Proċedura : 2018/0106(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0398/2018

Testi mressqa :

A8-0398/2018

Dibattiti :

PV 15/04/2019 - 14
CRE 15/04/2019 - 14

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0366

RAPPORT     ***I
PDF 4226kWORD 632k
26.11.2018
PE 623.965v02-00 A8-0398/2018

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni

(COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Virginie Rozière

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Miguel Viegas, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

      (*)  Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

PR_COD_1amCom

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni

(COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0218),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 16, 33, 43, 50, 53(1), 62, 91, 100, 103, 109, 114, 168, 169, 192, 207 u 325(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 31 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0159/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-26 ta' Settembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018(2),

–  wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0398/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 16, 33, 43, 50, 53(1), 62, 91, 100, 103, 109, 114, 168, 169, 192, 207 u 325(4) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 16, 33, 43, 50, 53(1), 62, 91, 100, 103, 109, 114, 153(1)(a), (b) u (e), 157(3), 168, 169, 192, 207 u 325(4) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Persuni li jaħdmu għal organizzazzjoni jew huma f'kuntatt magħha fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol huma ta' spiss l-ewwel li jsiru jafu dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku li jseħħu f'dan il-kuntest. Billi "jiżvelaw informazzjoni" għandhom rwol ewlieni fil-kxif u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi u fis-salvagwardja tal-benessri tas-soċjetà. Madankollu, l-informaturi potenzjali spiss jaqtgħu qalbhom milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni.

(1)  Persuni li jaħdmu għal organizzazzjoni pubblika jew privata jew huma f'kuntatt magħha fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol huma ta' spiss l-ewwel li jsiru jafu dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku li jseħħu f'dan il-kuntest. Billi "jiżvelaw informazzjoni" huma għandhom rwol ewlieni fil-kxif u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi li huwa ta' ħsara għall-interess pubbliku ufis-salvagwardja tal-benessri tas-soċjetà. Madankollu, l-informaturi potenzjali spiss jaqtgħu qalbhom milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni. F'dan il-kuntest, l-importanza li tingħata protezzjoni bbilanċjata u effettiva lill-informaturi hija dejjem aktar rikonoxxuta kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak internazzjonali. Għalhekk, l-għan ta' din id-Direttiva huwa li toħloq klima ta' fiduċja li tippermetti lill-informaturi jirrapportaw ksur tal-liġi osservat jew suspettat u theddid għall-interess pubbliku u li issaħħaħ l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa importanti li jiġi enfasizzat li dawk il-libertajiet huma l-pedament tal-ġurnaliżmu investigattiv u l-prinċipju tal-kunfidenzjalità tas-sorsi ta' informazzjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, ir-rapporti minn informaturi huma komponent upstream tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni: dawn jikkontribwixxu għas-sistemi ta' infurzar nazzjonali u tal-Unjoni b'informazzjoni li twassal għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni.

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, ir-rapporti u l-każijiet ta' żvelar pubbliku mill-informaturi u mill-ġurnalisti investigattivi huma komponent upstream tal-infurzar tad-dritt u l-politiki tal-Unjoni: dawn jikkontribwixxu għas-sistemi ta' infurzar nazzjonali u tal-Unjoni b'informazzjoni li spiss twassal għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni, u b'hekk itejbu t-trasparenza u r-responsabbiltà.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  L-iskandli maġġuri kollha f'għajnejn il-pubbliku mill-2014 'l hawn, bħal-"LuxLeaks" u l-"Panama Papers", ħarġu fid-deher bis-saħħa tal-azzjonijiet tal-informaturi.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'ċerti oqsma ta' politika, ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku, fis-sens li joħloq riskji sinifikanti għall-benessri tas-soċjetà. Fejn nuqqasijiet ta' infurzar ġew identifikati f'dawn l-oqsma, u l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur, huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar billi tkun żgurata protezzjoni effettiva tal-informaturi mir-ritaljazzjoni u l-introduzzjoni ta' kanali ta' rapportar effettiv.

(3)  Il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara għall-interess pubbliku, fis-sens li joħloq riskji sinifikanti għall-benessri tas-soċjetà u jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjoni tal-Unjoni. Peress li l-informaturi ġeneralment ikunu f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw tali ksur, u jkollhom il-kuraġġ li jirrapportaw jew jiżvelaw informazzjoni biex jiddefendu l-interess pubbliku, minkejja kull riskju personali u professjonali, huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni billi tkun żgurata protezzjoni effettiva tal-informaturi mir-ritaljazzjoni u l-introduzzjoni ta' kanali ta' rapportar effettivi, indipendenti, kunfidenzjali u sikuri.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-protezzjoni li attwalment tingħata lill-informaturi fl-Unjoni Ewropea hija frammentata madwar l-Istati Membri u hija inugwali bejn l-oqsma ta' politika. Il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni b'dimensjoni transfruntiera mikxufa mill-informaturi juru kif il-protezzjoni insuffiċjenti fi Stat Membru wieħed mhux biss taffettwa ħażin il-funzjonament tal-politiki tal-UE f'dak l-Istat Membru iżda jista' jkollha wkoll riperkussjonijiet fi Stati Membri oħra u fl-Unjoni kollha kemm hi.

(4)  Il-protezzjoni li attwalment tingħata lill-informaturi fl-Unjoni Ewropea hija frammentata madwar l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u hija wkoll inugwali bejn l-oqsma ta' politika. Il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni b'dimensjoni transfruntiera mikxufa mill-informaturi juru kif il-protezzjoni insuffiċjenti fi Stat Membru wieħed mhux biss taffettwa ħażin il-funzjonament tal-politiki tal-UE f'dak l-Istat Membru iżda jista' jkollha wkoll riperkussjonijiet fi Stati Membri oħra u fl-Unjoni kollha kemm hi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma partijiet minnha, jistipula b'mod ċar il-ħtieġa ta' miżuri legali xierqa biex tingħata protezzjoni kontra kull trattament mhux iġġustifikat lil kwalunkwe persuna li tirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti in bona fide u fuq bażi raġonevoli kwalunkwe fatt li jikkonċerna reati stabbiliti f'konformità ma' dik il-Konvenzjoni;

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)   Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvelar pubbliku u tiġi stabbilita kultura miftuħa ta' rapportar, il-kundizzjonijiet għall-iżvelar pubbliku jenħtieġ li jkunu konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa CM/Rec(2014)7 dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Jenħtieġ li l-midja bl-ebda mod ma tkun imxekkla milli tesponi kwalunkwe illeċitu u b'hekk twettaq ir-rwol demokratiku tagħha.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għaldaqstant, għandhom japplikaw standards minimi komuni li jiżguraw protezzjoni effettiva tal-informaturi f'dawn l-atti u fl-oqsma ta' politika fejn i) jenħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar; ii) in-nuqqas ta' rapportar mill-informaturi huwa fattur ewlieni li jaffettwa l-infurzar, u iii) il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku.

(5)  Għaldaqstant, jenħtieġ li japplikaw standards legali minimi komuni li jiżguraw protezzjoni effettiva tal-informaturi permezz ta' approċċ ġenerali u komprensiv fl-atti u fl-oqsma kollha ta' politika nazzjonali u tal-Unjoni fejn i) hemm ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar; ii) in-nuqqas ta' rapportar mill-informaturi huwa fattur ewlieni li jaffettwa l-infurzar, u iii) il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-protezzjoni tal-informaturi jenħtieġ li tiġi infurzata biex jitrawwem ambjent li jiffaċilita l-libertà tal-informazzjoni u tal-midja; dan jirrikjedi l-ewwel nett li l-ġurnalisti u s-sorsi tagħhom, inklużi l-informaturi, jingħataw protezzjoni effettiva kontra kwalunkwe ksur tas-sikurezza tagħhom u tal-integrità mentali u fiżika tagħhom, u li kwalunkwe tentattiv biex jiġu intimidati jew biex tiġi mminata l-indipendenza tagħhom jiġu prevenuti.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-protezzjoni tal-informaturi hija meħtieġa sabiex issaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Barra mill-ħtieġa tal-prevenzjoni u tal-iskoperta ta' frodi u korruzzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inkluż l-akkwist, huwa meħtieġ li jkun indirizzat l-infurzar insuffiċjenti tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi meta jinxtraw prodotti, xogħlijiet u servizzi. Il-ksur ta' tali regoli joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, iżid l-ispejjeż għan-negozju, jikser l-interessi tal-investituri u l-azzjonisti u, b'mod ġenerali, inaqqas l-attrazzjoni għal investiment u joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għan-negozji kollha fl-Ewropa, u b'hekk jaffettwa l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(6)  Il-protezzjoni tal-informaturi hija meħtieġa sabiex issaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Barra mill-ħtieġa tal-prevenzjoni u tal-iskoperta ta' frodi u korruzzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inkluż l-akkwist, huwa meħtieġ li jkun indirizzat l-infurzar insuffiċjenti tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi meta jinxtraw prodotti, xogħlijiet u servizzi. Il-ksur ta' tali regoli joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, iżid l-ispejjeż għan-negozju, jikser l-interessi tal-investituri u l-azzjonisti u, b'mod ġenerali, inaqqas l-attrazzjoni għal investiment u joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għan-negozji kollha fl-Ewropa, u b'hekk jaffettwa l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Fil-parti l-kbira tal-każijiet, tali ksur huwa ta' theddida serja għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi, u b'hekk jiġi ppreġudikat il-funzjonament tajjeb tad-demokrazija. Jenħtieġ li jsir kull sforz biex jiġu protetti dawk li jirrapportaw l-użu ħażin jew imġiba ħażina f'dak li għandu x'jaqsam mal-baġit u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sistema għall-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni ma tiħux post il-ħtieġa li jissaħħu l-mezzi superviżorji ta' kull Stat Membru u l-istrutturi pubbliċi tiegħu, li jenħtieġ li jkunu dejjem aktar kapaċi jiġġieldu l-frodi tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, u lanqas il-ħtieġa ta' parteċipazzjoni f'kooperazzjoni internazzjonali f'dawk l-oqsma.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-valur miżjud tal-protezzjoni tal-informaturi diġà kien rikonoxxut mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja, li kixfu nuqqasijiet kbar fl-infurzar tar-regoli rilevanti, ġew introdotti miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi f'numru sinifikanti ta' strumenti leġiżlattivi f'dan il-qasam34. B'mod partikulari, fil-kuntest tal-qafas prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment, id-Direttiva 2013/36/UE35 tipprevedi protezzjoni għall-informaturi, li testendi wkoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(7)  Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-valur miżjud tal-protezzjoni settorjali tal-informaturi diġà kien rikonoxxut mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja, li kixfu nuqqasijiet kbar fl-infurzar tar-regoli rilevanti, ġew introdotti miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi f'numru sinifikanti ta' strumenti leġiżlattivi f'dan il-qasam34. B'mod partikulari, fil-kuntest tal-qafas prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment, id-Direttiva 2013/36/UE35 tipprevedi protezzjoni għall-informaturi, li testendi wkoll għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Madankollu, għadd ta' każijiet ta' profil għoli li jinvolvu istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej urew bil-provi li l-protezzjoni tal-informaturi fi ħdan tali istituzzjonijiet finanzjarji għadha mhix sodisfaċenti u li l-biża' ta' tpattija kemm mill-impjegaturi kif ukoll mill-awtoritajiet għadu jwaqqaf lill-informaturi milli jagħtu informazzjoni dwar ksur tal-liġi.

_________________

_________________

34 Il-Komunikazzjoni tat-8.12.2010 "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji".

34 Il-Komunikazzjoni tat-8.12.2010 "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji".

35 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338);

35 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338);

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sigurtà tat-trasport li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-ħajja tal-bnedmin diġà ġiet rikonoxxuta fi strumenti tal-Unjoni settorjali dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni38 u s-sigurtà fit-trasport marittimu39, li jipprovdu miżuri mfassla apposta għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll kanali ta' rapportar speċifiċi. Dawn l-istrumenti jinkludu wkoll il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni tal-ħaddiema li jirrapportaw l-iżbalji onesti tagħhom (l-hekk imsejħa "kultura ġusta"). Huwa meħtieġ li l-elementi eżistenti tal-protezzjoni tal-informaturi f'dawn iż-żewġ setturi jiġu kkumplimentati kif ukoll li tiġi pprovduta tali protezzjoni li ssaħħaħ l-infurzar ta' standards ta' sigurtà għal modi ta' trasport oħrajn, jiġifieri t-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

(9)  L-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sigurtà tat-trasport li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-ħajja tal-bnedmin diġà ġiet rikonoxxuta fi strumenti tal-Unjoni settorjali dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni38 u s-sigurtà fit-trasport marittimu39, li jipprovdu miżuri mfassla apposta għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll kanali ta' rapportar speċifiċi. Dawn l-istrumenti jinkludu wkoll il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni tal-ħaddiema li jirrapportaw l-iżbalji onesti tagħhom (l-hekk imsejħa "kultura ġusta"). Huwa meħtieġ, inter alia, li l-elementi eżistenti tal-protezzjoni tal-informaturi f'dawn iż-żewġ setturi jiġu kkomplementati u estiżi, kif ukoll li tiġi pprovduta tali protezzjoni li ssaħħaħ immedjatament l-infurzar ta' standards ta' sigurtà għal modi ta' trasport oħrajn, jiġifieri t-trasport speċjali, intern fuq il-passaġġi tal-ilma, bit-triq u bil-ferrovija.

_________________

_________________

38 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 122, p. 18).

38 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 122, p. 18).

39 Id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 329, p. 1) u l-infurzar tagħha, id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, p. 57).

39 Id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 329, p. 1) u l-infurzar tagħha, id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, p. 57).

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-ġbir ta' evidenza, l-iskoperta u l-indirizzar ta' reati ambjentali u mġiba illegali kontra l-protezzjoni tal-ambjent jibqgħu sfida u jeħtieġ li jkunu msaħħa kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali" tat-18 ta' Jannar 201840. Filwaqt li r-regoli ta' protezzjoni tal-informaturi attwalment jeżistu biss fi strument settorjali wieħed dwar il-protezzjoni ambjentali, l-introduzzjoni ta' tali protezzjoni tidher meħtieġa sabiex ikun żgurat infurzar effettiv tal-acquis ambjentali tal-Unjoni, li l-ksur tiegħu jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku b'impatti kollaterali potenzjali lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan huwa rilevanti wkoll f'każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara ambjentali.

(10)  Il-ġbir ta' evidenza, il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-indirizzar ta' reati ambjentali u mġiba illegali jew ommissjonijiet, kif ukoll il-ksur potenzjali kontra l-protezzjoni tal-ambjent sfortunatament jibqgħu sfida u jeħtieġ li jkunu msaħħa kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali" tat-18 ta' Jannar 201840. Filwaqt li r-regoli ta' protezzjoni tal-informaturi attwalment jeżistu biss fi strument settorjali wieħed dwar il-protezzjoni ambjentali, l-introduzzjoni ta' tali protezzjoni tidher meħtieġa sabiex ikun żgurat infurzar effettiv tal-acquis ambjentali tal-Unjoni, li l-ksur tiegħu jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku b'impatti kollaterali potenzjali lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan huwa rilevanti wkoll f'każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara ambjentali.

_________________

_________________

40 COM(2018) 10 final.

40 COM(2018)0010

41 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore (ĠU L 178, p. 66).

41 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66).66).

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Kunsiderazzjonijiet simili jirrikjedu l-introduzzjoni ta' protezzjoni tal-informaturi sabiex tibni fuq dispożizzjonijiet eżistenti u jkun evitat ksur tar-regoli tal-UE fil-qasam tal-katina alimentari u b'mod partikolari dwar is-sigurtà tal-ikel u l-għalf kif ukoll dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali. Ir-regoli tal-Unjoni differenti żviluppati f'dawn l-oqsma huma interkonnessi mill-qrib. Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti li huma l-bażi tal-miżuri kollha tal-Unjoni u dawk nazzjonali marbutin mal-ikel u l-għalf, b'fokus partikolari fuq is-sikurezza tal-ikel, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-interessi tal-konsumaturi b'rabta mal-ikel kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-suq intern. Dan ir-Regolament jipprovdi, fost l-oħrajn, li l-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-għalf ma jitħallewx jiskoraġġixxu lill-impjegati tagħhom u lil oħrajn milli jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fejn dan jista' jipprevjeni, inaqqas jew jelimina riskju ġej mill-ikel. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa approċċ simili fil-qasam tal-"Liġi dwar is-saħħa tal-Annimali" permezz tar-Regolament (UE) 2016/429 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trasmissibbli lill-annimali u lill-bnedmin.

(11)  Kunsiderazzjonijiet simili jirrikjedu l-introduzzjoni ta' protezzjoni tal-informaturi sabiex jinbena fuq dispożizzjonijiet eżistenti u jkun evitat ksur tar-regoli tal-UE fil-qasam tal-katina alimentari u b'mod partikolari dwar is-sigurtà tal-ikel u l-għalf kif ukoll dwar is-saħħa, il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali. Ir-regoli tal-Unjoni differenti żviluppati f'dawn l-oqsma huma interkonnessi mill-qrib. Ir-Regolament (KE) Nru 178/200242 jistipula l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti li huma l-bażi tal-miżuri kollha tal-Unjoni u dawk nazzjonali marbutin mal-ikel u l-għalf, b'attenzjoni partikolari fuq is-sikurezza tal-ikel, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-interessi tal-konsumaturi b'rabta mal-ikel kif ukoll il-funzjonament effettiv tas-suq intern. Dan ir-Regolament jipprovdi, fost l-oħrajn, li l-operaturi tan-negozji tal-ikel u l-għalf ma jitħallewx jiskoraġġixxu lill-impjegati tagħhom u lil oħrajn milli jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fejn dan jista' jipprevjeni, inaqqas jew jelimina riskju ġej mill-ikel. Il-leġiżlatur tal-Unjoni ħa approċċ simili fil-qasam tal-"Liġi dwar is-saħħa tal-Annimali" permezz tar-Regolament (UE) 2016/429 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trasmissibbli lill-annimali u lill-bnedmin. Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE43a u d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill43b, kif ukoll ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/200543c u (KE) Nru 1099/200943d jistabbilixxu regoli rigward il-protezzjoni u l-benessri tal-annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja, waqt it-trasport, waqt il-qatla u meta jintużaw għal skopijiet ta' ttestjar fuq l-annimali.

__________________

__________________

42 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, p. 1).

42 Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, p. 1).

43 ĠU L 84, p. 1

43 ĠU L 84, p. 1

 

43a Id-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta' annimali miżmuma għal skopijiet ta' biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23);

 

43b Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33).

 

43c Ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 tal-Kunsill tat-22 ta' Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1);

 

43d Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta' Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  It-titjib tal-protezzjoni għall-informaturi jiffavorixxi wkoll il-prevenzjoni u l-iskoraġġar ta' ksur ta' regoli tal-Euratom dwar is-sikurezza nukleari, il-protezzjoni radjoloġika u l-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u radjuattiv u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva riveduta tas-Sikurezza Nukleari44 dwar il-kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u, b'mod partikulari, l-Artikolu 8b (2) (a), li jitlob, fost l-oħrajn, li l-awtorità regolatorja kompetenti tistabbilixxi sistemi ta' ġestjoni li jagħtu l-prijorità dovuta lis-sikurezza nukleari u li jippromwovu, fil-livelli kollha tal-persunal u tal-maniġment, il-kapaċità ta' dubju dwar it-twassil effettiv rigward prinċipji u prattiki rilevanti ta' sikurezza u ta' rappurtar fil-ħin dwar kwistjonijiet ta' sikurezza.

(12)  It-titjib tal-protezzjoni għall-informaturi jiffavorixxi wkoll il-prevenzjoni u l-iskoraġġar ta' ksur ta' regoli tal-Euratom dwar is-sikurezza nukleari, il-protezzjoni radjoloġika u l-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv u jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet eżistenti tad-Direttiva riveduta tas-Sikurezza Nukleari44 dwar il-kultura effettiva tas-sikurezza nukleari u, b'mod partikulari, l-Artikolu 8b (2)(a), li jitlob, fost l-oħrajn, li l-awtorità regolatorja kompetenti tistabbilixxi sistemi ta' ġestjoni li jagħtu l-prijorità dovuta lis-sikurezza nukleari u li jippromwovu, fil-livelli kollha tal-persunal u tal-maniġment, il-kapaċità ta' dubju dwar it-twassil effettiv rigward prinċipji u prattiki rilevanti ta' sikurezza u ta' rappurtar fil-ħin dwar kwistjonijiet ta' sikurezza.

_________________

_________________

44 Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42-52).

44 Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42).

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Bl-istess mod, ir-rapporti tal-informaturi jistgħu jkunu kruċjali sabiex ikunu skoperti u evitati, imnaqqsin jew eliminati riskji għas-saħħa pubblika u għall-protezzjoni tal-konsumaturi li jirriżultaw minn ksur tar-regoli tal-Unjoni li kieku jistgħu jibqgħu moħbija. B'mod partikolari, il-protezzjoni tal-konsumatur hija marbuta ħafna wkoll ma' każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara konsiderevoli lill-konsumaturi. Jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni tal-informaturi tkun introdotta b'rabta mar-regoli tal-Unjoni rilevanti adottati skont l-Artikoli 114, 168 u 169 tat-TFUE.

(13)  Bl-istess mod, ir-rapporti tal-informaturi jistgħu jkunu kruċjali sabiex ikunu skoperti u evitati, imnaqqsin jew eliminati riskji għas-saħħa pubblika u għall-protezzjoni tal-konsumaturi li jirriżultaw minn ksur tar-regoli tal-Unjoni li kieku jistgħu jibqgħu moħbija. B'mod partikolari, il-protezzjoni tal-konsumatur hija marbuta ħafna wkoll ma' każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara lill-konsumaturi. Jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni tal-informaturi tkun introdotta b'rabta mar-regoli tal-Unjoni rilevanti adottati skont l-Artikoli 114, 168 u 169 tat-TFUE.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali hija qasam ieħor fejn l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur tal-liġi tal-Unjoni li jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għal ksur tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni45, li tintroduċi notifika tal-inċidenti (inklużi dawk li jikkompromettux id-data personali) u r-rekwiżiti tas-sigurtà għal entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali bejn ħafna setturi (pereżempju l-enerġija, is-saħħa, it-trasport, l-ibbankjar, eċċ.) u fornituri ta' servizzi diġitali ewlenin (pereżempju sevizzi tal-cloud computing). Ir-rapportar tal-informaturi f'dan il-qasam huwa partikolarment siewi sabiex ikunu evitati inċidenti ta' sikurezza li jaffettwaw attivitajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin u servizzi diġitali użati b'mod wiesa'. Jgħin biex tkun żgurata l-kontinwità ta' servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern u għall-benessri tas-soċjetà.

(14)  Il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, minquxa fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), hija qasam ieħor fejn l-informaturi jistgħu jgħinu sabiex jiġi żvelat ksur tal-liġi tal-Unjoni li jista' jikkawża ħsara għall-interess pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għal ksur tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni45, li tintroduċi notifika tal-inċidenti (inklużi dawk li ma jikkompromettux id-data personali) u r-rekwiżiti tas-sigurtà għal entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali bejn ħafna setturi (pereżempju l-enerġija, it-turiżmu, is-saħħa, it-trasport, is-settur bankarju, il-kostruzzjoni, eċċ.) għal fornituri ta' servizzi diġitali ewlenin (pereżempju sevizzi tal-cloud computing) u għal fornituri ta' servizzi bażiċi, bħall-ilma, l-elettriku u l-gass. Ir-rapportar mill-informaturi f'dan il-qasam huwa partikolarment siewi sabiex jiġu prevenuti inċidenti tas-sigurtà li jaffettwaw attivitajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin u servizzi diġitali użati b'mod wiesa', kif ukoll sabiex jiġi prevenut kull ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Dan jgħin biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi li huma essenzjali għas-soċjetà.

_________________

_________________

45 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

45 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li hija marbuta mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-użu ta' nfiq tal-Unjoni, il-ġbir ta' dħul u fondi tal-Unjoni jew assi tal-Unjoni, hija qasam ewlieni li fih id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li jissaħħaħ. It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni marbut ma' nfiq magħmul abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Nuqqas ta' infurzar effettiv fil-qasam tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi l-frodi u l-korruzzjoni fil-livell nazzjonali, jikkawża nuqqas ta' dħul tal-Unjoni u użu ħażin ta' fondi tal-UE, li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-investimenti pubbliċi u t-tkabbir u jnaqqsu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjoni tal-UE. Il-protezzjoni tal-informaturi hija meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskoperta, il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' attivitajiet ta' frodi u dawk illegali rilevanti.

(16)  Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li hija marbuta mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-ksur ta' rekwiżiti legali, l-abbuż tal-poter u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-użu ta' fondi tal-Unjoni, il-ġbir ta' introjti u fondi tal-Unjoni jew assi tal-Unjoni, hija qasam ewlieni li fih id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li jissaħħaħ. It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni marbut ma' nfiq magħmul abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Nuqqas ta' infurzar effettiv fil-qasam tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi l-frodi u l-korruzzjoni fil-livell nazzjonali, jikkawża nuqqas ta' dħul tal-Unjoni u użu ħażin ta' fondi tal-UE, li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-investimenti pubbliċi u t-tkabbir u jnaqqsu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjoni tal-UE. Il-ġurnalisti investigattivi għandhom ukoll rwol kruċjali fl-iżvelar ta' illeċitu konness ma' dawn l-oqsma kollha. Tali ġurnalisti jirrappreżentaw grupp ferm espost ta' professjonisti, li ta' spiss iħallsu bl-impjieg tagħhom, il-libertà tagħhom u saħansitra ħajjithom għall-iżvelar ta' irregolaritajiet u skemi ta' korruzzjoni fuq skala kbira. Għalhekk, jenħtieġ li miżuri speċjali biex jipproteġu l-ġurnalisti investigattivi jiġu inklużi fi proposta leġiżlattiva orizzontali għall-protezzjoni tal-informaturi. Il-ġurnaliżmu investigattiv u l-protezzjoni tal-informaturi huma meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati l-iskoperta, il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' frodi u ta' attivitajiet illegali.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ċerti atti tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bħar-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq49, u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/2392, adottata abbażi ta' dak ir-Regolament50, diġà fihom regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, inkluża l-lista ta' Parti II tal-Anness, jenħtieġ li tkun ikkumplimentata mid-Direttiva preżenti, sabiex dawn l-istrumenti jkunu allinjati bis-sħiħ mal-istandards minimi tagħha filwaqt li jinżammu kwalunkwe speċifiċitajiet li jipprevedu, imfassla apposta għas-setturi rilevanti. Dan huwa partikolarment importanti sabiex ikun żgurat liema entitajiet legali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu huma attwalment obbligati li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni.

(18)  Ċerti atti tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bħar-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq49, u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/2392, adottata abbażi ta' dak ir-Regolament50, diġà fihom regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, inkluża l-lista ta' Parti II tal-Anness, jenħtieġ li tkun ikkomplementata mid-Direttiva preżenti, sabiex dawn l-istrumenti jkunu allinjati bis-sħiħ mal-istandards minimi tagħha filwaqt li tinżamm kwalunkwe speċifiċità li jipprevedu, imfassla apposta għas-setturi rilevanti. Dan huwa partikolarment importanti sabiex ikun żgurat liema entitajiet legali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-finanzjament tat-terroriżmu u taċ-ċiberkriminalità huma attwalment obbligati jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni. Peress li dawn il-każijiet spiss jinvolvu arranġamenti korporattivi u finanzjarji internazzjonali kumplessi ħafna, li x'aktarx ikunu fi ħdan il-mandat ta' ġurisdizzjonijiet differenti, jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet għal punt ta' kuntatt unifikat għall-informaturi.

_________________

_________________

49 ĠU L 173, p. 1.

49 ĠU L 173, p. 1.

50 Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament (ĠU L 332, p. 126).

50 Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament (ĠU L 332, p. 126).

 

50a Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1).

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  L-Unjoni hija bbażata fuq numru ta' valuri u ta' prinċipji. Hija tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-"Karta"). Peress li dawn huma drittijiet u prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, il-ħarsien tagħhom huwa ta' importanza kbira ħafna, u l-persuni li jiżvelaw il-ksur ta' tali drittijiet u prinċipji ħaqqhom jibbenefikaw mill-protezzjoni li tipprevedi din id-Direttiva.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Kull darba li jiġi adottat att tal-Unjoni ġdid li għalih il-protezzjoni tal-informaturi hija rilevanti u tista' tikkontribwixxi għal infurzar aktar effettiv, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk l-Anness għal din id-Direttiva għandux ikun emendat sabiex dan jitqiegħed fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(19)  Sabiex jitqies kwalunkwe att ġdid tal-Unjoni li għalih il-protezzjoni tal-informaturi hija rilevanti u li jista' jkollu impatt f'termini ta' infurzar aktar effettiv, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex din id-Direttiva tiġi emendata billi jiġi aġġornat l-Anness tagħha kull darba li tali att ġdid tal-Unjoni jiġi adottat sabiex dan jitqiegħed fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Hu ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet1a. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

 

___________________

 

1a ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1."

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)  F'ċerti sitwazzjonijiet, il-ksur tad-dritt tal-Unjoni rigward il-protezzjoni tal-ħaddiema, il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, id-drittijiet soċjali, individwali u kollettivi tal-ħaddiema jistgħu jkunu suġġetti għal proċeduri individwali effettivi biex jiġi żgurat rimedju. Min-naħa l-oħra, fejn dan il-ksur ikun sistematiku, dan jimmina l-interess pubbliku u għalhekk hemm il-ħtieġa li jsir provvediment għall-protezzjoni ta' dawk li jirrapportaw ksur bħal dan. F'ċerti oqsma, ġew osservati diffikultajiet fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bħal pereżempju r-rikors għall-użu inaċċettabbli ta' impjiegi prekarji. L-infurzar effettiv tad-dritt tal-Unjoni huwa għalhekk meħtieġ ukoll u t-titjib tal-protezzjoni tal-informaturi fil-qasam tal-liġi tax-xogħol b'hekk itejjeb l-applikazzjoni tal-liġi u jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-ħaddiema fis-suq intern filwaqt li jiżgura kompetizzjoni ġusta bejn l-operaturi ekonomiċi.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni mogħtija lill-impjegati meta jirrapportaw dwar ksur fil-liġi tal-impjiegi tal-Unjoni. B'mod partikolari, fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE diġà jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jiġux żvantaġġjati minħabba t-talbiet jew il-proposti tagħhom lill-impjegaturi sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-perikli għall-ħaddiema u/jew sabiex ineħħu sorsi ta' periklu. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati li jqajmu kwistjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jekk jikkunsidraw li l-miżuri meħuda u l-mezzi użati mill-impjegatur ma jkunux adatti għall-għanijiet li jkunu żgurati s-sigurtà u saħħa.

(20)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tikkomplementa l-protezzjoni mogħtija lill-impjegati meta jirrapportaw dwar ksur fil-liġi tax-xogħol tal-Unjoni. B'mod partikolari, fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE diġà jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jiġux żvantaġġjati minħabba t-talbiet jew il-proposti tagħhom lill-impjegaturi sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-perikli għall-ħaddiema u/jew sabiex ineħħu sorsi ta' periklu. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati li jqajmu kwistjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew tal-Unjoni jekk jikkunsidraw li l-miżuri meħuda u l-mezzi użati mill-impjegatur ma jkunux suffiċjenti għall-iskopijiet li jkunu żgurati s-sigurtà u saħħa.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u għal informazzjoni klassifikata oħra li d-dritt tal-Unjoni jew il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà, li jkunu protetti minn aċċess mhux awtorizzat. B'mod partikolari, barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

(21)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u għal informazzjoni klassifikata oħra li d-dritt tal-Unjoni jew il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà, li jkunu protetti minn aċċess mhux awtorizzat. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Persuni li jirrapportaw informazzjoni dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol jagħmlu użu mid-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni. Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), jinkludi l-libertà tal-midja u l-pluraliżmu.

(22)  Persuni li jirrapportaw informazzjoni dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku qed jaġixxu bis-saħħa tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni minqux fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") u fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), li jinkludi d-dritt li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, kif ukoll il-libertà tal-midja u l-pluraliżmu.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ li, l-ewwel nett, il-protezzjoni tapplika għall-persuni li għandhom l-istatus ta' "ħaddiem", skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFUE, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri persuni li, għal ċertu perjodu ta' ħin, iwettqu servizzi għal u taħt id-direzzjoni ta' persuna oħra, li għalihom jirċievu remunerazzjoni. Jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni tingħata wkoll lil ħaddiema f'relazzjonijiet ta' impjieg mhux standard, inklużi l-ħaddiema part-time u l-ħaddiema b'kuntratt definit, kif ukoll persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija temporanja, li huma tipi ta' relazzjonijiet fejn ta' spiss ikun diffiċli li tiġi applikata protezzjoni standard kontra trattament inġust.

(26)  Jenħtieġ li, l-ewwel nett, il-protezzjoni tapplika għall-persuni li għandhom l-istatus ta' "ħaddiem", skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFUE, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri persuni li, għal ċertu perjodu ta' ħin, iwettqu servizzi għal u taħt id-direzzjoni ta' persuna oħra, li għalihom jirċievu remunerazzjoni. F'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti, il-kunċett ta' "ħaddiem" jenħtieġ li jiġi interpretat b'mod wiesa', jiġifieri b'mod li uffiċjali pubbliċi u ċivili jiġu inklużi. Jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni tingħata wkoll lil ħaddiema f'relazzjonijiet oħra ta' impjieg, inklużi l-ħaddiema part-time u l-ħaddiema b'kuntratt definit, interns, apprendisti mħallsa u mhux imħallsa, kif ukoll persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija temporanja u dawk f'impjieg prekarju jew bi status transfruntier, li huma tipi ta' relazzjonijiet fejn ta' spiss ikun diffiċli li tiġi applikata protezzjoni standard kontra trattament inġust. Fl-aħħar nett, il-protezzjoni jenħtieġ li tingħata wkoll lill-persuni li l-kuntratt ta' impjieg tagħhom ikun intemm.

_________________

_________________

52 Is-Sentenzi tat-3 ta' Lulju 1986, Lawrie-Blum, il-Kawża 66/85; l-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, il-Kawża C-428/09; id-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, il-Kawża C-229/14; l-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten, il-Kawża C-413/13; u s-17 ta' Novembru 2016, Ruhrlandklinik, il-Kawża C-216/15.

52 Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Lulju 1986, Lawrie-Blum v Land Baden-Württemberg, C-66/85, ECLI:EU:C:1986:284; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, C-428/09, ECLI:EU:C:2010:612; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, C-229/14, ECLI:EU:C:2015:455; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten Informatie en Media, C-413/13, ECLI:EU:C:2014:2411; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta' Novembru 2016, Betriebsrat der Ruhrlandklinik, C-216/15, ECLI:EU:C:2016:883.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Jenħtieġ li l-protezzjoni testendi wkoll għal aktar kategoriji ta' ħaddiema u persuni ġuridiċi, li, għalkemm ma jkunux "ħaddiema" skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFUE, jista' jkollhom rwol ewlieni fil-kxif ta' ksur tal-liġi u jistgħu jsibu lilhom infushom f'pożizzjoni ta' vulnerabbiltà ekonomika fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom. Pereżempju, f'oqsma bħas-sigurtà tal-prodotti, il-fornituri huma ħafna eqreb għas-sors ta' prattiki potenzjalment inġusti u illegali ta' manifattura, importazzjoni jew distribuzzjoni ta' prodotti mhux sikuri; il-konsulenti li jipprovdu s-servizzi tagħhom huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiġbdu attenzjoni għal ksur li jaraw fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni. Dawn il-kategoriji ta' persuni, inklużi persuni li jaħdmu għal rashom li jipprovdu servizzi, freelance, kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri, normalment huma soġġetti għal ritaljazzjoni fil-forma ta' terminazzjoni bikrija jew kanċellazzjoni tas-servizzi, tal-liċenzja jew tal-permess, telf ta' negozju, telf ta' qligħ, koerċizzjoni, intimidazzjoni jew fastidju, tniżżil fuq lista sewda/ibbojkottjar ta' negozju jew ħsara għar-reputazzjoni tagħhom. L-azzjonisti u l-persuni f'korpi maniġerjali wkoll jistgħu jsofru ritaljazzjoni, pereżempju f'termini finanzjarji jew fil-forma ta' intimidazzjoni jew fastidju, tniżżil fuq lista sewda jew ħsara għar-reputazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-protezzjoni tingħata wkoll lill-kandidati għall-impjieg jew għall-provvista ta' servizzi lil organizzazzjoni li akkwistaw l-informazzjoni dwar ksur ta' liġi matul il-proċess ta' reklutaġġ jew f'xi stadju ta' negozjati prekuntrattwali ieħor, u jistgħu jsofru ritaljazzjoni pereżempju fil-forma ta' referenzi ta' impjieg negattivi jew tniżżil fuq lista sewda/ibbojkottjar tan-negozju.

(27)  Jenħtieġ li l-protezzjoni testendi wkoll għal aktar kategoriji ta' ħaddiema u persuni ġuridiċi, li, għalkemm ma jkunux "ħaddiema" skont it-tifsira tal-liġi nazzjonali jew f'konformità mal-Artikolu 45 tat-TFUE, jista' jkollhom rwol ewlieni fil-kxif ta' ksur tal-liġi u jistgħu jsibu lilhom infushom f'pożizzjoni ta' vulnerabbiltà ekonomika fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom. Pereżempju, f'oqsma bħas-sigurtà tal-prodotti, il-fornituri huma ħafna eqreb għas-sors ta' prattiki potenzjalment inġusti u illegali ta' manifattura, importazzjoni jew distribuzzjoni ta' prodotti mhux sikuri; il-konsulenti li jipprovdu s-servizzi tagħhom huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiġbdu attenzjoni għal ksur li jaraw fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni. Dawn il-kategoriji ta' persuni, inklużi persuni li jaħdmu għal rashom li jipprovdu servizzi, freelance, kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri, normalment huma soġġetti għal ritaljazzjoni li, pereżempju, tista' tieħu l-forma ta' terminazzjoni bikrija jew kanċellazzjoni tas-servizzi, tal-liċenzja jew tal-permess, telf ta' negozju, telf ta' qligħ, koerċizzjoni, intimidazzjoni jew fastidju, tniżżil fuq lista sewda/ibbojkottjar ta' negozju jew ħsara għar-reputazzjoni tagħhom. L-azzjonisti u l-persuni f'korpi maniġerjali wkoll jistgħu jsofru ritaljazzjoni, pereżempju f'termini finanzjarji jew fil-forma ta' intimidazzjoni jew fastidju, tniżżil fuq lista sewda jew ħsara għar-reputazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li l-protezzjoni tingħata wkoll lill-kandidati għall-impjieg jew għall-provvista ta' servizzi lil organizzazzjoni li akkwistaw l-informazzjoni dwar ksur ta' liġi matul il-proċess ta' reklutaġġ jew f'xi stadju ta' negozjati prekuntrattwali ieħor, u jistgħu jsofru ritaljazzjoni pereżempju fil-forma ta' referenzi ta' impjieg negattivi jew tniżżil fuq lista sewda/ibbojkottjar tan-negozju.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva għandha tirrispetta l-fatt li d-definizzjoni tal-kunċett ta' ħaddiem hija kwistjoni nazzjonali għal uħud mill-Istati Membri.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  F'konformità mal-Artikoli 22a, 22b u 22c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 11 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/681a, l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma rikjesti jadottaw u jimplimentaw regoli interni li jipproteġu lill-informaturi.

 

_______________

 

1aĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-protezzjoni effettiva tal-informaturi timplika l-protezzjoni ta' aktar kategoriji ta' persuni li, filwaqt li ma jiddependux ekonomikament mill-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol, xorta jistgħu jsofru ritaljazzjoni mill-kxif ta' ksur. Ir-ritaljazzjoni kontra volontiera u apprendisti mhux imħallsin tista' tieħu l-forma ta' nuqqas ta' użu tas-servizzi tagħhom, jew bl-għoti ta' referenza negattiva għal impjieg futur jew inkella għad-dannu għar-reputazzjoni tagħhom.

(28)  Il-protezzjoni effettiva tal-informaturi timplika l-protezzjoni ta' aktar kategoriji ta' persuni li, filwaqt li ma jiddependux ekonomikament mill-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol, xorta jistgħu jsofru ritaljazzjoni mill-kxif ta' ksur jew mill-appoġġ dirett jew indirett għar-rapportar tal-informaturi. Ir-ritaljazzjoni kontra volontiera u apprendisti mħallsin u mhux imħallsin tista' tieħu l-forma ta' nuqqas ta' użu tas-servizzi tagħhom, jew l-għoti ta' referenza negattiva għal impjieg futur jew inkella dannu għar-reputazzjoni jew il-prospetti tal-karriera tagħhom.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)  Fl-istess sens, huwa importanti li tiġi żgurata protezzjoni lill-persuni bħall-kollegi li jassistu lill-informatur fuq il-post tax-xogħol, inter alia billi jagħtuh pariri dwar kif għandu jipproċedi, il-mezzi kif jista' jirrapporta, il-protezzjonijiet disponibbli jew kif jifformula l-kliem fir-rapport. Tali persuni jistgħu jkunu konxji tal-informazzjoni żvelata u jistgħu għalhekk ikunu wkoll vittmi ta' ritaljazzjoni. Għalhekk, huma għandhom igawdu mill-protezzjoni prevista minn din id-Direttiva. Il-ġurnalisti investigattivi għandhom ukoll rwol kruċjali fil-kxif ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni u jistgħu jsofru minn miżuri ta' ritaljazzjoni, bħal kawżi ta" litigazzjoni b'sinifikat strateġiku, pereżempju dwar il-libell jew il-malafama. Għandhom għalhekk ikunu intitolati wkoll igawdu l-miżuri ta' protezzjoni previsti f'din id-Direttiva, sabiex jissalvagwardjaw il-libertà tal-espressjoni sal-punt li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix aktar protezzjoni.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)  Protezzjoni effettiva tal-informaturi jenħtieġ li tinkludi wkoll il-protezzjoni ta' kwalunkwe individwu li jkollu evidenza ta' atti bħal dawn fis-settur pubbliku jew privat iżda li mhux neċessarjament kien xhud ta' dawn l-atti huwa stess.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Premessa 28c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c)  Protezzjoni effettiva timplika taħriġ adegwat u ċentru ta' informazzjoni disponibbli biex l-informaturi jiġu informati dwar id-drittijiet tagħhom, l-għażliet ta' żvelar, u l-limitazzjonijiet fil-protezzjoni ħalli jkunu konxji tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. Dan ma għandux jitqies bħala sostitut għall-aċċess għal parir legali indipendenti li għandu jkun disponibbli wkoll.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  L-iskoperta u l-prevenzjoni effettivi ta' ħsara serja għall-interess pubbliku jirrikjedu li l-informazzjoni rrapportata li tikkwalifika għall-protezzjoni tkopri mhux biss attivitajiet illegali iżda anke abbużi tal-liġi, jiġifieri atti jew ommissjonijiet li ma jidhrux li huma illegali f'termini formali iżda jtellfu l-objettiv jew l-għan tal-liġi.

(29)  L-iskoperta u l-prevenzjoni effettivi ta' ħsara għall-interess pubbliku jirrikjedu li l-informazzjoni rrapportata li tikkwalifika għall-protezzjoni tkopri mhux biss attivitajiet illegali iżda anke abbużi tal-liġi, jiġifieri atti jew ommissjonijiet li ma jidhrux li huma illegali f'termini formali iżda jtellfu l-objettiv jew l-għan tal-liġi jew jikkostitwixxu periklu jew theddida potenzjali għall-interess pubbliku.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Il-prevenzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li l-protezzjoni tingħata wkoll lil persuni li jipprovdu informazzjoni dwar ksur potenzjali, li għadu ma seħħx, iżda li aktarx se jitwettaq. Għall-istess raġunijiet, il-protezzjoni hija ġġustifikata wkoll għall-persuni li ma jipprovdux evidenza pożittiva iżda jqajmu tħassib jew suspetti raġonevoli. Fl-istess waqt, jenħtieġ li l-protezzjoni ma tapplikax għar-rapportar ta' informazzjoni li diġà hija fid-dominju pubbliku jew i qlajjiet u għajdut mhux sostanzjati.

(30)  Il-prevenzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi li l-protezzjoni tingħata wkoll lil persuni li jipprovdu informazzjoni dwar ksur li jkun hemm possibbiltà kbira li se jitwettaq. Għall-istess raġunijiet, il-protezzjoni hija ġġustifikata wkoll għall-persuni li ma jipprovdux evidenza pożittiva iżda li jqajmu tħassib jew suspetti fuq bażi solida u li jkunu raġonevoli kif ukoll għall-persuni li jżidu fuq l-informazzjoni dwar kwistjonijiet li jkunu diġà fid-dominju pubbliku. Fl-istess waqt, jenħtieġ li l-protezzjoni ma tapplikax għar-rapportar ta' qlajjiet u għajdut mhux sostanzjati.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Madankollu, sabiex tiġi evitata ħsara mhux ġustifikata lir-reputazzjoni, jenħtieġ li ssir ukoll distinzjoni ċara bejn akkużi foloz intenzjonati, maħsuba biex jagħmlu ħsara lill-persuna jew l-entità kkonċernata, u r-rapportar ta' informazzjoni li għaliha l-persuna li tirrapporta kellha motivazzjonijiet raġonevoli biex temmen li kienet vera. Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal-liġijiet nazzjonali applikabbli fil-każ ta' akkużi foloz, bħall-malafama.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Ir-ritaljazzjoni tesprimi r-relazzjoni mill-qrib (kawża u effett) li trid teżisti bejn ir-rapport u t-trattament negattiv esperjenzat, direttament jew indirettament, mill-persuna li qed tirrapporta, biex din il-persuna tkun tista' tgawdi minn protezzjoni legali. Il-protezzjoni effettiva tal-persuni li jirrapportaw bħala mezz ta' tisħiħ tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi definizzjoni wiesgħa ta' ritaljazzjoni, li tinkludi kwalunkwe att jew ommissjoni li jseħħu fil-kuntest relatat max-xogħol li jikkawżalhom detriment.

(31)  Ir-ritaljazzjoni hija l-espressjoni tar-relazzjoni (kawża u effett) li trid teżisti bejn ir-rapport u t-trattament negattiv esperjenzat, direttament jew indirettament, mill-persuna li qed tirrapporta, jew minn persuni li jikkunsidraw ir-rappurtar jew minn persuni li jassistu lill-persuna li tirrapporta fil-proċess tar-rappurtar, biex tali persuni jkunu jistgħu jgawdu minn protezzjoni legali. Peress li forom ta' ritaljazzjoni huma limitati biss bl-immaġinazzjoni tal-awturi ta' atti bħal dawn, il-protezzjoni effettiva tal-persuni li jirrapportaw, jew ta' persuni li qed jikkunsidraw li jirrapportaw jew ta' persuni li jassistu lill-persuna li tirrapporta fil-proċess ta rapportar, bħala mezz ta' tisħiħ tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni tirrikjedi definizzjoni wiesgħa ta' ritaljazzjoni, li tinkludi kwalunkwe att jew ommissjoni li jseħħu fil-kuntest relatat max-xogħol li jikkawżalhom detriment.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  L-informaturi huma, b'mod partikolari, sorsi importanti għall-ġurnalisti investigattivi. L-għoti ta' protezzjoni effettiva lill-informaturi mir-ritaljazzjoni żżid iċ-ċertezza tad-dritt ta' informaturi (potenzjali) u għalhekk jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-iżvelar anke lill-midja. F'dan ir-rigward, il-protezzjoni tal-informaturi bħala sorsi ġurnalistiċi hija kruċjali għas-salvagwardja tar-rwol ta' "għassies" tal-ġurnaliżmu investigattiv f'soċjetajiet demokratiċi.

(33)  L-informaturi huma, b'mod partikolari, sorsi importanti għall-ġurnalisti investigattivi. L-għoti ta' protezzjoni effettiva lill-informaturi kif ukoll lill-ġurnalisti investigattivi mir-ritaljazzjoni u minn kwalunkwe forma ta' fastidju jżid iċ-ċertezza tad-dritt tal-informaturi (potenzjali) u għalhekk jinkoraġġixxi u jiffaċilita l-iżvelar anke lill-midja meta jkun ġustifikat. F'dan ir-rigward, il-protezzjoni tal-informaturi bħala sorsi ġurnalistiċi hija kruċjali għas-salvagwardja tar-rwol ta' "għassies" tal-ġurnaliżmu investigattiv f'soċjetajiet demokratiċi. F'dan il-kuntest ukoll, il-ġurnalisti investigattivi li jużaw sorsi tal-informaturi jenħtieġ li jingħataw l-istess protezzjoni bħall-informaturi tagħhom. Barra minn hekk, l-informaturi u l-ġurnalisti huma spiss involuti f'kawżi infondati miġjuba kontrihom minn ditti legali involuti fil-malafama u l-estorsjoni sabiex ibeżżgħu lill-persuni li jirrapportaw u jġiegħluhom jirrikorru għal difiżi legali għaljin. Dawn il-prattiki jenħtieġ li jkunu kkundannati bis-saħħa u għalhekk jenħtieġ li jkunu koperti b'din id-Direttiva.

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Premessa 34.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Huwa f'idejn l-Istati Membri li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirċievu u jagħmlu segwitu xieraq tar-rapporti dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn jistgħu jkunu korpi regolatorji jew superviżorji fl-oqsma kkonċernati, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, entitajiet kontra l-korruzzjoni u ombudsmen. L-awtoritajiet magħżula bħala kompetenti għandu jkollhom il-kapaċitajiet u s-setgħat meħtieġa sabiex jivvalutaw il-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u sabiex jindirizzaw il-ksur irrapportat, inkluż billi jniedu investigazzjoni, prosekuzzjoni jew azzjoni għall-irkupru ta' fondi, jew azzjoni rimedjali xierqa oħra, skont il-mandat tagħhom.

(34)  Huwa f'idejn l-Istati Membri li jidentifikaw l-awtoritajiet li huma kompetenti sabiex jirċievu u jagħmlu segwitu xieraq tar-rapporti dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u li jkollhom l-ogħla grad possibbli ta' indipendenza u imparzjalità. Dawn jistgħu jkunu awtoritajiet ġudizzjarji, korpi regolatorji jew superviżorji fl-oqsma kkonċernati, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, entitajiet kontra l-korruzzjoni u ombudsmen. Jenħtieġ li l-awtoritajiet magħżula bħala kompetenti jkunu indipendenti u jenħtieġ li jkollhom il-kapaċitajiet u s-setgħat meħtieġa sabiex jivvalutaw b'mod imparzjali u oġġettiv il-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u sabiex jindirizzaw il-ksur irrapportat, inkluż billi jniedu investigazzjoni, prosekuzzjoni jew azzjoni għall-irkupru ta' fondi, jew azzjoni rimedjali xierqa oħra, skont il-mandat tagħhom. Il-persunal li jservi f'dawk il-korpi għandu jkun speċjalizzat u jkun irċieva taħriġ xieraq.

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Id-dritt tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi, bħall-abbuż tas-suq53, l-avjazzjoni ċivili54 jew is-sigurtà ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass55 offshore diġà jipprevedi l-istabbiliment ta' kanali ta' rapportar interni u esterni. Jenħtieġ li l-obbligi li jkunu stabbiliti tali kanali stipulati f'din id-Direttiva jibnu sa fejn hu possibbli fuq il-kanali eżistenti pprovduti minn atti tal-Unjoni speċifiċi.

(35)  Id-dritt tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi, bħall-abbuż tas-suq53, l-avjazzjoni ċivili54 jew is-sigurtà ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass55 offshore diġà jipprevedi l-istabbiliment ta' kanali ta' rapportar interni u esterni. Jenħtieġ li l-obbligi li jkunu stabbiliti tali kanali stipulati f'din id-Direttiva jibnu sa fejn hu possibbli fuq il-kanali eżistenti pprovduti minn atti tal-Unjoni speċifiċi. Fin-nuqqas ta' tali dispożizzjonijiet u fejn ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva huma aktar protettivi, huma dawn tal-aħħar li għandhom japplikaw.

__________________

__________________

53 Iċċitata iktar 'il fuq.

53 Iċċitata iktar 'il fuq.

54 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, ĠU L 122, p. 18.

54 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rappurtar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u (KE) Nru 1330/2007 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 18).

55 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE.

55 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 66).

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)  F'każijiet ta' korruzzjoni f'livelli għolja huma meħtieġa salvagwardji addizzjonali biex jiġi żgurat li l-persuni li jirrapportaw ma jinżammux, mill-persuni kkonċernati, milli jirċievu protezzjoni mill-persuni kkonċernati li informazzjoni li jkollhom fil-pussess tagħhom tkun se tinkriminahom.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35b)  Persuni li jirrapportaw li jkollhom fil-pussess tagħhom informazzjoni relatata ma' korruzzjoni f'livelli għolja jenħtieġ li jkollhom rikors għal korp ġudizzjarju li jkun indipendenti minn sezzjonijiet oħra tal-gvern li jkollu s-setgħat li jagħti protezzjoni effettiva lill-persuni li jirrapportaw u li jindirizza l-ksur li huma jesponu.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Għall-iskoperta u l-prevenzjoni effettivi ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni huwa essenzjali li l-informazzjoni rilevanti tasal malajr għand dawk l-eqreb lejn is-sors tal-problema, l-aktar li huma kapaċi jinvestigaw u bis-setgħat li jsolvuha, fejn huwa possibbli. Dan jeħtieġ li entitajiet legali fis-setturi privati u pubbliċi jistabbilixxu proċeduri interni xierqa sabiex jirċievu u jsegwu r-rapporti.

(37)  Għall-iskoperta u l-prevenzjoni effettivi ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni huwa essenzjali li l-informazzjoni rilevanti tasal malajr għand dawk l-eqreb lejn is-sors tal-problema, l-aktar li huma kapaċi jinvestigaw u bis-setgħat li jsolvuha, fejn huwa possibbli. Dan jirrikjedi li entitajiet legali fis-setturi privati u pubbliċi jistabbilixxu proċeduri interni xierqa u proporzjonati li huma regolati mill-prinċipji ta' indipendenza u imparzjalità sabiex jirċievu, janalizzaw u jagħtu segwitu għar-rapporti. Il-miżuri meħuda f'konformità ma' dawn il-proċeduri interni jenħtieġ li jipprovdu garanziji adegwati fir-rigward tal-kunfidenzjalità, il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Fil-każ tal-entitajiet legali fis-settur privat, l-obbligu li jkunu stabbiliti kanali interni huwa proporzjonat mad-daqs tagħhom u mal-livell ta' riskju li l-attivitajiet tagħhom jimponu fuq l-interess pubbliku. Jenħtieġ li dan japplika għall-entitajiet ta' daqs medju u kbir irrispettivament min-natura tal-attivitajiet tagħhom, skont l-obbligu tagħhom li jiġbru l-VAT. Bħala regola ġenerali jenħtieġ li intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi, kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003, kif emendata, ikunu eżentati mill-obbligu li jistabbilixxu kanali interni. Madankollu, wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li intrapriżi żgħar jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni f'każijiet speċifiċi (eż. minħabba r-riskji sinifikanti li jistgħu jirriżultaw mill-attivitajiet tagħhom).

(38)  Fil-każ tal-entitajiet legali fis-settur privat, l-obbligu li jkunu stabbiliti kanali interni huwa proporzjonat mad-daqs tagħhom u mal-livell ta' riskju li l-attivitajiet tagħhom jimponu fuq l-interess pubbliku. Jenħtieġ li dan japplika għall-entitajiet ta' daqs medju u kbir irrispettivament min-natura tal-attivitajiet tagħhom, skont l-obbligu tagħhom li jiġbru l-VAT. Madankollu, permezz ta' deroga, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi li jeżentaw entitajiet ta' daqs medju, kif definit fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003, kif emendat56, minn dak l-obbligu. Bħala regola ġenerali jenħtieġ li intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi, kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003, kif emendata, ikunu eżentati mill-obbligu li jistabbilixxu kanali interni. Madankollu, wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li intrapriżi żgħar jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni f'każijiet speċifiċi (eż. minħabba r-riskji sinifikanti li jistgħu jirriżultaw mill-attivitajiet tagħhom).

_________________

_________________

56 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

56 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Jenħtieġ li l-eżenzjoni ta' intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi mill-obbligu li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni ma tapplikax għall-intrapriżi privati attivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Jenħtieġ li dawn l-intrapriżi jibqgħu obbligati li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni, f'konformità mal-obbligi attwali stabbiliti mill-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(39)  Jenħtieġ li l-eżenzjoni ta' intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi mill-obbligu li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni ma tapplikax għall-intrapriżi privati attivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew b'rabta mill-qrib ma' dan il-qasam. Jenħtieġ li dawn l-intrapriżi jibqgħu obbligati li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni, f'konformità mal-obbligi attwali stabbiliti mill-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)  Waqt li l-intenzjoni ta' din id-Direttiva mhijiex li tirregola l-arranġamenti għal rapportar anonimu jew żvelar pubbliku anonimu, tali tipi ta' rapporti jistgħu jseħħu. Rapporti anonimi li jaslu permezz ta' kanali interni, għalhekk, jenħtieġ li jiġu segwiti b'mod diliġenti. Fir-rigward ta' rapporti anonimi magħmula bl-użu ta' kanali esterni, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jitħallew jinjoraw tali rapporti f'konformità mal-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, f'każijiet fejn tiġi żvelata l-identità tal-persuni li jirrapportaw, tali persuni jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal protezzjoni taħt din id-Direttiva.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Premessa 44b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44b)  Ġie pprovat li l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta hija essenzjali biex jiġi evitat li s-sitwazzjoni terġa' lura għal dik li kienet u li ssir awtoċensura. Id-dmir ta' kunfidenzjalità, għalhekk, jenħtieġ li jitneħħa f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-iżvelar ta' informazzjoni relatata mad-data personali tal-persuna li tirrapporta huwa obbligu meħtieġ u proporzjonat taħt il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċeduri ġudizzjarji sussegwenti jew biex jiġu ssalvagwardjati l-libertajiet ta' oħrajn, inkluż id-dritt ta' difiża tal-persuna kkonċernata, u f'kull każ, soġġett għal salvagwardji xierqa taħt dawn il-liġijiet. Jenħtieġ li jkunu previsti sanzjonijiet xierqa f'każ ta' ksur tad-dmir tal-kunfidenzjalità fir-rigward tal-identità tal-persuna li tirrapporta.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Premessa 44c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44c)  Huwa kruċjali li l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u ta' kwalunkwe persuna involuta tiġi żgurata sabiex il-proċess ta' rapportar jimxi kemm jista' jkun ħarir u mingħajr ebda xkiel, u sabiex tiġi evitata l-awtoċensura. Fil-fatt, l-importanza li d-data personali tiġi protetta hija stabbilita fil-liġi tal-Unjoni u fil-liġi nazzjonali, u tali data teħtieġ aktar protezzjoni f'każ ta' rapportar.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)  L-aktar persuni jew dipartimenti adattati f'entità legali privata li jintgħażlu bħala kompetenti li jirċievu u jsegwu r-rapporti jiddependu fuq l-istruttura tal-entità, iżda, fi kwalunkwe każ, il-funzjoni tagħhom jenħtieġ li tiżgura l-assenza ta' kunflitt ta' interess u indipendenza. F'entitajiet iżgħar, din il-funzjoni tista' tkun funzjoni doppja miżmuma minn uffiċjal tal-kumpanija li qiegħed f'pożizzjoni tajba sabiex jirrapporta direttament lill-kap organizzattiv, bħal kap uffiċjal tal-konformità jew uffiċjal tar-riżorsi umani, uffiċjal legali jew tal-privatezza, kap uffiċjal tal-finanzi, kap eżekuttiv tal-awditjar jew membru tal-bord.

(45)  L-aktar persuni jew dipartimenti adattati f'entità legali privata li jintgħażlu bħala kompetenti li jirċievu u jsegwu r-rapporti jiddependu fuq l-istruttura tal-entità, iżda, fi kwalunkwe każ, il-funzjoni tagħhom jenħtieġ li tiżgura l-assenza ta' kunflitt ta' interess, know-how xieraq u indipendenza. F'entitajiet iżgħar, din il-funzjoni tista' tkun funzjoni doppja miżmuma minn uffiċjal tal-kumpanija li qiegħed f'pożizzjoni tajba sabiex jirrapporta direttament lill-kap organizzattiv, bħal kap uffiċjal tal-konformità jew uffiċjal tar-riżorsi umani, uffiċjal legali jew tal-privatezza, kap uffiċjal tal-finanzi, kap eżekuttiv tal-awditjar jew membru tal-bord.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  Fil-kuntest ta' rapportar intern, il-kwalità u t-trasparenza tal-informazzjoni pprovduta fuq il-proċedura ta' segwitu għar-rapport hija kruċjali sabiex tibni l-fiduċja fl-effettività tas-sistema ġenerali tal-protezzjoni tal-informaturi u tnaqqas il-possibbiltà ta' aktar rapporti mhux meħtieġa jew żvelar pubbliku. Jenħtieġ li l-persuna li qed tirrapporta tkun informata fi żmien raġonevoli dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu għar-rapport (pereżempju, għeluq ibbażat fuq nuqqas ta' evidenza suffiċjenti jew fuq raġunijiet oħrajn, it-tnedija ta' inkjesta interna u possibbilment is-sejbiet tagħha u/jew miżuri meħudin għall-indirizzar tal-kwistjoni mqajma, riferiment lil awtorità kompetenti għal aktar investigazzjoni) sakemm tali informazzjoni ma tippreġudikax l-inkjesta jew l-investigazzjoni jew taffettwa d-drittijiet tal-persuna kkonċernata. Jenħtieġ li tali perjodu raġonevoli ma jaqbiżx it-tliet xhur b'kollox. Fejn is-segwitu adattat ikun għadu qed jiġi ddeterminat, jenħtieġ li l-persuna li tirrapporta tkun informata dwar dan u dwar kwalunkwe rispons ieħor li jenħtieġ li tistenna.

(46)  Fil-kuntest ta' rapportar intern, il-kwalità u t-trasparenza tal-informazzjoni pprovduta fuq il-proċedura ta' segwitu għar-rapport hija kruċjali sabiex tinbena fiduċja fl-effikaċja tas-sistema ġenerali tal-protezzjoni tal-informaturi u tnaqqas il-possibbiltà ta' aktar rapporti jew żvelar pubbliku mhux meħtieġa. Jenħtieġ li l-persuna li qed tirrapporta tkun informata fi żmien raġonevoli dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu għar-rapport (pereżempju, għeluq ibbażat fuq nuqqas ta' evidenza suffiċjenti jew fuq raġunijiet oħrajn, it-tnedija ta' inkjesta interna u possibbilment is-sejbiet tagħha u/jew miżuri meħudin għall-indirizzar tal-kwistjoni mqajma, riferiment lil awtorità kompetenti għal aktar investigazzjoni) sakemm tali informazzjoni ma tippreġudikax l-inkjesta jew l-investigazzjoni jew taffettwa d-drittijiet tal-persuna kkonċernata. Jenħtieġ li tali perjodu raġonevoli ma jaqbiżx l-erba' xhur b'kollox. Fejn is-segwitu adattat ikun għadu qed jiġi ddeterminat, jenħtieġ li l-persuna li tirrapporta tkun informata dwar dan u dwar kwalunkwe rispons ieħor li jenħtieġ li tistenna. Fil-każijiet kollha jenħtieġ li l-persuna li tirrapporta tkun informata bil-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni. Il-persuna jenħtieġ li tingħata l-opportunità li tiġi kkonsultata u li tagħmel kummenti, matul l-investigazzjonijiet, għalkemm mingħajr obbligu li tagħmel dan. Tali kummenti jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jitqiesu rilevanti mill-persuna jew dipartiment inkarigat mis-segwitu tar-rapporti.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a)  Ir-riċevituri ta' informazzjoni żvelata fuq il-post tax-xogħol jenħtieġ li jinkludu, inter alia: maniġers, superjuri jew rappreżentanti tal-organizzazzjoni; uffiċjali tar-riżorsi umani, l-uffiċjali tal-etika, il-kunsilli tax-xogħol jew korpi oħra inkarigati mill-medjazzjoni ta' kunflitti fuq il-post tax-xogħol, inklużi l-kunflitti ta' interess; korpi ta' superviżjoni finanzjarja interni fi ħdan l-organizzazzjoni; korpi dixxiplinarji fi ħdan l-organizzazzjoni.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Nuqqas ta' kunfidenza fl-utilità tar-rapportar huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiskoraġġixxi lill-informaturi potenzjali. Dan jiġġustifika l-impożizzjoni ta' obbligu ċar fuq l-awtoritajiet kompetenti sabiex isegwu b'mod diliġenti r-rapporti li jaslulhom u, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, jagħtu rispons lill-persuni li jirrapportaw dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu (pereżempju, għeluq ibbażat fuq nuqqas ta' evidenza suffiċjenti jew għal raġunijiet oħrajn, tnedija ta' investigazzjoni u possibbilment is-sejbiet tagħha u/jew miżuri meħudin għall-indirizzar tal-kwistjoni mqajma; riferiment lil awtorità kompetenti oħra sabiex tagħti segwitu) sa fejn tali informazzjoni ma tippreġudikax l-investigazzjoni jew id-drittijiet tal-persuni kkonċernati.

(49)  Flimkien mal-biża' reali u raġonevoli ħafna ta' ritaljazzjoni, in-nuqqas ta' fiduċja fl-effikaċja tar-rapportar huwa wieħed mill-fatturi ewlenin li jiskoraġġixxi lill-informaturi potenzjali. Dan jiġġustifika l-impożizzjoni ta' obbligu ċar fuq l-awtoritajiet kompetenti sabiex isegwu b'mod diliġenti r-rapporti li jaslulhom u, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, jagħtu rispons lill-persuni li jirrapportaw dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu (pereżempju, għeluq ibbażat fuq nuqqas ta' evidenza suffiċjenti jew għal raġunijiet oħrajn, tnedija ta' investigazzjoni u possibbilment is-sejbiet tagħha u/jew miżuri meħudin għall-indirizzar tal-kwistjoni mqajma; riferiment lil awtorità kompetenti oħra sabiex tagħti segwitu) sa fejn tali informazzjoni ma tippreġudikax l-investigazzjoni jew id-drittijiet tal-persuni kkonċernati.

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)  Jentieġ li s-segwitu u r-rispons isiru fi żmien raġonevoli; dan huwa ġġustifikat minħabba l-ħtieġa li l-problema li tista' tkun is-suġġett tar-rapport tiġi indirizzata malajr, kif ukoll sabiex ikun evitat żvelar pubbliku mhux meħtieġ. Jenħtieġ li tali perjodu ta' żmien ma jaqbiżx it-tliet xhur, iżda jista' jkun estiż għal sitt xhur, fejn ikun meħtieġ minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, b'mod partikolari n-natura u l-kumplessità tas-suġġett tar-rapport, li jista' jkun jeħtieġ investigazzjoni fit-tul.

(50)  Jenħtieġ li s-segwitu u r-rispons isiru fi żmien raġonevoli; dan huwa ġġustifikat minħabba l-ħtieġa li l-problema li tista' tkun is-suġġett tar-rapport tiġi indirizzata malajr, kif ukoll sabiex ikun evitat żvelar pubbliku mhux meħtieġ. Jenħtieġ li tali perjodu ta' żmien ma jaqbiżx ix-xahrejn, iżda jista' jkun estiż għal erba' xhur, fejn ikun meħtieġ minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ, b'mod partikolari n-natura u l-kumplessità tas-suġġett tar-rapport, li jista' jkun li jitlob investigazzjoni fit-tul.

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)  Sabiex ikun hemm komunikazzjoni effettiva mal-persunal dedikat tagħhom, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom stabbiliti u jużaw kanali speċifiċi, separati mis-sistemi tal-ilmenti pubbliċi normali tagħhom, li jenħtieġ li jkunu faċli għall-utent u jippermettu rapportar bil-miktub u bil-fomm, kif ukoll elettroniku u mhux elettroniku.

(52)  Sabiex ikun hemm komunikazzjoni effettiva mal-persunal dedikat tagħhom, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom stabbiliti u jużaw kanali speċifiċi, separati mis-sistemi tal-ilmenti pubbliċi normali tagħhom, li jenħtieġ li jkunu faċli għall-utent, kunfidenzjali u jippermettu rapportar bil-miktub u bil-fomm, kif ukoll elettroniku u mhux elettroniku.

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Biex jiġu ttrattati r-rapporti u biex tiġi żgurata komunikazzjoni mal-persuna li qiegħda tirrapporta, kif ukoll biex isir segwitu xieraq tar-rapport, ikunu meħtieġa membri tal-persunal dedikat tal-awtoritajiet kompetenti, li jkunu mħarrġa b'mod professjonali, inkluż fir-regoli applikabbli għall-protezzjoni tad-data.

(53)  Membri dedikati tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, li jkunu mħarrġa b'mod professjonali u fuq bażi regolari, inkluż fir-regoli applikabbli għall-protezzjoni tad-data, jenħtieġ li jkunu neċessarji biex jirċievu u jittrattaw rapporti u jiżguraw komunikazzjoni mal-persuna li qiegħda tirrapporta, biex jagħmlu segwitu għar-rapport b'mod xieraq, kif ukoll biex jipprovdu informazzjoni u pariri lil kwalunkwe persuna interessata.

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)  Jenħtieġ li persuni li beħsiebhom jirrapportaw ikunu kapaċi jagħmlu deċiżjoni informata dwar jekk, kif u meta jirrapportaw. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti għalhekk jiżvelaw pubblikament u jagħmlu faċilment aċċessibbli informazzjoni dwar il-kanali ta' rapportar disponibbli mal-awtoritajiet kompetenti, dwar il-proċeduri applikabbli u dwar il-membri tal-persunal dedikat fi ħdan dawn l-awtoritajiet. Jenħtieġ li l-informazzjoni kollha rigward ir-rapporti tkun trasparenti, tinftiehem faċilment u affidabbli sabiex tħeġġeġ u mhux tiskoraġġixxi r-rapportar.

(54)  Jenħtieġ li persuni li beħsiebhom jirrapportaw ikunu kapaċi jieħdu deċiżjoni informata dwar jekk, kif u meta jirrapportaw. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti għalhekk jiżvelaw pubblikament u jagħmlu faċilment aċċessibbli informazzjoni dwar il-kanali ta' rapportar disponibbli, f'każijiet fejn ir-rapportar estern huwa possibbli, mal-awtoritajiet kompetenti, dwar il-proċeduri applikabbli u dwar il-membri tal-persunal dedikat fi ħdan dawn l-awtoritajiet. Jenħtieġ li l-informazzjoni kollha rigward ir-rapporti tkun trasparenti, tinftiehem faċilment u affidabbli sabiex tħeġġeġ u mhux tiskoraġġixxi r-rapportar.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jżommu r-rekords xierqa kollha ta' rapporti ta' ksur u li kull rapport jista' jiġi rkuprat fl-awtorità kompetenti u li l-informazzjoni mwassla permezz ta' rapporti tista' tintuża bħala evidenza f'azzjonijiet ta' infurzar fejn xieraq.

(57)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jżommu r-rekords xierqa kollha ta' rapporti ta' ksur u li kull rapport jista' jiġi rkuprat fl-awtorità kompetenti u li l-informazzjoni mwassla permezz ta' rapporti tista' tintuża bħala evidenza f'azzjonijiet ta' infurzar fejn xieraq, filwaqt li tiġi protetta l-identità u l-privatezza tal-persuna li tirrapporta, fejn possibbli, u, fejn rilevanti, issir disponibbli lil Stati Membri oħra jew lill-awtoritajiet tal-Unjoni, filwaqt li tiġi rispettata, fejn possibbli, il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta. Jibqa' fir-responsabbiltà kemm tal-awtoritajiet trażmittenti u dawk riċevituri li jiżguraw il-protezzjoni sħiħa tal-identità tal-persuna li tirrapporta u li jiżguraw, fejn possibbli, il-privatezza tagħha.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)  Il-protezzjoni tad-data personali tal-persuna li tirrapporta u ta' dik ikkonċernata hija kruċjali sabiex jiġi evitat trattament inġust jew danni għar-reputazzjoni minħabba l-iżvelar ta' data personali, partikolarment data li tikxef l-identità ta' persuna kkonċernata. Għalhekk, f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ukoll "GDPR"), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri ta' protezzjoni tad-data adegwati speċifikament immirati għall-protezzjoni tal-persuna li qed tirrapporta, il-persuna kkonċernata u kwalunkwe terza persuna msemmija fir-rapport li għandha tinkludi sistema sikura fi ħdan l-awtorità kompetenti bi drittijiet ta' aċċess ristretti għall-persunal awtorizzat biss.

(58)  Il-protezzjoni tad-data personali tal-persuna li tirrapporta u ta' dik ikkonċernata, kif ukoll il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, huma kruċjali sabiex jiġi evitat trattament inġust, kwalunkwe fastidju jew intimidazzjoni, jew ħsara għar-reputazzjoni minħabba l-iżvelar ta' data personali, partikolarment data li tikxef l-identità ta' persuna kkonċernata. Għalhekk, f'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ukoll "GDPR"), l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu proċeduri ta' protezzjoni tad-data adegwati speċifikament immirati għall-protezzjoni tal-persuna li qed tirrapporta, il-persuna kkonċernata u kwalunkwe terza persuna msemmija fir-rapport li għandha tinkludi sistema sikura fi ħdan l-awtorità kompetenti bi drittijiet ta' aċċess ristretti għall-persunal awtorizzat biss.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)  Sabiex igawdu mill-protezzjoni, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw jemmnu b'mod raġonevoli, fid-dawl taċ-ċirkustanzi u l-informazzjoni disponibbli għalihom fil-ħin tar-rapportar, li l-kwistjonijiet irraportati minnhom huma veri. Jenħtieġ li dan it-twemmin raġonevoli jkun preżunt diment u sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor. Din hija salvagwardja essenzjali kontra rapporti malizzjużi jew frivoli jew abbużivi, li tiżgura li dawk li jirrapportaw informazzjoni ħażina jew qarrieqa apposta u konxjament ma jgawdux minn protezzjoni. Fl-istess waqt, din tiżgura li l-protezzjoni ma tintilifx meta l-persuna li tirrapporta tkun għamlet rapport mhux preċiż bi żball onest. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu intitolati għal protezzjoni skont din id-Direttiva jekk kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li l-informazzjoni rrapportata taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(60)  Il-persuni li jirrapportaw jenħtieġ li jgawdu l-protezzjoni ta' din id-Direttiva sew jekk iduru lejn mezzi ta' rapportar interni jew esterni jew jekk jużaw it-tnejn li huma, u mingħajr kundizzjonijiet speċjali jew ordni ta' preferenza. Il-persuni li jirrapportaw u li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal żvelar pubbliku jenħtieġ li jgawdu protezzjoni taħt din id-Direttiva bl-istess mod. Tali protezzjoni jenħtieġ li tapplika matul il-proċedura ta' rapportar kollha, inkluż wara li l-proċedura tkun ġiet konkluża, sakemm ma jkunx jista' jintwera li ma hemm l-ebda theddida ta' ritaljazzjoni. Sabiex igawdu mill-protezzjoni, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw jaġixxu in bona fide fis-sens li jenħtieġ li jemmnu b'mod raġonevoli, fid-dawl taċ-ċirkustanzi u l-informazzjoni disponibbli għalihom fil-ħin tar-rapportar, li l-kwistjonijiet irraportati minnhom huma veri. Jenħtieġ li dan it-twemmin raġonevoli jkun preżunt diment u sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor. Din hija salvagwardja essenzjali kontra rapporti malizzjużi jew frivoli jew abbużivi, li tiżgura li dawk li jirrapportaw informazzjoni ħażina jew qarrieqa apposta u konxjament ma jgawdux minn protezzjoni u jistgħu tassew jinżammu responsabbli taħt il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri. Fl-istess waqt, din tiżgura li l-protezzjoni ma tintilifx meta l-persuna li tirrapporta tkun għamlet rapport mhux preċiż bi żball onest. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu intitolati għal protezzjoni skont din id-Direttiva jekk kellhom raġunijiet ġustifikati biex jemmnu li l-informazzjoni rrapportata taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61)  Ir-rekwiżit ta' użu b'diversi livelli ta' kanali ta' rapportar, bħala regola ġenerali, huwa meħtieġ sabiex ikun żgurat li l-informazzjoni tasal għand il-persuni li jistgħu jikkontribwixxu għas-soluzzjoni bikrija u effettiva ta' riskji għall-interess pubbliku kif ukoll sabiex tkun evitata ħsara reputazzjonali mhux ġustifikata minn żvelar pubbliku. Fl-istess waqt, huma meħtieġa xi eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu, biex il-persuna li tirrapporta tkun tista' tagħżel l-aktar kanal xieraq skont iċ-ċirkustanzi individwali tal-każ. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun protett żvelar pubbliku bil-kunsiderazzjoni ta' prinċipji demokratiċi bħat-trasparenza u r-responsabbiltà, u ta' drittijiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja, filwaqt li jiġu bbilanċjati l-interess tal-impjegaturi sabiex jimmaniġġjaw l-organizzazzjonijiet tagħhom u jipproteġu l-interessi tagħhom mal-interess tal-pubbliku li jkun protett mill-ħsara, f'konformità mal-kriterji żviluppati fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem57.

(61)  Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-kanali ta' rapportar kollha, interni u esterni, ikunu miftuħa għall-persuna li tirrapporta u li l-persuna li tirrapporta tkun libera li tagħżel l-aktar kanal xieraq skont iċ-ċirkostanzi individwali tal-każ, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni tasal għand il-persuni jew l-entitajiet li jistgħu jikkontribwixxu għas-soluzzjoni bikrija u effettiva ta' riskji għall-interess pubbliku. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun protett żvelar pubbliku bil-kunsiderazzjoni ta' prinċipji demokratiċi bħat-trasparenza u r-responsabbiltà, u ta' drittijiet fundamentali bħal-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-midja u d-dritt għall-informazzjoni, filwaqt li jiġi bbilanċjat l-interess leġittimu tal-impjegaturi sabiex jimmaniġġjaw l-organizzazzjonijiet tagħhom u jipproteġu r-reputazzjoni u l-interessi tagħhom mal-interess tal-pubbliku li jkun protett mill-ħsara, f'konformità mal-kriterji żviluppati fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem57.

__________________

__________________

57 Wieħed mill-kriterji għad-determinazzjoni ta' jekk ir-ritaljazzjoni kontra informaturi li jagħmlu żvelar pubbliku tinterferix mal-libertà tal-espressjoni b'mod li mhuwiex meħtieġ f'soċjetà demokratika, huwa jekk il-persuni li żvelaw informazzjoni kellhomx kanali alternattivi disponibbli sabiex jagħmlu l-iżvelar. ara, pereżempju, Guja vs Moldova [GC], Nru 14277/04, QEDB 2008.

57 Wieħed mill-kriterji għad-determinazzjoni ta' jekk ir-ritaljazzjoni kontra informaturi li jagħmlu żvelar pubbliku tinterferix mal-libertà tal-espressjoni b'mod li mhuwiex meħtieġ f'soċjetà demokratika, huwa jekk il-persuni li żvelaw informazzjoni kellhomx kanali alternattivi disponibbli sabiex jagħmlu l-iżvelar. ara, pereżempju, Guja vs Moldova [GC], Nru 14277/04, QEDB 2008.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Bħala regola ġenerali, il-persuni li jirrapportaw jentħieġ li l-ewwel jużaw il-kanali interni disponibbli għalihom u jirrapportaw lill-impjegatur. Madankollu, jista' jkun il-każ li ma jeżistux kanali interni (fil-każ ta' entitajiet li mhumiex obbligati li jistabbilixxu tali kanali bis-saħħa ta' din id-Direttiva jew ta' liġi nazzjonali applikabbli) jew li l-użu tagħhom mhuwiex obbligatorju (li jista' jkun il-każ ta' persuni li mhumiex f'relazzjoni ta' impjieg), jew li ntużaw iżda ma ffunzjonawx kif suppost (pereżempju r-rapport ma kienx trattat b'mod diliġenti jew fi żmien raġonevoli, jew ma ttieħdet l-ebda azzjoni sabiex jiġi indirizzat il-ksur tal-liġi minkejja r-riżultati pożittivi tal-inkjesta).

(62)  Bħala regola ġenerali, il-persuni li jirrapportaw jenħtieġ li l-ewwel jużaw il-kanali interni jew esterni disponibbli għalihom u jirrapportaw lill-impjegatur u/jew lill-awtorità kompetenti. Barra minn hekk, trid tingħata wkoll protezzjoni f'każijiet fejn il-liġi tal-Unjoni tippermetti lill-persuna li qed tirrapporta tirrapporta direttament lill-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, pereżempju fil-kuntest ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni, il-prevenzjoni u l-iskoperta ta' ħasil tal-flus u finanzjament ta' terroristi jew fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63)  F'każijiet oħrajn, il-kanali interni mhumiex raġonevolment mistennija li jiffunzjonaw kif suppost, pereżempju, fejn il-persuni li jirrapportaw għandhom raġunijiet validi sabiex jemmnu li se jsofru ritaljazzjoni b'rabta mar-rapportar; li l-kunfidenzjalità tagħhom mhux se tkun protetta; li d-detentur tar-responsabbiltà aħħari fil-kuntest relatat max-xogħol huwa involut fil-ksur; li l-ksur jista' jkun mgħotti; li l-evidenza tista' tkun mgħottija jew meqruda; li l-effettività ta' azzjonijiet investigattivi minn awtoritajiet kompetenti tista' tkun ipperikolata jew li teħtieġ azzjoni urġenti (pereżempju minħabba riskju imminenti ta' periklu sostanzjali u speċifiku għall-ħajja, is-saħħa u s-sigurtà ta' persuni, jew għall-ambjent. F'dawn il-każijiet kollha l-persuni li jirrapportaw esternament lill-awtoritajiet kompetenti u, fejn rilevanti, lill-korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti. Barra minn hekk, tingħata wkoll il-protezzjoni f'każijiet fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tippermetti lill-persuna li qed tirrapporta sabiex tirrapporta direttament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew lill-entitajiet, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji tal-Unjoni, pereżempju fil-kuntest ta' frodi kontra l-baġit tal-Unjoni, il-prevenzjoni u l-iskoperta ta' ħasil ta' flus u finanzjament tat-terroriżmu jew fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.

imħassar

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64)  Jenħtieġ li persuni li jwettqu żvelar pubbliku direttament jikkwalifikaw ukoll għal protezzjoni f'każijiet fejn ksur jibqa' mhux indirizzat (pereżempju, ma kienx ivvalutat jew investigat kif suppost jew ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju) minkejja li kien irrapportat internament u/jew esternament wara użu f'diversi livelli ta' kanali disponibbli; jew f'każijiet fejn il-persuni li qed jirrapportaw għandhom raġunijiet validi biex jemmnu li hemm kollużjoni bejn l-awtur tal-ksur u l-awtoritajiet kompetenti hija suspettata b'mod raġonevoli, li evidenza tista' tkun mgħottija jew meqruda, jew li l-effettività ta' azzjonijiet investigattivi mill-awtoritajiet kompetenti tista' tkun ipperikolata; jew f'każijiet ta' periklu imminenti u ċar għall-interess pubbliku, jew fejn ikun hemm riskju ta' ħsara irriversibbli, inkluż, fost l-oħrajn, ħsara lill-inkolumità fiżika.

(64)  Jenħtieġ li persuni li jwettqu żvelar pubbliku direttament jikkwalifikaw ukoll għal protezzjoni f'każijiet fejn ksur jibqa' mhux indirizzat (pereżempju, ma kienx ivvalutat jew investigat kif suppost jew ma ttieħdet l-ebda azzjoni ta' rimedju) minkejja li kien irrapportat internament jew esternament jew biż-żewġ modi; jew f'każijiet fejn il-persuni li qed jirrapportaw għandhom motivazzjonijiet raġonevoli biex jemmnu li hemm kollużjoni bejn l-awtur tal-ksur u l-awtoritajiet kompetenti, jew li l-awtoritajiet esterni rilevanti pparteċipaw direttament jew indirettament fl-imġiba ħażina allegata, li evidenza tista' tkun mgħottija jew meqruda, jew li l-effikaċja ta' azzjonijiet investigattivi mill-awtoritajiet kompetenti tista' tkun ipperikolata; jew f'każijiet ta' periklu jew ħsara imminenti u ċari għall-interess pubbliku, jew fejn ikun hemm riskju ta' ħsara irriversibbli, inkluż, fost l-oħrajn, ħsara lill-integrità fiżika jew fejn hemm sitwazzjoni ta' urġenza.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Premessa 64a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(64a)  Il-protezzjoni tal-informaturi tgħin il-prevenzjoni u r-rimedju ta' atti ta' ħsara għall-interess pubbliku. Filwaqt li huwa importanti li tiġi definita sistema koerenti u robusta għar-rapportar tal-ksur taħt din id-Direttiva, is-sistema jenħtieġ li fundamentalment tkun ibbażata fuq ir-rilevanza u l-utilità tal-informazzjoni rrapportata lill-organizzazzjoni kkonċernata, l-awtoritajiet kompetenti jew il-pubbliku. Għalhekk, huwa importanti ħafna li jiġi żgurat li l-protezzjoni prevista f'din id-Direttiva tingħata lil kwalunkwe persuna li tirrapporta jew li tiżvela fatti pubblikament kif definit f'din id-Direttiva, u li l-ebda argument ma jista' jintuża biex lilha tiġi miċħuda tali protezzjoni.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)  Jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu protetti kontra kull forma ta' ritaljazzjoni, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, meħuda mill-impjegatur tagħhom jew klijent/riċevitur ta' servizzi u minn persuni li jaħdmu għal jew jaġixxu f'isem dawn tal-aħħar, inklużi kollegi u maniġers fl-istess organizzazzjoni jew f'organizzazzjonijiet oħrajn li magħhom hija f'kuntatt il-persuna li qed tirrapporta fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu/tagħha relatati max-xogħol, fejn ir-ritaljazzjoni hija rakkomandata jew ittollerata mill-persuna kkonċernata. Jenħtieġ li l-protezzjoni tkun ipprovduta kontra miżuri ta' ritaljazzjoni meħudin fil-konfornt tal-persuna li qed tirrapporta stess iżda wkoll dawk li jistgħu jittieħdu fil-konfront tal-entità legali li tirrappreżenta, bħal ċaħda tal-provvista ta' servizzi, tniżżil f'lista sewda jew ibbojkottjar tan-negozju. Ir-ritaljazzjoni indiretta tinkludi wkoll azzjonijiet meħudin kontra qraba tal-persuna li qed tirrapporta li wkoll għandhom konnessjoni ta' xogħol mal-impjegatur ta' din tal-aħħar jew klijent/reċipjent ta' servizzi u rappreżentanti tal-ħaddiema li pprovdew appoġġ lill-persuna li qed tirrapporta.

(65)  Jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu protetti kontra kull forma ta' ritaljazzjoni, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, meħuda mill-impjegatur tagħhom jew klijent/riċevitur ta' servizzi u minn persuni li jaħdmu għal jew jaġixxu f'isem dawn tal-aħħar, inklużi kollegi u maniġers fl-istess organizzazzjoni jew f'organizzazzjonijiet oħrajn li magħhom hija f'kuntatt il-persuna li qed tirrapporta fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha relatati max-xogħol, fejn ir-ritaljazzjoni hija rakkomandata jew ittollerata mill-persuna kkonċernata. Jenħtieġ li l-protezzjoni tkun ipprovduta kontra miżuri ta' ritaljazzjoni meħudin fil-konfront tal-persuna li qed tirrapporta stess iżda wkoll dawk li jistgħu jittieħdu fil-konfront tal-entità legali li tirrappreżenta, bħal ċaħda tal-provvista ta' servizzi, tniżżil f'lista sewda jew ibbojkottjar tan-negozju. Ir-ritaljazzjoni indiretta tinkludi wkoll azzjonijiet meħudin kontra faċilitaturi jew qraba tal-persuna li qed tirrapporta li wkoll għandhom konnessjoni ta' xogħol mal-impjegatur ta' din tal-aħħar jew klijent/riċevitur ta' servizzi u rappreżentanti tal-ħaddiema li pprovdew appoġġ lill-persuna li qed tirrapporta.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66)  Fejn isseħħ ritaljazzjoni mingħajr xkiel u mingħajr kastigi, din tnaffar lill-informaturi potenzjali. Il-projbizzjoni ċara tar-ritaljazzjoni fil-liġi għandha effett dissważiv importanti, imsaħħaħ aktar b'dispożizzjonijiet għar-responsabbiltà personali u għal pieni għall-awturi tar-ritaljazzjoni.

(66)  Fejn isseħħ ritaljazzjoni mingħajr xkiel u mingħajr kastigi, din tnaffar lill-informaturi potenzjali. Il-projbizzjoni ċara tar-ritaljazzjoni fil-liġi għandha effett dissważiv importanti, u jenħtieġ li tissaħħaħ b'dispożizzjonijiet li jipprevedu r-responsabbiltà personali u pieni għall-awturi tar-ritaljazzjoni u għal dawk f'pożizzjonijiet fil-maniġment li jiffaċilitaw jew jinjoraw tali ritaljazzjoni.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)  L-informaturi potenzjali li mhumiex ċerti dwar kif se jirrapportaw jew jekk hux se jkunu protetti finalment jistgħu jkunu skoraġġuti milli jirrapportaw. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tingħata b'mod li jinftiehem mill-utent u tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li jkunu disponibbli pariri individwali, imparzjali u kunfidenzjali, mingħajr ħlas, dwar, pereżempju, jekk l-informazzjoni inkwistjoni hijiex koperta mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-informaturi, liema kanal ta' rapportar jista' jkun l-aħjar li jintuża u liema proċeduri alternattivi huma disponibbli f'każ li l-informazzjoni mhijiex koperta mir-regoli applikabbli ("signposting"). Aċċess għal tali parir jista' jgħin sabiex jiżgura li r-rapporti jsiru permezz tal-kanali xierqa, b'mod responsabbli u li l-ksur u n-nuqqasijiet ikunu skoperti malajr jew saħansitra evitati.

(67)  L-informaturi potenzjali li mhumiex ċerti dwar kif se jirrapportaw jew jekk hux se jkunu protetti finalment jistgħu jkunu skoraġġuti milli jirrapportaw. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tingħata b'mod faċilment komprensibbli u aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li jkunu disponibbli pariri individwali, imparzjali u kunfidenzjali, mingħajr ħlas, dwar, pereżempju, jekk l-informazzjoni inkwistjoni hijiex koperta mir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tal-informaturi, liema kanal ta' rapportar jista' jkun l-aħjar li jintuża u liema proċeduri alternattivi huma disponibbli f'każ li l-informazzjoni mhijiex koperta mir-regoli applikabbli ("signposting"). Aċċess għal tali parir, b'mod partikolari permezz tal-awtoritajiet kompetenti, jista' jgħin sabiex jiżgura li r-rapporti jsiru permezz tal-kanali xierqa, b'mod responsabbli u li l-ksur u n-nuqqasijiet ikunu skoperti malajr jew saħansitra evitati.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Premessa 67a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(67a)  Fl-Istati Membri li jipprevedu protezzjoni estensiva tal-persuni li jirrapportaw, hemm diversità ta' mekkaniżmi stabbiliti biex jakkumpanjaw u jappoġġjaw lill-persuni li jirrapportaw. Abbażi tal-aħjar prattiki eżistenti u ċ-ċirkustanzi li jvarjaw fl-Istati Membri, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħataw pariri individwali u informazzjoni preċiża minn awtorità indipendenti unika u identifikata b'mod ċar jew minn ċentru ta' informazzjoni stabbilit mill-Istat Membru sakemm jiġu pprovduti garanziji suffiċjenti. Dak il-parir jew dik l-informazzjoni għandhom jingħataw lil kwalunkwe persuna li titlob dan. L-informazzjoni jew il-parir jistgħu jikkonċernaw kwistjonijiet bħal miżuri ta' protezzjoni, l-adegwatezza tal-kanali ta' rapportar jew il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)  Jenħtieġ li ma jkunx possibbli li jiġu rrinunzjati d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti minn din id-Direttiva b'mezzi kuntrattwali. Ma jistax ikun hemm dipendenza fuq l-obbligi legali jew kuntrattwali tal-individwi, bħal klawżoli ta' lealtà f'kuntratti jew ftehimiet ta' kunfidenzjalità/segretezza, sabiex jipprekludu lill-individwi milli jirrapportaw, biex tiġi miċħuda l-protezzjoni jew sabiex jiġu ppenalizzati talli għamlu hekk. Fl-istess waqt, jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-protezzjoni ta' privileġġ legali jew professjonali ieħor kif previst skont il-liġi nazzjonali.

(69)  Jenħtieġ li ma jkunx possibbli li jiġu rrinunzjati d-drittijiet u l-obbligi stabbiliti minn din id-Direttiva b'mezzi kuntrattwali. Ma jistax ikun hemm dipendenza fuq l-obbligi legali jew kuntrattwali tal-individwi, bħal klawżoli ta' lealtà f'kuntratti jew ftehimiet ta' kunfidenzjalità/segretezza, sabiex jipprekludu lill-individwi milli jirrapportaw, biex tiġi miċħuda l-protezzjoni jew sabiex jiġu ppenalizzati talli għamlu hekk. Fl-istess waqt, jenħtieġ li din id-Direttiva ma taffettwax il-protezzjoni ta' privileġġ legali jew professjonali ieħor, bħas-segretezza medika u l-privileġġ bejn il-klijent u l-avukat, kif previst skont il-liġi nazzjonali, jew tal-kunfidenzjalità meħtieġa għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali fejn prevista taħt il-liġi nazzjonali.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70)  Hemm probabbiltà kbira li l-miżuri ta' ritaljazzjoni jkunu ppreżentati bħala ġġustifikati minħabba raġunijiet oħrajn li mhumiex ir-rapportar u jista' jkun diffiċli ħafna għall-persuni li jirrapportaw li jagħtu prova tar-rabta bejn it-tnejn, filwaqt li l-awturi tar-ritaljazzjoni jista' jkollhom setgħa u riżorsi akbar sabiex jiddokumentaw l-azzjoni meħuda u r-raġunament. Għalhekk, ladarba l-persuna li qed tirrapporta turi prima facie li hi għamlet rapport jew żvelar f'konformità ma' din id-Direttiva u sofriet detriment, jenħtieġ li l-oneru tal-provi jgħaddi fuq il-persuna li għamlet l-azzjoni detrimentali, li mbagħad jenħtieġ li turi li l-azzjoni meħuda ma kienet marbuta bl-ebda mod mar-rapportar jew l-iżvelar.

(70)  Hemm probabbiltà kbira li l-miżuri ta' ritaljazzjoni jkunu ppreżentati bħala ġġustifikati minħabba raġunijiet oħrajn li mhumiex ir-rapportar jew l-iżvelar pubbliku u jista' jkun diffiċli ħafna għall-persuni li jirrapportaw li jagħtu prova tar-rabta bejn it-tnejn, filwaqt li l-awturi tar-ritaljazzjoni jista' jkollhom setgħa u riżorsi akbar sabiex jiddokumentaw l-azzjoni meħuda u r-raġunament. Għalhekk, ladarba l-persuna li qed tirrapporta turi prima facie li hi għamlet rapport jew żvelar f'konformità ma' din id-Direttiva u sofriet detriment, jenħtieġ li l-oneru tal-provi jgħaddi fuq il-persuna li għamlet l-azzjoni detrimentali, li mbagħad jenħtieġ li turi li l-azzjoni meħuda ma kienet marbuta bl-ebda mod mar-rapportar jew l-iżvelar.

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Lil hinn minn projbizzjoni espliċita ta' ritaljazzjoni prevista fil-liġi, huwa kruċjali li l-persuni li jirrapportaw li jsofru ritaljazzjoni jkollhom aċċess għal rimedji legali. Ir-rimedju xieraq f'kull każ se jkun iddeterminat mit-tip ta' ritaljazzjoni sofruta. Jista' jieħu l-forma ta' azzjonijiet għal reintegrazzjoni (pereżempju, fil-każ ta' tkeċċija, trasferiment jew dimozzjoni, jew ta' sospensjoni minn taħriġ jew promozzjoni) jew għall-għoti lura ta' permess, liċenzja jew kuntratt ikkanċellati; kumpens għal telf finanzjarju attwali u futur (għal telf ta' pagi fil-passat, iżda anke għal telf ta' dħul futur, spejjeż marbutin ma' bidla fl-impjieg); kumpens għal ħsara ekonomika oħra bħal spejjeż legali u spejjeż ta' trattament mediku, u għal ħsara intanġibbli (uġigħ u tbatija).

(71)  Lil hinn minn projbizzjoni espliċita ta' ritaljazzjoni prevista fil-liġi, huwa kruċjali li l-persuni li jirrapportaw li jsofru ritaljazzjoni jkollhom aċċess għal rimedji legali u kumpens. Ir-rimedju xieraq f'kull każ se jkun iddeterminat mit-tip ta' ritaljazzjoni mġarrba, u l-ħsara mġarrba jenħtieġ li jiġi kkumpensat bis-sħiħ. Jista' jieħu l-forma ta' azzjonijiet għal reintegrazzjoni (pereżempju, fil-każ ta' tkeċċija, trasferiment jew dimozzjoni, jew ta' sospensjoni minn taħriġ jew promozzjoni) jew għall-għoti lura ta' permess, liċenzja jew kuntratt ikkanċellati; kumpens għal telf finanzjarju attwali u futur (għal telf ta' pagi fil-passat, iżda anke għal telf ta' dħul futur, spejjeż marbutin ma' bidla fl-impjieg); kumpens għal ħsara ekonomika oħra bħal spejjeż legali u spejjeż ta' trattament mediku u psikoloġiku, u għal ħsara intanġibbli (uġigħ u tbatija).

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72)  It-tipi ta' azzjoni legali jistgħu jvarjaw bejn is-sistemi legali iżda jenħtieġ li dawn jiżguraw rimedju sħiħ u effettiv kemm jista' jkun. Jenħtieġ li r-rimedji ma jiskoraġġixxux informaturi futuri potenzjali. Pereżempju, il-possibbiltà għal kumpens bħala alternattiva għal reintegrazzjoni f'każ ta' tkeċċija tista' twassal għal prattika sistematika b'mod partikolari minn organizzazzjonijiet akbar, li għalhekk ikollha effett dissważiv fuq informaturi futuri.

(72)  It-tipi ta' azzjoni legali jistgħu jvarjaw bejn is-sistemi legali iżda jenħtieġ li dawn jiżguraw kumpens sħiħ għall-ħsara mġarrba.

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73)  Ta' importanza partikolari għal persuni li jirrapportaw huma r-rimedji interim sakemm jiġu solvuti l-kawżi legali li jistgħu jieħdu ħafna żmien. Jistgħu jkunu meħtieġa b'mod partikolari eżenzjonijiet provviżorji sabiex iwaqqfu theddid, attentati jew atti kontinwi ta' ritaljazzjoni, bħal fastidju fuq il-post tax-xogħol, jew sabiex ikunu evitati forom ta' ritaljazzjoni bħal tkeċċija, li jistgħu jkunu diffiċli li jitreġġgħu lura wara li jgħaddu perjodi twal ta' żmien u li jistgħu jirrovinaw lill-individwu finanzjarjament perspettiva li tista' serjament tiskoraġġixxi informaturi potenzjali.

(73)  Ta' importanza partikolari għal persuni li jirrapportaw huma r-rimedji interim sakemm jiġu solvuti l-kawżi legali li jistgħu jieħdu ħafna żmien. Jistgħu jkunu meħtieġa b'mod partikolari eżenzjonijiet provviżorji sabiex iwaqqfu theddid, tentattivi jew atti kontinwi ta' ritaljazzjoni, bħal fastidju barra mill-post tax-xogħol u fuq il-post tax-xogħol, jew għall-prevenzjoni ta' forom ta' ritaljazzjoni bħall-abbuż verbali jew il-vjolenza fiżika, jew it-tkeċċija, li jistgħu jkunu diffiċli li jitreġġgħu lura wara li jgħaddu perjodi twal ta' żmien u li jistgħu jirrovinaw lill-individwu finanzjarjament perspettiva li tista' serjament tiskoraġġixxi lill-informaturi potenzjali.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Premessa 74

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(74)  L-azzjonijiet meħuda kontra persuni li jiżvelaw informazzjoni barra mill-kuntest relatat max-xogħol, permezz ta' kawżi, pereżempju, marbutin ma' defamazzjoni, ksur ta' drittijiet tal-awtur, sigrieti tan-negozju, kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data personali, jistgħu jkunu wkoll deterrent serju għall-iżvelar tal-informazzjoni. Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 tagħti eżenzjoni lil persuni li jirrapportaw minn miżuri ta' rimedju ċivili, proċeduri u rimedji li tipprevedi, fil-każ li l-kisba, l-użu jew l-iżvelar allegat tas-sigriet kummerċjali sar biex tinkixef imġiba ħażina, irregolarità jew attività illegali, sakemm il-konvenut aġixxa bl-iskop li jipproteġi l-interess pubbliku ġenerali. Jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu jistgħu jistrieħu fuq il-fatt li jkunu għamlu rapport jew żvelar skont din id-Direttiva bħala difiża fi proċedimenti oħrajn. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-persuna li tibda l-proċedimenti ġġorr l-oneru tal-prova sabiex turi kwalunkwe intenzjoni min-naħa tal-persuna li qed tirrapporta li tikser il-liġi.

(74)  L-azzjonijiet meħuda kontra persuni li jiżvelaw informazzjoni barra mill-kuntest relatat max-xogħol, permezz ta' kawżi, pereżempju, marbutin ma' malafama, ksur ta' drittijiet tal-awtur, sigrieti tan-negozju, kunfidenzjalità u protezzjoni tad-data personali, jistgħu jkunu wkoll deterrent serju għall-iżvelar tal-informazzjoni. Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill58 tagħti eżenzjoni lil persuni li jirrapportaw minn miżuri ta' rimedju ċivili, proċeduri u rimedji li tipprevedi, fil-każ li l-kisba, l-użu jew l-iżvelar allegat tas-sigriet kummerċjali sar biex tinkixef imġiba ħażina, illeċitu jew attività illegali, sakemm il-konvenut aġixxa bl-iskop li jipproteġi l-interess pubbliku ġenerali. Din id-Direttiva, għalhekk, jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ż-żewġ atti jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala komplementari. Għalhekk, il-protezzjoni, il-proċeduri u l-kundizzjonijiet previsti f'din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu applikabbli għall-każijiet koperti mill-kamp ta' applikazzjoni materjali tagħha anki jekk l-informazzjoni rrapportata tkun tista' tiġi kkwalifikata bħala sigriet kummerċjali. Id-Direttiva (UE) 2016/943 jenħtieġ li tapplika f'każijiet oħra. Jenħtieġ li l-persuni li jirrapportaw ikunu jistgħu jistrieħu fuq il-fatt li jkunu għamlu rapport jew żvelar skont din id-Direttiva bħala difiża fi proċedimenti oħrajn. F'tali każijiet, jenħtieġ li l-persuna li tibda l-proċedimenti ġġorr l-oneru tal-prova sabiex turi kwalunkwe intenzjoni min-naħa tal-persuna li qed tirrapporta li tikser il-liġi.

_________________

_________________

58 Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

58 Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1).

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Premessa 75

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(75)  Spiża sinifikanti għall-persuni li jirrapportaw u li jikkontestaw miżuri ta' ritaljazzjoni meħudin kontrihom f'kawżi legali tista' tkun l-ispejjeż legali rilevanti. Għalkemm jistgħu jirkupraw dawn it-tariffi fl-aħħar tal-kawżi, jista' jkun li ma jkunux jistgħu jkopruhom minn qabel, speċjalment jekk ikunu qiegħda u mniżżla f'lista sewda. L-assistenza għal kawżi legali kriminali, partikolarment skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59 u b'mod aktar ġenerali l-appoġġ lil dawk li jkunu fi bżonnijiet finanzjarji serji jistgħu jkunu kruċjali, f'ċerti każijiet, għall-infurzar effettiv tad-drittijiet tagħhom għal protezzjoni.

(75)  Spiża sinifikanti għall-persuni li jirrapportaw u li jikkontestaw miżuri ta' ritaljazzjoni meħudin kontrihom f'kawżi legali tista' tkun it-tariffi legali rilevanti. Għalkemm jistgħu jirkupraw dawn it-tariffi fl-aħħar tal-kawżi, jista' jkun li ma jkunux jistgħu jkopruhom minn qabel, speċjalment jekk ikunu qiegħda u mniżżla f'lista sewda. L-assistenza għal kawżi legali kriminali, partikolarment skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill59 u b'mod aktar ġenerali l-appoġġ lil dawk li jkunu fi bżonnijiet finanzjarji serji hija kruċjali għall-infurzar effettiv tad-drittijiet tagħhom għal protezzjoni. Jenħtieġ li l-informaturi jkunu wkoll jistgħu jitolbu kumpens għal kwalunkwe fastidju mġarrab jew għat-telf ta' mezzi ta' għajxien attwali jew futuri, jekk il-ħsara tkun seħħet b'ritaljazzjoni.

_________________

_________________

59 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

59 Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76)  Jenħtieġ li d-drittijiet tal-persuna kkonċernata jkunu protetti sabiex tkun evitata ħsara reputazzjonali jew konsegwenzi negattivi oħrajn. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-drittijiet għal difiża u aċċess għal rimedji tal-persuna kkonċernata jkunu rrispettati bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura ta' wara r-rapport, skont l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw id-dritt ta' difiża tal-persuna kkonċernata, inkluż id-dritt għal aċċess għall-fajl, id-dritt għal smigħ xieraq u d-dritt li tfittex rimedju effettiv kontra deċiżjoni li tikkonċerna persuna kkonċernata skont il-proċeduri applikabbli stabbiliti mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew kawżi ġudizzjarji sussegwenti.

(76)  Jenħtieġ li d-drittijiet tal-persuna kkonċernata jkunu protetti sabiex ikunu evitati ħsara lir-reputazzjoni jew konsegwenzi negattivi oħrajn. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-drittijiet għal difiża u aċċess għal rimedji tal-persuna kkonċernata jkunu rrispettati bis-sħiħ f'kull stadju tal-proċedura ta' wara r-rapport, skont l-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna kkonċernata u jiżguraw id-dritt tad-difiża, inkluż id-dritt għal aċċess għall-fajl, id-dritt għal smigħ xieraq u d-dritt li tfittex rimedju effettiv kontra deċiżjoni li tikkonċerna persuna kkonċernata skont il-proċeduri applikabbli stabbiliti mil-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew kawżi ġudizzjarji sussegwenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa biex l-individwi u s-soċjetà ċivili jsiru aktar konxji ta' dawn id-drittijiet.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Premessa 77

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(77)  Jenħtieġ li kull persuna li ssofri preġudizzju, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, b'konsegwenza tar-rapportar jew żvelar ta' informazzjoni mhux preċiża jew qarrieqa żżomm il-protezzjoni u r-rimedji disponibbli għaliha skont ir-regoli tal-liġi ġenerali. Fejn tali rapport jew żvelar mhux preċiż jew qarrieqi jkun sar apposta u konxjament, jenħtieġ li l-persuni kkonċernati jkunu intitolati għal kumpens skont il-liġi nazzjonali.

(77)  Jenħtieġ li kull persuna li ssofri preġudizzju, kemm jekk direttament kif ukoll indirettament, b'konsegwenza tar-rapportar jew żvelar ta' informazzjoni mhux preċiża jew qarrieqa żżomm il-protezzjoni u r-rimedji disponibbli għaliha skont ir-regoli tal-liġi ġenerali. Fejn tali rapport jew żvelar mhux preċiż jew qarrieqi jkun sar apposta u konxjament, l-informaturi jenħtieġ li ma jgawdux minn protezzjoni u l-persuni kkonċernati jenħtieġ li jkunu intitolati għal kumpens skont il-liġi nazzjonali.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Premessa 78

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(78)  Il-pieni huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-effettività tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Il-pieni kontra dawk li jieħdu azzjonijiet ta' ritaljazzjoni jew azzjonijiet negattivi oħrajn kontra persuni li jirrapportaw jistgħu jiskoraġġixxu aktar azzjonijiet simili. Il-pieni kontra persuni li jagħmlu rapport jew żvelar li jiġi ppruvat li huwa konxjament falz huma meħtieġa sabiex jiskoraġġixxu aktar rapportar malizzjuż u tkun ippreservata l-kredibbiltà tas-sistema. Jenħtieġ li l-proporzjonalità ta' tali pieni tiżgura li dawn ma jkollhomx effett dissważiv fuq informaturi potenzjali.

(78)  Il-pieni huma meħtieġa sabiex jiżguraw l-effikaċja tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Il-pieni kontra dawk li jieħdu azzjonijiet ta' ritaljazzjoni jew azzjonijiet negattivi oħrajn kontra persuni li jirrapportaw jistgħu jiskoraġġixxu aktar azzjonijiet simili. Il-pieni kontra persuni li jagħmlu rapport jew żvelar li jiġi ppruvat li huwa konxjament falz huma meħtieġa wkoll sabiex jiskoraġġixxu aktar rapportar malizzjuż u tkun ippreservata l-kredibbiltà tas-sistema. Fejn l-Istati Membri jipprevedu pieni f'każijiet bħal malafama jew tixrid ta' informazzjoni falza, dawk il-pieni jistgħu wkoll ikunu applikabbli għal rapporti jew żvelar li jkunu ġew ippruvati li huma konxament foloz. Jenħtieġ li l-proporzjonalità ta' tali pieni tiżgura li dawn ma jkollhomx effett dissważiv fuq informaturi potenzjali.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Premessa 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80)  Din id-Direttiva tintroduċi standards minimi u jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuna li tirrapporta, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jfixklux il-miżuri għall-protezzjoni ta' persuni kkonċernati.

(80)  Din id-Direttiva tintroduċi standards minimi u jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa u jiġu mħeġġa jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuna li tirrapporta. It-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta' protezzjoni diġà mogħtija lill-persuni li jirrapportaw taħt il-liġi nazzjonali fl-oqsma li din tapplika għalihom.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Premessa 82

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(82)  Il-kamp ta' applikazzjoni materjali ta' din id-Direttiva huwa bbażat fuq l-identifikazzjoni ta' oqsma fejn l-introduzzjoni tal-protezzjoni tal-informaturi tidher ġustifikata u meħtieġa abbażi ta' evidenza attwalment disponibbli. Tali kamp ta' applikazzjoni materjali jista' jkun estiż għal aktar oqsma jew atti tal-Unjoni, jekk dan jirriżulta li jkun meħtieġ bħala mezz sabiex jissaħħaħ l-infurzar fid-dawl ta' evidenza li tista' toħroġ fil-beraħ fil-futur jew abbażi tal-evalwazzjoni tal-mod li bih operat din id-Direttiva.

(82)  Il-kamp ta' applikazzjoni materjali ta' din id-Direttiva huwa bbażat fuq l-identifikazzjoni ta' oqsma fejn l-introduzzjoni tal-protezzjoni tal-informaturi tidher ġustifikata u meħtieġa abbażi ta' evidenza attwalment disponibbli. Tali kamp ta' applikazzjoni materjali jista' jkun estiż għal aktar oqsma jew atti tal-Unjoni, jekk dan jirriżulta li jkun meħtieġ bħala mezz sabiex jissaħħaħ l-infurzar fid-dawl ta' evidenza li l-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli tiġbor u li tista' toħroġ fil-beraħ fil-futur jew abbażi tal-evalwazzjoni tal-mod li bih operat din id-Direttiva.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Premessa 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(84)  L-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ l-infurzar f'ċertu oqsma ta' politika u atti fejn ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku permezz ta' protezzjoni effettiva tal-informaturi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom jew b'mod mhux ikkoordinat, iżda jista' jinkiseb aħjar b'azzjoni tal-Unjoni li tipprovdi standards minimi ta' armonizzazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Barra minn hekk, azzjoni tal-Unjoni biss tista' tipprovdi koerenza u tallinja r-regoli tal-Unjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Għaldaqstant, l-UE tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(84)  L-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ l-infurzar f'ċertu oqsma ta' politika u atti fejn ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara għall-interess pubbliku permezz ta' protezzjoni effettiva tal-informaturi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom jew b'mod mhux ikkoordinat, iżda jista' jinkiseb aħjar b'azzjoni tal-Unjoni li tipprovdi standards minimi ta' armonizzazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Barra minn hekk, azzjoni tal-Unjoni biss tista' tipprovdi koerenza u tallinja r-regoli tal-Unjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Għaldaqstant, l-UE tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Premessa 85

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(85)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Direttiva trid tiġi implimentata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji. B'mod partikolari din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għal-libertà tal-espressjoni u informazzjoni, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà tal-intrapriża, id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal rimedju effettiv u d-drittijiet għal difiża.

(85)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha. Għalhekk, din id-Direttiva trid tiġi implimentata f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji billi tiżgura r-rispett sħiħ, inter alia, tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li wieħed imexxi negozju, id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, id-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa, id-dritt għal livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, id-dritt għal-livell għoli ta' protezzjoni ambjentali, id-dritt għal amministrazzjoni tajba, id-dritt għal rimedju effettiv u d-drittijiet tad-difiża. Jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Emenda    84

Proposta għal direttiva

Premessa 85a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(85a)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-Istati Membri li jintroduċu l-istess regoli jew regoli simili għall-ksur tal-liġi nazzjonali, u b'hekk jipprovdu qafas koerenti u komprensiv għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar ksur.

Emenda    85

Proposta għal direttiva

Premessa 85b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(85b)   Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u lir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi.

Emenda    86

Proposta għal direttiva

Artikolu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1

 

Skop

 

L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li ssaħħaħ il-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw ksur tal-liġi tal-Unjoni u li ssaħħaħ l-infurzar ta' dan tal-aħħar sabiex jiġi ssalvagwardjat l-interess ġenerali, billi jiġu stabbiliti standards minimi komuni għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw dwar attivitajiet illegali jew abbużi tal-liġi fl-oqsma speċifikati fl-Artikolu 1.

Emenda    87

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni materjali

Kamp ta' applikazzjoni materjali

1.  Bil-għan li jittejjeb l-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi, din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw l-attivitajiet illegali jew l-abbuż tad-dritt li ġejjin:

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw l-attivitajiet illegali jew l-abbuż tad-dritt li ġejjin:

(a)  il-ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness (Parti I u Parti II) fir-rigward tal-oqsma li ġejjin:

(a)  il-ksur ta' atti tal-Unjoni, li jinkludu, inter alia, l-atti stabbiliti fl-Anness (Parti I u Parti II) u l-atti li jimplimentawhom, li huma relatati mal-oqsma li ġejjin:

(i)  l-akkwist pubbliku;

(i)  l-akkwist pubbliku;

(ii)  is-servizzi finanzjarji, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;1

(ii)  is-servizzi finanzjarji, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;1

(iii)  is-sikurezza tal-prodotti;

(iii)  is-sikurezza tal-prodotti;

(iv)  is-sikurezza tat-trasport;

(iv)  is-sikurezza tal-prodotti;

(v)  il-protezzjoni tal-ambjent;

(v)  il-protezzjoni tal-ambjent;

(vi)  is-sikurezza nukleari;

(vi)  is-sikurezza nukleari;

(vii)  is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

(vii)  is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali;

(viii)  is-saħħa pubblika;

(viii)  is-saħħa pubblika;

(ix)  il-protezzjoni tal-konsumatur;

(ix)  il-protezzjoni tal-konsumatur;

(x)  il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u sikurezza tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni.

(x)  il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, u sikurezza tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni. u

 

(xa)  l-impjieg, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-post tax-xogħol.

(b)  il-ksur tal-Artikolu 101, 102, 106, 107 u 108 tat-TFUE u l-ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589;

(b)  il-ksur tal-Artikolu 101, 102, 106, 107 u 108 tat-TFUE u l-ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589;

(c)  il-ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definit mill-Artikolu 325 tat-TFUE u kif speċifikat aħjar, b'mod partikolari, fid-Direttiva (UE) 2017/1371 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013;

(c)  il-ksur li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definit mill-Artikolu 325 tat-TFUE u kif speċifikat aħjar, b'mod partikolari, fid-Direttiva (UE) 2017/1371 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013;

(d)  il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) tat-TFUE, fir-rigward ta' atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxi korporattivi jew ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-oġġett jew skop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli.

(d)  il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) tat-TFUE, fir-rigward ta' atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxi korporattivi jew ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-oġġett jew skop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli.

2.  Fejn regoli speċifiċi dwar ir-rapportar ta' ksur huma previsti f'atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi mniżżla fil-Parti 2 tal-Anness, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kwistjonijiet kollha marbutin mal-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw mhux irregolati f'dawn l-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi.

2.  Fejn regoli speċifiċi dwar ir-rapportar ta' ksur huma previsti f'atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi mniżżla fil-Parti 2 tal-Anness, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kwistjonijiet kollha marbutin mal-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw mhux irregolati f'dawn l-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi.

________________

______________

1a Kompetenza esklussiva tal-Kumitat ECON u LIBE

1a Kompetenza esklussiva tal-Kumitat ECON u LIBE

Emenda    88

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni personali

Kamp ta' applikazzjoni personali

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni li jaħdmu fis-settur privat jew pubbliku li jirrapportaw li kisbu informazzjoni dwar ksur f'kuntest relatat max-xogħol inklużi, mill-anqas, dawn li ġejjin:

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni u l-faċilitaturi li jirrapportaw, li jiġixxu in bone fide, fis-settur privat jew pubbliku u li kisbu informazzjoni dwar ksur f'kuntest relatat max-xogħol inklużi, mill-anqas, dawn li ġejjin:

(a)  persuni li għandhom l-istatus ta' ħaddiema, skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFEU;

(a)  persuni li għandhom l-istatus ta' ħaddiema, skont it-tifsira tal-liġi nazzjonali u l-prattika nazzjonali jew skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFUE, inklużi l-impjegati taċ-ċivil;

(b)  persuni li għandhom l-istatus ta' ħaddiema għal rashom, skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tat-TFEU;

(b)  persuni li għandhom l-istatus ta' ħaddiema għal rashom, skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tat-TFEU;

(c)  l-azzjonisti u l-persuni li jagħmlu parti mill-maniġment ta' impriża, inklużi membri mhux eżekuttivi, kif ukoll volontiera u apprendisti mhux imħallsin;

(c)  l-azzjonisti u l-persuni li jagħmlu parti mill-maniġment ta' impriża, inklużi membri mhux eżekuttivi, kif ukoll volontiera u trainees imħallsin jew mhux imħallsin;

(d)  kwalunkwe persuna li taħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta' kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri.

(d)  kwalunkwe persuna li taħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta' kuntratturi, sottokuntratturi, fornituri ta' servizzi u fornituri.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom għadha se tibda f'każijiet fejn l-informazzjoni dwar ksur inkisbet matul il-proċess ta' reklutaġġ jew waqt negozjati prekuntrattwali oħrajn.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw, u li jaġixxu in bona fide, li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom għadha se tibda f'każijiet fejn l-informazzjoni dwar ksur inkisbet matul il-proċess ta' reklutaġġ jew waqt negozjati prekuntrattwali oħrajn, kif ukoll għall-persuni li jirrapportaw li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom tkun intemmet.

 

 

Emenda    89

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  "ksur" tfisser attivitajiet illegali attwali jew potenzjali jew abbuż tad-dritt marbutin mal-atti tal-Unjoni u oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1 u fl-Anness;

(1)  "ksur" tfisser attivitajiet illegali attwali jew potenzjali jew abbuż tal-liġi marbutin mal-atti tal-Unjoni u oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1 u fl-Anness;

(2)  "attivitajiet illegali" tfisser atti jew omissjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni;

(2)  "attivitajiet illegali" tfisser atti jew omissjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Unjoni;

(3)  "abbuż tad-dritt" tfisser atti jew ommissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li ma jidhrux li huma illegali f'termini formali iżda jegħlbu l-oġġett jew l-iskop imfittex mir-regoli applikabbli;

(3)  "abbuż tad-dritt" tfisser atti jew omissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li ma jidhrux li huma illegali f'termini formali iżda jegħlbu l-oġġett jew l-iskop imfittex mir-regoli applikabbli;

(4)  "informazzjoni dwar ksur" tfisser evidenza dwar ksur attwali kif ukoll suspetti raġonevoli dwar ksur potenzjali li għadu ma seħħx;

(4)  "informazzjoni dwar ksur" tfisser evidenza dwar ksur attwali kif ukoll suspetti raġonevoli dwar ksur potenzjali li għadu ma seħħx;

(5)  "rapport" tfisser l-għoti ta' informazzjoni marbuta ma' ksur li seħħ jew li aktarx se jseħħ fl-organizzazzjoni li fiha taħdem jew ħadmet il-persuna li qed tirrapporta jew f'organizzazzjoni oħra li magħha hija, jew kienet, f'kuntatt permezz tax-xogħol tagħha;

(5)  "rapport" tfisser l-għoti ta' informazzjoni marbuta ma' ksur li seħħ jew li aktarx se jseħħ fl-organizzazzjoni li fiha taħdem jew ħadmet il-persuna li qed tirrapporta jew f'organizzazzjoni oħra li magħha hija, jew kienet, f'kuntatt permezz tax-xogħol tagħha;

(6)  "rapportar intern" tfisser l-għoti ta' informazzjoni dwar ksur fi ħdan entità legali pubblika jew privata;

(6)  "rapportar intern" tfisser l-għoti ta' informazzjoni dwar ksur fi ħdan entità legali pubblika jew privata;

(7)  "rapportar estern" tfisser l-għoti ta' informazzjoni dwar ksur lill-awtoritajiet kompetenti;

(7)  "rapportar estern" tfisser l-għoti ta' informazzjoni dwar ksur lill-awtoritajiet kompetenti;

(8)  "żvelar" tfisser li l-informazzjoni dwar ksur miksuba fi ħdan il-kuntest relatat max-xogħol issir disponibbli għad-dominju pubbliku;

(8)  "żvelar" tfisser li l-informazzjoni dwar ksur miksuba fi ħdan il-kuntest relatat max-xogħol issir disponibbli għad-dominju pubbliku;

(9)  "persuna li tirrapporta" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar ksur miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha relatati max-xogħol;

(9)  "persuna li tirrapporta" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar ksur miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha relatati max-xogħol;

 

(9a)  "faċilitatur" tfisser persuna fiżika li tassisti jew tgħin lill-persuna li tirrapporta fil-proċess ta' rapportar f'kuntest relatat max-xogħol;

(10)  "kuntest relatat max-xogħol" tfisser attivitajiet ta' xogħol attwali jew preċedenti fis-settur pubbliku jew privat li permezz tagħhom, irrispettivament min-natura tagħhom, persuni jistgħu jiksbu informazzjoni dwar ksur u li fihom dawn il-persuni jistgħu jsofru ritaljazzjoni jekk jirrapportawh.

(10)  "kuntest relatat max-xogħol" tfisser attivitajiet ta' xogħol attwali jew preċedenti fis-settur pubbliku jew privat li permezz tagħhom, irrispettivament min-natura tagħhom, persuni jistgħu jiksbu informazzjoni dwar ksur u li fihom dawn il-persuni jistgħu jsofru ritaljazzjoni jekk jirrapportawh.

(11)  "persuna kkonċernata" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fir-rapport jew fl-iżvelar bħala persuna li għamlet il-ksur jew li hija assoċjata miegħu;

(11)  "persuna kkonċernata" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fir-rapport jew fl-iżvelar bħala persuna li għamlet il-ksur jew li hija assoċjata miegħu;

(12)  "ritaljazzjoni" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni potenzjali jew attwali mqanqla mir-rapportar intern jew estern li jseħħ f'kuntest relatat max-xogħol u li jikkawża jew jista' jikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta;

(12)  "ritaljazzjoni" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni potenzjali jew attwali dirett jew indirett imqanqla mir-rapportar intern jew estern jew mill-iżvelar, li jseħħ f'kuntest relatat max-xogħol u li jikkawża jew jista' jikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta;

(13)  "segwitu" tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi r-rapport, magħmul internament jew esternament, sabiex jivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, sabiex jindirizza l-ksur irrapportat, inklużi azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta' fondi u għeluq;

(13)  "segwitu" tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi r-rapport, magħmul internament jew esternament, sabiex jivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, sabiex jindirizza l-ksur irrapportat, inklużi azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta' fondi u għeluq;

(14)  "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali intitolata sabiex tirċievi rapporti skont il-Kapitolu III u maħtura sabiex twettaq il-kompiti previsti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tas-segwitu ta' rapporti.

(14)  "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali intitolata sabiex tirċievi rapporti skont il-Kapitolu III u maħtura sabiex twettaq il-kompiti previsti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tas-segwitu ta' rapporti.

 

(14a)  "bona fide" tfisser it-twemmin raġonevoli ta' persuna li tirrapporta, fid-dawl taċ-ċirkostanzi u l-informazzjoni disponibbli għal dik il-persuna fil-ħin tar-rapportar, li l-informazzjoni rrapportata minn dik il-persuna hija vera u li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda    90

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Obbligu ta' stabbiliment ta' kanali interni u proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu ta' rapporti

Obbligu ta' stabbiliment ta' kanali interni u proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu ta' rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet legali fis-settur privat u dak pubbliku jistabbilixxu kanali interni u proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu tar-rapporti, wara konsultazzjonijiet ma' sħab soċjali, jekk xieraq.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f'konformità mal-prattiki nazzjonali, li l-impjegaturi u entitajiet legali oħra fis-settur privat u dak pubbliku jistabbilixxu kanali interni u proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu tar-rapporti, wara konsultazzjoni u bi ftehim mas-sħab soċjali.

2.  Tali kanali u proċeduri għandhom jippermettu li jsir rapportar minn impjegati tal-entità. Jistgħu jippermettu li jsir rapportar minn persuni oħrajn li huma f'kuntatt mal-entità fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b), (c) u (d), iżda l-użu ta' kanali interni għar-rapportar ma għandux ikun obbligatorju għal dawn il-kategoriji ta' persuni.

2.  Tali kanali u proċeduri għandhom jippermettu li jsir rapportar minn impjegati tal-entità. Għandhom jippermettu li jsir rapportar minn persuni oħrajn li huma f'kuntatt mal-entità fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b), (c) u (d). Dawn il-kanali ta' rapportar għandhom ikunu definiti b'mod ċar mill-entità u jkunu aċċessibbli faċilment kemm fi ħdan l-entità kif ukoll barra minnha.

3.  L-entitajiet legali fis-settur privat imsemmija fil-Paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

3.  L-entitajiet legali fis-settur privat imsemmija fil-Paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)  entitajiet legali privati b'50 impjegat jew aktar;

(a)  entitajiet legali privati b'50 impjegat jew aktar;

(b)  entitajiet legali privati b'fatturat annwali tan-negozju jew karta tal-bilanċ annwali tal-grupp b'total ta' EUR 10 miljun jew aktar;

(b)  entitajiet legali privati b'fatturat annwali tan-negozju jew karta tal-bilanċ annwali tal-grupp b'total ta' EUR 10 miljun jew aktar;

(c)  entitajiet legali privati ta' kwalunkwe daqs li joperaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew huma vulnerabbli għall-ħasil ta' flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, kif irregolati skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Anness.

(c)  entitajiet legali privati ta' kwalunkwe daqs li joperaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew huma vulnerabbli għall-ħasil ta' flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, kif irregolati skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Anness.

 

3a.  B'deroga mill-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-entitajiet legali fis-settur privat imsemmija fil-paragrafu 1 l-entitajiet legali privati li ġejjin:

 

(a)  entitajiet legali privati b'250 impjegat;

 

(b)  entitajiet legali privati b'fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun, u/jew total tal-karta tal-bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 43 miljun.

4.  Wara valutazzjoni tar-riskju xierqa li tikkunsidra n-natura tal-attivitajiet tal-entitajiet u l-livell ta' riskju li jirriżulta, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li entitajiet legali privati żgħar, kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003, apparti dawk imsemmija fil-paragrafu 3(c) sabiex jistabbilixxu kanali u proċeduri ta' rapportar interni.

4.  Wara valutazzjoni tar-riskju xierqa li tikkunsidra n-natura tal-attivitajiet tal-entitajiet u l-livell ta' riskju li jirriżulta, b'mod partikolari, għall-ambjent u s-saħħa pubblika, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li entitajiet legali privati żgħar, kif iddefiniti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003, apparti dawk imsemmija fil-paragrafu 3(c) jistabbilixxu kanali u proċeduri ta' rapportar interni.

5.  Kull deċiżjoni meħuda minn Stat Membru skont il-paragrafu 4 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni u l-kriterji użati fil-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-Istati Membri l-oħra.

5.  Kull deċiżjoni meħuda minn Stat Membru skont il-paragrafu 4 għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, flimkien ma' ġustifikazzjoni u l-kriterji użati fil-valutazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-Istati Membri l-oħra.

6.  L-entitajiet legali fis-settur pubbliku msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

6.  L-entitajiet legali fis-settur pubbliku msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)  l-amministrazzjoni tal-Istat;

(a)  l-amministrazzjoni tal-Istat;

(b)  l-amministrazzjoni u d-dipartimenti reġjonali;

(b)  l-amministrazzjoni u d-dipartimenti reġjonali;

(c)  il-muniċipalitajiet b'aktar minn 10 000 abitant;

(c)  il-muniċipalitajiet b'aktar minn 10 000 abitant;

(d)  entitajiet oħrajn irregolati mil-liġi pubblika.

(d)  entitajiet oħrajn irregolati mil-liġi pubblika.

_________________

_______________

62 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

62 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2003 li tikkonċerna d-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kanali interni għar-rapportar għandhom jibqgħu kompetenza nazzjonali għall-Istati Membri li għandhom dispożizzjonijiet b'saħħithom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

Emenda    91

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Proċeduri għal rapportar intern u għas-segwitu tar-rapporti

Proċeduri għal rapportar intern u għas-segwitu tar-rapporti

1.  Il-proċeduri għal rapportar u għas-segwitu tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jinkludu dan li ġej:

1.  Il-proċeduri għal rapportar u għas-segwitu tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)  kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b'tali mod li jiżgura l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u jipprevjeni l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati;

(a)  kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b'mod sikur li jiżgura l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u tal-faċilitaturi, kif ukoll tal-persuna kkonċernata, u jipprevjeni l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati;

 

(aa)  notifika kunfidenzjali lill-persuna li tirrapporta tal-fatt li r-rapport wasal sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li jkun wasal ir-rapport;

(b)  l-għażla ta' persuna jew dipartiment kompetenti għas-segwitu tar-rapporti;

(b)  l-għażla ta' persuna imparzjali jew dipartiment indipendenti kompetenti għas-segwitu tar-rapporti;

(c)  segwitu diliġenti tar-rapport mill-persuna jew dipartiment magħżula;

(c)  segwitu diliġenti tar-rapport mill-persuna jew dipartiment magħżula, u, fejn neċessarju, it-teħid ta' azzjoni xierqa u fil-ħin;

 

(ca)  Segwitu diliġenti fir-rigward tar-rapportar anonimu;

(d)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx it-tliet xhur minn wara r-rapport, sabiex ikun ipprovdut rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport;

(d)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx xahrejn mill-waqt tan-notifika dwar il-wasla tar-rapport, sabiex ikun ipprovdut rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport; Dak il-perjodu ta' żmien jista' jiġi estiż għal erba' xhur, fejn meħtieġ minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, b'mod partikolari fejn is-suġġett tar-rapport huwa ta' natura u kumplessità b'tali mod li tista' tkun meħtieġa investigazzjoni;

 

(da)  il-possibbiltà li l-persuna li tirrapporta tiġi kkonsultata u li tagħmel kummenti, matul l-investigazzjonijiet, u l-possibbiltà li dawk il-kummenti jiġu kkunsidrati meta jitqiesu rilevanti mill-persuna jew dipartiment msemmija fil-punt (b); u

(e)  informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar il-proċeduri u informazzjoni dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet ir-rapporti jistgħu jsiru esternament lil awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13(2) u, fejn rilevanti, lill-korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni.

(e)  informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar il-proċeduri u informazzjoni dwar kif u taħt liema kundizzjonijiet ir-rapporti jistgħu jsiru esternament lil awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 13(2) u, fejn rilevanti, lill-korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni.

2.  Il-kanali previsti f'1(a) għandhom jippermettu r-rapportar bil-modi kollha li ġejjin:

2.  Il-kanali previsti f'1(a) għandhom jippermettu r-rapportar bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  rapporti bil-miktub f'format elettroniku jew fuq karta u/jew rapport bil-fomm permezz ta' linji tat-telefon, kemm jekk irrekordjati kif ukoll jekk le;

(a)  rapporti bil-miktub f'format elettroniku jew fuq karta u/jew rapport bil-fomm permezz ta' linji tat-telefon, jew b'sistemi oħra ta' trażmissjoni ta' messaġġi, kemm jekk irrekordjati, bil-kunsens tal-persuna li tirrapporta, kif ukoll jekk le;

(b)  laqgħat fiżiċi mal-persuna jew dipartiment magħżula sabiex jirċievu r-rapport.

(b)  laqgħat fiżiċi mal-persuna jew dipartiment magħżula sabiex jirċievu r-rapport.

Il-kanali ta' rapportar jistgħu jkunu operati internament minn persuna jew dipartiment magħżula għal dak il-għan jew ipprovduti esternament minn parti terza, sakemm is-salvagwardji u r-rekwiżiti msemmija f'1(a) huma rrispettati.

 

3.  Il-persuna jew dipartiment imsemmija f'1(b) jistgħu jkunu l-istess persuna li hija kompetenti sabiex tirċievi r-rapporti. Persuni addizzjonali jistgħu jintgħażlu bħala "persuni fdati" li mingħandhom il-persuni li jirrapportaw u dawk li qed jikkunsidraw li jirrapportaw jistgħu jfittxu parir kunfidenzjali.

3.  Il-persuna jew dipartiment imsemmija f'1(b) jistgħu jkunu l-istess persuna li hija kompetenti sabiex tirċievi r-rapporti, diment li jkun hemm konformità mas-salvagwardji ta' kunfidenzjalità u imparzjalità msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. Persuni addizzjonali jistgħu jintgħażlu bħala "persuni fdati" li mingħandhom il-persuni li jirrapportaw u dawk li qed jikkunsidraw li jirrapportaw jistgħu jfittxu parir kunfidenzjali.

 

3a.  Il-proċeduri għar-rapportar u s-segwitu tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 4 għandhom jiżguraw li l-persuna li qed tirrapporta jew kwalunkwe persuna li tikkunsidra li tirrapporta għandha d-dritt li tkun akkumpanjata minn rappreżentant tal-ħaddiema fl-istadji kollha tal-proċedura, inkluż matul laqgħat fiżiċi kif previst taħt dan l-Artikolu.

Emenda    92

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Obbligu ta' stabbiliment ta' kanali ta' rapportar esterni u għal segwitu tar-rapporti

Obbligu ta' stabbiliment ta' kanali ta' rapportar esterni u għal segwitu tar-rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirċievu u jimmaniġġjaw ir-rapporti.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirċievu u jimmaniġġjaw ir-rapporti.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:

(a)  jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni indipendenti u awtonomi, li huma kemm sikuri kif ukoll jiżguraw il-kunfidenzjalità, sabiex jirċievu u jimmaniġġjaw informazzjoni pprovduta mill-persuna li tirrapporta;

(a)  jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni indipendenti u awtonomi, li jkunu kemm sikuri kif ukoll jiżguraw il-kunfidenzjalità, sabiex jirċievu u jimmaniġġjaw informazzjoni pprovduta mill-persuna li tirrapporta;

(b)  jagħtu rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport f'perjodu ta' żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur jew is-sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati;

imħassar

(c)  jibagħtu l-informazzjoni li hemm fir-rapport lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji kompetenti tal-Unjoni, jekk xieraq, għal aktar investigazzjoni, fejn huwa previst skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(c)  jibagħtu l-informazzjoni li hemm fir-rapport lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji kompetenti tal-Unjoni, jekk xieraq, għal aktar investigazzjoni, fejn huwa previst skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jsegwu r-rapporti billi jieħdu l-miżuri meħtieġa u jinvestigaw, sa fejn huwa xieraq, is-suġġett tar-rapporti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-persuna li qed tirrapporta r-riżultat finali tal-investigazzjonijiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jsegwu r-rapporti billi jieħdu l-miżuri meħtieġa u jinvestigaw, sa fejn huwa xieraq, is-suġġett tar-rapporti u huma intitolati jieħdu azzjoni ta' rimedju xierqa jekk meħtieġ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-persuna li qed tirrapporta r-riżultat finali tal-investigazzjonijiet.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li rċeviet rapport iżda li ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza l-ksur irrapportat tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti u li l-persuna li tirrapporta tkun informata.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li rċeviet rapport iżda li ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza l-ksur irrapportat tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti fi żmien raġonevoli, b'mod sikur u bir-rispett sħiħ tal-protezzjoni tad-data rilevanti u tal-liġijiet u r-regoli ta' kunfidenzjalità. Il-persuna li tirrapporta għandha tkun informata, mingħajr dewmien, dwar tali trażmissjoni.

Emenda    93

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Disinn ta' kanali ta' rapportar esterni

Disinn ta' kanali ta' rapportar esterni

1.  Il-kanali ta' rapportar esterni ddedikati għandhom jiġu kkunsidrati indipendenti u awtonomi, jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

1.  Il-kanali ta' rapportar esterni ddedikati għandhom jiġu kkunsidrati indipendenti u awtonomi, jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a)  huma separati mill-kanali ta' komunikazzjoni ġenerali tal-awtorità kompetenti, inklużi dawk li permezz tagħhom l-awtorità kompetenti tikkomunika internament u mal-partijiet terzi fl-andament normali tan-negozju tagħha;

(a)  huma separati mill-kanali ta' komunikazzjoni ġenerali tal-awtorità kompetenti, inklużi dawk li permezz tagħhom l-awtorità kompetenti tikkomunika internament u mal-partijiet terzi fit-twettiq normali tan-negozju tagħha;

b)  huma mfassla, stabbiliti u operati b'mod li jiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipprevjeni l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati tal-awtorità kompetenti;

b)  huma mfassla, stabbiliti u operati b'mod li jiżguraw il-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, inklużi l-identità kemm tal-persuna li tirrapporta kif ukoll tal-persuna kkonċernata, u jipprevjenu l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati tal-awtorità kompetenti;

c)  jippermettu l-ħażna ta' informazzjoni durabbli f'konformità mal-Artikolu 11 biex jippermettu aktar investigazzjonijiet.

c)  jippermettu l-ħażna ta' informazzjoni durabbli f'konformità mal-Artikolu 11 biex jippermettu aktar investigazzjonijiet.

2.  Il-kanali ta' rapportar iddedikati għandhom jippermettu rapportar mill-anqas f'wieħed mill-modi li ġejjin:

2.  Il-kanali ta' rapportar iddedikati għandhom jippermettu rapportar mill-anqas f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  rapport bil-miktub f'format elettroniku jew fuq karta;

(a)  rapport bil-miktub f'format elettroniku jew fuq karta;

(b)  rapport bil-fomm permezz ta' linji tat-telefon, kemm jekk irrekordjati kif ukoll jekk le;

(b)  rapport bil-fomm permezz ta' linji tat-telefon, kemm jekk irrekordjati kif ukoll jekk le;

(c)  laqgħa fiżika mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti.

(c)  laqgħa fiżika mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti, u, jekk il-persuna li tirrapporta tkun tixtieq, flimkien ma' rappreżentant tal-ħaddiema.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li rapport li rċevew b'kanali oħra li mhumiex il-kanali ta' komunikazzjoni dedikati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikun minnufih mgħoddi mingħajr modifika lill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti bl-użu ta' kanali ta' komunikazzjoni dedikati.

3.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li rapport li rċevew b'kanali oħra li mhumiex il-kanali ta' komunikazzjoni dedikati msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikun minnufih mgħoddi mingħajr modifika lill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti bl-użu ta' kanali ta' komunikazzjoni dedikati.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri li jiżguraw li, fejn rapport li jkun inizjalment indirizzat lil persuna li ma kinitx maħtura bħala l-persuna li timmaniġġja r-rapporti dik il-persuna ma titħalla tiżvela l-ebda informazzjoni li tista' tidentifika l-persuna li tirrapporta jew il-persuna kkonċernata.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri biex jiżguraw li, fejn rapport li jkun inizjalment indirizzat lil persuna li ma kinitx maħtura bħala l-persuna li timmaniġġja r-rapporti dik il-persuna ma titħalla tiżvela l-ebda informazzjoni li tista' tidentifika l-persuna li tirrapporta jew il-persuna kkonċernata.

Emenda    94

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Membri tal-persunal dedikat

Membri tal-persunal dedikat

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom membri tal-persunal dedikati sabiex jimmaniġġjaw ir-rapporti. Membri tal-persunal dedikati għandhom jirċievu taħriġ speċifiku sabiex jimmaniġġjaw ir-rapporti.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom numru adegwat ta' membri tal-persunal kompetenti dedikati sabiex jimmaniġġjaw ir-rapporti. Il-membri tal-persunal dedikati għandhom jirċievu taħriġ speċifiku għall-iskopijiet ta' mmaniġġjar tar-rapporti, u għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' konformità previsti taħt din id-Direttiva.

2.  Il-membri tal-persunal dedikati għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet li ġejjin:

2.  Il-membri tal-persunal dedikati għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet li ġejjin:

(a)  jipprovdu lil kwalunkwe persuna interessata b'informazzjoni dwar il-proċeduri għar-rapportar;

(a)  jipprovdu lil kwalunkwe persuna interessata b'informazzjoni dwar il-proċeduri għar-rapportar;

(b)  jirċievu u jsegwu r-rapporti;

(b)  jirċievu u jsegwu r-rapporti; Huma għandhom jiddeterminaw jekk ir-rapport jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(c)  iżommu kuntatt mal-persuna li tirrapporta bil-għan li jinformaw lill-persuna li tirrapporta bil-progress u bir-riżultat tal-investigazzjoni.

(c)  iżommu kuntatt mal-persuna li tirrapporta bil-għan li jinformaw lill-persuna li tirrapporta bil-progress u bir-riżultat tal-investigazzjoni.

Emenda    95

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Proċeduri applikabbli għar-rapportar estern

Proċeduri applikabbli għar-rapportar estern

1.  Il-proċeduri applikabbli għar-rapportar estern għandhom jipprovdu dawn li ġejjin:

1.  Il-proċeduri applikabbli għar-rapportar estern għandhom jipprovdu dawn li ġejjin:

(a)  il-mod li bih l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-persuna li tirrapporta biex tiċċara l-informazzjoni rrappurtata jew biex tipprovdi aktar informazzjoni li tkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li qed tirrapporta;

(a)  il-mod li bih l-awtorità kompetenti tista' titlob lill-persuna li tirrapporta biex tiċċara l-informazzjoni rrapportata jew biex tipprovdi aktar informazzjoni li tkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li qed tirrapporta;

 

(aa)  notifika kunfidenzjali lill-persuna li tirrapporta tal-fatt li r-rapport wasal sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li jkun wasal ir-rapport;

(b)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx it-tliet xhur jew sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati, għall-għoti ta' rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport u t-tip u l-kontenut ta' dan ir-rispons;

(b)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx ix-xahrejn min-notifika li jkun wasal ir-rapport, biex jingħata segwitu diliġenti għar-rapport, inkluż, fejn meħtieġ, biex tittieħed azzjoni xierqa, kif ukoll biex jitmexxew investigazzjonijiet fis-suġġett tar-rapport, u biex jingħata rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport u t-tip u l-kontenut ta' dan ir-rispons; Dan il-perjodu ta' żmien jista' jiġi estiż għal erba' xhur f'każijiet debitament ġustifikati;

 

(ba)  segwitu fir-rigward tar-rapportar anonimu f'konformità ma' kwalunkwe dispożizzjoni prevista f'dak ir-rigward taħt il-liġi nazzjonali.

(c)  ir-reġim ta' kunfidenzjalità applikabbli għar-rapporti, inkluża deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkustanzi li taħthom id-data kunfidenzjali ta' persuna li tirrapporta tista' tkun żvelata.

(c)  ir-reġim ta' kunfidenzjalità applikabbli għar-rapporti, inkluża deskrizzjoni dettaljata taċ-ċirkustanzi li taħthom id-data kunfidenzjali ta' persuna li tirrapporta u ta' persuna kkonċernata tista' tkun żvelata.

 

(ca)  il-possibbiltà li l-persuna li tirrapporta tiġi kkonsultata u li tippreżenta kummenti matul l-investigazzjoni u l-possibbiltà li dawk il-kummenti jiġu kkunsidrati meta jitqiesu rilevanti mill-awtorità kompetenti.

2.  Id-deskrizzjoni dettaljata msemmija f'1(c) għandha tinkludi l-każijiet eċċezzjonali li fihom il-kunfidenzjalità tad-data personali tista' ma tkunx żgurata, inkluż fejn l-iżvelar ta'data huwa obbligu meħtieġ u proporzjonat skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew kawżi ġudizzjarji sussegwenti jew biex tissalvagwardja l-libertajiet ta' oħrajn inkluż id-dritt ta' difiża tal-persuna kkonċernata, u f'kull każ suġġett għal salvagwardji xierqa skont dawn il-liġijiet.

2.  Id-deskrizzjoni dettaljata msemmija f'1(c) għandha tinkludi l-każijiet eċċezzjonali li fihom il-kunfidenzjalità tad-data personali tista' ma tkunx żgurata, inkluż fejn l-iżvelar ta'data huwa obbligu meħtieġ u proporzjonat skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew kawżi ġudizzjarji sussegwenti jew biex tissalvagwardja l-libertajiet ta' oħrajn inkluż id-dritt ta' difiża tal-persuna kkonċernata, u f'kull każ suġġett għal salvagwardji xierqa skont dawn il-liġijiet.

3.  Id-deskrizzjoni dettaljata msemmija f'1(c) trid tinkiteb b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem faċilment u tkun faċilment aċċessibbli għall-persuni li jirrapportaw.

3.  Id-deskrizzjoni dettaljata msemmija f'1(c) trid tinkiteb b'lingwaġġ ċar u li jinftiehem faċilment u tkun faċilment aċċessibbli għall-persuni li jirrapportaw.

Emenda    96

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Informazzjoni dwar il-wasla tar-rapporti u s-segwitu tagħhom

Informazzjoni dwar il-wasla tar-rapporti u s-segwitu tagħhom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti tal-Internet tagħhom f'taqsima separata, faċilment identifikabbli u aċċessibbli mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti tal-Internet tagħhom f'taqsima separata, faċilment identifikabbli u aċċessibbli mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)  il-kundizzjonijiet li taħthom il-persuni li jirrapportaw jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva;

(a)  il-kondizzjonijiet li taħthom il-persuni li jirrapportaw jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva;

(b)  il-kanali ta' komunikazzjoni sabiex jasal u jkun segwit ir-rapportar:

(b)  il-kanali ta' komunikazzjoni sabiex jasal u jkun segwit ir-rapportar:

(i)  in-numri tat-telefown, b'indikazzjoni dwar jekk il-konverżazzjonijiet jiġux irrekordjati jew le meta jiġu wżati dawk il-linji tat-telefown;

(i)  in-numri tat-telefon, b'indikazzjoni dwar jekk il-konverżazzjonijiet jiġux irrekordjati jew le meta jiġu użati dawk il-linji tat-telefon;

(ii)  indirizzi postali u elettroniċi apposta, li jkunu sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità, li permezz tagħhom wieħed jista' jikkuntattja lill-membri tal-persunal dedikati;

(ii)  indirizzi postali u elettroniċi apposta, li jkunu sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità, li permezz tagħhom wieħed jista' jikkuntattja lill-membri tal-persunal dedikati;

(c)  il-proċeduri applikabbli għar-rapportar ta' ksur imsemmi fl-Artikolu 9;

(c)  il-proċeduri applikabbli għar-rapportar ta' ksur imsemmi fl-Artikolu 9;

(d)  ir-reġim ta' kunfidenzjalità applikabbli għar-rapporti, u b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta' data personali skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 45/2001, kif applikabbli.

(d)  ir-reġim ta' kunfidenzjalità applikabbli għar-rapporti, u b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta' data personali skont l-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 45/2001, kif applikabbli.

(e)  in-natura tas-segwitu li għandu jingħata lir-rapporti;

(e)  in-natura tas-segwitu li għandu jingħata lir-rapporti;

(f)  ir-rimedji u l-proċeduri disponibbli kontra r-ritaljazzjoni u l-possibbiltajiet ta' parir kunfidenzjali lill-persuni li qed jikkontemplaw li jagħmlu rapport;

(f)  ir-rimedji u l-proċeduri disponibbli kontra r-ritaljazzjoni u l-possibbiltajiet ta' parir kunfidenzjali lill-persuni li qed jikkontemplaw li jagħmlu rapport;

(g)  dikjarazzjoni li tispjega b'mod ċar li persuni li jipprovdu informazzjoni lill-awtorità kompetenti skont din id-Direttiva ma jitqisux li jkunu qegħdin jiksru xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandhomx ikunu involuti fl-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' dan l-iżvelar.

(g)  dikjarazzjoni li tispjega b'mod ċar li persuni li jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva ma jitqisux li jkunu qegħdin jiksru xi restrizzjoni dwar l-iżvelar tal-informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandhomx ikunu involuti fl-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' dan l-iżvelar.

 

(ga)   rapport annwali dwar it-twissijiet riċevuti u t-trattament tagħhom, filwaqt li tiġi rispettata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjonijiet li jkunu għadhom għaddejjin;

 

(gb)  informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità amministrattiva indipendenti unika kif previst fl-Artikolu 14a.

Emenda    97

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Żamma ta' rekords tar-rapporti riċevuti

Żamma ta' rekords tar-rapporti riċevuti

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jżommu rekords ta' kull rapport li jasal.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jżommu rekords ta' kull rapport li jasal, f'konformità mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità previsti f'din id-Direttiva. Ir-rapporti għandhom jinħażnu għal mhux aktar miż-żmien meħtieġ u proporzjonat fir-rigward tal-proċedura ta' rapportar u għandhom jitħassru hekk kif il-proċedura ta' rapportar tkun intemmet. Id-data personali li tinsab f'dawk ir-rapporti għandha tiġi pproċessata skont il-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu minnufih il-wasla ta' rapporti bil-miktub permezz tal-indirizz postali jew l-indirizz elettroniku indikat mill-persuna li qed tirrapporta, sakemm il-persuna li qed tirrapporta espliċitament ma titlobx mod ieħor jew l-awtorità kompetenti raġonevolment ma taħsibx li r-rikonoxximent tal-wasla ta' rapport bil-miktub jista' jippreġudika l-protezzjoni tal-identità tal-persuna li qed tirrapporta.

2.  L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali privati u pubbliċi għandhom jirrikonoxxu minnufih il-wasla ta' rapporti bil-miktub permezz tal-indirizz postali jew l-indirizz elettroniku indikat mill-persuna li tirrapporta, sakemm il-persuna li tirrapporta espliċitament ma titlobx mod ieħor jew l-awtorità kompetenti raġonevolment ma taħsibx li r-rikonoxximent tal-wasla ta' rapport bil-miktub jista' jippreġudika l-protezzjoni tal-identità tal-persuna li tirrapporta.

3.  Fejn tintuża linja tat-telefon irrekordjata għar-rapportar, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tiddokumenta r-rapportar bil-fomm f'wieħed mill-modi li ġejjin:

3.  Fejn tintuża linja tat-telefon irrekordjata għar-rapportar, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta u sakemm ikun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità taħt din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali privati u pubbliċi għandhom jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm f'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f'forma li tista' tiġi rkuprata u li hija durabbli;

(a)  reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f'forma li tista' tiġi rkuprata u li hija durabbli;

(b)  traskrizzjoni preċiża u sħiħa tal-konverżazzjoni ppreparata mill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti.

(b)  traskrizzjoni preċiża u sħiħa tal-konverżazzjoni ppreparata mill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti għandha toffri l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirranġa u taqbel mat-traskrizzjoni tat-telefonata billi tiffirmaha.

L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali privati u pubbliċi għandhom joffru l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirranġa u taqbel mat-traskrizzjoni tat-telefonata billi tiffirmaha.

4.  Fejn tintuża linja tat-telefon mhux irrekordjata għar-rapportar, l-awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tiddokumenta r-rapportar bil-fomm fil-forma ta' minuti preċiżi tal-konverżazzjoni ppreparati mill-membri tal-persunal dedikat. L-awtorità kompetenti għandha toffri l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirranġa u taqbel mal-minuti tat-telefonata billi tiffirmahom.

4.  Fejn tintuża linja tat-telefon mhux irrekordjata għar-rapportar, l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali privati u pubbliċi għandhom jiddokumentaw ir-rapportar bil-fomm fil-forma ta' minuti preċiżi tal-konverżazzjoni ppreparati mill-membri tal-persunal dedikat. L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali pubbliċi u privati għandhom joffru l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirranġa u taqbel mat-traskrizzjoni tat-telefonata billi tiffirmaha.

5.  Meta persuna titlob laqgħa mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti biex tirrapporta skont l-Artikolu 7(2)(c), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, li jinżammu rekords kompluti u preċiżi tal-laqgħa f'forma li tista' tiġi rkuprata u li hi durabbli. Awtorità kompetenti għandu jkollha d-dritt li tiddokumenta r-rekords tal-laqgħa b'wieħed mill-modi li ġejjin:

5.  Meta persuna titlob laqgħa mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtoritajiet kompetenti jew tal-entitajiet legali privati u pubbliċi biex tirrapporta skont l-Artikolu 7(2)(c), l-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali privati u pubbliċi għandhom jiżguraw, soġġett għall-kunsens tal-persuna li tirrapporta, li jinżammu rekords kompluti u preċiżi tal-laqgħa f'forma li tista' tiġi rkuprata u li hi durabbli. L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali privati u pubbliċi għandhom jiddokumentaw ir-rekords tal-laqgħa b'wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)  reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f'forma li tista' tiġi rkuprata u li hija durabbli;

(a)  reġistrazzjoni tal-konverżazzjoni f'forma li tista' tiġi rkuprata u li hija durabbli;

(b)  minuti preċiżi tal-laqgħa preparati mill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti.

(b)  minuti preċiżi tal-laqgħa preparati mill-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti u tal-entitajiet legali privati u pubbliċi.

L-awtorità kompetenti għandha toffri l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirranġa u taqbel mal-minuti tal-laqgħa billi tiffirmahom.

L-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet legali pubbliċi u privati għandhom joffru l-possibbiltà lill-persuna li tirrapporta li tiċċekkja, tirranġa u taqbel mat-traskrizzjoni tal-laqgħa billi tiffirmaha.

 

5a.  Fejn tqum il-kwistjoni ta' divulgazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-persuna li tirrapporta dwar dan u jibagħtulha ġustifikazzjoni bil-miktub li tispjega r-raġunijiet għad-divulgazzjoni tad-data kunfidenzjali kkonċernata. Il-persuna li tirrapporta għandha tiġi offruta l-possibbiltà li tiċċekkja u tirranġa l-ġustifikazzjoni u taqbel li r-raġunijiet għall-iżvelar jeżistu.

 

Emenda    98

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Kundizzjonijiet għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw

Kundizzjonijiet għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw

1.  Persuna li tirrapporta għandha tikkwalifika għall-protezzjoni taħt din id-Direttiva sakemm għandha raġunijiet ġustifikati biex temmen li l-informazzjoni rrapportata kienet vera fil-ħin tar-rapportar u li din l-informazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.  Persuna li tirrapporta internament jew esternament jew it-tnejn li huma għandha tikkwalifika għall-protezzjoni taħt din id-Direttiva sakemm għandha raġunijiet ġustifikati biex temmen li l-informazzjoni rrapportata kienet vera fil-ħin tar-rapportar u li din l-informazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2.  Persuna li tirrapporta esternament għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva fejn waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin hija ssodisfata:

 

(a)  hi rrapportat internament l-ewwel iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa bi tweġiba għar-rapport fil-perjodu ta' żmien raġonevoli msemmi fl-Artikolu 5;

 

(b)  kanali ta' rapportar interni ma kinux disponibbli għall-persuna li qed tirrapporta jew ma setax ikun mistenni b'mod raġonevoli li l-persuna li qed tirrapporta tkun konxja bid-disponibbiltà ta' tali kanali;

 

(c)  l-użu ta' kanali ta' rapportar interni ma kienx obbligatorju għall-persuna li qed tirrapporta, skont l-Artikolu 4(2);

 

(d)  hi ma setgħetx tkun mistennija b'mod raġonevoli li tuża kanali ta' rapportar interni fid-dawl tas-suġġett tar-rapport;

 

(e)  hi kellha raġunijiet ġustifikati sabiex temmen li l-użu ta' kanali ta' rapportar interni setgħu jipperikolaw l-effettività tal-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti;

 

(f)   hi kienet intitolata li tirrapporta direttament permezz tal-kanali ta' rapportar esterni lil awtorità kompetenti skont il-liġi tal-Unjoni.

 

3.  Persuna li tirrapporta lil entitajiet, uffiċċji jew aġenziji rilevanti tal-Unjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tikkwalifika għal protezzjoni kif stipulat f'din id-Direttiva taħt l-istess kundizzjonijiet bħal persuna li rrapportat esternament skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2.

3.  Persuna li tirrapporta lil entitajiet, uffiċċji jew aġenziji rilevanti tal-Unjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tikkwalifika għal protezzjoni kif stipulat f'din id-Direttiva taħt l-istess kondizzjonijiet bħal persuna li rrapportat skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

4.  Persuna li tiżvela pubblikament informazzjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva fejn:

4.  Persuna li tiżvela pubblikament informazzjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva fejn:

(a)  hi l-ewwel irrapportat internament u/jew esternament skont il-Kapitoli II u III u l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa b'rispons għar-rapport fil-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikoli 6(2)(b) u 9(1)(b); or

(a)  hi l-ewwel irrapportat internament u/jew esternament skont il-Kapitoli II u III u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa b'rispons għar-rapport fil-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikoli 5(1)(d) u 9(1)(b); or

(b)   hi ma tistax tkun mistennija b'mod raġonevoli li tuża kanali ta' rapportar interni u/jew esterni minħabba periklu imminenti jew evidenti għall-interess pubbliku jew għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, jew fejn ikun hemm riskju ta' ħsara irriversibbli.

(b)   hi jkollha raġunijiet raġonevoli biex temmen li hi ma tistax tkun mistennija li tuża kanali ta' rapportar interni u/jew esterni minħabba, pereżempju, periklu imminenti jew evidenti jew ħsara għall-interess pubbliku jew għaċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, bħal każijiet fejn persuni li jirrapportaw ikollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li hemm kollużjoni bejn l-awtur tal-ksur u l-awtorità kompetenti, jew li jkun hemm parteċipazzjoni diretta jew indiretta fl-allegat imġiba ħażina min-naħa tal-awtoritajiet esterni rilevanti, jew li l-evidenza tista' tinħeba jew tinqered, jew fejn ikun hemm sitwazzjoni ta' urġenza jew riskju ta' ħsara irriversibbli.

 

4a.  Jekk l-identità tal-awtur ta' rapport anonimu, tiġi żvelata fi stadju aktar tard, hu għandu jgawdi mill-protezzjoni prevista f'din id-Direttiva taħt l-istess kondizzjonijiet bħall-persuna li tirrapporta li l-identità tagħha kienet magħrufa pubblikament meta sar għall-ewwel darba r-rapport jew l-iżvelar pubbliku.

Emenda    99

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Projbizzjoni ta' ritaljazzjoni kontra persuni li jirrapportaw

Projbizzjoni ta' ritaljazzjoni kontra persuni li jirrapportaw

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu kwalunkwe forma ta' ritaljazzjoni, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, kontra persuni li jirrapportaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13, inkluż b'mod partikolari fil-forma ta':

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprojbixxu kwalunkwe forma ta' ritaljazzjoni, kemm jekk diretta kif ukoll indiretta, kontra persuni li jirrapportaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13, kontra persuni li jkunu biħsiebhom jirrapportaw jew kontra l-faċilitaturi, inkluż b'mod partikolari fil-forma ta':

(a)  sospensjoni, sensja, tkeċċija jew miżuri ekwivalenti;

(a)  sospensjoni, sensja, tkeċċija jew miżuri ekwivalenti;

(b)  dimozzjoni jew sospensjoni ta' promozzjoni;

(b)  dimozzjoni jew sospensjoni ta' promozzjoni;

(c)  trasferiment ta' kompiti, bidla fil-post tax-xogħol, tnaqqis ta' pagi, bidla fis-sigħat tax-xogħol;

(c)  trasferiment ta' kompiti, bidla fil-post tax-xogħol, tnaqqis ta' pagi, bidla fis-sigħat tax-xogħol;

(d)  sospensjoni ta' taħriġ;

(d)  sospensjoni ta' taħriġ;

(e)  valutazzjoni tal-prestazzjoni jew referenza tal-impjieg negattivi;

(e)  valutazzjoni tal-prestazzjoni jew referenza tal-impjieg negattivi;

(f)  impożizzjoni jew amministrazzjoni ta' kwalunkwe dixxiplina, ċanfira jew penali oħrajn, inkluż penali finanzjarju;

(f)  impożizzjoni jew amministrazzjoni ta' kwalunkwe dixxiplina, ċanfira jew pieni oħrajn, inkluż piena finanzjarja;

(g)  koerzjoni, intimidazzjoni, fastidju jew ostraċiżmu fuq il-post tax-xogħol;

(g)  koerċizzjoni, intimidazzjoni, fastidju jew ostraċiżmu;

(h)  diskriminazzjoni, żvantaġġ jew trattament inġust;

(h)  diskriminazzjoni, żvantaġġ jew trattament inġust;

(i)  nuqqas ta' qlib ta' kuntratt tal-impjieg minn wieħed temporanju għal wieħed permanenti;

(i)  nuqqas ta' qlib ta' kuntratt tal-impjieg minn wieħed temporanju għal wieħed permanenti;

(j)  nuqqas ta' tiġdid jew terminazzjoni bikrija tal-kuntratt tal-imjieg temporanju;

(j)  nuqqas ta' tiġdid jew terminazzjoni bikrija tal-kuntratt tal-impjieg temporanju;

(k)  ħsara, inkluż għar-reputazzjoni tal-persuna, jew telf finanzjarju, inkluż telf ta' negozju u telf ta' dħul;

(k)  ħsara, inkluż għar-reputazzjoni tal-persuna, b'mod partikolari fuq il-midja soċjali, jew telf finanzjarju, inkluż telf ta' negozju u telf ta' dħul;

(l)  tniżżil f'lista sewda abbażi ta' ftehim informali jew formali mal-industrija jew mas-settur kollu, li jinvolvi li l-persuna mhux se ssib impjieg fis-settur jew fl-industrija fil-futur;

(l)  tniżżil f'lista sewda abbażi ta' ftehim informali jew formali mal-industrija jew mas-settur kollu, li jinvolvi li l-persuna mhux se ssib impjieg fis-settur jew fl-industrija fil-futur;

(m)  terminazzjoni bikrija jew kanċellazzjoni ta' kuntratt għal prodotti jew servizzi;

(m)  terminazzjoni bikrija jew kanċellazzjoni ta' kuntratt għal prodotti jew servizzi minħabba r-rapportar taħt din id-Direttiva;

(n)  kanċellazzjoni ta' liċenzja jew permess.

(n)  kanċellazzjoni ta' liċenzja jew permess;

 

(na)  riferimenti psikjatriċi jew mediċi obbligatorji;

 

(nb)  sospensjoni jew revoka tal-approvazzjoni tas-sigurtà.

Emenda    100

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Appoġġ tal-persuna li tirrapporta minn parti terza indipendenti

 

1.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-persuna li tirrapporta jew il-persuna li tkun beħsiebha tirrapporta jew tiżvela informazzjoni pubblikament tingħata appoġġ fil-proċedura. Tali appoġġ għandu jiżgura li l-identità tal-persuni msemmija f'dan il-paragrafu tibqa' kunfidenzjali u jista', b'mod partikolari, jieħu l-forma ta':

 

(a)  parir mingħajr ħlas, imparzjali u kunfidenzjali, speċjalment dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-kanali ta' rapportar u l-protezzjoni mogħtija lill-persuna li tirrapporta u d-drittijiet tal-persuna kkonċernata;

 

(b)  parir legali fil-każ ta' tilwim legali, skont l-Artikolu 15(8);

 

(c)  appoġġ psikoloġiku, skont l-Artikolu 15(8).

 

2.  Dan l-appoġġ jista' jingħata minn ċentru ta' informazzjoni, jew minn awtorità amministrattiva indipendenti unika u identifikata b'mod ċar.

Emenda    101

Proposta għal direttiva

Artikolu 14b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14b

 

Id-dmir li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw

 

1. L-identità ta' persuna li tirrapporta ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tal-persuna li tirrapporta. Dan ir-rekwiżit ta' kunfidenzjalità għandu wkoll japplika għal informazzjoni li tista' tintuża biex tiġi skoperta l-identità tal-persuna li tirrapporta.

 

2. Kwalunkwe persuna li tidħol fil-pussess ta' data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tenħtieġ tipproteġi tali data.

 

3. Il-persuna kkonċernata ma tista', fl-ebda ċirkostanza, tkun intitolata li tikseb informazzjoni dwar l-identità tal-persuna li tirrapporta.

 

4. Iċ-ċirkostanzi li taħthom tista' tiġi żvelata d-data kunfidenzjali ta' persuna li tirrapporta għandhom ikunu limitati għal każijiet fejn l-iżvelar ta' data jkun obbligu neċessarju u proporzjonat kif meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji sussegwenti jew biex jiġu salvagwardjati l-libertajiet tal-oħrajn inkluż id-dritt ta' difiża tal-persuna kkonċernata, u f'kull każ soġġetti għal salvagwardji xierqa skont dawn il-liġijiet.

 

5. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-persuna maħtura biex tirċievi u ssegwi r-rapporti għandha tkun meħtieġa tinforma lill-persuna li tirrapporta qabel ma din tiżvela d-data kunfidenzjali tagħha.

 

6. Il-kanali ta' rapportar interni u esterni huma mfassla, stabbiliti u operati b'tali mod li jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta, u jipprevjenu l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati; 

Emenda    102

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

Artikolu 15

Miżuri għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw kontra r-ritaljazzjoni

Miżuri għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw u tal-faċilitaturi kontra r-ritaljazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni ta' persuni li jirrapportaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13. Tali miżuri għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dawk stipulati fil-paragrafi 2 sa 8.

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni ta' persuni li jirrapportaw li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13. Tali miżuri għandhom jinkludu, b'mod partikolari, dawk stipulati fil-paragrafi 2 sa 8.

2.   Informazzjoni u pariri komprensivi u indipendenti dwar proċeduri u rimedji disponibbli dwar il-protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas.

2.   Informazzjoni u pariri komprensivi u indipendenti dwar proċeduri u rimedji disponibbli dwar il-protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni għandhom ikunu faċilment aċċessibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas.

3.  Persuni li jirrapportaw għandu jkollhom aċċess għal assistenza effettiva mill-awtoritajiet kompetenti quddiem kwalunkwe awtorità rilevanti involuta fil-protezzjoni tagħhom kontra r-ritaljazzjoni, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-fatt li jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva, fejn ipprovdut mil-liġi nazzjonali.

3.  Persuni li jirrapportaw u l-faċilitaturi għandu jkollhom aċċess għal assistenza effettiva mill-awtoritajiet kompetenti quddiem kwalunkwe awtorità rilevanti involuta fil-protezzjoni tagħhom kontra r-ritaljazzjoni, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-fatt li jikkwalifikaw għal protezzjoni taħt din id-Direttiva, fejn ipprovdut mil-liġi nazzjonali.

4.  Persuni li jirrapportaw esternament lil awtoritajiet kompetenti jew li jagħmlu żvelar pubbliku skont din id-Direttiva ma għandhomx jitqiesu li kisru xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' tali żvelar.

4.  Persuni li jirrapportaw esternament lil awtoritajiet kompetenti jew li jagħmlu żvelar pubbliku skont din id-Direttiva ma għandhomx jitqiesu li kisru xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'xi dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva, u ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda tip ta' responsabbiltà relatata ma' tali żvelar.

5.  Fi proċedimenti ġudizzjarji marbutin ma' detriment sofrut mill-persuna li tirrapporta, u diment li tipprovdi raġunijiet raġonevoli biex temmen li d-detriment kien b'ritaljazzjoni talli għamlet ir-rapport jew l-iżvelar, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-persuna li ħadet il-miżura ta' ritaljazzjoni sabiex tipprova li d-detriment ma kienx konsegwenza tar-rapport iżda esklussivament ibbażat fuq raġunijiet ġustifikati.

5.  Fi proċedimenti ġudizzjarji marbutin ma' detriment imġarrab mill-persuna li tirrapporta, u diment li tipprovdi raġunijiet raġonevoli biex temmen li d-detriment kien b'ritaljazzjoni talli għamlet ir-rapport jew l-iżvelar, għandha tkun ir-responsabbiltà tal-persuna li ħadet il-miżura ta' ritaljazzjoni sabiex tipprova li d-detriment ma kienx konsegwenza tar-rapport jew ta' żvelar pubbliku, iżda esklussivament ibbażat fuq raġunijiet ġustifikati.

6.  Il-persuni li jirrapportaw għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta' rimedju kontra r-ritaljazzjoni kif xieraq, inklużi miżuri interim sas-soluzzjoni tal-proċedimenti legali, skont il-qafas nazzjonali.

6.  Il-persuni li jirrapportaw u l-faċilitaturi għandu jkollhom aċċess għal miżuri ta' rimedju kontra r-ritaljazzjoni kif xieraq, inklużi miżuri interim sas-soluzzjoni tal-proċedimenti legali, skont il-qafas nazzjonali.

7.   Flimkien mal-eżenzjoni minn miżuri, proċeduri u rimedji previsti fid-Direttiva (UE) 2016/943, fi proċedimenti ġudizzjarji, inkluż għal defamazzjoni, ksur ta' drittijiet tal-awtur, ksur ta' segretezza jew għal talbiet għal kumpens ibbażati fuq il-liġi tal-impjieg privata, pubblika jew kollettiva, persuni li jirrapportaw għandu jkollhom id-dritt li jistrieħu fuq li jkunu għamlu rapport jew żvelar skont din id-Direttiva sabiex ifittxu t-tkeċċija.

7.   Flimkien mal-eżenzjoni minn miżuri, proċeduri u rimedji previsti fid-Direttiva (UE) 2016/943, fi proċedimenti ġudizzjarji, inkluż għal malafama, ksur ta' drittijiet tal-awtur, ksur ta' segretezza jew għal talbiet għal kumpens ibbażati fuq il-liġi tal-impjieg privata, pubblika jew kollettiva, persuni li jirrapportaw għandu jkollhom id-dritt li jistrieħu fuq li jkunu għamlu rapport jew żvelar skont din id-Direttiva sabiex ifittxu t-tkeċċija. L-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa biex jestendu tali dritt biex ifittxu t-tkeċċija ta' membri individwali ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta dawn ikunu relatati ma' att ta' rapportar.

8.  Flimkien mal-għoti ta' għajnuna legali għal persuni li jirrapportaw fi proċedimenti kriminali u ċivili transfruntiera skont id-Direttiva (UE) 2016/1919 u d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63, u skont il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu aktar miżuri għal assistenza legali u finanzjarja u appoġġ għal persuni li jirrapportaw fil-qafas tal-proċedimenti legali.

8.  Flimkien mal-għoti ta' għajnuna legali għal persuni li jirrapportaw fi proċedimenti kriminali u ċivili transfruntiera skont id-Direttiva (UE) 2016/1919 u d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63, u skont il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu aktar miżuri għal assistenza legali u finanzjarja u appoġġ, inkluż appoġġ psikoloġiku, għal persuni li jirrapportaw fil-qafas tal-proċedimenti legali.

________________

________________

63 Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

63 Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

Emenda    103

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Miżuri ta' rimedju

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw rimedji u kumpens sħiħ għall-ħsarat imġarrba minn persuni li jirrapportaw filwaqt li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 13. Tali miżuri ta' rimedju jistgħu jieħdu l-forom li ġejjin:

 

a) riintegrazzjoni

 

b) l-għoti lura ta' permess, liċenzja jew kuntratt ikkanċellat;

 

c) kumpens għal telf finanzjarju attwali jew futur;

 

d) kumpens għal ħsarat ekonomiċi oħrajn jew ħsarat mhux materjali.

Emenda    104

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn l-identità tal-persuni kkonċernati mhijiex magħrufa mill-pubbliku, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-identità tagħhom tibqa' protetta sakemm tibqa' għaddejja l-investigazzjoni.

2.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuni kkonċernati tibqa' protetta sakemm tibqa' għaddejja l-investigazzjoni imma li fl-ebda każ ma jsir dan wara l-bidu tal-proċess kriminali.

Emenda    105

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Id-drittijiet ta' persuni involuti

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe sejba jew rapport li jirriżultaw minn valutazzjoni jew investigazzjoni ta', jew ikkawżati minn, rapporti jew żvelar protett taħt din id-Direttiva ma jippreġudikawx b'mod inġust lil xi individwu, kemm direttament kif ukoll indirettament. Għandu jiġi rrispettat b'mod sħiħ ukoll id-dritt għal seduta ta' smigħ jew proċess ġusti.

Emenda    106

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

Artikolu 17

Pieni

Pieni

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li:

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li:

(a)  itellfu jew jippruvaw itellfu r-rapportar;

(a)  itellfu jew jippruvaw itellfu r-rapportar;

(b)  jieħdu miżuri ta' ritaljazzjoni kontra persuni li jirrapportaw;

b)  jieħdu miżuri ta' ritaljazzjoni kontra persuni li jirrapportaw u l-faċilitaturi;

(c)  iressqu proċeduri vessatorji kontra persuni li jirrapportaw;

(c)  iressqu proċeduri vessatorji kontra persuni li jirrapportaw;

(d)  jiksru d-dmir li jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw.

d)  jiksru d-dmir li jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw u tal-persuni kkonċernati.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni li jagħmlu rapporti jew żvelar malizzjużi jew abbużivi, inklużi miżuri għall-kumpens ta' persuni li jkunu sofrew ħsara minn rapporti jew żvelar malizzjużi jew abbużivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi jkunu applikabbli għal persuni li jirrapportaw li jagħmlu rapporti jew żvelar li huwa dimostrat li huma konsapevolment ħżiena, u li huma stabbiliti miżuri għall-kumpens ta' persuni li jkunu ġarrbu ħsara minn rapporti jew żvelar malizzjużi jew abbużivi.

Emenda    107

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Ebda Deroga ta' Drittijiet u Rimedji

 

Id-drittijiet u r-rimedji previsti taħt din id-Direttiva ma jistgħux jiġu derogati jew limitati b'xi ftehim, politika, forma jew kondizzjoni ta' impjieg, inkluż permezz ta' ftehim ta' arbitraġġ ta' qabel tilwima. Kwalunkwe tentattiv ta' deroga jew limitazzjoni ta' dawn id-drittijiet u r-rimedji għandu jiġi kkunsidrat null u mhux infurzabbli u jista' jkun soġġett għal pieni jew sanzjonijiet.

Emenda    108

Proposta għal direttiva

Artikolu 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17b

 

Obbligu ta' kooperazzjoni

 

1. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiġu mgħarrfa bi ksur tal-liġi tal-Unjoni, kif kopert minn din id-Direttiva, għandhom jinfurmaw fil-pront lill-awtoritajiet rilevanti l-oħrajn kollha tal-Istati Membri u/jew lill-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u għandhom jikkooperaw magħhom b'mod leali, effettiv u fil-pront.

 

2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiġu notifikati minn awtoritajiet ta' Stati Membri oħrajn dwar ksur potenzjali tal-liġi tal-Unjoni, kif kopert minn din id-Direttiva, għandhom jipprovdu rispons sostantiv għall-azzjonijiet meħuda b'rabta mal-imsemmija notifika kif ukoll rikonoxximent uffiċjali tar-riċeviment u punt ta' kuntatt għal kooperazzjoni ulterjuri.

 

3. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom iħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu, b'mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-identità u informazzjoni personali oħra tal-persuni li jirrapportaw.

 

4. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu aċċess kunfidenzjali għall-informazzjoni li jirċievu mingħand persuni li jirrapportaw u għandhom jiffaċilitaw talbiet għal aktar informazzjoni minnufih.

 

5. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha ma' awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħrajn fir-rigward ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali f'każijiet internazzjonali u għandhom jagħmlu dan minnufih.

Emenda    109

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jsir skont din id-Direttiva, inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li kull skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti fil-livell ta' Unjoni jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Data personali li mhijiex rilevanti għall-immaniġġjar ta' każ speċifiku għandha titħassar immedjatament.

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali li jsir skont din id-Direttiva, inkluż l-iskambju jew it-trażmissjoni ta' data personali mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, għandu jsir skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li kull skambju jew trażmissjoni ta' informazzjoni minn awtoritajiet kompetenti fil-livell ta' Unjoni jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. Data personali li mhijiex rilevanti għall-immaniġġjar ta' każ speċifiku ma għandhiex tinġabar jew, jekk inċidentalment tinġabar, għandha titħassar immedjatament.

Emenda    110

Proposta għal direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19

Artikolu 19

Trattament iżjed favorevoli

Trattament iżjed favorevoli u klawżola ta' nonrigressjoni

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għad-drittijiet tal-persuni li jirrapportaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(2).

1.  L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għad-drittijiet tal-persuni li jirrapportaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16 u l-Artikolu 17(2).

 

1a.  Traspożizzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida biex jitnaqqas il-livell ġenerali ta' protezzjoni diġà mogħtija lill-persuni li jirrapportaw taħt il-liġi nazzjonali fl-oqsma li din tapplika għalihom.

Emenda    111

Proposta għal direttiva

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

 

Ir-rispett għall-awtonomija tas-sħab soċjali

 

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tas-sħab soċjali u għad-dritt tagħhom li jidħlu fi ftehimiet kollettivi skont il-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prattiki nazzjonali filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu rrispettati l-mudelli tas-swieq tax-xogħol nazzjonali fir-rigward tal-awtonomija tas-sħab soċjali.

Emenda    112

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta jittrasponu din id-direttiva, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-istabbiliment ta' awtorità indipendenti għall-protezzjoni tal-informaturi.

Emenda    113

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Mejju 2023, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Mejju 2023, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll l-ewwel valutazzjoni ta' jekk hijiex xierqa l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva biex tkopri oqsma ulterjuri jew atti tal-Unjoni.

Emenda    114

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  in-numru aċċertat ta' miżuri ta' ritaljazzjoni kontra persuni li jirrapportaw;

Emenda    115

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 - paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Mejju 2027, bil-kunsiderazzjoni tar-rapport tagħha ppreżentat skont il-paragrafu 1 u l-istatistiki tal-Istati Membri ppreżentati skont il-paragrafu 2, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-impatt tal-liġi nazzjonali li tittrasponi lil din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jevalwa l-mod li bih operat din id-Direttiva u jikkunsidra l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali, inkluż, fejn xieraq, emendi bil-ħsieb li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal aktar oqsma jew atti tal-Unjoni.

3.  Il-Kummissjoni għandha, sal-15 ta' Mejju 2025, bil-kunsiderazzjoni tar-rapport tagħha ppreżentat skont il-paragrafu 1 u l-istatistiki tal-Istati Membri ppreżentati skont il-paragrafu 2, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-impatt tal-liġi nazzjonali li tittrasponi lil din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jevalwa l-mod li bih operat din id-Direttiva, l-impatt possibbli fuq id-drittijiet fundamentali bħall-privatezza, id-dritt għall-preżunzjoni ta' innoċenza u d-dritt għal proċess ġust, u jikkunsidra l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali, inkluż, fejn xieraq, emendi bil-ħsieb li jestendu l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għal aktar oqsma jew atti tal-Unjoni.

Emenda    116

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Rapporti bħal dawn għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u faċilment aċċessibbli.

Emenda    117

Proposta għal direttiva

Artikolu 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21a

 

Aġġornament tal-Anness

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 21b sabiex taġġorna l-Anness ta' din id-Direttiva kull meta att legali ġdid tal-Unjoni jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni materjali stabbilit fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) jew l-Artikolu 1(2).

Emenda    118

Proposta għal direttiva

Artikolu 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 21b

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 21a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hi ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.

 

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 21a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    119

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt B - titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B  Artikolu 1(a)(ii) – is-servizzi finanzjarji, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

B  Artikolu 1(a)(ii) – is-servizzi finanzjarji, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu1a;

 

_________________

 

1a Kompetenza esklussiva tal-Kumitat ECON u LIBE

Emenda    120

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt Ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ba.   l-Artikolu 1(a)(ii)(b) - l-istandards soċjali, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

 

1.   L-istandards soċjali tal-Unjoni Ewropea, kif irregolati b'mod partikolari minn:

 

(i)   Id-Direttiva 79/7/KEE tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju ta' trattament indaqs għal irġiel u nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (ĠU L 6, 10.1.1979, p. 24);

 

(ii)   Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32);

 

(iii)   Id-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-25 ta' Ġunju 1991 li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' impjieg b'dewmien fiss jew ta' impjieg temporanju (ĠU L 206, 29.7.1991, p. 19.);

 

(iv)   Id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta' Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12);

 

(v)   Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16);

 

(vi)   Id-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta' persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU L 209, 25.7.1998, p. 46);

 

(vii)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16);

 

(viii)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22);

 

(ix)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA) (ĠU L 302, 1.12.2000, p. 57);

 

(x)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16);

 

(xi)   Id-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta' ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (ĠU L 080, 25.11.2005, p. 35-39) u r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, 11.4.2006, p. 1);

 

(xii)   Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10);

 

(xiii)   Id-Direttiva 2004/113/KE tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2004 li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 37);

 

(xiv)   Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

 

(xv)   Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23);

 

(xvi)   Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36);

 

(xvii)   Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1);

 

(xviii)   Id-Direttiva 2014/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ĠU L 128, 30.4.2014, p. 8);

 

(xix)   Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11);

 

(xx)   Id-Direttiva 2014/50/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar ir-rekwiżiti minimi sabiex tiżdied il-mobbiltà tal-ħaddiema minn Stat Membru għal ieħor permezz ta' titjib fil-ksib u l-preservazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari (ĠU L 128, 30,4.2014, p. 1);

 

(xxi)   Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 1);

 

(xxii)   Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51);

 

(xxiii)   Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1);

 

(xxiv)  Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1);

 

(xxv)   Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1);

 

(xxvi)   Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19);

 

2.   Standards relatati mas-saħħa u mas-sikurezza fuq ix-xogħol, kif irregolat b'mod partikolari minn:

 

(i)   id-Direttivi individwali kollha fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE;

 

(ii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/29/KEE tal-31 ta' Marzu 1992 dwar ħtiġiet minimi ta' sigurtà u ta' saħħa għal trattament mediku mtejjeb abbord bastimenti (ĠU L 113, 30.4.1992, p. 19);

 

(iii)   Id-Direttiva 2001/95/KEE tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodott (ĠU L 11, 15.01.2002, p. 4);

 

(iv)   Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24);

 

(v)   Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/15/KE tas-7 ta' Frar 2006 li tistabbilixxi t-tieni lista ta' valuri ta' limitu indikattivi ta' espożizzjoni waqt ix-xogħol fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u li temenda d-Direttivi 91/322/KEE u 2000/39/KE (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 36);

 

(vi)   Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13);

 

(vii)   Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta' sikurezza u ta' saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5);

 

(viii)   Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28);

 

(ix)   Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

Emenda    121

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E - titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

E  Artikolu 1(a)(v) – il-protezzjoni tal-ambjent:

E  Artikolu 1(a)(v) – il-protezzjoni tal-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tniġġis tal-baħar, it-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku, il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma u tal-ħamrija, il-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

Emenda    122

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1.   Id-dispożizzjonijiet relatati mar-responsabbiltà ambjentali, inkluż:

(NB: din l-intestatura għandha tiddaħħal qabel l-Anness I, parti I, punt E, punt i)

Emenda    123

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23);

imħassar

Emenda    124

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv)  id-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' penali għal ksur (ĠU L 280, 27.10.2009, p. 52).

imħassar

Emenda    125

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)  ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55);

imħassar

Emenda    126

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – punt vi

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vi)  ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1);

imħassar

Emenda    127

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – punt vii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(xvii)  ir-Regolament (KE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60);

imħassar

Emenda    128

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – punt viii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(viii)  ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta ' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p.1);

imħassar

Emenda    129

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – punt ix

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ix)  id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1).

imħassar

Emenda    130

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.    Id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għal informazzjoni ambjentali:

 

(i)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26);

 

(ii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43);

 

(iii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13);

 

(iv)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1);

 

(v)  Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, 25.6.2003, p 17).

 

(NB. Dan il-paragrafu għandu jitqiegħed wara l-punt E, (ii))

Emenda    131

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.   Dispożizzjonijiet dwar l-ambjent u l-klima, inkluż:

 

(i)  Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185);

 

(ii)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16);

 

(iii)  Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63), u r-Regolamenti kollha relatati;

 

(iv)  Ir-Regolament (UE) Nru 421/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali (ĠU L 129, 30.4.2014, p. 1);

 

(v)  Id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-diossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114);

 

(vi)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13);

 

(vii)  Ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195);

 

(viii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51);

 

(ix)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    132

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.   Id-dispożizzjonijiet relatati mal-iżvilupp sostenibbli u mal-immaniġġjar tal-iskart, inkluż:

 

(i)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3);

 

(ii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April 1999 dwar ir-rimi ta' skart f'landfills (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1);

 

(iii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1);

 

(iv)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10);

 

(v)  Id-Direttiva 2015/720KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief (ĠU L 115, 6.5.2015, p. 11);

 

(vi)  Id-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38);

 

(vii)  Id-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1);

 

(viii)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88);

 

(ix)  Id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-18 ta' Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34);

 

(x)  Id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom, u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10);

 

(xi)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 96/59/KE tas-16 ta' Settembru 1996 dwar ir-rimi ta' polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31);

 

(xii)  Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta' ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88);

 

(xiii)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30);

 

(xiv)  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1);

 

(xv)  Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ir-riċiklaġġ tal-bastimenti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 u d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 330, 10.12.2013, p. 1);

 

(xvi)  Ir-Regolament (KE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60);

 

(xvii)  Ir-Regolament (Euratom) Nru 1493/2006 tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 1993 dwar it-trasferiment ta' sustanzi radjuattivi (ĠU L 148, 19.6.1993, p. 1).

Emenda    133

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.   Id-dispożizzjonijiet relatati mat-tniġġis tal-baħar, it-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku, inkluż:

 

(i)  Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1);

 

(ii)  Id-Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3);

 

(iii)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7);

 

(iv)  Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1);

 

(v)  Id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 22);

 

(vi)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/63/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili (VOL) li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24);

 

(vii)  Id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 36);

 

(viii)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1);

 

(ix)  Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1);

 

(x)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1);

 

(xi)  Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1);

 

(xii)  Id-Direttiva 1999/94/KE relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda (ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16);

 

(xiii)  Ir-Regolament (KE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1);

 

(xiv)  Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12);

 

(xv)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 12);

 

(xvi)  Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53);

 

(xvii)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17);

 

(xviii)  Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (ĠU L 313, 28.11.2015, p. 1);

 

(xix)  Id-Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 3);

 

(xx)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1);

 

(xxi)  Id-Direttiva 2006/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 8);

 

(xxii)  Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53);

 

(xxiii)  Ir-Regolament (UE) Nru 546/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex jiġi ppromwovut it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 15);

 

(xxiv)  Id-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta' April 2009, li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 88);

 

(xxv)  Id-Direttiva 2009/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' penali għal ksur (ĠU L 280, 27.10.2009, p. 52);

 

(xxvi)  Ir-Regolament (UE) 2015/757 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu, u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 55);

 

(xxvii)  Ir-Regolament (KE) Nru 782/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' April 2003 dwar il-projbizzjoni tal-komposti tal-organotin fuq il-bastimenti (ĠU L 115, 9.5.2006, p. 1);

 

(xxviii)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12);

 

(xxix)  Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1);

 

(xxx)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

Emenda    134

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e.   Id-dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni u mal-immaniġġjar tal-ilma u tal-ħamrija, inkluż:

 

(i)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1);

 

(ii)  Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84);

 

(iii)  Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19);

 

(iv)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40);

 

(v)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32);

 

(vi)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2003/40/KE tas-16 ta' Mejju 2003 li tistabbilixxi l-lista, il-limiti ta' konċentrazzjoni u l-ħtiġiet ta' tikkettjar għall-kostitwenti tal-ilmijiet minerali naturali u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' arja arrikkita b'ożonu għat-trattament ta' ilmijiet minerali naturali u ilmijiet min-nixxigħat (ĠU L 126, 22.5.2003, p. 34);

 

(vii)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 115/2010 tad-9 ta' Frar 2010 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-użu tal-alumina għat-tneħħija tal-fluworidu mill-ilmijiet minerali naturali u mill-ilmijiet tan-nixxigħat (ĠU L 37, 10.2.2010, p. 13);

 

(viii)  Id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37);

 

(ix)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19);

 

(x)  Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar diterġenti (ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1);

 

(xi)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1);

 

(xii)  Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19);

 

(xiii)  Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-23 ta' Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27);

 

(xiv)  Id-Direttiva 2014/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).

Emenda    135

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1f.   Dispożizzjonijiet relatati mal-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità:

 

(i)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7);

 

(ii)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7);

 

(iii)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35);

 

(iv)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta' Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta' kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, p. 1);

 

(v)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 708/2007 tal-11 ta' Ġunju 2007 dwar l-użu ta' speċi aljeni u li ma jinstabux lokalment fl-akkwakultura (ĠU L 168, 28.6.2007, p. 1);

 

(vi)  Id-Direttiva tal-Kunsill 83/129/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 li tirrigwarda l-importazzjoni tal-ġlud ta' ċerti friegħ tal-foki u ta' prodotti ġejjin minnhom fl-Istati Membri (ĠU L 91, 09.04.1983, p. 30);

 

(vii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1007/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 36);

 

(viii)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 734/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 dwar il-protezzjoni ta' ekosistemi marini vulnerabbli f'ibħra internazzjonali mill-impatti ħżiena tal-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 8);

 

(ix)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2004 tas-26 ta' April 2004 li jippreskrivi miżuri li jikkonċernaw qabdiet inċidentali ta' ċetaċji fil-meded (żoni) tas-sajd u jemenda r-Regolament (KE) Nru 88/98 (ĠU L 150, 30.4.2004, p. 12);

 

(x)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1);

 

(xi)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta' Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1);

 

(xii)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta' Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta' permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta' speċi ta' fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13);

 

(xiii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1523/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità jew l-esportazzjoni mill-Komunità ta' pil tal-qtates u tal-klieb u ta' prodotti oħra li fihom pil ta' din ix-xorta (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 1);

 

(xiv)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/22/KE tad-29 ta' Marzu 1999 dwar iż-żamma ta' annimali selvaġġi fiż-żoos (ĠU L 94, 9.4.1999, p. 24.);

 

(xv)  Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23);

 

(xvi)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea (ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1);

 

(xvii)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1307/2014 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jiddefinixxi l-kriterji u l-firxiet ġeografiċi ta' artijiet bil-ħaxix ta' bijodiversità għolja għall-finijiet tal-Artikolu 7b(3)(c) tad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u l-Artikolu 17(3)(c) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 3).

Emenda    136

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1g.   Id-dispożizzjonijiet relatati mas-sustanzi kimiċi, inkluż:

 

(i)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    137

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt E – paragrafu 1h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1h.   Id-dispożizzjonijiet relatati mal-prodotti organiċi, inkluż:

 

(i)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

Emenda    138

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt F – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

(ia) Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42);

Emenda    139

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt G - titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

G  Artikolu 1(a)(vii) – is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa u l-benessri tal-annimali:

G  Artikolu 1(a)(vii) – is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf:

Emenda    140

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt G – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Atti leġiżlattivi oħra rilevanti għas-sigurtà tal-ikel u l-għalf, b'mod partikolari:

 

(i)   Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1);

 

(ii)  Id-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta' mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 125, 21.5.2009, p. 75);

 

(iii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta' prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24);

 

(iv)  Ir-Regolament (KE) Nru 1946/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2003 dwar il-movimenti transkonfinali ta' organiżmi modifikati ġenetikament (ĠU L 287, 5.11.2003, p. 1);

 

(v)   Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1);

 

(vi)  Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1);

 

(vii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1);

 

(viii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 91/414/KEE u 79/117/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1);

 

(ix)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71);

 

(x)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1);

 

(xi)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2);

 

(xii)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2);

 

(xiii)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2);

 

(xiv)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/628/KE tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll ta' Cartagena dwar il-Bijosigurtà (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 48);

 

(xv)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1);

 

(xvi)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11);

 

(xvii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10);

 

(xviii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni tal-użu fl-istockfarming ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tirostatika u ta' beta-agonisti u li tħassar id-Direttivi 81/602/KEE, 88/146/KEE u 88/299/KEE (ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3);

 

(xix)  Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55);

 

(xx)  Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206);

 

(xxi)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11);

 

(xxii)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1);

 

(xxiii)  Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1);

 

(xxiv)  Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31);

 

(xxv)  Ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1);

 

(xxvi)  Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7);

 

(xxvii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16);

 

(xxviii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34);

 

(xxix)  Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew intiż għall-użu fi jew fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, p. 1);

 

(xxx)  Id-Direttiva 2009/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward is-solventi tal-estrazzjoni użati fil-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u l-ingredjenti tal-ikel (ĠU L 141, 6.6.2009, p. 3);

 

(xxxi)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1);

 

(xxxii)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5);

 

(xxxiii) Id-Direttiva 1999/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Frar 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw ikel u ingredjenti tal-ikel trattati b'radjazzjoni li tionizza (ĠU L 66, 13.3.1999, p. 16);

 

(xxxiv)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4);

 

(xxxv)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat-18 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi r-regoli bażiċi meħtieġa għall-ittestjar tal-migrazzjoni tal-kostitwenti ta' materjali u oġġetti tal-plastik intenzjonati biex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel (ĠU L 297, 23.10.1982, p. 26);

 

(xxxvi)  Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18);

 

(xxxvii) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35);

 

(xxxiii)   Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1);

 

(xxxix) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487);

 

(xxxx) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 354 28.12.2013, p. 22);

 

(xxxxi) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671);

 

(xxxxii) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29);

 

(xxxxiii) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/167/KEE tas-26 ta' Marzu 1990 li tistipula l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preparazzjoni, id-dħul fuq is-suq u l-użu fil-Komunità ta' prodotti tal-ikel medikat (ĠU L 92, 7.4.1990, p. 42);

 

(xxxxiv) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1);

 

(xxxxv) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10);

 

(xxxxvi) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1);

 

(xxxxii) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 9);

 

(xxxxiii) Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1).

Emenda    141

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-protezzjoni tal-benessri tal-annimali kif irregolata bi:

Ga.  L-Artikolu 1(a)(vii)(a) Il-protezzjoni tal-annimali u s-saħħa u l-benessri tal-annimali.

 

Dispożizzjonijiet u standards relatati mal-protezzjoni, mas-saħħa u mal-benessri tal-annimali, b'mod partikolari kif irregolati bi:

Emenda    142

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt Ga – punti iv - xxv (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iv)  Id-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33);

 

(v)  Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29);

 

(vi)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56);

 

(vii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13);

 

(viii)  Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59);

 

(ix)  Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta' annimali ta' razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali ("ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali") (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66);

 

(x)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE tal-15 ta' Lulju 2008 li tissimplifika l-proċeduri tal-elenkar u tal-pubblikazzjoni tat-tagħrif fl-oqsma veterinarji u żootekniċi u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE, 77/504/KEE, 88/407/KEE, 88/661/KEE, 89/361/KEE, 89/556/KEE, 90/426/KEE, 90/427/KEE, 90/428/KEE, 90/429/KEE, 90/539/KEE, 91/68/KEE, 91/496/KEE, 92/35/KEE, 92/65/KEE, 92/66/KEE, 92/119/KEE, 94/28/KE, 2000/75/KE, Deċiżjoni 2000/258/KE u Direttivi 2001/89/KE, 2002/60/KE u 2005/94/KE (ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40);

 

(xi)  Ir-Regolament (KE) Nru 1255/97 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 1997 dwar kriterji tal-Komunità għal postijiet ta' waqfien u li jemenda l-pjan ta' rotta msemmi fl-Anness tad-Direttiva 91/628/EEC (ĠU L 174 2.7.1997 p. 1);

 

(xii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar ċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali (ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28);

 

(xiii)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8);

 

(xiv)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/968/KE tal-15 ta' Diċembru 2006 li timplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 fir-rigward ta' linji gwida u proċeduri għall-identifikazzjoni tal-annimali ovini u kaprini (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 41);

 

(xv)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/879/KE tas-17 ta' Diċembru 1999 li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq u l-amministrazzjoni tas-somatotrofija tal-ifrat (BST) u li tħassar id-Deċiżjoni 90/218/KEE (ĠU L 331, tat-23.12.1999, p. 71);

 

(xvi)  Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53);

 

(xvii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19);

 

(xiii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7);

 

(xix)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5);

 

(xx)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3254/91 tal-4 ta' Novembru 1991 li jipprojbixxi fil-Komunità l-użu ta' nases li jaqbdu mis-saqajn u d-dħul fil-Komunità ta' ġlud u oġġetti manifatturati minn ċerti speċje ta' annimali ferjali li joriġinaw minn pajjiżi fejn dawn jinqabdu b'nases mis-saqajn jew b'metodi oħra tal-insib li ma jilħqux l-istandards umani internazzjonali għall-użu tan-nases (ĠU L 308, tad-9.11.1991, p. 1);

 

(xxi)  Id-Direttiva 2013/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-klieb, il-qtates u l-inmsa (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 107);

 

(xxii)  Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1);

 

(xxiii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1);

 

(xxiv)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta' kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19).

Emenda    143

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H - titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

H  Artikolu 1(a)(viii) – is-saħħa pubblika:

H  Artikolu 1(a)(viii) – is-saħħa pubblika u s-sigurtà tas-saħħa:

Emenda    144

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ia.  Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2005/2016 tal-25 ta' Lulju 2016 li temenda d-Direttiva 2005/62/KE fejn jidħlu l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tas-sistema tal-kwalità għall-istabbilimenti tad-demm (ĠU L 199, 26.7.2016, p. 14);

Emenda    145

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 1 – punt ib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ib.  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/61/KE tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet meħtieġa għat-traċċabilità u n-notifika ta' reazzjonijiet u avvenimenti li huma serjament avversi (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 32);

Emenda    146

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 1 – punt ic (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ic.   Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/33/KE tat-22 ta' Marzu 2004 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti ħtiġiet tekniċi tad-demm u tal-komponenti tad-demm (ĠU L 91, 30.3.2004, p. 25);

Emenda    147

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 1 – punt id (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

id.   Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/62/KE tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards u speċifikazzjonijiet Komunitarji fir-rigward ta' sistema ta' kwalità għall-istabbilimenti tad-demm (ĠU L 256, 1.10.2005, p. 41);

Emenda    148

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 1 – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

iiia.  Id-Direttiva 2010/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta' organi umani maħsuba għal trapjanti (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 14).

Emenda    149

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' tabakk u prodotti relatati rregolati bid-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1).

5.  Il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' tabakk u prodotti relatati rregolati bid-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 1), u r-reklamar u l-isponsorizzar tal-prodotti tat-tabakk irregolati bid-Direttiva 2003/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mar-reklmar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk (ĠU L 152, 20.6.2003, p. 16).

Emenda    150

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-prevenzjoni tal-ħsara relatata mal-alkoħol u l-prijoritajiet stabbiliti mill-istrateġija Ewropea biex tgħin lill-Istati Membri jnaqqsu l-ħsara relatata mal-alkoħol.

Emenda    151

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt H – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Atti leġiżlattivi oħra rilevanti għas-saħħa pubblika, b'mod partikolari:

 

(i) Ir-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2017 dwar apparati mediċi dijanjostiċi in vitro u li jħassar id-Direttiva 98/79/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 176);

 

(ii) Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59).

Emenda    152

Proposta għal direttiva

Anness I – parti I – punt Ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ja.  Artikolu 1(a)(xa) - l-impjieg, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-post tax-xogħol.

 

1.  Il-leġiżlazzjoni dwar l-impjiegi tal-Unjoni Ewropea, kif irregolata b'mod partikolari permezz ta':

 

(i)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32);

 

(ii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-25 ta' Ġunju 1991 li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta' impjieg b'dewmien fiss jew ta' impjieg temporanju (ĠU L 206, 29.7.1991, p. 19);

 

(iii)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta' Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12);

 

(iv)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16);

 

(v)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16);

 

(vi)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-salvagwardjar tad-drittijiet tal-impjegati f'każ ta' trasferimenti ta' impriża, kummerċ jew partijiet minn impriżi jew kummerċ (ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16);

 

(vii)  Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea - Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanza tal-ħaddiema (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29-34);

 

(viii)  Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9);

 

(ix)  Id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23);

 

(x)  Id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta' min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36);

 

(xi)  Id-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 9-14);

 

(xii)  Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28-44);

 

(xiii)  Id-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1);

 

(xiv)  Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11);

 

(xv)  Ir-Regolament (KE) Nru 450/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar l-indiċi tal-ispiża tax-xogħol (ĠU L 69, 13.3.2003, p. 1);

 

(xvi)  Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar proċedimenti ta' insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19);

 

2.  Il-kondizzjonijiet tax-xogħol, kif irregolati b'mod partikolari permezz ta':

 

(i)  id-Direttivi individwali kollha fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE;

 

(ii)  Id-Direttiva 2009/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi ta' sikurezza u ta' saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 260, 3.10.2009, p. 5);

 

(iii)  Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28);

 

(iv)  Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70).

Emenda    153

Proposta għal direttiva

Anness I – parti II – punt A - titlu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A  Artikolu 1(a)(ii) – is-servizzi finanzjarji, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

A  Artikolu 1(a)(ii) – is-servizzi finanzjarji, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu:

Emenda    154

Proposta għal direttiva

Anness I – parti II – sottoparti Ca (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ca  protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni:

 

(i)  Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea.

(1)

ĠU C 405, 9.11.2018, p. 1.

(2)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-protezzjoni tal-informaturi: għodda essenzjali għad-difiża tal-interess ġenerali

Id-dibattitu fl-Ewropa dwar kif l-aħjar li jiġu protetti l-informaturi mexa 'l quddiem b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar deċennji. Fid-dawl ta' bosta studji u feedback dwar l-esperjenzi, illum jidher li huwa stabbilit sew li l-informaturi għandhom rwol pożittiv fil-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' ħsara għall-interess ġenerali. Il-benefiċċji potenzjali tal-iżvelar ta' informazzjoni protetta għadhom madankollu 'l bogħod milli jiġu sfruttati bis-sħiħ, peress li ħafna xhud ta' atti dannużi għall-interess pubbliku f'kuntest professjonali għadhom mhumiex qed jirrapportawhom b'mod sistematiku. Ir-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni huma diversi u jvarjaw min-nuqqas ta' għarfien dwar il-possibbiltajiet ta' rapportar għall-biża' ta' ritaljazzjoni f'każ li jitkellmu. Dan għandu konsegwenzi dannużi għas-soċjetà kollha kemm hi, peress li qed ikomplu jseħħu varjetà wiesgħa ta' attakki bħal dawn fuq l-interess pubbliku, kemm jekk dawn ikunu dwar kwistjonijiet ambjentali, il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa jew il-korruzzjoni jew is-saħħa pubblika, u b'hekk id-dritt għall-informazzjoni taċ-ċittadini mhuwiex qed jiġi rispettat.

L-Istati Membri ta' spiss emendaw il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi biss bħala riżultat ta' skandli jew diżastri kbar. Madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill tal-Ewropa fl-2014 immarkaw pass sinifikanti fl-istabbiliment ta' għadd ta' standards li l-Istati Membri huma mistiedna jittrasponuhom fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Il-proposta in kwistjoni hija parzjalment ispirata minn dawn l-istandards u mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-libertà ta' espressjoni. Ir-rapporteur tilqa' bis-sħiħ id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkorpora l-proposta għal direttiva tagħha fil-qafas ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, filwaqt li tqis ir-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fl-24 ta' Ottubru 2017.

Kamp ta' applikazzjoni: l-iżgurar tal-effikaċja tal-istrument propost

Ir-rapporteur temmen li kamp ta' applikazzjoni wiesa' u orizzontali hija l-għażla korretta billi l-istrument se jkopri għalhekk numru kbir ta' setturi li jvarjaw mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni għas-sigurtà nukleari, il-protezzjoni ambjentali, is-saħħa pubblika u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Persuna għandha tiġi kkunsidrata bħala informatur meta hija tirrapporta jew tiżvela ksur ta' att tal-Unjoni b'rabta ma' dawn is-setturi, kif definit fl-anness għall-proposta. Madankollu, jibqa' r-riskju li atti li ma jkunux jikkostitwixxu ksur fis-sens tad-Direttiva jafu ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Għalhekk, ir-rapporteur tipproponi li kwalunkwe għemil ħażin relatat ma' dawn is-setturi għandu jiġi kopert mid-Direttiva. Ir-rapporteur temmen li dan jaf ikun mezz aktar effikaċi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku, li hija l-element ewlieni ta' din il-proposta.

Billi l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq komunità ta' valuri u ta' prinċipji komuni li jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rapporteur tqis li huwa meħtieġ li jiġu inklużi dawn id-drittijiet fundamentali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta.

Uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea jistgħu jkunu meħtieġa, fil-kors tal-attività professjonali tagħhom, isiru jafu b'informazzjoni li tista' tkun is-suġġett ta' żvelar ta' informazzjoni protetta skont din il-proposta għal Direttiva, u jkun hemm ir-riskju li jkunu s-suġġett ta' ritaljazzjoni. Għalhekk huwa importanti li jkollhom l-istess protezzjoni bħall-ħaddiema l-oħra. Huwa wkoll importanti li tiġi żgurata protezzjoni għal dawk li, fil-proċess, jassistu lill-persuni li jirrapportaw, inklużi ġurnalisti investigattivi.

Kanali ta' rapportar: naġixxu fl-interess tal-informaturi

Ir-rapporteur temmen li l-kanali ta' rapportar kif stabbiliti fil-proposta għal direttiva jippreżentaw biżżejjed garanziji ta' robustezza u indipendenza. Madankollu, dawn jistgħu jitjiebu billi tiġi prevista notifika tar-riċeviment ta' rapport. Barra minn hekk, l-iskadenzi għall-ipproċessar proposti mill-Kummissjoni jidhru li huma twal wisq, u jistgħu jfixklu l-proċedura ta' rapportar, u għalhekk ir-rapporteur tipproponi li dawn jiqsaru. Ir-rapporteur tqis ukoll li r-rappreżentanti tat-trade unions għandhom ikunu involuti b'mod attiv fit-tfassil tal-kanali interni u għandhom ikunu jistgħu jipprovdu pariri u appoġġ lil dawk li jixtiquhom. Fil-fatt, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema huma direttament preżenti fuq il-post u huma l-aktar kapaċi biex jappoġġaw fil-proċess lil informaturi potenzjali, u jinfurmawhom dwar kanali ta' rapportar interni kif ukoll dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Għalhekk huwa importanti li jingħatalhom dan ir-rwol taħt din id-Direttiva.

Barra minn hekk, jidher li huwa essenzjali li jiġi żgurat livell għoli ta' kunfidenzjalità dwar l-identità tal-persuna li tirrapporta. Fil-fatt, il-persuni li jikkonstataw irregolaritajiet ta' spiss imorru lura mill-azzjonijiet tagħhom u jkunu soġġetti għal mekkaniżmi ta' awtoċensura li jirriżultaw mill-biża' li l-identità tagħhom tiġi żvelata. Intwera li r-rispett għall-kunfidenzjalità jippermetti żieda fl-għadd ta' allerti riċevuti tal-informaturi. Id-dispożizzjonijiet tal-proposta f'dan il-qasam għandhom għalhekk jissaħħu fir-rigward ta' din il-kwistjoni billi jipprevedu rekwiżiti qawwijin ta' kunfidenzjalità, li jista' biss ikun hemm deroga għalihom f'ċirkostanzi eċċezzjonali u limitati.

L-iżgurar tal-effikaċja tal-iżvelar u d-dritt għall-informazzjoni

Il-proposta hija bbażata fuq sekwenzjar relattivament strett fir-rigward tal-użu tal-kanali ta' rapportar, b'ċertu ammont ta' derogi. Bħala regola ġenerali, informatur potenzjali għandu għalhekk jikkuntattja lill-impjegatur tiegħu, jistenna l-ipproċessar tar-rapport tiegħu, li jista' jieħu sa 3 xhur, imbagħad f'każ ta' risposta mhux sodisfaċenti, jindirizza r-rapport tiegħu lil awtorità esterna u jistenna eventwalment sa massimu ta' 6 xhur ulterjuri. Dan jista' mhux biss jikkomprometti serjament ir-rapport innifsu iżda, b'mod partikolari, jista' jqiegħed lill-informaturi f'sitwazzjonijiet ta' diffikultà immedjata mal-impjegaturi tagħhom. Barra minn hekk, dan l-approċċ iqiegħed fuq spallejn l-informaturi l-oneru tal-prova biex juru li jkunu għażlu l-iktar kanal xieraq f'każ li ma jiġix segwit is-sekwenzjar previst mit-test. Fil-kuntest ta' bilanċ tas-setgħat li jkun kollox minbarra bilanċjat, dan jista' jpoġġi f'riskju lill-persunal li jirrapporta. Fl-aħħar nett, dan l-approċċ ma jiħux suffiċjentement inkunsiderazzjoni d-dritt għall-informazzjoni tal-pubbliku f'każ ta' ksur tal-interess pubbliku. Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur tissuġġerixxi li wieħed janalizza mill-ġdid il-ġerarkija ta' kanali bl-introduzzjoni ta' aktar flessibbiltà sabiex titħalla l-għażla tal-aktar kanal xieraq għall-persuna li tirrapporta.

Filwaqt li huwa għal kollox pożittiv li l-proposta tagħti protezzjoni lill-persuni li jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li l-informazzjoni rapportata kienet vera fil-mument tar-rapportar, ir-rapporteur hija tal-fehma li din id-dispożizzjoni għandha tiġi ċċarata saħansitra iktar sabiex teskludi kull possibbiltà ta' rifjut minħabba raġunijiet relatati mal-intenzjonijiet tal-informatur. Fil-fatt, il-fokus prinċipali tal-proposta għandu jkun fuq ir-rilevanza tal-informazzjoni żvelata fid-dawl tal-interess pubbliku, qabel ma jiġu eżaminati r-raġunijiet għaliex tkun ġiet żvelata.

Żgurar ta' protezzjoni effikaċi u kompluta tal-informaturi

Il-proposta għal direttiva tipprojbixxi r-ritaljazzjoni, u telenka l-forom li tista' tieħu. Din il-lista ma tista' bl-ebda mod titqies bħala eżawrjenti, peress li hija biss l-immaġinazzjoni tal-awtur tal-ksur li tistabbilixxi l-limiti tal-forma ta' kwalunkwe ritaljazzjoni u sa liema punt issir ir-ritaljazzjoni. Huwa għalhekk xieraq li jiġi ċċarat li dawn huma biss eżempji.

Ftit mill-forom tal-protezzjoni mogħtija huma partikolarment utli. L-inverżjoni tal-oneru tal-prova hija waħda minn dawn il-miżuri, u l-kliem adottat mill-proposta għal direttiva ġie msaħħaħ sabiex jippermetti l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ ta' din id-dispożizzjoni.

Diġà ġew ippreżentati rapporti anonimi u dawn se jkomplu jiġu ppreżentati. Ir-rapporteur għalhekk tixtieq tinkludi dispożizzjoni fit-test li tippermetti li d-Direttiva tkopri persuni li l-identità tagħhom tkun żvelata minkejja li jkunu xtaqu jibqgħu anonimi.

Hemm varjetà ta' mekkaniżmi fl-Istati Membri li jakkumpanjaw u jappoġġaw l-informaturi. Dawn jippermettu, pereżempju, pariri kunfidenzjali dwar il-mekkaniżmi tal-iżvelar li jinħarġu minn awtoritajiet pubbliċi, trade unions jew organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Ir-rapporteur temmen li dawn is-sistemi huma essenzjali biex jassistu fil-proċess lill-informaturi, u għalhekk tissuġġerixxi li d-direttiva tista' tipprevedi l-istabbiliment tagħhom fl-Istati Membri differenti, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti. Ir-rapporteur tixtieq li l-informaturi jiġu pprovduti ukoll b'appoġġ psikoloġiku, flimkien mal-assistenza legali u finanzjarja.

Żgurar ta' ċertezza legali suffiċjenti biex tiġi ggarantita l-libertà tal-espressjoni

Ċerti aspetti ta' din il-proposta jistgħu jiskoraġġixxu lill-persuni li jixtiequ jirrapportaw għemil ħażin. Dan huwa partikolarment il-każ fir-rigward tal-livell ta' serjetà: jaf ikun diffiċli għal individwu li jivvaluta dan u huwa fattur li jista' jintuża bħala raġuni biex jintefa' dubju fuq ir-rapport. Għaldaqstant, ikun xieraq li tiġi garantita protezzjoni irrispettivament mill-gravità tal-informazzjoni żvelata, diment li tkun ta' ħsara għall-interess pubbliku.

Bl-istess mod, il-proposta għal direttiva tinkludi l-għoti ta' sanzjonijiet sabiex jiskoraġġixxu l-iżvelar malizzjuż u abbużiv. Din tidher li m'għadx hemm bżonnha peress li diġà jeżistu dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li jissanzjonaw il-każijiet ta' malafama jew ta' ħsara għar-reputazzjoni. Billi tipprevedi sanzjonijiet addizzjonali, il-proposta tirriskja li jkollha l-effett li tiskoraġġixxi jew tfixkel ir-rapportar, inklużi atti għal kollox leġittimi fir-rigward ta' żvelar. Ir-rapporteur għalhekk tipproponi li titħassar din il-parti tat-test.

Ir-rapporteur tara l-proposta bħala l-ewwel pass, iżda tqajjem mistoqsijiet importanti dwar l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Għalhekk tqis li din tal-aħħar għandha tkun is-suġġett ta' valutazzjoni u, jekk meħtieġ, ta' reviżjoni bla dewmien biex issir iktar trasversali u tinftiehem aktar faċilment miċ-ċittadini.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Pavel Svoboda

President

Kumitat għall-Affarijiet Legali

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar il-bażi ġuridika għall-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD))

Sur President,

Fl-24 ta' Settembru 2018, skont l-Artikolu 39(5) tar-Regoli ta' Proċedura, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda fuq inizjattiva proprja li jipprovdi opinjoni dwar ix-xerqien tal-bażijiet ġuridiċi addizzjonali introdotti b'emendi mressqa fil-Kumitat li jżidu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-bażi ġuridika oriġinali tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni ("il-proposta").

Il-Kummissjoni bbażat il-proposta tagħha fuq diversi bażijiet ġuridiċi settorjali. Il-bażi ġuridika hija espressa kif ġej:

"Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 16, 33, 43, 50, 53(1), 62, 91, 100, 103, 109, 114, 168, 169, 192, 207 u 325(4) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,"

Tressqu ħames emendi li jissuġġerixxu li jiżdiedu l-Artikoli 19(2), 77(2), 78, 79, 83(1), 153, 154, 157 u 352 tat-TFUE. Fir-rigward tal-Artikolu 153, żewġ emendi jipproponu li jiżdied l-Artikolu sħiħ, filwaqt li wieħed biss iżid il-punti (a), (b) u (e) tal-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu, u ieħor biex iżid biss il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 153.

L-emendi proposti għall-bażi ġuridika huma akkumpanjati minn emendi korrispondenti għall-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva proposta. Għalhekk, il-valutazzjoni finali dwar jekk bażijiet ġuridiċi oħrajn għandhomx jiżdiedu mal-proposta mill-perspettiva sostantiva trid tiġi vvalutata abbażi ta' jekk jiġux adottati emendi li jimmodifikaw il-kamp ta' applikazzjoni u fid-dawl tal-għan u tal-kontenut tal-proposta kif adottata. L-opinjoni attwali dwar il-bażi ġuridika tiffoka aktar fuq il-kompatibbiltà proċedurali tal-bażijiet ġuridiċi li huma proposti li jiżdiedu kif ukoll fuq il-kompatibbiltà tagħhom mal-miżura magħżula, jiġifieri direttiva.

I – Il-kuntest

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar "Miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku" u fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE(1), stieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposta leġiżlattiva orizzontali sabiex tiggarantixxi livell għoli ta' protezzjoni għall-informaturi fl-UE, kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll privati, kif ukoll f'istituzzjonijiet nazzjonali u tal-UE.

Ir-regoli tal-informaturi attwalment jeżistu f'xi oqsma tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri fir-Regolamenti tal-Persunal u f'ċerti regolamenti relatati mal-ħasil tal-flus u s-swieq finanzjarji.

Din il-proposta għal direttiva ssegwi l-approċċ settorjali billi tipprevedi regoli dwar l-informaturi li huma applikabbli għall-ksur tad-dritt tal-Unjoni fl-oqsma speċifikati fil-kamp ta' applikazzjoni u fl-anness li jelenka l-biċċiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li huma stabbiliti b'mod dirett jew b'referenza.

II – Artikoli Rilevanti tat-Trattat

L-Artikolu 19 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 19

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati u fil-limiti tal-poteri mogħtija minnu lill-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, jista' jieħu l-azzjoni xierqa sabiex jiġġieled id-diskriminazzjoni li tkun ibbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew it-tendenzi sesswali.

2. B'deroga għall-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw il-prinċipji bażiċi għal miżuri ta' inċentiva tal-Unjoni, b'esklużjoni ta' kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri, bl-għan li jappoġġja azzjoni tal-Istati Membri meħuda sabiex jikkontribwixxu sabiex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 77 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 77

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika bil-għan li:

(a) tassigura li ma jkun hemm l-ebda kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni;

(b) tassigura li jsiru kontrolli fuq persuni u sorveljanza effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni;

(c) iddaħħal b'mod gradwali sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni.

2. Għall-fini tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar:

(a) il-politika komuni dwar viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira;

(b) il-kontrolli li huma suġġetti għalihom il-persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni;

(c) il-kondizzjonijiet li taħthom iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom il-libertà li jivvjaġġaw fl-Unjoni għal żmien qasir;

(d) kwalunkwe miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta' sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni;

(e) in-nuqqas ta' kontroll fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni.

3. Jekk jidher li tkun meħtieġa azzjoni mill-Unjoni sabiex tiffaċilita l-eżerċizzju tad-dritt, previst fl-Artikolu 20(2)(a) u biss jekk it-Trattati jkunu pprovdew is-setgħat meħtieġa, il-Kunsill, li jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, jista' jadotta dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-passaporti, il-karti tal-identità, il-permessi ta' residenza jew kwalunkwe dokument ieħor relatat. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew.

4. Dan l-Artikolu m'għandux jolqot il-kompetenza tal-Istati Membri dwar id-demarkazzjoni ġeografika tal-fruntieri tagħhom, skont id-dritt internazzjonali.

L-Artikolu 78 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 78

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja bil-għan li toffri status xieraq lil kull ċittadin ta' pajjiż terz li jeħtieġ protezzjoni internazzjonali u bil-għan li tassigura l-ħarsien tal-prinċipju ta' non-refoulement. Din il-politika trid tkun konformi mal-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 u mal-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 dwar l-istatus tar-rifuġjati, kif ukoll ma' trattati oħra rilevanti.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa dwar sistema komuni Ewropea ta' asil li tinkludi:

(a) status uniformi ta' asil għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, validu fl-Unjoni kollha;

(b) status uniformi ta' protezzjoni sussidjarja għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li, mingħajr ma jiksbu asil Ewropew, jeħtieġu protezzjoni internazzjonali;

(c) sistema komuni ta' protezzjoni temporanja, fil-każ ta' dħul massiv, għal persuni maqlugħa minn pajjiżhom;

(d) proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-istatus uniformi ta' asil jew ta' protezzjoni sussidjarja;

(e) kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli li jikkunsidra applikazzjoni għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja;

(f) standards dwar il-kondizzjonijiet sabiex jintlaqgħu l-applikanti għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja;

(g) sħubija u koperazzjoni ma' pajjiżi terzi għall-amministrazzjoni tal-flussi ta' persuni li japplikaw għal asil jew għal protezzjoni sussidjarja jew temporanja.

3. F'każ li Stat Membru wieħed jew iktar isibu ruħhom f'sitwazzjoni ta' emerġenza karatterizzata minn dħul f'daqqa ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jadotta miżuri proviżorji għall-benefiċċju tal-Istat(i) Membru(i) konċernat(i). Għandu jaġixxi wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

L-Artikolu 79 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 79

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta' immigrazzjoni maħsuba biex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b'saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri fl-oqsma li ġejjin:

(a) il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza, kif ukoll l-istandards dwar il-ħruġ minn Stati Membri ta' viżi u permessi ta' residenza għal żmien twil, inklużi dawk biex terġa' tingħaqad il-familja;

(b) id-definizzjoni tad-drittijiet ta' ċittadin ta' pajjiż terz residenti legalment fi Stat Membru inklużi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-libertà ta' moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra;

(c) l-immigrazzjoni illegali u r-residenza mhux awtorizzata, inkluża t-tkeċċija u r-ripatrijazzjoni ta' persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni;

(d) il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, b'mod partikolari tan-nisa u t-tfal.

3. L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehim ma' pajjiżi terzi dwar id-dħul mill-ġdid fil-pajjiż tal-oriġini jew ta' provenjenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma jibqgħux jissodisfaw il-kondizzjonijiet għad-dħul, għall-preżenza jew għar-residenza fit-territorju ta' wieħed mill-Istati Membri.

4. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu miżuri sabiex jinkoraġġixxu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri bl-għan li tiġi promossa l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fit-territorju tagħhom, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.

5. Dan l-Artikolu m'għandux jolqot id-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu l-volumi ta' dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi ġejjin minn pajjiżi terzi, fit-territorju tagħhom sabiex ifittxu impjieg, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom.

L-Artikolu 83 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 83

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' direttivi skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi ta' dimensjoni transkonfinali li jirriżultaw min-natura jew l-impatt ta' dawn ir-reati jew minn ħtieġa partikolari li jiġu miġġielda fuq bażijiet komuni.

Dawn l-oqsma ta' kriminalità huma li ġejjin: it-terroriżmu, it-traffikar ta' bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal, it-traffikar illeċitu ta' droga, it-traffiku illeċitu ta' armi, il-money laundering, il-korruzzjoni, il-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' ħlas, il-kriminalità fl-informatika u l-kriminalità organizzata.

Abbażi tal-iżviluppi fil-kriminalità, il-Kunsill jista' jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta' kriminalità li jissodisfaw il-kriterji indikati f'dan il-paragrafu. Huwa għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

2. Jekk l-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri f'materji kriminali tkun indispensabbli sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni effiċjenti ta' politika tal-Unjoni f'qasam li kien suġġett għall-miżuri ta' armonizzazzjoni, jistgħu jsiru direttivi li jistabbilixxu r-regoli minimi fir-rigward tad-definizzjoni ta' reati kriminali u sanzjonijiet fil-qasam ikkonċernat. Dawn id-direttivi għandhom jiġu adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jew speċjali bħal dik użata għall-adozzjoni tal-miżuri ta' armonizzazzjoni in kwistjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 76.

3. Fejn membru tal-Kunsill jikkunsidra li abbozz ta' direttiva kif previst fil-paragrafu 1 jew 2 jolqot xi aspetti fundamentali tas-sistema tal-ġustizzja kriminali tiegħu, jista' jitlob li l-abbozz ta' direttiva jitressaq quddiem il-Kunsill Ewropew. F'dak il-każ, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għandha tiġi sospiża. Wara diskussjoni, u fil-każ ta' konsensus, il-Kunsill Ewropew għandu, fi żmien erba' xhur minn din is-sospensjoni, jirriferi l-abbozz lura lill-Kunsill, li għandu jtemm is-sospensjoni tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Fl-istess perijodu ta' żmien, fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, u jekk mill-inqas disa' Stati Membri jixtiequ jistabbilixxu koperazzjoni msaħħa abbażi tal-abbozz tad-direttiva konċernata, huma għandhom jinnotifikaw b'dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni sabiex jipproċedu bil-koperazzjoni msaħħa prevista fl-Artikolu 20(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 329(1) ta' dan it-Trattat għandha titqies li ngħatat u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-koperazzjoni msaħħa.

L-Artikolu 153 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 153

1. Bl-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Artikolu 151, l-Unjoni għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri f'dawn l-oqsma:

(a) it-titjib in partikolari tal-ambjent tax-xogħol sabiex jitħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

(b) il-kondizzjonijiet tax-xogħol;

(c) is-sigurtà soċjali u l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema;

(d) il-protezzjoni tal-ħaddiema f'każ li jintemmilhom il-kuntratt tal-impjieg;

(e) l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

(f) ir-rappreżentanza u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u s-sidien, inkluża t-tmexxija konġunta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5;

(g) il-kondizzjonijiet tal-impjieg għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju tal-Unjoni;

(h) l-integrazzjoni ta' persuni esklużi mis-suq tax-xogħol, bla preġudizzju għall-Artikolu 166;

(i) l-ugwaljanza bejn irġiel u nisa rigward l-opportunitajiet u t-trattament fis-suq tax-xogħol;

(j) il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali;

(k) il-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali bla preġudizzju għall-punt c).

2. Għal dan l-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

(a) jistgħu jadottaw miżuri intiżi sabiex iħajjru koperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' inizjattivi immirati sabiex jameljoraw l-għarfien, jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi, jippromwovu affronti innovattivi u jivvalutaw l-esperjenzi, b'esklużjoni ta' kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti tal-Istati Membri;

(b) jistgħu jadottaw fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (i), permezz ta' direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kondizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f'kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u medji.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 c), d), f) u g), il-Kunsill għandu jaġixxi skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, b'mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kumitati msemmija.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista' jiddeċiedi li l-proċedura leġiżlattiva ordinarja tkun applikabbli għall-paragrafu 1 d), f) u g).

3. Stat Membru jista' jafda f'idejn il-partijiet soċjali, fuq talba konġunta, l-implimentazzjoni tad-direttivi adottati skont il-paragrafu 2 jew, jekk ikun xieraq, l-implimentazzjoni ta' deċiżjoni tal-Kunsill adottata skont l-Artikolu 155.

F'dan il-każ għandu jiżgura li, mhux aktar tard mid-data li fiha d-direttiva jew deċiżjoni għandha tiġi trasposta jew implimentata, il-partijiet soċjali jkunu introduċew bi ftehim il-miżuri meħtieġa waqt li l-Istat Membru jkun obbligat jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun jista' f'kull ħin ikun f'pożizzjoni li jiggarantixxi r-riżultati imposti b'dik id-direttiva jew dik id-deċiżjoni.

4. Id-dispożizzjonijiet adottati skont dan l-Artikolu:

– ma jaffettwawx id-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom u ma jaffettwawx b'mod sinifikanti l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom.

– ma jipprekludu ebda Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri iktar stretti ta' protezzjoni kompatibbli mat-Trattati.

5. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu la japplikaw għall-pagi, la għad-dritt ta' assoċjazzjoni, la għad-dritt tal-istrike u lanqas għad dritt li jiġi impost lock out.

L-Artikolu 154 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 154

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dmir li tippromwovi l-konsultazzjoni ta' min imexxi u tal-ħaddiema fil-livell tal-Unjoni u għandha tieħu l-miżuri rilevanti sabiex tiffaċilita id-djalogu ta' bejniethom billi tassigura sostenn bilanċjat għal dawn il-partijiet.

2. B'dan il-għan, qabel ma tippreżenta proposti fil-qasam tal-politika soċjali, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil min imexxi u lill-ħaddiema dwar id-direzzjoni possibbli tal-azzjoni mill-Unjoni.

3. Jekk, wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tikkonsidra li azzjoni mill-Unjoni tkun ta' min jirrakkomandaha, hi għandha tikkonsulta lil min imexxi u l-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba. Min imexxi u l-ħaddiema għandhom iwasslu lill-Kummissjoni opinjoni jew, fejn jixraq, rakkomandazzjoni.

4. Fl-okkażjoni ta' konsultazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, min imexxi u l-ħaddiema jistgħu jinformaw lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jibdew il-proċess previst fl-Artikolu 155. It-tul ta' żmien ta' dan il-proċess m'għandux jeċċedi disa' xhur, sakemm min imexxi u l-ħaddiema kkonċernati u l-Kummissjoni, flimkien ma jiddeċiedux li jestenduh.

L-Artikolu 157 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 157

1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta' paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, għandu jkun applikat.

2. Għall-għan ta' dan l-Artikolu, "paga" tfisser il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, sew jekk fi flus jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, mingħand min iħaddmu.

Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni ibbażata fuq is-sess tfisser:

(a) dik il-paga għall-istess xogħol bl-imqita għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi tal-istess unità ta' kejl;

(b) dik il-paga għal xogħol li jitħallas bil-ħin tkun l-istess għall-istess xogħol.

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali.

4. Bl-għan li tkun assigurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta' trattament indaqs m'għandux ifixkel lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess li jkun anqas rappreżentat sabiex ifittex attività professjonali jew sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.

L-Artikolu 352 tat-TFUE jaqra kif ġej:

Artikolu 352

1. Jekk tidher meħtieġa azzjoni tal-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta' wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux stabbilixxew is-setgħat meħtieġa għal dan l-għan, il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa. Meta l-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet in kwistjoni skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, dan għandu jadottahom ukoll b'unanimità, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

2. Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Parlamenti nazzjonali għall-proposti bbażati fuq dan l-Artikolu permezz tal-proċedura għall-monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà previst fl-Artikolu 5(3), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

3. Il-miżuri bbażati fuq dan l-Artikolu m'għandhomx jinvolvu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet jew regolamenti tal-Istati Membri fil-każijiet fejn it-Trattati jeskludu din l-armonizzazzjoni.

4. Dan l-Artikolu ma jistax iservi bħala bażi sabiex jintlaħaq objettiv tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u kull att adottat skont dan l-Artikolu għandu jirrispetta l-limiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

III – Prinċipju ġenerali għall-għażla tal-bażi ġuridika

Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja "l-għażla tal-bażi ġuridika ta' att Komunitarju għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"(2). Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat.

F'dan il-każ, għandu għaldaqstant jiġi stabbilit jekk il-proposta:

1.  għandhiex skop multiplu jew bosta komponenti, li wieħed minnhom huwa identifikabbli bħala l-iskop jew il-komponent ewlieni jew predominanti, filwaqt li l-oħrajn huma sempliċiment inċidentali; jew

2.  għandhiex għadd ta' objettivi simultanjament jew bosta komponenti li huma konnessi b'mod inseparabbli, mingħajr ma l-ebda wieħed minnhom ikun sekondarju jew indirett fil-konfront tal-ieħor.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel każ l-att irid ikun ibbażat fuq bażi ġuridika unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-iskop jew mill-komponent ewlieni jew predominanti, u fit-tieni każ l-att irid ikun ibbażat fuq id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti.(3)

Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kombinazzjoni ta' diversi bażijiet ġuridiċi hija possibbli, jekk dawn ikunu marbuta b'mod inseparabbli, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett fir-rigward tal-oħrajn, iżda biss jekk ma jinvolvux proċeduri inkompatibbli ta' teħid ta' deċiżjonijiet.(4) Il-bażijiet ġuridiċi proposti li għandhom jiġu miżjuda għandhom jiġu vvalutati fid-dawl ta' dan, jiġifieri, jekk jipprevedux il-proċedura leġiżlattiva ordinarja jew inkella humiex kompatibbli mal-bażi ġuridika kif proposta mill-Kummissjoni.

IV – Għan u kontenut tal-proposta

Kif il-Kummissjoni bniet il-bażi ġuridika tal-proposta tagħha, kull dispożizzjoni msemmija tikkorrispondi għall-partijiet rilevanti fil-kamp ta' applikazzjoni u fl-anness għall-proposta. Peress li ċerti oqsma oħra huma miżjuda mal-kamp ta' applikazzjoni u konsegwentement mal-anness, ikun xieraq li l-bażi ġuridika tiġi allinjata billi jiżdiedu wkoll l-artikoli korrispondenti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-bażi ġuridika tad-Direttiva.

V – Analiżi u determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Fl-Artikolu 19(2) tat-TFUE, il-leġiżlatur tal-UE – filwaqt li jaġixxi fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja – "jistgħu jadottaw il-prinċipji bażiċi għal miżuri ta' inċentiva tal-Unjoni" biex jappoġġa l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri fil-qasam tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni.

Madankollu, tali miżuri ma jistgħux jinvolvu "armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri". F'dan ir-rigward ta' min wieħed jirrimarka li l-Artikolu 19 tal-proposta jipprevedi armonizzazzjoni minima: "L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għad-drittijiet tal-persuni li jirrapportaw minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva". Għalhekk, mhux rakkomandabbli li jiżdied l-Artikolu 19(2) tat-TFUE bħala bażi ġuridika.

Skont l-Artikolu 77(2) tat-TFUE, il-leġiżlatura tal-UE tista' tadotta "miżuri" fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, relatati mal-viżi u l-permessi ta' residenza għal permanenza qasira; kontrolli fil-fruntieri esterni; il-libertà tal-ivvjaġġar għal ċittadini ta' pajjiżi terzi; sistema integrata ta' ġestjoni għall-fruntieri esterni; u n-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni.

Din il-bażi ġuridika ġdida tidher kompatibbli mal-proposta minn perspettiva proċedurali.

Il-paragrafu (1) tal-Artikolu 78 tat-TFUE huwa referenza ġenerali għall-politika komuni dwar l-asil. Il-paragrafu (3) jikkonċerna l-adozzjoni ta' miżuri proviżorji f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u jipprevedi biss il-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Il-paragrafu (2) ta' dak l-Artikolu jippermetti l-adozzjoni ta' "miżuri" fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja għas-sistema Ewropea komuni tal-asil, f'oqsma speċifiċi bħal status uniformi ta' asil u ta' protezzjoni sussidjarja; protezzjoni temporanja għal persuni maqlugħa minn pajjiżhom; proċeduri komuni għal protezzjoni internazzjonali; standards għall-kundizzjonijiet tal-akkoljenza; u s-sħubija u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

Għalhekk, mhux meħtieġ li jiżdied l-Artikolu 78(1) tat-TFUE bħala bażi ġuridika, filwaqt li l-Artikolu 78(3) tat-TFUE mhuwiex bażi ġuridika xierqa għall-proposta. Iż-żieda tal-Artikolu 78(2) tat-TFUE tidher li hija kompatibbli mal-proposta mill-perspettiva proċedurali.

L-Artikolu 79 tat-TFUE jittratta l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni. Huwa importanti li jiġi indikat li l-paragrafi (1) u (5) mhumiex bażijiet ġuridiċi. Il-paragrafu (3) jipprevedi l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' riammissjoni, għalhekk ma jistax ikun il-bażi ġuridika għad-direttiva proposta. Il-paragrafu (4) jikkonċerna l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment, iżda jeskludi l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istati Membri.

Il-paragrafu (2) jippermetti l-adozzjoni ta' "miżuri" fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, bħall-kundizzjonijiet ta' dħul u ta' residenza; drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment; l-immigrazzjoni illegali u r-residenza mhux awtorizzata; u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin.

Għalhekk, l-inklużjoni tal-Artikolu 79(2) tat-TFUE biss tidher li hija possibbli mill-perspettiva proċedurali.

Filwaqt li l-Artikolu 83(1) tat-TFUE jipprevedi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-paragrafu (3) tiegħu fih dispożizzjoni ta' "brejk ta' emerġenza", li skonta Stat Membru wieħed jista' jirreferi l-fajl lill-Kunsill Ewropew. F'dak il-każ, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għandha tiġi sospiża.

Għal din ir-raġuni, il-kombinazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni mal-bażijiet ġuridiċi l-oħra tal-proposta mhijiex possibbli.

Għandu jiġi nnotat li kwalunkwe miżura bbażata fuq l-Artikoli 77, 78, 79 u 83 tat-TFUE se tapplika biss għall-Irlanda u għar-Renju Unit jekk dawk l-Istati Membri jagħżlu li jipparteċipaw skont il-Protokoll Nru 21, u li, f'konformità mal-Protokoll Nru 22, l-ebda miżura bħal din ma se tapplika għad-Danimarka. Iż-żieda ta' dawn l-Artikoli mal-bażi ġuridika ma jkollha l-ebda implikazzjoni fuq il-proċedura leġiżlattiva fil-Parlament iżda tista' tirriżulta fi qsim possibbli tal-proposta għall-fini tal-proċedura fil-Kunsill peress li l-għadd ta' Stati Membri li għalihom japplikaw partijiet differenti tad-Direttiva jkun differenti.

L-Artikolu 153 tat-TFUE ġie miżjud bl-emendi 66, 67, 68 u 69. L-emendi 67 u 69 iżidu biss partijiet minn dak l-Artikolu, jiġifieri l-punti (a), (b) u (e). Dan l-Artikolu jelenka oqsma speċifiċi ta' politika soċjali, li fihom l-azzjoni tal-UE tista' "ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet tal-Istati Membri".

Il-proċedura għal xi kategoriji minn din il-lista mhijiex kompatibbli mal-proposta, peress li teħtieġ l-unanimità. Il-bqija tal-oqsma koperti mill-emendi, li għalihom tapplika l-proċedura leġiżlattiva ordinarja mingħajr il-ħtieġa tal-unanimità huma l-Artikolu 153(1) tat-TFUE, il-punti a), b), e).

L-Artikolu 154 tat-TFUE mhuwiex bażi ġuridika għal att tal-Parlament Ewropew. Fih regoli proċedurali applikabbli b'mod espliċitu għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, ma għandux jitqies li ġie miżjud.

Skont l-Artikolu 157 tat-TFUE, dwar il-prinċipju ta' paga ugwali, il-paragrafu (3) ta' dak l-Artikolu jipprevedi l-adozzjoni ta' "miżuri" fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja "jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali".

Għaldaqstant, l-Artikolu 157(3) tat-TFUE jidher li huwa proċeduralment kompatibbli mal-proposta.

Fl-aħħarnett, l-Artikolu 352 tat-TFUE, jippermetti lill-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari lill-Kunsill, li taġixxi biss "Jekk tidher meħtieġa azzjoni tal-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta' wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati", u t-Trattati ma jkunux ipprevedew is-setgħat meħtieġa.

Il-proposta tgħaqqad diversi bażijiet ġuridiċi settorjali biex jinbena dak li jista' jidher bħala strument orizzontali iżda li fil-fatt huwa pakkett ta' miżuri settorjali. L-Artikolu 352 tat-TFUE jista' jintuża biss f'każijiet fejn is-setgħat meħtieġa mhumiex previsti mit-Trattati. Peress li diġà hemm għadd ta' miżuri fid-dritt tal-Unjoni li jipprevedu r-regoli dwar l-informaturi, dan ma jistax jingħad li huwa l-każ hawnhekk. Għalhekk l-użu tal-Artikolu 352 tat-TFUE huwa, mill-prinċipju, inkompatibbli mal-approċċ magħżul mill-proposta tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, l-għażla li jiġi inkluż l-Artikolu 352 tat-TFUE hija proċeduralment inkompatibbli mal-bażijiet ġuridiċi l-oħra peress li teħtieġ unanimità fil-Kunsill u l-approvazzjoni tal-Parlament. L-Artikolu 352 tat-TFUE għalhekk mhuwiex bażi ġuridika xierqa għall-proposta.

VI – Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE li ġejjin jipprevedu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja b'tali mod li tkun kompatibbli mal-bażi ġuridika eżistenti kif proposta mill-Kummissjoni: L-Artikoli 77(2), 78(2), 79(2), 153(1)(a), (b) u (e), u 157(3) tat-TFUE.

Fir-rigward tal-Artikoli 77, 78 u 79 għandu jiġi nnotat li għalkemm iż-żieda ta' dawn l-artikoli ma tkunx inkompatibbli mal-proċedura fil-Parlament, l-inklużjoni tagħhom fil-bażi ġuridika tista' tirriżulta f'qasma possibbli tal-proposta għall-iskop tal-proċedura fil-Kunsill.

L-Artikoli 83(1) u 352 tat-TFUE mhumiex kompatibbli mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja applikabbli u m'għandhomx jiżdiedu bħala bażijiet ġuridiċi ġodda. Barra minn hekk, l-Artikolu 352, li jista' jintuża biss f'każijiet li fihom is-setgħat meħtieġa mhumiex previsti mit-Trattati huwa, mill-prinċipju, inkompatibbli mal-approċċ magħżul mill-proposta tal-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-Artikolu 154 tat-TFUE, huwa jirreferi għal regoli applikabbli għall-Kummissjoni u ma jipprevedix bażi ġuridika ta' att tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Għalhekk ma jistax jiżdied mal-bażi ġuridika.

Fl-aħħar nett, mhuwiex rakkomandabbli li jiżdied l-Artikolu 19(2) tat-TFUE, peress li l-armonizzazzjoni mhijiex permessa taħt din id-dispożizzjoni.

L-għażla finali tal-bażijiet ġuridiċi identifikati bħala żidiet possibbli mal-bażi ġuridika kif proposta mill-Kummissjoni għandha madankollu tiddependi fuq l-adozzjoni ta' emendi rilevanti li jintroduċu oqsma ta' politika speċifiċi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva proposta.

Fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2018, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda unanimament(5), bi tmintax-il vot favur, li jirrakkomanda li l-Kumitat ewlieni jikkunsidra l-konklużjonijiet ta' hawn fuq waqt li jivvaluta l-emendi għall-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

(1)

2016/2224(INI) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P8-TA-2017-0402+0+DOC+XML+V0//MT u (2016/2055(INI) http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+REPORT+A8-2017-0004+0+DOC+XML+V0//MT

(2)

Kawża C-45/86, Il-Kummissjoni vs il-Kunsill (Preferenzi Tariffarji Ġeneralizzati) Ġabra 1987, p. 1439, punt 5; Kawża C-440/05, Il-Kummissjoni vs il-Kunsill [2007] Ġabra I-9097; Kawża C-411/06, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] Ġabra I-7585.

(3)

Ara l-Kawża C-411/06, ċitata hawn fuq, punti 46-47.

(4)

  Ara s-sentenzi tas-6 ta' Novembru 2008 f'Il-Parlament vs Il-Kunsill, C-155/07, EU:C:2008:605, paragrafu 37; u tat-3 ta' Settembru 2009, f'Il-Parlament vs Il-Kunsill, C-166/07, EU:C:2009:499, il-punti 68 u 69.

(5)

Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Pavel Svoboda (President), Mady Delvaux (Viċi President), Axel Voss (rapporteur għal opinjoni), Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Heidi Hautala, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, Evelyn Regner, Tiemo Wölken, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka, Olle Ludvigsson (għal Enrico Gasbarra, skont l-Artikolu 200(2)).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (27.9.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni

(COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Miguel Viegas

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON jilqa' bis-sħiħ din il-proposta tal-Kummissjoni biex l-informaturi jingħataw protezzjoni fil-livell tal-UE, bħalma l-Parlament ilu ħafna jitlob, fosthom fir-rapport tal-Kumitat PANA u fir-rapport INI preċedenti tal-Kumitat JURI, li l-Kumitat ECON ikkontribwixxa għalih.

Il-proposta tibni wkoll fuq il-miżuri settorjali għall-protezzjoni tal-informaturi li l-Kumitat ECON introduċa f'leġiżlazzjoni preċedenti, bħad-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLD4-5) u r-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq (MAR).

Il-ħsieb wara l-emendi tar-rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ECON huwa li:

•  tittejjeb id-definizzjoni (l-Artikolu 3);

•  jitwessa' l-ambitu tad-drittijiet tal-ħaddiema (l-Artikolu 1);

•  jingħata appoġġ materjali (l-Artikolu 15);

•  titħassar il-Premessa 21;

•  tiddaħħal l-idea li informatur ma jistax jissostitwixxi l-kapaċità operazzjonali tas-servizzi ta' sorveljanza tal-istat;

•  jiddaħħal mekkaniżmu ċar biex jiġi assenjat status ta' informatur għal finijiet ta' ċertezza legali;

•  tiddaħħal il-possibbiltà tal-anonimat;

•  jiġi ffaċilitat l-użu ta' kanali esterni mingħajr il-bżonn li jintużaw il-kanali interni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Persuni li jaħdmu għal organizzazzjoni jew huma f'kuntatt magħha fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol huma ta' spiss l-ewwel li jsiru jafu dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku li jseħħu f'dan il-kuntest. Billi "jiżvelaw informazzjoni" għandhom rwol ewlieni fil-kxif u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi u fis-salvagwardja tal-benessri tas-soċjetà. Madankollu, l-informaturi potenzjali spiss jaqtgħu qalbhom milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni.

(1)  Persuni li jaħdmu għal organizzazzjoni jew huma f'kuntatt magħha fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol huma ta' spiss l-ewwel li jsiru jafu dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku li jseħħu f'dan il-kuntest. L-iskop ta' din id-Direttiva hu li tinħoloq klima ta' fiduċja li tippermetti lill-informaturi jirrapportaw kwalunkwe ksur tal-liġi, għemil ħażin u theddid għall-interess pubbliku li josservaw jew jissuspettaw. Billi "jiżvelaw informazzjoni" għandhom rwol ewlieni fil-kxif u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi u fis-salvagwardja tal-benessri tas-soċjetà. Madankollu, l-informaturi potenzjali spiss jaqtgħu qalbhom milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni jew konsegwenzi legali, jew minħabba n-nuqqas ta' fiduċja fl-utilità tar-rapportar.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, ir-rapporti minn informaturi huma komponent upstream tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni: dawn jikkontribwixxu għas-sistemi ta' infurzar nazzjonali u tal-Unjoni b'informazzjoni li twassal għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni.

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, ir-rapporti minn informaturi huma komponent upstream tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni: dawn jikkontribwixxu għas-sistemi ta' infurzar nazzjonali u tal-Unjoni b'informazzjoni li sikwit twassal għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'ċerti oqsma ta' politika, ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku, fis-sens li joħloq riskji sinifikanti għall-benessri tas-soċjetà. Fejn nuqqasijiet ta' infurzar ġew identifikati f'dawn l-oqsma, u l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur, huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar billi tkun żgurata protezzjoni effettiva tal-informaturi mir-ritaljazzjoni u l-introduzzjoni ta' kanali ta' rapportar effettiv.

(3)  Ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku, fis-sens li joħloq riskji sinifikanti għall-benessri tas-soċjetà. Meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet fl-infurzar, u l-informaturi jkunu f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw dan il-ksur, huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar billi l-informaturi jingħataw protezzjoni effettiva mir-ritaljazzjoni u jiġi żgurat li jkun hemm kanali ta' rapportar effettiv.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għaldaqstant, għandhom japplikaw standards minimi komuni li jiżguraw protezzjoni effettiva tal-informaturi f'dawn l-atti u fl-oqsma ta' politika fejn i) hemm ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar; ii) in-nuqqas ta' rapportar mill-informaturi huwa fattur ewlieni li jaffettwa l-infurzar, u iii) il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku.

(5)  Għaldaqstant, jenħtieġ li l-istandards minimi komuni li jagħtu protezzjoni effettiva lill-informaturi japplikaw biss f'dawk l-atti, l-oqsma ta' politika u l-Istati Membri fejn ikun hemm evidenza li i) jeħtieġ jissaħħaħ l-infurzar; ii) in-nuqqas ta' rapportar mill-informaturi jkun fattur ewlieni li jaffettwa l-infurzar, u iii) il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-protezzjoni tal-informaturi hija meħtieġa sabiex issaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Barra mill-ħtieġa tal-prevenzjoni u tal-iskoperta ta' frodi u korruzzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inkluż l-akkwist, huwa meħtieġ li jkun indirizzat l-infurzar insuffiċjenti tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi meta jinxtraw prodotti, xogħlijiet u servizzi. Il-ksur ta' tali regoli joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, iżid l-ispejjeż għan-negozju, jikser l-interessi tal-investituri u l-azzjonisti u, b'mod ġenerali, inaqqas l-attrazzjoni għal investiment u joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għan-negozji kollha fl-Ewropa, u b'hekk jaffettwa l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(6)  Il-protezzjoni tal-informaturi hija meħtieġa sabiex issaħħaħ l-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Barra mill-ħtieġa tal-prevenzjoni u tal-iskoperta ta' frodi u korruzzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, inkluż l-akkwist, huwa meħtieġ li jkun indirizzat l-infurzar insuffiċjenti tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u ċerti operaturi tal-utilitajiet pubbliċi meta jinxtraw prodotti, xogħlijiet u servizzi. Il-ksur ta' tali regoli joħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, iżid l-ispejjeż għan-negozju, jikser l-interessi tal-investituri u l-azzjonisti u, b'mod ġenerali, inaqqas l-attrazzjoni għal investiment u joħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għan-negozji kollha fl-Ewropa, u b'hekk jaffettwa l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Trid tingħata attenzjoni wkoll biex jiġu protetti dawk li jirrapportaw użu ħażin jew imġiba ħażina f'dak li għandu x'jaqsam mal-baġit u l-istituzzjonijiet tal-UE.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Reġim għall-protezzjoni tal-persuni li jirrapportaw ksur tal-liġi tal-Unjoni ma jiħux post il-ħtieġa li jissaħħu l-mezzi superviżorji tal-Istati Membri kollha u l-istrutturi pubbliċi tagħhom – li jridu jkunu dejjem aktar kapaċi jiġġieldu l-frodi tat-taxxa u l-ħasil tal-flus – u lanqas il-ħtieġa ta' parteċipazzjoni fil-kooperazzjoni internazzjonali f'dawk l-oqsma.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-valur miżjud tal-protezzjoni tal-informaturi diġà kien rikonoxxut mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja, li kixfu nuqqasijiet kbar fl-infurzar tar-regoli rilevanti, ġew introdotti miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi f'numru sinifikanti ta' strumenti leġiżlattivi f'dan il-qasam34. B'mod partikulari, fil-kuntest tal-qafas prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment, id-Direttiva 2013/36/UE35 tipprevedi protezzjoni għall-informaturi, li testendi wkoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment.

(7)  Fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-valur miżjud tal-protezzjoni tal-informaturi settorjali diġà kien rikonoxxut mil-leġiżlatur tal-Unjoni. Fil-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja, li kixfu nuqqasijiet kbar fl-infurzar tar-regoli rilevanti, ġew introdotti miżuri għall-protezzjoni tal-informaturi f'numru sinifikanti ta' strumenti leġiżlattivi f'dan il-qasam34. B'mod partikulari, fil-kuntest tal-qafas prudenzjali applikabbli għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għad-ditti tal-investiment, id-Direttiva 2013/36/UE35 tipprevedi protezzjoni għall-informaturi, li testendi wkoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment. Madankollu, għadd ta' każijiet ta' profil għoli li jinvolvu istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej urew li l-protezzjoni tal-informaturi fil-firxa sħiħa ta' istituzzjonijiet finanzjarji għadha mhix sodisfaċenti u li l-biża' ta' tpattija kemm mill-impjegatur kif ukoll mill-awtoritajiet għadu jwaqqaf lill-informaturi milli jagħtu informazzjoni dwar ksur tal-liġi.

_________________

_________________

34 Il-Komunikazzjoni tat-8.12.2010 "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji".

34 Il-Komunikazzjoni tat-8.12.2010 "Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji".

35 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

35 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sigurtà tat-trasport li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-ħajja tal-bnedmin diġà ġiet rikonoxxuta fi strumenti tal-Unjoni settorjali dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni38 u s-sigurtà fit-trasport marittimu39, li jipprovdu miżuri mfassla apposta għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll kanali ta' rapportar speċifiċi. Dawn l-istrumenti jinkludu wkoll il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni tal-ħaddiema li jirrapportaw l-iżbalji onesti tagħhom (l-hekk imsejħa "kultura ġusta"). Huwa meħtieġ li l-elementi eżistenti tal-protezzjoni tal-informaturi f'dawn iż-żewġ setturi jiġu kkumplimentati kif ukoll li tiġi pprovduta tali protezzjoni li ssaħħaħ l-infurzar ta' standards ta' sigurtà għal modi ta' trasport oħrajn, jiġifieri t-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

(9)  L-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sigurtà tat-trasport li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-ħajja tal-bnedmin diġà ġiet rikonoxxuta fi strumenti tal-Unjoni settorjali dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni38 u s-sigurtà fit-trasport marittimu39, li jipprovdu miżuri mfassla apposta għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll kanali ta' rapportar speċifiċi. Dawn l-istrumenti jinkludu wkoll il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni tal-ħaddiema li jirrapportaw l-iżbalji onesti tagħhom (l-hekk imsejħa "kultura ġusta"). Huwa meħtieġ li l-elementi eżistenti tal-protezzjoni tal-informaturi f'dawn iż-żewġ setturi jiġu kkumplimentati kif ukoll li tiġi pprovduta tali protezzjoni li ssaħħaħ immedjatament l-infurzar ta' standards ta' sigurtà għal modi ta' trasport oħrajn, jiġifieri t-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

_________________

_________________

38 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 122, p. 18).

38 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 122, p. 18).

39 Id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 329, p. 1) u l-infurzar tagħha, id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, p. 57).

39 Id-Direttiva 2013/54/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 329, p. 1) u l-infurzar tagħha, id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, p. 57).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-ġbir ta' evidenza, l-iskoperta u l-indirizzar ta' reati ambjentali u mġiba illegali kontra l-protezzjoni tal-ambjent jibqgħu sfida u jeħtieġ li jkunu msaħħa kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali" tat-18 ta' Jannar 201840. Filwaqt li r-regoli ta' protezzjoni tal-informaturi attwalment jeżistu biss fi strument settorjali wieħed dwar il-protezzjoni ambjentali41, l-introduzzjoni ta' tali protezzjoni tidher meħtieġa sabiex ikun żgurat infurzar effettiv tal-acquis ambjentali tal-Unjoni, li l-ksur tiegħu jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku b'impatti kollaterali potenzjali lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan huwa rilevanti wkoll f'każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara ambjentali.

(10)  Sfortunatament, il-ġbir ta' evidenza, l-iskoperta u l-indirizzar ta' reati ambjentali u mġiba illegali kontra l-protezzjoni tal-ambjent jibqgħu sfida u jeħtieġ li jkunu msaħħa kif rikonoxxut fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-governanza u l-konformità ambjentali" tat-18 ta' Jannar 201840. Filwaqt li r-regoli ta' protezzjoni tal-informaturi attwalment jeżistu biss fi strument settorjali wieħed dwar il-protezzjoni ambjentali41, l-introduzzjoni ta' tali protezzjoni tidher meħtieġa sabiex ikun żgurat infurzar effettiv tal-acquis ambjentali tal-Unjoni, li l-ksur tiegħu jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku b'impatti kollaterali potenzjali lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Dan huwa rilevanti wkoll f'każijiet fejn prodotti mhux sikuri jistgħu jikkawżaw ħsara ambjentali.

_________________

_________________

40 COM(2018) 10 final.

40 COM(2018) 10 final.

41 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore (ĠU L 178, p. 66).

41 Id-Direttiva 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar l-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore (ĠU L 178, p. 66).

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali hija qasam ieħor fejn l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur tal-liġi tal-Unjoni li jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għal ksur tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni45, li tintroduċi notifika tal-inċidenti (inklużi dawk li jikkompromettux id-data personali) u r-rekwiżiti tas-sigurtà għal entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali bejn ħafna setturi (pereżempju l-enerġija, is-saħħa, it-trasport, l-ibbankjar, eċċ.) u fornituri ta' servizzi diġitali ewlenin (pereżempju sevizzi tal-cloud computing). Ir-rapportar tal-informaturi f'dan il-qasam huwa partikolarment siewi sabiex ikunu evitati inċidenti ta' sikurezza li jaffettwaw attivitajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin u servizzi diġitali użati b'mod wiesa'. Jgħin biex tkun żgurata l-kontinwità ta' servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern u għall-benessri tas-soċjetà.

(14)  Il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali hija qasam ieħor fejn l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur tal-liġi tal-Unjoni li jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għal ksur tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni45, li tintroduċi notifika tal-inċidenti (inklużi dawk li jikkompromettux id-data personali) u r-rekwiżiti tas-sigurtà għal entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali bejn ħafna setturi (pereżempju l-enerġija, is-saħħa, it-trasport, l-ibbankjar, eċċ.) u fornituri ta' servizzi diġitali ewlenin (pereżempju sevizzi tal-cloud computing). Ir-rapportar tal-informaturi f'dan il-qasam huwa partikolarment siewi sabiex jiġu evitati inċidenti ta' sikurezza li jaffettwaw attivitajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin u servizzi diġitali użati b'mod wiesa'. Jgħin biex tkun żgurata l-kontinwità ta' servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern u għall-benessri tas-soċjetà.

_________________

_________________

45 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

45 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Ċerti atti tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bħar-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq49, u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/2392, adottata abbażi ta' dak ir-Regolament50, diġà fihom regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, inkluża l-lista ta' Parti II tal-Anness, jenħtieġ li tkun ikkumplimentata mid-Direttiva preżenti, sabiex dawn l-istrumenti jkunu allinjati bis-sħiħ mal-istandards minimi tagħha filwaqt li jinżammu kwalunkwe speċifiċitajiet li jipprevedu, imfassla apposta għas-setturi rilevanti. Dan huwa partikolarment importanti sabiex ikun żgurat liema entitajiet legali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu huma attwalment obbligati li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni.

(18)  Ċerti atti tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, bħar-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq49, u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2015/2392, adottata abbażi ta' dak ir-Regolament50, diġà fihom regoli dettaljati dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Din il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti, inkluża l-lista ta' Parti II tal-Anness, jenħtieġ li tkun ikkumplimentata mid-Direttiva preżenti, sabiex dawn l-istrumenti jkunu allinjati bis-sħiħ mal-istandards minimi tagħha filwaqt li jinżammu kwalunkwe speċifiċitajiet li jipprevedu, imfassla apposta għas-setturi rilevanti. Dan huwa partikolarment importanti sabiex ikun żgurat liema entitajiet legali fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, tal-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2011/7/UE dwar il-Ħlas Tard, tal-finanzjament tat-terroriżmu u taċ-ċiberkriminalità huma attwalment obbligati jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni. Peress li dawn il-każijiet sikwit jinvolvu kostruzzjonijiet korporattivi u finanzjarji internazzjonali kumplessi ħafna, li x'aktarx ikunu jaqgħu taħt ġurisdizzjonijiet differenti, jenħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet għal punt ta' kuntatt komuni għall-informaturi.

_________________

_________________

49 ĠU L 173, p. 1.

49 ĠU L 173, p. 1.

50 Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament (ĠU L 332, p. 126).

50 Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2392 tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' rappurtar lill-awtoritajiet kompetenti ta' ksur attwali jew potenzjali ta' dan ir-Regolament (ĠU L 332, p. 126).

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Kull darba li jiġi adottat att tal-Unjoni ġdid li għalih il-protezzjoni tal-informaturi hija rilevanti u tista' tikkontribwixxi għal infurzar aktar effettiv, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk l-Anness għal din id-Direttiva għandux ikun emendat sabiex dan jitqiegħed fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(19)  Kull darba li jiġi adottat att tal-Unjoni ġdid li għalih il-protezzjoni tal-informaturi hija rilevanti u tista' tikkontribwixxi għal infurzar aktar effettiv, jenħtieġ li l-Anness ta' din id-Direttiva jiġi emendat sabiex dan jitqiegħed fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni mogħtija lill-impjegati meta jirrapportaw dwar ksur fil-liġi tal-impjiegi tal-Unjoni. B'mod partikolari, fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE diġà jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jiġux żvantaġġjati minħabba t-talbiet jew il-proposti tagħhom lill-impjegaturi sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-perikli għall-ħaddiema u/jew sabiex ineħħu sorsi ta' periklu. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati li jqajmu kwistjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jekk jikkunsidraw li l-miżuri meħuda u l-mezzi użati mill-impjegatur ma jkunux adatti għall-għanijiet li jkunu żgurati s-sigurtà u saħħa.

(20)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni mogħtija lill-impjegati meta jirrapportaw dwar ksur fil-liġi tal-impjiegi tal-Unjoni. B'mod partikolari, fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE diġà jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jiġux żvantaġġjati minħabba t-talbiet jew il-proposti tagħhom lill-impjegaturi sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-perikli għall-ħaddiema u/jew sabiex ineħħu sorsi ta' periklu. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati li jqajmu kwistjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali jew Ewropej kompetenti jekk jikkunsidraw li l-miżuri meħuda u l-mezzi użati mill-impjegatur ma jkunux adatti għall-għanijiet li jkunu żgurati s-sigurtà u saħħa.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u għal informazzjoni klassifikata oħra li d-dritt tal-Unjoni jew il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà, li jkunu protetti minn aċċess mhux awtorizzat. B'mod partikolari, barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

(21)  Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali u għal informazzjoni klassifikata oħra li d-dritt tal-Unjoni jew il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istati Membri kkonċernati jeħtieġu, għal raġunijiet ta' sigurtà, li jkunu protetti minn aċċess mhux awtorizzat. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni ta' din id-Direttiva ma taffettwax l-obbligi li jirriżultaw mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Jenħtieġ li, l-ewwel nett, il-protezzjoni tapplika għall-persuni li għandhom l-istatus ta' "ħaddiem", skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFUE, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea52, jiġifieri persuni li, għal ċertu perjodu ta' ħin, iwettqu servizzi għal u taħt id-direzzjoni ta' persuna oħra, li għalihom jirċievu remunerazzjoni. Jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni tingħata wkoll lil ħaddiema f'relazzjonijiet ta' impjieg mhux standard, inklużi l-ħaddiema part-time u l-ħaddiema b'kuntratt definit, kif ukoll persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija temporanja, li huma tipi ta' relazzjonijiet fejn ta' spiss ikun diffiċli li tiġi applikata protezzjoni standard kontra trattament inġust.

(26)  Jenħtieġ li, l-ewwel nett, il-protezzjoni tapplika għall-persuni li għandhom l-istatus ta' "ħaddiem", skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFUE, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea52, jiġifieri persuni li, għal ċertu perjodu ta' żmien, iwettqu servizzi għal u taħt id-direzzjoni ta' persuna oħra, li għalihom jirċievu remunerazzjoni. Jenħtieġ għalhekk li l-protezzjoni tingħata wkoll lil ħaddiema f'relazzjonijiet ta' impjieg mhux standard, inklużi l-ħaddiema part-time u l-ħaddiema b'kuntratt definit, kif ukoll persuni b'kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg ma' aġenzija temporanja, li huma tipi ta' relazzjonijiet fejn ta' spiss ikun diffiċli li tiġi applikata protezzjoni standard kontra trattament inġust. Fid-dawl tar-rapport ippubblikat minn Transparency International fis-sajf tal-2018, li jenfasizza l-ħtieġa ta' protezzjoni għall-informaturi anke fl-istituzzjonijiet tal-UE, jenħtieġ li l-protezzjoni tiġi estiża bl-istess mod għall-persunal tal-UE.

_________________

_________________

52 Is-Sentenzi tat-3 ta' Lulju 1986, Lawrie-Blum, il-Kawża 66/85; l-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, il-Kawża C-428/09; id-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, il-Kawża C-229/14; l-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten, il-Kawża C-413/13; u s-17 ta' Novembru 2016, Ruhrlandklinik, il-Kawża C-216/15.

52 Is-Sentenzi tat-3 ta' Lulju 1986, Lawrie-Blum, il-Kawża 66/85; l-14 ta' Ottubru 2010, Union Syndicale Solidaires Isère, il-Kawża C-428/09; id-9 ta' Lulju 2015, Balkaya, il-Kawża C-229/14; l-4 ta' Diċembru 2014, FNV Kunsten, il-Kawża C-413/13; u s-17 ta' Novembru 2016, Ruhrlandklinik, il-Kawża C-216/15.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-protezzjoni effettiva tal-informaturi timplika l-protezzjoni ta' aktar kategoriji ta' persuni li, filwaqt li ma jiddependux ekonomikament mill-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol, xorta jistgħu jsofru ritaljazzjoni mill-kxif ta' ksur. Ir-ritaljazzjoni kontra volontiera u apprendisti mhux imħallsin tista' tieħu l-forma ta' nuqqas ta' użu tas-servizzi tagħhom, jew bl-għoti ta' referenza negattiva għal impjieg futur jew inkella għad-dannu għar-reputazzjoni tagħhom.

(28)  Il-protezzjoni effettiva tal-informaturi timplika l-protezzjoni ta' aktar kategoriji ta' persuni li, filwaqt li ma jiddependux ekonomikament mill-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol, xorta jistgħu jsofru ritaljazzjoni mill-kxif ta' ksur. Ir-ritaljazzjoni kontra voluntiera u apprendisti mhux imħallsin tista' tieħu l-forma ta' nuqqas ta' użu tas-servizzi tagħhom, għoti ta' referenza negattiva għal impjieg futur jew dannu għar-reputazzjoni jew għall-prospetti tal-karriera tagħhom.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Jenħtieġ li l-protezzjoni tingħata lill-individwi li jaħdmu f'istituzzjonijiet ġewwa l-Unjoni, iżda anke lill-individwi li jaħdmu f'entitajiet Ewropej li jinsabu barra t-territorju tal-Unjoni. Jenħtieġ li din tapplika anke għall-uffiċjali kif ukoll għall-impjegati l-oħra u l-apprendisti li jaħdmu fl-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Huwa f'idejn l-Istati Membri li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirċievu u jagħmlu segwitu xieraq tar-rapporti dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn jistgħu jkunu korpi regolatorji jew superviżorji fl-oqsma kkonċernati, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, entitajiet kontra l-korruzzjoni u ombudsmen. L-awtoritajiet magħżula bħala kompetenti għandu jkollhom il-kapaċitajiet u s-setgħat meħtieġa sabiex jivvalutaw il-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u sabiex jindirizzaw il-ksur irrapportat, inkluż billi jniedu investigazzjoni, prosekuzzjoni jew azzjoni għall-irkupru ta' fondi, jew azzjoni rimedjali xierqa oħra, skont il-mandat tagħhom.

(34)  Hija responsabbiltà tal-Istati Membri li jidentifikaw l-awtoritajiet kompetenti sabiex jirċievu u jagħmlu segwitu xieraq tar-rapporti dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, jiggarantixxu implimentazzjoni xierqa u jiżguraw kooperazzjoni sħiħa, leali u rapida fost l-awtoritajiet kompetenti kemm fl-Istat Membru nnifsu kif ukoll mal-awtoritajiet rilevanti fi Stati Membri oħra. Dawn jistgħu jkunu korpi regolatorji jew superviżorji fl-oqsma kkonċernati, aġenziji tal-infurzar tal-liġi, entitajiet kontra l-korruzzjoni u ombudsmen. L-awtoritajiet magħżula bħala kompetenti għandu jkollhom, flimkien mal-kapaċitajiet u s-setgħat meħtieġa, ħaddiema kwalifikati kif xieraq sabiex jivvalutaw il-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u sabiex jindirizzaw il-ksur irrapportat, inkluż billi jniedu investigazzjoni, prosekuzzjoni jew azzjoni għall-irkupru ta' fondi, jew azzjoni rimedjali xierqa oħra, skont il-mandat tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Għall-iskoperta u l-prevenzjoni effettivi ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni huwa essenzjali li l-informazzjoni rilevanti tasal malajr għand dawk l-eqreb lejn is-sors tal-problema, l-aktar li huma kapaċi jinvestigaw u bis-setgħat li jsolvuha, fejn huwa possibbli. Dan jeħtieġ li entitajiet legali fis-setturi privati u pubbliċi jistabbilixxu proċeduri interni xierqa sabiex jirċievu u jsegwu r-rapporti.

(37)  Għall-iskoperta u l-prevenzjoni effettivi ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni huwa essenzjali li l-informazzjoni rilevanti tasal malajr għand dawk l-eqreb lejn is-sors tal-problema, l-aktar li huma kapaċi jinvestigaw u bis-setgħat li jsolvuha, jekk ikun possibbli. Dan jeħtieġ li entitajiet legali fis-setturi privati u pubbliċi jistabbilixxu proċeduri interni xierqa sabiex jirċievu, janalizzaw u jsegwu r-rapporti.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Jenħtieġ li l-eżenzjoni ta' intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi mill-obbligu li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni ma tapplikax għall-intrapriżi privati attivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. Jenħtieġ li dawn l-intrapriżi jibqgħu obbligati li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni, f'konformità mal-obbligi attwali stabbiliti mill-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

(39)  Jenħtieġ li l-eżenzjoni ta' intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi mill-obbligu li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni ma tapplikax għall-intrapriżi privati li jkunu attivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew li jkollhom rabtiet mill-qrib miegħu. Jenħtieġ li dawn l-intrapriżi jibqgħu obbligati li jistabbilixxu kanali ta' rapportar interni, f'konformità mal-obbligi attwali stabbiliti mill-acquis tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jżommu r-rekords xierqa kollha ta' rapporti ta' ksur u li kull rapport jista' jiġi rkuprat fl-awtorità kompetenti u li l-informazzjoni mwassla permezz ta' rapporti tista' tintuża bħala evidenza f'azzjonijiet ta' infurzar fejn xieraq.

(57)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li jżommu r-rekords xierqa kollha ta' rapporti ta' ksur u li kull rapport jista' jiġi rkuprat fl-awtorità kompetenti u li l-informazzjoni mwassla permezz ta' rapporti tista' tintuża bħala evidenza f'azzjonijiet ta' infurzar fejn xieraq u, jekk ikun il-każ, titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra jew tal-Unjoni Ewropea. Il-garanzija ta' kooperazzjoni sħiħa, leali u rapida, kif ukoll il-protezzjoni sħiħa tal-informaturi, jibqgħu r-responsabbiltà kemm tal-awtoritajiet li jittrażmettu l-informazzjoni kif ukoll ta' dawk li jirċevuha.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)  Bħala regola ġenerali, il-persuni li jirrapportaw jentħieġ li l-ewwel jużaw il-kanali interni disponibbli għalihom u jirrapportaw lill-impjegatur. Madankollu, jista' jkun il-każ li ma jeżistux kanali interni (fil-każ ta' entitajiet li mhumiex obbligati li jistabbilixxu tali kanali bis-saħħa ta' din id-Direttiva jew ta' liġi nazzjonali applikabbli) jew li l-użu tagħhom mhuwiex obbligatorju (li jista' jkun il-każ ta' persuni li mhumiex f'relazzjoni ta' impjieg), jew li ntużaw iżda ma ffunzjonawx kif suppost (pereżempju r-rapport ma kienx trattat b'mod diliġenti jew fi żmien raġonevoli, jew ma ttieħdet l-ebda azzjoni sabiex jiġi indirizzat il-ksur tal-liġi minkejja r-riżultati pożittivi tal-inkjesta).

(62)  Il-persuni li jirrapportaw jenħtieġ li l-ewwel jużaw il-kanali interni disponibbli għalihom u jirrapportaw lill-impjegatur. Madankollu, jista' jkun il-każ li ma jeżistux kanali interni (fil-każ ta' entitajiet li mhumiex obbligati li jistabbilixxu tali kanali bis-saħħa ta' din id-Direttiva jew tal-liġi nazzjonali applikabbli) jew li l-użu tagħhom mhuwiex obbligatorju (li jista' jkun il-każ ta' persuni li mhumiex f'relazzjoni ta' impjieg), jew li ntużaw iżda ma ffunzjonawx kif suppost (pereżempju r-rapport ma kienx trattat b'mod diliġenti jew fi żmien raġonevoli, jew ma ttieħdet l-ebda azzjoni sabiex jiġi indirizzat il-ksur tal-liġi minkejja r-riżultati pożittivi tal-inkjesta).

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 80

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(80)  Din id-Direttiva tintroduċi standards minimi u jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuna li tirrapporta, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jfixklux il-miżuri għall-protezzjoni ta' persuni kkonċernati.

(80)  Din id-Direttiva tintroduċi standards minimi u jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom is-setgħa u jiġu mħeġġa jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuna li tirrapporta, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jfixklux il-miżuri għall-protezzjoni tal-persuni kkonċernati.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(84)  L-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ l-infurzar f'ċertu oqsma ta' politika u atti fejn ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku permezz ta' protezzjoni effettiva tal-informaturi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom jew b'mod mhux ikkoordinat, iżda jista' jinkiseb aħjar b'azzjoni tal-Unjoni li tipprovdi standards minimi ta' armonizzazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Barra minn hekk, azzjoni tal-Unjoni biss tista' tipprovdi koerenza u tallinja r-regoli tal-Unjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Għaldaqstant, l-UE tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(84)  L-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li ssaħħaħ l-infurzar f'ċertu oqsma ta' politika u atti fejn ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara għall-interess pubbliku permezz ta' protezzjoni effettiva tal-informaturi, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom jew b'mod mhux ikkoordinat, iżda jista' jinkiseb aħjar b'azzjoni tal-Unjoni li tipprovdi standards minimi ta' armonizzazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Barra minn hekk, azzjoni tal-Unjoni biss tista' tipprovdi koerenza u tallinja r-regoli tal-Unjoni eżistenti dwar il-protezzjoni tal-informaturi. Għaldaqstant, l-UE tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Bil-għan li jittejjeb l-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi, din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw l-attivitajiet illegali jew l-abbuż tad-dritt li ġejjin:

1.  Bil-għan li jittejjeb l-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni f'oqsma speċifiċi, din id-Direttiva tistabbilixxi standards minimi komuni għall-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw l-attivitajiet illegali, l-abbuż tad-dritt jew it-theddid għall-interess pubbliku, li jinkludu:

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  il-ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni stabbiliti fl-Anness (Parti I u Parti II) fir-rigward tal-oqsma li ġejjin:

a)  il-ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni fl-oqsma li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  is-servizzi finanzjarji, il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(ii)  is-servizzi finanzjarji, il-prevenzjoni tal-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, iċ-ċiberterroriżmu u ċ-ċiberkriminalità, il-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  il-ksur tal-Artikolu 101, 102, 106, 107 u 108 tat-TFUE u l-ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589;

b)  il-liġi tal-kompetizzjoni, b'mod speċjali l-ksur tal-Artikolu 101, 102, 106, 107 u 108 tat-TFUE u l-ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589;

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) tat-TFUE, fir-rigward ta' atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxi korporattivi jew ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ tat-taxxa li jegħleb l-oġġett jew skop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli.

d)  il-ksur marbut mas-suq intern, kif imsemmi fl-Artikolu 26(2) tat-TFUE, partikolarment fir-rigward ta' atti li jiksru r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jew ftehimiet li l-għan tagħhom huwa li jinkiseb vantaġġ fiskali li jegħleb l-objettiv jew l-iskop tal-liġi tat-taxxa korporattiva applikabbli.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn regoli speċifiċi dwar ir-rapportar ta' ksur huma previsti f'atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi mniżżla fil-Parti 2 tal-Anness, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kwistjonijiet kollha marbutin mal-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw mhux irregolati f'dawn l-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi.

2.  Jekk fl-atti settorjali tal-Unjoni mniżżla fil-Parti 2 tal-Anness ikunu previsti regoli aktar protettivi dwar ir-rapportar ta' ksur, għandhom japplikaw dawn ir-regoli. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-kwistjonijiet kollha marbutin mal-protezzjoni ta' persuni li jirrapportaw mhux irregolati f'dawn l-atti tal-Unjoni speċifiċi għas-setturi.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni li jaħdmu fis-settur privat jew pubbliku li jirrapportaw li kisbu informazzjoni dwar ksur f'kuntest relatat max-xogħol inklużi, mill-anqas, dawn li ġejjin:

1.  Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni li jirrapportaw u għall-faċilitaturi fis-settur privat jew pubbliku li jkunu kisbu informazzjoni dwar ksur, inklużi – tal-anqas – dawn li ġejjin:

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  persuni li għandhom l-istatus ta' ħaddiema, skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFEU;

a)  persuni li jkollhom l-istatus ta' ħaddiema, skont it-tifsira tal-Artikolu 45 tat-TFUE, inklużi ħaddiema part-time u ħaddiema b'kuntratt definit, kif ukoll persuni li jkollhom l-istatus ta' impjegati taċ-ċivil;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  kwalunkwe persuna li taħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta' kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri.

d)  kwalunkwe persuna li taħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta' kuntratturi, sottokuntratturi, fornituri ta' servizzi u fornituri oħra.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da)  persuni li jiffaċilitaw ir-rapportar, bħalma huma l-intermedjarji jew il-ġurnalisti.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom għadha se tibda f'każijiet fejn l-informazzjoni dwar ksur inkisbet matul il-proċess ta' reklutaġġ jew waqt negozjati prekuntrattwali oħrajn.

2.  Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw u li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom tkun għadha se tibda f'każijiet fejn l-informazzjoni dwar ksur tkun inkisbet matul il-proċess ta' reklutaġġ jew waqt negozjati prekuntrattwali oħrajn – u għar-relazzjonijiet ibbażati fuq ix-xogħol li jkunu ntemmu.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 22a, 22b u 22c tar-Regolament Nru 31 (KEE), 11 (KEEA), din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-uffiċjali u l-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jirrapportaw informazzjoni dwar kwalunkwe ksur imsemmi fl-Artikolu 1.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "ksur" tfisser attivitajiet illegali attwali jew potenzjali jew abbuż tad-dritt marbutin mal-atti tal-Unjoni u oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1 u fl-Anness;

(1)  "ksur" tfisser attivitajiet illegali attwali jew potenzjali, ommissjonijiet jew abbuż tad-dritt marbutin mal-atti tal-Unjoni, b'mod partikolari f'oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "abbuż tad-dritt" tfisser atti jew ommissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li ma jidhrux li huma illegali f'termini formali iżda jegħlbu l-oġġett jew l-iskop imfittex mir-regoli applikabbli;

(3)  "abbuż tad-dritt" tfisser atti jew ommissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li ma jidhrux li huma illegali f'termini formali iżda jegħlbu l-objettiv jew l-iskop imfittex mir-regoli applikabbli jew jirrappreżentaw periklu għall-interess pubbliku;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "informazzjoni dwar ksur" tfisser evidenza dwar ksur attwali kif ukoll suspetti raġonevoli dwar ksur potenzjali li għadu ma seħħx;

(4)  "informazzjoni dwar ksur" tfisser evidenza dwar ksur attwali kif ukoll suspetti dwar ksur potenzjali li jkun għadu ma seħħx;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "rapport" tfisser l-għoti ta' informazzjoni marbuta ma' ksur li seħħ jew li aktarx se jseħħ fl-organizzazzjoni li fiha taħdem jew ħadmet il-persuna li qed tirrapporta jew f'organizzazzjoni oħra li magħha hija, jew kienet, f'kuntatt permezz tax-xogħol tagħha;

(5)  "rapport" tfisser l-għoti ta' informazzjoni marbuta ma' ksur li seħħ jew li aktarx se jseħħ fil-każ ta' theddida serja u imminenti jew fejn ikun hemm riskju ta' ħsara irriversibbli;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "żvelar" tfisser li l-informazzjoni dwar ksur miksuba fi ħdan il-kuntest relatat max-xogħol issir disponibbli għad-dominju pubbliku;

(8)  "żvelar" tfisser li l-informazzjoni dwar ksur issir disponibbli għad-dominju pubbliku;

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "persuna li tirrapporta" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar ksur miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet tagħha relatati max-xogħol;

(9)  "persuna li tirrapporta" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni dwar ksur jew li tkun f'riskju ta' ritaljazzjoni; huma inklużi individwi li jkunu barra mir-relazzjoni tradizzjonali bejn l-impjegatur u l-impjegat, bħal konsulenti, kuntratturi, trainees, apprendisti, voluntiera, studenti ħaddiema, ħaddiema temporanji u ex impjegati;

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "ritaljazzjoni" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni potenzjali jew attwali mqanqla mir-rapportar intern jew estern li jseħħ f'kuntest relatat max-xogħol u li jikkawża jew jista' jikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta;

(12)  "ritaljazzjoni" tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni potenzjali jew attwali mqanqal mir-rapportar jew mill-iżvelar intern jew estern li jikkawża jew jista' jikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta, lill-persuna li tirrapporta ssuspettata jew lill-membri tal-familja, il-qraba jew il-faċilitaturi tagħha;

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  "segwitu" tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi r-rapport, magħmul internament jew esternament, sabiex jivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, sabiex jindirizza l-ksur irrapportat, inklużi azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta' fondi u għeluq;

(13)  "segwitu" tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi r-rapport, magħmul internament jew esternament, sabiex jivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, sabiex jindirizza l-ksur irrapportat, inklużi azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta' fondi u għeluq kif ukoll kwalunkwe azzjoni ta' rimedju jew ta' mitigazzjoni xierqa oħra;

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali intitolata sabiex tirċievi rapporti skont il-Kapitolu III u maħtura sabiex twettaq il-kompiti previsti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tas-segwitu ta' rapporti.

(14)  "awtorità kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità tal-Unjoni jew ta' Stat Membru legalment responsabbli u intitolata sabiex tirċievi rapporti skont il-Kapitolu III u maħtura sabiex twettaq il-kompiti previsti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tas-segwitu ta' rapporti.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet legali fis-settur privat u dak pubbliku jistabbilixxu kanali interni u proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu tar-rapporti, wara konsultazzjonijiet ma' sħab soċjali, jekk xieraq.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet legali fis-settur privat u dak pubbliku jistabbilixxu kanali interni u proċeduri għar-rapportar u għas-segwitu tar-rapporti, wara konsultazzjonijiet mas-sħab soċjali.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Tali kanali u proċeduri għandhom jippermettu li jsir rapportar minn impjegati tal-entità. Jistgħu jippermettu li jsir rapportar minn persuni oħrajn li huma f'kuntatt mal-entità fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b), (c) u (d), iżda l-użu ta' kanali interni għar-rapportar ma għandux ikun obbligatorju għal dawn il-kategoriji ta' persuni.

2.  Tali kanali u proċeduri għandhom jippermettu li jsir rapportar minn impjegati tal-entità. Għandhom jippermettu wkoll li jsir rapportar minn persuni oħrajn li jkunu f'kuntatt mal-entità fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom, imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b), (c) u (d), iżda l-użu ta' kanali interni għar-rapportar ma għandux ikun obbligatorju għal dawn il-kategoriji ta' persuni.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

entitajiet legali privati b'fatturat annwali tan-negozju jew karta tal-bilanċ annwali b'total ta' EUR 10 miljun jew aktar;

entitajiet legali privati li l-fatturat annwali tan-negozju jew tal-grupp jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħhom ikun ta' EUR 10 miljun jew aktar;

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  entitajiet legali privati ta' kwalunkwe daqs li joperaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew huma vulnerabbli għall-ħasil ta' flus jew għall-finanzjament tat-terroriżmu, kif irregolati skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Anness.

c)  entitajiet legali privati ta' kwalunkwe daqs li joperaw fil-qasam tas-servizzi finanzjarji jew huma vulnerabbli għall-ħasil ta' flus, għall-finanzjament tat-terroriżmu jew għaċ-ċiberkriminalità, kif irregolati skont l-atti tal-Unjoni msemmija fl-Anness.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da)  l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni Ewropea;

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b'tali mod li jiżgura l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u jipprevjeni l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati;

a)  kanali biex jintlaqgħu r-rapporti li jkunu mfasslin, stabbiliti u operati b'tali mod li jiżgura konferma tal-wasla ta' rapport, jiżgura l-kunfidenzjalità jew l-anonimità tal-identità tal-persuna li tirrapporta u jimpedixxi l-aċċess għal membri tal-persunal mhux awtorizzati;

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx it-tliet xhur minn wara r-rapport, sabiex ikun ipprovdut rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport;

d)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx it-tliet xhur minn wara r-rapport, sabiex jingħata rispons solidu lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport;

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  rapporti bil-miktub f'format elettroniku jew fuq karta u/jew rapport bil-fomm permezz ta' linji tat-telefon, kemm jekk irrekordjati kif ukoll jekk le;

(a)  rapporti bil-miktub f'format elettroniku jew fuq karta u/jew rapport bil-fomm permezz ta' linji tat-telefon, li jistgħu jkunu rrekordjati; f'każ li t-telefonata tiġi rrekordjata, ikun hemm bżonn il-kunsens minn qabel tal-persuna li tirrapporta;

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  laqgħat fiżiċi mal-persuna jew dipartiment magħżula sabiex jirċievu r-rapport.

(b)  laqgħat fiżiċi mal-persuna jew mad-dipartiment magħżula sabiex jirċievu r-rapport, fil-preżenza, jekk il-persuna li tirrapporta tkun tixtieq hekk, ta' rappreżentant tal-union jew tar-rappreżentant legali tagħha;

Emenda    55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni indipendenti u awtonomi, li huma kemm sikuri kif ukoll jiżguraw il-kunfidenzjalità, sabiex jirċievu u jimmaniġġjaw informazzjoni pprovduta mill-persuna li tirrapporta;

a)  jistabbilixxu kanali ta' rapportar esterni indipendenti u awtonomi, li jkunu kemm sikuri kif ukoll jiżguraw il-kunfidenzjalità, sabiex jirċievu u jimmaniġġjaw informazzjoni pprovduta mill-persuna li tirrapporta, u jippermettu rapportar anonimu u salvagwardja tad-data personali tal-informatur;

Emenda    56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  jippromwovu konsulenza libera u indipendenti u assistenza legali għall-persuni u l-intermedjarji li jirrapportaw;

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  jagħtu rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport f'perjodu ta' żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur jew is-sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati;

b)  jibagħtu konferma tal-wasla tar-rapport u jagħtu rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport f'perjodu ta' żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur jew is-sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati;

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  jibagħtu l-informazzjoni li hemm fir-rapport lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji kompetenti tal-Unjoni, jekk xieraq, għal aktar investigazzjoni, fejn huwa previst skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

c)  jibagħtu l-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport lill-korpi, lill-uffiċċji jew lill-aġenziji kompetenti tal-Unjoni jew ta' Stati Membri oħra, skont il-każ, għal aktar investigazzjoni.

Emenda    59

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca)  jikkooperaw b'mod sħiħ, leali u rapidu mal-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra u tal-UE.

Emenda    60

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jsegwu r-rapporti billi jieħdu l-miżuri meħtieġa u jinvestigaw, sa fejn huwa xieraq, is-suġġett tar-rapporti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-persuna li qed tirrapporta r-riżultat finali tal-investigazzjonijiet.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jsegwu r-rapporti billi jieħdu l-miżuri meħtieġa u jinvestigaw, sa fejn huwa xieraq, is-suġġett tar-rapporti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw ir-riżultat finali tal-investigazzjonijiet lill-persuna li qed tirrapporta u lill-awtoritajiet kompetenti, lill-uffiċċji u lill-aġenziji tal-Istati Membri l-oħra kollha rilevanti u tal-UE.

Emenda    61

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li rċeviet rapport iżda li ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza l-ksur irrapportat tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti u li l-persuna li tirrapporta tkun informata.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li rċeviet rapport iżda li ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza l-ksur irrapportat tibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti u li l-persuna li tirrapporta tkun informata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu rapporti li ma jkollhomx il-kompetenza jindirizzaw, ikollhom proċeduri ċari biex jittrattaw l-informazzjoni kollha żvelata b'mod sigur u kunfidenzjali.

Emenda    62

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca)  jippromwovu konsulenza libera u indipendenti u assistenza legali għall-persuni u l-intermedjarji li jirrapportaw;

Emenda    63

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  laqgħa fiżika mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti.

c)  laqgħa fiżika mal-membri tal-persunal dedikat tal-awtorità kompetenti, fil-preżenza, jekk il-persuna li tirrapporta titlobha, ta' rappreżentant tal-union u/jew tar-rappreżentant legali tagħha, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett tal-kunfidenzjalità u l-anonimità.

Emenda    64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom membri tal-persunal dedikati sabiex jimmaniġġjaw ir-rapporti. Membri tal-persunal dedikati għandhom jirċievu taħriġ speċifiku sabiex jimmaniġġjaw ir-rapporti.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom għadd adegwat ta' membri tal-persunal kompetenti dedikati sabiex jimmaniġġjaw ir-rapporti. Membri tal-persunal dedikati għandhom jirċievu taħriġ speċifiku sabiex jimmaniġġjaw ir-rapporti.

Emenda    65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  iżommu kuntatt mal-persuna li tirrapporta bil-għan li jinformaw lill-persuna li tirrapporta bil-progress u bir-riżultat tal-investigazzjoni.

c)  iżommu kuntatt kunfidenzjali mal-persuna li tirrapporta bil-għan li jinformaw lill-persuna li tirrapporta bil-progress u bir-riżultat tal-investigazzjoni.

Emenda    66

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx it-tliet xhur jew sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati, għall-għoti ta' rispons lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport u t-tip u l-kontenut ta' dan ir-rispons;

b)  perjodu ta' żmien raġonevoli, li ma jaqbiżx it-tliet xhur jew sitt xhur f'każijiet debitament ġustifikati, biex jingħata rispons solidu lill-persuna li tirrapporta dwar is-segwitu tar-rapport u t-tip u l-kontenut ta' dan ir-rispons.

Emenda    67

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ga)  l-informazzjoni ta' kuntatt tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mnejn jista' jittieħed parir legali mingħajr ħlas.

Emenda    68

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Persuna li tirrapporta għandha tikkwalifika għall-protezzjoni taħt din id-Direttiva sakemm għandha raġunijiet ġustifikati biex temmen li l-informazzjoni rrapportata kienet vera fil-ħin tar-rapportar u li din l-informazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

1.  Persuna li tirrapporta għandha tikkwalifika għall-protezzjoni u tingħata l-istatus ta' persuna li tirrapporta taħt din id-Direttiva sakemm ikollha raġunijiet ġustifikati biex temmen li l-informazzjoni rrapportata kienet vera fil-ħin tar-rapportar u li din l-informazzjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva irrispettivament mill-kanal ta' rapportar magħżul. Il-protezzjoni testendi għal dawk li – in bona fede – jiżvelaw informazzjoni ineżatta, u għandha tingħata anke waqt li tkun qed tiġi vvalutata l-eżattezza tal-informazzjoni żvelata.

Emenda    69

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Persuna li tiżvela informazzjoni li taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva anonimament, u li l-identità tagħha tkun inkixfet, għandha tikkwalifika wkoll għal protezzjoni skont din id-Direttiva.

Emenda    70

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji ċari għall-għoti tad-drittijiet u l-protezzjoni previsti f'din id-Direttiva lill-persuni li jirrapportaw mill-mument tar-rapportar.

Emenda    71

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Persuna li tirrapporta esternament għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva fejn waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin hija ssodisfata:

imħassar

a)  hi rrapportat internament l-ewwel iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa bi tweġiba għar-rapport fil-perjodu ta' żmien raġonevoli msemmi fl-Artikolu 5;

 

b)  kanali ta' rapportar interni ma kinux disponibbli għall-persuna li qed tirrapporta jew ma setax ikun mistenni b'mod raġonevoli li l-persuna li qed tirrapporta tkun konxja bid-disponibbiltà ta' tali kanali;

 

c)  l-użu ta' kanali ta' rapportar interni ma kienx obbligatorju għall-persuna li qed tirrapporta, skont l-Artikolu 4(2);

 

d)  hi ma setgħetx tkun mistennija b'mod raġonevoli li tuża kanali ta' rapportar interni fid-dawl tas-suġġett tar-rapport;

 

e)  hi kellha raġunijiet ġustifikati sabiex temmen li l-użu ta' kanali ta' rapportar interni setgħu jipperikolaw l-effettività tal-investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti;

 

f)  hi kienet intitolata li tirrapporta direttament permezz tal-kanali ta' rapportar esterni lil awtorità kompetenti skont il-liġi tal-Unjoni.

 

Emenda    72

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 − paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Persuna li tiżvela pubblikament informazzjoni dwar ksur li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tikkwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva fejn:

imħassar

a) hi l-ewwel irrapportat internament u/jew esternament skont il-Kapitoli II u III u l-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, iżda ma ttieħdet l-ebda azzjoni xierqa b'rispons għar-rapport fil-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikoli 6(2)(b) u 9(1)(b); jew

 

b) hi ma tistax tkun mistennija b'mod raġonevoli li tuża kanali ta' rapportar interni u/jew esterni minħabba periklu imminenti jew evidenti għall-interess pubbliku jew għaċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ, jew fejn ikun hemm riskju ta' ħsara irriversibbli.

 

Emenda    73

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g)  koerzjoni, intimidazzjoni, fastidju jew ostraċiżmu fuq il-post tax-xogħol;

g)  koerzjoni, intimidazzjoni, fastidju jew ostraċiżmu;

Emenda    74

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Appoġġ għall-persuna jew il-persuni li jirrapportaw minn parti terza indipendenti

 

1. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-persuna li tirrapporta jew li tkun beħsiebha tagħmel rapport jew tiżvela informazzjoni pubblikament tingħata appoġġ fil-proċedura. Tali appoġġ għandu jiżgura li l-identità tal-persuni msemmija f'dan il-paragrafu tibqa' kunfidenzjali u jista', b'mod partikolari, jieħu l-forma ta':

 

(a) parir imparzjali u kunfidenzjali mingħajr ħlas, b'mod speċjali dwar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-kanali ta' rapportar u l-protezzjoni mogħtija lill-persuna li tirrapporta u d-drittijiet tal-persuna kkonċernata;

 

(b) parir legali f'każ ta' tilwim legali;

 

(c) appoġġ psikoloġiku;

 

2. Dan l-appoġġ jista' jingħata minn awtorità amministrattiva indipendenti, trade union jew organizzazzjoni oħra li tirrappreżenta l-ħaddiema, jew minn korp akkreditat maħtur mill-Istat Membru dment li jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

 

(a) ikun ikkostitwit b'mod regolari skont il-liġi ta' Stat Membru;

 

(b) ikollu interess leġittimu li tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva; u

 

(c) ikun entità mingħajr skop ta' qligħ.

Emenda    75

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 − paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Flimkien mal-għoti ta' għajnuna legali għal persuni li jirrapportaw fi proċedimenti kriminali u ċivili transfruntiera skont id-Direttiva (UE) 2016/1919 u d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63, u skont il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu aktar miżuri għal assistenza legali u finanzjarja u appoġġ għal persuni li jirrapportaw fil-qafas tal-proċedimenti legali.

8.  Flimkien mal-għoti ta' għajnuna legali għal persuni li jirrapportaw fi proċedimenti kriminali u ċivili transfruntiera skont id-Direttiva (UE) 2016/1919 u d-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill63, u skont il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprevedu aktar miżuri għal assistenza legali u finanzjarja u appoġġ għal persuni li jirrapportaw fil-qafas tal-proċedimenti legali, kif ukoll appoġġ finanzjarju f'każ ta' telf temporanju ta' dħul.

__________________

__________________

63 Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

63 Id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 136, 24.5.2008, p. 3).

Emenda    76

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

L-obbligu li tiġi protetta l-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuna li tirrapporta

 

1. L-identità tal-persuna jew il-persuni li jirrapportaw ma tistax tiġi żvelata mingħajr il-kunsens espliċitu tagħhom. Dan l-obbligu ta' kunfidenzjalità jinkludi wkoll l-informazzjoni li tista' tintuża biex tiġi identifikata l-persuna li tirrapporta.

 

2. Persuna li jkollha jew li tikseb l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-obbligu li ma tiżvelahiex.

 

3. Iċ-ċirkustanzi li fihom, b'deroga mill-paragrafu 2, informazzjoni dwar l-identità tal-persuna li tirrapporta tista' tiġi żvelata għandhom ikunu limitati għal każijiet eċċezzjonali fejn l-iżvelar ta' tali informazzjoni jkun obbligu meħtieġ u proporzjonat skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew kawżi ġudizzjarji sussegwenti jew biex jitħarsu l-libertajiet ta' persuni oħra inkluż id-dritt ta' difiża tal-persuna kkonċernata, u dejjem soġġett għas-salvagwardji xierqa previsti minn dawn il-liġijiet. F'każijiet bħal dawn iridu jittieħdu passi xierqa u effettivi biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-benessri tal-persuna jew il-persuni li jirrapportaw.

 

4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-persuna maħtura biex tirċievi r-rapport għandha tinforma lill-persuna li tirrapporta fil-mument opportun qabel ma tiżvela l-identità tagħha u tikkonsulta magħha dwar azzjonijiet alternattivi possibbli.

 

5. Il-kanali ta' rapportar intern u estern għandhom ikunu mfassla b'tali mod li jiżgura li l-identità tal-persuna li tirrapporta tibqa' kunfidenzjali u li jimpedixxi l-aċċess minn persuni mhux awtorizzati. Għandha tinżamm informazzjoni dwar liema membri tal-persunal ikunu kkonsultaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi l-ħin u d-dati ta' tali aċċess.

Emenda    77

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  jiksru d-dmir li jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw.

d)  jiksru d-dmir li jippreservaw il-kunfidenzjalità jew l-anonimità tal-identità tal-persuni li jirrapportaw.

Emenda    78

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

da)  jirrepetu l-ksur irrapportat mill-persuna li tirrapporta meta l-każ ikun ingħalaq.

Emenda    79

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni li jagħmlu rapporti jew żvelar malizzjużi jew abbużivi, inklużi miżuri għall-kumpens ta' persuni li jkunu sofrew ħsara minn rapporti jew żvelar malizzjużi jew abbużivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali effettivi, proporzjonati u dissważivi applikabbli għal persuni li jagħmlu rapporti jew żvelar malizzjużi jew abbużivi.

Emenda    80

Proposta għal direttiva

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Obbligu ta' kooperazzjoni

 

1. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiġu mgħarrfa bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif kopert minn din id-Direttiva, huma obbligati jinformaw fil-pront lill-awtoritajiet rilevanti l-oħra kollha tal-Istati Membri u/jew lill-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE u jikkooperaw magħhom b'mod leali, effettiv u rapidu.

 

2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li jiġu notifikati minn awtoritajiet ta' Stati Membri oħra bil-possibbiltà ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni, kif kopert minn din id-Direttiva, huma obbligati jipprovdu rispons solidu dwar l-azzjonijiet meħuda b'rabta mal-imsemmija notifika kif ukoll notifika uffiċjali ta' wasla u punt ta' kuntatt għal aktar kooperazzjoni.

 

3. L-awtoritajiet tal-Istati Membri huma obbligati jħarsu l-informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu, b'mod speċjali dik relatata mal-identità u informazzjoni personali oħra tal-persuni li jirrapportaw.

 

4. L-awtoritajiet tal-Istati Membri huma obbligati jagħtu aċċess kunfidenzjali għall-informazzjoni li jirċievu mingħand persuni li jirrapportaw u jiffaċilitaw talbiet għal aktar informazzjoni minnufih.

 

5. L-awtoritajiet tal-Istati Membri huma obbligati jaqsmu minnufih l-informazzjoni kollha rilevanti ma' awtoritajiet kompetenti ta' Stati Membri oħra fir-rigward ta' ksur tad-dritt tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali f'każijiet internazzjonali.

Emenda    81

Proposta għal direttiva

Artikolu 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17b

 

Ebda deroga mid-drittijiet u r-rimedji

 

Id-drittijiet u r-rimedji previsti minn din id-Direttiva ma jistgħux ikunu s-suġġett ta' xi deroga jew limitazzjoni minn xi ftehim, politika, forma jew kundizzjoni ta' impjieg, inkluż kwalunkwe ftehim ta' arbitraġġ f'każ ta' tilwim. Kwalunkwe tentattiv ta' deroga jew limitazzjoni b'rabta mad-drittijiet u r-rimedji previsti għandu jiġi kkunsidrat null u mhux infurzabbli.

Emenda    82

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw it-twaqqif ta' awtorità indipendenti għall-protezzjoni tal-informaturi.

Emenda    83

Proposta għal direttiva

Artikolu 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 22a

 

Aġġornament tal-Annessi

 

Kull meta att legali ġdid tal-UE jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu 1(1)(a) jew l-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Annessi permezz ta' att delegat. 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-protezzjoni ta’ persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni

Referenzi

COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Miguel Viegas

31.5.2018

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

24.9.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

15

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Markus Ferber, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Barbara Kappel, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Anne Sander, Martin Schirdewan, Pedro Silva Pereira, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Marco Zanni, Esther de Lange

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Doru-Claudian Frunzulică, Ramón Jáuregui Atondo, Rina Ronja Kari, Jeppe Kofod, Marcus Pretzell, Michel Reimon, Romana Tomc, Lieve Wierinck, Roberts Zīle, Sophia in ‘t Veld

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edouard Martin, Julia Pitera, Virginie Rozière, Sabine Verheyen, Anna Záborská

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ECR

Pirkko Ruohonen-Lerner

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

GUE/NGL

Rina Ronja Kari, Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Anne Sander, Tom Vandenkendelaere

S&D

Pervenche Berès, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Doru-Claudian Frunzulică, Roberto Gualtieri, Ramón Jáuregui Atondo, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Virginie Rozière, Pedro Silva Pereira

Verts/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Michel Reimon, Ernest Urtasun

15

-

ECR

Sander Loones

ENF

Barbara Kappel, Marcus Pretzell

NI

Steven Woolfe

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Julia Pitera, Romana Tomc, Sabine Verheyen, Anna Záborská

7

0

ALDE

Lieve Wierinck, Sophia in 't Veld

ECR

Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Roberts Zīle

ENF

Marco Zanni

PPE

Esther de Lange

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (8.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni

(COM(2018)0218 – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD))

Rapporteur for opinion: Maite Pagazaurtundúa Ruiz

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 16, 33, 43, 50, 53(1), 62, 91, 100, 103, 109, 114, 168, 169, 192, 207 u 325(4) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 9, 10, 11, 12, 15, 16, 33, 43, 50, 53(1), 62, 91, 100, 103, 109, 114, 168, 169, 192, 207, 325(4) u 352 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar  2017 dwar ir-rwol tal-informaturi fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE,

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar miżuri leġittimi għall-ħarsien ta' informaturi li jkunu qed jaġixxu fl-interess pubbliku meta jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali dwar kumpaniji u korpi pubbliċi,

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Persuni li jaħdmu għal organizzazzjoni jew huma f'kuntatt magħha fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom relatati max-xogħol huma ta' spiss l-ewwel li jsiru jafu dwar theddid jew ħsara għall-interess pubbliku li jseħħu f'dan il-kuntest. Billi “jiżvelaw informazzjoni” għandhom rwol ewlieni fil-kxif u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi u fis-salvagwardja tal-benessri tas-soċjetà. Madankollu, l-informaturi potenzjali spiss jaqtgħu qalbhom milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni.

(1)  Persuni li jaħdmu jew li ħadmu għal organizzazzjoni jew huma jew kienu f'kuntatt magħha huma ta' spiss l-ewwel li jsiru jafu dwar theddid, attivitajiet kriminali jew illegali jew ħsara għall-interess pubbliku li jseħħu f'dan il-kuntest. Billi "jiżvelaw informazzjoni" dawn għandhom rwol ewlieni fil-kxif u l-prevenzjoni ta' ksur tal-liġi, fis-salvagwardja tal-benessri tas-soċjetà u fil-protezzjoni tad-dritt fundamentali, inkluża l-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni. L-informaturi għandhom rwol kruċjali fl-iżvelar ta' għemil ħażin jew ta' mġiba li tmur kontra l-etika u mġiba diżonesta li jmorru kontra l-interess pubbliku. Ta' spiss ikun diffiċli għalihom li jivvalutaw il-legalità tal-fatti, iżda skont il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem il-valutazzjoni legali mhijiex il-kompitu tal-informaturi, dment li jaġixxu in bona fede u l-fatti jkunu korretti . Madankollu, l-informaturi potenzjali spiss jaqtgħu qalbhom milli jirrapportaw it-tħassib jew is-suspetti tagħhom għax jibżgħu minn xi ritaljazzjoni meta jesponu irregolaritajiet, ġestjoni ħażina, użu ħażin ta' fondi, amministrazzjoni ħażina jew korruzzjoni potenzjali marbutin mal-attività ta' korpi pubbliċi u privati fi ħdan l-Unjoni; mhumiex verament protetti u ma jħossuhomx protetti.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, ir-rapporti minn informaturi huma komponent upstream tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni: dawn jikkontribwixxu għas-sistemi ta' infurzar nazzjonali u tal-Unjoni b'informazzjoni li twassal għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni.

(2)  Fil-livell tal-Unjoni, ir-rapporti mill-informaturi u mill-ġurnalisti investigattivi huma komponent upstream tal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni: dawn jikkontribwixxu għas-sistemi ta' infurzar nazzjonali u tal-Unjoni b'informazzjoni li twassal għall-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettiva ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'ċerti oqsma ta' politika, ksur tal-liġi tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku, fis-sens li joħloq riskji sinifikanti għall-benessri tas-soċjetà. Fejn nuqqasijiet ta' infurzar ġew identifikati f'dawn l-oqsma, u l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur, huwa meħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar billi tkun żgurata protezzjoni effettiva tal-informaturi mir-ritaljazzjoni u l-introduzzjoni ta' kanali ta' rapportar effettiv.

(3)  Ksur tad-dritt tal-Unjoni jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku u għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali. Huwa meħtieġ li tiġi żgurata protezzjoni effettiva tal-informaturi mir-ritaljazzjoni u li jiġu introdotti kanali ta' rapportar effettivi u kunfidenzjali .

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-protezzjoni li attwalment tingħata lill-informaturi fl-Unjoni Ewropea hija frammentata madwar l-Istati Membri u hija inugwali bejn l-oqsma ta' politika. Il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni b'dimensjoni transfruntiera mikxufa mill-informaturi juru kif il-protezzjoni insuffiċjenti fi Stat Membru wieħed mhux biss taffettwa ħażin il-funzjonament tal-politiki tal-UE f'dak l-Istat Membru iżda jista' jkollha wkoll riperkussjonijiet fi Stati Membri oħra u fl-Unjoni kollha kemm hi.

(4)  Il-protezzjoni li attwalment tingħata lill-informaturi fl-Unjoni Ewropea hija frammentata madwar l-Istati Membri u hija inugwali bejn l-oqsma ta' politika. L-informaturi jenħtieġ li jiġu protetti jekk huma jiżvelaw, fl-interess pubbliku, ksur tad-dritt jew għemil ħażin jew imġiba ħażina. Il-protezzjoni insuffiċjenti fi Stat Membru wieħed mhux biss taffettwa ħażin il-funzjonament tal-politiki tal-UE f'dak l-Istat Membru iżda jista' jkollha wkoll riperkussjonijiet fi Stati Membri oħra u fl-Unjoni kollha kemm hi.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Għaldaqstant, għandhom japplikaw standards minimi komuni li jiżguraw protezzjoni effettiva tal-informaturi f'dawn l-atti u fl-oqsma ta' politika fejn i) jenħtieġ li jissaħħaħ l-infurzar; in-nuqqas ta' rapportar mill-informaturi huwa fattur ewlieni li jaffettwa l-infurzar, u iii) il-ksur tal-liġi tal-Unjoni jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku.

(5)  Għaldaqstant, għandhom japplikaw standards legali minimi komuni li jiżguraw protezzjoni effettiva tal-informaturi permezz ta' approċċ ġenerali u kompresiv f'dawn l-atti u fl-oqsma ta' politika nazzjonali u tal-Unjoni kollha fejn i) hemm ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar; ii) in-nuqqas ta' rapportar mill-informaturi huwa fattur ewlieni li jaffettwa l-infurzar, u iii) il-ksur tad-dritt nazzjonali tal-Unjoni jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sigurtà tat-trasport li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-ħajja tal-bnedmin diġà ġiet rikonoxxuta fi strumenti tal-Unjoni settorjali dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni38 u s-sigurtà fit-trasport marittimu39, li jipprovdu miżuri mfassla apposta għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll kanali ta' rapportar speċifiċi. Dawn l-istrumenti jinkludu wkoll il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni tal-ħaddiema li jirrapportaw l-iżbalji onesti tagħhom (l-hekk imsejħa “kultura ġusta”). Huwa meħtieġ li l-elementi eżistenti tal-protezzjoni tal-informaturi f'dawn iż-żewġ setturi jiġu kkumplimentati kif ukoll li tiġi pprovduta tali protezzjoni li ssaħħaħ l-infurzar ta' standards ta' sigurtà għal modi ta' trasport oħrajn, jiġifieri t-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

(9)  L-importanza tal-protezzjoni tal-informaturi fir-rigward tal-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' ksur tar-regoli tal-Unjoni dwar is-sigurtà tat-trasport li jistgħu jpoġġu fil-periklu l-ħajja tal-bnedmin diġà ġiet rikonoxxuta fi strumenti tal-Unjoni settorjali dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni38 u s-sigurtà fit-trasport marittimu39, li jipprovdu miżuri mfassla apposta għall-protezzjoni tal-informaturi kif ukoll kanali ta' rapportar speċifiċi. Dawn l-istrumenti jinkludu wkoll il-protezzjoni mir-ritaljazzjoni tal-ħaddiema li jirrapportaw l-iżbalji onesti tagħhom (l-hekk imsejħa "kultura ġusta"). Inter alia huwa meħtieġ li l-elementi eżistenti tal-protezzjoni tal-informaturi f'dawn iż-żewġ setturi jiġu kkumplimentati kif ukoll li tiġi pprovduta tali protezzjoni li ssaħħaħ l-infurzar ta' standards ta' sigurtà għal modi ta' trasport oħrajn, jiġifieri t-trasport bit-triq u bil-ferrovija.

_________________

_________________

38 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 122, p. 18).

38 Ir-Regolament (UE) Nru 376/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar ir-rapportar, l-analiżi u s-segwitu ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 122, p. 18).

39 Id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 329, p. 1) u l-infurzar tagħha, id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, p. 57).

39 Id-Direttiva 2013/54/UE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta' Novembru 2013, dwar ċerti responsabbiltajiet tal-Istat tal-Bandiera għal konformità mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (ĠU L 329, p. 1) u l-infurzar tagħha, id-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, p. 57).

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali hija qasam ieħor fejn l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur tal-liġi tal-Unjoni li jista' jikkawża ħsara serja għall-interess pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għal ksur tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni45, li tintroduċi notifika tal-inċidenti (inklużi dawk li jikkompromettux id-data personali) u r-rekwiżiti tas-sigurtà għal entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali bejn ħafna setturi (pereżempju l-enerġija, is-saħħa, it-trasport, l-ibbankjar, eċċ.) u fornituri ta' servizzi diġitali ewlenin (pereżempju sevizzi tal-cloud computing). Ir-rapportar tal-informaturi f'dan il-qasam huwa partikolarment siewi sabiex ikunu evitati inċidenti ta' sikurezza li jaffettwaw attivitajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin u servizzi diġitali użati b'mod wiesa'. Jgħin biex tkun żgurata l-kontinwità ta' servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament tas-suq intern u għall-benessri tas-soċjetà.

(14)  Il-protezzjoni tal-privatezza u d-data personali, minquxa fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB), hija qasam ieħor fejn l-informaturi huma f'pożizzjoni privileġġjata sabiex jiżvelaw ksur tal-liġi tal-Unjoni li jista' jikkawża ħsara għall-interess pubbliku. Kunsiderazzjonijiet simili japplikaw għal ksur tad-Direttiva dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni45, li tintroduċi notifika tal-inċidenti (inklużi dawk li ma jikkompromettux id-data personali) u r-rekwiżiti tas-sigurtà għal entitajiet li jipprovdu servizzi essenzjali bejn ħafna setturi (pereżempju l-enerġija, is-saħħa, it-trasport, is-settur bankarju, eċċ.) u fornituri ta' servizzi diġitali ewlenin. Ir-rapportar mill-informaturi f'dan il-qasam huwa partikolarment siewi sabiex jiġu prevenuti inċidenti tas-sigurtà li jaffettwaw attivitajiet ekonomiċi u soċjali ewlenin u servizzi diġitali użati b'mod wiesa' kif ukoll sabiex jiġu prevenuti kull ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Dan għin biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi li huma essenzjali għas-soċjetà.

__________________

__________________

45 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

45 Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li hija marbuta mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-użu ta' nfiq tal-Unjoni, il-ġbir ta' dħul u fondi tal-Unjoni jew assi tal-Unjoni, hija qasam ewlieni li fih id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li jissaħħaħ. It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni marbut ma' nfiq magħmul abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Nuqqas ta' infurzar effettiv fil-qasam tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi l-frodi u l-korruzzjoni fil-livell nazzjonali, jikkawża nuqqas ta' dħul tal-Unjoni u użu ħażin ta' fondi tal-UE, li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-investimenti pubbliċi u t-tkabbir u jnaqqsu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjoni tal-UE. Il-protezzjoni tal-informaturi hija meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskoperta, il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' attivitajiet ta' frodi u dawk illegali rilevanti.

(16)  Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li hija marbuta mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-użu ta' nfiq tal-Unjoni, il-ġbir ta' dħul u fondi tal-Unjoni jew assi tal-Unjoni, hija qasam ewlieni li fih id-dritt tal-Unjoni jeħtieġ li jissaħħaħ. It-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jinkludi wkoll l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni marbut ma' nfiq magħmul abbażi tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Nuqqas ta' infurzar effettiv fil-qasam tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, inklużi l-frodi u l-korruzzjoni fil-livell nazzjonali, jikkawża nuqqas ta' dħul tal-Unjoni u użu ħażin ta' fondi tal-UE, li jistgħu jwasslu għal distorsjoni tal-investimenti pubbliċi u t-tkabbir u jnaqqsu l-fiduċja taċ-ċittadini fl-azzjoni tal-UE.

Il-ġurnalisti investigattivi ukoll għandhom rwol kruċjali fl-iżvelar ta' għemil ħażin konness ma' dawn l-oqsma kollha; huma jirrappreżentaw grupp ferm espost ta' professjonisti, li ta' spiss jissagrifikaw l-impjieg tagħhom, il-libertà tagħhom u saħansitra ħajjithom għall-iżvelar ta' irregolaritajiet u skemi ta' korruzzjoni fuq skala kbira; għalhekk, jenħtieġ li miżuri speċjali biex jipproteġu l-ġurnalisti investigattivi jiġu inklużi fi proposta leġiżlattiva orizzontali għall-protezzjoni tal-informaturi. Il-ġurnaliżmu investigattiv u l-protezzjoni tal-informaturi huma meħtieġa sabiex jiġu ffaċilitati l-iskoperta, il-prevenzjoni u d-deterrenza ta' frodi u attivitajiet illegali.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)  L-informaturi li jirrappurtaw għemil ħażin u ksur tadd-dritt soċjali u dak tax-xogħol huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-postijiet tax-xogħol ikunu sikuri u ġusti. Ksur tar-regoli f'organizzazzjoni li jiġi rrappurtat minn persuni li jaħdmu jew li jkunu ħadmu hemm jew minn persuni li kienu f'kuntatt magħha, jenħtieġ li jiġu żgurati l-protezzjoni sħiħa skont dan ir-Regolament.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Kull darba li jiġi adottat att tal-Unjoni ġdid li għalih il-protezzjoni tal-informaturi hija rilevanti u tista' tikkontribwixxi għal infurzar aktar effettiv, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk l-Anness għal din id-Direttiva għandux ikun emendat sabiex dan jitqiegħed fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

(19)  Kull darba li jiġi adottat att tal-Unjoni ġdid li għalih il-protezzjoni tal-informaturi hija rilevanti u jista' jikkontribwixxi għal infurzar aktar effettiv, jenħtieġ li dan jiġi miżjud mal-Anness għal din id-Direttiva sabiex dan jitqiegħed fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni mogħtija lill-impjegati meta jirrapportaw dwar ksur fil-liġi tal-impjiegi tal-Unjoni. B'mod partikolari, fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE diġà jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tal-ħaddiema ma jiġux żvantaġġjati minħabba t-talbiet jew il-proposti tagħhom lill-impjegaturi sabiex jieħdu miżuri xierqa sabiex inaqqsu l-perikli għall-ħaddiema u/jew sabiex ineħħu sorsi ta' periklu. Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom huma intitolati li jqajmu kwistjonijiet mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jekk jikkunsidraw li l-miżuri meħuda u l-mezzi użati mill-impjegatur ma jkunux adatti għall-għanijiet li jkunu żgurati s-sigurtà u saħħa.

(20)  Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għall-protezzjoni mogħtija lill-impjegati meta jirrapportaw dwar imġiba ħażina jew għemil ħażin jew dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll dwar ksur tad-dritt nazzjonali. B'mod partikolari, fil-qasam tas-sigurtà u s-saħħa okkupazzjonali, l-Artikolu 11 tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE diġà jirrikjedi li l-Istati Membri j