Proċedura : 2018/2085(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0407/2018

Testi mressqa :

A8-0407/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2018 - 9.11

Testi adottati :

P8_TA(2018)0528

RAPPORT     
PDF 738kWORD 74k
27.11.2018
PE 625.465v02-00 A8-0407/2018

dwar il-blockchain: politika kummerċjali mfassla għall-ġejjieni

(2018/2085(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Emma McClarkin

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Cristian‑Silviu Buşoi, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Ana Gomes, Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

(*) Kumitati Assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-blockchain: politika kummerċjali mfassla għall-ġejjieni

(2018/2085(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 207(3) u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni (ITA) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO),

–  wara li kkunsidra l-Programm ta' Ħidma dwar il-Kummerċ Elettroniku tad-WTO,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Faċilitazzjoni tal-Kummerċ tad-WTO,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Riveduta ta' Kjoto mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar muniti virtwali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar strateġija futura ġdida progressiva u innovattiva dwar il-kummerċ u l-investiment(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 bit-titolu "Lejn strateġija għall-kummerċ diġitali"(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Mejju 2017 dwar l-evalwazzjoni tal-aspetti esterni ta' prestazzjoni u l-ġestjoni doganali bħala għodda biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jiġi miġġieled il-kummerċ illeċitu(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u l-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-katini ta' valur mondjali(5),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kummerċ u l-Għoti tas-Setgħa Ekonomika lin-Nisa fl-Okkażjoni tal-Konferenza Ministerjali tad-WTO f'Buenos Aires f'Diċembru 2017(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jew GDPR)(7),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni dwar dispożizzjonijiet orizzontali għal flussi ta' data transkonfinali għall-protezzjoni tad-data personali (fi ftehimiet ta' kummerċ u investiment tal-UE),

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Politika "Kummerċjali għal Kulħadd: It-Twettiq ta' Politika Kummerċjali Progressiva li Tisfrutta b'Mod Għaqli l-Globalizzazzjoni'" (COM(2017)0491),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-2016 tal-Kap Konsulent Xjentifiku tal-Uffiċċju għax-Xjenza tal-Gvern tar-Renju Unit dwar "Distributed Ledger Technology: beyond blockchain" (It-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit: lil hinn mill-blockchain)(8),

–  wara li kkunsidra l-White Paper tal-2018 taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u għan-Negozju Elettroniku (UN/CEFACT) dwar l-applikazzjonijiet tekniċi tal-blockchain,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' April 2018 minn 21 Stat Membru tal-UE u n-Norveġja dwar l-istabbiliment ta' Sħubija ta' Blockchain Ewropea(9), li warajha ħames Stati Membri oħra ngħaqdu mas-Sħubija, li wassal għan-numru attwali ta' 27 pajjiż firmatarju,

–  wara li kkunsidra t-tnedija tal-Kummissjoni tal-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE fl-1 ta' Frar 2018(10),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2017(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0407/2018),

A.  billi f'dan ir-rapport il-blockchain se jitqies, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, bħala teknoloġija tar-reġistru distribwit (DLT) privata u permessa, li tinkludi bażi tad-data magħmula minn blokki ta' data sekwenzjali li huma miżjuda bil-kunsens tal-operaturi tan-netwerk;

B.  billi diversi studji ta' każijiet u industriji se jiksbu utilità differenti minn taħlita ta' blockchains privati/pubbliċi, bil-permess/mingħajr permess;

C.  Billi kull blokka fuq blockchain għandha hash li tivverifika d-data fuq blokok preċedenti, li b'hekk tippermetti lil partijiet separati jidħlu fi tranżazzjonijiet b'fiduċja u obbligu ta' rendikont mtejba peress li d-data maħżuna fuq ir-reġistru ma tistax tiġi ffalsifikata faċilment;

D.  billi t-teknoloġija blockchain open-source hija s-sisien taż-żieda ta' blockchains permessi mad-dinja kollha, u tgħin biex jiżdied il-livell ta' fiduċja tal-parteċipanti f'netwerk partikolari relatat man-negozju;

E.  billi l-blockchain jista' jippermetti lil ċerti amministraturi jiddefinixxu b'mod ċar ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet, il-livelli ta' aċċess u d-drittijiet ta' validazzjoni tal-parteċipanti;

F.  billi l-kummerċ globali huwa bbażat fuq settur stmat ta' EUR 16-il triljun ta' katina ta' forniment li fih l-ispejjeż tranżazzjonali għolja u l-burokrazija ta' piż iwasslu għal kumplessità ta' proċessi u sistemi suxxettibbli għal żball;

G.  billi ġew imnedija inizjattivi pilota b'potenzjal promettenti biex jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, jagħmlu l-industrija aktar favur l-ambjent u jagħtu spinta lill-prestazzjoni ekonomika;

H.  billi hemm mill-inqas 202 inizjattivi ta' blockchain tal-gvern f'45 pajjiż madwar id-dinja u l-ekonomiji f'reġjuni tal-Asja-Paċifiku, il-Kontinent Amerikan u l-Lvant Nofsani, b'mod partikolari, qed jinvestu f'teknoloġiji blockchain għall-kummerċ;

I.  billi l-blockchain jista' jsaħħaħ u jtejjeb il-politiki kummerċjali tal-UE, bħal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles (FTAs), Ftehimiet ta' Rikonoxximent Reċiproku (MRAs), b'mod partikolari ta' Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati (AEOs), deċiżjonijiet ta' adegwatezza tad-data u miżuri ta' difiża kummerċjali;

J.  billi l-blockchain għandha potenzjal kbir biex ittejjeb it-trasparenza u t-traċċabbiltà tul il-katina tal-provvista, jgħolli l-livell ta' fiduċja tal-parteċipanti f'netwerk partikolari, jissimplifika l-kontrolli doganali u l-konformità regolatorja, inaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, isaħħaħ l-immutabbiltà u s-sigurtà tad-data u jiffunzjona bħala għodda biex jiġġieled kontra l-korruzzjoni; billi l-benefiċċji potenzjali huma akkumpanjati minn diversi sfidi, bħaċ-ċibersigurtà;

K.  billi l-blockchain jista' jipprovdi qafas għat-trasparenza f'katina tal-provvista, inaqqas il-korruzzjoni, jiskopri evażjoni tat-taxxa, jippermetti r-rintraċċar ta' pagamenti illegali u jindirizza l-ħasil tal-flus ibbażat fuq negozju (TBML); billi hemm riskji assoċjati mal-użu ta' applikazzjonijiet ta' blockchain mhux ippenalizzati għal attivitajiet kriminali, inklużi l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u t-TBML; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jimmonitorjaw u jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet bħala kwistjoni urġenti;

L.  billi l-blockchain għadu qed jevolvi fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali u b'hekk jeħtieġ approċċ favur l-innovazzjoni, ta' abilitazzjoni u ta' inkoraġġiment li jipprovdi ċertezza legali li fl-istess ħin jippromwovi l-protezzjoni tal-konsumatur, tal-investitur u dik ambjentali, iżid il-valur soċjali tat-teknoloġija, inaqqas id-distakk diġitali u jtejjeb il-ħiliet diġitali taċ-ċittadini;

M.  billi t-teknoloġija blockchain tista' tipprovdi lill-partijiet kollha involuti fil-kummerċ, kemm jekk huma pubbliċi jew privati, b'aċċess permanenti f'ħin reali għal bażi tad-data immutabbli u stampata bil-ħin li żżomm dokumenti li jappartjenu għal tranżazzjonijiet, u b'hekk tgħin biex tinbena l-fiduċja, tevita kwistjonijiet ta' konformità u tittratta l-użu ta' oġġetti ffalsifikati jew dokumenti foloz;

N.  billi xi żoni reġjonali u metropolitani tal-UE diġà bdew jiżviluppaw din it-teknoloġija permezz ta' proġetti u programmi speċifiċi, ibbażati fuq il-karatteristiċi tagħhom stess, u joħolqu netwerks għat-tixrid tal-aħjar prattiki;

Il-politika kummerċjali tal-UE

1.  Jirrikonoxxi li minkejja s-suċċessi preċedenti tal-kummerċ, l-FTAs tal-UE għandhom potenzjal kbir mhux sfruttat u għadhom ma ġewx utilizzati bis-sħiħ minn, medja ta', biss 67 % tal-esportaturi tal-UE u 90 % tal-importaturi tal-UE li jagħmlu użu mit-tariffi preferenzjali kemm fil-pajjiżi kif ukoll fir-reġjuni tagħha, u tappoġġja l-analiżi ta' soluzzjonijiet tekniċi li jistgħu jżidu l-utilizzazzjoni u l-esportazzjoni tal-FTA; jinnota li l-esportaturi jistgħu jtellgħu d-dokumenti kollha tagħhom għal applikazzjoni ta' awtorità pubblika bbażata fuq il-blockchain u juru l-konformità tagħhom ma' trattament preferenzjali mogħti minn FTA, bħal kwalifikazzjoni għal regoli preferenzjali ta' oriġini, sanitarji u fitosanitarji (SPS), u Dispożizzjonijiet ta' Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli (TSD); jemmen li l-blockchain jista' jtejjeb d-dispożizzjonijiet għall-akkumulazzjoni fl-FTAs;

2.  Iqis il-proċeduri biex tinkiseb iċ-ċertifikazzjoni kemm għar-regoli ta' oriġini preferenzjali kif ukoll għal dawk mhux preferenzjali li jkunu għaljin u ta' piż għall-intrapriżi; iqis li, fil-każ tar-regoli preferenzjali, il-blockchain jista' jgħin fl-istabbiliment tan-nazzjonalità ekonomika ta' prodott; iqis ukoll li, fil-każ ta' regoli mhux preferenzjali, il-blockchain jista' jgħin fl-użu proporzjonat tal-Unjoni tal-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ billi jipprovdi trasparenza dwar il-provenjenza tal-prodotti li jidħlu fis-suq Ewropew u ħarsa ġenerali lejn l-influss tal-importazzjonijiet biex jiġu żgurati kundizzjonijiet aktar ekwi għan-negozji;

3.  Jenfasizza li l-blockchain għandu l-potenzjal li jappoġġja l-aġenda tat-TSD billi jipprovdi fiduċja fil-provenjenza tal-materja prima u l-prodotti, proċessi ta' produzzjoni trasparenti u ktajjen tal-forniment, u fil-konformità tagħhom mar-regoli internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tax-xogħol, soċjali u ambjentali, filwaqt li titqies ir-rilevanza partikolari għall-minerali ta' kunflitt, il-kummerċ illeċitu f'prodotti kulturali, il-kontroll tal-esportazzjonijiet u l-korruzzjoni; jenfasizza li l-blockchain jista' jikkontribwixxi għall-ħidma ta' sostenibbiltà tal-kumpaniji u jippromwovi kondotta responsabbli tan-negozji;

4.  Jemmen li l-MRAs tal-AEOs jippermettu lin-negozji jiddiversifikaw il-ktajjen tal-forniment tagħhom permezz ta' ħin imnaqqas u spejjeż assoċjati ma' dwana transkonfinali; jinnota li hemm kwistjonijiet ta' implimentazzjoni li għandhom jiġu indirizzati; iħoss li l-blockchain joffri l-potenzjal li titnaqqas l-inċertezza assoċjata mal-implimentazzjoni ta' MRAs ta' AEOs, permezz ta' skambju ta' data mingħajr xkiel;

L-aspetti esterni tat-tħaffif tad-dwana u tal-kummerċ

5.  Jilqa' bi pjaċir il-Ftehim dwar il-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ (TFA); iqis it-TFA bħala l-pedament għall-membri tad-WTO biex jesploraw aktar modi biex iħaffu l-kummerċ, inkluż permezz tal-blockchain; jilqa' l-isforzi tal-UE biex iżżomm u ssaħħaħ id-WTO u l-impenn tagħha għal sistema kummerċjali bbażata fuq ir-regoli sabiex tiżgura kundizzjonijiet ekwi u tinforza r-regoli tal-kummerċ globali;

6.  Iqis li l-blockchain jista' jippermetti lill-awtoritajiet doganali jiksbu awtomatikament l-informazzjoni meħtieġa għal dikjarazzjoni tad-dwana, inaqqsu l-ħtieġa għal verifika manwali u rendikonti stampati, u jipprovdu aġġornament preċiż dwar l-istatus u l-karatteristiċi tal-prodotti li jidħlu fl-UE għal kull parti rilevanti fl-istess ħin, u b'hekk jittejbu l-kapaċitajiet ta' traċċar u rintraċċar u t-trasparenza;

7.  Jemmen li d-diġitalizzazzjoni se tippermetti li l-iskambju tal-informazzjoni jkun aktar effiċjenti u trasparenti; iqis li l-blockchain jista' jippermetti lill-produtturi, il-laboratorji, l-operaturi loġistiċi, ir-regolaturi u l-konsumaturi jkollhom aċċess għal, u jaqsmu, l-informazzjoni kollha meħtieġa rigward, pereżempju, il-provenjenza, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-illiċenzjar; jinnota li l-blockchain jista' jgħin ukoll fil-ħruġ xieraq ta' ċertifikati elettroniċi; iqis id-diġitalizzazzjoni u l-użu ta' applikazzjonijiet tul il-ktajjen tal-forniment kemm bħala prerekwiżit kif ukoll bħala suppliment għall-funzjonament sħiħ tal-blockchain; jinnota li jeżistu differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni;

8.  Jemmen li l-adozzjoni ta' teknoloġiji blockchain fil-katina tal-provvista kollha tista' żżid l-effiċjenza, il-veloċità u l-volum tal-kummerċ globali billi tillimita l-ispejjeż assoċjati mat-tranżazzjonijiet internazzjonali u tgħin lin-negozji biex jidentifikaw sħab kummerċjali ġodda u jistgħu jwasslu għal aktar protezzjoni tal-konsumatur u fiduċja fil-kummerċ diġitali;

9.  Jissottolinja l-applikazzjoni tal-blockchain, notevolment bil-modi li ġejjin:

a.  isaħħaħ iċ-ċertezza kemm tal-provenjenza kif ukoll tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-merkanzija, biex b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' prodotti illeċiti, inklużi prodotti foloz u ffalsifikati, li jidħlu fil-katina tal-provvista,

b.  jipprovdi lill-awtoritajiet b'informazzjoni preċiża dwar meta xi prodott jista' jkun ġie mħassar/imbagħbas fil-ktajjen tal-provvista,

c.  itejjeb it-trasparenza u t-traċċabbiltà billi jippermetti lill-parteċipanti kollha jirreġistraw it-tranżazzjonijiet tagħhom u jaqsmu din l-informazzjoni fin-netwerk,

d.  iħares il-protezzjoni u l-fiduċja tal-konsumatur billi jipprovdi lill-konsumaturi b'informazzjoni dettaljata dwar il-prodotti u jikkontribwixxi għall-ħidma ta' sostenibbiltà tan-negozji,

e.  inaqqas l-ispejjeż tal-ġestjoni tal-katina tal-provvista billi jneħħi l-ħtieġa għal intermedjarji u l-ispejjeż assoċjati magħhom, flimkien mal-ħtieġa fiżika li jipproduċu, jittrasportaw u jipproċessaw dokumentazzjoni stampata,

f.  itejjeb l-applikazzjoni ta' ħlasijiet ta' dazju u VAT ġusti u ġbir tad-dħul fil-politika tal-kummerċ, u

g.  inaqqas il-ħin totali tal-merkanzija fi tranżitu billi jiġu awtomatizzati l-ħidmiet li ġeneralment jitwettqu permezz ta' mezzi manwali; jinnota l-benefiċċju assoċjat, b'mod partikolari għal katini ta' provvista eżatti fil-ħin, biex inaqqas kemm l-ispejjeż kif ukoll il-marka tal-karbonju tal-industrija tal-loġistika;

10.  Jinnota li l-kriminali jistgħu jimmanipulaw il-kummerċ leġittimu biex jaħbu l-attivitajiet illeċiti tagħhom, bħal TBML, billi jbagħbsu d-dokumentazzjoni meħtieġa permezz ta' rapportar falz, bħalma huma s-sopravalutazzjoni jew is-sottovalutazzjoni tal-prodott ikkonċernat; jemmen li l-blockchain jista' jippermetti lill-awtoritajiet doganali u oħrajn biex jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa f'manjiera f'waqtha, fil-pront u b'mod koordinat biex jesponu l-flussi finanzjarji illeċiti;

Il-flussi tad-data transkonfinali u l-protezzjoni tad-data

11.  Jirrikonoxxi l-flussi tad-data transkonfinali bħala funzjoni integrali għall-kummerċ internazzjonali tal-prodotti u s-servizzi u d-disinn tal-arkitettura tal-blockchain;

12.  Jenfasizza l-kamp ta' applikazzjoni tal-blockchain għall-validazzjoni ta' tranżazzjonijiet minn katina tal-provvista internazzjonali billi jiddefinixxi l-livelli ta' aċċess u l-proċeduri ta' validazzjoni għall-parteċipanti;

13.  Jinnota l-konnessjoni bejn il-blockchain u l-flussi tad-data transkonfinali għall-kummerċ; jinnota li netwerk privat permess bejn ir-reġistri jista' jipprovdi l-fiduċja bejn il-pjattaformi billi jintegra d-data minn sorsi multipli; jirrikonoxxi l-importanza tal-flussi tad-data transkonfinali għat-tkabbir u l-impjiegi; jenfasizza d-distinzjoni bejn id-data personali u dik mhux personali fuq il-blockchains;

14.  Jirrikonoxxi l-isfida ppreżentata mir-relazzjoni bejn it-teknoloġiji tal-blockchain u l-implimentazzjoni tal-GDPR; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-blockchain għandha tkun konformi mal-leġiżlazzjoni eżistenti u tal-ġejjieni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u r-regoli tal-privatezza; jenfasizza li t-teknoloġija blockchain tista' tipprovdi soluzzjonijiet għad-dispożizzjonijiet dwar il-"protezzjoni tad-data mit-tfassil" fl-implimentazzjoni tal-GDPR fuq il-bażi tal-prinċipji komuni tagħhom li jiżguraw data assigurata u awtonoma; jenfasizza l-effett limitat tal-GDPR fuq it-tranżazzjonijiet kummerċjali minħabba n-nuqqas ta' data personali fuq il-blockchains b'permess privat; jirrikonoxxi, madankollu, il-ħtieġa għal salvagwardji meħtieġa u sorveljanza regolatorja; jenfasizza li l-GDPR japplika biss fejn hija kkonċernata d-data personali; jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina aktar din il-kwistjoni;

15.   Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu mfassla blockchains b'konformità mad-dritt li jintesew u jinnota li l-utenti vverifikati tal-blockchain u l-applikazzjonijiet tal-blockchain għandu f'kull ħin ikollhom aċċess għad-data kollha relatata mat-tranżazzjonijiet li huma involuti fihom, skont id-drittijiet għal aċċess tagħhom;

16.  Itenni t-talba tiegħu għal dispożizzjonijiet li jippermettu l-funzjonament sħiħ tal-ekosistema diġitali u għall-promozzjoni ta' flussi ta' data transkonfinali fi ftehimiet ta' kummerċ ħieles; jinnota, f'dan ir-rigward, li d-deċiżjonijiet ta' adegwatezza ma javvanzawx il-fluss liberu ta' data mhux personali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tinnegozja impenji li jorbtu u li jistgħu jiġu infurzati dwar it-trasferimenti tad-data fl-FTAs, inkluż fuq data mhux personali;

17.  Jenfasizza li l-blockchain jirrappreżenta paradigma ġdida tal-ħżin tad-data li huwa kapaċi jiddeċentralizza l-forom ta' interazzjoni umana u tas-swieq, fil-livell bankarju u tal-kummerċ internazzjonali; jenfasizza li ż-żieda fil-blockchain tippreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi f'termini ta' protezzjoni tad-data, trasparenza u kriminalità finanzjarja, billi d-data hija immutabbli ladarba tkun ġiet imdaħħla u tinqasam mal-partijiet parteċipanti kollha, li tiżgura wkoll is-sigurtà u l-integrità tagħha; jitlob li jsir dak kollu possibbli, inkluż fil-livell nazzjonali, biex jiġi ggarantit il-karattru mhux falsifikabbli u immutabbli tat-teknoloġija u biex jiġi żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data ma jitpoġġiex f'riskju;

18.  Jirrikonoxxi l-isfida maħluqa mill-interazzjoni bejn it-teknoloġiji blockchain u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-UE, jiġifieri r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), u jfakkar li din l-interazzjoni tista' tikxef kunflitt bejn il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali minn naħa u l-promozzjoni tal-innovazzjoni min-naħa l-oħra; jissuġġerixxi l-ħtieġa li jiżgura li t-teknoloġiji blockchain iridu jkunu totalment konformi mal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-UE u jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-data personali bħala dritt fundamentali stabbilit mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

19.  Jenfasizza, barra minn hekk, li l-blockchains, parzjalment bħala riżultat tal-kunflitt deskritt hawn fuq, bl-ebda mod ma jappoġġjaw awtomatikament is-sovranità tad-data, u għalhekk jeħtiġilhom ikunu ddisinjati speċifikament biex jagħmlu dan, minħabba li jistgħu wkoll jippreżentaw riskji għall-protezzjoni tad-data;

20.  Jenfasizza li, jekk it-teknoloġija blockchain imfassla b'mod adegwat għandha tkun konformi mal-prinċipju ta' "protezzjoni tad-data mit-tfassil", li sservi biex tagħti lis-suġġetti tad-data aktar kontroll fuq id-data tagħhom, f'konformità mal-GDPR; jenfasizza wkoll li, normalment, fi blockchain id-data personali mhijiex anonima, fatt li jagħmilha koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tal-GDPR; jinsisti li l-blockchains għandhom ikunu kompletament kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, inkluż meta jintużaw biex jipproċessaw id-data personali; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-blockchains u l-applikazzjonijiet jintegraw mekkaniżmi li jiżguraw li d-data tista' tkun kompletament anonima, u b'hekk jiggarantixxu li tinħażen biss data li ma tkunx relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;

21.  Jissottolinja li l-applikazzjonijiet blockchain futuri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi li jipproteġu d-data personali u l-privatezza tal-utenti u jiżguraw li d-data tista' tkun kompletament anonima; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-riċerka, b'mod partikolari r-riċerka akkademika, dwar it-teknoloġiji blockchain il-ġodda kompatibbli mal-GDPR u bbażati fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn, bħal zk-SNARK (zero-knowledge succinct non‑interactive arguments of knowledge);

22.  Iqis li, biex ikun evitat il-ksur tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, it-teknoloġija blockchain ma għandhiex tintuża biex tipproċessa data ta' natura personali sakemm l-organizzazzjoni tal-utent ikkonċernata tkun f'pożizzjoni li tiggarantixxi l-konformità mal-GDPR u tiżgura b'mod speċifiku li d-drittijiet għar-rettifika u t-tħassir tad-data jkunu protetti;

23.  Jissottolinja l-fatt li l-utenti tal-blockchain jistgħu jkunu fl-istess ħin kontrolluri tad-data personali li jtellgħu fir-reġistru, u proċessuri tad-data, billi jaħżnu kopja integrali tar-reġistru fuq il-kompjuter tagħhom stess;

24.  Josserva li, f'każijiet fejn il-blockchain fih data personali, in-natura immutabbli ta' ċerti teknoloġiji blockchain x'aktarx hija inkompatibbli mad-dritt għat-tħassir tad-data stabbilit fl-Artikolu 17 tal-GDPR;

25.  Josserva bi tħassib li, f'każijiet fejn il-blockchain fih data personali, il-proliferazzjoni ta' kopji tad-data fi blockchain x'aktarx hija inkompatibbli mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 5 tal-GDPR;

26.  Jistieden lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex joħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet biex jiżgura li t-teknoloġija blockchain tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni;

27.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' kwalunkwe referenza għall-implikazzjonijiet serji ta' kif tiġi applikata t-teknoloġija blockchain, b'mod partikolari f'oqsma bħall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa u l-finanzjament tat-terroriżmu; iqis li kull utilizzazzjoni tat-teknoloġiji blockchain għandha tkun subordinata għall-ispeċifikazzjoni ta' x'se jinħażen fi ħdan il-katina jew barra minnha, u li d-data personali għandha tinħażen barra mill-katina;

L-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs)

28.  Jemmen li l-innovazzjoni u l-promozzjoni fir-rigward tal-blockchain jistgħu joħolqu opportunitajiet ekonomiċi għall-SMEs biex isiru internazzjonali u biex jegħlbu l-ispejjeż assoċjati mal-esportazzjoni, billi jagħmluha aktar faċli biex jinteraġixxu mal-konsumaturi, l-awtoritajiet tad-dwana, il-korpi regolatorji internazzjonali u domestiċi, u negozji oħra involuti fil-katina tal-provvista; iżid li l-infrastruttura tal-blockchain jista' jgħin biex il-prodotti u s-servizzi jitqiegħdu fis-suq malajr u b'inqas spejjeż;

29.  Jenfasizza l-benefiċċji li l-blockchain jista' jġib lill-SMEs billi jippermetti komunikazzjoni bejn il-pari, għodod ta' kollaborazzjoni u ħlasijiet siguri, iżid il-faċilità li jagħmel negozju u jnaqqas ir-riskju ta' nuqqas ta' ħlas u spejjeż tal-proċedura legali għall-issodisfar tal-kuntratti permezz tal-użu ta' kuntratti intelliġenti; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-blockchain fil-kummerċ internazzjonali jinkludi l-SMEs; jenfasizza li, fil-preżent, il-kuntratti intelliġenti jistgħu ma jkunux maturi biżżejjed biex jiġu kkunsidrati legalment infurzabbli fi kwalunkwe regolament settorjali u hija meħtieġa valutazzjoni ulterjuri tar-riskji;

30.  Jirrikonoxxi l-opportunitajiet, inkluż għall-SMEs, li ġejjin mill-introduzzjoni tat-teknoloġija blockchain bħala parti mill-politika kummerċjali tal-UE, li tista' ġġib, fost benefiċċji oħra, spejjeż tranżazzjonali aktar baxxi u effiċjenza akbar; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li t-teknoloġija blockchain toffri l-potenzjal biex ittejjeb il-fiduċja u l-kunfidenza fis-sistema kummerċjali attwali billi tipprovdi reġistru immutabbli ta' tranżazzjonijiet; jirrikonoxxi, madankollu, li f'każijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali tal-UE, l-applikazzjoni ta' din it-teknoloġija tista' tippreżenta riskji ta' ħasil tal-flus u tiffaċilita l-finanzjament tal-kriminalità organizzata;

L-interoperabbiltà, l-iskalabbiltà u l-interazzjonijiet ma' teknoloġiji relatati

31.  Iqis l-isfidi tal-iskalabbiltà assoċjati mal-implimentazzjoni tas-sistemi tal-blockchain, fil-kuntest tan-netwerks tal-kummerċ internazzjonali li qed jespandu;

32.  Jinnota l-proliferazzjoni ta' blockchains differenti li jankraw id-data għal tranżazzjoni f'reġistri privati u pubbliċi separati; jirrikonoxxi li hemm ħtieġa dejjem akbar li jiġu żviluppati standards ta' interoperabbiltà globali biex jiġu integrati t-tranżazzjonijiet bejn il-blockchains rigward il-moviment ta' oġġett tul il-katina tal-provvista biex titħeġġeġ l-interoperabbiltà bejn is-sistemi inklużi sistemi tal-operazzjoni tal-legat; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-kollaborazzjoni mal-ISO u ma' korpi oħra ta' standardizzazzjoni rilevanti;

33.   Iqis l-interazzjonijiet possibbli ta' teknoloġiji blockchain ma' innovazzjonijiet kummerċjali internazzjonali oħra; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu analizzati l-opportunitajiet u l-isfidi marbuta mal-iżviluppi fit-teknoloġiji blockchain; jitlob aktar riċerka dwar l-applikabbiltà tagħhom għat-trasformazzjoni diġitali u l-awtomazzjoni tal-kummerċ internazzjonali, kif ukoll is-settur pubbliku, b'mod partikolari taħt il-Programm tal-Ewropa Diġitali;

Konklużjonijiet

34.  Jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-iżviluppi fil-qasam tal-blockchain, b'mod partikolari l-proġetti pilota/inizjattivi li għaddejjin fil-katina tal-provvista internazzjonali, u l-aspetti esterni tal-proċessi doganali u regolatorji; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproduċi dokument ta' strateġija orizzontali li jinvolvi d-DĠ rilevanti dwar l-adozzjoni ta' teknoloġiji blockchain fil-ġestjoni tal-katina tal-kummerċ u tal-provvista kif ukoll fil-qasam tal-proprjetà intellettwali u b'mod partikolari rigward il-ġlieda kontra l-iffalsifikar; jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-aspetti ġudizzjarji u ta 'governanza tal-blockchain u jekk il-blockchain joffrix soluzzjonijiet aħjar għal teknoloġiji eżistenti u emerġenti li jistgħu jindirizzaw l-isfidi attwali fil-politika tal-kummerċ tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni ssegwi l-iżviluppi fil-qasam tal-blockchain, b'mod partikolari l-proġetti pilota/inizjattivi li għaddejjin fil-katina tal-provvista internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi dokument ta' strateġija dwar l-adozzjoni ta' teknoloġiji tal-blockchain fil-ġestjoni tal-katina tal-kummerċ u tal-provvista; jemmen li l-għan irid ikun li jintrebaħ l-appoġġ ta' atturi ta' blockchain għal proġetti u inizjattivi fil-katina tal-provvista internazzjonali u li jsegwi l-proġetti fuq bażi konġunta, li jinkorporaw l-identità, il-provenjenza u l-ħżin tad-data ta' diversi sħab;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sett ta' prinċipji ta' gwida għall-applikazzjoni tal-blockchain għall-kummerċ internazzjonali, sabiex l-industrija u l-awtoritajiet doganali u regolatorji jiġu pprovduti b'livell suffiċjenti ta' ċertezza legali li jħeġġu l-użu tal-blockchain u l-innovazzjoni f'dan l-qasam; jenfasizza li l-leġiżlazzjoni tat-teknoloġija li tifforma l-bażi għall-applikazzjonijiet tillimita l-innovazzjoni u l-ħolqien ta' applikazzjonijiet ġodda; jenfasizza l-importanza li l-UE, u speċjalment l-industrija Ewropea, turi t-tmexxija u s-sjieda fil-qasam tat-teknoloġiji blockchain u li tiżgura kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-kompetizzjoni globali u fl-oqsma tal-iżvilupp u tal-ambjent regolatorju; jenfasizza l-importanza tad-djalogu u l-iskambju tal-prattiki, kif ukoll il-bini ta' kompetenzi u ħiliet diġitali; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tniedi u tissorvelja proġetti pilota bl-użu tat-teknoloġija blockchain fil-kummerċ internazzjonali, sabiex tittestja l-benefiċċji tagħha;

36.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex tissimplifika u ssaħħaħ il-fluss tal-informazzjoni relatata mal-faċilitazzjoni tal-kummerċ, billi, fost miżuri oħra, tadotta teknoloġiji xierqa ta' informazzjoni u komunikazzjoni;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi grupp konsultattiv fi ħdan id-DĠ Kummerċ dwar il-blockchain u biex tiżviluppa nota kunċettwali għal proġetti pilota permessi privatament dwar l-użu minn tarf sa tarf tal-blockchain fil-katina tal-provvista, filwaqt li tinvolvi lill-awtoritajiet doganali u oħrajn transkonfinali, u filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-ġlieda kontra l-iffalsifikar; jirrikonoxxi li t-teknoloġija blockchain għadha fl-istadji tal-bidu tal-iżvilupp, iżda hemm bżonn ta' strateġija tal-industrija dwar l-implimentazzjoni effettiva tal-blockchain;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina modi kif il-blockchain jista' jappoġġja l-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament li l-miżuri li jappoġġjaw strateġija kummerċjali diġitali tal-UE għandhom ikunu konformi bis-sħiħ u jikkontribwixxu għat-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), inkluż l-SDG5 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-importanza li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tan-nisa f'STEM (xjenza, teknoloġija, inġinerija u matematika) u li jitneħħew id-distakki bejn is-sessi fl-aċċess għat-teknoloġiji l-ġodda u l-użu tagħhom;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq investigazzjonijiet tal-politiki dwar kif il-blockchain jista' jimmodernizza l-politiki ta' difiża kummerċjali tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-leġittimità u l-infurzar tagħhom;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ottimalità tal-arkitettura tal-blockchain li żżomm id-data privata barra l-katina;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif għandha tiżdied il-faċilitazzjoni u s-sigurtà tal-kummerċ permezz tat-teknoloġija blockchain, inkluż il-kunċett ta' AEOs;

42.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkollabora ma', u tikkontribwixxi għax-xogħol ta' organizzazzjonijiet internazzjonali u biex tidħol fi proġetti attwali dwar il-produzzjoni ta' sett ta' standards u prinċipji biex issostni r-regolamentazzjoni li għandha l-għan li tiffaċilita l-użu tal-blockchain;

43.  Jistieden lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkollhom rwol attiv fil-proċess tal-istandardizzazzjoni u tas-sigurtà tal-blockchain, u biex jaħdmu mas-sħab internazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati u l-industriji rilevanti kollha biex jiżviluppaw standards tal-blockchain, inklużi t-terminoloġija, l-iżvilupp, u l-użu tat-teknoloġija fil-kummerċ u l-ġestjoni tal-katina tal-provvista; jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija kritika għall-applikazzjonijiet tal-blockchain, inkluż għall-kummerċ internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-isfidi tas-sigurtà, tivvaluta r-riskji teknoloġiċi bħall-quantum computing u tieħu azzjonijiet biex tindirizzahom;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex tirrevedi u tiżviluppa qafas biex tindirizza l-isfidi għall-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà bejn is-sistemi tal-blockchain;

45.  Jilqa' t-tnedija tal-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE u jħeġġu jistudja l-applikazzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali; b'dan jitlob li l-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tespandi l-mandat tal-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE u tinvolvi lil partijiet interessati lokali u globali rilevanti biex tindirizza l-isfidi li ġejjin u trawwem l-appoġġ ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-inizjattiva dwar il-valutazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' teknoloġiji blockchain, inkluż f'setturi speċifiċi, bħal dawk koperti mill-politika kummerċjali tal-UE, u biex tistabbilixxi grupp konsultattiv dwar il-blockchains, il-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa, il-protezzjoni tad-data u l-kriminalità organizzata;

47.  Ifakkar lill-Kummissjoni li l-UE għandha l-opportunità li ssir attur ewlieni fil-qasam tal-blockchain u l-kummerċ internazzjonali, u li għandha tkun attur influwenti fit-tfassil tal-iżvilupp tiegħu fuq livell globali, flimkien mas-sħab internazzjonali;

°

°  °

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-SEAE.

NOTA SPJEGATTIVA

Filwaqt li l-Unjoni Ewropea ħadet passi importanti u fid-direzzjoni t-tajba lejn l-iżvilupp ta' użi għall-blockchain fis-suq uniku, jeħtiġilha tiffoka wkoll fuq kif il-blockchain jista' jintuża biex isaħħaħ il-politiki tal-kummerċ internazzjonali u l-immaniġġjar tal-katina tal-provvista. Studji riċenti jistmaw li l-blockchain jista' potenzjalment jiffranka 20 fil-mija tal-ispejjeż totali tat-trasport fiżiku, billi jnaqqas l-ispejjeż sa $ 1 triljun fil-kummerċ globali. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-ostakoli fil-ktajjen globali tal-provvista permezz tal-implimentazzjoni mifruxa tal-blockchain huwa stmat li jżid il-kummerċ globali bi kważi 15 fil-mija.

It-teknoloġija tal-blockchain jippermetti lil partijiet separati jidħlu għal tranżazzjonijiet siguri, mingħajr il-ħtieġa ta' intermedjarju. Il-karatteristiċi ewlenin tal-blockchain jinkludu mekkaniżmi li jippermettu lil partijiet separati jiddeterminaw b'mod sigur id-data u l-oriġini tad-dħul tad-data fuq kull blokk fil-katina. Barra minn hekk, ir-rekords tad-data fuq il-blockchain huma immutabbli, u dan ifisser li d-data ma tistax tinbidel jew titħassar ladarba tkun miktuba fuq il-katina. L-utenti wkoll ivverifikaw l-aċċess għall-blockchain, u s-sistemi tal-blockchain fihom funzjonijiet awtomatizzati biex jesegwixxu kuntratti intelliġenti ladarba ċerti kriterji jkunu ntlaħqu.

Il-blockchains huma kategorija ta' teknoloġiji tar-reġistru distribwit (DLTs), li huma tipi ta' bażijiet tad-data li jirreġistraw it-tranżazzjonijiet u jaħżnuhom bħala rekords immutabbli. Ir-reġistru huwa distribwit peress li hemm kopji multipli tal-blokki fil-katina. Dawn il-kopji jinżammu fuq sistemi differenti, magħrufa bħala nodi. Barra minn hekk, il-kopji huma aġġornati permezz ta' algoritmu ta' kunsens li jiżgura li l-kopji kollha jibqgħu konsistenti. Dan l-algoritmu jiddeċiedi kif tista' tiżdied blokka mal-katina.

Il-blockchain għalhekk jinkludi bażi tad-data ta' "blokki" tad-data sekwenzjali li ġew miżjuda ma' kull kopja multipla tar-reġistru. Kull blokka fiha "hash", jew marka tas-swaba' kriptografika, li jistgħu jintużaw biex jivverifikaw il-kontenut tal-blokka ta' qabel.

Għalkemm il-blockchain ġie prolifikament assoċjat mal-kriptomuniti mill-ewwel dokument kunċettwali għal din it-teknoloġija ppubblikat minn Satoshi Nakamoto fl-2008, il-blockchains jistgħu jvarjaw minn mingħajr permess għal bil-permess, minn pubbliċi għal privati. Fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-rapport, it-terminu blockchain se jirreferi biss għal netwerks privati permessi. L-informazzjoni maħżuna f'netwerks privati permessi hija disponibbli biss għal parteċipanti speċifiċi, iddeterminati skont mekkaniżmi ta' governanza msejsa fuq il-prinċipju ta' kunsens, li jista' jvarja minn blockchain għal ieħor. B'differenza mill-blockchains pubbliċi mingħajr permess, il-blockchains privati permessi fihom varjazzjonijiet ta' kontrolli ta' governanza ssorveljati minn operaturi tan-netwerk biex itejbu s-sigurtà u jiddeterminaw l-aċċess. Konsegwentement, in-netwerks privati permessi ġew implimentati fil-biċċa l-kbira f'każijiet ta' użu kummerċjali fil-ħajja reali u fi proġetti pilota. Pereżempju, is-Servizz Doganali tal-Korea bħalissa qed jittestja pjattaforma tal-iżdoganar tal-merkanzija tal-kummerċ elettroniku mirfuda mill-blockchain biex tissimplifika l-proċessi billi tawtomizza l-ġenerazzjoni ta' rapporti tal-iżdoganar tal-importazzjoni lill-awtoritajiet.

Dan ir-rapport jirrikonoxxi l-proliferazzjoni reċenti tar-riċerka u l-investiment kemm fis-setturi pubbliċi kif ukoll privati għall-implimentazzjoni tal-blockchain f'varjetà ta' każijiet ta' użu. Għalhekk, huwa meħtieġ approċċ meqjus u razzjonali biex jiġi investigat eżattament fejn il-blockchain jista' joffri benefiċċju tanġibbli.

Għal dan il-għan, it-teknoloġija tal-blockchain għandha potenzjal enormi biex tnaqqas l-ostakoli fil-ktajjen globali tal-provvista. L-għan ta' dan ir-rapport huwa li jenfasizza l-kwistjonijiet subottimali attwali fil-ktajjen tal-provvista, il-politika kummerċjali tal-UE u l-proċeduri doganali, biex jiġu identifikati l-benefiċċji plawsibbli derivati minn implimentazzjoni mifruxa tal-blockchain, u biex jirrakkomandaw passi politiċi li jistgħu jintlaħqu u gradwali lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri sabiex din it-teknoloġija tkun tista' tiffunzjona.

Il-blockchain għandu l-potenzjal li jnaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet bejn il-partijiet billi jneħħi l-bżonn ta' burokrazija fiżika, flimkien mal-ostakoli ta' spezzjoni u amministrattivi li jinħolqu mill-intermedjarji. Dan huwa dovut għall-fiduċja msaħħa li l-blockchain joħloq fit-tranżazzjonijiet bejn il-partijiet, li min-naħa jtejjeb it-trasparenza u jsaħħaħ iċ-ċertezza tal-provenjenza tal-merkanzija. Barra minn hekk, il-blockchain jista' jiffaċilita u jsaħħaħ is-sigurtà tal-flussi tad-data biex jipprevjeni l-użu ta' dokumentazzjoni frawdolenti u prodotti ffalsifikati fil-ktajjen tal-provvista. Bħala prova ta' dawn il-benefiċċji potenzjali, bosta proġetti pilota kummerċjali diġà ġew implimentati fl-industriji tal-loġistika biex isostnu l-ktajjen tal-provvista bil-blockchain parzjalment jew minn tarf sa tarf.

Dawn il-każijiet ta' użu għall-blockchain mhumiex limitati għal kumpaniji multinazzjonali kbar. L-SMEs għandhom il-potenzjal li jkunu wieħed mill-akbar benefiċjarji tal-blockchain. It-teknoloġija tista' tagħmilha ferm aktar faċli għall-SMEs biex jinteraġixxu ma' awtoritajiet doganali u negozji oħra tul il-katina tal-provvista tagħhom biex jikbru u jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom billi jnaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet. Il-kontrolli ta' kreditu u l-miżuri ta' verifika meħtieġa jistgħu jiġu ssimplifikati bl-awtomatizzazzjoni li s-sistemi tal-blockchain jipprovdu lill-ktajjen tal-provvista. Pereżempju, dokumenti li jirrikjedu emendi frekwenti u verifiki matul stadji differenti tal-katina tal-provvista jistgħu jibbenefikaw minn ċertezza akbar, peress li l-blockchain awtomatikament jirreġistra d-dokumenti u jaħżen id-data kronoloġikament mingħajr ma jemenda l-entrati ta' qabel. Dan jista' jippermetti lill-SMEs jikkonfermaw faċilment il-verifiki u l-bidliet fid-dokumenti, u b'hekk inaqqsu l-ispejjeż tan-negozju.

Dawn l-effetti ta' simplifikazzjoni tal-blockchain għandhom potenzjal sinifikanti biex jiffaċilitaw aktar tranżazzjonijiet fuq il-katina tal-provvista, u b'hekk iżidu l-kummerċ globali. Għat-tranżazzjonijiet kummerċjali, huwa importanti li wieħed jinnota li n-negozji naturalment se jkunu kontra l-kondiviżjoni ta' data sensittiva fuq il-blockchain. Dan ir-rapport għalhekk se jikkunsidra biss l-użu ta' blockchains privati permessi li fihom mekkaniżmi ta' governanza li jikkontrollaw l-aċċess tal-utenti għal data fuq il-katina.

Dan ir-rapport jenfasizza l-potenzjal speċifiku tal-blockchain għat-tisħiħ tal-politika kummerċjali tal-UE. L-FTAs tal-UE huma fil-biċċa l-kbira sottovalutati min-negozji u l-Kummissjoni qabel innotat li dan huwa parzjalment minħabba diffikultajiet biex jinftiehmu r-regoli biex tinkiseb oriġini preferenzjali, flimkien ma' proċeduri diffiċli biex jinkisbu d-dokumenti meħtieġa biex jibbenefikaw minn trattament preferenzjali. Għal dan il-għan, il-blockchain għandu potenzjal sinifikanti biex ikun ta' benefiċċju għall-esportaturi permezz tal-kapaċità li jtellgħu d-dokumenti rilevanti kollha għal applikazzjoni waħda msejsa fuq il-blockchain li tkun prova tal-konformità tagħhom mat-trattament preferenzjali mogħti minn FTA. Barra minn hekk, il-blockchain jista' jassisti l-istrumenti ta' difiża kummerċjali tal-Unjoni billi jipprovdi trasparenza dwar il-provenjenza tal-prodotti li jidħlu fis-suq Ewropew.

Dan ir-rapport se jqis ukoll il-konnessjoni bejn il-blockchain u l-flussi tad-data transkonfinali, u bejn il-blockchain u l-GDPR. Il-karatteristiċi tal-kriptaġġ u tal-immutabbiltà tal-blockchains jistgħu jkunu utli għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-GDPR iżda jqajmu mistoqsijiet ukoll dwar it-trasparenza tad-data.

Barra minn hekk, ir-rapport jenfasizza l-isfidi doppji għall-interoperabbiltà bejn il-blockchains, u l-kwistjonijiet li jiffaċċjaw l-iskalabbiltà tas-sistemi tal-blockchain. L-ewwel nett, l-interoperabbiltà bejn il-blockchains tirreferi għall-kapaċità li jiġu integrati tranżazzjonijiet minn blockchains differenti. Pereżempju, jekk sistemi differenti tal-blockchain kellhom jintużaw tul l-istess katina tal-provvista għal prodott wieħed, ikun utli li d-data tkun trasferibbli bejn is-sistemi. Bħalissa għad fadal ħafna qabel ma jiġu implimentati bosta sistemi tal-blockchain tul katina tal-provvista kummerċjali waħda, madankollu din hija kwistjoni emerġenti li l-Kummissjoni jeħtiġilha tkun konxja minnha meta teżamina l-għażliet ta' politika.

L-iskalabbiltà tas-sistemi tal-blockchain jirrappreżenta sfida ewlenija oħra għall-implimentazzjoni mifruxa tal-blockchain. Hekk kif is-sistemi tal-blockchain jespandu f'netwerks tal-kummerċ internazzjonali, il-kapaċità tat-teknoloġija u r-reżiljenza tal-mekkaniżmi ta' governanza tagħha jridu jibqgħu robusti.

Għalhekk, fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, ir-Rapporteur jirrakkomanda li l-ostakoli regolatorji għall-implimentazzjoni mifruxa tal-blockchain jeħtieġ li jiġu indirizzati. Il-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha timpenja ruħha b'mod attiv mal-Istati Membri biex issegwi mill-qrib l-iżviluppi fil-qasam tal-blockchain, b'mod partikolari l-proġetti pilota li għaddejjin u każijiet ta' użu kummerċjali li jimplimentaw sistemi bbażati fuq il-blockchain f'katini tal-provvista internazzjonali. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha tikkontribwixxi għall-inizjattivi internazzjonali li għaddejjin biex tiżviluppa standards u prinċipji li jirfdu r-regolamentazzjoni għall-iffaċilitar tal-użu tal-blockchain.

(1)

ĠU C 76, 28.2.2018, p. 76.

(2)

ĠU C 101, 16.3.2018, p. 30.

(3)

ĠU C 369, 11.10.2018, p. 22.

(4)

ĠU C 307, 30.8.2018, p. 44.

(5)

ĠU C 337, 20.9.2018, p. 33.

(6)

https://www.wto.org/english/thewto_e/minist_e/mc11_e/genderdeclarationmc11_e.pdf

(7)

ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(8)

https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/492972/gs-16-1-distributed-ledger-technology.pdf

(9)

https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/european-countries-join-blockchain-partnership

(10)

http://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-521_en.htm

(11)

http://www.consilium.europa.eu/media/21620/19-euco-final-conclusions-en.pdf


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (8.11.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-Blockchain: politika kummerċjali mfassla għall-ġejjieni

(2018/2085(INI))

Rapporteur (*): Cristian-Silviu Buşoi

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi t-teknoloġija tar-reġistru distribwit (DLT) hija teknoloġija għal skopijiet ġenerali li jista' jkollha potenzjal kbir għal tranżazzjonijiet kummerċjali permezz ta' mekkaniżmi xierqa ta' kriptaġġ u ta' kontroll; billi l-blockchain hija waħda mid-diversi tipi ta' DLT, li potenzjalment jista' jkollha impatt ta' tfixkil fuq numru ta' industriji;

B.  billi d-DLTs, u b'mod partikolari l-blockchain, li huma teknoloġija kkaratterizzata minn traċċar awtomatiku, rikonoxximent, verifika u superviżjoni, jistgħu jottimizzaw it-trasparenza u t-traċċabilità, jibnu l-fiduċja, irawmu l-kompetittività u l-kapaċità għall-innovazzjoni, u jiżviluppaw mudelli ġodda ta' kooperazzjoni fl-UE; billi l-benefiċċji potenzjali huma akkumpanjati minn diversi sfidi, inkluż il-konsum tal-enerġija u ċ-ċibersigurtà;

1.  Jappoġġja l-prinċipji tan-newtralità teknoloġika u tal-mudell kummerċjali, meta jkun qed jittratta ma' teknoloġiji emerġenti bħad-DLTs fil-qasam tal-kummerċ u jappoġġja ekosistema miftuħa għall-innovazzjoni li tipprovdi flessibilità; jisħaq li t-tfassil ta' leġiżlazzjoni għat-teknoloġija bbażata fuq l-applikazzjonijiet tagħha jillimitaw l-innovazzjoni u l-ħolqien ta' applikazzjonijiet ġodda;

2.  Jinnota l-potenzjal tal-integrazzjoni tad-DLTs ma' teknoloġiji oħra bħall-Internet tal-Oġġetti, l-Intelliġenza Artifiċjali u l-computing kwantistiku, u jappella għal kollaborazzjoni msaħħa mal-partijiet ikkonċernati sabiex irawmu aktar riċerka fl-applikabbiltà tagħhom għat-trasformazzjoni diġitali u għall-awtomatizzazzjoni tal-kummerċ internazzjonali kif ukoll għas-settur pubbliku, b'mod partikolari taħt il-Programm Ewropa Diġitali;

3.  Jinnota li l-blockchain qed issir għodda importanti f'diversi setturi u industriji, l-aktar fis-settur finanzjarju u fl-immudellar tal-katina ta' provvista;

4.  Jenfasizza li l-kuntratti intelliġenti jistgħu jkunu mezz ewlieni ta' applikazzjonijiet deċentralizzati f'operazzjonijiet kummerċjali internazzjonali, iżda jwissi li fil-preżent, din it-teknoloġija tista' ma tkunx matura biżżejjed biex tkun ikkunsidrata legalment vinkolanti fi ħdan kwalunkwe regolamentazzjoni settorjali, u li huma meħtieġa valutazzjonijiet ulterjuri tar-riskji; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' standards tekniċi għal kuntratti intelliġenti u għar-rikonoxximent reċiproku tal-firem diġitali fl-UE kollha;

5.  Jinnota r-rwol importanti li din it-teknoloġija jista' jkollha fit-tlestija tal-Unjoni tal-enerġija tal-UE; jirrikonoxxi l-isfida li jippreżenta l-konsum tal-enerġija meta tintuża din it-teknoloġija; jinnota li l-blockchain jista' jipprovdi parti mis-soluzzjoni billi tuża algoritmi aktar effiċjenti, itejjeb l-effiċjenza tal-iskambji ta' enerġija, itejjeb id-disinn u l-użu tal-grilji tal-enerġija u l-produzzjoni ta' enerġija deċentralizzata, u jikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tas-swieq tal-enerġija;

6.  Jenfasizza l-potenzjal tad-DLTs fil-kummerċ globali għall-monitoraġġ tal-oriġini tal-prodotti u l-kundizzjonijiet ta' manifattura tagħhom, għat-tnaqqis tal-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, tal-assigurazzjoni u tal-loġistika, għat-tneħħija tal-intermedjarji, għaż-żieda tal-fiduċja bejn il-partijiet fi tranżazzjoni, u għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u d-dħul ta' prodotti illegali; jinnota li l-maġġoranza tal-applikazzjonijiet li jużaw DLTs fil-kummerċ sal-lum huma bbażati fuq reġistri permessi; jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora l-aħjar prattiki u tikkollabora mal-awtoritajiet doganali u tat-taxxa tal-Istati Membri f'azzjonijiet koordinati li jużaw DLTs biex itejbu l-monitoraġġ, il-kontroll, is-sigurtà u l-mekkaniżmi ta' verifika biex jiġġieldu l-pagamenti illegali, jiffaċilitaw politiki kontra l-ħasil tal-flus u jidentifikaw il-miżapproprjazzjoni tal-assi; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rwol tal-blockchain fl-iżvilupp ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali intelliġenti; jinnota li t-teknoloġija tista' tipprovdi alternattiva lill-awtorità superviżorja ċentrali fil-mudelli fejn din l-awtorità ma tistax tiġi fdata;

7.  Iħeġġeġ lill-operaturi biex jiżguraw li l-mekkaniżmi ta' kunsens tad-DLT huma ekoloġiċi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija; jenfasizza li d-DLTs huma sensittivi għad-data u li għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-GDPR;

8.  Jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija kruċjali għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq id-DLT, inklużi għall-kummerċ internazzjonali u jinnota li l-iżviluppi teknoloġiċi jistgħu jintroduċu sfidi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-isfidi tas-sigurtà, tivvaluta r-riskji teknoloġiċi u tieħu azzjonijiet biex tindirizza dawn l-isfidi; jitlob li jsiru avvanzi fuq il-kriptografija kwantistika;

9.  Jenfasizza li l-effiċjenza fil-kummerċ internazzjonali tirrikjedi li jiġu stabbiliti standards globali u interoperabbiltà bejn id-DLTs, kif ukoll bejn id-DLTs u s-sistemi operattivi ta' legat; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) u ma' korpi oħra ta' standardizzazzjoni rilevanti u biex tippromwovi aktar programmi internazzjonali biex jiġu edukati s-sħab kummerċjali tal-UE;

10.  Jenfasizza l-fatt li l-ħolqien ta' industrija ġdida madwar il-Blockchain għandha l-potenzjal li twassal għal effiċjenza kbira u għal żieda fil-produttività; jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-blockchain, bħal tnaqqis fil-piżijiet amministrattivi għall-SMEs u l-ħolqien ta' opportunitajiet ġodda ta' impjieg fl-industrija; jistieden miżuri li jħeġġu lill-SMEs u lin-negozji l-ġodda jesploraw l-użu tad-DLT biex itejbu l-operazzjonijiet kummerċjali internazzjonali u l-iżvilupp ta' ekosistema ta' innovazzjoni li tnaqqas l-ostakoli għad-dħul u tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament;

11.  Jenfasizza l-fatt li l-blockchain jista' jintuża f'applikazzjonijiet ta' teknoloġiji regolatorji (RegTech), filwaqt li tnaqqas il-kostijiet ta' konformità b'mod sinifikanti;

12.  Jilqa' t-tnedija tal-"Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE" u jħeġġu jistudja l-applikazzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali; b'dan jitlob li l-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tespandi l-mandat tal-Osservatorju u l-Forum tal-Blockchain tal-UE u tinvolvi lil partijiet interessati lokali u globali rilevanti biex tindirizza l-isfidi li ġejjin u trawwem l-appoġġ ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Ashley Fox, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tilly Metz, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Massimiliano Salini, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Mario Borghezio, Rosa D’Amato, Jens Geier, Benedek Jávor, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Rupert Matthews, Gesine Meissner, Clare Moody, Markus Pieper, Sofia Sakorafa, Giancarlo Scottà, Davor Škrlec, Pavel Telička

Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Ulrike Rodust

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

ALDE

Gesine Meissner, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

ECR

Amjad Bashir, Ashley Fox, Rupert Matthews, Evžen Tošenovský

EFDD

Rosa D’Amato, Dario Tamburrano

ENF

Mario Borghezio, Giancarlo Scottà

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Michael Gahler, Seán Kelly, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Vladimir Urutchev, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Jens Geier, Theresa Griffin, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Clare Moody, Dan Nica, Miroslav Poche, Ulrike Rodust, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

ĦODOR/AĦE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Tilly Metz, Davor Škrlec

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

4

0

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (15.11.2018)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-Blockchain: politika kummerċjali mfassla għall-ġejjieni

(2018/2085(INI))

Rapporteur (*): Ana Gomes

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-blockchain jirrappreżenta paradigma ġdida tal-ħżin tad-data li huwa kapaċi jiddeċentralizza l-forom ta' interazzjoni umana u tas-swieq, fil-livell bankarju u tal-kummerċ internazzjonali; jenfasizza li ż-żieda fil-blockchain jippreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi f'termini ta' protezzjoni tad-data, trasparenza u kriminalità finanzjarja, billi d-data hija immutabbli ladarba tkun ġiet imdaħħla u tinqasam mal-partijiet parteċipanti kollha, li tiżgura wkoll is-sigurtà u l-integrità tagħha; jitlob li jsir dak kollu possibbli, inkluż fil-livell nazzjonali, biex jiġi ggarantit il-karattru mhux falsifikabbli u immutabbli tat-teknoloġija u biex jiġi żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data ma jitpoġġiex f'riskju;

2.  Jirrikonoxxi l-opportunitajiet, inkluż għall-SMEs, li ġejjin mill-introduzzjoni tat-teknoloġija blockchain bħala parti mill-politika kummerċjali tal-UE, li tista' ġġib, fost benefiċċji oħra, spejjeż tranżazzjonali aktar baxxi u effiċjenza akbar u toffri l-potenzjal li ttejjeb il-fiduċja fis-sistema tal-kummerċ attwali billi tipprovdi reġistru immutabbli ta' tranżazzjonijiet; jirrikonoxxi, madankollu, li f'każijiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali tal-UE, l-applikazzjoni ta' din it-teknoloġija tista' tippreżenta riskji ta' ħasil tal-flus u tiffaċilita l-finanzjament tal-kriminalità organizzata;

3.  Jilqa' pożittivament il-fatt li l-abbozz ta' rapport tal-INTA jirrikonoxxi l-isfida maħluqa mill-interazzjoni bejn it-teknoloġiji blockchain u l-implimentazzjoni tal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-UE, jiġifieri r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), u jfakkar li din l-interazzjoni tista' tikxef kunflitt bejn il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali minn naħa u l-promozzjoni tal-innovazzjoni min-naħa l-oħra, u josserva li dan l-aspett irid jiġi indirizzat fir-rapport finali; jissuġġerixxi l-ħtieġa li jiżgura li l-blockchain irid ikun totalment konformi mal-qafas ta' protezzjoni tad-data tal-UE u jirrispettaw bis-sħiħ il-prinċipji stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-data personali, bħala dritt fundamentali stabbilit mill-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jenfasizza, barra minn hekk, li blockchains, parzjalment bħala riżultat tal-kunflitt deskritt hawn fuq, bl-ebda mod ma jappoġġjaw awtomatikament is-sovranità tad-data, u għalhekk jeħtiġilhom ikunu ddisinjati speċifikament biex jagħmlu dan, minħabba li jistgħu wkoll jippreżentaw riskji għall-protezzjoni tad-data;

5.  Jenfasizza li, jekk it-teknoloġija blockchain tkun imfassla b'mod adegwat, għandha tkun konformi mal-prinċipju ta' "protezzjoni tad-data mit-tfassil", li sservi biex tagħti lis-suġġetti tad-data aktar kontroll fuq id-data tagħhom, f'konformità mal-GDPR; jenfasizza wkoll li, normalment, fi blockchain id-data personali mhijiex anonima, li jagħmilha koperta mill-kamp ta' applikazzjoni tal-GDPR; jinsisti li l-blockchains għandhom ikunu kompletament kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, inkluż meta jintużaw biex jipproċessaw id-data personali; jirrakkomanda, f'dan ir-rigward, li l-blockchains u l-applikazzjonijiet għandhom jintegraw mekkaniżmi li jiżguraw li d-data tista' tkun kompletament anonima, u b'hekk jiggarantixxu li tinħażen biss data li ma tkunx relatata ma' persuna fiżika identifikata jew identifikabbli;

6.  Jissottolinja li l-applikazzjonijiet blockchain futuri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi li jipproteġu d-data personali u l-privatezza tal-utenti u jiżguraw li d-data tista' tkun kompletament anonima; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffinanzjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod partikolari r-riċerka akkademika, dwar it-teknoloġiji blockchain il-ġodda kompatibbli mal-GDPR u bbażati fuq il-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn, bħal zk-SNARK (zero-knowledge Succinct Non-Interactive Arguments of Knowledge);

7.  Iqis li, biex ikun evitat il-ksur tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali, it-teknoloġija blockchain ma għandhiex tintuża biex tipproċessa data ta' natura personali sakemm l-organizzazzjoni tal-utenti tkun f'pożizzjoni li tiggarantixxi l-konformità mal-GDPR u tiżgura speċifikament li d-drittijiet għar-rettifika u t-tħassir tad-data jkunu protetti;

8.  Jissottolinja l-fatt li l-utenti tal-blockchains jistgħu jkunu fl-istess ħin kontrolluri tad-data personali li jtellgħu fir-reġistru, u proċessuri tad-data, billi jaħżnu kopja integrali tar-reġistru fuq il-kompjuter tagħhom stess;

9.  Josserva li n-natura immutabbli ta' ċerti teknoloġiji blockchain x'aktarx hija inkompatibbli mad-"dritt għat-tħassir" tad-data stabbilit fl-Artikolu 17 tal-GDPR, f''każijiet fejn il-blockchain ikun fih data personali;

10.  Josserva bi tħassib li l-proliferazzjoni ta' kopji tad-data fi blockchain x'aktarx hija inkompatibbli mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni tad-data stabbilit fl-Artikolu 5 tal-GDPR, f'każijiet fejn il-blockchain ikun fih data personali;

11.  Jistieden lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data biex joħroġ linji gwida u rakkomandazzjonijiet biex jiżgura li t-teknoloġija blockchain tkun konformi mad-dritt tal-Unjoni;

12.  Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta' kwalunkwe referenza għall-implikazzjonijiet serji ta' kif tiġi applikata t-teknoloġija blockchain, b'mod partikolari f'oqsma bħall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa u l-finanzjament tat-terroriżmu; iqis li kull utilizzazzjoni tat-teknoloġiji blockchain għandha tkun subordinata għall-ispeċifikazzjoni ta' x'se jinħażen fi ħdan il-katina jew barra minnha, u li d-data personali għandha tinħażen barra mill-katina;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-inizjattiva dwar il-valutazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' teknoloġiji blockchain, inkluż f'setturi speċifiċi, bħal dawk koperti mill-politika kummerċjali tal-UE, u biex tistabbilixxi grupp konsultattiv dwar il-blockchains, li għandu jinkludi esperti dwar il-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa, il-protezzjoni tad-data u l-kriminalità organizzata.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

15.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Monika Beňová, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Raymond Finch, Romeo Franz, Kinga Gál, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Eva Joly, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Judith Sargentini, Giancarlo Scottà, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Miriam Dalli, Barbara Spinelli, Axel Voss

Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Patricia Lalonde, Julia Pitera

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

36

+

ALDE

Filiz Hyusmenova, Patricia Lalonde

ECR

Helga Stevens

ENF

Giancarlo Scottà

GUE/NGL

Malin Björk, Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

PPE

Asim Ademov, Heinz K. Becker, Michał Boni, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Kinga Gál, Brice Hortefeux, Roberta Metsola, József Nagy, Julia Pitera, Csaba Sógor, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Monika Beňová, Caterina Chinnici, Miriam Dalli, Tanja Fajon, Karine Gloanec Maurin, Dietmar Köster, Cécile Kashetu Kyenge, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Ivari Padar, Soraya Post, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

ĦODOR/AĦE

Romeo Franz, Eva Joly, Judith Sargentini, Bodil Valero

3

-

EFDD

Raymond Finch

ENF

Harald Vilimsky, Auke Zijlstra

1

0

ECR

Kristina Winberg

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

20.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Christophe Hansen, Heidi Hautala, Nadja Hirsch, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, William (The Earl of) Dartmouth, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Danti, Paul Rübig, Jarosław Wałęsa

Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Rupert Matthews


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Nadja Hirsch, Elsi Katainen, Marietje Schaake

ECR

David Campbell Bannerman, Emma McClarkin, Rupert Matthews, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin, William (The Earl of) Dartmouth

NI

David Borrelli

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Christophe Hansen, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Paul Rübig, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Nicola Danti, Karin Kadenbach, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Alessia Maria Mosca, Joachim Schuster

0

-

 

 

7

0

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

ĦODOR/AĦE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 11 ta' Diċembru 2018Avviż legali