dejta dwar l-esperjenzi tal-persuni LGBTQI+ u l-inugwaljanzi fil-proċessi tal-migrazzjoni u tal-asil.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 3 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika dwar in-numri ta':

"1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bi statistika dwar in-numri ta':

(a) immigranti deħlin fit-territorju ta' l-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(a) immigranti deħlin fit-territorju tal-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(i) gruppi skond iċ-ċittadinanza skond l-età u s-sess;

(i) gruppi skont iċ-ċittadinanza skont l-età u l-ġeneru;

(ii) gruppi skond il-pajjiż ta' twelid skond l-età u s-sess;

(ii) gruppi skont il-pajjiż tat-twelid skont l-età u l-ġeneru;

(iii) gruppi skond il-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti skond l-età u s-sess;

(iii) gruppi skont il-pajjiż tar-residenza abitwali preċedenti skont l-età u l-ġeneru;

(b) emigranti ħerġin mit-territorju ta' l-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(b) emigranti ħerġin mit-territorju tal-Istat Membru, imqassma kif ġej:

(i) gruppi ta' ċittadinanzi;

(i) gruppi ta' ċittadinanzi;

(ii)l-età;

(ii) l-età;

(iii) is-sess;

(iii) il-ġeneru;

(iv) skond gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali sussegwenti;

(iv) skont gruppi ta' pajjiżi tar-residenza abitwali sussegwenti;

(c) persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat Membru fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, imqassma kif ġej:

(c) persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat Membru fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, imqassma kif ġej:

(i) gruppi skond iċ-ċittadinanza skond l-età u s-sess;

(i) gruppi skont iċ-ċittadinanza skont l-età u l-ġeneru;

(ii) gruppi skond il-pajjiż ta' twelid skond l-età u s-sess;

(ii) gruppi skont il-pajjiż tat-twelid skont l-età u l-ġeneru;

(d) persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru u li kisbu, matul il-perjodu ta' referenza, iċ-ċittadinanza ta' l-Istat Membru u li qabel kellhom iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz jew li qabel kienu mingħajr Stat, imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skond jekk il-persuna kinitx preċedentement mingħajr Stat.

(d) persuni li jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru u li kisbu, matul il-perjodu ta' referenza, iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru u li qabel kellhom iċ-ċittadinanza ta' Stat Membru ieħor jew ta' pajjiż terz jew li qabel kienu mingħajr Stat, imqassma skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza preċedenti tal-persuni kkonċernati u skont jekk il-persuna kinitx preċedentement mingħajr Stat.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&qid=1536826306115&from=MT)

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u s-sess, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Hija għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' xahar kalendarju u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tax-xahar ta' referenza. L-ewwel xahar ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Hija għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' xahar kalendarju u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tax-xahar ta' referenza. L-ewwel xahar ta' referenza għandu jkun Jannar 2020.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punti ea u ed (ġodda)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)   Fil-paragrafu 2, jiżdiedu l-punti (ea) u (eb) kif ġej:

 

"(ea) persuni koperti minn deċiżjonijiet tal-ewwel istanza li jiċħdu l-applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja ma' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali;

 

(eb) persuni koperti minn deċiżjonijiet tal-ewwel istanza li japprovaw ir-riunifikazzjoni tal-familja ma' benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali."

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt c

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u s-sess, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Hija għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' tliet xhur kalendarji u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza. L-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2020.

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Hija għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' tliet xhur kalendarji u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza. L-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2020.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt e

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u s-sess, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Addizzjonalment, għall-punt (g), l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-pajjiż ta' residenza u skont it-tip ta' deċiżjoni dwar l-asil. Hija għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2020.

Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Addizzjonalment, għall-punt (g), l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-pajjiż ta' residenza u skont it-tip ta' deċiżjoni dwar l-asil. Hija għandha tkun relatata mal-perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2020.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 5(1), is-subparagrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-istatistika taħt punt (b) għandha tkun imqassma skond l-età u s-sess, u skond iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati.

L-istatistika taħt punt (b) għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru, u skont iċ-ċittadinanza tal-persuni kkonċernati.

(https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32007R0862&qid=1536826306115&from=MT)

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza li bih il-persuna tkun qed tingħata l-permess sabiex tirrisjedi għall-ewwel darba, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;

(i)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza li bih il-persuna tkun qed tingħata l-permess sabiex tirrisjedi għall-ewwel darba, diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza u mogħtija meta persuna tkun qed tibdel l-istat tal-immigrazzjoni jew ir-raġuni għala trid tibqa', diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;

(ii)  permessi maħruġa matul il-perjodu ta' referenza u mogħtija meta persuna tkun qed tibdel l-istat tal-immigrazzjoni jew ir-raġuni għala trid tibqa', diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni għall-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  permessi validi fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza (in-numru tal-permessi maħruġa, mhux irtirati u mhux skaduti), diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni tal-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont is-sess;

(iii)  permessi validi fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza (in-numru tal-permessi maħruġa, mhux irtirati u mhux skaduti), diżaggregati skont iċ-ċittadinanza, skont ir-raġuni tal-ħruġ tal-permess, skont it-tul tal-validità tal-permess, skont l-età u skont il-ġeneru;

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  in-numru ta' residenti fit-tul, fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, diżaggregat skont iċ-ċittadinanza, skont l-età u skont is-sess."

(b)  in-numru ta' residenti fit-tul, fit-tmiem tal-perjodu ta' referenza, diżaggregat skont iċ-ċittadinanza, skont l-età u skont il-ġeneru."

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 7 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' sena kalendarja u għandha tkun provduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien tliet xhur mit-tmiem tas-sena ta' referenza. L-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2020.

2.  L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tkun diżaggregata skont l-età u l-ġeneru tal-persuna kkonċernata, u skont il-minorenni mhux akkumpanjati. Hija għandha tkun relatata ma' perjodi ta' referenza ta' tliet xhur kalendarji u għandha tkun ipprovduta lill-Kummissjoni (Eurostat) fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta' referenza. L-ewwel perjodu ta' referenza għandu jkun Jannar sa Marzu 2020.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 862/2007

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 9(1), jiddaħħal subparagrafu ġdid kif ġej:

 

Bħala prinċipju ġenerali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u ta' dawk li jfittxu l-asil, id-dritt tagħhom għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-dejta personali għandhom jiġu rrispettati u d-dejta għandha tinġabar bil-kunsens u l-parteċipazzjoni volontarja tagħhom*

 

_________________

 

* Prinċipji u Linji Gwida, appoġġati minn gwida prattika, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti f'sitwazzjonijiet vulnerabbli fi ħdan movimenti kbar u/jew imħallta


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali

Referenzi

COM(2018)0307 – C8-0182/2018 – 2018/0154(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

16.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

31.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

31.5.2018

DEVE

31.5.2018

EMPL

31.5.2018

FEMM

31.5.2018

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

20.6.2018

DEVE

11.7.2018

EMPL

31.5.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Cecilia Wikström

11.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

10.7.2018

27.9.2018

20.11.2018

 

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Martina Anderson, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Cornelia Ernst, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Monika Hohlmeier, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Ivari Padar, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Lívia Járóka, Innocenzo Leontini, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Josep-Maria Terricabras, Geoffrey Van Orden

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rupert Matthews, Demetris Papadakis

Data tat-tressiq

26.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

Nathalie Griesbeck, Sophia in 't Veld, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Cecilia Wikström

ECR

Kristina Winberg

GUE/NGL

Martina Anderson, Malin Björk, Cornelia Ernst, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Monika Hohlmeier, Lívia Járóka, Innocenzo Leontini, Roberta Metsola, József Nagy, Csaba Sógor, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Ana Gomes, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Claude Moraes, Ivari Padar, Demetris Papadakis, Birgit Sippel, Sergei Stanishev, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Romeo Franz, Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero

4

-

ECR

Daniel Dalton, Rupert Matthews, Geoffrey Van Orden

ENF

Auke Zijlstra

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018Avviż legali