RAPPORT dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE

26.11.2018 - (2018/2090(INI))

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Yana Toom

Proċedura : 2018/2090(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0400/2018
Testi mressqa :
A8-0400/2018
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE

(2018/2090(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 165 u 166 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, rigward id-dritt għall-edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' April 2018 dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2241/2004/KE[1],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2018 dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni fl-UE[2],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2017 dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa[3],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar politiki dwar il-ħiliet għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ[4],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar l-emanċipazzjoni tal-bniet permezz tal-edukazzjoni fl-UE[5],–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Settembru 2015 dwar il-promozzjoni tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ[6],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2014 dwar teknoloġiji ġodda u riżorsi edukattivi miftuħa[7],

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja[8],

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-mixja lejn viżjoni għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2017 dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja u li tħassar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja[9],

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2016 dwar l-iżvilupp tal-litteriżmu fil-media u l-ħsieb kritiku permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-19 ta' Diċembru 2016 bit-titlu "Perkorsi ta' titjib tal-ħiliet: opportunitajiet ġodda għall-adulti"[10],

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta' Mejju 2015 dwar ir-rwol tal-edukazzjoni bikrija tat-tfal u l-edukazzjoni primarja fit-trawwim tal-kreattività, l-innovazzjoni u l-kompetenza diġitali,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2014 dwar l-edukazzjoni effettiva tal-għalliema,

–  wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali[11],

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2011 dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti[12],

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (COM(2018)0022),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2017 dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti għal bidu tajjeb fil-ħajja (COM(2017)0248),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2012 dwar strateġija Ewropea għal internet aħjar għat-tfal (COM(2012)0196),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa" (COM(2016)0381),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2016 dwar it-titjib u l-immodernizzar tal-edukazzjoni (COM(2016)0941),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Novembru dwar l-immodernizzar tal-edukazzjoni skolastika u għolja[13],

–  wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali tad-9 ta' Marzu 2018 bit-titlu "Skill needs anticipation: systems and approaches. Analysis of stakeholder survey on skill needs assessment and anticipation" (Antiċipazzjoni tal-ħiliet meħtieġa: sistemi u approċċi. Analiżi tal-istħarriġ tal-partijiet interessati dwar il-valutazzjoni u l-antiċipazzjoni tal-ħiliet meħtieġa),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-politika tal-Kummissjoni tal-2017 bl-isem "DigComp 2.1: The digital competence framework for citizens: With eight proficiency levels and examples of use",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0400/2018),

A.  billi t-teknoloġija qed tiżviluppa b'rata li qed taċċellera, is-soċjetà u l-ekonomija diġitali issa huma fatt tal-ħajja, u dan ifisser li l-ħiliet diġitali huma essenzjali għal realizzazzjoni professjonali ta' suċċess u għall-iżvilupp personali taċ-ċittadini kollha;

B.  billi l-kompetenza diġitali hija kompetenza ewlenija għat-tagħlim tul il-ħajja, kif definit fil-Qafas ta' Referenza anness mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018;

C.  billi l-kapaċità innovattiva tat-teknoloġija hi kkundizzjonata, fost l-oħrajn, mill-ħsieb kritiku, il-livell tal-ħiliet diġitali u kreattivi tal-persuni, u l-kwalità u l-portata tal-konnettività tal-internet;

D.  billi għarfien bażiku tat-teknoloġiji diġitali hu vitali għat-twettiq tal-kompiti essenzjali amministrattivi u ta' kuljum;

E.  billi huwa stmat li madwar nofs l-impjiegi attwali madwar id-dinja – u 30 % fl-Unjoni Ewropea – se jisparixxu matul il-25 sena li ġejjin[14], filwaqt li qed jitfaċċaw professjonijiet ġodda li jeħtieġu ħiliet diġitali avvanzati;

F.  billi l-ħiliet diġitali, li jmorru lil hinn sew mir-rekwiżiti tas-suq tax-xogħol, joffru lin-nies opportunitajiet aħjar biex jipparteċipaw fil-ħajja tas-soċjetà, kemm illum kif ukoll fil-futur, jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni u l-iskambju kulturali, u jagħtu lin-nies leħen aktar sod fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi;

G.  billi huwa essenzjali li l-internet jiġi ddikjarat bħala ġid komuni u li tiġi promossa ċ-ċittadinanza elettronika;

H.  billi t-trasformazzjoni teknoloġika fl-industriji tfisser li l-għodod diġitali jintużaw sikwit anke fil-professjonijiet tradizzjonalment mhux tekniċi, meta 9 minn kull 10 impjiegi fil-futur qarib jew immedjat huma stmati li jeħtieġu ħiliet diġitali;

I.  billi attwalment, 44 % tal-popolazzjoni tal-UE tal-età ta' bejn 16 u 74 sena m'għandhomx ħiliet diġitali bażiċi, filwaqt li 19 % m'għandhom l-ebda ħila diġitali, b'diskrepanzi sostanzjali fost l-Istati Membri, sitwazzjoni li tissogra li toħloq distakk soċjali ġdid;

J.  billi l-importanza tal-ħiliet diġitali, id-distakk fil-ħiliet, li huwa partikolarment sinifikanti bejn l-irġiel u n-nisa, il-ġenerazzjonijiet u l-gruppi soċjali differenti, u d-disparitajiet fil-ħiliet diġitali fost l-Istati Membri jitolbu reazzjoni politika konġunta;

K.  billi huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet edukattivi jħejju lill-istudenti biex jikkonfrontaw l-isfidi soċjali u ekonomiċi jġibu magħhom l-iżviluppi teknoloġiċi u soċjali rapidi, billi jgħammruhom bil-ħiliet xierqa biex jadattaw għall-isfidi tad-dinja diġitali;

L.  billi l-aċċess u l-użu tal-internet u ta' tagħmir teknoloġiku u diġitali ttrasformaw l-imġiba soċjali u r-relazzjonijiet, speċjalment fost it-taqsimiet aktar żgħażagħ tas-soċjetà;

M.  billi l-għan li jiġi żgurat li sal-2025 l-iskejjel kollha fl-UE jkollhom aċċess għall-konnessjonijiet tal-internet b'veloċità ta' download/upload ta' gigabit wieħed ta' data kull sekonda għad irid jintlaħaq;

N.  billi l-użu eċċessiv ta' tagħmir teknoloġiku u diġitali, bħall-computers u t-tablets, jista' jikkawża problemi għas-saħħa u l-benessri, inkluż tiċħid mill-irqad, stil sedentarju ta' ħajja u dipendenza;

O.  billi jeħtieġ ukoll li l-istrateġiji tat-tagħlim diġitali jqisu r-riċerka dwar l-effetti detrimentali li l-użu bikri tat-teknoloġija diġitali jaf ikollu fuq l-iżvilupp tal-moħħ ta' tfal żgħar;

P.  billi t-teknoloġiji diġitali għandhom ikunu parti integrali minn approċċ lejn l-edukazzjoni li jkun jiffoka fuq l-istudent u adatt skont l-età, u jista' joffri approċċi ġodda u innovattivi għat-tagħlim; billi huwa vitali li jinżamm kuntatt personali bejn l-istudenti u l-għalliema u li tingħata prijorità lill-benessri u l-iżvilupp b'saħħtu tal-istudenti tfal kif ukoll adulti;

Q.  billi t-teknoloġiji għandhom jintużaw aħjar biex jappoġġaw pedagoġiji ġodda li jiffokaw fuq l-istudenti bħala parteċipanti attivi b'għodod għal tagħlim ibbażat fuq ir-riċerka u spazji tax-xogħol kollaborattivi;

R.  billi l-edukazzjoni bażika dwar l-iġjene u s-sikurezza ċibernetiċi, il-protezzjoni tad-data u l-litteriżmu medjatiku trid tkun orjentata fuq l-età u l-iżvilupp sabiex tgħin lit-tfal isiru studenti kritiċi, ċittadini attivi, utenti tal-internet u persuni li jsawru soċjetà diġitali demokratika, jieħdu deċiżjonijiet infurmati, u jkunu konxji mir-riskji assoċjati mal-internet, bħalma huma d-diżinformazzjoni online, il-fastidju u ksur ta' data personali, u kapaċi jikkumbattulhom; billi fil-kurrikula tat-taħriġ akkademiku u vokazzjonali għandhom jiġu introdotti programmi ta' tagħlim relatat mas-sigurtà ċibernetika;

S.  billi t-tagħlim diġitali innovattiv u ta' kwalità jista' jkun eċitanti u interattiv, u b'hekk jikkomplementa l-metodi ta' tagħlim permezz tal-lekċers, u jipprovdi pjattaformi għall-kollaborazzjoni u l-ħolqien tal-għarfien;

T.  billi qed naraw użu kummerċjali dejjem jikber tal-edukazzjoni min-naħa ta' kumpaniji diġitali kbar, li qed jippruvaw jinfluwenzaw il-prattiki tat-tagħlim billi jintroduċu tagħmir, software u riżorsi edukattivi jew jipprovdu taħriġ lill-għalliema;

U  billi, biex iwettqu aħjar il-wegħda tat-teknoloġija, l-Istati Membri jeħtieġu strateġiji effettivi biex jibnu l-kapaċità tal-għalliema, u dawk li jfasslu l-politika jeħtieġ li jaħdmu aktar biex jibnu l-appoġġ għal din l-aġenda;

V.  billi l-libreriji pubbliċi jipparteċipaw fl-isforz komuni biex jiffamiljarizzaw liċ-ċittadini mal-ħiliet diġitali, billi jipprovdu servizzi miftuħa għall-appoġġ diġitali f'ambjent soċjali u ta' għajnuna;

W.  billi l-adulti li huma qiegħda jew li jaħdmu f'impjiegi li ma jeħtiġux ħiliet diġitali għandhom it-tendenza li malajr jaqgħu wara adulti oħra b'aktar profiċjenza diġitali, u dan jostakola l-prospetti tagħhom tax-xogħol u jkabbru d-disparitajiet soċjali u ekonomiċi;

X.  billi d-diġitalizzazzjoni progressiva tax-xogħol se tirriżulta fl-għajbien ta' bosta professjonijiet u żieda fil-qgħad; billi l-professjonijiet il-ġodda li se jinħolqu bid-diġitalizzazzjoni jaf jikkumpensaw għal uħud mill-impjiegi mitlufa;

Y.  billi t-teknoloġiji diġitali jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għall-għarfien u t-tagħlim, u bis-saħħa tal-użu tagħhom, il-faċilitajiet għat-taħriġ fid-diversi livelli jkunu faċilment aċċessibbli u inklużivi;

Z.  billi mingħajr politiki xierqa u mmirati, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità aktarx ikunu dawk li jbatu l-aktar mit-trasformazzjoni diġitali;

AA.  billi n-nisa jammontaw għal 20 % biss tal-professjonisti fil-qasam tax-xjenza, 27 % biss tal-gradwati fl-inġinerija[15] u 20 % biss tal-gradwati fix-xjenza tal-kompjuter[16]; billi s-sehem tal-irġiel li jaħdmu fis-settur diġitali huwa 3.1 darbiet akbar mis-sehem tan-nisa; billi 19 % biss tal-ħaddiema fl-ICT għandhom kap mara, meta mqabbla ma' 45 % tal-ħaddiema f'setturi oħra;

AB.  billi l-opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għandhom tendenza li jkun ħafna aktar disponibbli għal ħaddiema li diġà għandhom ħiliet[17];

AC.  billi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni kontinwi tal-profiċjenza fil-ħiliet diġitali kemm fl-organizzazzjonijiet kif ukoll fost l-individwi hi prerekwiżit għal twettiq effettiv tal-politika;

AD.  billi l-ksib ta' ħiliet trasversali bażiċi, bħan-numeriżmu, il-ħsieb kritiku u l-ħiliet ta' komunikazzjoni soċjali huwa prerekwiżit fundamentali għall-akkwiżizzjoni ta' ħiliet u kompetenzi diġitali;

1.  Jenfasizza li l-akkwiżizzjoni ta' ħiliet diġitali jeħtieġ approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja koerenti ankrat f'ambjenti edukattivi formali, mhux formali u informali, b'rispons tal-politika u interventi mmirati adatti għall-ħtiġijiet ta' gruppi ta' etajiet differenti u studenti differenti;

2.  Jissottolinja l-potenzjal tat-teknoloġiji diġitali fl-appoġġ lejn approċċi pedagoġiċi aktar iffokati fuq l-istudent jekk dawn jiġu inkorporati fil-proċess tat-tagħlim b'mod ippjanat u siewi; jemmen li bil-għan ta' trasformazzjoni edukattiva ġenwina, l-istudenti jeħtieġ li jiġu ggwidati lejn prattiki innovattivi u minn isfel għal fuq tal-ħolqien tal-għarfien;

3.  Jenfasizza li hija meħtieġa trasformazzjoni tas-sistemi edukattivi u ta' taħriġ fil-livelli kollha biex isir użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u l-mezzi tax-xandir u biex jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jiġu ssodisfati d-domandi tas-soċjetà u tas-suq tax-xogħol tal-futur; itenni li tali trasformazzjoni trid tkompli tiggarantixxi d-dritt għal sodisfazzjon personali, tilħaq bilanċ tajjeb bejn il-ħiliet diġitali relevanti u l-ħiliet għall-ħajja, u tappoġġa r-reżiljenza individwali, il-ħsieb kritiku u l-potenzjal tal-innovazzjoni;

4.  Jemmen li l-istituzzjonijiet edukattivi ma jistgħux jittraskuraw l-edukazzjoni olistika tal-istudenti tagħhom, li tinvolvi l-kultivazzjoni u l-iżvilupp ta' prospettiva kritika u olistika li tippermettilhom jasserixxu lilhom infushom bħala ċittadini attivi; jifhem li l-ħsieb kritiku ma jistax jissaħħaħ biss permezz tat-tagħlim tal-ħiliet diġitali, u li l-edukazzjoni olistika hija meħtieġa wkoll;

5.  Jisħaq fuq il-punt li filwaqt li huwa essenzjali li jiżdiedu l-ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati tal-istudenti, il-ħiliet tradizzjonali u umanistiċi għandhom, madankollu, ikomplu jiġu kkultivati;

6.  Ifakkar li, bħalma tirrikonoxxi l-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali ta' Jannar 2018, l-adattament meħtieġ tal-istituzzjonijiet edukattivi għal teknoloġiji l-ġodda u approċċi pedagoġiċi innovattivi m'għandu qatt jitqies bħala objettiv fih innifsu, iżda pjuttost bħala għodda biex jittejbu l-kwalità u l-inklużività tal-edukazzjoni;

7.  Jenfasizza, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa għal aktar ħiliet diġitali, li bħalissa l-impatt tat-teknoloġiji diġitali fuq l-edukazzjoni mhuwiex faċli li jiġi vvalutat, u dan ifisser li huwa vitali li titqies ir-riċerka newroloġika dwar l-effetti tat-teknoloġija diġitali fuq l-iżvilupp tal-moħħ; jitlob, għaldaqstant, li jsir investiment f'riċerka imparzjali u interdixxiplinari fid-diversi impatti ta' teknoloġiji diġitali fuq l-edukazzjoni, li jorbtu x-xjenzi edukattivi, il-pedagoġija, il-psikoloġija, is-soċjoloġija, in-newroxjenza u l-informatika sabiex jinkiseb l-aktar fehim profond possibbli dwar kif moħħ it-tfal u l-adulti qed jirrispondi għall-ambjent diġitali, bl-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-użu tat-teknoloġija diġitali fl-edukazzjoni u jiġu minimizzati r-riskji tagħha; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu responsabbli tal-għodod diġitali li jipproteġi l-iżvilupp fiżjoloġiku, newrosensorjali u tal-imġiba tal-istudenti, b'mod partikolari matul it-tfulija, u li jsib bilanċ tajjeb fl-użu ta' kuljum ta' tagħmir teknoloġiku u diġitali, kemm f'istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll fil-ħajja privata;

8.  Jiddispjaċih li filwaqt li l-użu ta' applikazzjonijiet online u mobbli u teknoloġiji ġodda, bħall-internet tal-oġġetti, sar aktar estiż minn qatt qabel, iċ-ċittadini, partikolarment il-minorenni, sikwit ma jkunux konxji mir-riskji marbuta mal-użu tal-internet u mal-għodda tal-ICT, bħall-ksur tad-data personali, l-insegwiment mifrux tal-utenti aħħarin u ċ-ċiberkriminalità; jitlob, għalhekk lill-Istati Membri jagħtu rwol xieraq lill-protezzjoni tad-data u l-iġjene ċibernetika bażika fil-kurrikula tal-iskejjel;

9.  Jitlob lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-istituzzjonijiet edukattivi jtejbu s-sigurtà tat-tfal online u jindirizzaw il-kwistjonijiet tal-bullying ċibernetiku, l-esponiment għal kontenut li jagħmel il-ħsara u preokkupanti, u theddid taċ-ċibersigurtà ieħor billi jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta' prevenzjoni u kampanji ta' sensibilizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu l-kampanja #SafeInternet4EU;

10.  Jisħaq fuq il-punt li, bil-għan li jinkisbu esperjenzi u eżiti aħjar fejn jidħol it-tagħlim, l-għodod diġitali jridu jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-istudenti, u li dan huwa mod ta' kif l-istudenti jsiru ċittadini attivi u mhux sempliċement konsumaturi passivi tat-teknoloġija;

11.  Jiddispaċih dwar il-fatt li minkejja l-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni biex itejjeb u jrawwem metodi ta' tagħlim differenti u personalizzati, l-impatt tat-teknoloġiji diġitali fuq l-edukazzjoni nfisha kien limitat; jesprimi t-tħassib tiegħu, b'mod partikolari, dwar il-fatt li l-investiment fl-ICT fl-iskejjel u fiċ-ċentri ta' taħriġ s'issa ma rriżultax fit-trasformazzjoni mistennija tal-prattiki edukattivi; ifakkar li l-iskejjel u ambjenti oħra ta' tagħlim jeħtieġ li jappoġġaw lill-istudenti kollha u jwieġbu għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom billi jiżviluppaw miżuri xierqa u effettivi biex irawmu l-ħiliet diġitali, b'mod partikolari fost l-istudenti b'diżabilità, il-gruppi ta' minoranza, il-komunitajiet tal-migranti, dawk li jitilqu kmieni mill-iskola, dawk li ilhom qiegħda għal żmien twil u l-anzjani; jemmen li tali appoġġ jista' jiġi ffaċilitat permezz tal-użu ta' teknoloġiji ġodda;

12.  Jinnota d-distakk dejjem jikber fil-parteċipazzjoni tal-irġiel u tan-nisa fis-settur diġitali fir-rigward tall-edukazzjoni, il-perkorsi tal-karriera u l-intraprenditorija; jisħaq fuq il-punt li l-iżgurar ta' approċċ ibbilanċjat mil-lat tal-ġeneri fir-rigward tal-promozzjoni tal-karrieri fl-ICT u diġitali huwa kruċjali, u li aktar studenti bniet u nisa għandhom jingħataw appoġġ f'ħidmiethom favur karriera fil-qasam diġitali; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati l-litteriżmu diġitali u l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-bniet fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam tal-ICT; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintroduċu edukazzjoni tal-ICT adatta għall-etajiet differenti fl-istadji bikrija tal-iskola, b'enfasi partikolari fuq miżuri biex jingħeleb id-distakk diġitali bejn il-ġeneri u biex jipprovdu lill-bniet b'mezzi alternattivi ta' aċċess għal suġġetti STEAM, peress li l-isterjotipi tal-ġeneri fir-rigward ta' dawn is-suġġetti u n-nuqqas ta' mudelli tar-rwol femminili għandhom it-tendenza li jkunu ostaklu għall-aċċess tal-bniet għalihom; iqis li strateġija dwar in-nisa fis-settur diġitali li tkun irfinata, flimkien mal-pjan ta' azzjoni li jmiss tal-Kummissjoni biex jitnaqqas id-distakk bejn il-ġeneri fit-teknoloġija, jistgħu jgħinu biex jagħtu spinta lill-isforzi f'dan il-qasam;

13.  Jenfasizza li n-nuqqas ta' tagħmir diġitali u konnettività fl-iskejjel fl-Istati Membri għandu effett detrimentali fuq l-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali tal-istudenti u d-disponibilità tal-għodod tat-tagħlim diġitali; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu investimenti pubbliċi sostanzjali biex jipprovdu lill-iskejjel kollha bi broadband b'ħafna kapaċità u biex jagħmlu użu mill-programmi eżistenti tal-UE għal dan l-iskop, b'mod partikolari l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li tista' tappoġġja l-infrastruttura fiżika ta' netwerks tal-broadband b'ħafna kapaċità, u l-iskema ta' vawċers WiFi4EU; jenfasizza li l-isforzi tal-konnettività u l-finanzjament għandhom ikunu ffukati b'mod partikolari fuq iż-żoni rurali u żvantaġġati, u r-reġjuni ultraperiferiċi u muntanjużi;

14.  Jindika li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jirrikjedu assistenza mill-Unjoni u mill-Istati Membri, kif ukoll kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet konċernati, l-industrija, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-komunitajiet u s-soċjetà ċivili, biex jiżviluppaw l-edukazzjoni fl-ICT u l-mezzi tax-xandir skont l-approċċ pedagoġiku speċifiku tagħhom u jagħmlu t-tranżizzjoni diffiċli lejn ambjent ta' tagħlim aktar diġitalizzat; jissottolinja, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal approċċ integrali u interdixxiplinarju lejn it-tibdil diġitali fl-edukazzjoni;

15.  Jenfasizza li l-għalliema u dawk li jħarrġu għandhom ikunu fil-qalba tat-trasformazzjoni diġitali u għalhekk jeħtieġu tħejjija inizjali adegwata u taħriġ kontinwu, li jrid jinkludi moduli dwar prattiki ta' tagħlim orjentati fuq l-età u l-iżvilupp; jinsisti li dan it-taħriġ jeħtieġ iż-żmien u m'għandux ikun kompitu iżjed apparti l-attivitajiet ta' kuljum tagħhom; jenfasizza li saħansitra aktar mill-tagħlim ta' ħiliet bażiċi oħra, bħan-numeriżmu u l-litteriżmu, it-tagħlim ta' ħiliet diġitali jirrikjedi li l-għalliema jaġġornaw l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fuq bażi kontinwa; jargumenta, għalhekk, li l-għalliema jeħtieġu żvilupp professjonali kontinwu flessibbli u ta' kwalità għolja li jikkorrispondi mal-ħtiġijiet tagħhom; jemmen li hu pożittiv, f'dan ir-rigward, l-użu tal-pjattaformi online Ewropej biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' żvilupp professjonali u jiġi mħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki;

16.  Jinnota li dawk fdati b'edukazzjoni issa għandhom responsabbiltajiet akbar minħabba ż-żieda fl-użu ta' applikazzjonijiet diġitali fix-xogħol tal-iskola; iqis li huma wkoll jeħtieġ li jkunu involuti fil-proċess tat-tagħlim u fl-użu tat-teknoloġija, peress li jekk ma jkollhomx il-ħiliet diġitali meħtieġa, ikun aktar diffiċli għalihom li jinvolvu lill-istudenti tagħhom fil-proċess tat-tagħlim, u dan jaf jirriżulta f'aktar esklużjoni soċjali;

17.  Jappoġġa u jħeġġeġ l-implimentazzjoni ta' miżuri li jirrigwardaw id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi amministrattivi fl-iskejjel bil-għan li jitnaqqas aktar il-piż amministrattiv fil-livelli kollha;

18.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu u jiffinanzjaw inizjattivi reġjonali u lokali li jappoġġaw il-kwalità ta' prattiki tat-tagħlim li għandhom l-għan li jtejbu l-innovazzjoni;

19.  Jenfasizza l-valur tal-awtonomija tal-iskejjel biex tinkiseb l-innovazzjoni fl-edukazzjoni;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joffru gwida xierqa dwar l-applikazzjoni legali ta' eċċezzjonijiet għal-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur fl-isfera edukattiva u aċċess faċli għal-liċenzji għal stabbilimenti pubbliċi u mingħajr skop ta' qligħ fl-edukazzjoni formali u informali; huwa tal-fehma li l-għalliema u l-istudenti jeħtieġu sigurtà meta jkunu qed jużaw riżorsi aċċessibbli b'mod diġitali u meta jkunu qed jgħallmu u jitgħallmu l-ħiliet; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tipprovdi gwida għall-istituzzjonijiet edukattivi, l-edukaturi u l-istudenti f'dan ir-rigward;

21.  Josserva li n-nuqqas ta' għodod diġitali għall-istudenti mobbli jista' jimmina l-kwalità tal-esperjenzi edukattivi fl-Ewropa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bl-inizjattivi pilota tagħha tal-Kard Ewropea tal-istudenti u "Erasmus without Paper", bil-għan li jvarawhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni pluriennali li jmiss; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu responsabbli u effikaċi mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni u jippromwovu l-opportunitajiet ta' finanzjament fost il-pubbliku usa' u l-istituzzjonijiet edukattivi, bl-għan li jagħmlu l-aċċess għall-kontenut, l-għodod u s-soluzzjonijiet tat-tagħlim diġitali realtà għal kulħadd;

22.  Jindika li, f'konformità mal-approċċ tat-tagħlim tul il-ħajja meħtieġ għall-ħiliet diġitali, il-gvernijiet, b'kooperazzjoni mal-partijiet interessati bħall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u permezz ta' kuntesti formali kif ukoll mhux formali, għandhom jiżguraw trasformazzjoni diġitali sostenibbli li fiha ħadd ma jibqa' l-art;

23.  Jenfasizza li l-inklużività u l-innovazzjoni għandhom ikunu l-prinċipji mexxejja għall-edukazzjoni u t-taħriġ fl-era diġitali; jemmen li t-teknoloġiji diġitali m'għandhomx iżidu l-inugwaljanzi eżistenti, iżda minflok għandhom jintużaw biex jingħalaq id-distakk diġitali bejn l-istudenti minn sfondi soċjoekonomiċi u reġjuni differenti tal-UE; jenfasizza li approċċ ibbażat fuq l-inklużjoni jrid jieħu vantaġġ mill-potenzjal sħiħ tar-riżorsi pprovduti mit-teknoloġiji diġitali ġodda, inklużi l-edukazzjoni personalizzata u s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, għax dan jista' jippermetti aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità għall-persuni minn gruppi żvantaġġati u dawk b'inqas opportunitajiet u jappoġġja l-integrazzjoni tal-migranti u r-rifuġjati;

24.  Jenfasizza li l-promozzjoni tal-aċċess diġitali fl-edukazzjoni mhux bilfors jimplika aċċess ugwali għall-opportunitajiet ta' tagħlim u li, filwaqt li t-teknoloġiji qed isiru dejjem iżjed aċċessibbli, l-akkwist ta' ħiliet diġitali bażiċi jibqa' ostaklu u jibqa' jippersisti d-distakk diġitali; jirrimarka li d-data tal-Eurostat turi li d-distakk diġitali mhux qed jonqos u li 44 % tal-persuni fl-Unjoni Ewropea m'għandhomx ħiliet diġitali bażiċi[18];

25.  Jirrimarka li l-ħiliet diġitali kumplessi meħtieġa għall-użu effiċjenti tal-ICT jiddependu fuq l-akkwiżizzjoni ta' ħiliet bażiċi, li mhux kulħadd jinsab fuq l-istess livell, li jippersistu distakki qawwija fil-livelli bażiċi li jolqtu partikolarment lill-gruppi żvantaġġati u għadd kbir ta' adulti, li persuni b'aktar edukazzjoni għandhom possibilità tliet darbiet akbar li jużaw l-internet biex jakkwistaw ħiliet ġodda u joħolqu opportunitajiet ġodda minn dawk li għandhom livelli edukattivi aktar baxxi[19] u li jeżisti r-riskju li t-teknoloġija ssir għodda ta' taħriġ għall-persuni privileġġati aktar milli opportunità għal kulħadd;

26.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' bidla fil-prattiki istituzzjonali u pedagoġiċi tal-iskejjel u ambjenti oħra tat-tagħlim, inklużi ambjenti għal tagħlim mhux formali, sabiex jagħmilhom aktar ekwi billi jiġu provduti strutturi ta' appoġġ profondi u sostanzjalment diversifikati għal kulħadd, partikolarment għal dawk li jappartjenu għal gruppi f'riskju ta' esklużjoni, bħall-persuni qiegħda, il-migranti, persuni b'livell baxx ta' ħiliet, il-persuni b'diżabilità u l-anzjani;

27.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw programmi ta' litteriżmu diġitali fil-lingwi reġjonali u tal-minoranzi Ewropej u jintroduċu taħriġ u għodod tat-teknoloġija tal-lingwa fil-kurrikuli tal-iskejjel, tal-universitajiet u tal-kulleġġi vokazzjonali tagħhom; jenfasizza għal darba oħra li l-litteriżmu għadu fattur sinifikanti u prerekwiżit assolut għall-progress fl-inklużjoni diġitali tal-komunitajiet;

28.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-appoġġ li l-istituzzjonijiet edukattivi jeħtieġu sabiex tittejjeb id-diġitalizzazzjoni tal-lingwi fl-UE; jirrakkomanda li l-iskejjel fl-UE kollha jagħmlu użu mit-teknoloġiji diġitali biex jiżdied l-użu ta' skambji edukattivi transfruntiera, permezz ta' vidjokonferenzi u klassijiet virtwali; jenfasizza li l-iskejjel fl-UE kollha jibbenefikaw jekk ikun hemm aċċess transfruntier għal kontenut diġitali;

29.  Jissottolinja r-rwol fundamentali tal-libreriji biex jipprovdu liċ-ċittadini b'servizzi diġitali u biex jagħmlu t-tagħlim u s-servizzi online disponibbli f'ambjent sikur miftuħ għal kulħadd; jirrakkomanda, għaldaqstant, li dawn l-isforzi jiġu ffinanzjati kif xieraq taħt skemi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali, li jikkomplementaw lil xulxin, u li l-libreriji jiġu rikonoxxuti aktar għar-rwol essenzjali tagħhom fl-iżvilupp tal-litteriżmu tal-mezzi tax-xandir;

30.  Jitlob li jkun hemm bidla fid-direzzjoni lejn aktar opportunitajiet ta' tagħlim mhux formali u taħriġ fuq il-post tax-xogħol, u jinsisti fuq il-ħtieġa ta' sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità, inklużivi u b'riżorsi adegwati; jemmen li l-opportunitajiet għat-taħriġ mill-ġdid u għal titjib tal-ħiliet huma essenzjali, b'komponenti tal-ħiliet diġitali rilevanti integrati fil-programmi ta' taħriġ fuq il-post tax-xogħol u soluzzjonijiet ta' taħriġ speċjali għal persuni li jaħdmu f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tal-konnessjonijiet bejn l-edukazzjoni u l-impjieg u r-rwol ta' gwida u konsulenza dwar il-karriera tul il-ħajja fl-appoġġ tal-aċċess għal taħriġ xieraq, flessibbli u ta' kwalità u mogħdijiet tal-karriera;

31.  Jisħaq fuq il-punt li t-traineeships fis-settur diġitali jistgħu jgħinu lill-istudenti u ż-żgħażagħ jiksbu ħiliet diġitali prattiċi fuq il-post tax-xogħol; jilqa', f'dan il-kuntest, il-proġett pilota l-ġdid li jintroduċi "Digital Opportunity Traineeships" taħt Erasmus+ u Orizzont 2020; jappella għal impetu mġedded f'din id-direzzjoni taħt il-programmi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) il-ġdid;

32.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet lokali u l-persuni li jipprovdu edukazzjoni u taħriġ, jagħtu lill-adulti b'livell baxx ta' ħiliet aċċess għal mogħdijiet ta' titjib tal-ħiliet, li jipprovdulhom l-opportunità li jiksbu livell minimu ta' kompetenza diġitali;

33.  Jistieden lill-Istati Membri, f'kollaborazzjoni man-negozji, il-komunitajiet lokali u reġjonali, iċ-ċentri edukattivi u ta' taħriġ u l-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, biex jidentifikaw il-lakuni eżistenti fil-ħiliet, jespandu l-litteriżmu diġitali u tal-internet, itejbu l-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari fost il-minorenni, u jistabbilixxu livell għoli ta' konnettività u inklużjoni diġitali;

34.  Jilqa' l-parteċipazzjoni tan-negozji fl-istabbiliment u l-finanzjament tal-iskejjel;

35.  Jilqa' l-istabbiliment ta' sħubiji strateġiċi bejn l-istituzzjoni akkademiċi u ta' riċerka u s-sħab pubbliċi u privati bħala parti mill-Key Action 2 tal-programm Erasmus+, bil-ħsieb li jiġu stabbiliti ċentri tal-ICT ta' eċċellenza u jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta' negozji ġodda teknoloġiċi;

36.  Ifakkar li valutazzjoni u monitoraġġ xierqa tal-ħiliet diġitali huma essenzjali biex jinkiseb il-progress; jilqa' l-iżvilupp ta' għodod fil-livell tal-UE għall-organizzazzjonijiet (pereżempju l-Qafas ta' Kompetenza Diġitali u l-Qafas ta' Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja ) u għall-individwi (pereżempju SELFIE); jinsisti, madankollu, li l-metodi effettivi tal-valutazzjoni tal-ħiliet iridu jkunu dinamiċi, flessibbli, aġġornati l-ħin kollu u mfassla għall-ħtiġijiet tal-istudenti, u jridu wkoll jiksbu livell ħafna usa' ta' adozzjoni fl-Unjoni, fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;

37.  Jistieden lill-Istati Membri jaħdmu mal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-għodda ta' awtoriflessjoni SELFIE tkun disponibbli fil-lingwi reġjonali u tal-minoranzi tal-Istati Membri;

38.  Jilqa' l-enfasi miżjud tal-politika tal-Unjoni fuq il-ħiliet u l-edukazzjoni diġitali, kif evidenzjat b'mod partikolari mill-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, li jibni fuq għadd ta' inizjattivi tal-politika fuq skala żgħira li rnexxew, bħalma huma l-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar, il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali u s-Sejħa għal Azzjoni ta' Sofija dwar il-Ħiliet Diġitali u l-Edukazzjoni; jemmen li t-tagħlim tal-programming għandu jkun parti minn approċċ edukattiv usa' lejn it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-ħsieb kritiku u komputazzjonali;

39.  Jinnota, madankollu, li l-inizjattivi tal-Unjoni spiss joriġinaw minn Direttorati Ġenerali differenti fi ħdan il-Kummissjoni, u dan jostakola approċċ ikkoordinat għall-politika tal-ħiliet diġitali;

40.  Jappoġġa l-finanzjament miżjud disponibbli għall-ħiliet diġitali fil-ġenerazzjoni li jmiss tal-programmi tal-QFP; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tippromwovi s-sinerġiji bejn il-programmi bħal Erasmus+, Orizzont Ewropa, InvestEU u Ewropa Diġitali u li tiġi żgurata koordinazzjoni bejniethom, sabiex tkun massimizzata l-effikaċja tal-finanzjament għall-iżvilupp ta' ħiliet diġitali ta' kwalità u biex ikun hemm riżultati dejjiema għal studenti ta' kwalunkwe età u ambjent; jenfasizza l-ħtieġa, barra minn hekk, li jiġi allokat finanzjament taħt dawn il-programmi u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment għad-diġitalizzazzjoni tal-libreriji, arkivji u mużewijiet biex jiżdied u jittejjeb l-użu tagħhom fl-edukazzjoni u l-kultura;

41.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni tiżviluppa kapaċitajiet fl-oqsma bħall-intelliġenza artifiċjali, big data, inġinerija tas-software, quantum computing u disinn tal-web; jilqa', f'dan il-kuntest, il-komponent tal-ħiliet diġitali tal-programm Ewropa Diġitali;

42.  Iħeġġeġ sinerġiji akbar bejn l-Istati Membri tal-UE u l-bqija tad-dinja fil-qasam tal-edukazzjoni dwar l-internet u ċ-ċittadinanza elettronika attiva permezz ta' diversi mekkaniżmi u programmi ta' azzjoni esterna tal-UE, inkluż Erasmus Mundus;

43.  Jenfasizza li data miftuħa u għodod u metodi tat-teknoloġija diġitali kollaborattiva jistgħu jippermettu l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u jiżviluppaw aktar ix-Xjenza Miftuħa, u b'hekk jikkontribwixxu għall-prosperità u l-ispirtu intraprenditorjali tal-ekonomija Ewropea; jirrimarka, madankollu, li l-ġbir ta' data dwar id-diġitalizzazzjoni fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u dwar l-użu ta' teknoloġiji diġitali fit-tagħlim huma inputs essenzjali għat-tfassil tal-politika; jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġbru data dwar il-grad ta' konnettività tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-arranġamenti għall-ħruġ ta' kwalifiki ċċertifikati b'mod diġitali u l-validazzjoni ta' ħiliet akkwiżiti b'mod diġitali, li huwa objettiv tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali;

44.  Jiddispjaċih li l-ebda strateġija ġenerali għall-ħiliet diġitali ma ġiet żviluppata fil-livell tal-UE, filwaqt li l-implikazzjonijiet tat-trasformazzjoni diġitali għas-suq intern tal-UE huma ċari; jemmen li d-differenzi fost l-Istati Membri juru l-ħtieġa għal strateġija bħal din;

45.  Jenfasizza li għandhom jitfasslu rakkomandazzjonijiet għal livell minimu ta' kompetenzi diġitali li għandhom jinkisbu mill-istudenti matul l-istudji tagħhom; jitlob, għalhekk, li l-Istati Membri jintroduċu modulu speċifiku tal-ICT, pereżempju abbażi tal-modulu tal-ICT ta' PISA, u li l-għalliema jkunu involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tiegħu; jenfasizza li l-modulu tal-ICT għandu jitfassal biex jiżgura li l-istabbilimenti edukattivi fl-Istati Membri jimmiraw għall-istess livell ta' kompetenza diġitali, permezz ta' valutazzjoni kontinwa aktar milli approċċ ibbażat fuq it-testijiet, u li kwalunkwe problema tiġi indikata malajr; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkondividu bejniethom it-tagħlimiet u l-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward fil-qasam tal-innovazzjoni pedagoġika;

46.  Jemmen li l-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali għandu jitqies bħala l-ewwel pass lejn strateġija sħiħa tal-UE dwar l-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali bbażata fuq approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja, li jista' jipprovdi qafas tal-politika aktar ikkoordinat filwaqt li fl-istess ħin ikun jista' jiġi adatt għal realtajiet li qed jinbidlu; jappella, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tevalwa b'mod kritiku l-11-il azzjoni taħt il-Pjan, inkluż l-inklużività soċjali tagħhom, biex tħejji għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-2020; ifakkar li rieżami xieraq għandu jimplika rieda li jsir fokus unikament fuq l-azzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni, li jiġu eliminati l-azzjonijiet li mhumiex qegħdin jagħtu riżultati u li jiġu żviluppati azzjonijiet ġodda skont il-ħtieġa; jenfasizza li t-tisħiħ tal-ħiliet diġitali permezz ta' kollaborazzjonijiet mal-fornituri tal-edukazzjoni mhux formali u fil-popolazzjoni adulta aktar diffiċli biex tintlaħaq bħalissa hi lakuna evidenti fil-Pjan;

47.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU L 112, 2.5.2018, p. 42.
  • [2]  Testi adottati, P8_TA(2018)0247.
  • [3]  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 135.
  • [4]  ĠU C 11, 12.1.2018, p. 44.
  • [5]  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 182.
  • [6]  ĠU C 316, 22.9.2017, p. 76.
  • [7]  ĠU C 443, 22.12.2017, p. 31.
  • [8]  ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.
  • [9]  ĠU C 189, 15.6.2017, p. 15.
  • [10]  ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
  • [11]  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.
  • [12]  ĠU C 372, 20.12.2011, p. 1.
  • [13]  ĠU C 164, 8.5.2018, p. 24.
  • [14]  http://eskills-scale.eu/fileadmin/eskills_scale/all_final_deliverables/scale_digitalisation_report.pdf
  • [15]  Il-Kummissjoni Ewropea, Education and Training Monitor 2017.
  • [16]  Il-Kummissjoni Ewropea, Women in the Digital Age, Lussemburgu, 2018.
  • [17]  Il-Kummissjoni Ewropea, Joint Employment Report 2018.
  • [18]  Eurostat, 2016.
  • [19]  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ottubru 2008 bit-titolu "The use of ICT to support innovation and lifelong learning for all – A report on progress" (L-użu tal-ICT għall-appoġġ tal-innovazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd — Rapport dwar il-progress) (SEC (2008) 2629).

NOTA SPJEGATTIVA

It-teknoloġija qed tevolvi b'rata aktar mgħaġġla minn qatt qabel u qed tittrasforma ħafna aspetti ta' ħajjitna. Dan jgħodd ukoll għas-suq tax-xogħol: l-introduzzjoni ta' teknoloġiji differenti qed tibdel il-biċċa l-kbira tal-professjonijiet fl-industriji kollha.

Dawn l-implikazzjonijiet jeħtieġu rispons xieraq mis-sistemi edukattivi tagħna jekk irridu nedukaw liċ-ċittadini, lill-impjegati, lil min iħaddem u lill-imprendituri tal-futur.

Fil-ħajja ta' kuljum, il-prattiki amministrattivi bażiċi u l-interazzjoni soċjali sikwit jippresupponu livelli bażiċi ta' kompetenza diġitali. Fuq il-post tax-xogħol, l-awtomatizzazzjoni, ir-robotizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni se jkollhom impatt fuq impjiegi eżistenti. Xi wħud minnhom jaf jisparixxu, filwaqt li se jinħolqu impjiegi ġodda. Li hu żgur hu li l-biċċa l-kbira tal-professjonijiet u l-biċċa l-kbira tal-kompiti ta' kuljum se jinbidlu hekk kif it-teknoloġiji qed jiġi introdotti fis-soċjetà u fuq il-post tax-xogħol.

B'dawn il-bidliet teknoloġiċi rapidi kollha, is-sistemi edukattivi qed ibatu biex jadattaw, mhux biss f'termini ta' kif jużaw it-teknoloġiji, iżda wkoll f'termini tat-tagħlim tal-ħiliet u tat-taħriġ tal-għalliema u tal-persuni li jħarrġu li neħtieġu biex nagħmlu dan.

Għaldaqstant ir-Rapporteur hi tal-fehma li dawn l-iżviluppi jagħtuna l-opportunità biex naħsbu mill-ġdid dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali.

Ir-Rapporteur tinsisti b'mod partikolari li:

I. L-akkwist ta' ħiliet diġitali jimxi id f'id ma' approċċ ta' tagħlim matul il-ħajja.

Mhux biss huwa meħtieġ li jiġu ttrasformati s-sistemi edukattivi u tat-taħriġ fil-livelli kollha biex jiġu ssodisfati t-talbiet, iżda huwa meħtieġ ukoll li jiġu pprovduti opportunitajiet għat-titjib fil-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fil-gruppi ta' kull età.

II. L-iskejjel huma l-punt tat-tluq għall-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali u l-għalliema għandhom ikunu fil-qalba tat-trasformazzjoni.

Hemm diskrepanza kbira bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-livell ta' ħiliet diġitali. L-edukazzjoni tal-ħiliet diġitali tibda fl-iskejjel u, sfortunatament, mhux l-iskejjel kollha huma konnessi, minkejja t-talbiet u l-possibilitajiet għall-finanzjament fil-livell tal-UE. Ir-Rapporteur tinsisti li n-nuqqas ta' konnettività jirriżulta f'nuqqas ta' edukazzjoni fil-ħiliet diġitali.

III. It-trasformazzjoni diġitali ma teħtieġx biss l-edukazzjoni fil-ħiliet diġitali. Pjuttost, l-implikazzjonijiet tagħha għandhom ukoll il-potenzjal li jittrasformaw il-metodi tat-tagħlim.

Sfortunatament, dan il-potenzjal mhuwiex qed jiġi sfruttat għalkollox, għax l-għalliema stess jeħtieġ li jiġu mgħallma. Ir-Rapporteur tinsisti li sabiex din it-trasformazzjoni tirnexxi, jeħtieġ li l-għalliema jkunu megħjuna u mħarrġa kif xieraq. Peress li l-għalliema diġà jinsabu taħt pressjoni konsiderevoli ta' xogħol, dan m'għandux ikun kompitu ieħor li jkompli jżid il-pressjoni saħansitra aktar.

IV. Hija meħtieġa strateġija fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

Jeżistu ħafna inizjattivi fil-livell tal-UE, bħall-Pjan ta' Azzjoni tal-Edukazzjoni Diġitali u diversi inizjattivi promettenti fuq skala żgħira (pereżempju l-Ġimgħa tal-Ikkowdjar tal-UE, il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali u l-inizjattivi għall-litteriżmu tal-media). Madankollu, ħafna mill-inizjattivi ġejjin minn Direttorati Ġenerali differenti tal-Kummissjoni Ewropea. L-approċċ jista' jkun aktar effettiv jekk ikun hemm aktar koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn dipartimenti differenti. Il-Pjan ta' Azzjoni għandu jitqies bħala l-ewwel pass lejn strateġija aktar ġenerali.

V. Għandu jiġi żviluppat metodu armonizzat għall-valutazzjoni tal-ħiliet diġitali.

Bħalissa jeżistu għodod biex jivvalutaw il-livell ta' ħiliet diġitali, bħall-Qafas tal-Kompetenzi Diġitali. Madankollu, dawn l-għodod joperaw fuq bażi ta' awtovalutazzjoni. Ir-Rapporteur titlob li jiġi żviluppat modulu PISA li jkun jista' jittestja l-livell attwali tal-ħiliet diġitali. Dan ikun għarfien dwar il-metodi edukattivi fl-Istati Membri, u globalment, u joħloq opportunitajiet għall-iskambju tal-aħjar prattika.

It-trasformazzjoni diġitali toffri ħafna opportunitajiet għall-edukazzjoni u l-ekonomija. Madankollu, teħtieġ rispons tal-politika xieraq. Mingħajr rispons bħal din, jeżisti sogru li titfaċċa qasma soċjali ġdida.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (10.10.2018)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar l-edukazzjoni fl-era diġitali: sfidi, opportunitajiet u tagħlimiet għat-tfassil tal-politika tal-UE
(2018/2090(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Tamás Deutsch

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid, li huma disponibbli għal kulħadd, bħala l-aqwa investiment fil-ġejjieni tal-UE; jenfasizza li l-edukazzjoni għandha importanza strateġika għall-impjegabbiltà, it-tkabbir, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali; jemmen b'qawwa li t-trasformazzjoni diġitali għandha impatt kbir fuq is-sistemi edukattivi; jenfasizza li l-kompetenzi diġitali huma ta' importanza dejjem tikber għal kull individwu, u se jgħinu biex tiġi stabbilita soċjetà inklużiva, u jissottolinja li fil-ġejjieni, kważi kull impjieg u servizz, kif ukoll l-attivitajiet ta' kuljum, se jirrikjedu ħiliet diġitali u litteriżmu tad-data;

2.  Jenfasizza li, f'kuntest ta' trasformazzjoni diġitali u soċjetali rapida, is-sistema edukattiva għandha tappoġġja, minn età żgħira u matul il-ħajja, sett ibbilanċjat ta' ħiliet u kompetenzi li jagħtu spinta lir-reżiljenza, il-ħsieb kritiku, il-benessri u l-potenzjal għall-innovazzjoni tal-individwi; jindika li sinerġija bejn il-ħiliet diġitali rilevanti u l-ħiliet tal-ħajja[1], kif ukoll kompetenzi ewlenin[2] (b'mod partikolari l-ħiliet personali, soċjali u intraprenditorjali), jeħtieġ tiġi mfittxija b'mod urġenti;

3.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Jannar 2018 dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (COM(2018)0022), kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni biex jitwaqqaf il-Programm Ewropa Diġitali, ifakkar fl-importanza li s-suq uniku diġitali jitlesta billi jsir użu sħiħ mit-teknoloġiji l-ġodda bħala għodda biex tingħata spinta lill-innovazzjoni fis-sistemi edukattivi tal-Ewropa, u jenfasizza l-ħtieġa għall-iżvilupp effettiv tal-kompetenzi diġitali; jenfasizza li t-trasformazzjoni diġitali jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn appoġġ edukattiv, u tippermetti liċ-ċittadini jagħmlu t-tranżizzjoni għal rwoli professjonali u soċjetali ġodda; jindika li d-diġitalizzazzjoni għandha impatt doppju fuq is-sistemi edukattivi; l-ewwel nett, iċ-ċittadini għandhom ikunu mħejjija għat-tagħlim tul il-ħajja f'dinja li kulma jmur qed issir dejjem aktar diġitalizzata, u t-tieni nett, it-trasformazzjoni diġitali għandha tiġi applikata wkoll għas-sistemi edukattivi, biex tipprovdi lill-edukaturi bis-sett it-tajjeb ta' ħiliet;

4.  Jenfasizza l-importanza tal-edukazzjoni biex tgħin lill-individwi biex jużaw it-teknoloġiji tal-ICT b'mod effettiv, biex jitħejja adattament rapidu għall-bidliet b'riżultat tad-diġitalizzazzjoni, u għal parteċipazzjoni attiva fit-tfassil tal-proċess tad-diġitalizzazzjoni; jissottolinja wkoll li infrastruttura suffiċjenti li toffri konnettività aċċessibbli u b'livell għoli ta' kwalità hija ta' importanza kbira, u li l-introduzzjoni tagħha għandha tkun akkumpanjata minn taħriġ xieraq biex ikun żgurat l-użu effiċjenti; jenfasizza l-ħtieġa li jingħeleb id-distakk diġitali u li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà diġitali billi jinħoloq ambjent favorevoli għall-investiment u billi titrawwem infrastruttura diġitali bħal netwerks tal-broadband b'kapaċità għolja ħafna; jenfasizza l-importanza tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-forniment tal-infrastruttura fiżika għal netwerks tal-broadband b'kapaċità għolja; jenfasizza l-importanza ta' żieda fil-finanzjament u fl-investiment sabiex jintlaħqu l-miri strateġiċi tal-konnettività tal-UE;

5.  Jenfasizza r-rwol vitali tan-netwerks tal-broadband b'kapaċità għolja ħafna, iċ-ċibersigurtà, il-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali bħala s-sinsla tal-iskemi edukattivi u tat-taħriġ tal-futur; jissottolinja l-importanza tal-introduzzjoni ta' lezzjonijiet tal-ikkowdjar fl-iskejjel, l-universitajiet u l-kulleġġi kollha, u li l-iskejjel ikunu mħeġġa jipparteċipaw fil-Ġimgħa tal-Ikkowdjar tal-UE; jindika li l-lezzjonijiet tal-ikkowdjar jistgħu jgħinu biex jiġi evitat il-periklu ta' scams u aħbarijiet foloz online u fin-netwerks soċjali, u jenfasizza l-ħtieġa ta' aċċess għal lezzjonijiet għal nies li jaf m'għandhomx aċċess għal dawn l-iskemi permezz tas-sistemi edukattivi; jenfasizza s-sinifikat tat-tagħlim matul il-ħajja kollha bl-għan li jiġu żviluppati l-ħiliet u l-għodod diġitali meħtieġa biex jirfdu l-proċessi marbuta mal-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà; jindika li għandhom jiġu introdotti programmi ta' tagħlim relatat maċ-ċibersigurtà fil-kurrikula tat-taħriġ akkademiku u vokazzjonali; jitlob li jkun hemm investimenti suffiċjenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, pereżempju fil-5G, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi żviluppata l-firxa sħiħa ta' ħiliet diġitali li l-individwi u l-kumpaniji se jirrikjedu f'ekonomija li kulma jmur qed issir dejjem aktar diġitali; jenfasizza r-rwol li jista' jkollhom iċ-Ċentri ta' Innovazzjoni Diġitali f'dan il-kuntest; jenfasizza l-importanza tal-kompetenzi diġitali fil-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-informazzjoni online; jenfasizza s-sinifikat tat-tfassil ta' soluzzjonijiet ta' taħriġ speċjali għal persuni li jaħdmu f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), tat-taħriġ mill-ġdid tal-persuni qiegħda u tal-iżvilupp tal-kontenut u tal-infrastruttura tat-taħriġ diġitali aċċessibbli għal kulħadd; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-konnessjonijiet u d-djalogu attiv bejn l-edukazzjoni u l-impjiegi u jirrikonoxxi l-importanza tat-trawwim ta' apprendistati ta' tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol; minħabba li t-trasformazzjoni diġitali se tkun fattur għaliex xi impjiegi tal-lum se jinqatgħu, u se jitfaċċaw impjiegi ġodda; ifakkar fil-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu mħeġġa jsegwu studji tal-ICT u STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika); jilqa', bħala pass f'din id-direzzjoni, l-inizjattiva tat-taħriġ Opportunità Diġitali, u jenfasizza li l-aċċess ugwali u t-tagħlim tal-ħiliet diġitali għan-nisa u għall-bniet għandhom jiġu inkorporati u mħeġġa; jenfasizza li għandhom jiġu mfassla rakkomandazzjonijiet għal livell minimu ta' kompetenzi diġitali li l-istudenti għandhom jiksbu matul l-istudji tagħhom, u li fil-kurrikula tat-tagħlim għandu jkun hemm post għas-salvagwardji relatati mal-privatezza u mas-sigurtà u salvagwardji bażiċi ta' protezzjoni kontra attività malizzjuża; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetenzi intraprenditorjali u lill-mentalità intraprenditorjali u li tiġi appoġġjata l-intraprenditorija diġitali; jenfasizza r-rwol tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni biex iġibu flimkien in-negozju, ir-riċerka u l-edukazzjoni fi triangolu tal-għarfien; jenfasizza r-rwol tal-inkubaturi universitarji u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati aktar programmi ta' inkubazzjoni b'rabta mal-universitajiet fl-universitajiet Ewropej;

7.  Jenfasizza li t-trasformazzjoni diġitali fuq il-post tax-xogħol tinkludi bidliet u sfidi tal-adattament għar-riżorsi umani nfushom; jisħaq għalhekk fuq l-importanza li jiġu appoġġjati t-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja li jiffukaw fuq l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali f'sinerġija mal-ħiliet għall-ħajja u l-kompetenzi ewlenin, li huma essenzjali għar-reżiljenza, it-tisħiħ tal-pożizzjoni u l-benessri tal-forza tax-xogħol fi tranżizzjoni;

8.  Ifakkar li t-teknoloġija diġitali u l-aċċess għad-data huma faċilitaturi tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni; jenfasizza l-importanza tad-data miftuħa bħala riżorsa edukattiva, kif ukoll bħala għodda għal żvilupp ulterjuri ta' Xjenza Miftuħa.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, Jonathan Bullock, Jerzy Buzek, Reinhard Bütikofer, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Theresa Griffin, Igor Gräzin, András Gyürk, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Christelle Lechevalier, Tilly Metz, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Julia Reda, Paul Rübig, Sven Schulze, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Lieve Wierinck, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho, Pilar del Castillo Vera

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Pervenche Berès, Tamás Deutsch, Jens Geier, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Werner Langen, Sofia Sakorafa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

48

+

ALDE

Fredrick Federley, Igor Gräzin, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski

ENF

Angelo Ciocca, Barbara Kappel, Christelle Lechevalier

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Tamás Deutsch, Christian Ehler, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Nadine Morano, Paul Rübig, Sven Schulze, Vladimir Urutchev

S&D

Zigmantas Balčytis, Pervenche Berès, Jens Geier, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Benedek Jávor, Tilly Metz, Julia Reda

1

-

EFDD

Dario Tamburrano

3

0

EFDD

Jonathan Bullock

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Sofia Sakorafa

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Il-ħiliet għall-ħajja huma definiti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bħala l-ħiliet għal imġiba adattiva u pożittiva li tippermetti lill-individwi biex jittrattaw b'mod effettiv id-domandi u l-isfidi tal-ħajja ta' kuljum. [...] sett ewlieni ta' ħiliet għall-ħajja huma: it-teħid ta' deċiżjonijiet, ir-riżoluzzjoni ta' problemi, il-ħsieb kreattiv, il-komunikazzjoni effettiva, il-ħiliet ta' relazzjonijiet interpersonali, l-awtokuxjenza, l-empatija, l-indirizzar tal-emozzjonijiet, l-indirizzar tal-istress.
  • [2]  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja adottata fit-22 ta' Mejju 2018.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Angel Dzhambazki, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Svetoslav Hristov Malinov, Rupert Matthews, Luigi Morgano, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Norbert Erdős, Santiago Fisas Ayxelà, Dietmar Köster, Emma McClarkin, Michel Reimon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

26

+

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Yana Toom

ECR

Angel Dzhambazki, Emma McClarkin, Rupert Matthews

EFDD

Isabella Adinolfi

GUE/NGL

Nikolaos Chountis

PPE

Norbert Erdős, Santiago Fisas Ayxelà, Svetoslav Hristov Malinov, Sabine Verheyen, Theodoros Zagorakis, Tomáš Zdechovský, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver

S&D

Silvia Costa, Nicola Danti, Damian Drăghici, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Dietmar Köster, Luigi Morgano, Julie Ward

VERTS/ALE

Michel Reimon, Helga Trüpel

0

-

 

 

1

0

ENF

Dominique Bilde

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018
Avviż legali - Politika tal-privatezza