Proċedura : 2018/0225(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0410/2018

Testi mressqa :

A8-0410/2018

Dibattiti :

PV 11/12/2018 - 23
CRE 11/12/2018 - 23
PV 16/04/2019 - 19
CRE 16/04/2019 - 20

Votazzjonijiet :

PV 12/12/2018 - 12.12
CRE 12/12/2018 - 12.12
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2019 - 8.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0510
P8_TA(2019)0396

RAPPORT     ***I
PDF 3719kWORD 423k
28.11.2018
PE 625.306v02-00 A8-0410/2018

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(COM(2018)0436 – C8-0253/2018 – 2018/0225(COD))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Christian Ehler

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

(COM(2018)0436 – C8-0253/2018 – 2018/0225(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0436),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 173(3) u 182(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0253/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0410/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Kunsiderazzjoni 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw ir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 fid-dawl tal-evalwazzjoni interim tiegħu u tal-proposta għad-9 Programm Qafas (2016/2147(INI)),

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tadotta l-programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4.

(3)  Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat delegati biex tadotta Pjanijiet Strateġiċi ta' Riċerka u Innovazzjoni u jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata wkoll setgħat ta' implimentazzjoni sabiex tadotta l-programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4.

__________________

__________________

4 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

4 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Billi jirrifletti l-importanza li jindirizza t-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm Speċifiku se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25% tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan il-Programm Speċifiku huma mistennija li jikkontribwixxu għal 35 % tal-pakkett finanzjarju globali tal-Programm Speċifiku għall-għanijiet klimatiċi. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċessi ta' reviżjoni.

(5)  Billi jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b'konformità mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm Speċifiku se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira kumplessiva ta' 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tappoġġa l-għanijiet klimatiċi. L-azzjonijiet skont dan il-Programm Speċifiku huma mistennija li jikkontribwixxu mill-inqas 35 % tal-pakkett finanzjarju globali tal-Programm Speċifiku għall-għanijiet u l-impenji klimatiċi tal-UE, meta jkun xieraq. Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku, u jiġu mmonitorjati, rrapportati u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċessi ta' rieżami.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  L-azzjonijiet tal-Programm Speċifiku jenħtieġ li jintużaw biex jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet tal-investiment subottimali, f'mod proporzjonat, mingħajr duplikazzjoni jew esklużjoni ta' finanzjament privat u li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(6)  L-azzjonijiet tal-Programm Speċifiku jenħtieġ li jintużaw biex jirrinforzaw, iwessgħu u jestendu l-eċċellenza tal-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni, jindirizzaw sfidi globali kbar, iżidu t-tmexxija industrijali tal-Unjoni, itejbu l-kwalità tal-ħajja fl-Unjoni kif ukoll jagħtu spinta lill-investiment, jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet tal-investiment subottimali, u jisfruttaw finanzjament addizzjonali minflok jeskludu finanzjament privat.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-ugwaljanza bejn is-sessi hija prijorità politika tal-UE u sfida ewlenija tas-soċjetà (SDG5 tan-NU). Barra minn hekk, l-għan tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà huwa fattur kruċjali għat-trasformazzjonijiet soċjali u industrijali meħtieġa minn SDGs oħrajn. Għalhekk, l-aspetti tas-sessi jenħtieġ li jiġu integrati adegwatament fil-Programm kollu u riċerka speċifika dwar is-sessi jenħtieġ li tkun meħtieġa wkoll biex tappoġġa l-implimentazzjoni u d-disinn ta' politiki aħjar tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Il-Programm Speċifiku jenħtieġ li jiġi implimentat b'mod trasparenti, parteċipattiv u strateġiku li jfittex l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tas-soċjetà ċivili. Ir-rappreżentanza tal-partijiet ikkonċernati u l-involviment tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jkunu bbilanċjati biex jirrappreżentaw diversi kuntesti.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Billi jirriflettu l-kontribuzzjoni importanti li r-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġ li jagħmlu biex jindirizzaw l-isfidi fl-ikel, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-bijoekonomija, u biex jisfruttaw l-opportunitajiet korrispondenti tar-riċerka u l-innovazzjoni b'sinerġija mill-qirb mal-Politika Agrikola Komuni, l-azzjonijiet rilevanti skont il-Programm Speċifiku se jiġu appoġġati minn EUR 10 biljun għar-raggruppament "Ikel u Riżorsi Naturali" għall-perjodu 2021-2027.

(7)  Billi jirriflettu l-kontribuzzjoni importanti li r-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieġ li jagħmlu biex jindirizzaw l-isfidi fl-ikel, l-agrikoltura, l-iżvilupp rurali u l-bijoekonomija, biex isiru aktar sostenibbli u biex jisfruttaw l-opportunitajiet korrispondenti tar-riċerka u l-innovazzjoni b'sinerġija mill-qrib mal-Politika Agrikola Komuni, l-azzjonijiet rilevanti skont il-Programm Speċifiku se jiġu appoġġati f'raggruppament dedikat "Ikel, Riżorsi Naturali u Agrikoltura" għall-perjodu 2021-2027.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Is-setturi kulturali u kreattivi Ewropej jibnu pontijiet bejn l-arti, il-kultura, in-negozju u t-teknoloġija. Il-patrimonju kulturali huwa parti integrali mill-koeżjoni Ewropea u jsostni r-rabta bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni. Il-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali u l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet kreattivi, b'mod partikolari fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, se jkunu prijorità tal-Programm.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  It-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali u l-opportunitajiet li qed jikbru mill-konverġenza tat-teknoloġiji diġitali u fiżiċi tirrikjedi żieda fl-investimenti. Orizzont Ewropa se jikkontribwixxi għal dawn l-isforzi b'żieda sostanzjali ta' nfiq fl-attivitajiet diġitali ewlenin tar-riċerka u l-innovazzjoni meta mqabbla mal-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni6. Dan jenħtieġ li jiżgura li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni globali fil-qasam diġitali.

(8)  It-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali u l-opportunitajiet li qed jikbru mill-konverġenza tat-teknoloġiji diġitali u fiżiċi jirrikjedu żieda fl-investimenti. Orizzont Ewropa se jikkontribwixxi għal dawn l-isforzi b'raggruppament dedikat biex jiżgura li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett tar-riċerka u l-innovazzjoni globali fil-qasam diġitali.

__________________

 

6 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropa li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b'mod effiċjenti wara l-2020" tidentifika EUR 13-il biljun minfuqa fuq attivitajiet diġitali prinċipali skont il-Programm Qafas Orizzont 2020 għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A52018DC0098).

 

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Filwaqt li tqis l-importanza ta' komunikazzjoni aħjar u lil udjenza usa' tal-valur miżjud u l-impatt tal-azzjonijiet tal-UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżid l-isforzi tagħha favur il-viżibbiltà ta' Orizzont Ewropa. Bl-istess mod, il-benefiċjarji jenħtieġ li jiżguraw li jagħtu viżibbiltà lill-kisbiet tagħhom bil-finanzjament tal-UE.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont din id-Deċiżjoni se jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, b'konsiderazzjoni, b'mod partikolari, tal-kostijiet ta' kontroll, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan għandu jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-iskali tal-kostijiet ta' unità.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Għanijiet operattivi

Għanijiet operattivi

1.   Il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP.

1.   Il-Programm Speċifiku għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP.

2.   Il-Programm Speċifiku għandu l-għanijiet operattivi li ġejjin:

2.   Il-Programm Speċifiku għandu l-għanijiet operattivi li ġejjin:

(a)  rinforz u tifrix tal-eċċellenza;

(a)  tisħiħ u twessigħ tal-bażi xjentifika u teknoloġika tal-Ewropa, rinforz u tifrix tal-eċċellenza;

(b)   żieda fil-kollaborazzjoni fost is-setturi u d-dixxiplini;

(b)   żieda fil-kollaborazzjoni fost is-setturi u d-dixxiplini;

(c)  konnessjoni u żvilupp tal-infrastrutturi tar-riċerka madwar iż-żona tar-riċerka Ewropea;

(c)  konnessjoni, żvilupp u faċilitazzjoni ta' aċċess wiesa', inkluż virtwalment, għall-infrastrutturi tar-riċerka madwar iż-żona tar-riċerka Ewropea;

(d)  tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

(d)  tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fix-xjenza u t-teknoloġija b'appoġġ għall-eċċellenza tal-Unjoni;

(e)  attrazzjoni, taħriġ u żamma tar-riċerkaturi u l-innovaturi fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, inkluż permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi;

(e)  attrazzjoni, taħriġ u żamma tar-riċerkaturi u l-innovaturi internazzjonali u tal-UE, inkluż permezz tal-mobbiltà tar-riċerkaturi, bil-għan li ż-Żona Ewropea tar-Riċerka tiġi stabbilita bħala l-aktar waħda eċċellenti u kompetittiva fid-dinja;

(f)  trawwim tax-xjenza miftuħa u żgurar tal-viżibbiltà għall-pubbliku u l-aċċess miftuħ għar-riżultati;

(f)  trawwim tax-xjenza miftuħa u l-aċċess miftuħ għar-riżultati;

(g)   disseminazzjoni u sfruttament attivi tar-riżultati, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' politika;

(g)   disseminazzjoni u sfruttament attivi tar-riżultati, b'mod partikolari għall-iżvilupp ta' politika;

(h)  appoġġ għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni;

(h)  appoġġ għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u tal-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni;

(i)  rinforz tar-rabta bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u politiki oħrajn, inkluż l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

(i)  rinforz tar-rabta bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u politiki oħrajn, inkluż l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi;

(j)   kisba tar-riżultati, permezz tal-missjonijiet tar-R&I, għall-miri ambizzjużi ffissati fi skeda ta' żmien fissa;

(j)   kisba tar-riżultati, permezz tal-missjonijiet tar-R&I, għall-miri ambizzjużi ffissati fi skeda ta' żmien fissa;

(k)  involviment taċ-ċittadini u tal-utenti aħħarin fil-proċessi tal-kodisinn u tal-koħolqien;

(k)  involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti tar-R&I, inklużi ċ-ċittadini, l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-industrija, fil-proċessi tal-kodisinn u tal-koħolqien;

(l)   titjib tal-komunikazzjoni tax-xjenza;

(l)   titjib tal-komunikazzjoni tax-xjenza;

(m)  aaċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni industrijali;

(m)  sfruttament tat-trasformazzjoni industrijali tal-UE biex jiġi żblukkat il-potenzjal tas-setturi strateġiċi tal-Ewropa, bħat-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali;

(n)  titjib tal-ħiliet għall-innovazzjoni;

(n)  titjib tal-ħiliet permezz ta' taħriġ u trawwim tal-kreattività għar-riċerka u l-innovazzjoni;

(o)  stimulu tal-ħolqien u tal-espansjoni ta' kumpaniji innovattivi, b'mod partikolari SME;

(o)  stimolu tal-ħolqien u tal-espansjoni ta' kumpaniji innovattivi, b'mod partikolari negozji ġodda u SMEs;

(p)  titjib tal-aċċess għall-finanzjament ta' riskju, b'mod partikolari fejn is-suq ma jipprovdix finanzjament vijabbli.

(p)  titjib tal-aċċess għall-finanzjament ta' riskju, anke permezz ta' sinerġiji ma' InvestEU, b'mod partikolari fejn is-suq ma jipprovdix finanzjament vijabbli.

 

(pa)  tisħiħ tal-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fir-riċerka u l-innovazzjoni;

 

(pb)  massimizzazzjoni tal-impatt xjentifiku, teknoloġiku, soċjetali u ekonomiku.

3.   Fi ħdan l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jiġu kkunsidrati ħtiġijiet ġodda u mhux previsti li jirriżultaw matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku. Dan jista', jekk debitament ġustifikat, jinkludi tweġibiet għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti, kif ukoll tweġibiet għal ħtiġijiet marbuta mal-iżvilupp ta' politiki ġodda tal-Unjoni.

3.  Fi ħdan l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 2, jistgħu jiġu kkunsidrati ħtiġijiet ġodda u mhux previsti li jirriżultaw matul il-perjodu ta' implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku. Dan jista', jekk debitament ġustifikat, jinkludi tweġibiet għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti, kif ukoll tweġibiet għal ħtiġijiet marbuta mal-iżvilupp ta' politiki ġodda tal-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Struttura

Struttura

1.   B'konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP, il-Programm Speċifiku għandu jikkonsisti mill-partijiet li ġejjin:

1.  B'konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP, il-Programm Speċifiku għandu jikkonsisti mill-partijiet li ġejjin:

(1)  Pilastru I "Xjenza Miftuħa" bil-komponenti li ġejjin:

(1)  Pilastru I "Xjenza Eċċellenti u Miftuħa" bil-komponenti li ġejjin:

(a)   il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 1;

(a)   il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 1;

(b)   l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 2;

(b)   l-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 2;

(c)   infrastruttura tar-riċerka, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 3;

(c)   infrastruttura tar-riċerka, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru I, it-taqsima 3;

(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali" bil-komponenti li ġejjin:

(2)  Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea"; inkluż strument tal-SMEs monobenefiċjarju u bbażat fuq l-għotjiet kif deskritt fl-Artikolu 43a tar-Regolament u l-Anness I tal-Programm Speċifiku:

(a)   raggruppament "Saħħa", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 1;

(a)   raggruppament "Saħħa", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 1;

(b)  raggruppament "Soċjetà Inklużiva u Sigura", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 2;

(b)  raggruppament "Soċjetà Inklużiva u Kreattiva", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 2;

 

(ba)  raggruppament "Soċjetà Sigura";

(c)  raggruppament "Diġitali u Industrija", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 3;

(c)  raggruppament "Diġitali, Industrija u Spazju", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 3;

(d)   raggruppament "Klima, Enerġija u Mobbiltà", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 4;

(d)   raggruppament "Klima, Enerġija u Mobbiltà", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 4;

(e)  raggruppament "Ikel u Riżorsi Naturali", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 5;

(e)  raggruppament "Ikel, Riżorsi Naturali u Agrikoltura", kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 5;

(f)   azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), kif deskritt l-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 6;

(f)   azzjonijiet diretti mhux nukleari taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru II, it-taqsima 6;

(3)  Pilastru III "Innovazzjoni Miftuħa" bil-komponenti li ġejjin:

(3)  Pilastru III "Ewropa Innovattiva" bil-komponenti li ġejjin:

(a)   il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 1;

(a)   il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 1; inklużi ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 2;

(b)   ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni, kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 2;

imħassar

(c)   l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 3.

(b)   l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), kif deskritt fl-Anness I, il-Pilastru III, it-taqsima 3.

(4)   Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" bil-komponenti li ġejjin:

(4)  Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka" bil-komponenti li ġejjin:

(a)  skondiviżjoni tal-eċċellenza, kif deskritt fl-Anness I, Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka", it-taqsima 1;

(a)  tixrid tal-eċċellenza u twessigħ tal-parteċipazzjoni, kif deskritt fl-Anness I, Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka", it-taqsima 1;

(b)   riforma u titjib tas-sistema Ewropea tar-R&I, kif deskritt fl-Anness I, Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka", it-taqsima 2.

(b)  riforma u titjib tas-sistema Ewropea tar-R&I, kif deskritt fl-Anness I, Parti "Tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka", it-taqsima 2.

2.   L-attivitajiet li jridu jitwettqu skont il-partijiet msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness I.

2.  L-attivitajiet li jridu jitwettqu skont il-partijiet msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness I.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Baġit

Baġit

1.  B'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 94 100 000 000 fil-prezzijiet attwali.

1.  B'konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP, il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Speċifiku għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 120 000 000 000 fil-prezzijiet tal-2018.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun distribwit fost il-komponenti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP. Għandhom japplikaw l-arranġamenti tal-Artikolu 9(3) sa (8) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jkun distribwit fost il-komponenti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni b'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP. Għandhom japplikaw l-arranġamenti tal-Artikolu 9(3) sa (8) tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP.

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Missjonijiet

Missjonijiet

1.  Għal kull missjoni, jista' jiġi stabbilit bord ta' missjoni. Għandu jkun magħmul minn madwar 15-il individwu ta' livell għoli inkluż rappreżentati tal-utenti aħħarin rilevanti. Il-bord ta' missjoni għandu jagħti pariri dwar li ġej:

1.  Għal kull missjoni, għandu jiġi stabbilit bord ta' missjoni għall-kodisinn u t-tmexxija tal-implimentazzjoni. Għandu jkun magħmul minn 15-il individwu sa 20 individwu indipendenti ta' livell għoli inkluż rappreżentati tar-R&I minn diversi setturi u dixxiplini, l-akkademja, organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija, l-industriji ta' kull daqs, l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-membri tal-bord ta' missjoni għandhom jinħatru mill-Kummissjoni wara proċedura indipendenti u trasparenti, inkluża sejħa miftuħa għall-espressjonijiet ta' interess. Il-bord ta' missjoni għandu jagħti pariri dwar li ġej:

(a)  il-kontenut tal-programmi ta' ħidma u tar-reviżjoni tagħhom kif meħtieġ għall-kisba tal-għanijiet tal-missjoni, fil-kodisinn mal-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku fejn rilevanti;

(a)  il-kontenut tal-programmi ta' ħidma rilevanti u tar-reviżjoni tagħhom kif meħtieġ għall-ilħuq tal-għanijiet tal-missjoni;

(b)   azzjonijiet ta' aġġustament, jew terminazzjoni jekk xieraq, ibbażati fuq il-valutazzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-missjoni;

(b)  azzjonijiet ta' aġġustament, jew terminazzjoni jekk xieraq, ibbażati fuq il-valutazzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-missjoni;

(c)  għażla tal-evalwaturi esperti, l-għoti ta' informazzjoni lill-evalwaturi esperti u l-kriterji ta' evalwazzjoni u l-piż tagħhom;

(c)  l-għażla tal-evalwaturi esperti, il-prevenzjoni tal-kunflitt ta' interess tal-evalwaturi esperti, l-għoti ta' informazzjoni lill-evalwaturi esperti u l-kriterji ta' evalwazzjoni u l-ponderazzjoni tagħhom minbarra l-kriterji standard b'mod partikolari "eċċellenza; impatt; u kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni";

(d)  il-kundizzjonijiet qafas li jgħinu fil-kisba tal-għanijiet tal-missjoni;

(d)  il-kundizzjonijiet qafas li jgħinu fl-ilħuq tal-għanijiet tal-missjoni b'konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni;

(e)   komunikazzjoni.

(e)  komunikazzjoni.

 

(ea)  il-miri ċari u kwantifikabbli tal-missjoni u l-eżiti possibbli;

 

(eb)  l-evalwazzjoni tal-impatt soċjali u l-potenzjal kummerċjali tal-missjoni;

2.  Fil-programm ta' ħidma jistgħu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu approċċ ta' portafoll effiċjenti u flessibbli previst fl-Artikolu 11.

2.  Fil-programm ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu approċċ ta' portafoll effiċjenti u flessibbli previst fl-Artikolu 11.

 

2a.  Il-kontenut tal-missjonijiet, id-dettalji dwar l-implimentazzjoni, inklużi l-ambitu, l-indikaturi, il-miri kwantifikabbli u l-istadji importanti tagħhom, il-baġit stmat u s-sinerġiji ma' fondi oħrajn tal-Unjoni u r-rabtiet ma' Sħubijiet Ewropej għandhom jiġu stabbiliti f'Pjanijiet Strateġiċi tar-R&I, kif deskritt fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

 

2b.  Il-missjonijiet għandhom jiġu implimentati permezz ta' sejħiet miftuħa fil-programmi ta' ħidma tar-raggruppamenti rilevanti, filwaqt li jitolbu għal proposti ta' proġetti li qed jikkontribwixxu għall-missjoni u li jinsabu f'wieħed jew aktar mill-oqsma ta' intervent tar-raggruppamenti.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Kunsill Ewropew tar-Riċerka

Kunsill Ewropew tar-Riċerka

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tar-Riċerka ("ERC), għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Pilastru I "Xjenza Miftuħa" li jirrelataw mal-ERC. L-ERC għandu jkun is-suċċessur tal-ERC stabbilit permezz tad-Deċiżjoni C(2013) 18957.

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tar-Riċerka ("ERC), għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Pilastru I "Xjenza Eċċellenti u Miftuħa" li jirrelataw mal-ERC. L-ERC għandu jkun is-suċċessur tal-ERC stabbilit permezz tad-Deċiżjoni C(2013) 18957.

2.   L-ERC għandu jkun magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti previst fl-Artikolu 7 u l-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata prevista fl-Artikolu 8.

2.  L-ERC għandu jkun magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti previst fl-Artikolu 7 u l-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata prevista fl-Artikolu 8.

3.   L-ERC għandu jkollu President li għandu jintgħażel minn fost xjenzati anzjani u rispettati fuq livell internazzjonali.

3.  L-ERC għandu jkollu President li għandu jintgħażel minn fost xjenzati anzjani u rispettati fuq livell internazzjonali.

Il-President għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara proċess trasparenti ta' reklutaġġ li jinvolvi kumitat indipendenti u dedikat tat-tiftix, għal mandat limitat għal erba' snin, u li jkun jista' jiġġedded darba. Il-proċess ta' reklutaġġ u l-kandidat magħżul għandu jkollu l-approvazzjoni tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-President għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara proċess trasparenti ta' reklutaġġ li jinvolvi kumitat indipendenti u dedikat tat-tiftix, għal mandat limitat għal erba' snin, u li jkun jista' jiġġedded darba. Il-proċess ta' reklutaġġ u l-kandidat magħżul għandu jkollu l-approvazzjoni tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-President għandu jippresjedi l-Kunsill Xjentifiku u għandu jiżgura t-tmexxija tiegħu u l-kollegament mal-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata, u jirrappreżentah lid-dinja tax-xjenza.

Il-President għandu jippresjedi l-Kunsill Xjentifiku u għandu jiżgura t-tmexxija tiegħu u l-kollegament mal-istruttura ta' implimentazzjoni dedikata, u jirrappreżentah lid-dinja tax-xjenza.

4.   L-ERC għandu jopera f'konformità mal-prinċipji tal-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Għandu jiżgura l-kontinwità mal-azzjonijiet ERC mwettqa skont id-Deċiżjoni .../KE.

4.  L-ERC għandu jopera f'konformità mal-prinċipji tal-eċċellenza xjentifika, l-awtonomija, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Għandu jiżgura l-kontinwità mal-azzjonijiet ERC mwettqa skont id-Deċiżjoni .../KE.

5.  L-attivitajiet tal-ERC għandhom jappoġġaw ir-riċerka mwettqa fl-oqsma kollha minn individwi u timijiet transnazzjonali f'kompetizzjoni fil-livell Ewropew.

5.  L-attivitajiet tal-ERC għandhom jappoġġaw ir-riċerka mwettqa fl-oqsma kollha minn individwi u timijiet transnazzjonali f'kompetizzjoni fil-livell Ewropew. L-appoġġ għall-innovazzjoni, jiġifieri permezz tal-iskema ta' Prova tal-Kunċett, għandu jitkompla sabiex titħeġġeġ konverżjoni aktar mgħaġġla ta' skoperti ġodda fi prodotti, proċessi u servizzi ta' valur kummerċjali jew soċjali. Bħala kontribut għal dan, l-applikanti eċċellenti tal-ERC li jkunu qabżu l-livell limitu iżda ma setgħux jiġu ffinanzjati minħabba nuqqas ta' riżorsi huma eliġibbli għall-prova tal-kunċett.

 

5a.  Għandu jingħata siġill ta' eċċellenza lil benefiċjarju tal-prova tal-kunċett tal-ECR, jekk il-proposta tkun eliġibbli, tkun għaddiet mil-livelli limitu applikabbli u ma setgħetx tiġi ffinanzjata.

6.  Il-Kummissjoni għandha taġixxi ta' garanti tal-awtonomija u l-integrità tal-ERC u għandha tiżgura l-eżekuzzjoni kif suppost tal-kompiti fdati lilu.

6.  Il-Kummissjoni għandha taġixxi ta' garanti tal-awtonomija u l-integrità tal-ERC u għandha tiżgura l-eżekuzzjoni kif suppost tal-kompiti fdati lilu.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ERC b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu kif ukoll mal-istrateġija kumplessiva għall-ERC, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2), stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ERC b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu kif ukoll mal-istrateġija kumplessiva għall-ERC, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(2), stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku.

__________________

__________________

7 ĠU C 373, 20.12.2013, p. 23

7 ĠU C 373, 20.12.2013, p. 23.

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Kunsill Xjentifiku tal-ERC

Kunsill Xjentifiku tal-ERC

1.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa reputazzjoni u l-għarfien espert adattat, kemm nisa kif ukoll irġiel fi gruppi tal-età differenti, biex jiżguraw id-diversità tal-oqsma tar-riċerka u filwaqt li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentament minn interessi estranji.

1.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-aqwa reputazzjoni u l-għarfien espert adattat, biex jiżguraw id-diversità tal-oqsma tar-riċerka u filwaqt li jaġixxu fil-kapaċità personali tagħhom, indipendentement minn interessi estranji.

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, b'segwitu għal proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom maqbula mal-Kunsill Xjentifiku, inkluż konsultazzjoni tal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, b'segwitu għal proċedura indipendenti u trasparenti għall-identifikazzjoni tagħhom maqbula mal-Kunsill Xjentifiku, inkluż konsultazzjoni tal-komunità xjentifika u rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Il-mandat tagħhom għandu jkun limitat għal erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li għandha tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

Il-mandat tagħhom għandu jkun limitat għal erba' snin, li jista' jiġġedded darba, abbażi ta' sistema ta' rotazzjoni li għandha tiżgura l-kontinwità tal-ħidma tal-Kunsill Xjentifiku.

2.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jistabbilixxi:

2.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jistabbilixxi:

(a)  l-istrateġija kumplessiva għall-ERC;

(a)  l-istrateġija kumplessiva għall-ERC;

(b)  il-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-ERC;

(b)  il-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-ERC;

(c)   il-metodi u l-proċeduri għar-reviżjoni bejn il-pari u l-evalwazzjoni tal-proposta li abbażi tagħhom jiġi determinat liema proposti għandhom jiġu ffinanzjati;

(c)  il-metodi u l-proċeduri għar-rieżami bejn il-pari u l-evalwazzjoni tal-proposta li abbażi tagħhom jiġi determinat liema proposti għandhom jiġu ffinanzjati;

(d)   il-pożizzjoni tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva xjentifika tista' ttejjeb il-kisbiet u l-impatt tal-ERC u l-kwalità tar-riċerka mwettqa;

(d)  il-pożizzjoni tiegħu dwar kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva xjentifika tista' ttejjeb il-kisbiet u l-impatt tal-ERC u l-kwalità tar-riċerka mwettqa;

(e)   kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar ta' kunflitt ta' interessi.

 

Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-pożizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku b'konformità mal-punti (a), (c), (d), u (e) tal-ewwel subparagrafu biss meta tikkunsidra li l-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jkunux ġew rispettati. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex iżżomm il-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-programm xjentifiku u l-kisbiet tal-għanijiet tiegħu, li jistabbilixxu l-punti tat-tbegħid mill-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku u debitament timmotivahom.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar ta' kunflitti ta' interess, u titbiegħed mill-pożizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill Xjentifiku b'konformità mal-punti (a), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu biss meta tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ma jkunux ġew rispettati. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri biex iżżomm il-kontinwità fl-implimentazzjoni tal-programm xjentifiku u l-kisbiet tal-għanijiet tiegħu, li jistabbilixxu l-punti tat-tbegħid mill-pożizzjonijiet tal-Kunsill Xjentifiku u debitament timmotivahom.

3.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi b'konformità mal-mandat stabbilit fil-Pilastru I tal-Anness I it-taqsima 1.

3.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi b'konformità mal-mandat stabbilit fil-Pilastru I tal-Anness I, it-taqsima 1.

4.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi esklussivament fl-interess tal-kisba tal-ERC, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6. Għandu jaġixxi b'integrità u onestà u jwettaq ħidmietu b'mod effiċjenti u bl-ikbar trasparenza possibbli.

4.  Il-Kunsill Xjentifiku għandu jaġixxi esklussivament fl-interess tal-ilħuq tal-għanijiet tal-ERC, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6. Għandu jaġixxi b'indipendenza, integrità u onestà sħaħ u jwettaq ħidmietu b'mod effiċjenti u bl-ikbar trasparenza u bl-aktar mod miftuħ possibbli, b'mod li jimmassimizza l-kontribuzzjoni tal-ECR għall-ilħuq tal-għanijiet politiċi tal-UE dwar ir-R&I u tal-miri ta' Orizzont Ewropa, b'mod partikolari.

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni

Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-Pilastru III "Innovazzjoni Miftuħa2 li jirrelataw mal-EIC. L-EIC għandu jopera b'konformità mal-prinċipji li ġejjin: jiffoka fuq l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u radikali, l-awtonomija, l-abbiltà li jieħu riskju, l-effiċjenza, l-effettività, it-trasparenza u r-responsabbiltà.

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) b'konformità mal-Artikolu (7a) tar-Regolament.

 

1a.  L-EIC jinbena f'żewġ strumenti, il-Pathfinder u l-Aċċelleratur, kif deskritt fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. L-istrumenti tal-EIC għandhom jiġu evalwati kontinwament sabiex jappoġġjaw l-innovazzjoni b'mod sistematiku.

 

1b.  Meta jkun xieraq, l-għanijiet u l-azzjonijiet tal-EIC għandhom ikunu marbuta ma' partijiet oħrajn tal-Programm kif ukoll ma' fondi nazzjonali u tal-Unjoni oħrajn, b'mod partikolari l-EIT u l-InvestEU.

2.   L-EIC għandu jinkludi l-Bord ta' Livell Għoli ("Bord tal-EIC") previst fl-Artikolu 10. .

2.  L-EIC għandu jinkludi l-Bord ta' Livell Għoli ("Bord tal-EIC") previst fl-Artikolu 10.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-EIC hija:

3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-implimentazzjoni tal-EIC hija:

(a)   b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'konsiderazzjoni tal-opinjoni tal-Bord tal-EIC dwar l-istrateġija kumplessiva għall-EIC, imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a); u

(a)  b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, b'konsiderazzjoni tal-opinjoni tal-Bord tal-EIC dwar l-istrateġija kumplessiva għall-EIC, imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a); u

(b)   ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kuntrarji għall-interess komuni.

(b)  ma twassalx għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kuntrarji għall-interess komuni.

4.   Għal fini ta' ġestjoni tal-finanzjament imħallat tal-EIC, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu ta' ġestjoni indiretta, jew fejn dan ma jkunx possibbli, tista' tistabbilixxi, veikolu bi skop speċjali. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura l-parteċipazzjoni ta' investituri pubbliċi u privati oħrajn. Fejn dan ma jkunx possibbli fl-istabbiliment tal-bidu, il-veikolu bi skop speċjali se jkun strutturat f'tali mod li jista' jattira investituri pubbliċi jew privati oħrajn sabiex iżid l-effett ta' ingranaġġ tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

4.  Għall-fini ta' ġestjoni tal-finanzjament imħallat tal-EIC, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu ta' ġestjoni indiretta, jew fejn dan ma jkunx possibbli, tista' tistabbilixxi, veikolu bi skop speċjali. Il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura l-parteċipazzjoni ta' investituri pubbliċi u privati oħrajn. Fejn dan ma jkunx possibbli fl-istabbiliment tal-bidu, il-veikolu bi skop speċjali se jkun strutturat f'tali mod li jista' jattira investituri pubbliċi jew privati oħrajn sabiex iżid l-effett ta' lieva tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni.

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura kooperazzjoni bejn l-EIC u l-EIT, speċjalment permezz tal-KICs tagħha.

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

Il-Bord tal-EIC

Il-Bord tal-EIC

1.   Il-Bord tal-EIC għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar:

1.  Il-Bord tal-EIC għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar:

(a)  l-istrateġija kumplessiva għall-komponent tal-EIC skont il-Pilastru III "Innovazzjoni Miftuħa";

(a)  l-istrateġija kumplessiva għall-komponent tal-EIC skont il-Pilastru III "Ewropa Innovattiva";

(b)   il-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet EIC;

(b)  il-programm ta' ħidma għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet EIC;

(c)   il-kriterji għall-valutazzjoni tal-innovattività u tal-profil ta' riskju tal-proposti u l-bilanċ xieraq tal-għotjiet, tal-ekwità u forom oħrajn ta' finanzjament għall-aċċelleratur tal-EIC;

(c)  il-kriterji għall-valutazzjoni tal-innovattività u tal-profil ta' riskju tal-proposti u l-bilanċ xieraq tal-għotjiet, tal-ekwità u forom oħrajn ta' finanzjament għall-aċċelleratur tal-EIC;

(d)   l-identifikazzjoni tal-portafoll strateġiku tal-proġetti;

(d)  l-identifikazzjoni tal-portafoll strateġiku tal-proġetti;

(e)   il-profil tal-maniġers tal-programm.

(e)  il-profil tal-maniġers tal-programm.

 

(ea)  il-proċess ta' evalwazzjoni sistematiku u kontinwu tal-azzjonijiet tal-EIC.

2.   Il-Bord tal-EIC jista' fuq talba jindirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

2.   Il-Bord tal-EIC jista' fuq talba, u kull meta jkun xieraq f'koordinazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija tal-EIT, jindirizza r-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

(a)   kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva tal-innovazzjoni tista' ttejjeb u trawwem ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa, il-kisbiet u l-impatt tal-għanijiet tal-komponent EIC u l-kapaċità ta' kumpaniji innovattivi biex joħorġu bis-soluzzjonijiet tagħhom;

(a)  kwalunkwe kwistjoni li minn perspettiva tal-innovazzjoni tista' ttejjeb u trawwem ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Ewropa, il-kisbiet u l-impatt tal-għanijiet tal-komponent EIC u l-kapaċità ta' kumpaniji innovattivi biex joħorġu bis-soluzzjonijiet tagħhom;

(b)  b'kooperazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni jidentifika ostakli regolatorji possibbli li jaffaċċaw l-imprendituri, b'mod partikolari dawk li jingħataw appoġġ skont il-komponent EIC;

(b)  b'kooperazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni u mal-EIT jidentifika ostakli regolatorji possibbli li jaffaċċaw l-imprendituri, b'mod partikolari dawk li jingħataw appoġġ skont il-komponent EIC;

(c)   xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC, biex jikkontribwixxu l-informazzjoni għall-ipprogrammar f'partijiet oħrajn tal-Programm Speċifiku;

(c)  xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC, biex jikkontribwixxu l-informazzjoni għall-ipprogrammar f'partijiet oħrajn tal-Programm Speċifiku;

(d)   identifikazzjoni ta' kwistjonijiet speċifiċi fejn huwa meħtieġ il-parir tal-Bord tal-EIC.

(d) identifikazzjoni ta' kwistjonijiet speċifiċi fejn huwa meħtieġ il-parir tal-Bord tal-EIC.

Il-Bord tal-EIC għandu jaġixxi fl-interess tal-kisba tal-għanijiet tal-komponent EIC. Għandu jaġixxi b'integrità u onestà u jwettaq ħidmietu b'mod effiċjenti u bit-trasparenza.

Il-Bord tal-EIC għandu jaġixxi fl-interess tal-ilħuq tal-għanijiet tal-EIC, b'kont meħud tal-istrateġija tal-kompetittività tal-UE, tal-kompetittività tagħha u tal-isfidi globali. Għandu jaġixxi b'integrità u onestà u jwettaq ħidmietu b'mod effiċjenti u bit-trasparenza u b'mod miftuħ, u jevita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

Il-Bord tal-EIC għandu jaġixxi b'konformità mal-mandat tiegħu stabbilit fil-Pilastru III tal-Anness I, it-taqsima 1.

Il-Bord tal-EIC għandu jaġixxi b'konformità mal-mandat tiegħu stabbilit fil-Pilastru III tal-Anness I, it-taqsima 1.

3.   Il-Bord tal-EIC għandu jkun magħmul minn 15 sa 20 individwu ta' livell għoli magħżula minn partijiet diversi tal-ekosistema tal-innovazzjoni tal-Ewropa, inkluż imprendituri, mexxejja korporattivi, investituri u riċerkaturi. Għandu jikkontribwixxi għal azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni, fejn il-membri tal-Bord tal-EIC jistinkaw biex itejbu l-prestiġju tal-isem EIC.

3.   Il-Bord tal-EIC għandu jkun magħmul minn 15 sa 20 individwu indipendenti ta' livell għoli magħżula minn partijiet diversi tal-ekosistema tar-riċerka u tal-innovazzjoni tal-Ewropa, inkluż imprendituri minn kumpaniji ta' kull daqs, ekonomisti, riċerkaturi u esperti akkademiċi dwar il-politika ta' innovazzjoni. Għandu jikkontribwixxi għal azzjonijiet ta' sensibilizzazzjoni, fejn il-membri tal-Bord tal-EIC jistinkaw biex itejbu l-prestiġju tal-isem EIC.

Il-membri tal-Bord tal-EIC għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, b'segwitu għal sejħa miftuħa għal nominazzjonijiet jew espressjonijiet ta' interess jew it-tnejn, skont liema l-Kummissjoni tqis l-iktar adattati, u b'konsiderazzjoni tal-ħtieġa ta' bilanċ fl-għarfien espert, is-sess, l-età u d-distribuzzjoni ġeografika.

Il-membri tal-Bord tal-EIC għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew espressjonijiet ta' interess, jew it-tnejn, skont liema l-Kummissjoni tqis l-iktar adattati, u b'konsiderazzjoni tal-ħtieġa ta' bilanċ fl-għarfien espert, is-sess, l-età u d-distribuzzjoni ġeografika.

Il-mandat tagħhom għandu jkun limitat għal sentejn, li jista' jiġġedded darbtejn, b'sistema ta' ħatriet suċċessivi (il-membri jinħatru kull sentejn).

Il-mandat tagħhom għandu jkun limitat għal tliet snin, li jista' jiġġedded darba, b'sistema ta' ħatriet suċċessivi (nofs il-membri jinbidlu kull sentejn).

4.  Il-Bord tal-EIC għandu jkollu President li għandu jinħatar mill-Kummissjoni b'segwitu għal proċess trasparenti ta' reklutaġġ. Il-President għandu jkun persuna pubblika ta' profil għoli marbuta mad-dinja tal-innovazzjoni.

4.  Il-Bord tal-EIC għandu jkollu President li għandu jinħatar mill-Kummissjoni b'segwitu għal proċess trasparenti ta' reklutaġġ. Il-President għandu jkun persuna ta' profil għoli b'għarfien espert ippruvat fir-riċerka u l-innovazzjoni.

Il-President għandu jinħatar għal mandat limitat għal erba' snin, li jista' jiġġedded darba.

Il-President għandu jinħatar għal mandat limitat għal tliet snin, li jista' jiġġedded darba.

Il-President għandu jippresjedi l-Bord tal-EIC, jipprepara l-laqgħat tiegħu, jassenja l-kompiti lill-membri, u jista' jistabbilixxi sottogruppi dedikati, b'mod partikolari biex jidentifikaw xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC. Huwa jew hija għandhom jippromwovu l-EIC, jaġixxu ta' interlokutur mal-Kummissjoni u jirrappreżentaw l-EIC fid-dinja tal-innovazzjoni. Il-Kummissjoni tista' tipprevedi għal appoġġ amministrattiv għall-President biex jaqdi/taqdi dmirijietu/ha.

Il-President għandu jippresjedi l-Bord tal-EIC, jipprepara l-laqgħat tiegħu, jassenja l-kompiti lill-membri, u jista' jistabbilixxi sottogruppi dedikati, b'mod partikolari biex jidentifikaw xejriet emerġenti tat-teknoloġija mill-portafoll tal-EIC. Huwa jew hija għandhom jippromwovu l-EIC, ir-rwol tiegħu fl-ilħuq tal-għanijiet tar-R&I tal-Programm u tal-Unjoni, jaġixxu ta' interlokutur mal-Kummissjoni u jirrappreżentaw l-EIC fid-dinja tar-riċerka u tal-innovazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprevedi appoġġ amministrattiv għall-President biex jaqdi/taqdi dmirijietu/ha.

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar tal-kunflitti ta' interess. Il-membri tal-Bord tal-EIC huma mistennija jaċċettaw il-kodiċi ta' kondotta mal-ħatra.

5.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kodiċi ta' kondotta li jindirizza, inter alia, l-evitar tal-kunflitti ta' interess. Il-membri tal-Bord tal-EIC jeħtiġilhom jaċċettaw il-kodiċi ta' kondotta mal-ħatra.

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

Programmi ta' ħidma

Ippjanar strateġiku u Programmi ta' ħidma

 

-1.  L-implimentazzjoni tal-programm speċifiku għandha tkun ibbażata fuq Pjanijiet Speċifiċi tar-R&I definiti kull sentejn, permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 6 tar-Regolament u wara proċess ta' ppjanar pluriennali trasparenti, inklużiv u strateġiku ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, b'mod partikolari għall-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea". Konsultazzjonijiet obbligatorji ta' diversi partijiet ikkonċernati mal-awtoritajiet nazzjonali, il-Parlament Ewropew, u r-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati tar-RŻI, inkluża s-soċjetà ċivili, dwar il-prijoritajiet u t-tipi xierqa ta' azzjoni u forom ta' implimentazzjoni, fosthom għal missjonijiet u sħubijiet Ewropej, għandhom jiżguraw il-perspettivi interdixxiplinari u transsettorjali meħtieġa u l-allinjament ma' inizjattivi rilevanti eżistenti oħrajn fil-livell tal-Unjoni u f'dak nazzjonali u reġjonali. Dan jikontribwixxi biex jinkiseb finanzjament privat u pubbliku addizzjonali u b'hekk għat-tisħiħ tal-ERA, kif deskritt fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Għandhom jitħejjew b'segwitu għal proċess tal-ippjanar strateġiku kif deskritt fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

1.  Wara l-pjan strateġiku tar-R&I, il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma separati, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skont il-komponenti li ġejjin, kif hemm stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni:

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma separati, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet skont il-komponenti li ġejjin, kif hemm stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' din id-Deċiżjoni:

(a)   l-ERC, fejn il-programm ta' ħidma għandu jiġi stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(2), b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(3). Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-programm ta' ħidma stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku biss meta tikkunsidra li mhux b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma permezz ta' att ta' implimentazzjoni b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4). Il-Kummissjoni għandha debitament timmotiva din il-miżura;

(a)  l-ERC, fejn il-programm ta' ħidma għandu jiġi stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku skont il-punt (b) tal-Artikolu 7(2), b'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 12(3). Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-programm ta' ħidma stabbilit permezz tal-Kunsill Xjentifiku biss meta tikkunsidra li mhux b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma permezz ta' att ta' implimentazzjoni b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4). Il-Kummissjoni għandha debitament timmotiva din il-miżura;

(b)  ir-raggruppamenti kollha skont il-Pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali", l-MSCA, l-Infrastrutturi tar-Riċerka, l-appoġġ għal ekosistemi tal-innovazzjoni, il-kondiviżjoni tal-eċċellenza u r-riforma u t-titjib tas-Sistema Ewropea tar-R&I, b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4);

(b)  ir-raggruppamenti kollha skont il-Pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea", l-MSCA, l-Infrastrutturi tar-Riċerka, l-appoġġ għal ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni, it-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni, ir-riforma u t-titjib tas-Sistema Ewropea tar-R&I, b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4);

(c)   l-EIC, fejn il-programm ta' ħidma għandu jitħejja b'segwitu għall-parir tal-Bord tal-EIC skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(1), b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4);

(c)  l-EIC, fejn il-programm ta' ħidma għandu jitħejja b'segwitu għall-parir tal-Bord tal-EIC skont il-punt (b) tal-Artikolu 10(1), b'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 12(4);

(d)   il-JRC, fejn il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jikkunsidra l-opinjoni mogħtija mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC imsemmija fid-Deċiżjoni 96/282/Euratom.

(d)  il-JRC, fejn il-programm ta' ħidma pluriennali għandu jikkunsidra l-opinjoni mogħtija mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC imsemmija fid-Deċiżjoni 96/282/Euratom.

3.   Flimkien mar-rekwiżit fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom, kif xieraq, ikun fihom:

3.  Flimkien mar-rekwiżit fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, il-programmi ta' ħidma msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom, kif xieraq, ikun fihom:

(a)  indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u missjoni u skeda taż-żmien indikattiva tal-implimentazzjoni;

(a)  indikazzjoni tal-ammont u tas-sehem baġitarju b'rabta mal-Programm allokati għal kull azzjoni, missjoni u Sħubija Ewropea u skeda taż-żmien indikattiva tal-implimentazzjoni;

(b)   għall-għotjiet il-prijoritajiet, l-għażla u l-kriterji tal-għotja u l-piż relattiv tal-kriterji tal-għotja differenti u r-rata massima ta' finanzjament tat-total l-kostijiet eliġibbli;

(b)  għall-għotjiet, il-prijoritajiet, l-għażla u l-kriterji tal-għotja u l-piż relattiv tal-kriterji tal-għotja differenti u r-rata massima ta' finanzjament tat-total l-kostijiet eliġibbli;

(c)   l-ammont allokat għall-finanzjament imħallat b'konformità mal-Artikoli 41 sa 43 tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP;

(c) l-ammont allokat għall-finanzjament imħallat b'konformità mal-Artikoli 41 sa 43 tar-Regolament ... Regolament PQ/RgħP;

(d)   kwalunkwe obbligu addizzjonali għall-benefiċjarji, b'konformità mal-Artikoli 35 u 37 tar-Regolament PQ/RgħP.

(d)  kwalunkwe obbligu addizzjonali għall-benefiċjarji, b'konformità mal-Artikoli 35 u 37 tar-Regolament PQ/RgħP.

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa

 

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt il-Pilastru II "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea" relatat mas-"Saħħa".

 

2. Il-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għandu jkun magħmul minn 15 sa 20 individwu ta' livell għoli magħżula minn fost id-dixxiplini u l-attivitajiet, fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni, is-saħħa pubblika u l-benesseri.

 

3. Il-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għandu jiffoka fuq il-prinċipji li ġejjin: il-koordinazzjoni u s-sinerġiji bejn l-UE u l-programmi nazzjonali tas-saħħa, kif ukoll bejn ir-raggruppament "Saħħa" u partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, inklużi l-missjonijiet u s-sħubijiet. Il-Bord se jippromwovi l-involviment tal-pazjenti u tas-soċjetà, filwaqt li jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. L-azzjonijiet għandhom jippromwovu riċerka dwar is-saħħa orjentata lejn il-valur u soluzzjonijiet aħjar tas-saħħa, u għandhom inaqqsu l-inugwaljanzi fis-saħħa.

 

4. Il-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għandu jikkontribwixxi għal:

 

(a) l-istrateġija għar-raggruppament "Saħħa";

 

(b) il-pjan ta' azzjoni għat-tmexxija tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-programmi tas-saħħa, pilastri relatati, bħall-EIC, l-ERC, kif ukoll fis-Sħubijiet Strateġiċi u l-fondi strutturali tal-UE. Il-pjan ta' azzjoni għandu jiżgura aktar viżibbiltà u koordinazzjoni tal-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti allokati għar-riċerka dwar is-saħħa, għandu jmexxi l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni, u għandu jiżviluppa l-programmi ta' ħidma u l-missjonijiet relatati mas-Saħħa,

 

(c) il-metodi u l-proċeduri għad-disinn, l-għażla u l-implimentazzjoni tal-missjonijiet tas-saħħa,

 

(d) previżjoni tal-parteċipazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini fi proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet minn isfel għal fuq,

 

(e) trawwim tas-sostenibbiltà fl-istrateġiji u l-mekkaniżmi ta' finanzjament li jippermettu proġetti fit-tul u missjonijiet ambizzjużi,

 

(f) żgurar ta' kollaborazzjonijiet transnazzjonali produttivi tar-riċerka li jimmassimizzaw il-potenzjal Ewropew u jsarrfu r-riżultati f'sistemi tas-saħħa,

 

(g) żieda fl-użu tar-riċerka multidixxiplinari bejn oqsma tal-mard fejn jeżistu affarijiet komuni u b'hekk jitnaqqsu d-duplikazzjoni u r-riċerka iżolata,

 

(h) żieda tal-viżibbiltà ta' Orizzont Ewropa u l-benefiċċji tagħha għaċ-ċittadini tal-UE, indirizzar tal-frammentazzjoni tar-responsabbiltajiet għax-xjenza u r-riċerka fil-korpi ta' tmexxija tal-UE, simplifikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' finanzjament eżistenti.

 

5. Il-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għandu jipprovdi strateġija komprensiva ta' riċerka u tmexxija fl-iżvilupp tal-programmi ta' ħidma u l-missjonijiet relatati mas-Saħħa, flimkien mal-bord ta' missjoni dedikat.

 

6. Il-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għandu jkun grupp indipendenti ta' partijiet ikkonċernati mmexxija mix-xjenza, magħmul minn parteċipanti fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni bijomediċi, setturi rilevanti oħrajn tar-riċerka u l-industrija u bil-parteċipazzjoni qawwija tar-rappreżentanti tal-pazjenti u taċ-ċittadini.

 

7. Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għandhom jinħatru mill-Kummissjoni, wara sejħa miftuħa għal nomini jew għal espressjonijiet ta' interess, jew it-tnejn, kif xieraq, u b'konsiderazzjoni tal-ħtieġa ta' bilanċ fl-għarfien espert, is-sess, l-età u d-distribuzzjoni ġeografika. Il-mandat tagħhom għandu jkun limitat għal sentejn, li jista' jiġġedded darbtejn, b'sistema ta' ħatriet suċċessivi (il-membri jinħatru kull sentejn).

 

8. Il-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa għandu jkollu President li għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara proċess ta' reklutaġġ trasparenti. Il-President għandu jkun persuna pubblika ta' profil għoli marbuta mal-qasam tar-riċerka dwar is-saħħa.

 

9. L-attivitajiet u r-riżultati tal-Bord għandhom jiġu eżaminati u rrapportati fl-evalwazzjoni interim tal-Programm, fejn għandhom jiġu identifikati miżuri biex il-grupp jiġġedded, jiġi adattat jew jingħalaq, skont l-eżami.

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Attivitajiet tal-programm

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ATTIVITAJIET TAL-PROGRAMM

ATTIVITAJIET TAL-PROGRAMM

Li ġejjin se jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Li ġejjin se jiġu applikati fl-implimentazzjoni tal-Programm.

Ippjanar Strateġiku

Ippjanar Strateġiku

L-implimentazzjoni tal-għanijiet fil-livell tal-programm ta' Orizzont Ewropa f'mod integrat se tkun żgurata permezz tal-Ippjanar Strateġiku pluriennali. Tali ppjanar se jipprovdi l-fokus fuq l-impatt għall-Programm kumplessiv u koerenza bejn il-pilastri differenti tiegħu, kif ukoll sinerġija ma' programmi tal-UE oħrajn u appoġġ għal u minn politiki tal-UE oħrajn.

L-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa għandha tkun immexxija minn proċess tal-ippjanar strateġiku inklużiv u trasparenti tal-attivitajiet tar-riċerka u tal-innovazzjoni ffinanzjati mill-Programm. Il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku għandu jwassal għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-programm ta' Orizzont Ewropa billi jiddefinixxi l-prijoritajiet ta' finanzjament. Dan se jipprovdi l-fokus fuq l-impatt għall-Programm u koerenza bejn il-pilastri differenti tiegħu, kif ukoll sinerġija ma' programmi tal-UE oħrajn u appoġġ għal u minn politiki tal-UE oħrajn.

 

Il-proċess tal-ippjanar strateġiku u l-adozzjoni tal-pjan strateġiku tar-R&I permezz ta' att delegat iżidu s-sjieda u l-fehim għall-fini tal-Programm minn pubbliku usa' u jippermettu lill-koleġiżlaturi, lill-partijiet ikkonċernati u lill-Istati Membri jkunu infurmati bis-sħiħ dwar l-inizjattivi maħsuba. Il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku se jgħin biex tiġi żviluppata u implimentata politika għall-oqsma rilevanti koperti fil-livell tal-UE filwaqt li jikkomplementa politiki fl-Istati Membri, u filwaqt li jiżgura li l-miri politiċi Ewropej ewlenin koordinazzjoni aħjar mal-prijoritajiet tal-UE. Dan se jippermetti simplifikazzjoni tax-xenarju tal-finanzjament, jevita d-duplikazzjoni u t-trikkib bejn il-possibbiltajiet ta' finanzjament filwaqt li jinkiseb finanzjament privat u pubbliku addizzjonali u jippromwovi disseminazzjoni u adozzjoni aktar malajr tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni.

 

Approċċ sistemiku, transdixxiplinari, transsettorjali u transpolitiku għar-riċerka u l-innovazzjoni jiżgura li l-isfidi soċjetali u ekonomiċi jkunu jistgħu jiġu indirizzati, li jiġi ġġenerat għarfien ġdid u, meta jkun possibbli, jinħolqu negozji u industriji kompetittivi u sostenibbli ġodda, innovazzjoni soċjali u teknoloġika, filwaqt li titrawwem il-kompetizzjoni, jiġu stimulati l-investimenti privati u jitħarsu l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

L-Ippjanar Strateġiku se jippromwovi involviment b'saħħtu maċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-koħolqien tal-għarfien, il-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi f'kontenut tar-riċerka u l-innovazzjoni, u se jiżgura u jippromwovi l-konformità mal-ogħla standards tal-etika u l-integrità.

Il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku se jippromwovi involviment b'saħħtu maċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-koħolqien tal-għarfien, il-promozzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluż l-integrazzjoni tad-dimensjoni tas-sessi fir-riċerka u l-innovazzjoni, u se jippromwovi l-konformità mal-ogħla standards tal-etika u l-integrità.

Se jinkludi konsultazzjonijiet u skambji estensivi mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew kif xieraq, u ma' diversi partijiet ikkonċernati dwar il-prijoritajiet, inkluż il-missjonijiet, skont il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali", u t-tipi adattati ta' azzjoni fl-użu, b'mod partikolari sħubiji Ewropej.

Sabiex twieġeb għal dawk l-għanijiet, il-Kummissjoni se tvara fażi ta' konsultazzjoni miftuħa mal-Istati Membri, il-Parlament Ewropew, u diversi partijiet ikkonċernati, inklużi l-komunità xjentifika, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u t-teknoloġija, l-industrija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fost oħrajn. Il-konsultazzjoni se tkopri l-prijoritajiet strateġiċi tal-Programm, inkluż il-missjonijiet, skont il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea", u t-tipi adatti ta' strumenti, b'mod partikolari s-sħubijiet Ewropej. Ir-riżultati tal-konsultazzjoni se jiġu ppubblikati f'paġna web dedikata, li għandha tipprovdi wkoll id-dettalji dwar il-kontenut u l-proċess li jiddefinixxi l-Ippjanar Strateġiku.

 

Fir-rigward tas-sħubijiet Ewropej, il-Pjan Strateġiku tar-R&I se jispjega u jiġġustifika l-ħolqien, it-twaħħid u t-tneħħija gradwali tas-sħubijiet Ewropej. L-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti u s-Sħubijiet Pubbliċi Privati Kuntrattwali li ġew rieżaminati b'mod pożittiv għandhom jiġu kkunsidrati għat-tkomplija wara l-2020 minħabba l-valur miżjud tagħhom fit-twettiq tal-impatt soċjali u ekonomiku kif ukoll fil-kisba ta' investiment privat, u l-kontribut tagħhom għas-sinerġiji tal-fondi.

 

KICs attwali u potenzjali ġodda se jiġu definiti fil-proposta leġiżlattiva għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenda Strateġika tal-Innovazzjoni tal-EIT b'konformità mal-Pjan Strateġiku tar-R&I. Madankollu, il-ħolqien ta' kwalunkwe KIC ġdida għandu jkun soġġett għal finanzjament adegwat, li jippermetti lill-KICs eżistenti li jiżviluppaw l-ekosistemi, jibnu sħubijiet u jilħqu u jimplimentaw b'mod effiċjenti l-għanijiet ambizzjużi tagħhom.

 

Il-Flagships tal-FET appoġġati taħt Orizzont 2020 se jkomplu jiġu appoġġati taħt il-Programm. Minħabba li jippreżentaw analoġiji sostanzjali mal-missjonijiet, flagships tal-FET oħrajn jistgħu jiġu appoġġati taħt dan il-Programm Qafas bħala missjonijiet immirati lejn teknoloġiji futuri u emerġenti. Il-missjonijiet għandhom isaħħu l-aspetti kollaborattivi tal-Programm u jikkomplementaw is-sħubijiet Ewropej eżistenti, li jistgħu jaħdmu bħala pilastri ta' implimentazzjoni ta' appoġġ tal-missjonijiet. Il-missjonijiet se jkollhom elementi teknoloġiċi u soċjetali u se jiġu definiti wkoll b'kooperazzjoni mill-qrib mad-DĠs rilevanti kollha. Il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku se jiddefinixxi l-missjonijiet skont l-Artikolu 7 tar-Regolament u l-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni.

Abbażi ta' tali konsultazzjonijiet estensivi, l-Ippjanar Strateġiku se jidentifika l-għanijiet komuni u l-oqsma komuni għal attivitajiet bħall-oqsma ta' sħubija (il-bażi ġuridika proposta tistabbilixxi biss l-istrumenti u l-kriterji li se jiggwidaw l-użu tagħhom) u l-oqsma ta' missjoni.

 

L-Ippjanar Strateġiku se jgħinu fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta' politika għall-oqsma rilevanti koperti, fil-livell tal-UE, kif ukoll jikkumplimenta l-politika u l-approċċi ta' politika fl-Istati Membri. Il-prijoritajiet ta' politika tal-UE se jiġu kkunsidrati matul il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku sabiex tiżdied il-kontribuzzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni għar-realizzazzjoni tal-politika. Se tikkunsidra wkoll l-attivitajiet, l-istudji u evidenza xjentifika oħra ta' prospettiva u tikkunsidra inizjattivi rilevanti eżistenti fil-livell tal-UE u nazzjonali.

 

L-Ippjanar Strateġiku se jippromwovi sinerġiji bejn Orizzont Ewropa u Programmi tal-Unjoni oħrajn, inkluż il-programm Euratom, biex b'hekk isir punt ta' referenza għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-programmi relatati kollha fil-baġit tal-UE u fl-istrumenti mhux ta' finanzjament. Dan se jippromwovi wkoll iktar malajr id-disseminazzjoni u l-użu tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni u jevita d-duplikazzjoni u t-trikkib bejn il-possibbiltajiet ta' finanzjament. Se jipprovdi l-qafas biex jorbot flimkien l-azzjonijiet diretti tar-riċerka taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u azzjonijiet oħrajn appoġġati skont il-Programm, inkluż l-użu ta' riżultati għall-appoġġ ta' politika.

Il-proċess tal-Ippjanar Strateġiku se jidentifika r-rabtiet eżistenti bejn Orizzont Ewropa u Programmi tal-Unjoni oħrajn, u joffri possibbiltajiet għal sinerġiji bejn il-fondi tal-UE u dawk reġjonali u nazzjonali. Orizzont Ewropa se jsir punt ta' referenza għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-programmi relatati kollha fil-baġit tal-UE sabiex jgħin biex jintlaħqu l-prijoritajiet u l-għanijiet politiċi tal-UE. Se jipprovdi wkoll il-qafas biex jorbot flimkien l-azzjonijiet diretti tar-riċerka taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u azzjonijiet oħrajn appoġġati skont il-Programm, inkluż l-użu ta' riżultati b'appoġġ għall-politika.

Pjan Strateġiku se jistabbilixxi strateġija pluriennali għall-ħolqien tal-kontenut fil-programm ta' ħidma (kif stabbilit fl-Artikolu 11), filwaqt li jżomm biżżejjed flessibbiltà biex iwieġeb malajr għal opportunijiet u kriżijiet mhux mistennija. Peress li Orizzont Ewropa huwa programm ta' 7 snin, il-kuntest ekonomiku, tas-soċjetà u dak politiku li fih se jaħdem jista' jinbidel b'mod sinifikanti matul il-ħajja tiegħu. Orizzont Ewropa irid ikun kapaċi jadatta malajr għal dawn il-bidliet. Għalhekk se jkun hemm il-possibbiltà li jiġi inkluż l-appoġġ għal attivitajiet lil hinn mid-deskrizzjonijiet stabbiliti hawn taħt, fejn dan ikun debitament ġustifikat, sabiex jiġu indirizzati żviluppi jew avvenimenti mhux previsti maġġuri, ħtiġijiet ta' politika, jew sitwazzjonijiet ta' kriżi, pereżempju b'rispons għal theddid serju għas-saħħa li jirriżulta minn epidemiji.

 

Fl-implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, se tingħata attenzjoni partikolari biex ikun żgurat approċċ bilanċjat u mifrux lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, li mhuwiex biss limitat għall-iżvilupp ta' prodotti, proċessi u servizzi ġodda abbażi ta' għarfien xjentifiku u teknoloġiku u innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, iżda li jinkorpora wkoll l-użu ta' teknoloġiji eżistenti f'applikazzjonijiet ġodda u t-titjib kontinwu u l-innovazzjoni mhux teknoloġika u soċjali. Approċċ sistemiku, transdixxiplinarju, transsettorjali u transpolitiku lejn l-innovazzjoni tar-riċerka se jiżgura li l-isfidi jkunu jistgħu jiġu indirizzati filwaqt li jinħolqu negozji u industriji kompetittivi ġodda, li jrawmu l-kompetizzjoni, jistimulaw l-investimenti privati u jippriżervaw il-kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern.

 

Fil-Pilastri "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali" u "Innovazzjoni Miftuħa", ir-riċerka u l-innovazzjoni se jiġu kumplimentati b'attivitajiet li joperaw qrib l-utenti aħħarin u s-suq, bħad-dimostrazzjoni, il-proġetti pilota jew il-prova tal-kunċett, bl-esklużjoni madankollu ta' attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni li jmorru lil hinn mill-fażi tar-riċerka u l-innovazzjoni. Dan jinkludi wkoll appoġġ għall-approċċi min-naħa tad-domanda sabiex jgħinu jaċċelleraw il-varar u d-diffużjoni ta' firxa wiesgħa ta' innovazzjonijiet. L-enfasi se titpoġġa fuq sejħiet għal proposti mhux preskrittivi.

 

Skont il-pilastru "Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali", permezz tal-bini fuq l-esperjenza f'Orizzont 2020, ix-xjenzi soċjali u l-umanitajiet se jiġu kompletament integrati fir-raggruppamenti kollha, inkluż attivitajiet speċifiċi u dedikati. Bl-istess mod, l-attivitajiet li jinvolvu r-riċerka u l-innovazzjoni tal-baħar u marittima se jkunu implimentati b'mod strateġiku u integrat b'konformità mal-Politika Marittima Integrata tal-UE, il-Politiki Komuni tas-Sajd u l-impenji internazzjonali.

 

Il-"Flagships FET" appoġġati minn Orizzont 2020 se jkomplu jiġu appoġġati skont dan il-Programm. Minħabba l-fatt li jippreżentaw analoġiji sostanzjali ma' missjonijiet, il-"flagships FET" l-oħrajn, jekk ikun hemm, se jiġu appoġġati skont dan il-Programm Qafas bħala missjonijiet immirati lejn teknoloġiji futuri u emerġenti.

 

Id-djalogi dwar il-Kooperazzjoni fix-Xjenza u t-Teknoloġija mas-sħab internazzjonali tal-UE u d-djalogi ta' politika mar-reġjuni prinċipali tad-dinja se jagħmlu kontribuzzjonijiet importanti għall-identifikazzjoni sistematika ta' opportunitajiet għall-kooperazzjoni li, meta jiġu kkumbinati bid-differenzazzjoni skont il-pajjiż/ir-reġjun, se jappoġġjaw l-istabbiliment tal-prijoritajiet.

 

Filwaqt li l-fokus tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) fuq l-ekosistemi tal-innovazzjoni jagħmlu joqgħod perfett fil-pilastru tal-Innovazzjoni Miftuħa ta' Orizzont Ewropa, l-ippjanar tal-Komunità ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) se jkun allinjat permezz tal-ipproċessar tal-Ippjanar Strateġiku mal-pilastru tal-Isfidi Globali u l-Kompetittività Industrijali.

 

 

Rotta Rapida lejn ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

 

Orizzont Ewropa se jipprovdi l-possibbiltà li l-benefiċjarji japplikaw għall-finanzjament b'mod aktar mgħaġġel, meta dan ikun previst fil-Programmi ta' Ħidma tar-raggruppamenti kollha, l-EIC u "t-tixrid tal-eċċellenza", li jkopru l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni. Abbażi tas-suċċess tal-istrument eżistenti Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni f'Orizzont 2020, dan l-approċċ se jkollu loġika mmexxija minn isfel għal fuq abbażi ta' sejħiet kontinwament miftuħin u "żmien għall-għotja" li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Fil-parti "tixrid tal-eċċellenza", dan l-approċċ se jappoġġa lill-pajjiżi anqas żviluppati biex jaċċessaw il-fondi b'mod aktar rapidu u b'mod minn isfel għal fuq. Din il-modalità se tiġi applikata għal mill-inqas 15 % tal-baġit tal-Programm.

Disseminazzjoni u Komunikazzjoni

Disseminazzjoni u Komunikazzjoni

Orizzont Ewropa se jipprovdi appoġġ dedikat għall-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, għar-repożitorji tal-għarfien u sorsi ta' data oħrajn. L-azzjonijiet ta' disseminazzjoni u ta' diffużjoni tal-għarfien se jiġu appoġġati, anke permezz ta' kooperazzjoni ma' programmi oħrajn tal-UE, inkluż raggruppamenti u imballaġġ tar-riżulati u d-data f'lingwi u formats għal udjenzi fil-mira u networks għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-akkademja, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u dawk li jfasslu l-politika. Għal dan il-fini, Orizzont Ewropa jista' juża teknoloġiji avvanzati u għodda tal-intelliġenza.

Orizzont Ewropa se jipprovdi appoġġ dedikat għall-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, għar-repożitorji tal-għarfien u sorsi ta' data oħrajn. L-azzjonijiet ta' disseminazzjoni u ta' diffużjoni tal-għarfien se jiġu appoġġati, anke permezz ta' kooperazzjoni ma' programmi oħrajn tal-UE, inkluż raggruppamenti u imballaġġ tar-riżultati u d-data f'lingwi u formats għal udjenzi fil-mira u networks għaċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-komunità xjentifika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u dawk li jfasslu l-politika. Għal dan il-fini, Orizzont Ewropa jista' juża teknoloġiji avvanzati u għodda tal-intelliġenza.

Se jkun hemm appoġġ xieraq għall-mekkaniżmi biex jikkomunikaw il-progamm lill-applikanti potenzjali (eż. Punti ta' Kuntatt Nazzjonali).

Se jkun hemm appoġġ xieraq għall-mekkaniżmi biex jikkomunikaw il-programm lill-applikanti potenzjali (eż. Punti ta' Kuntatt Nazzjonali).

Il-Kummissjoni se timplimenta wkoll attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni marbutin ma' Orizzont Ewropa, sabiex tippromwovi l-fatt li r-riżultati nkisbu bl-appoġġ ta' finanzjament tal-UE. Dawn se jaħdmu wkoll biex irawmu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-impatt u r-rilevanza usa' tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati mill-UE, permezz ta' pereżempju, pubblikazzjonijiet, relazzjonijiet mal-midja, avvenimenti, repożitorji tal-għarfien, bażijiet ta' data, pjattaformi multikanali, siti web jew użu mmirat tal-midja soċjali. Orizzont Ewropa se jipprovdi wkoll appoġġ lill-benefiċjarji biex jikkomunikaw il-ħidma tagħhom u l-impatt tagħha fuq is-soċjetà inġenerali.

Il-Kummissjoni se timplimenta wkoll attivitajiet ta' komunikazzjoni u informazzjoni marbutin ma' Orizzont Ewropa, sabiex tippromwovi l-fatt li r-riżultati nkisbu bl-appoġġ ta' finanzjament tal-UE. Dawn se jaħdmu wkoll biex irawmu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-importanza tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-impatt u r-rilevanza usa' tar-riċerka u l-innovazzjoni ffinanzjati mill-UE, permezz ta' pereżempju, pubblikazzjonijiet, relazzjonijiet mal-midja, avvenimenti, repożitorji tal-għarfien, bażijiet ta' data, pjattaformi multikanali, siti web jew użu mmirat tal-midja soċjali. Orizzont Ewropa se jipprovdi wkoll appoġġ lill-benefiċjarji biex jikkomunikaw il-ħidma tagħhom u l-impatt tagħha fuq is-soċjetà inġenerali.

Sfruttament u Tqegħid fis-Suq

Sfruttament u Tqegħid fis-Suq

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi miżuri komprensivi għall-isfruttament tar-riżultati ta' Orizzont Ewropa u l-għarfien li jirriżulta. Dan se jaċċellera l-isfruttament immirat lejn it-tqegħid fis-suq u jagħti spinta lill-impatt tal-Programm.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi miżuri komprensivi għall-isfruttament tar-riżultati ta' Orizzont Ewropa u l-għarfien li jirriżulta, li se jinkludu wkoll il-promozzjoni tal-istandardizzazzjoni. Dan se jaċċellera l-isfruttament immirat lejn it-tqegħid fis-suq u jagħti spinta lill-impatt tal-Programm.

Il-Kummissjoni, b'mod sistematiku, se tidentifika u tirreġistra r-riżultati tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jsiru skont il-Programm u tittrasferixxi jew tiddissemina dawn ir-riżultati u l-għarfien prodotti b'mod mhux diskriminatorju lill-industrija u l-intrapriżi ta' kull daqs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, l-akkademija, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u dawk li jfasslu l-politika, sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud Ewropew tal-Programm.

Il-Kummissjoni, b'mod sistematiku, se tidentifika u tirreġistra r-riżultati tal-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni li jsiru skont il-Programm u tittrasferixxi jew tiddissemina dawn ir-riżultati u l-għarfien prodotti b'mod mhux diskriminatorju lill-industrija u l-intrapriżi ta' kull daqs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-komunità xjentifika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u dawk li jfasslu l-politika, sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud Ewropew tal-Programm. Se tiġi implimentata proċedura ta' monitoraġġ speċifika għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni l-ġdid.

Kooperazzjoni Internazzjonali

Kooperazzjoni Internazzjonali

Se jinkiseb impatt akbar permezz tal-allinjament tal-azzjonijiet ma' nazzjonijiet u reġjuni oħrajn tad-dinja fi ħdan sforz ta' kooperazzjoni internazzjonali fuq livell bla preċedent. Abbażi ta' benefiċċju reċiproku, is-sħab minn madwar id-dinja se jiġu mistiedna jissieħbu mal-isforzi tal-UE bħala parti integrali tal-inizjattivi sabiex tiġi appoġġata l-azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà, l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni rinfurzata, u l-kompetittività.

Se jinkiseb impatt akbar permezz tal-allinjament tal-azzjonijiet ma' nazzjonijiet u reġjuni oħrajn tad-dinja fi ħdan sforz ta' kooperazzjoni internazzjonali fuq livell bla preċedent. Abbażi ta' benefiċċju reċiproku, is-sħab minn madwar id-dinja, inklużi l-komunità xjentifika, l-industrija, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-gvernijiet u l-NGOs se jiġu mistiedna jissieħbu mal-isforzi tal-UE bħala parti integrali tal-inizjattivi sabiex tiġi appoġġata l-azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà, l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni rinfurzata, u l-kompetittività. It-trasferiment tal-għarfien, il-kondiviżjoni tal-kapaċità u tal-infrastruttura bejn is-sħab internazzjonali se jmexxi approċċi kondiviżi u regolamentazzjoni li se jġibu magħhom kummerċ sinerġistiku għall-partijiet kollha.

Azzjoni konġunta internazzjonali se tiżgura indirizzar effettiv ta' sfidi globali tas-soċjetà u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, l-aċċess għall-aqwa talenti tad-dinja, l-għarfien espert u r-riżorsi, u provvista u domanda mtejbin tas-soluzzjonijiet innovattivi.

Azzjoni konġunta internazzjonali se tiżgura indirizzar effettiv ta' sfidi globali tas-soċjetà u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, l-aċċess għall-aqwa talenti tad-dinja, l-għarfien espert u r-riżorsi, u provvista u domanda mtejbin tas-soluzzjonijiet innovattivi. Il-kollaborazzjoni internazzjonali se tiġi mfassla fuq għanijiet komuni. Dan se jiffaċilita l-involviment tar-riċerkaturi Ewropej mal-aqwa riċerkaturi fl-oqsma tagħhom.

Metodoloġiji ta' Ħidma għall-Evalwazzjoni

Metodoloġiji ta' Ħidma għall-Evalwazzjoni

L-użu ta' għarfien espert indipendenti ta' kwalità għolja fil-proċess ta' evalwazzjoni huwa l-bażi tal-involviment tal-programm fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati, il-komunitajiet u l-interessi kollha, u huwa prerekwiżit sabiex jinżammu l-eċċellenza u r-rilevanza tal-attivitajiet iffinanzjati.

L-użu ta' għarfien espert indipendenti ta' kwalità għolja fil-proċess ta' evalwazzjoni huwa l-bażi tal-involviment tal-programm fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati, il-komunitajiet u l-interessi kollha, u huwa prerekwiżit sabiex jinżammu l-eċċellenza u r-rilevanza tal-attivitajiet iffinanzjati.

Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament se jiżguraw li l-proċess ikun imparzjali, u jevitaw kunflitti ta' interess b'konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament se jiżguraw li l-proċess ikun imparzjali, u jevitaw kunflitti ta' interess b'konformità mal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju.

B'mod eċċezzjonali, meta jkun ġustifikat mir-rekwiżit li jinħatru l-aqwa esperti disponibbli u/jew mid-daqs limitat tal-grupp ta' esperti kwalifikati, l-esperti indipendenti li jassistu jew li huma membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni jistgħu jevalwaw proposti speċifiċi li fihom jiddikjaraw interess potenzjali. F'dan il-każ, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji sabiex jiżguraw l-integrità tal-proċess ta' evalwazzjoni. Il-proċess ta' evalwazzjoni se jkun ġestit fid-dawl ta' dan, inkluż permezz ta' stadju li jinvolvi interazzjoni bejn esperti differenti. Il-kumitat ta' evalwazzjoni se jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari meta jkun qed jidentifika l-proposti għall-finanzjament.

Meta jkun ġustifikat mir-rekwiżit li jinħatru l-aqwa esperti disponibbli u/jew mid-daqs limitat tal-grupp ta' esperti kwalifikati, l-esperti indipendenti li jassistu jew li huma membri tal-kumitat ta' evalwazzjoni jistgħu jevalwaw proposti speċifiċi li fihom jiddikjaraw interess potenzjali. F'dan il-każ, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji sabiex jiżguraw l-integrità tal-proċess ta' evalwazzjoni, anke fir-rigward tal-kunflitti ta' interess. Il-proċess ta' evalwazzjoni se jkun ġestit fid-dawl ta' dan, inkluż permezz ta' stadju li jinvolvi interazzjoni bejn esperti differenti. L-użu ta' dan il-proċess se jiġi rrapportat fir-rapport ta' monitoraġġ annwali tal-Programm. Il-kumitat ta' evalwazzjoni se jikkunsidra ċ-ċirkostanzi partikolari meta jkun qed jidentifika l-proposti għall-finanzjament.

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

I  XJENZA MIFTUĦA

I  XJENZA EĊĊELLENTI U MIFTUĦA

It-tfittxija għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-fehim u l-akkwist tal-għarfien; il-faċilitajiet ta' kwalità għolja ħafna meħtieġa sabiex jinkiseb dan, inkluż infrastrutturi fiżiċi u ta' għarfien għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll il-mezzi sabiex l-għarfien jiġi disseminat u kondiviż b'mod miftuħ; u provvista tajba ta' riċerkaturi eċċellenti; huma fil-qalba tal-progress ekonomiku, soċjali u kulturali fl-għamliet kollha tiegħu.

It-tfittxija għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fil-fehim u l-akkwist tal-għarfien; il-faċilitajiet ta' kwalità għolja ħafna meħtieġa sabiex jinkiseb dan, inkluż infrastrutturi fiżiċi u elettroniċi għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll il-mezzi sabiex l-għarfien jiġi disseminat u kondiviż b'mod miftuħ; u provvista tajba ta' riċerkaturi u innovaturi eċċellenti; huma fil-qalba tal-progress ekonomiku, soċjali u kulturali fl-għamliet kollha tiegħu.

Ix-xjenza miftuħa u eċċellenti hija marbuta mill-qrib ħafna mal-kisba ta' innovazzjoni fuq livell dinji. Il-bidliet paradigmi xjentifiċi u teknoloġiċi ġew identifikati bħala xprunaturi ewlenin għaż-żieda fil-produttività, il-kompetittività, il-ġid, l-iżvilupp sostenibbli u l-progress soċjali. Tali bidliet paradigmi storikament kellhom it-tendenza li joriġinaw mill-bażi tax-xjenza tas-settur pubbliku qabel ma pproċedew biex jibnu l-pedamenti għal industriji u setturi kompletament ġodda.

Ix-xjenza miftuħa u eċċellenti hija marbuta mill-qrib ħafna mal-kisba ta' innovazzjoni fuq livell dinji. Il-bidliet paradigmi xjentifiċi u teknoloġiċi ġew identifikati bħala xprunaturi ewlenin għall-produttività, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv u l-iżvilupp, il-kompetittività, il-ġid u l-progress soċjali. Tali bidliet paradigmi storikament kellhom it-tendenza li joriġinaw mill-bażi tax-xjenza tas-settur pubbliku qabel ma pproċedew biex jibnu l-pedamenti għal industriji u setturi kompletament ġodda.

L-investiment pubbliku fir-riċerka, speċjalment permezz tal-universitajiet u istituzzjonijiet tar-riċerka pubblika (PRIs) u faċilitajiet tar-riċerka, ħafna drabi jiffoka fuq riċerka għal perjodu ta' żmien itwal u b'riskju ogħla u jikkumplimenta l-attivitajiet tas-settur privat. Minbarra dan, l-investiment joħloq ħiliet, għarfien u esperjenza, strumenti u metodoloġiji xjentifiċi ġodda, kif ukoll joħloq in-networks li jittrażmettu l-aktar għarfien reċenti.

L-investiment pubbliku fir-riċerka, speċjalment permezz tal-universitajiet u istituzzjonijiet tar-riċerka pubblika (PRIs) u faċilitajiet tar-riċerka, ħafna drabi jiffoka fuq riċerka għal perjodu ta' żmien itwal u b'riskju ogħla u jikkumplimenta l-attivitajiet tas-settur privat. Minbarra dan, l-investiment joħloq riżorsi umani b'livell għoli ta' ħiliet, għarfien u esperjenza, strumenti u metodoloġiji xjentifiċi ġodda, kif ukoll joħloq in-networks li jittrażmettu l-aktar għarfien reċenti.

Ix-xjenza u r-riċerkaturi Ewropej huma, u jkomplu jkunu, fuq quddiem nett f'ħafna oqsma. Iżda din mhijiex pożizzjoni li nistgħu nassumu li dejjem se tibqa' l-istess. Hemm biżżejjed evidenza li turi li hekk kif ir-riċerka tkompli tikber, qed ikompli jikber ukoll l-għadd ta' pajjiżi li jikkompetu sabiex ikunu l-aqwa. L-isfida tradizzjonali minn pajjiżi bħall-Istati Uniti issa qed tingħaqad ma' ġganti ekonomiċi bħaċ-Ċina u l-Indja, b'mod partikolari minn partijiet tad-dinja li reċentement qed jiġu industrijalizzati, u mill-pajjiżi kollha fejn il-gvernijiet jirrikonoxxu l-benefiċċji multipli u abbundanti li jirriżultaw mill-investiment fir-riċerka.

Ix-xjenza u r-riċerkaturi Ewropej huma, u jkomplu jkunu, fuq quddiem nett f'ħafna oqsma. Iżda din mhijiex pożizzjoni li nistgħu nassumu li dejjem se tibqa' l-istess. Hemm biżżejjed evidenza li turi li hekk kif ir-riċerka tkompli tikber, qed ikompli jikber ukoll l-għadd ta' pajjiżi li jikkompetu sabiex ikunu l-aqwa. L-isfida tradizzjonali minn pajjiżi bħall-Istati Uniti issa qed tingħaqad ma' ġganti ekonomiċi bħaċ-Ċina u l-Indja, b'mod partikolari minn partijiet tad-dinja li reċentement qed jiġu industrijalizzati, u mill-pajjiżi kollha fejn il-gvernijiet jirrikonoxxu l-benefiċċji multipli u abbundanti li jirriżultaw mill-investiment fir-riċerka.

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 1 – punt 1.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1.   Raġunament

1.1.   Raġunament

Għalkemm l-UE tibqa' tipproduċi l-akbar ammont ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi fid-dinja, hija essenzjalment "produttur tal-massa" ta' għarfien li, relattiv għad-daqs tiegħu, ftit hemm ċentri ta' eċċellenza li jispikkaw fuq livell dinji u b'oqsma kbar fejn il-prestazzjoni hija medja u dgħajfa. Meta mqabbla mal-Istati Uniti u issa anki maċ-Ċina, sa ċertu punt, l-UE għandha t-tendenza li ssegwi "mudell ta' eċċellenza distribwita" li fih ir-riżorsi huma mifruxin fost għadd akbar ta' riċerkaturi u istituzzjonijiet tar-riċerka. Sfida oħra hija li f'ħafna mill-pajjiżi tal-UE, is-settur pubbliku għadu mhux qed joffri kundizzjonijiet attraenti biżżejjed għall-aqwa riċerkaturi. Dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta' attraenza relattiva tal-Ewropa fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku.

L-UE għadha tipproduċi l-akbar ammont ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi fid-dinja. Meta mqabbla mal-Istati Uniti u issa anki maċ-Ċina, sa ċertu punt, l-UE ssegwi "mudell ta' eċċellenza distribwita" li fih ir-riżorsi huma mifruxin fost għadd akbar ta' riċerkaturi u istituzzjonijiet tar-riċerka. Sfida oħra hija li f'ħafna mill-pajjiżi tal-UE, l-investiment tas-settur pubbliku fir-riċerka hija taħt kwalunkwe valur limitu aċċettabbli u għalhekk mhux qed joffri kundizzjonijiet attraenti biżżejjed għall-aqwa riċerkaturi. Dawn il-fatturi jaggravaw in-nuqqas ta' attraenza relattiva tal-Ewropa fil-kompetizzjoni globali għat-talent xjentifiku.

Ix-xenarju tar-riċerka globali qed jevolvi b'mod drammatiku u qed isir dejjem aktar multipolari b'riżultat ta' għadd ta' pajjiżi emerġenti li qed jiżdied, b'mod partikolari ċ-Ċina, li qed jespandu l-produzzjoni xjentifika tagħhom. Għalhekk, filwaqt li kważi żewġ terzi tan-nefqa dinjija fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fis-sena 2000 tista' tiġi attribwita lill-UE u l-Istati Uniti, dan is-sehem niżel għal anqas min-nofs sal-2013.

Ix-xenarju tar-riċerka globali qed jevolvi b'mod drammatiku u qed isir dejjem aktar multipolari b'riżultat ta' għadd ta' pajjiżi emerġenti li qed jiżdied, b'mod partikolari ċ-Ċina, li qed jespandu l-produzzjoni xjentifika tagħhom. Għalhekk, filwaqt li kważi żewġ terzi tan-nefqa dinjija fuq ir-riċerka u l-iżvilupp fis-sena 2000 tista' tiġi attribwita lill-UE u l-Istati Uniti, dan is-sehem niżel għal anqas min-nofs sal-2013. Barra minn hekk, it-Tabella ta' Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea tal-2018 ikkonfermat li n-nefqa pubblika u privata fir-riċerka u l-iżvilupp madwar l-UE għadha taħt il-livelli tal-2010 u tonqos milli tilħaq l-għan għal żmien twil li 3 % tal-PDG jkun allokat għall-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp.

L-ERC jappoġġa lill-aqwa riċerkaturi b'finanzjament flessibbli mogħti fuq perjodu twil ta' żmien sabiex iwettqu riċerka rivoluzzjonarja b'kisbiet kbar/riskju għoli. Huwa mmexxi b'mod awtonomu minn Kunsill Xjentifiku indipendenti magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-ogħla reputazzjoni u l-għarfien espert u d-diversità xierqa. L-ERC jista' jagħmel użu minn ġabra usa' ta' talenti u ideat disponibbli milli huwa possibbli għal kwalunkwe skema nazzjonali, filwaqt li jirrinforza l-eċċellenza bil-mod ta' kif l-aqwa riċerkaturi u l-aqwa ideat jikkompetu ma' xulxin.

L-ERC jappoġġa lill-aqwa riċerkaturi, inklużi r-riċerkaturi żgħażagħ, b'finanzjament flessibbli mogħti fuq perjodu twil ta' żmien sabiex iwettqu riċerka rivoluzzjonarja b'kisbiet kbar/riskju għoli. Huwa mmexxi b'mod awtonomu minn Kunsill Xjentifiku indipendenti, li jirrispetta l-bilanċ bejn is-sessi u li jirrappreżenta bilanċ bejn id-dixxiplini differenti, magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-ogħla reputazzjoni u l-għarfien espert u d-diversità xierqa. L-ERC jista' jagħmel użu minn ġabra usa' ta' talenti u ideat disponibbli milli huwa possibbli għal kwalunkwe skema nazzjonali, filwaqt li jirrinforza r-riċerka eċċellenti fl-oqsma kollha tax-xjenza bil-mod ta' kif l-aqwa riċerkaturi u l-aqwa ideat jikkompetu ma' xulxin.

Ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien iffinanzjata mill-ERC għandha impatt dirett sostanzjali fl-għamla ta' avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, billi tiftaħ it-triq għal riżultati xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ħafna drabi mhux mistennija u oqsma ġodda tar-riċerka. Min-naħa tiegħu, dan jiġġenera ideat radikalment ġodda li jixprunaw l-innovazzjoni u l-ħila ta' invenzjonijiet fin-negozju u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. L-ERC għandu wkoll impatt strutturali sinifikanti, li jtejjeb il-kwalità tas-sistema tar-riċerka Ewropea lil hinn mir-riċerkaturi u l-azzjonijiet li huwa jiffinanzja b'mod dirett. L-azzjonijiet u r-riċerkaturi ffinanzjati mill-ERC jistabbilixxu mira ta' ispirazzjoni għar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien fl-Ewropa, filwaqt li jtejbu l-profil tagħha u jagħmluha aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi madwar id-dinja bħala post fejn jistgħu jaħdmu, u li jistgħu jaħdmu magħha. Il-prestiġju tal-ospitar ta' detenturi ta' għotja mill-ERC joħloq kompetizzjoni bejn l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka Ewropej sabiex joffru l-aktar kundizzjonijiet attraenti għall-aqwa riċerkaturi u, b'mod indirett, tista' tgħinhom jivvalutaw il-ħiliet u d-dgħufiji tagħhom u jagħmlu r-riformi meħtieġa.

Ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien iffinanzjata mill-ERC għandha impatt dirett sostanzjali fl-għamla ta' avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, billi tiftaħ it-triq għal riżultati xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjetali ġodda u ħafna drabi mhux mistennija u oqsma ġodda tar-riċerka. Min-naħa tiegħu, dan jiġġenera ideat radikalment ġodda li jixprunaw l-innovazzjoni u l-ħila ta' invenzjonijiet fin-negozju u jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà. L-ERC għandu wkoll impatt strutturali sinifikanti, li jtejjeb il-kwalità tas-sistema tar-riċerka Ewropea lil hinn mir-riċerkaturi u l-azzjonijiet li huwa jiffinanzja b'mod dirett. L-azzjonijiet u r-riċerkaturi ffinanzjati mill-ERC jistabbilixxu mira ta' ispirazzjoni għar-riċerka fil-fruntiera tal-għarfien fl-Ewropa, filwaqt li jtejbu l-profil tagħha u jagħmluha aktar attraenti għall-aqwa riċerkaturi madwar id-dinja bħala post fejn jistgħu jaħdmu, u li jistgħu jaħdmu magħha. Il-prestiġju tal-ospitar ta' detenturi ta' għotja mill-ERC joħloq kompetizzjoni bejn l-universitajiet u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka Ewropej sabiex joffru l-aktar kundizzjonijiet attraenti għall-aqwa riċerkaturi u, b'mod indirett, tista' tgħinhom jivvalutaw il-ħiliet u d-dgħufijiet tagħhom u jagħmlu r-riformi meħtieġa.

Id-differenza bejn il-prestazzjoni tar-riċerka tal-Istati Uniti u tal-pajjiżi tal-UE naqset tul dawn l-aħħar 10 snin minn meta ġie stabbilit l-ERC. L-ERC jiffinanzja perċentwal relattivament żgħir mir-riċerka Ewropea kollha, iżda minn dan jikseb impatt xjentifiku li huwa sproporzjonatament għoli. L-impatt ta' ċitar medju tar-riċerka appoġġata mill-ERC jista' jitqabbel ma' dak tal-aqwa universitajiet tar-riċerka tal-ogħla reputazzjoni fid-dinja. Il-prestazzjoni fir-riċerka tal-ERC hija estremament għolja meta mqabbla mal-akbar finanzjaturi tar-riċerka tad-dinja. L-ERC jiffinanzja ħafna riċerka fil-fruntieri tal-għarfien f'ħafna oqsma tar-riċerka li rċevew l-ogħla għadd ta' ċitazzjonijiet, inkluż dawk l-oqsma emerġenti b'mod rapidu. Għalkemm il-finanzjament tal-ERC huwa mmirat lejn ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, hija rriżultat f'għadd sostanzjali ta' privattivi.

Id-differenza bejn il-prestazzjoni tar-riċerka tal-Istati Uniti u tal-pajjiżi tal-UE naqset tul dawn l-aħħar 10 snin minn meta ġie stabbilit l-ERC. L-ERC jiffinanzja perċentwal relattivament żgħir mir-riċerka Ewropea kollha, iżda minn dan jikseb impatt xjentifiku li huwa sproporzjonatament għoli. L-impatt medju taċ-ċitazzjonijiet tar-riċerka appoġġata mill-ERC jista' jitqabbel ma' dak tal-aqwa universitajiet tar-riċerka tal-ogħla reputazzjoni fid-dinja. Il-prestazzjoni fir-riċerka tal-ERC hija estremament għolja meta mqabbla mal-akbar finanzjaturi tar-riċerka tad-dinja. L-ERC jiffinanzja ħafna riċerka fil-fruntieri tal-għarfien f'ħafna oqsma tar-riċerka li rċevew l-ogħla għadd ta' ċitazzjonijiet, inkluż dawk l-oqsma emerġenti b'mod rapidu. Għalkemm il-finanzjament tal-ERC huwa mmirat lejn ir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, hija rriżultat f'għadd sostanzjali ta' privattivi.

Għalhekk teżisti evidenza ċara li l-ERC jattira u jiffinanzja riċerkaturi eċċellenti permezz tas-sejħiet tiegħu u li l-azzjonijiet tal-ERC qed jipproduċu għadd sostanzjali mis-sejbiet tar-riċerka l-aktar sinifikanti u b'impatt qawwi madwar id-dinja f'oqsma emerġenti li jwasslu għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u avvanzi kbar. Il-ħidma tal-benefiċjarji tal-għotjiet tal-ERC huwa wkoll interdixxiplinari u l-benefiċċjarji tal-għotjiet tal-ERC jikkollaboraw fuq livell internazzjonali u jippubblikaw ir-riżultati tagħhom b'mod miftuħ fl-oqsma kollha tar-riċerka, inkluż fix-xjenzi soċjali u l-umanistiċi.

Għalhekk teżisti evidenza ċara li l-ERC jattira u jiffinanzja riċerkaturi eċċellenti permezz tas-sejħiet tiegħu u li l-azzjonijiet tal-ERC qed jipproduċu għadd sostanzjali mis-sejbiet tar-riċerka l-aktar sinifikanti u b'impatt qawwi madwar id-dinja f'oqsma emerġenti li jwasslu għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u avvanzi kbar. Il-ħidma tal-benefiċjarji tal-għotjiet tal-ERC huwa mistenni wkoll li jsir dejjem aktar interdixxiplinari u l-benefiċċjarji tal-għotjiet tal-ERC jikkollaboraw fuq livell internazzjonali u jippubblikaw ir-riżultati tagħhom b'mod miftuħ fl-oqsma kollha tar-riċerka, inkluż fix-xjenzi soċjali u l-umanistiċi.

Diġà teżisti evidenza tal-impatti fuq perjodu ta' żmien itwal tal-għotjiet tal-ERC fuq il-karrieri, fuq it-taħriġ ta' persuni b'ħiliet għolja li jkunu qed jagħmlu PhD jew riċerka ta' wara d-dottorat, fuq viżibbiltà u prestiġju globali ogħla tar-riċerka Ewropea u fuq sistemi tar-riċerka nazzjonali permezz tal-effett ta' parametraġġ referenzjarju b'saħħtu tiegħu. Dan l-effett huwa ta' valur partikolari fil-mudell ta' eċċellenza distribwita tal-UE minħabba li l-istatus ta' finanzjament mill-ERC jista' jissostitwixxi u jservi bħala indikatur aktar preċiż tal-kwalità tar-riċerka mir-rikonoxximent ibbażat fuq l-istatus tal-istituzzjonijiet. Dan jippermetti lil individwi, istituzzjonijiet, reġjuni u pajjiżi ambizzjużi li jieħdu l-opportunità u jespandu l-profili tar-riċerka li fihom huma partikolarment b'saħħithom.

Diġà teżisti evidenza tal-impatti fuq perjodu ta' żmien itwal tal-għotjiet tal-ERC fuq il-karrieri, fuq it-taħriġ ta' riċerkaturi u persuni li jkollhom dottorati u postdottorati b'livell għoli ta' ħiliet, fuq viżibbiltà u prestiġju globali ogħla tar-riċerka Ewropea u fuq sistemi tar-riċerka nazzjonali permezz tal-effett ta' parametraġġ referenzjarju b'saħħtu tiegħu. Dan l-effett huwa ta' valur partikolari fil-mudell ta' eċċellenza distribwita tal-UE minħabba li l-istatus ta' finanzjament mill-ERC jista' jissostitwixxi u jservi bħala indikatur affidabbli tal-kwalità tar-riċerka mir-rikonoxximent ibbażat fuq l-istatus tal-istituzzjonijiet. Dan jippermetti lil individwi, istituzzjonijiet, reġjuni u pajjiżi ambizzjużi li jieħdu l-opportunità u jespandu l-profili tar-riċerka li fihom huma partikolarment b'saħħithom.

Emenda    25

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.   Oqsma ta' intervent

1.2.   Oqsma ta' intervent

1.2.1.   Xjenza fil-Fruntieri tal-Għarfien

1.2.1.   Xjenza fil-Fruntieri tal-Għarfien

Ir-riċerka ffinanzjata mill-ERC hija mistennija li twassal għal avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, b'pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-ogħla kwalità, għal riżultati tar-riċerka b'impatt potenzjali soċjetali u ekonomiku għoli u bl-ERC jistabbilixxi mira ċara u ta' ispirazzjoni għar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien madwar l-UE, l-Ewropa u f'livell internazzjonali. Bil-għan li jagħmel l-UE ambjent aktar attraenti għall-aqwa xjenzati tad-dinja, l-ERC se jimmira li jilħaq titjib li jista' jitkejjel fis-sehem tal-UE tal-1 % tal-aktar pubblikazzjonijiet ċitati fid-dinja, u se jimmira lejn żieda sostanzjali fl-għadd ta' riċerkaturi eċċellenti li jiffinanzja minn barra l-Ewropa. Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel.

Ir-riċerka ffinanzjata mill-ERC hija mistennija li twassal għal avvanzi fil-fruntieri tal-għarfien, b'pubblikazzjonijiet xjentifiċi tal-ogħla kwalità, għal riżultati tar-riċerka b'impatt potenzjali soċjetali, ekonomiku u ambjentali għoli u bl-ERC jistabbilixxi mira ċara u ta' ispirazzjoni għar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien madwar l-UE, l-Ewropa u f'livell internazzjonali. Bil-għan li jagħmel l-UE ambjent aktar attraenti għall-aqwa xjenzati tad-dinja, l-ERC se jimmira li jilħaq titjib li jista' jitkejjel fis-sehem tal-UE tal-1 % tal-aktar pubblikazzjonijiet ċitati fid-dinja, u se jimmira lejn żieda sostanzjali fl-għadd ta' riċerkaturi eċċellenti li jiffinanzja minn barra l-Ewropa. Il-finanzjament tal-ERC għandu jingħata skont il-prinċipji stabbiliti sew li ġejjin. L-eċċellenza xjentifika għandha tkun l-uniku kriterju li fuqu l-ERC jagħti l-għotjiet tiegħu. L-ERC għandu jopera fuq bażi minn isfel għal fuq mingħajr prijoritajiet determinati minn qabel.

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

–   Il-finanzjament fuq perjodu twil ta' żmien sabiex jiġu appoġġati investigaturi eċċellenti u t-timijiet tar-riċerka tagħhom sabiex iwettqu riċerka rivoluzzjonarja b'kisbiet kbar/riskju għoli;

–   Il-finanzjament fuq perjodu twil ta' żmien sabiex jiġu appoġġati investigaturi eċċellenti u t-timijiet tar-riċerka tagħhom sabiex iwettqu riċerka rivoluzzjonarja b'kisbiet kbar/riskju għoli;

–   Riċerkaturi ġodda b'ideat eċċellenti sabiex jagħmlu t-tranżizzjoni tagħhom lejn l-indipendenza, filwaqt li jikkonsolidaw it-tim jew il-programm ta' riċerka tagħhom stess;

–   Riċerkaturi ġodda b'ideat eċċellenti sabiex jagħmlu t-tranżizzjoni tagħhom lejn l-indipendenza, filwaqt li jikkonsolidaw it-tim jew il-programm ta' riċerka tagħhom stess;

–   Modi ġodda ta' ħidma fid-dinja xjentifika bil-potenzjal li jagħtu riżultati rivoluzzjonarji u jiffaċilitaw il-potenzjal tal-innovazzjoni kummerċjali u soċjali tar-riċerka ffinanzjata;

–   Modi ġodda ta' ħidma fid-dinja xjentifika bil-potenzjal li jagħtu riżultati rivoluzzjonarji u jiffaċilitaw il-potenzjal tal-innovazzjoni kummerċjali u soċjali tar-riċerka ffinanzjata;

–  Il-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-aqwa prattiki ma' aġenziji ta' finanzjament tar-riċerka reġjonali u nazzjonali sabiex jiġi promoss l-appoġġ ta' riċerkaturi eċċellenti;

–  Il-kondiviżjoni tal-esperjenza u l-aqwa prattiki ma' aġenziji ta' finanzjament tar-riċerka reġjonali u nazzjonali kif ukoll ma' korpi oħrajn tal-Unjoni sabiex jiġi promoss l-appoġġ ta' riċerkaturi eċċellenti;

–   Żieda fil-viżibbiltà tal-programmi ERC.

–   Żieda fil-viżibbiltà tal-programmi ERC.

Emenda    26

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 1 – punt 1.3 – punt 1.3.1 – paragrafu 2 – punt 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  jirrevedi u jivvaluta l-kisbiet tal-ERC u l-kwalità u l-impatt tar-riċerka ffinanzjata mill-ERC u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet korrettivi jew futuri;

–  jissottometti perjodikament għal rieżami u valutazzjoni esterni l-kisbiet tal-ERC u l-kwalità u l-impatt tar-riċerka ffinanzjata mill-ERC u, abbażi tagħhom, jadotta rakkomandazzjonijiet u jfassal linji gwida għal azzjonijiet korrettivi jew futuri;

Emenda    27

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 2 – punt 2.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.   Raġunament

2.1.   Raġunament

L-Ewropa għandha bżonn bażi ta' kapital uman b'ħiliet għoljin u reżiljenti fir-riċerka u l-innovazzjoni li tista' tadatta faċilment għal u ssib soluzzjonijiet sostenibbli għall-isfidi futuri, bħall-bidliet demografiċi maġġuri fl-Ewropa. Sabiex tiġi żgurata l-eċċellenza, ir-riċerkaturi jeħtieġ li jkunu mobbli, jikkollaboraw u jiddisseminaw l-għarfien fil-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini kollha, bil-kumbinazzjoni t-tajba ta' għarfien u ħiliet sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà u tiġi appoġġata l-innovazzjoni.

L-Ewropa għandha bżonn riżorsi umani b'livell għoli ta' ħiliet għoljin u reżiljenti fir-riċerka u l-innovazzjoni li tista' tadatta faċilment għal u ssib soluzzjonijiet sostenibbli għall-isfidi attwali u futuri, bħall-bidliet demografiċi maġġuri fl-Ewropa. Sabiex tiġi żgurata l-eċċellenza, ir-riċerkaturi jeħtieġ li jkunu mobbli, ikollhom aċċess għal infrastruttura tal-aqwa kwalità f'ħafna oqsma, jikkollaboraw u jiddisseminaw l-għarfien fil-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini kollha, bil-kombinazzjoni t-tajba ta' għarfien u ħiliet sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà u tiġi appoġġata l-innovazzjoni.

L-Ewropa għandha qawwa xjentifika kbira b'madwar 1.8 miljun riċerkatur jaħdmu f'eluf ta' universitajiet, ċentri tar-riċerka u kumpaniji ta' klassi dinjija. Madankollu, huwa stmat li l-UE se jkollha tħarreġ u timpjega tal-anqas miljun riċerkatur ġdid sal-2027 sabiex tilħaq il-miri li qed jiġu stabbiliti għall-investiment miżjud fir-riċerka u l-innovazzjoni. Din il-ħtieġa tinħass b'mod partikolari fis-settur mhux akkademiku. L-UE trid tirrinforza l-isforzi tagħha sabiex tħajjar lil aktar żgħażagħ jagħmlu karriera fir-riċerka, sabiex tattira r-riċerkaturi minn pajjiżi terzi, iżżomm ir-riċerkaturi tagħha u tintegra mill-ġdid fl-Ewropa lil riċerkaturi Ewropej li jaħdmu barra. Addizzjonalment, sabiex tintlaħaq eċċellenza mifruxa b'mod usa', il-kundizzjonijiet skont liema jaħdmu r-riċerkaturi għandhom ikomplu jittejbu fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). F'dan ir-rigward, hemm bżonn ta' rabtiet aktar b'saħħithom b'mod partikolari fi ħdan iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (EEdA), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE+).

L-Ewropa għandha qawwa xjentifika kbira b'madwar 1,8 miljun riċerkatur jaħdmu f'eluf ta' universitajiet, ċentri tar-riċerka u kumpaniji ta' klassi dinjija. Madankollu, huwa stmat li l-UE se jkollha tħarreġ u timpjega tal-anqas miljun riċerkatur ġdid sal-2027 sabiex tilħaq il-miri li qed jiġu stabbiliti għall-investiment miżjud fir-riċerka u l-innovazzjoni. Din il-ħtieġa tinħass b'mod partikolari fis-settur mhux akkademiku.

 

L-UE trid tirrinforza l-isforzi tagħha sabiex tħajjar lil aktar żgħażagħ jagħmlu karriera fir-riċerka, sabiex tattira r-riċerkaturi minn pajjiżi terzi, iżżomm ir-riċerkaturi tagħha u tintegra mill-ġdid fl-Ewropa lil riċerkaturi Ewropej li jaħdmu barra.

 

Sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu, għandha tingħata attenzjoni wkoll lil skemi li jżidu aktar flessibbiltà għal riċerkaturi taż-żewġ sessi biex jiġi żgurat bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

 

Il-programmi ta' mobbiltà għandhom jiżguraw opportunitajiet indaqs effettivi u jinkludu miżuri speċifiċi biex jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà tar-riċerkaturi, b'mod partikolari r-riċerkaturi nisa.

 

Addizzjonalment, sabiex jiġu żgurati s-sinerġiji u tintlaħaq eċċellenza mifruxa b'mod usa', it-tikketta Siġill ta' Eċċellenza se tibqa' tiġi applikata għas-sejħiet fil-qafas tal-MSCA u l-kundizzjonijiet skont liema jaħdmu r-riċerkaturi għandhom ikomplu jittejbu fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER). F'dan ir-rigward, hemm bżonn ta' rabtiet aktar b'saħħithom b'mod partikolari fi ħdan iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (EEdA), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE+).

Dawn l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell tal-UE minħabba n-natura sistemika tagħhom u l-isforz meħtieġ bejn il-pajjiżi sabiex jiġu solvuti.

Dawn l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell tal-UE minħabba n-natura sistemika tagħhom u l-isforz meħtieġ bejn il-pajjiżi sabiex jiġu solvuti.

L-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) jiffukaw fuq ir-riċerka eċċellenti li hija kompletament minn isfel għal fuq, miftuħa għal kwalunkwe qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni mir-riċerka bażika sal-użu fis-suq u s-servizzi ta' innovazzjoni. Dan jinkludi oqsma tar-riċerka koperti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom). Jekk jirriżultaw ħtiġijiet speċifiċi u jsiru disponibbli sorsi ta' finanzjament addizzjonali, l-MSCA jistgħu jiġu mmirati lejn ċerti attivitajiet fi sfidi speċifiċi (inkluż missjonijiet identifikati), tipi ta' istituzzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, jew postijiet ġeografiċi sabiex jirreaġixxu għall-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tal-Ewropa f'termini ta' ħiliet, taħriġ fir-riċerka, żvilupp tal-karriera u kondiviżjoni tal-għarfien.

L-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) jiffukaw fuq ir-riċerka eċċellenti li hija kompletament minn isfel għal fuq, miftuħa għal kwalunkwe qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni mir-riċerka bażika sal-użu fis-suq u s-servizzi ta' innovazzjoni. Dan jinkludi oqsma tar-riċerka koperti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom). Jekk jirriżultaw ħtiġijiet speċifiċi u jsiru disponibbli sorsi ta' finanzjament addizzjonali, l-MSCA jistgħu jiġu mmirati lejn ċerti tipi ta' attivitajiet fi sfidi speċifiċi (inkluż missjonijiet identifikati), u ċerti tipi ta' istituzzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, jew postijiet ġeografiċi sabiex jirreaġixxu għall-evoluzzjoni tar-rekwiżiti tal-Ewropa f'termini ta' ħiliet, taħriġ fir-riċerka, żvilupp tal-karriera u kondiviżjoni tal-għarfien.

L-MSCA huma l-istrument ewlieni fil-livell tal-UE sabiex jiġu attirati r-riċerkaturi minn pajjiżi terzi lejn l-Ewropa, u għalhekk huma ta' kontribut kbir għall-kooperazzjoni globali fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-evidenza turi li l-MSCA mhux biss għandhom impatt pożittiv fuq l-individwi, l-organizzazzjonijiet u fil-livell ta' sistema, iżda jrendu riżultati tar-riċerka b'impatt għoli u rivoluzzjonarji filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-isfidi tas-soċjetà kif ukoll dawk strateġiċi. L-investiment ta' terminu twil fil-persuni jrendi r-riżultati, kif jindika l-għadd ta' rebbieħa tal-Premju Nobel li kienu fellows jew superviżuri preċedenti tal-MSCA.

L-MSCA, flimkien mal-ERC, huma l-istrumenti ewlenin fil-livell tal-UE sabiex jiġu attirati r-riċerkaturi minn pajjiżi terzi lejn l-Ewropa, u għalhekk huma ta' kontribut kbir għall-kooperazzjoni globali fir-riċerka u l-innovazzjoni. L-evidenza turi li l-MSCA mhux biss għandhom impatt pożittiv fuq l-individwi, l-organizzazzjonijiet u fil-livell ta' sistema, iżda jrendu riżultati tar-riċerka b'impatt għoli u rivoluzzjonarji filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-isfidi tas-soċjetà kif ukoll dawk strateġiċi. L-investiment ta' terminu twil fil-persuni jrendi r-riżultati, kif jindika l-għadd ta' rebbieħa tal-Premju Nobel li kienu fellows jew superviżuri preċedenti tal-MSCA.

Permezz tal-kompetizzjoni fir-riċerka globali bejn ix-xjenzati u l-organizzazzjonijiet ospitanti kemm mis-settur akkademiku kif ukoll minn dak mhux akkademiku, u permezz tal-ħolqien u l-kondiviżjoni ta' għarfien ta' kwalità għolja bejn il-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini, l-MSCA jikkontribwixxu b'mod partikolari għall-għanijiet tal-aġenda għall-"Impjiegi, it-tkabbir u l-investiment", l-Istrateġija Globali tal-UE u għall-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

Permezz tal-kompetizzjoni fir-riċerka globali bejn ix-xjenzati u l-organizzazzjonijiet ospitanti kemm mis-settur akkademiku kif ukoll minn dak mhux akkademiku, u permezz tal-ħolqien u l-kondiviżjoni ta' għarfien ta' kwalità għolja bejn il-pajjiżi, is-setturi u d-dixxiplini, l-MSCA jikkontribwixxu b'mod partikolari għall-għanijiet tal-aġenda għall-"Impjiegi, it-tkabbir u l-investiment", l-Istrateġija Globali tal-UE u għall-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti.

L-MSCA jikkontribwixxu sabiex jagħmlu ż-ŻER aktar effettiva, kompetittiva u attraenti fuq livell globali. Dan jista' jinkiseb b'fokus fuq ġenerazzjoni ġdida ta' riċerkaturi b'ħiliet għoljin u l-forniment ta' appoġġ għal talent emerġenti minn madwar l-UE u lil hinn minnha; permezz tat-trawwim tad-diffużjoni u l-applikazzjoni ta' għarfien u ideat ġodda għall-politiki Ewropej, l-ekonomija u s-soċjetà, inter alia permezz ta' komunikazzjoni xjentifika mtejba u miżuri ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; permezz tal-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka; u billi jkun hemm impatt ta' ristrutturar pronunzjat fuq iż-ŻER, li jisħaq suq tax-xogħol miftuħ u li jistabbilixxi standards għoljin għal taħriġ ta' kwalità, kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u reklutaġġ miftuħ għar-riċerkaturi kollha.

L-MSCA jikkontribwixxu sabiex jagħmlu ż-ŻER aktar effettiva, kompetittiva u attraenti fuq livell globali. Dan jista' jinkiseb b'fokus fuq ġenerazzjoni ġdida ta' riċerkaturi b'ħiliet għoljin u l-forniment ta' appoġġ għal talent emerġenti minn madwar l-UE u lil hinn minnha; permezz tat-trawwim tad-diffużjoni u l-applikazzjoni ta' għarfien u ideat ġodda għall-politiki Ewropej, l-ekonomija u s-soċjetà, inter alia permezz ta' komunikazzjoni xjentifika mtejba u miżuri ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku; permezz tal-iffaċilitar tal-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka; u billi jkun hemm impatt ta' ristrutturar pronunzjat fuq iż-ŻER, li jisħaq suq tax-xogħol miftuħ u li jistabbilixxi standards għoljin għal taħriġ ta' kwalità, kundizzjonijiet tax-xogħol attraenti u reklutaġġ miftuħ u trasparenti għar-riċerkaturi kollha.

Emenda    28

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-UE trid bażi tar-riżorsi umani b'saħħitha, reżiljenti u kreattiva, bit-taħlita ta' ħiliet adattata sabiex tindirizza l-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol, tkun innovattiva u tikkonverti l-għarfien u l-ideat fi prodotti u servizzi għal benefiċċju ekonomiku u soċjali. Dan jista' jinkiseb permezz ta' taħriġ tar-riċerkaturi sabiex ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi tar-riċerka prinċipali tagħhom, kif ukoll sabiex itejbu l-ħiliet trasferibbli tagħhom bħall-mod ta' ħsieb kreattiv u imprenditorjali. Dan se jippermettilhom jaffaċċaw sfidi globali attwali u futuri u jtejbu l-prospetti ta' karriera tagħhom u l-potenzjal għall-innovazzjoni.

L-UE trid bażi tar-riżorsi umani b'saħħitha, reżiljenti u kreattiva, bit-taħlita ta' ħiliet adattata sabiex tindirizza l-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol, tkun innovattiva u tikkonverti l-għarfien u l-ideat fi prodotti u servizzi għal benefiċċju xjentifiku, ekonomiku u soċjali. Dan jista' jinkiseb permezz ta' taħriġ tar-riċerkaturi sabiex ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi tar-riċerka prinċipali tagħhom, kif ukoll sabiex itejbu l-ħiliet trasferibbli tagħhom bħall-mod ta' ħsieb kreattiv u imprenditorjali, inkluż il-fehim tal-benefiċċji tal-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti u servizzi ġodda. Dan se jippermettilhom jaffaċċaw sfidi globali attwali u futuri u jtejbu l-prospetti ta' karriera tagħhom u l-potenzjal għall-innovazzjoni. Dan jista' jinkiseb, meta jkun xieraq, b'komplementarjetà mal-attivitajiet edukattivi tal-EIT.

Emenda    29

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 2 – punt 2.2 – paragrafu 2.2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.3.  Tisħiħ tal-Kapital Uman u l-Iżvilupp tal-Ħiliet fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka

2.2.3.  Tisħiħ tar-Riżorsi Umani u l-Iżvilupp tal-Ħiliet fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka

Sabiex titrawwem l-eċċellenza, tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u jinkiseb effett ta' strutturar pożittiv, standards ta' taħriġ ta' kwalità għolja, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u l-iżvilupp effettiv fil-karriera tar-riċerkaturi jrid ikun aktar mifrux fiż-ŻER kollha. Dan se jgħin jimmodernizza u jtejjeb il-programmi u s-sistemi ta' taħriġ fir-riċerka, kif ukoll iżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet fuq livell dinji.

Sabiex titrawwem l-eċċellenza, tiġi promossa l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet li jwettqu r-riċerka u jinkiseb effett ta' strutturar pożittiv, standards ta' taħriġ ta' kwalità għolja, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin u l-iżvilupp effettiv fil-karriera tar-riċerkaturi jrid ikun aktar mifrux fiż-ŻER kollha. Dan se jgħin jimmodernizza u jtejjeb il-programmi u s-sistemi ta' taħriġ fir-riċerka, kif ukoll iżid l-attraenza tal-istituzzjonijiet fuq livell dinji, żviluppati b'kooperazzjoni ma' partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa.

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

–   Programmi ta' ħidma sabiex titrawwem l-eċċellenza u jinfirxu l-aqwa prattiki fl-istituzzjonijiet u fis-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni;

–   Programmi ta' ħidma sabiex titrawwem l-eċċellenza u jinfirxu l-aqwa prattiki fl-istituzzjonijiet u fis-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni;

–   Kooperazzjoni, produzzjoni u diffużjoni tal-għarfien fi ħdan l-UE u ma' pajjiżi terzi.

–   Kooperazzjoni, produzzjoni u diffużjoni tal-għarfien fi ħdan l-UE u ma' pajjiżi terzi.

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.5.   Promozzjoni tas-Sensibilizzazzjoni tal-Pubbliku

2.2.5.   Promozzjoni tas-Sensibilizzazzjoni tal-Pubbliku

Is-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tal-programm u r-rikonoxximent pubbliku tar-riċerkaturi irid jittejjeb mal-UE kollha u lil hinn minnha, sabiex jitjieb il-profil globali tal-MSCA u jiġi żviluppat fehim aħjar tal-impatt tal-ħidma tar-riċerkaturi fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, u sabiex iż-żgħażagħ jiġu inkoraġġuti jibdew karriera fir-riċerka. Dan jista' jintlaħaq permezz ta' disseminazzjoni, sfruttament u diffużjoni aħjar tal-għarfien u l-prattiki.

Is-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tal-programm u r-rikonoxximent pubbliku tar-riċerkaturi jrid jittejjeb mal-UE kollha u lil hinn minnha, sabiex jitjieb il-profil globali tal-MSCA u jiġi żviluppat fehim aħjar tal-impatt tal-ħidma tar-riċerkaturi fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini, u sabiex iż-żgħażagħ, b'mod partikolari n-nisa, jiġu inkoraġġuti jibdew karriera fir-riċerka. Dan jista' jintlaħaq permezz ta' disseminazzjoni, sfruttament u diffużjoni aħjar tal-għarfien u l-prattiki.

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

–   Inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku sabiex jistimolaw l-interess fil-karrieri tar-riċerka, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

–   Inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku sabiex jistimolaw l-interess fil-karrieri tar-riċerka, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

–   Attivitajiet ta' promozzjoni biex jitjieb il-profil globali, il-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni dwar l-MSCA;

–   Attivitajiet ta' promozzjoni biex jitjiebu l-profil, il-viżibbiltà u s-sensibilizzazzjoni, f'livell globali, dwar l-MSCA;

–  Difużjoni u raggruppament tal-għarfien permezz ta' kollaborazzjoni trasversali bejn il-proġetti u attivitajiet ta' networking oħrajn bħal servizzi ta' alumni.

–  Diffużjoni u raggruppament tal-għarfien permezz ta' kollaborazzjoni trasversali bejn il-proġetti u attivitajiet ta' networking oħrajn bħal servizz ta' alumni u punti ta' kuntatt nazzjonali.

Emenda    31

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 3 – punt 3.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.1.   Raġunament

3.1.   Raġunament

L-infrastrutturi tar-riċerka tal-ogħla livell tekniku jipprovdu servizzi prinċipali lill-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jaqdu rwol essenzjali sabiex jestendu l-fruntieri tal-għarfien. L-appoġġ għal infrastrutturi tar-riċerka fil-livell tal-UE jgħin biex tiġi mitigata dik li f'ħafna każijiet hija r-realtà ta' infrastrutturi nazzjonali tar-riċerka mifruxin u oqsma żgħar ta' eċċellenza xjentifika, kif ukoll l-indirizzar taċ-ċirkolazzjoni baxxa tal-għarfien fost is-silos.

L-infrastrutturi tar-riċerka tal-ogħla livell tekniku jipprovdu servizzi prinċipali lill-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, filwaqt li jaqdu rwol essenzjali sabiex jestendu l-fruntieri tal-għarfien. L-appoġġ tat-tipi kollha ta' infrastrutturi tar-riċerka, inklużi dawk ta' daqs żgħir u medju u dawk iffinanzjati mill-FEŻR, fil-livell tal-UE jgħin biex tiġi mitigata dik li f'ħafna każijiet hija r-realtà ta' infrastrutturi nazzjonali u reġjonali tar-riċerka mifruxin, biex jiġu kkomplementati u aġġornati oqsma żgħar ta' eċċellenza xjentifika, kif ukoll biex tiżdied iċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien fost is-silos.

Il-mira globali hija li l-Ewropa tiġi arrikkita b'infrastrutturi tar-riċerka sostenibbli mill-aqwa li jkunu miftuħin u aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha fl-Ewropa u lil hinn minnha, li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom għall-avvanz xjentifiku u l-innovazzjoni. L-għanijiet prinċipali huma li titnaqqas il-frammentazzjoni tal-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-evitar tad-duplikazzjoni tal-isforzi, u koordinazzjoni aħjar tal-iżvilupp u l-użu tal-infrastrutturi tar-riċerka. Huwa kruċjali li jiġi appoġġat l-aċċess miftuħ għall-infrastrutturi tar-riċerka għar-riċerkaturi Ewropej kollha kif ukoll, permezz tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (minn hawn il-quddiem "EOSC"), jiżdied l-aċċess għar-riżorsi tar-riċerka diġitali, li b'mod speċifiku jindirizzaw it-tħaddin attwalment subottimali tax-xjenza miftuħa u l-prattiki ta' data miftuħa. Bl-istess mod, l-UE trid tindirizza ż-żieda rapida ta' kompetizzjoni globali għat-talent billi tattira riċerkaturi minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu b'infrastrutturi tar-riċerka Ewropea ta' livell dinji. Iż-żieda fil-kompetittività tal-industrija Ewropa tikkostitwixxi għan maġġuri wkoll, filwaqt li jiġu appoġġati teknoloġiji u servizzi prinċipali rilevanti għall-infrastrutturi tar-riċerka u l-utenti tagħhom, biex b'hekk jittejbu l-kundizzjonijiet għall-provvista ta' soluzzjonijiet innovattivi.

Il-mira globali hija li l-Ewropa tiġi arrikkita b'infrastrutturi tar-riċerka sostenibbli mill-aqwa li jkunu miftuħin u aċċessibbli għar-riċerkaturi u l-innovaturi kollha fl-Ewropa u lil hinn minnha, li jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom għall-avvanz xjentifiku u l-innovazzjoni. L-għanijiet prinċipali huma li titnaqqas il-frammentazzjoni tal-ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni, tiġi żgurata modernizzazzjoni kontinwa, l-evitar tad-duplikazzjoni tal-isforzi, u koordinazzjoni aħjar tal-iżvilupp, l-użu u l-aċċessibbiltà tal-infrastrutturi tar-riċerka.

 

Huwa kruċjali wkoll li jiġi appoġġat l-aċċess miftuħ għall-infrastrutturi tar-riċerka għar-riċerkaturi Ewropej kollha kif ukoll, permezz tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (minn hawn il-quddiem "EOSC"), jiżdied l-aċċess għar-riżorsi tar-riċerka diġitali, li b'mod speċifiku jindirizzaw it-tħaddin attwalment subottimali tax-xjenza miftuħa u l-prattiki ta' data miftuħa. Bl-istess mod, l-UE trid tindirizza ż-żieda rapida ta' kompetizzjoni globali għat-talent billi tattira riċerkaturi minn pajjiżi terzi sabiex jaħdmu b'infrastrutturi tar-riċerka Ewropea ta' livell dinji. Iż-żieda fil-kompetittività tal-industrija Ewropa tikkostitwixxi għan maġġuri wkoll, filwaqt li jiġu appoġġati teknoloġiji u servizzi prinċipali rilevanti għall-infrastrutturi tar-riċerka u l-utenti tagħhom, biex b'hekk jittejbu l-kundizzjonijiet għall-provvista u l-użu ta' soluzzjonijiet innovattivi.

Il-programmi qafas tal-passat għamlu kontribuzzjoni sinifikanti lejn l-użu aktar effiċjenti u effettiv tal-infrastrutturi nazzjonali, u żviluppaw ukoll, mal-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI), approċċ koerenti u mmexxi minn strateġija lejn it-tfassil ta' politika dwar infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej. Dan l-approċċ strateġiku ġġenera vantaġġi ċari, inkluż tnaqqis fid-duplikazzjoni tal-isforz permezz ta' użu ġenerali aktar effiċjenti tar-riżorsi, kif ukoll permezz tal-istandardizzazzjoni tal-proċessi u l-proċeduri.

Il-programmi qafas tal-passat għamlu kontribuzzjoni sinifikanti lejn l-użu aktar effiċjenti u effettiv tal-infrastrutturi nazzjonali u lejn it-tneħħija tal-ostakli għal aċċess transnazzjonali, u żviluppaw ukoll, mal-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi tar-Riċerka (ESFRI), approċċ koerenti u mmexxi minn strateġija lejn it-tfassil ta' politika dwar infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej. Dan l-approċċ strateġiku ġġenera vantaġġi ċari, inkluż tnaqqis fid-duplikazzjoni tal-isforz permezz ta' użu ġenerali aktar effiċjenti tar-riżorsi, kif ukoll permezz tal-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċessi u l-proċeduri. It-tisħiħ u l-ftuħ tan-networks eżistenti eċċellenti tar-R&I kif ukoll il-ħolqien ta' oħrajn ġodda meta jkun xieraq, se jkunu wkoll prijorità taħt din l-intestatura.

L-attività appoġġata mill-UE se tipprovdi valur miżjud permezz ta': infrastrutturi tar-riċerka eżistenti konsolidati u ottimizzati flimkien mal-isforzi sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi ġodda; l-istabbiliment tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) bħala ambjent effettiv skalabbli u sostenibbli għar-riċerka xprunata mid-data; l-interkonnessjoni tan-networks tar-riċerka u l-edukazzjoni nazzjonali u reġjonali, li ttejjeb u tiżgura infrastruttura tan-network ta' kapaċità għolja għal ammonti kbar ħafna ta' data u aċċess għar-riżorsi diġitali lil hinn mill-fruntieri u l-konfini tad-dominji; l-għelib tal-ostakli li jipprevjenu lill-aqwa timijiet tar-riċerka milli jaċċessaw l-aqwa servizzi tal-infrastruttura tar-riċerka fl-UE; it-trawwim tal-potenzjal tal-innovazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka, iffukati fuq l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-koinnovazzjoni, kif ukoll l-użu miżjud tal-infrastrutturi tar-riċerka mill-industrija.

L-attività appoġġata mill-UE se tipprovdi valur miżjud permezz ta': infrastrutturi tar-riċerka eżistenti konsolidati u ottimizzati, inklużi infrastrutturi elettroniċi, flimkien mal-isforzi sabiex jiġu żviluppati infrastrutturi ġodda; l-istabbiliment tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) bħala ambjent effettiv skalabbli u sostenibbli għar-riċerka xprunata mid-data; l-interkonnessjoni tan-networks tar-riċerka u l-edukazzjoni nazzjonali u reġjonali, li ttejjeb u tiżgura infrastruttura tan-network ta' kapaċità għolja għal ammonti kbar ħafna ta' data u aċċess għar-riżorsi diġitali lil hinn mill-fruntieri u l-konfini tad-dominji; l-għelib tal-ostakli li jipprevjenu lill-aqwa timijiet tar-riċerka milli jaċċessaw l-aqwa servizzi tal-infrastruttura tar-riċerka fl-UE; it-trawwim tal-potenzjal tal-innovazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka, iffukati fuq l-iżvilupp tat-teknoloġija u l-koinnovazzjoni, kif ukoll l-użu miżjud tal-infrastrutturi tar-riċerka mill-industrija.

U d-dimensjoni internazzjonali tal-infrastrutturi tar-riċerka tal-UE trid tissaħħaħ, filwaqt li titrawwem kooperazzjoni aktar b'saħħitha mal-kontropartijiet internazzjonali u l-parteċipazzjoni internazzjonali fl-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej għall-benefiċċju reċiproku.

U d-dimensjoni internazzjonali tal-infrastrutturi tar-riċerka tal-UE trid tissaħħaħ, filwaqt li jitrawmu kooperazzjoni, aċċess u konnettività aktar b'saħħithom mal-kontropartijiet internazzjonali u l-parteċipazzjoni internazzjonali fl-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej għall-benefiċċju reċiproku.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu għal Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) differenti bħal: SDG 3 – Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 7 – Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu għal Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) differenti bħal: SDG 3 – Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 7 – Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2.1.   Konsolidazzjoni tax-Xenarju tal-Infrastrutturi tar-Riċerka Ewropej

3.2.1.   Konsolidazzjoni tax-Xenarju tal-Infrastrutturi tar-Riċerka Ewropej

L-istabbiliment, l-operat u s-sostenibbiltà fit-tul tal-infrastrutturi tar-riċerka identifikati minn ESFRI huma essenzjali għall-UE sabiex tiżgura li jkollha pożizzjoni fuq quddiem nett fir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, il-ħolqien u l-użu tal-għarfien u l-kompetittività tal-industriji tagħha.

L-istabbiliment, l-operat u s-sostenibbiltà fit-tul tal-infrastrutturi tar-riċerka, inklużi dawk identifikati mill-ESFRI, kif ukoll il-massimizzazzjoni tal-involviment tagħhom fi proġetti eċċellenti ta' Orizzont Ewropa, huma essenzjali għall-UE sabiex tiżgura li jkollha pożizzjoni fuq quddiem nett fir-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, il-ħolqien u l-użu tal-għarfien u l-kompetittività tal-industriji tagħha.

Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) jenħtieġ li jsir kanal ta' twassil effettiv u komprensiv għas-servizzi ta' infrastrutturi tar-riċerka u jenħtieġ li jipprovdi lill-komunitajiet tar-riċerka tal-Ewropa bis-servizzi ta' data tal-ġenerazzjoni li jmiss għall-ħsad, ħażna, ipproċessar (eż. analitika, simulazzjoni, servizzi ta' viżwalizzazzjoni) u l-kondiviżjoni ta' data tal-big science. L-EOSC jenħtieġ li jipprovdi wkoll lir-riċerkaturi fl-Ewropa b'aċċess għall-maġġoranza tad-data ġġenerata u miġbura mill-infrastrutturi tar-riċerka, kif ukoll għall-HPC u r-riżorsi fuq skala eksa varati skont l-Infrastruttura Ewropea tad-Data (EDI)13.

Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa (EOSC) għandu jsir kanal ta' twassil effettiv u komprensiv għas-servizzi ta' infrastrutturi tar-riċerka u għandu jippermetti lill-komunitajiet tar-riċerka tal-Ewropa jiżviluppaw is-servizzi ta' data tal-ġenerazzjoni li jmiss għall-ħsad, ħażna, ipproċessar (eż. analitika, simulazzjoni, servizzi ta' viżwalizzazzjoni) u l-kondiviżjoni ta' data tal-big science. L-EOSC għandu jipprovdi wkoll lir-riċerkaturi fl-Ewropa b'servizzi li jinkoraġġixxu l-ħażna u l-ipproċessar tal-maġġoranza tad-data ġġenerata u miġbura mir-riċerkaturi fl-infrastrutturi tar-riċerka u barra minnhom, u għandu wkoll jagħti aċċess għall-HPC u r-riżorsi fuq skala eksa varati skont l-Infrastruttura Ewropea tad-Data (EDI)13.

In-network pan-Ewropew tar-riċerka u l-edukazzjoni se jgħaqqad flimkien u jippermetti aċċess remot għall-infrastrutturi tar-riċerka u r-riżorsi tar-riċerka, billi jipprovdi interkonnettività bejn l-universitajiet, l-istituti tar-riċerka u l-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE kif ukoll konnessjonijiet internazzjonali ma' networks sħab oħrajn madwar id-dinja.

In-network pan-Ewropew tar-riċerka u l-edukazzjoni se jgħaqqad flimkien u jippermetti aċċess remot għall-infrastrutturi tar-riċerka u r-riżorsi tar-riċerka, billi jipprovdi interkonnettività bejn l-universitajiet, l-istituti tar-riċerka u l-komunitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-livell tal-UE kif ukoll konnessjonijiet internazzjonali ma' networks sħab oħrajn madwar id-dinja.

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

–   Iċ-ċiklu tal-ħajja ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej permezz tat-tfassil ta' infrastrutturi tar-riċerka; Il-fażi ta' tħejjija u implimentazzjoni tagħhom, l-operat fil-fażi bikrija tagħhom b'kumplimentarjetà mal-fondi reġjonali, kif ukoll il-konsolidazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-ekosistema tal-infrastruttura tar-riċerka permezz tal-monitoraġġ ta' stadji kritiċi ta' ESFRI u l-iffaċilitar ta' ftehimiet ta' servizz, evoluzzjonijiet, amalgamazzjonijiet jew id-dekummissjonar ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej;

–   Iċ-ċiklu tal-ħajja ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej permezz tat-tfassil ta' infrastrutturi tar-riċerka; il-fażi ta' tħejjija u implimentazzjoni tagħhom, l-operat fil-fażi bikrija tagħhom b'komplementarjetà mal-fondi reġjonali, kif ukoll il-konsolidazzjoni u l-ottimizzazzjoni tal-ekosistema tal-infrastruttura tar-riċerka permezz tal-monitoraġġ ta' stadji kritiċi ta' ESFRI u l-iffaċilitar ta' ftehimiet ta' servizz, evoluzzjonijiet, amalgamazzjonijiet jew id-dekummissjonar ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej;

–   Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, inkluż: l-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà tal-kanal ta' aċċess; il-federazzjoni effettiva tar-riżorsi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u istituzzjonali; l-evoluzzjoni teknika u ta' politika tiegħu biex ikun jista' jindirizza ħtiġijiet u rekwiżiti tar-riċerka ġodda (eż. l-użu ta' settijiet tad-data sensittiva, privatezza mid-disinn); l-interoperabbiltà tad-data u l-konformità mal-prinċipji FAIR; u bażi tal-utenti wiesgħa;

–   Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, inkluż: l-iskalabbiltà u s-sostenibbiltà tal-kanal ta' aċċess; il-federazzjoni effettiva tar-riżorsi Ewropej, nazzjonali, reġjonali u istituzzjonali; l-evoluzzjoni teknika u ta' politika tiegħu biex ikun jista' jindirizza ħtiġijiet u rekwiżiti tar-riċerka ġodda (eż. l-użu ta' settijiet tad-data sensittiva, privatezza mid-disinn); l-interoperabbiltà tad-data u l-konformità mal-prinċipji FAIR; u bażi tal-utenti wiesgħa;

–   In-network pan-Ewropew tar-riċerka u l-edukazzjoni li jirfed l-EOSC u l-EDI, kif ukoll jippermetti t-twassil ta' servizzi ta' HPC/data f'ambjent ibbażat fuq il-cloud li kapaċi jlaħħaq ma' settijiet ta' data u proċessi komputazzjonali kbar ħafna.

–   In-network pan-Ewropew tar-riċerka u l-edukazzjoni li jirfed l-EOSC u l-EDI, kif ukoll jippermetti t-twassil ta' servizzi ta' HPC/data f'ambjent ibbażat fuq il-cloud li kapaċi jlaħħaq ma' settijiet ta' data u proċessi komputazzjonali kbar ħafna.

__________________

__________________

13 L-Infrastruttura Ewropea tad-Data se tipprovdi bażi għall-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa billi tipprovdi kapaċità ta' Computing ta' Prestazzjoni Għolja ta' livell dinji, konnettività b'veloċità għolja u servizzi ta' data u software fuq quddiem nett tal-kompetizzjoni.

13 L-Infrastruttura Ewropea tad-Data se tipprovdi bażi għall-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa billi tipprovdi kapaċità ta' Computing ta' Prestazzjoni Għolja ta' livell dinji, konnettività b'veloċità għolja u servizzi ta' data u software fuq quddiem nett tal-kompetizzjoni.

Emenda    33

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti I – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2.2.   Ftuħ, Integrazzjoni u Interkonnessjoni tal-Infrastrutturi tar-Riċerka

3.2.2.   Ftuħ, Integrazzjoni u Interkonnessjoni tal-Infrastrutturi tar-Riċerka

Ix-xenarju tar-riċerka se jittejjeb b'mod sinifikanti billi jiġi żgurat aċċess miftuħ għal infrastrutturi ta' riċerka internazzjonali, nazzjonali u reġjonali ewlenin għar-riċerkaturi kollha tal-UE u s-servizzi tagħhom jiġu integrati fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet ta' aċċess, jittejjeb u jitwessa' l-forniment tas-servizz u tiġi mħeġġa strateġija ta' żvilupp komuni ta' komponenti ta' livell teknoloġiku għoli u servizzi avvanzati permezz ta' azzjonijiet ta' innovazzjoni.

Ix-xenarju tar-riċerka se jittejjeb b'mod sinifikanti billi jiġi żgurat aċċess miftuħ għal infrastrutturi ta' riċerka internazzjonali, nazzjonali u reġjonali ewlenin għar-riċerkaturi u l-innovaturi kollha tal-UE u s-servizzi tagħhom jiġu integrati fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet ta' aċċess, jittejjeb u jitwessa' l-forniment tas-servizz u tiġi mħeġġa strateġija ta' żvilupp komuni ta' komponenti ta' livell teknoloġiku għoli u servizzi avvanzati permezz ta' azzjonijiet ta' innovazzjoni.

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

–   Networks li jlaqqgħu flimkien lil dawk li jiffinanzjaw l-infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali għall-kofinanzjament tal-aċċess transnazzjonali tar-riċerkaturi;

–   Networks li jlaqqgħu flimkien lil dawk li jiffinanzjaw l-infrastrutturi tar-riċerka nazzjonali u reġjonali għall-kofinanzjament tal-aċċess transnazzjonali tar-riċerkaturi;

–  Networks ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-UE, nazzjonali u reġjonali li jindirizzaw l-isfidi globali għall-forniment ta' aċċess għar-riċerkaturi kif ukoll għall-armonizzazzjoni u t-titjib tas-servizzi tal-infrastrutturi;

–  Networks ta' infrastrutturi tar-riċerka pan-Ewropej, nazzjonali u reġjonali, inklużi dawk ta' daqs żgħir u medju, għall-forniment ta' aċċess għar-riċerkaturi kif ukoll għall-armonizzazzjoni u t-titjib tas-servizzi tal-infrastrutturi;

–   Networks integrati tal-infrastrutturi tar-riċerka għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija/pjan direzzjonali komuni għall-iżvilupp teknoloġiku meħtieġ sabiex jitjiebu s-servizzi tagħhom permezz ta' sħubija mal-industrija; kif ukoll komponenti ta' livell teknoloġiku għoli f'oqsma bħall-istrumentazzjoni xjentifika; u għat-trawwim tal-użu ta' infrastrutturi tar-riċerka mill-industrija, eż. faċilitajiet ta' testijiet ta' esperimentazzjoni.

–   Networks integrati tal-infrastrutturi tar-riċerka għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija/pjan direzzjonali komuni għall-iżvilupp teknoloġiku meħtieġ sabiex jitjiebu s-servizzi tagħhom permezz ta' sħubija mal-industrija; kif ukoll komponenti ta' livell teknoloġiku għoli f'oqsma bħall-istrumentazzjoni xjentifika; u għat-trawwim tal-użu ta' infrastrutturi tar-riċerka mill-industrija, eż. faċilitajiet ta' testijiet ta' esperimentazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

II SFIDI GLOBALI U KOMPETITTIVITÀ INDUSTRIJALI

II SFIDI GLOBALI U KOMPETITTIVITÀ INDUSTRIJALI EWROPEA

Ħafna mill-isfidi li taffaċċa l-UE huma wkoll sfidi globali. L-iskala u l-kumplessità tal-problemi huma vasti, u jeħtieġ li jiġu indirizzati bi flus, riżorsi u sforzi xierqa sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet. Dawn huma preċiżament l-oqsma li fihom l-UE trid taħdem flimkien; b'mod intelliġenti, flessibbli u konġunt għall-benefiċċju u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna.

F'dinja interkonnessa, ħafna mill-isfidi li taffaċċa l-UE huma wkoll globali. L-iskala u l-kumplessità tal-problemi huma vasti, u jeħtieġ li jiġu indirizzati bir-riżorsi finanzjarji u umani u bi sforzi xierqa sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet. Dawn huma preċiżament l-oqsma li fihom l-UE trid taħdem flimkien; b'mod intelliġenti, flessibbli u konġunt għall-benefiċċju u l-benesseri taċ-ċittadini tagħna.

Jista' jinkiseb impatt akbar permezz tal-allinjament tal-azzjonijiet ma' nazzjonijiet u reġjuni oħrajn tad-dinja fl-isfond ta' kooperazzjoni internazzjonali bla preċedent b'konformità mal-linji indikati mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. Abbażi ta' benefiċċju reċiproku, is-sħab minn madwar id-dinja se jiġu mistiedna sabiex jissieħbu mal-isforzi tal-UE bħala parti integrali mir-riċerka u l-innovazzjoni għas-sostenibbiltà.

Jista' jinkiseb impatt akbar permezz tal-allinjament tal-azzjonijiet ma' nazzjonijiet u reġjuni oħrajn tad-dinja fl-isfond ta' kooperazzjoni internazzjonali bla preċedent kif inkorporati mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima. Abbażi ta' benefiċċju reċiproku, is-sħab minn madwar id-dinja se jiġu mistiedna sabiex jissieħbu mal-isforzi tal-UE bħala parti integrali mir-riċerka u l-innovazzjoni għas-sostenibbiltà.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma xprunaturi ewlenin tat-tkabbir sostenibbli u l-kompetittività ekonomika tal-industrija, u dawn se jikkontribwixxu għas-sejbien ta' soluzzjonijiet għall-problemi tal-lum, għat-treġġiegħ lura mill-aktar fis possibbli tat-tendenza negattiva u perikoluża li bħalissa torbot l-iżvilupp ekonomiku, l-użu tar-riżorsi naturali u l-kwistjonijiet soċjali, u t-tibdil tagħha f'opportunitajiet ġodda tan-negozju.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma xprunaturi ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli, inklużi t-tkabbir u l-kompetittività industrijali, u dawn se jikkontribwixxu għas-sejbien ta' soluzzjonijiet għall-problemi tal-lum, għat-treġġigħ lura mill-aktar fis possibbli tat-tendenza negattiva u perikoluża li bħalissa torbot l-iżvilupp ekonomiku, l-użu tar-riżorsi naturali u l-kwistjonijiet soċjali, u t-tibdil tagħha f'impjiegi f'opportunitajiet ġodda tan-negozju u fi żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali.

L-UE se tibbenefika bħala utent u produttur ta' teknoloġiji u industriji li juru kif is-soċjetà u l-ekonomija moderni industrijalizzati, sostenibbli, inklużivi, miftuħin u demokratiċi jistgħu jiffunzjonaw u jiżviluppaw. L-eżempji ekonomiċi-ambjentali-soċjetali li qed jiżdiedu tal-industrija ekonomika sostenibbli tal-futur se jkunu mrawmin u jingħataw spinta, sew jekk ikunu għal: saħħa u benesseri għal kulħadd; jew soċjetajiet inklużivi u siguri reżiljenti; jew enerġija nadifa disponibbli u mobbiltà; jew ekonomija u soċjetà diġitizzati; jew industrija transdixxiplinari u kreattiva; jew soluzzjonijiet spazjali, marini jew ibbażati fuq l-art; jew soluzzjonijiet alimentari jew nurizzjonali; użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, protezzjoni u adattament għat-tibdil fil-klima, fejn ilkoll jiġġeneraw ġid fl-Ewropa u joffru impjiegi ta' kwalità ogħla. It-trasformazzjoni industrijali se tkun kruċjali.

L-UE se tibbenefika bħala utent u produttur ta' għarfien, teknoloġiji u industriji. Tista' turi kif is-soċjetà u l-ekonomija moderni industrijalizzati, sostenibbli, inklużivi, miftuħin u demokratiċi jistgħu jiffunzjonaw u jiżviluppaw. L-eżempji ekonomiċi-ambjentali-soċjetali li qed jiżdiedu tal-industrija ekonomika sostenibbli tal-futur se jkunu mrawmin u jingħataw spinta, sew jekk ikunu għal: saħħa u benesseri għal kulħadd; jew soċjetajiet inklużivi u kreattivi; jew soċjetajiet siguri; jew enerġija nadifa disponibbli u mobbiltà; jew ekonomija u soċjetà diġitizzati; jew industrija transdixxiplinari u effettiva; jew soluzzjonijiet spazjali, marini jew ibbażati fuq l-art; jew soluzzjonijiet alimentari jew nurizzjonali; użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, protezzjoni u mitigazzjoni tal-klima, fejn ilkoll jiġġeneraw ġid fl-Ewropa u joffru impjiegi ta' kwalità ogħla. It-trasformazzjoni industrijali se tkun kruċjali.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni skont dan il-pilastru ta' Orizzont Ewropa huma raggruppati fi gruppi ta' raggruppamenti ta' attivitajiet integrati. Minflok jindirizzaw is-setturi, l-investimenti jimmiraw għal bidliet sistemiċi għas-soċjetà u l-ekonomija tagħna skont vettur ta' sostenibbiltà. Dawn se jintlaħqu biss jekk l-atturi kollha, kemm privati kif ukoll pubbliċi, jinvolvu lilhom infushom fil-kodisinn u l-koħolqien tar-riċerka u l-innovazzjoni; li jlaqqgħu flimkien utenti aħħarin, xjenzati, teknoloġisti, produtturi, innovaturi, negozji, edukaturi, ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għaldaqstant, l-ebda wieħed mir-raggruppamenti tematiċi mhu maħsub għal sett wieħed biss ta' atturi.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni skont dan il-pilastru ta' Orizzont Ewropa huma raggruppati fi gruppi ta' raggruppamenti ta' attivitajiet integrati. Minflok jindirizzaw is-setturi, l-investimenti jimmiraw għal bidliet sistemiċi għas-soċjetà u l-ekonomija tagħna skont vettur ta' inklużività u sostenibbiltà. Dawn se jintlaħqu biss jekk l-atturi kollha, kemm privati kif ukoll pubbliċi, jinvolvu lilhom infushom fil-kodisinn u l-koħolqien tar-riċerka u l-innovazzjoni; li jlaqqgħu flimkien utenti aħħarin, riċerkaturi, xjenzati, teknoloġisti, disinjaturi, produtturi, innovaturi, negozji, edukaturi, ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għaldaqstant, l-ebda wieħed mir-raggruppamenti tematiċi mhu maħsub għal sett wieħed biss ta' atturi.

 

Ir-raggruppamenti se jappoġġaw il-ħolqien tal-għarfien fl-istadji kollha tal-iżvilupp tiegħu, inklużi attivitajiet ta' riċerka fi stadju bikri, ikkomplementati b'appoġġ trasversali għal inizjattivi ta' riċerka ambizzjużi, fit-tul u fuq skala kbira mmirati lejn teknoloġiji futuri u emerġenti (Flagships tal-FET) mibdija taħt il-programm qafas preċedenti: Human Brain Project, Graphene, Quantum Technologies u Future Battery Technologies.

Ir-raggruppamenti se jiżviluppaw u japplikaw teknoloġiji diġitali, ewlenin abilitanti u emerġenti bħala parti minn strateġija komuni sabiex jippromwovu t-tmexxija industrijali tal-UE. Fejn xieraq dan se jutilizza data u servizzi tal-UE ffaċilitati mill-ispazju.

Ir-raggruppamenti se jiżviluppaw u japplikaw ukoll teknoloġiji diġitali, ewlenin abilitanti u emerġenti futuri bħala parti minn strateġija komuni sabiex jippromwovu t-tmexxija industrijali tal-UE. Fejn xieraq dan se jutilizza data u servizzi tal-UE ffaċilitati mill-ispazju.

Se jingħata appoġġ sabiex it-teknoloġija titwassal mil-laboratorju sas-suq u sabiex jiġu żviluppati applikazzjonijiet inkluż linji pilota u dimostraturi, miżuri sabiex jiġi stimolat l-użu mis-suq u sabiex tingħata spinta lill-impenn min-naħa tas-settur privat. Is-sinerġiji ma' programmi oħrajn se jkunu massimizzati.

Se jingħata appoġġ sabiex it-teknoloġija titwassal mil-laboratorju sas-suq u sabiex jiġu żviluppati applikazzjonijiet inkluż linji pilota u dimostraturi, miżuri sabiex jiġi stimolat l-użu mis-suq u sabiex tingħata spinta lill-impenn min-naħa tas-settur privat. Is-sinerġiji ma' partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, speċjalment l-EIT, kif ukoll ma' programmi oħrajn se jkunu massimizzati.

Ir-raggruppamenti se jagħtu spinta lill-introduzzjoni rapida ta' innovazzjoni li tkun l-ewwel tax-xorta tagħha fl-UE permezz ta' firxa wiesgħa ta' attivitajiet inkorporati, inkluż l-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament, l-istandardizzazzjoni kif ukoll l-appoġġ għall-innovazzjoni nonteknoloġika u mekkaniżmi ta' twassil innovattivi, li jgħinu sabiex jinħolqu kundizzjonijiet soċjetali, regolatorji u tas-suq favur l-innovazzjoni bħall-patti tal-innovazzjoni. Rotot ta' soluzzjonijiet innovattivi li joriġinaw minn azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni se jiġu stabbiliti u mmirati lejn investituri pubbliċi u privati, kif ukoll programmi tal-UE u nazzjonali rilevanti oħrajn.

Ir-raggruppamenti se jagħtu spinta lill-introduzzjoni rapida ta' innovazzjoni li tkun l-ewwel tax-xorta tagħha fl-UE, filwaqt li jiġi studjat l-impatt tagħha fuq is-soċjetà, permezz ta' firxa wiesgħa ta' attivitajiet inkorporati, inkluż l-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament, l-istandardizzazzjoni kif ukoll l-appoġġ għall-innovazzjoni nonteknoloġika u mekkaniżmi ta' twassil innovattivi, li jgħinu sabiex jinħolqu kundizzjonijiet soċjetali, regolatorji u tas-suq favur l-innovazzjoni bħall-patti tal-innovazzjoni. Rotot ta' soluzzjonijiet innovattivi li joriġinaw minn azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni se jiġu stabbiliti u mmirati biex jinkisbu investituri pubbliċi u privati, kif ukoll programmi tal-UE u nazzjonali rilevanti oħrajn.

 

Se tingħata attenzjoni speċjali biex jiġu appoġġati l-SMEs fil-Pilastru 2 f'partijiet kollaborattivi u permezz ta' Strument tal-SMEs dedikat monobenefiċjarju u bbażat fuq l-għotjiet. Ir-raggruppamenti kollha għandhom jiddedikaw ammont xieraq lill-istrument tal-SMEs, li se jkun kompletament minn isfel għal fuq, b'sejħiet kontinwament miftuħa u b'għadd ta' dati ta' skadenza, dedikati esklużivament għall-innovazzjoni inkrementali. Huma biss l-SMEs li se jitħallew japplikaw għal finanzjament, anke permezz ta' kollaborazzjonijiet jew sottokuntrattar. Il-proġetti jrid ikollhom dimensjoni Ewropea ċara u jikkontribwixxu għall-valur miżjud tal-UE.

 

L-appoġġ permezz tal-istrument tal-SMEs se jingħata fi tliet fażijiet, abbażi tal-mudell ta' Orizzont Ewropa:

 

- Fażi 1: Valutazzjoni tal-kunċett u tal-fattibbiltà:

 

L-SMEs se jirċievu finanzjament biex jistudjaw il-fattibbiltà xjentifika jew teknika u l-potenzjal kummerċjali ta' idea ġdida (prova tal-kunċett) sabiex jiżviluppaw proġett ta' innovazzjoni. Riżultat pożittiv ta' din il-valutazzjoni, li fiha r-rabta bejn il-proġett-suġġett u l-ħtiġijiet tal-utenti/xerrejja potenzjali hija kwistjoni importanti, se jippermetti finanzjament taħt il-fażi(jiet) segwenti.

 

- Fażi 2: Riċerka u żvilupp, dimostrazzjoni, replikazzjoni fis-suq:

 

B'attenzjoni partikolari mogħtija lill-innovazzjoni tal-kunċett tal-irċevuti, ir-riċerka u l-iżvilupp se jkunu appoġġati b'attenzjoni partikolari fuq attivitajiet ta' dimostrazzjoni (ittestjar, prototip, studji ta' espansjoni, disinn, pilotaġġ ta' proċessi, prodotti u servizzi innovattivi, validazzjoni, verifika tal-prestazzjoni, eċċ) u replikazzjoni fis-suq li jinkoraġġixxi l-involviment tal-utenti finali jew ta' klijenti potenzjali. Il-Vouchers tal-Innovazzjoni se jippromwovu l-parteċipazzjoni ta' imprendituri żgħażagħ.

 

- Fażi 3: Kummerċjalizzazzjoni:

 

Din il-fażi ma tipprovdix finanzjament dirett għajr attivitajiet ta' appoġġ, iżda għandha l-għan li tiffaċilita l-aċċess għal kapital privat u ambjenti miftuħa għall-innovazzjoni. Se jkunu previsti rabtiet mal-EIC u l-InvestEU. L-SMEs se jibbenefikaw ukoll minn miżuri ta' appoġġ bħal networking, taħriġ, ikkowċjar u pariri. Barra minn hekk, din il-fażi tista' torbot ma' miżuri li jippromwovu l-akkwist prekummerċjali u l-akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi.

Emenda    35

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1.   Raġunament

1.1.   Raġunament

Il-Pilastru tal-UE tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta' kwalità tajba. Dan jissottolinja l-impenn tal-UE lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU li jitolbu għal kopertura tas-saħħa universali għal persuni ta' kull età sal-2030, li ma teskludi lil ħadd u li ġġib fi tmiemhom l-imwiet preventibbli.

Il-Pilastru tal-UE tad-Drittijiet Soċjali jafferma li kulħadd għandu d-dritt għal aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta' kwalità tajba. Dan jissottolinja l-impenn tal-UE lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU li jitolbu kopertura tas-saħħa universali għal persuni ta' kull età sal-2030, li ma teskludi lil ħadd u li ġġib fi tmiemhom l-imwiet evitabbli.

Popolazzjoni b'saħħitha hija vitali għal soċjetà stabbli, sostenibbli u inklużiva, u t-titjib fis-saħħa huwa kruċjali għat-tnaqqis fil-faqar, sabiex jitrawwem il-progress u l-prosperità soċjali u sabiex jiżdied it-tkabbir ekonomiku. Skont l-OECD, titjib ta' 10 % fl-għomor huwa assoċjat ukoll ma' żieda fit-tkabbir ekonomiku ta' bejn 0.3 % u 0.4 % fis-sena. L-għomor fl-UE żdied bi 12-il sena mill-istabbiliment tagħha b'riżultat ta' titjib kbir miksub fir-rigward tal-kwalità tal-ħajja, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-kura tan-nies tagħha. Fl-2015, l-għomor b'mod ġenerali mat-twelid kien ta' 80.6 sena fl-UE meta mqabbel ma' 71.4 sena globalment. Fl-aħħar snin, fl-UE żdid fuq medja ta' 3 xhur fis-sena.

Popolazzjoni b'saħħitha hija vitali għal soċjetà stabbli, sostenibbli u inklużiva, u t-titjib fis-saħħa huwa kruċjali biex jitnaqqas il-faqar, jitrawmu l-progress u l-prosperità soċjali u jiżdied it-tkabbir ekonomiku. Skont l-OECD, titjib ta' 10 % fl-għomor huwa assoċjat ukoll ma' żieda fit-tkabbir ekonomiku ta' bejn 0.3 % u 0.4 % fis-sena. L-għomor fl-UE żdied bi 12-il sena mit-twaqqif tagħha, bis-saħħa tat-titjib kbir li sar fil-kwalità tal-ħajja, inklużi l-edukazzjoni u s-saħħa. Fl-2015, l-għomor b'mod ġenerali mat-twelid kien ta' 80.6 sena fl-UE meta mqabbel ma' 71.4 sena globalment. Fl-aħħar snin, fl-UE żdied b'medja ta' 3 xhur fis-sena.

Ir-riċerka dwar is-saħħa u r-riċerka dwar l-innovazzjoni kellhom parti sinifikanti f'din il-kisba iżda wkoll fit-titjib tal-produttività u tal-kwalità fl-industrija tas-saħħa u l-kura. Madankollu, l-UE tkompli taffaċċa sfidi ġodda, li għadhom kemm ħarġu jew persistenti u li qed jheddu liċ-ċittadini tagħha u s-saħħa pubblika, is-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa tagħha u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, kif ukoll il-kompetittività tal-industrija tas-saħħa u l-kura tagħha. L-isfidi l-kbar tas-saħħa fl-UE jinkludu: in-nuqqas ta' promozzjoni effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard; iż-żieda fil-mard mhux komunikabbli; it-tixrid ta' reżistenza għall-mediċina antimikrobika u l-emerġenza ta' epidemiji infettivi; żieda fit-tniġġis ambjentali; il-persistenza ta' inugwaljanzi fis-saħħa fost u fi ħdan il-pajjiżi li jaffettwaw b'mod sproporzjonat lill-persuni li huma żvantaġġati jew fi stadji vulnerabbli tal-ħajja; id-detezzjoni, il-fehim, il-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji tas-saħħa f'ambjent soċjali, urban u naturali li qed jinbidel b'mod rapidu; il-kostijiet li qed jiżdiedu għas-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej u l-introduzzjoni progressiva ta' approċċi ta' mediċina personalizzata u d-diġitalizzazzjoni fis-saħħa u l-kura; u l-pressjoni li qed tiżdied fuq l-industrija Ewropea tal-kura u s-saħħa sabiex tibqa' kompetittiva fl-innovazzjoni tas-saħħa u billi tiżviluppa t-tali innovazzjoni fir-rigward ta' atturi globali ġodda u emerġenti.

Ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa kellhom sehem sinifikanti f'din il-kisba iżda anki fit-titjib tal-produttività u tal-kwalità fl-industrija tas-saħħa u l-kura kif ukoll fl-għoti ta' bażi ta' għarfien għal ċittadini aktar b'saħħithom u kura aħjar għall-pazjenti. Ir-riċerka fil-qasam tas-saħħa għandha karatteristiċi uniċi, b'konnessjoni u interazzjoni mill-qrib mal-innovazzjoni, il-kura tal-pazjenti u s-saħħa tal-popolazzjoni, u topera f'ambjent multidixxiplinari b'regolamenti kumplessi.

 

Madankollu, l-UE tkompli tiffaċċja sfidi ġodda, emerġenti jew persistenti u li qed jheddu liċ-ċittadini tagħha u s-saħħa pubblika, is-sostenibbiltà tal-kura tas-saħħa tagħha u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali, kif ukoll il-kompetittività tal-industrija tas-saħħa u l-kura tagħha. L-isfidi l-kbar tas-saħħa fl-UE jinkludu: aktar każijiet ta' kanċer; in-nuqqas ta' promozzjoni effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard; iż-żieda fil-mard li ma jitteħidx; it-tixrid ta' reżistenza għall-mediċina antimikrobika u l-apparizzjoni ta' epidemiji infettivi; żieda fit-tniġġis ambjentali; il-persistenza ta' inugwaljanzi fis-saħħa fost u fi ħdan il-pajjiżi li jaffettwaw b'mod sproporzjonat lill-persuni li huma żvantaġġati jew fi stadji vulnerabbli tal-ħajja; id-detezzjoni bikrija, il-fehim, il-kontroll, il-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji tas-saħħa f'ambjent soċjali, urban u naturali li qed jinbidel b'mod rapidu; li jiżdiedu s-snin ta' ħajja b'saħħitha; il-prezzijiet għoljin ta' ċerti għodod u teknoloġiji innovattivi tas-saħħa għall-utenti aħħarin; iż-żieda fl-ispejjeż għas-sistemi tal-kura tas-saħħa Ewropej u l-introduzzjoni progressiva ta' approċċi ta' mediċina ta' preċiżjoni, inklużi r-riċerka rilevanti u d-diġitalizzazzjoni fis-saħħa u l-kura; u l-pressjoni li qed tiżdied fuq l-industrija Ewropea tal-kura u s-saħħa sabiex tibqa' kompetittiva fl-innovazzjoni tas-saħħa u billi tiżviluppa t-tali innovazzjoni fir-rigward ta' atturi globali ġodda u emerġenti.

 

Is-soluzzjonijiet tas-saħħa diġitali ħolqu ħafna opportunitajiet biex tinstab soluzzjoni għall-problemi tas-servizzi tal-kura u jiġu indirizzati l-kwistjonijiet emerġenti ta' soċjetà li qed tixjieħ. L-isfidi jinkludu wkoll li jittieħed vantaġġ sħiħ mill-introduzzjoni progressiva tal-opportunitajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni fis-saħħa u l-kura mingħajr ma jiġi mminat id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Ġew żviluppati apparat u software diġitali għad-dijanjożi, it-trattament u l-iffaċilitar tal-awtoġestjoni tal-mard min-naħa tal-pazjenti, inkluż f'każ ta' mard kroniku. It-teknoloġiji diġitali qed jintużaw dejjem aktar fit-taħriġ u l-edukazzjoni medika u biex il-pazjenti u konsumaturi oħra fil-qasam tal-kura tas-saħħa jkunu jistgħu jaraw, jaqsmu u joħolqu informazzjoni dwar is-saħħa.

Dawn l-isfidi tas-saħħa huma kumplessi, interkonnessi u globali fin-natura u jirrikjedu kollaborazzjonijiet multidixxiplinari, transsettorjali u transnazzjonali. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni se jibnu rabtiet mill-qrib bejn ir-riċerka ta' skoperta, klinika, epidemjoloġika, ambjentali u soċjoekonomika, kif ukoll max-xjenzi regolatorji. Dawn se jisfruttaw il-ħiliet ikkombinati tal-akkademja u l-industrija u jrawmu l-kollaborazzjoni tagħhom mas-servizzi tas-saħħa, il-pazjenti, dawk li jfasslu l-politika u ċ-ċittadini sabiex jiksbu ingranaġġ fuq il-finanzjament pubbliku u jiżguraw l-użu tar-riżultati fil-prattika klinika kif ukoll fis-sistemi tal-kura tas-saħħa. Dawn se jrawmu kollaborazzjoni strateġika fil-livell tal-UE u internazzjonali sabiex jiġu raggruppati l-għarfien espert, il-kapaċitajiet u r-riżorsi meħtieġa għall-ħolqien ta' ekonomiji ta' skala, kamp ta' applikazzjoni u veloċità, kif ukoll sabiex jiġu kondiviżi l-benefiċċji mistennija u r-riskji finanzjarji involuti.

L-isfidi tas-saħħa tal-lum huma kumplessi, interkonnessi u globali fin-natura u jirrikjedu kollaborazzjonijiet multidixxiplinari, transsettorjali, traslazzjonali u transnazzjonali, inkluż ma' pajjiżi bi dħul baxx u medju. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jibnu rabtiet mill-qrib bejn ir-riċerka klinika, epidemjoloġika, etika, ambjentali u soċjoekonomika, kif ukoll max-xjenzi regolatorji. Dawn se jisfruttaw il-ħiliet ikkombinati tal-akkademja u l-industrija u jrawmu l-kollaborazzjoni tagħhom mas-servizzi tas-saħħa, il-pazjenti, dawk li jfasslu l-politika, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini sabiex jinkiseb ingranaġġ fuq il-finanzjament pubbliku u jiġi żgurat l-użu tar-riżultati fil-prattika klinika kif ukoll fis-sistemi tal-kura tas-saħħa. Dawn se jrawmu kollaborazzjoni strateġika fil-livell tal-UE u internazzjonali sabiex jiġu raggruppati l-għarfien espert, il-kapaċitajiet u r-riżorsi meħtieġa għall-ħolqien ta' ekonomiji ta' skala, kamp ta' applikazzjoni u veloċità, kif ukoll sabiex jiġu kondiviżi l-benefiċċji mistennija u r-riskji finanzjarji involuti. L-istudji u r-riċerka taħt dan ir-raggruppament għandhom iqisu l-perspettiva tas-sessi u d-differenzi bejniethom.

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni ta' din l-isfida globali se jiżviluppaw bażi ta' għarfien, jibnu l-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni u jiżviluppaw is-soluzzjonijiet meħtieġa għal promozzjoni aktar effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-mard. It-titjib tal-eżiti tas-saħħa, progressivament se jwasslu għal għomor itwal, ħajjiet attivi u sani u produttività fost in-nies ta' età tax-xogħol, u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa u l-kura.

L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni ta' din l-isfida globali se jiżviluppaw ir-riżorsi umani u l-bażi tal-għarfien, jibnu l-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni u jiżviluppaw is-soluzzjonijiet meħtieġa għal promozzjoni aktar effettiva tas-saħħa u l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura tal-mard. Progressivament, it-titjib tal-eżiti tas-saħħa se jwassal għal għomor itwal, ħajjiet attivi u sani b'mod ġenerali, produttività fost in-nies fl-età tax-xogħol u sostenibbiltà fis-sistemi tas-saħħa u l-kura. L-innovazzjoni fil-qasam ta' tekniki dijanjostiċi rapidi u antibijotiċi ġodda tista' tipprevjeni l-iżvilupp tar-reżistenza għall-antimikrobiċi u, għalhekk, se tiġi promossa.

L-indirizzar ta' sfidi tas-saħħa kbar se jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika u l-istrateġiji tal-UE, b'mod partikolari l-Pilastru tal-UE tad-Drittijiet Soċjali, is-Suq Uniku Diġitali tal-UE, id-Direttiva tal-UE dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR), u għall-implimentazzjoni tal-oqfsa regolatorji rilevanti tal-UE. Dan se jappoġġa wkoll l-impenn tal-UE lejn l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 u dawk fil-kuntest ta' organizzazzjonijiet oħrajn tan-NU u inizjattivi internazzjonali, inkluż l-istrateġiji globali u l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

L-indirizzar ta' sfidi tas-saħħa kbar se jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika u l-istrateġiji tal-UE, b'mod partikolari l-Pilastru tal-UE tad-Drittijiet Soċjali, is-Suq Uniku Diġitali tal-UE, id-Direttiva tal-UE dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali, il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew Saħħa Waħda kontra r-Reżistenza għall-Antimikrobiċi (AMR), u għall-implimentazzjoni tal-oqfsa regolatorji rilevanti tal-UE. Dan se jappoġġa wkoll l-impenn tal-UE lejn l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 u dawk fil-kuntest ta' organizzazzjonijiet oħrajn tan-NU u inizjattivi internazzjonali, inkluż l-istrateġiji globali u l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

 

Grupp ta' Livell Għoli – il-Bord ta' Tmexxija għas-Saħħa – se jgħin biex jintlaħqu dawn l-objettivi. Huwa għandu jiżgura koordinazzjoni ma' programmi ta' riċerka oħrajn fil-livell nazzjonali u tal-UE, kif ukoll sinerġiji bejn ir-raggruppament tas-saħħa u partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, inklużi missjonijiet u sħubijiet. Se jitmexxa bi kriterji xjentifiċi u jinkludi lill-partijiet ikkonċernati kollha, b'parteċipazzjoni qawwija mis-soċjetà, iċ-ċittadini u l-pazjenti. Se jkollu l-kompitu li jagħti direzzjoni u pariri fl-iżvilupp tal-programm ta' ħidma u l-missjonijiet relatati mas-saħħa.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) b'mod partikolari: SDG 3 – Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 13 – Azzjoni Klimatika

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li ġejjin, b'mod partikolari: SDG 3 – Saħħa Tajba u Benesseri għall-Persuni; SDG 13 – Azzjoni Klimatika; u, indirettament, għall-SDG 1 – Daqshekk Faqar; SDG 5 – Ugwaljanza bejn is-Sessi; SDG 6 – Ilma Nadif u Sanità; SDG 10 – Tnaqqis fl-Inugwaljanzi.

Emenda    36

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.1.   Saħħa tul il-Ħajja

1.2.1.   Saħħa tul il-Ħajja

Persuni li jkunu fi stadji vulnerabbli tal-ħajja (it-twelid, l-infanzja, it-tfulija, l-adolexxenza, it-tqala, l-istat ta' adult matur u anzjan), inkluż persuni b'diżabilitajiet jew korrimenti, ikollhom ħtiġijiet tas-saħħa speċifiċi li jkunu jeħtieġu fehim aħjar u soluzzjonijiet imfasslin apposta. Dan se jippermetti t-tnaqqis fl-inugwaljanzi relatati mas-saħħa u t-titjib tal-eżiti tas-saħħa għall-benefiċċju ta' tixjiħ attiv u b'saħħtu tul il-ħajja, partikolarment permezz ta' bidu b'saħħtu fil-ħajja li jnaqqas ir-riskju ta' mard mentali u fiżiku aktar tard fil-ħajja.

Persuni li jkunu fi stadji vulnerabbli tal-ħajja (it-twelid, l-infanzja, it-tfulija, l-adolexxenza, it-tqala, l-istat ta' adult matur u anzjan), inklużi persuni b'diżabilità, bżonnijiet speċjali jew korrimenti, ikollhom ħtiġijiet tas-saħħa speċifiċi li jkunu jirrikjedu fehim aħjar u soluzzjonijiet imfasslin apposta. Dan jippermetti t-tnaqqis fl-inugwaljanzi relatati mas-saħħa u t-titjib tal-eżiti tas-saħħa għall-benefiċċju ta' tixjiħ attiv u b'saħħtu tul il-ħajja, partikolarment permezz ta' bidu b'saħħtu għall-ħajja li jnaqqas ir-riskju ta' mard mentali u fiżiku aktar tard fil-ħajja.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  Żvilupp bikri u l-proċess tat-tixjiħ tul il-ħajja;

–  Mard relatat mal-età u l-proċess tat-tixjiħ tul il-ħajja;

–  Saħħa materna, paterna, tat-trabi u tat-tfal kif ukoll ir-rwol tal-ġenituri;

–  Saħħa materna, paterna, tat-trabi u tat-tfal, inkluża s-sopravivenza materna u tat-tfal, kif ukoll ir-rwol tal-ġenituri;

 

-  Ħtiġijiet tas-saħħa u konsegwenzi fit-tul assoċjati ma' livelli għolja ta' mortalità u morbożità fit-tul, speċjalment b'rabta mat-tfal;

–  Ħtiġijiet tas-saħħa tal-adolexxenti;

–  Ħtiġijiet tas-saħħa tal-adolexxenti, inkluż il-benesseri psikoloġiku;

–  Konsegwenzi tas-saħħa tad-diżabilitajiet u l-korrimenti;

–  Etjoloġija tad-diżabilitajiet u konsegwenzi tas-saħħa tad-diżabilitajiet u l-korrimenti;

–   Ħajja indipendenti u attiva għall-anzjani u/jew il-persuni b'diżabbiltà;

–   Ħajja indipendenti u attiva għall-anzjani u/jew il-persuni b'diżabilità;

–   Edukazzjoni dwar is-saħħa u litteriżmu diġitali fis-saħħa.

–   Edukazzjoni dwar is-saħħa u litteriżmu diġitali fis-saħħa;

 

-  Riġenerazzjoni ta' organi u tessuti li għandhom iż-żmien jew li saritilhom il-ħsara;

 

-  Anġjoġenesi, patoloġija arterjali, iskemija mijokardika u patoloġija strutturali tal-qalb, bijomarkaturi u ġenetika ta' mard kardjovaskulari;

 

-  Trattament ta' mard kroniku.

Emenda    37

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.2.   Determinanti Ambjentali u tas-Saħħa Soċjali

1.2.2.   Determinanti Ambjentali u tas-Saħħa Soċjali

Fehim imtejjeb tal-ixprunaturi tas-saħħa u l-fatturi tar-riskju determinati mill-ambjent soċjali, ekonomiku u fiżiku fil-ħajja ta' kuljum tal-persuni u fuq il-post tax-xogħol, inkluż l-impatt fuq is-saħħa tad-diġitalizzazzjoni, it-tniġġis, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet ambjentali oħrajn, se jikkontribwixxu sabiex jiġu identifikati u mitigati r-riskji u t-theddid għas-saħħa; biex jitnaqqsu l-imwiet u l-mard minn esponiment għall-kimika u t-tniġġis ambjentali; biex jiġu appoġġati ambjenti fejn il-persuni jgħixu u jaħdmu li jkunu ekoloġiċi, sani, reżiljenti u sostenibbli; biex jiġu promossi stili ta' ħajja u mġiba ta' konsum sani; u biex tiżviluppa soċjetà ekitabbli, inklużiva u affidabbli.

Fehim imtejjeb tal-ixprunaturi tas-saħħa u l-fatturi tar-riskju determinati mill-ambjent soċjali, ekonomiku u fiżiku fil-ħajja ta' kuljum tal-persuni u fuq il-post tax-xogħol, inkluż l-impatt fuq is-saħħa tad-diġitalizzazzjoni, it-tniġġis, l-urbanizzazzjoni rapida, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet ambjentali nazzjonali u transnazzjonali oħrajn, se jikkontribwixxu sabiex jiġu identifikati, evitati u mitigati r-riskji u t-theddid għas-saħħa; jiġu identifikati u jitnaqqsu l-imwiet u l-mard minn esponiment għall-kimika u t-tniġġis ambjentali; jiġu appoġġati ambjenti sikuri fejn il-persuni jgħixu u jaħdmu li jkunu ekoloġiċi, sani, reżiljenti u sostenibbli; jiġu promossi stili ta' ħajja u mġiba ta' konsum sani; u tiġi żviluppata soċjetà ekwa, inklużiva u affidabbli.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  Teknoloġiji għall-valutazzjoni tal-perikli, l-esponimenti u l-impatt fuq is-saħħa tas-sustanzi kimiċi, sustanzi niġġiesa u fatturi ta' stress oħrajn, inkluż fatturi ta' stress ambjentali u relatati mal-klima, u l-effetti kkumbinati ta' diversi fatturi ta' stress;

–  Teknoloġiji u metodoloġiji sikuri u effettivi għall-valutazzjoni tal-perikli, l-esponimenti u l-impatt fuq is-saħħa ta' sustanzi kimiċi, sustanzi niġġiesa u fatturi ta' stress oħrajn, inkluż fatturi ta' stress ambjentali u relatati mal-klima, u l-effetti kkumbinati ta' diversi fatturi ta' stress;

–  Fatturi ambjentali, ta' xogħol, soċjali u ta' mġiba li jkollhom impatt fuq is-saħħa u l-benesseri fiżiċi u mentali tal-persuni u l-interazzjoni tagħhom, b'attenzjoni speċjali fuq il-persuni vulnerabbli u żvantaġġati;

–  Fatturi ambjentali, inkluż l-ambjent mibni (id-disinn u l-kostruzzjoni), okkupazzjonali, ekonomiċi, politiċi, soċjali u ta' mġiba li jkollhom impatt fuq is-saħħa u l-benesseri fiżiċi u mentali tal-persuni u l-interazzjoni tagħhom, b'attenzjoni speċjali fuq il-persuni vulnerabbli u żvantaġġati kif ukoll il-persuni b'kundizzjonijiet ta' diżabilità jew indeboliment;

–  Il-valutazzjoni, il-ġestjoni u l-komunikazzjoni tar-riskji, appoġġati minn għodod mtejba għat-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza, inkluż alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali;

–  Valutazzjoni, ġestjoni u komunikazzjoni tar-riskji, inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, appoġġati minn għodod imtejba għal proċess deċiżjonali bbażat fuq l-evidenza, inklużi alternattivi għall-ittestjar fuq l-annimali;

–   Il-kapaċità u l-infrastruttura sabiex tinġabar, tiġi kondiviża u kkumbinata d-data dwar id-determinanti kollha tas-saħħa, inkluż l-esponiment, is-saħħa u l-mard fil-livell tal-UE u internazzjonali;

–   Kapaċità u infrastruttura sabiex tinġabar, tiġi kondiviża u kkumbinata d-data dwar id-determinanti kollha tas-saħħa, inkluż l-esponiment, is-saħħa u l-mard fil-livell tal-UE u fil-livell internazzjonali;

–   Promozzjoni tas-saħħa u l-interventi ta' prevenzjoni primarja.

–   Promozzjoni tas-saħħa u interventi ta' prevenzjoni primarja.

Emenda    38

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.3.   Mard Mhux Komunikabbli u Mard Rari

1.2.3.   Mard li ma jitteħidx u Mard Rari

Il-mard mhux komunikabbli (NCDs), inkluż il-mard rari, jippreżenta sfida kbira għas-saħħa u s-soċjetà u jridu aktar approċċi effettivi fil-prevenzjoni, it-trattament u l-kura, inkluż approċċi ta' mediċina personalizzata.

Il-mard li ma jitteħidx (NCDs), inkluż il-mard rari, jippreżenta sfida kbira għas-saħħa u s-soċjetà u jirrikjedi approċċi aktar effettivi fil-prevenzjoni, it-trattament u l-kura, inklużi approċċi ta' mediċina ta' preċiżjoni.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  Dijanjostika għal dijanjożi aktar bikrija u preċiża u għal trattament adattat għall-pazjenti;

–  Dijanjostika għal dijanjożi aktar bikrija u preċiża u għal trattament adattat għall-pazjenti f'waqtu;

 

  Infrastruttura u kapaċitajiet sabiex il-potenzjal tal-avvanzi fil-mediċina ġenomika jiġi sfruttat fil-prattika klinika standard;

–   Programmi ta' prevenzjoni u skrining;

–   Programmi ta' prevenzjoni u skrining;

–   Soluzzjonijiet integrati għall-awtomonitoraġġ, il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni ta' kundizzjonijiet kroniċi u multimorbiditajiet;

–   Soluzzjonijiet integrati għall-awtomonitoraġġ, il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u l-ġestjoni ta' kundizzjonijiet kroniċi u multimorbiditajiet;

–  Trattamenti jew kura, inkluż kemm trattamenti farmakoloġiċi kif ukoll mhux farmakoloġiċi;

–  Trattamenti, kura jew strateġiji terapewtiċi oħra sikuri, effettivi u aċċessibbli, inklużi kemm trattamenti farmakoloġiċi kif ukoll mhux farmakoloġiċi;

–   Kura palljativa;

–   Kura palljativa;

 

  Riċerka kollaborattiva dwar il-bijoloġija molekulari, strutturali u ċellulari, it-terapiji sperimentali, il-ġenetika, il-ġenomika u l-bażijiet ambjentali tal-kanċer fil-bniedem;

 

  Il-fruntiera ġenomika, l-epidemjoloġija, il-bijoinformatika, il-patoloġija u l-isfidi tal-mediċina ta' preċiżjoni fil-mard rari, il-mard newrodeġenerattiv u l-onkoloġija;

 

  Oqsma ta' ħtieġa klinika qawwija u mhux issodisfata, bħal tipi rari ta' kanċer inklużi kanċers pedjatriċi;

–   Valutazzjoni tal-effettività kumparattiva tal-interventi u s-soluzzjonijiet;

–   Valutazzjoni tal-effettività kumparattiva tal-interventi u s-soluzzjonijiet;

–   Riċerka ta' implimentazzjoni għall-espansjoni ta' interventi tas-saħħa u l-appoġġ tal-użu tagħhom fil-politiki u s-sistemi tas-saħħa.

–   Riċerka ta' implimentazzjoni għall-espansjoni ta' interventi tas-saħħa u l-appoġġ tal-użu tagħhom fil-politiki u s-sistemi tas-saħħa.

Emenda    39

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.4.   Mard Infettiv

1.2.4.   Mard Infettiv

Il-protezzjoni tal-persuni minn theddid transfruntier għas-saħħa hija sfida kbira għas-saħħa pubblika, li titlob kooperazzjoni internazzjonali effettiva fil-livell tal-UE u globali. Dan se jinvolvi l-prevenzjoni, it-tħejjija, id-detezzjoni bikrija, it-trattament u l-kura ta' mard infettiv, u l-indirizzar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) billi jsegwu "Approċċ Saħħa Waħda".

Il-protezzjoni tal-persuni minn mard li jittieħed u theddid transfruntier għas-saħħa hija sfida kbira għas-saħħa pubblika, li titlob kooperazzjoni internazzjonali effettiva fil-livell tal-UE u fil-livell globali. Dan se jinvolvi l-prevenzjoni, it-tħejjija, id-detezzjoni bikrija, it-trattament u l-kura ta' mard infettiv, u l-indirizzar tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) skont approċċ "Saħħa Waħda". It-tixrid kostanti ta' batterji reżistenti għall-antimikrobiċi, inklużi s-superbatterji, ukoll se jkollu impatt ta' detriment sinifikanti fuq l-ekonomija u l-ambjent. Il-prevenzjoni tal-iżvilupp u t-tixrid tagħhom se tkun ukoll waħda mill-prijoritajiet taħt din l-intestatura. Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ddefiniet lista ta' mard li hu nieqes minn investimenti fir-R&I mis-settur privat minħabba inċentivi kummerċjali limitati. Hemm bżonn ta' investimenti pubbliċi aktar ambizzjużi biex jiġi indirizzat il-piż ta' tali mard relatat mal-faqar u mard ittraskurat.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  L-ixprunaturi għall-emerġenza jew l-emerġenza mill-ġdid ta' mard infettiv u t-tixrid tiegħu, inkluż it-trażmissjoni mill-annimali għall-bnedmin (żoonożi), jew minn partijiet oħrajn tal-ambjent (l-ilma, il-ħamrija, il-pjanti, l-ikel) għall-bnedmin;

–  L-ixprunaturi għall-apparizzjoni jew ir-riapparizzjoni ta' mard infettiv u t-tixrid tiegħu, inkluż it-trażmissjoni mill-annimali għall-bnedmin (żoonożi), jew minn partijiet oħrajn tal-ambjent (l-ilma, il-ħamrija, il-pjanti, l-ikel) għall-bnedmin u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet empiriċi preventivi li jimminimizzaw it-trażmissjoni;

–   It-tbassir, id-detezzjoni bikrija u s-sorveljanza ta' mard infettiv, inkluż patoġeni reżistenti għall-antimikrobiċi u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u fatturi relatati mal-ambjent;

–   Tbassir, detezzjoni bikrija u sorveljanza ta' mard infettiv, inklużi patoġeni reżistenti għall-antimikrobiċi u infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u fatturi relatati mal-ambjent;

–  Vaċċini, dijanjożi, trattamenti u kura għall-mard infettiv, inkluż komorbiditajiet u koinfezzjonijiet;

-  Dijanjostika, teknoloġiji mediċi, trattamenti u vaċċini xierqa, sikuri u effiċjenti għall-prevenzjoni u l-profilassi ta' mard infettiv, inklużi r-riċerka u l-iskoperta ta' vaċċini ġodda, teknoloġiji ta' immunizzazzjoni avvanzati u xjenzi regolatorji;

–   Tħejjija għal emerġenza tas-saħħa effettiva, miżuri u strateġiji ta' rispons u rkupru, li jinvolvu lill-komunitajiet;

–   Tħejjija għal emerġenza tas-saħħa effettiva, miżuri u strateġiji ta' rispons u rkupru, li jinvolvu lill-komunitajiet;

–   Ostakoli għall-implimentazzjoni u l-użu ta' interventi mediċi fil-prattika klinika kif ukoll fis-sistema tas-saħħa;

–   Ostakoli għall-implimentazzjoni u l-użu ta' interventi mediċi fil-prattika klinika kif ukoll fis-sistema tas-saħħa;

–  Aspetti transkonfinali tal-mard infettiv u sfidi speċifiċi f'pajjiżi bi dħul baxx sa medju (LMICs), bħall-mard tropikali.

–  Aspetti transkonfinali tal-mard infettiv u sfidi speċifiċi f'pajjiżi bi dħul baxx sa medju (LMICs), bħall-mard tropikali ttraskurat, l-AIDS, it-tuberkulożi u l-malarja. L-iżvilupp ta' metodi ġodda ta' trattament għall-mard li jittieħed biex tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi.

Emenda    40

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.5.   Għodod, Teknoloġija u Soluzzjonijiet Diġitali għas-Saħħa u l-Kura

1.2.5.   Għodod, Teknoloġiji u Soluzzjonijiet Diġitali għas-Saħħa u l-Kura

It-teknoloġiji u l-għodod tas-saħħa huma vitali għas-saħħa pubblika u kkontribwew ħafna għat-titjib importanti miksub fil-kwalità tal-ħajja, is-saħħa u l-kura tal-persuni fl-UE. Hija għalhekk sfida strateġika ewlenija li jiġu mfasslin, żviluppati, sottomessi u implimentati għodod u teknoloġiji xierqa, affidabbli, sikuri u kosteffettivi għas-saħħa u l-kura, b'kunsiderazzjoni kif dovut tal-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabbiltajiet u s-soċjetà li qed tixjieħ. Dawn jinkludu intelliġenza artifiċjali u teknoloġiji diġitali oħrajn li joffru titjib sinifikanti fuq dawk eżistenti, kif ukoll jistimolaw industrija marbuta mas-saħħa kompetittiva u sostenibbli li toħloq impjiegi ta' valur għoli. L-industrija marbuta mas-saħħa tal-UE hija wieħed mis-setturi ekonomiċi kritiċi fl-UE, li hija responsabbli għal 3 % tal-PDG u 1.5 miljun impjegat.

It-teknoloġiji u l-għodod tas-saħħa huma vitali għas-saħħa pubblika u kkontribwew ħafna għat-titjib importanti miksub fil-kwalità tal-ħajja, is-saħħa u l-kura tal-persuni fl-UE. Hija għalhekk sfida strateġika ewlenija li jiġu mfasslin, żviluppati, sottomessi u implimentati għodod u teknoloġiji xierqa, affidabbli, sikuri u kosteffettivi għas-saħħa u l-kura, b'kunsiderazzjoni kif dovut tal-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabbiltà u soċjetà li qed tixjieħ. Dawn jinkludu t-teknoloġiji abilitanti essenzjali, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, il-big data, it-teknoloġija tal-kwantum u għodod u teknoloġiji diġitali oħrajn li joffru titjib sinifikanti fuq dawk eżistenti, kif ukoll jistimolaw industrija marbuta mas-saħħa kompetittiva u sostenibbli li toħloq impjiegi ta' valur għoli. L-industrija marbuta mas-saħħa tal-UE hija wieħed mis-setturi ekonomiċi kritiċi fl-UE, li hija responsabbli għal 3 % tal-PDG u 1.5 miljun impjegat.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  Għodod u teknoloġiji għal applikazzjonijiet mifruxin fl-ispettrum tas-saħħa u kwalunkwe indikazzjoni medika rilevanti, inkluż l-indeboliment funzjonali;

–  Għodod u teknoloġiji għal applikazzjonijiet mifruxin fl-ispettru tas-saħħa, fosthom il-manifattura ta' teknoloġiji tas-saħħa u kwalunkwe indikazzjoni medika rilevanti, inkluż l-indeboliment funzjonali;

 

  Intelliġenza artifiċjali u robotika għat-teknoloġiji u l-għodod tas-saħħa;

–   Għodod, teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali integrati għas-saħħa tal-bniedem, inkluż s-saħħa mobbli u t-telesaħħa;

–   Għodod, teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali integrati għas-saħħa tal-bniedem, inklużi s-saħħa mobbli u t-telesaħħa;

 

  Approċċi tas-saħħa personalizzati u diġitali bbażati fuq l-hekk imsejħa "tewmin diġitali", mudelli informatiċi preċiżi – u mmexxija mid-data – tal-proċessi bijoloġiċi ewlenin tal-ġisem tal-bniedem, li jippermettu l-identifikazzjoni tal-aqwa terapija skont l-individwu, kif ukoll miżuri ta' prevenzjoni u manutenzjoni tas-saħħa;

–   Pilotaġġ, varar fuq skala kbira, ottimizzazzjoni u l-akkwist ta' innovazzjonijiet ta' teknoloġiji u għodod tas-saħħa u l-kura u għodod f'xenarji reali li jinkludu provi kliniċi u riċerka dwar l-implimentazzjoni;

–   Pilotaġġ, varar fuq skala kbira, ottimizzazzjoni u akkwist ta' innovazzjonijiet ta' teknoloġiji u għodod tas-saħħa u l-kura u għodod f'xenarji reali li jinkludu provi kliniċi u riċerka dwar l-implimentazzjoni;

–  Proċessi u servizzi innovattivi għall-iżvilupp, il-manifattura u t-twassil rapidu ta' għodod u teknoloġiji għas-saħħa u l-kura;

–  Proċessi u servizzi innovattivi għall-iżvilupp, il-manifattura u t-twassil rapidu ta' għodod kurattivi, teknoloġiji, mediċini u vaċċini;

–   Is-sikurezza, l-effikaċja u l-kwalità tal-għodod u t-teknoloġiji għas-saħħa u l-kura, kif ukoll l-impatt legali u soċjali etiku tagħhom;

–   Sikurezza, effikaċja u kwalità tal-għodod u t-teknoloġiji għas-saħħa u l-kura, kif ukoll l-impatt etiku, legali u soċjali tagħhom;

–   Xjenza regolatorja għal teknoloġiji u għodod tas-saħħa.

–   Xjenza regolatorja għat-teknoloġiji u l-għodod tas-saħħa.

 

  Għodod, teknoloġiji u soluzzjonijiet diġitali biex tiżdied is-sikurezza tad-deċiżjonijiet mediċi.

Emenda    41

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.2.6.   Sistemi ta' Kura tas-Saħħa

1.2.6.   Sistemi tal-Kura tas-Saħħa

Is-sistemi tas-saħħa jikkostitwixxu assi ewlieni fis-sistemi soċjali tal-UE, li fl-2017 kienu responsabbli għal 24 miljun impjegat fis-settur tas-saħħa u l-ħidma soċjali. Hija prijorità ewlenija li s-sistemi tas-saħħa jsiru aċċessibbli, kosteffettivi, reżiljenti, sostenibbli u affidabbli, kif ukoll li jitnaqqsu l-inugwaljanzi, inkluż permezz tal-isfruttament tal-potenzjal ippreżentat minn innovazzjonijiet xprunati mid-data u diġitali għal saħħa aħjar u żvilupp ta' kura ċċentrata madwar il-persuni li tibni fuq infrastrutturi Ewropej tad-data miftuħin. Dan se javvanza t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura.

Is-sistemi tas-saħħa jikkostitwixxu assi ewlieni fis-sistemi soċjali tal-UE, li fl-2017 kienu responsabbli għal 24 miljun impjegat fis-settur tas-saħħa u l-ħidma soċjali. Hija prijorità ewlenija li s-sistemi tas-saħħa jsiru aċċessibbli, kosteffettivi, reżiljenti, sostenibbli u affidabbli, kif ukoll li jitnaqqsu l-inugwaljanzi, inkluż permezz tal-isfruttament tal-potenzjal ippreżentat minn innovazzjonijiet xprunati mid-data u diġitali għal saħħa aħjar u żvilupp ta' kura ċċentrata madwar il-persuni li tibni fuq infrastrutturi Ewropej tad-data miftuħin. Dan se javvanza t-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u l-kura. L-infrastruttura futura għandha sserraħ fuq ħażniet siguri, bħall-użu tal-5G, kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-IoT, kif ukoll ċentri tal-informatika ta' prestazzjoni għolja.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–   Riformi fis-sistemi u l-politiki tas-saħħa pubblika fl-Ewropa u lil hinn minnha;

–   Riformi fis-sistemi u l-politiki tas-saħħa pubblika fl-Ewropa u lil hinn minnha;

–   Mudelli u approċċi ġodda għas-saħħa u l-kura u t-trasferibbiltà jew l-adattament tagħhom minn pajjiż/reġjun wieħed għal ieħor;

–   Mudelli u approċċi ġodda għas-saħħa u l-kura u t-trasferibbiltà jew l-adattament tagħhom minn pajjiż/reġjun wieħed għal ieħor;

–   Titjib tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa;

–   Titjib tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa;

–   Evoluzzjoni tal-inugwaljanza fis-saħħa u r-rispons politiku effettiv;

–   Evoluzzjoni tal-inugwaljanza fis-saħħa u rispons politiku effettiv;

–   Il-forza tax-xogħol futura fil-qasam tas-saħħa u l-ħtiġijiet tagħha;

–   Il-forza tax-xogħol futura fil-qasam tas-saħħa u l-ħtiġijiet tagħha;

 

  Żvilupp ta' skemi ta' taħriġ speċjalizzat għall-professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, taħriġ u żvilupp ta' għarfien espert tekniku u metodi ġodda għall-integrazzjoni tal-innovazzjoni fis-saħħa elettronika;

–  Titjib tal-informazzjoni dwar is-saħħa f'waqtha u l-użu ta' data dwar is-saħħa, inkluż rekords elettroniċi tas-saħħa, bl-attenzjoni dovuta għas-sigurtà, il-privatezza, l-interoperabbiltà, l-istandards, il-kumparabbiltà u l-integrità;

–  Titjib tat-tempestività u l-kwalità tal-informazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll l-infrastruttura għall-ġbir effettiv u l-użu ta' data dwar is-saħħa, inklużi r-rekords elettroniċi tas-saħħa, bl-attenzjoni dovuta għas-sigurtà, il-privatezza, l-interoperabbiltà, l-istandards, il-kumparabbiltà u l-integrità; l-informazzjoni dwar is-saħħa u l-użu ta' data dwar is-saħħa, inklużi r-rekords elettroniċi tas-saħħa, bl-attenzjoni dovuta għas-sigurtà, il-privatezza, l-interoperabbiltà, l-istandards, il-kumparabbiltà u l-integrità;

–   Ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa fl-assorbiment tal-impatt tal-kriżijiet u sabiex tiġi akkomodata l-innovazzjoni fixkiela;

–   Ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa fl-assorbiment tal-impatt tal-kriżijiet u sabiex tiġi akkomodata l-innovazzjoni fixkiela;

–   Soluzzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-pazjenti, għall-awtomonitoraġġ u l-interazzjoni ma' professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali, għal kura aktar integrata u approċċ aktar iċċentrat fuq l-utent;

–   Soluzzjonijiet sabiex tissaħħaħ il-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-pazjenti, għall-awtomonitoraġġ u l-interazzjoni ma' professjonisti tal-kura tas-saħħa u soċjali, għal kura aktar integrata u approċċ aktar iċċentrat fuq l-utent;

–   Data, informazzjoni, għarfien u l-aħjar prattiki mir-riċerka dwar is-sistemi tas-saħħa fil-livell tal-UE u globali.

–   Data, informazzjoni, għarfien u l-aħjar prattiki mir-riċerka dwar is-sistemi tas-saħħa fil-livell tal-UE u fil-livell globali.

Emenda    42

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  RAGGRUPPAMENT "SOĊJETÀ INKLUŻIVA U SIGURA"

2.  RAGGRUPPAMENT "SOĊJETÀ INKLUŻIVA U KREATTIVA"

Emenda    43

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.1.   Raġunament

2.1.   Raġunament

L-UE tirrappreżenta mod uniku ta' kombinazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mal-politiki soċjali, b'livelli għolja ta' inklużjoni soċjali, valuri kondiviżi li jħaddnu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rikkezza tad-diversità. Dan il-mudell qed jevolvi b'mod kostanti u jrid jittratta l-isfidi minn fost affarijiet oħrajn, il-globalizzazzjoni u l-bidla teknoloġika. L-Ewropa trid ukoll tirrispondi għall-isfidi li jirriżultaw minn theddid għas-sigurtà persistenti. L-attakki terroristiċi u r-radikalizzazzjoni, kif ukoll l-attakki ċibernetiċi u t-theddida ibrida, iqajmu tħassib kbir dwar is-sigurtà u jpoġġu pressjoni partikolari fuq is-soċjetajiet tagħna.

L-UE tirrappreżenta mod uniku ta' kombinazzjoni tal-prosperità, it-tkabbir ekonomiku u s-sostenibbiltà mal-politiki soċjali, b'livelli għolja ta' inklużjoni soċjali, valuri kondiviżi li jħaddnu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rikkezza tad-diversità. Dan il-mudell qed jevolvi b'mod kostanti u jrid jittratta l-isfidi minn fost affarijiet oħrajn id-diġitalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni u l-evoluzzjoni teknoloġika.

L-UE trid tippromwovi mudell ta' tkabbir inklużiv u sostenibbli, filwaqt li taħsad il-benefiċċji tal-avvanzi teknoloġiċi, ittejjeb l-affidabbiltà fi u tippromwovi l-innovazzjoni tal-governanza demokratika, tiġġieled kontra l-inugwaljanzi, il-qgħad, il-marġinalizzazzjoni, id-diskriminazzjoni u r-radikalizzazzjoni, tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, trawwem id-diversità kulturali u l-patrimonju kulturali Ewropew u ttejjeb il-pożizzjoni taċ-ċittadini permezz tal-innovazzjoni soċjali. Il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti wkoll se jibqgħu kwistjonijiet ta' prijorità. Ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fix-xjenzi soċjali u umanistiċi fit-trattament ta' dawn l-isfidi u l-ilħuq tal-għanijiet tal-UE huwa fundamentali.

L-UE trid tippromwovi mudell ta' tkabbir inklużiv u sostenibbli, filwaqt li taħsad il-benefiċċji tal-avvanzi teknoloġiċi, ittejjeb l-affidabbiltà fi u tippromwovi l-innovazzjoni tal-governanza demokratika, tiġġieled kontra l-inugwaljanzi, il-qgħad, l-emarġinazzjoni, id-diskriminazzjoni u r-radikalizzazzjoni, tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem, trawwem id-diversità kulturali u l-patrimonju kulturali Ewropew u ttejjeb il-pożizzjoni taċ-ċittadini permezz tal-innovazzjoni soċjali. Il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti wkoll se jibqgħu kwistjonijiet ta' prijorità.

 

Ir-rwol tar-riċerka u l-innovazzjoni fix-xjenzi soċjali u umanistiċi u fis-settur kulturali u kreattiv fit-trattament ta' dawn l-isfidi u l-ilħuq tal-għanijiet tal-UE huwa fundamentali. Minħabba l-ispettru wiesa', id-daqs u l-impatt tagħhom fuq it-trasformazzjoni diġitali tal-lum, dawn is-setturi jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ekonomija tagħna. Peress li l-interrelazzjonijiet bejn l-innovazzjoni soċjali u teknoloġika huma kumplessi, u rarament lineari, hemm bżonn aktar riċerka – inkluża riċerka transsettorjali u multidixxiplinari – fl-iżvilupp ta' kull tip ta' innovazzjoni, kif ukoll attivitajiet iffinanzjati biex jitħeġġeġ l-iżvilupp effettiv tagħha fil-futur.

Iċ-ċittadini Ewropej, l-istituzzjonijiet tal-istat u l-ekonomija jridu jkunu protetti mit-theddid kontinwu tal-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar tal-armi tan-nar, it-traffikar tad-droga u t-traffikar tal-bnedmin. It-tisħiħ tal-protezzjoni u s-sigurtà permezz ta' ġestjoni aħjar tal-fruntieri wkoll huwa ewlenin. Iċ-ċiberkriminalità qed tiżdied u r-riskji marbutin magħha qed jiddiversifikaw hekk kif l-ekonomija u s-soċjetà qed jiddiġitalizzaw. L-Ewropa trid tkompli ttejjeb l-isforzi tagħha biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà, il-privatezza diġitali, il-protezzjoni tad-data personali u tiġġieled kontra it-tixrid ta' informazzjoni falza u dannuża sabiex tissalvagwardja l-istabbiltà demokratika u ekonomika. Finalment, huma meħtieġa aktar sforzi sabiex jiġu limitati l-effetti fuq il-ħajjiet u l-għajxien tal-avvenimenti estremi tat-temp li qed jintensifikaw minħabba t-tibdil fil-klima, bħall-għargħar, il-maltempati jew in-nixfa li twassal għal nirien fil-foresti, id-degradazzjoni tal-art u diżastri naturali oħrajn, eż. it-terremoti. Id-diżastri, sew jekk naturali u sew jekk ikkawżati mill-bniedem, jistgħu jqiegħdu f'riskju funzjonijiet tas-soċjetà importanti, bħas-saħħa, il-provvista tal-enerġija u l-gvern.

 

Id-daqs, il-kumplessità u l-karattru transnazzjonali tal-isfidi jitolbu li tittieħed azzjoni tal-UE b'livelli multipli. L-indirizzar ta' kwistjonijiet soċjali, politiċi, kulturali u ekonomiċi kritiċi bħal dawn, kif ukoll sfidi tas-sigurtà, fil-livell nazzjonali biss iġarrab miegħu l-periklu ta' użu ineffiċjenti tar-riżorsi, approċċi frammentati u standards differenti tal-għarfien u l-kapaċità.

 

Ir-riċerka dwar is-sigurtà hija parti minn rispons komprensiv usa' tal-UE għat-theddid tas-sigurtà. Din tikkontribwixxi għall-proċess tal-iżvilupp tal-kapaċità billi tippermetti li d-disponibbiltà futura tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet tindirizza lakuni tal-kapaċità identifikati minn dawk li jfasslu l-politika u l-prattikanti. Il-finanzjament tar-riċerka permezz tal-programm qafas tal-UE diġà rrappreżenta madwar 50 % tal-finanzjament pubbliku totali għar-riċerka dwar is-sigurtà fl-UE. Se jsir użu sħiħ tal-istrumenti disponibbli, inkluż il-programm Spazjali Ewropew (Galileo u EGNOS, Copernicus, Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju u Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita). Jiġu mfittxija sinerġiji mal-attivitajiet appoġġati mir-riċerka dwar id-difiża ffinanzjata mill-UE u tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-finanzjament. Il-kollaborazzjoni transfruntiera tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' suq uniku tas-sigurtà Ewropew u ttejjeb il-prestazzjoni industrijali, filwaqt li tirfed l-awtonomija tal-UE.

 

L-attivitajiet ta' Riċerka u Innovazzjoni f'din l-Isfida Globali, b'mod ġenerali, se jkunu allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni dwar il-Bidla Demokratika; Impjiegi, Tkabbir u Investiment; Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali; Migrazzjoni; Unjoni Monetarja Ewropea Aktar Profonda u Aktar Ġusta; Suq Uniku Diġitali. Se tirrispondi għall-impenn tal-Aġenda ta' Ruma sabiex taħdem lejn: "Ewropa soċjali" u "Unjoni li tippriserva l-patrimonju kulturali tagħna u tippromwovi d-diversità kulturali." Se tappoġġa wkoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Patt Globali dwar migrazzjoni sikura, ordnata u regolari. Ir-riċerka dwar is-sigurtà tirrispondi għall-impenn tal-Aġenda ta' Ruma sabiex ikun hemm ħidma lejn "Ewropa sikura u sigura", li tikkontribwixxi għal Unjoni ta' Sigurtà ġenwina u effettiva. Se jiġu sfruttati s-sinerġiji mal-Programm tal-Ġustizzja u mal-Programm tad-Drittijiet u l-Valuri, li jappoġġa attivitajiet fil-qasam tal-aċċess għall-ġustizzja, id-drittijiet tal-vittmi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea.

L-attivitajiet ta' Riċerka u Innovazzjoni f'din l-Isfida Globali, b'mod ġenerali, se jkunu allinjati mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni dwar il-Bidla Demokratika; Impjiegi, Tkabbir u Investiment; Ġustizzja u Drittijiet Fundamentali; Migrazzjoni; Unjoni Monetarja Ewropea Aktar Profonda u Aktar Ġusta; Suq Uniku Diġitali. Se tirrispondi għall-impenn tal-Aġenda ta' Ruma sabiex taħdem lejn: "Ewropa soċjali" u "Unjoni li tippreserva l-patrimonju kulturali tagħna u tippromwovi d-diversità kulturali." Se tappoġġa wkoll il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b'mod partikolari: SDG 1 – Daqshekk Faqar; SDG 4 – Edukazzjoni ta' Kwalità; SDG – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 10 – Tnaqqis fl-Inugwaljanzi; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 16 – Paċi, Ġustizzja u Istituzzjonijiet b'Saħħithom.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b'mod partikolari: SDG 1 – Daqshekk Faqar; SDG 4 – Edukazzjoni ta' Kwalità; SDG 5 – Ugwaljanza bejn is-Sessi; SDG 8 – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 10 – Tnaqqis fl-Inugwaljanzi; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 12Konsum u Produzzjoni Responsabbli; SDG 16 – Paċi, Ġustizzja u Istituzzjonijiet b'Saħħithom; SDG 17Sħubija għall-Għanijiet.

Emenda    44

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  L-istorja, l-evoluzzjoni u l-effikaċja tad-demokraziji, f'livelli differenti u f'forom differenti; l-aspetti tad-diġitalizzazzjoni u l-effetti tal-komunikazzjoni bin-networks soċjali u r-rwol ta' politiki tal-edukazzjoni u ż-żgħażagħ bħala pedamenti taċ-ċittadinanza demokratika;

–  L-istorja, l-evoluzzjoni u l-effikaċja tad-demokraziji, f'livelli differenti u f'forom differenti, bħall-movimenti għad-djalogu fost il-kulturi, il-kooperazzjoni fost in-nazzjonijiet u l-paċi fost ir-reliġjonijiet; l-aspetti tad-diġitalizzazzjoni, inkluż il-litteriżmu medjatiku u diġitali u l-effetti tal-komunikazzjoni bin-networks soċjali u r-rwol tal-edukazzjoni, il-politiki taż-żgħażagħ u l-parteċipazzjoni kulturali bħala pedamenti taċ-ċittadinanza demokratika;

–  Approċċi innovattivi biex jappoġġaw it-trasparenza, ir-rispons, l-effettività tar-responsabbiltà u l-leġittimità tal-governanza demokratika li jirrispettaw kompletament id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;

–  Approċċi innovattivi biex jappoġġaw it-trasparenza, ir-rispons, l-effettività tar-responsabbiltà u l-leġittimità tal-governanza demokratika, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li jirrispettaw kompletament id-drittijiet fundamentali u tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

 

  L-impatt tat-teknoloġiji fuq l-istili ta' ħajja u l-imġiba individwali;

–  Strateġiji sabiex jiġu indirizzati l-populiżmu, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni, it-terroriżmu u sabiex jiġu inklużi u involuti ċittadini diżinteressati u marġinalizzati;

–  Strateġiji sabiex jiġu indirizzati l-populiżmu, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni, id-diskriminazzjoni, id-diskors ta' mibegħda u t-terroriżmu, u sabiex jiġu inklużi u involuti ċ-ċittadini diżinteressati, vulnerabbli u emarġinati;

 

  Approċċi ġodda biex tiġi indirizzata r-rabta bejn l-immigrazzjoni u l-ksenofobija, u l-kawżi tal-migrazzjoni;

–   Fehim aħjar tar-rwol tal-istandards ġurnalistiċi u l-kontenut iġġenerat mill-utenti f'soċjetà iperkonnessa u l-iżvilupp ta' għodod biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni;

–   Fehim aħjar tar-rwol tal-istandards ġurnalistiċi u l-kontenut iġġenerat mill-utenti f'soċjetà iperkonnessa u l-iżvilupp ta' għodod biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni;

–   Ir-rwol ta' ċittadinanza u identitajiet multikulturali b'rabta maċ-ċittadinanza demokratika u l-involviment politiku;

–   Ir-rwol ta' ċittadinanza u identitajiet multikulturali b'rabta maċ-ċittadinanza demokratika u l-involviment politiku;

–   L-impatt ta' avvanzi teknoloġiċi u xjentifiċi, inkluż il-big data, in-networks soċjali fuq il-web u l-intelliġenza artifiċjali dwar id-demokrazija;

–   L-impatt ta' avvanzi teknoloġiċi u xjentifiċi, inklużi l-big data, in-networks soċjali fuq il-web u l-intelliġenza artifiċjali, fuq id-demokrazija;

–   Demokrazija deliberattiva u parteċipatorja u ċittadinanza attiva u inklużiva, inkluża d-dimensjoni diġitali;

–   Demokrazija deliberattiva u parteċipattiva u ċittadinanza attiva u inklużiva, inkluża d-dimensjoni diġitali;

–   L-impatt tal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fuq il-parteċipazzjoni politika u d-demokraziji, li juru kif it-treġġigħ lura tal-inugwaljanzi u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni inkluż is-sessi, jista' jsostni d-demokrazija.

–   L-impatt tal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali fuq il-parteċipazzjoni politika u d-demokraziji, li juru kif it-treġġigħ lura tal-inugwaljanzi u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni, anki sessista, jistgħu jsostnu d-demokrazija;

 

  Approċċi ġodda għad-diplomazija xjentifika.

Emenda    45

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.2.  Patrimonju Kulturali

2.2.2.  Kultura u Kreattività

Emenda    46

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.2.   Patrimonju Kulturali

2.2.2.   Patrimonju Kulturali

 

Is-settur kulturali u kreattiv Ewropew jibni pontijiet bejn l-arti, il-kultura, in-negozju u t-teknoloġija. Barra minn hekk, speċjalment fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni, l-industriji kulturali u kreattivi (CCIs) għandhom rwol ewlieni fir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, jixprunaw it-tkabbir u qegħdin f'pożizzjoni strateġika biex jiskattaw effetti indiretti innovattivi f'setturi industrijali oħra, bħat-turiżmu, il-bejgħ bl-imnut, it-teknoloġiji medjatiċi u diġitali u l-inġinerija. F'Orizzont Ewropa, il-kreattività u d-disinn se jkunu kwistjoni trasversali li se tiġi integrata fi proġetti tul il-programm sabiex jingħata appoġġ lil teknoloġiji, mudelli kummerċjali u kompetenzi ġodda kif ukoll sabiex is-soluzzjonijiet kreattivi u interdixxiplinari jissarrfu f'valur ekonomiku u soċjali.

Il-patrimonju kulturali huwa minsuġ fil-ħajjiet tagħna, u għandu tifsira għall-komunitajiet, il-gruppi u s-soċjetajiet, billi jagħti sens ta' appartenenza. Huwa l-pont bejn il-passat u l-futur tas-soċjetajiet tagħna. Huwa forza li tixpruna lill-ekonomiji lokali u sors b'saħħtu ta' ispirazzjoni għall-industriji kreattivi u kulturali. L-aċċess, il-preservazzjoni, is-salvagwardja u r-restawr, l-interpretar u l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-patrimonju kulturali tagħna huma sfidi kruċjali kemm fil-preżent kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-patrimonju kulturali huwa input maġġuri u ispirazzjoni għall-arti, is-snajja' tradizzjonali, is-setturi kulturali, imprenditorjali u kreattivi li huma xprunaturi tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda u l-kummerċ estern.

Il-patrimonju kulturali huwa parti integrali mis-setturi kulturali u kreattivi. Il-patrimonju kulturali jirrappreżenta traċċi u espressjonijiet mill-passat li jagħtu tifsira attribwita lill-komunitajiet, li jużawh billi jagħtihom sens ta' appartenenza. Huwa l-pont bejn il-passat u l-futur tas-soċjetajiet tagħna. Huwa forza li tixpruna lill-ekonomiji lokali u sors b'saħħtu ta' ispirazzjoni għas-settur kreattiv u kulturali. L-aċċess, il-preservazzjoni, is-salvagwardja u r-restawr, l-interpretar u l-isfruttament tal-potenzjal sħiħ tal-patrimonju kulturali tagħna huma sfidi kruċjali kemm fil-preżent kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-patrimonju kulturali huwa input maġġuri u ispirazzjoni għall-arti, is-snajja' tradizzjonali u s-setturi kulturali, kreattivi u imprenditorjali, li huma xprunaturi tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, il-ħolqien ta' impjiegi ġodda u l-kummerċ estern.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–   Studji u xjenzi tal-patrimonju, b'teknoloġiji mill-aktar avvanzati inkluż dawk diġitali;

–   Studji u xjenzi tal-patrimonju, b'teknoloġiji mill-aktar avvanzati inklużi dawk diġitali;

–  Aċċess għal u kondiviżjoni tal-patrimonju kulturali, b'xejriet u użi innovattivi u mudelli ta' ġestjoni parteċipatorji;

–  Aċċess għal u kondiviżjoni tal-patrimonju kulturali u informazzjoni relatata, b'xejriet u użi innovattivi u mudelli ta' ġestjoni parteċipattiva;

–   Il-konnessjoni tal-patrimonju kulturali ma' setturi kreattivi emerġenti;

–   Il-konnessjoni tal-patrimonju kulturali ma' setturi kreattivi emerġenti;

–  Il-kontribuzzjoni tal-patrimonju kulturali għall-iżvilupp sostenibbli permezz tal-konservazzjoni, is-salvagwardja u r-riġenerazzjoni ta' pajsaġġi kulturali, fejn l-UE hija laboratorju għall-innovazzjoni bbażata fuq il-patrimonju kulturali u t-turiżmu kulturali;

–  Il-kontribut tal-patrimonju kulturali għall-iżvilupp sostenibbli permezz tal-konservazzjoni, is-salvagwardja, l-iżvilupp u r-riġenerazzjoni ta' pajsaġġi kulturali, fejn l-UE hija laboratorju għall-innovazzjoni bbażata fuq il-patrimonju kulturali u t-turiżmu kulturali;

–  Il-konservazzjoni, is-salvagwardja, it-titjib u r-restawr tal-patrimonju kulturali u l-lingwi bl-użu ta' teknoloġiji mill-aktar avvanzati inkluż dawk diġitali;

–  Il-konservazzjoni, is-salvagwardja, it-titjib u r-restawr tal-patrimonju kulturali, il-lingwi u l-ħiliet u s-snajja' tradizzjonali bl-użu ta' teknoloġiji mill-aktar avvanzati inklużi dawk diġitali;

–  L-influwenza tat-tradizzjonijiet, it-tendenzi tal-imġiba, il-perċezzjonijiet u t-twemmin dwar il-valuri u s-sens ta' appartenenza.

–  L-importanza tal-pluraliżmu u d-diversità fit-tradizzjonijiet, id-drawwiet, il-perċezzjonijiet u t-twemmin fir-rigward tal-valuri fl-iżvilupp tal-komunitajiet;

 

  Il-ħolqien ta' "Cloud Ewropew tal-Patrimonju Kulturali", spazju ta' kollaborazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni li jagħti aċċessibbiltà għall-patrimonju kulturali permezz ta' teknoloġiji ġodda, kif ukoll iħeġġeġ u jiffaċilita t-trażmissjoni tal-għarfien espert u l-ħiliet, filwaqt li jagħti l-opportunità li jitwaqqfu gruppi ta' ħidma u strutturi proġettwali individwali u jservi ta' kontroparti kulturali Ewropea għas-servizzi tal-cloud xprunati kummerċjalment. Dan ikun preċedut minn valutazzjoni tal-impatt.

Emenda    47

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.3.  Trasformazzjonijiet Soċjali u Ekonomiċi

2.2.3.  Trasformazzjonijiet Soċjali, Kulturali u Ekonomiċi

Is-soċjetajiet Ewropej għaddejjin minn trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi profondi, speċjalment b'riżultat tal-globalizzazzjoni u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi. Fl-istess waqt rajna żieda fl-inugwaljanza fid-dħul f'ħafna mill-pajjiżi Ewropej14. Huma meħtieġa politiki li jħarsu 'l quddiem, bil-ħsieb li jiġi promoss it-tkabbir inklużiv u jitreġġgħu lura l-inugwaljanzi, tingħata spinta lill-produttività (inkluż l-avvanzi fil-kejl tagħha) u lill-kapital uman, jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-migrazzjoni u l-integrazzjoni u jiġu appoġġati s-solidarjetà interġenerazzjonali u l-mobbiltà soċjali. Huma meħtieġa sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ għal futur aktar ekwitabbli u ta' prosperità.

Is-soċjetajiet Ewropej għaddejjin minn trasformazzjonijiet soċjali, kulturali u ekonomiċi profondi, speċjalment b'riżultat tal-globalizzazzjoni u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi. Fl-istess waqt rajna żieda fl-inugwaljanza fid-dħul f'ħafna mill-pajjiżi Ewropej14. Huma meħtieġa politiki li jħarsu 'l quddiem, bil-ħsieb li jiġi promoss it-tkabbir inklużiv u jitreġġgħu lura l-inugwaljanzi, tingħata spinta lill-produttività (inkluż l-avvanzi fil-kejl tagħha) u lill-kapital uman, jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol taċ-ċittadini, jiġu indirizzati l-isfidi ppreżentati mill-migrazzjoni u l-integrazzjoni u jiġu appoġġati s-solidarjetà interġenerazzjonali, il-mobbiltà soċjali u l-integrazzjoni kulturali. Huma meħtieġa sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ aċċessibbli, inklużivi, innovattivi u ta' kwalità għolja għal futur aktar ekwu u ta' prosperità.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–   Bażi tal-għarfien għal pariri dwar l-investimenti u l-politiki speċjalment dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, għal ħiliet b'valur miżjud għoli, produttività, mobbiltà soċjali, tkabbir, innovazzjoni soċjali u ħolqien tal-impjiegi. Ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-indirizzar tal-inugwaljanzi;

–   Bażi tal-għarfien għal pariri dwar l-investimenti u l-politiki speċjalment dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ, għal ħiliet b'valur miżjud għoli, produttività, mobbiltà soċjali, tkabbir, innovazzjoni soċjali u ħolqien tal-impjiegi. Ir-rwol tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-indirizzar tal-inugwaljanzi;

 

-  Riċerka xjentifika trażversali li tgħaqqad flimkien l-impatt ekonomiku kulturali u soċjali tal-bidla teknoloġika;

–  Is-sostenibbiltà soċjali lil hinn mill-indikaturi tal-PDG biss, speċjalment mudelli ġodda ekonomiċi u tan-negozju u teknoloġiji finanzjarji ġodda;

–  Is-sostenibbiltà soċjali lil hinn mill-indikaturi tal-PDG biss, speċjalment mudelli ekonomiċi u kummerċjali ġodda, bħall-ekonomija soċjali u t-teknoloġiji finanzjarji l-ġodda;

–  Għodod tal-istatistika u ekonomiċi oħrajn għal fehim aħjar tat-tkabbir u l-innovazzjoni f'kuntest ta' gwadanji ta’ produttività kajmani;

–  Għodod statistiċi u għodod ekonomiċi u kwantitattivi oħrajn għal fehim aħjar tat-tkabbir u l-innovazzjoni f'kuntest ta' gwadanji ta' produttività kajmani;

–   Tipi ġodda ta' xogħol, ir-rwol tax-xogħol, tendenzi u bidliet fis-swieq tax-xogħol u introjtu fis-soċjetajiet kontemporanji, u l-impatti tagħhom fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, in-nondiskriminazzjoni inkluż l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni soċjali;

–   Tipi ġodda ta' xogħol, ir-rwol tax-xogħol, tendenzi u bidliet fis-swieq tax-xogħol u introjtu fis-soċjetajiet kontemporanji, u l-impatti tagħhom fuq id-distribuzzjoni tal-introjtu, in-nondiskriminazzjoni inkluża l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-inklużjoni soċjali;

–  Sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji flimkien ma' politiki ta' sigurtà soċjali u investiment soċjali bil-ħsieb li l-inugwaljanzi jiġu mreġġgħin lura u l-impatti negattivi tat-teknoloġija, id-demografika u d-diversità jiġu indirizzati;

–  Sistemi tat-taxxa u tal-benefiċċji flimkien ma' politiki ta' sigurtà soċjali u investiment soċjali bil-ħsieb li jitreġġgħu lura l-inugwaljanzi u jiġu indirizzati l-impatti negattivi tat-teknoloġija, id-demografija u d-diversità;

 

  Strateġiji li jindirizzaw it-tibdil demografiku, l-urbanizzazzjoni fil-konfront tal-migrazzjoni miż-żoni rurali, l-indirizzar tal-esklużjoni soċjoekonomika u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali, inkluż bl-użu ta' teknoloġija mill-aktar avvanzata u soluzzjonijiet diġitali;

–   Il-mobbiltà tal-bniedem fil-kuntesti globali u lokali għal governanza aħjar tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti inkluż ir-refuġjati; rispett tal-impenji internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; aċċess akbar u mtejjeb għal edukazzjoni, taħriġ u servizzi ta' appoġġ ta' kwalità, u ċittadinanza inklużiva, b'mod speċjali għall-vulnerabbli;

–   Il-mobbiltà tal-bniedem fil-kuntesti globali u lokali għal governanza aħjar tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti, inklużi r-rifuġjati; rispett tal-impenji internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem; aċċess akbar u aħjar għal edukazzjoni, taħriġ u servizzi ta' appoġġ ta' kwalità, u ċittadinanza inklużiva, b'mod speċjali għall-persuni vulnerabbli;

–   Sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex tittrawwem u jsir l-aħjar użu tat-trasformazzjoni diġitali tal-UE, anki sabiex jiġu ġestiti r-riskji li jirriżultaw mill-interkonnettività globali u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, speċjalment riskji emerġenti online, tħassib ta' etika, inugwaljanzi soċjoekonomiċi u bidliet radikali fis-swieq;

–   Sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ sabiex tittrawwem u jsir l-aħjar użu tat-trasformazzjoni diġitali tal-UE, anki sabiex jiġu ġestiti r-riskji li jirriżultaw mill-interkonnettività globali u l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, speċjalment riskji emerġenti online, tħassib ta' etika, inugwaljanzi soċjoekonomiċi u bidliet radikali fis-swieq;

–  Il-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi sabiex jintlaħqu l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tal-forniment tas-servizz, it-trasparenza, l-aċċessibbiltà, il-ftuħ, l-affidabbiltà u l-fokus fuq l-utenti.

–  Il-modernizzazzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi sabiex jintlaħqu l-aspettattivi u l-ħtiġijiet taċ-ċittadini fir-rigward tal-forniment tas-servizz, it-trasparenza, l-aċċessibbiltà, il-ftuħ, l-affidabbiltà u l-fokus fuq l-utenti;

–  L-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja u aċċess imtejjeb għall-ġustizzja bbażat fuq indipendenza ġudizzjarja u l-prinċipji tal-istat tad-dritt, b'metodi proċedurali ġusti, effiċjenti u trasparenti kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll dawk kriminali.

–  L-effiċjenza tas-sistemi tal-ġustizzja u aċċess imtejjeb għall-ġustizzja bbażat fuq indipendenza ġudizzjarja u l-prinċipji tal-istat tad-dritt, b'metodi proċedurali ġusti, effiċjenti, aċċessibbli u trasparenti kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll dawk kriminali.

 

-  L-identifikazzjoni tad-differenzi eżistenti u emerġenti bejn is-sessi u l-ħtiġijiet marbutin mat-trasformazzjonijiet globali, kif ukoll l-iżvilupp ta' metodi innovattivi biex jiġu indirizzati l-istereotipi tas-sessi u l-preġudizzji relatati.

__________________

__________________

14 Il-Fehim tad-Diviżjoni Soċjoekonomika fl-Ewropa, OECD, is-26 ta' Jannar 2017.

14 Il-Fehim tad-Diviżjoni Soċjoekonomika fl-Ewropa, OECD, is-26 ta' Jannar 2017.

Emenda    48

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.4.  Soċjetajiet Reżiljenti għad-Diżastri

2.2.4.  Xjenzi soċjali u umanistiċi

Id-diżastri jirriżultaw minn diversi sorsi, sew naturali u sew jekk magħmulin mill-bniedem, inkluż dawk minn attakki terroristiċi, marbutin mal-klima u avvenimenti estremi oħrajn (inkluż żieda fil-livell tal-baħar), minn nirien fil-foresti, mewġ tas-sħana, għargħar, terremoti, tsunamis u avvenimenti vulkaniċi, minn kriżijiet tal-ilma, minn avvenimenti tat-temp mill-ispazju, minn diżastri industrijali u tat-trasport, minn avvenimenti CBRN, kif ukoll dawk li jirriżultaw minn riskji kaskata. L-għan huwa l-prevenzjoni u t-tnaqqis fit-telf tal-ħajjiet, id-dannu għas-saħħa u d-dannu ambjentali, ekonomiku u materjali mid-diżastri, tkun żgurata s-sigurtà alimentari kif ukoll sabiex jittejjeb il-fehim u t-tnaqqis ta' riskji ta' diżastru u t-tagħlim ta' lezzjonijiet wara li jkun hemm diżastru.

 

 

Ir-riċerka fix-xjenzi soċjali u umanistiċi għandha tiġi integrata f'kull waħda mill-prijoritajiet ta' Orizzont Ewropa, partikolarment biex jingħata kontribut għall-bażi ta' evidenza fit-tfassil tal-politika fil-livell internazzjonali, tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali u lokali. Minbarra din l-integrazzjoni, anki l-għajnuna speċifika li għandha tingħata tul dawn il-linji ġenerali li ġejjin tappoġġa t-tfassil tal-politika.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

  Teknoloġiji u kapaċitajiet għal persuni li jagħmlu l-ewwel intervent ta' operazzjonijiet ta' emerġenza f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u diżastru;

 

  Il-kapaċitajiet tas-soċjetà sabiex tiġġestixxi aħjar u tnaqqas ir-riskju ta' diżastru, inkluż permezz ta' soluzzjonijiet ibbażati fin-natura, permezz tat-titjib tal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal riskji eżistenti u ġodda

 

  L-interoperabbiltà tat-tagħmir u proċeduri sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni operazzjonali transfruntiera u suq tal-UE integrat.

 

 

-  Analiżi u żvilupp tal-inklużjoni soċjali, ekonomika u politika u d-dinamika interkulturali pożittiva fl-Ewropa u mas-sħab internazzjonali;

 

-  Għarfien akbar tal-bidliet soċjali fl-Ewropa u l-impatt tagħhom;

 

-  L-indirizzar tal-isfidi ewlenin fir-rigward tal-mudelli Ewropej għall-koeżjoni soċjali, l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni, it-tibdil demografiku, it-tixjiħ, l-edukazzjoni, il-faqar u l-esklużjoni soċjali;

 

-  Appoġġ lil riċerka għal aktar għarfien dwar l-identità u l-appartenenza għall-komunitajiet, ir-reġjuni u n-nazzjonijiet.

Emenda    49

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.5.  Protezzjoni u Sigurtà

imħassar

Hemm ħtieġa biex iċ-ċittadini jiġu protetti minn u jwieġbu għat-theddid ta' sigurtà minn attivitajiet kriminali inkluż dawk terroristiċi u theddidiet ibridi; sabiex jiġu protetti l-persuni, l-ispazji pubbliċi u l-infrastruttura kritika, kemm minn attakki fiżiċi (inklużi CBRN-E) kif ukoll dawk ċibernetiċi; sabiex jiġu miġġielda t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, inkluż il-fehim u l-indirizzar ta' ideat u twemmin terroristiċi; sabiex tiġi pprevenuta u miġġielda l-kriminalità serja, inkluż ċ-ċiberkriminalità u l-kriminalità organizzata; sabiex jiġu appoġġati l-vittmi; sabiex jiġu ntraċċati l-flussi finanzjarji kriminali; sabiex jiġi appoġġat l-użu tad-data għall-infurzar tal-liġi u biex tkun żgurata l-protezzjoni ta' data personali fl-attivitajiet ta' infurzar tal-liġi; sabiex tiġi appoġġata l-ġestjoni tal-fruntieri tal-UE mill-ajru, mill-baħar u fuq l-art, għall-fluss tal-persuni u l-oġġetti. Huwa essenzjali li tinżamm il-flessibbiltà b'mod rapidu sabiex jiġu indirizzati sfidi ġodda tas-sigurtà li jistgħu jimmaterjalizzaw.

 

Linji Mifruxa

 

  Approċċi u teknoloġiji innovattivi għall-prattikanti tas-sigurtà (bħall-korpi tal-pulizija, il-gwardji tal-fruntieri u l-kosta, l-uffiċċji tad-dwana), prattikanti tas-saħħa pubblika, operaturi tal-infrastruttura u dawk li jiġġestixxu l-ispazji miftuħin;

 

  Dimensjonijiet umani u soċjali tal-kriminalità u radikalizzazzjoni vjolenti, b'rabta ma' dawk involuti jew potenzjalment involuti f'imġiba bħal din, kif ukoll dawk milqutin jew potenzjalment milqutin;

 

  Il-mod kif jaħsbuha ċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u l-industrija sabiex jiġi pprevenut il-ħolqien ta' riskji tas-sigurtà ġodda u sabiex jitnaqqsu r-riskji eżistenti, inkluż dawk li jirriżultaw minn teknoloġiji ġodda bħall-Intelliġenza Artifiċjali;

 

  Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz b'implikazzjonijiet għas-sigurtà;

 

  L-interoperabbiltà tat-tagħmir u l-proċeduri sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni operazzjonali transfruntiera u bejn l-aġenziji u jiġi żviluppat suq tal-UE.

 

  L-iżgurar tal-protezzjoni ta' data personali fl-attivitajiet ta' infurzar tal-liġi, b'mod partikolari fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi rapidi.

 

Emenda    50

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2 – punt 2.2 – punt 2.2.6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.2.6.  Ċibersigurtà

imħassar

L-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi mhux biss jheddu l-ekonomiji tagħna, iżda jheddu wkoll il-proprju funzjonament tad-demokraziji tagħna, il-libertajiet tagħna u l-valuri tagħna. It-theddid ċibernetiku ħafna drabi jkun kriminali, motivat mill-profitt, iżda jista' jkun ukoll politiku u strateġiku. Is-sigurtà u l-prosperità futuri tagħna jiddependu fuq it-titjib tal-abbiltà tagħna li nipproteġu lill-UE minn theddid ċibernetiku. It-trasformazzjoni diġitali tirrikjedi t-titjib sostanzjali taċ-ċibersigurtà, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-għadd enormi ta' apparat IoT mistenni li jiġi konness mal-internet, inkluż dawk li jikkontrollaw il-grilji tal-elettriku, in-networks tal-karozzi u t-trasport, l-isptarijiet, il-finanzi, l-istituzzjonijiet pubbliċi, il-fabbriki u d-djar.

 

Linji Mifruxa

 

  Teknoloġiji tul il-katina tal-valur diġitali (minn komponenti siguri sal-kriptografija u software awtoriparatorju u networks);

 

  Teknoloġiji sabiex jiġi indirizzat it-theddid eżistenti taċ-ċibersigurtà, l-antiċipazzjoni ta' bżonnijiet futuri, u ż-żamma ta' industrija kompetittiva;

 

  Network Ewropew ta' kompetenza fiċ-ċibersigurtà u ċentru ta' kompetenza.

 

Emenda    51

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  RAGGRUPPAMENT "SOĊJETÀ SIGURA"

 

2a.1 Raġunament

 

F'kuntest ta' trasformazzjonijiet u interdipendenzi u theddid globali dejjem akbar, riċerka u innovazzjoni li jiżguraw is-sigurtà tal-Ewropa huma tal-akbar importanza.

 

Minkejja l-fatt li l-Ewropa hija ħielsa minn aggressjonijiet militari fuq skala kbira, hemm bżonn jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minn theddid ġdid għas-sigurtà. L-attakki terroristiċi ta' tipi differenti, ir-radikalizzazzjoni vjolenti, kif ukoll l-attakki ċibernetiċi u t-theddid ibridu, iqajmu tħassib kbir dwar is-sigurtà u jpoġġu pressjoni partikolari fuq is-soċjetà. L-UE għandha tindirizza dawn l-isfidi u tiżgura s-sikurezza pubblika filwaqt li tippreserva l-libertà individwali u d-drittijiet fundamentali.

 

Ir-riċerka dwar is-sigurtà hija parti mill-isforzi usa' tal-UE biex tingħeleb din u sfidi oħrajn. Hija tikkontribwixxi għall-proċess tal-iżvilupp tal-kapaċità billi tippermetti d-disponibbiltà ta' teknoloġiji, soluzzjonijiet u applikazzjonijiet sabiex fil-futur jiġu indirizzati l-lakuni identifikati minn dawk li jfasslu l-politika u mill-utenti aħħarin, speċjalment l-awtoritajiet pubbliċi.

 

Tali riċerka u innovazzjoni tirrispondi għall-impenn tal-Aġenda ta' Ruma sabiex ikun hemm ħidma lejn "Ewropa sikura u sigura", li tikkontribwixxi għal Unjoni ta' Sigurtà. Se jiġu sfruttati s-sinerġiji mal-Programm dwar il-Ġustizzja u l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, li jappoġġaw attivitajiet fil-qasam tal-aċċess għall-ġustizzja, id-drittijiet tal-vittmi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, in-nondiskriminazzjoni, il-protezzjoni tad-data u l-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea.

 

Se jsir użu sħiħ mill-istrumenti disponibbli, inkluż il-programm Spazjali Ewropew (Galileo u EGNOS, Copernicus, Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju u Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita).

 

L-Ewropa jeħtieġ tkompli bl-isforzi tagħha fir-riċerka u l-innovazzjoni biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà, il-privatezza diġitali, il-protezzjoni tad-data personali u tiġġieled kontra t-tixrid ta' informazzjoni falza u dannuża sabiex tissalvagwardja l-istabbiltà demokratika u ekonomika. It-terroriżmu, ir-radikalizzazzjoni vjolenti, il-vjolenza għal raġunijiet ideoloġiċi, it-traffikar ta' beni kulturali, l-attakki ċibernetiċi, il-kriminalità organizzata, l-evitar tat-taxxa, ir-reati ambjentali u d-diżastri huma xi eżempji ta' oqsma li għandhom jiġu indirizzati fil-qafas ta' dan ir-raggruppament.

 

Sabiex jiġu antiċipati, evitati u mmaniġġjati r-riskji u t-theddid, ma hemmx bżonn biss impenn favur ir-riċerka iżda hemm bżonn ukoll li jiġu żviluppati u applikati teknoloġiji innovattivi, soluzzjonijiet, għodod ta' tbassir u għarfien, tiġi stimulata l-kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-utenti pubbliċi, jinstabu soluzzjonijiet u jiġi evitat u miġġieled l-abbuż tal-privatezza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fuq l-Internet, filwaqt li jiġu żgurati d-drittijiet individwali u l-libertà taċ-ċittadini Ewropej.

 

Sabiex tiżdied il-komplementarjetà fir-riċerka u l-innovazzjoni, l-awtoritajiet tas-sigurtà pubblika għandhom jissaħħu bi sforzi ta' skambju u kooperazzjoni multilaterali u internazzjonali. L-awtoritajiet tas-sigurtà pubblika għandhom jiġu mħeġġa jipparteċipaw fl-isforzi ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE biex ikabbru l-kapaċitajiet kooperattivi u komunikattivi tagħhom fil-livelli kollha xierqa, jikkondividu data, jibbenefikaw minn standards komuni fit-teknoloġiji, il-proċeduri u t-tagħmir u jieħdu vantaġġ minn riżultati aġġornati fl-għarfien espert fit-taħriġ u x-xjenzi relatati mal-kriminalità.

 

Barra minn hekk, għandhom jiġu żviluppati forom ta' akkwist biex jingħata appoġġ lill-prototipi u jiġu ffaċilitati l-ittestjar u l-akkwiżizzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi qabel it-tqegħid fis-suq min-naħa tal-entitajiet pubbliċi.

 

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b'mod partikolari: SDG 1 – Daqshekk Faqar; SDG 4 – Edukazzjoni ta' Kwalità; SDG 8 – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 10 – Tnaqqis fl-Inugwaljanzi; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 16 – Paċi, Ġustizzja u Istituzzjonijiet b'Saħħithom.

 

2a.2 Oqsma ta' Intervent

 

2a.2.1 Kriminalità Organizzata; Terroriżmu, Estremiżmu, Radikalizzazzjoni u Vjolenza għal Raġunijiet Ideoloġiċi

 

Il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu, l-estremiżmu, ir-radikalizzazzjoni vjolenti u l-vjolenza għal raġunijiet ideoloġiċi jikkawżaw riskji kbar għaċ-ċittadini kif ukoll għas-soċjetà, l-ekonomija u l-istabbiltà demokratika tal-Ewropa. L-awturi tar-reati jvarjaw minn atturi individwali għal strutturi kriminali organizzati ħafna, li joperaw anke internazzjonalment. Ir-riċerka u l-innovazzjoni – inkluż fl-istudji umanistiċi – kif ukoll it-teknoloġiji, huma meħtieġa biex jiġu identifikati, evitati u indirizzati l-attivitajiet u l-kawżi tagħhom.

 

Linji Ġenerali

 

- Dimensjonijiet umani u soċjali tal-kriminalità u radikalizzazzjoni vjolenti, b'rabta ma' dawk involuti jew potenzjalment involuti f'imġiba bħal din, kif ukoll dawk milqutin jew potenzjalment milqutin;

 

- Approċċi u teknoloġiji innovattivi għall-utenti aħħarin tas-sigurtà, speċjalment l-awtoritajiet tas-sigurtà pubblika;

 

- Teknoloġiji u standards ta' operazzjoni għall-protezzjoni tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi u miftuħa;

 

- Tbassir, detezzjoni, prevenzjoni, u protezzjoni minn attentati u awturi ta' reati serji u organizzati, radikalizzazzjoni għal raġunijiet ideoloġiċi, vjolenza u terroriżmu, inkluż appoġġ għall-vittmi;

 

2a.2.2 Ġestjoni tal-Protezzjoni tal-Fruntieri

 

Sabiex jittejbu s-sikurezza u s-sigurtà fl-UE hemm bżonn riċerka u innovazzjoni li ssaħħaħ il-kapaċità fil-protezzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri. Dan jinkludi r-rikonjizzjoni u s-sorveljanza taż-żona (arja, art, baħar), kooperazzjoni stabbli u skambju ta' data ma' awtoritajiet barranin, inklużi kapaċitajiet ta' interoperabbiltà maċ-ċentri lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali tal-kontroll u l-komunikazzjoni kif ukoll l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet għall-protezzjoni tal-fruntieri, ir-rispons għall-inċidenti, id-detezzjoni tar-riskji u l-prevenzjoni tal-kriminalità. Għandha tiġi inkluża wkoll riċerka dwar il-monitoraġġ permezz tat-tbassir, l-applikazzjonijiet ta' twissija bikrija bbażati fuq l-algoritmi u t-teknoloġiji ta' sorveljanza awtomatizzati li jużaw tipi differenti ta' sensuri, filwaqt li tingħata attenzjoni għad-drittijiet fundamentali. Filwaqt li ssir evalwazzjoni tal-impatt u l-potenzjal tagħhom fit-tisħiħ tal-isforzi u s-soluzzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà, it-teknoloġiji u t-tagħmir għandhom jikkontribwixxu għall-integrità tal-persuni li jkunu qed joqorbu lejn il-fruntieri esterni, speċjalment bl-art u bil-baħar.

 

Ir-riċerka għandha tappoġġa wkoll it-titjib tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, inkluż permezz ta' aktar kooperazzjoni mal-pajjiżi kandidati, il-pajjiżi kandidati potenzjali u l-pajjiżi tal-Politika tal-Viċinat tal-UE. Dan se jkompli jgħin fl-isforzi tal-UE fil-ġestjoni tal-migrazzjoni.

 

Linji Ġenerali

 

– Identifikazzjoni ta' dokumenti foloz jew manipulati;

 

– Detezzjoni ta' trasport/traffikar illegali ta' persuni u merkanzija;

 

– Tkabbir tal-kapaċitajiet ta' rispons b'rabta ma' inċidenti fil-fruntieri;

 

– Il-modernizzazzjoni ta' tagħmir ta' rikonjizzjoni u sorveljanza tal-fruntieri mill-ajru;

 

– Titjib fil-kooperazzjoni diretta tal-awtoritajiet tas-sigurtà taż-żewġ naħat, fiż-żona tal-fruntiera rispettiva, permezz ta' miżuri tranfruntiera biex tkun assigurata s-sorveljanza kontinwa ta' trasgressuri u persuni suspettati.

 

2a.2.3 Ċibersigurtà, Privatezza, Protezzjoni tad-Data

 

L-attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi u ostili jheddu s-soċjetajiet u ċ-ċittadini tagħna, il-funzjonament stabbli u sigur tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-ekonomiji kif ukoll il-funzjonament innifsu tal-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Ewropa, il-libertajiet u l-valuri tagħna. Diġà seħħew inċidenti li jinvolvu istituzzjonijiet pubbliċi u dawn x'aktarx jiżdiedu minħabba l-integrazzjoni ulterjuri ta' applikazzjonijiet diġitali u taċ-ċibersigurtà fi proċeduri amministrattivi u ekonomiċi kif ukoll fl-użu privat u individwali.

 

Iċ-ċiberkriminalità qed tiżdied u r-riskji relatati qed isiru aktar diversifikati hekk kif l-ekonomija u s-soċjetà qed isiru aktar diġitalizzati. L-Ewropa jeħtieġ tkompli ttejjeb l-isforzi tagħha biex ittejjeb iċ-ċibersigurtà, il-privatezza diġitali, il-protezzjoni tad-data personali u tiġġieled it-tixrid ta' informazzjoni falza u dannuża sabiex tissalvagwardja l-istabbiltà demokratika u ekonomika.

 

Is-sigurtà u l-prosperità fil-ġejjieni jiddependu fuq it-titjib tal-kapaċitajiet għall-protezzjoni tal-UE kontra theddidiet bħal dawn, kif ukoll għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-ġlieda fil-konfront ta' attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi, li sikwit jirrikjedu kooperazzjoni transfruntiera rapida u mill-qrib. It-trasformazzjoni diġitali, b'mod speċjali, tirrikjedi titjib sostanzjali fiċ-ċibersigurtà, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-għadd enormi ta' apparat tal-IoT li mistenni jkun konness mal-internet. L-Ewropa għandha tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura r-reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi u tippromwovi deterrent effettiv.

 

Linji Ġenerali

 

– Il-ġlieda kontra diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz b'implikazzjonijiet għas-sigurtà, inkluża l-protezzjoni tar-reġistrazzjoni elettorali u s-sistemi ta' evalwazzjoni/għadd u komunikazzjoni (sigurtà elettorali); l-iżvilupp ta' kapaċitajiet biex jiġu identifikati s-sorsi ta' kwalunkwe manipulazzjoni, filwaqt li jiġu ppreservati l-libertà tal-kelma u l-aċċess għall-informazzjoni.

 

– Iż-żieda fit-teknoloġiji ta' detezzjoni, prevenzjoni, difiża u rispons;

 

– It-tisħiħ tal-ħiliet tal-awtoritajiet pubbliċi fid-deċifrar u d-dekriptazzjoni tal-attakki ċibernetiċi;

 

– Teknoloġiji ta' detezzjoni u sorveljanza ta' metodi illeċiti ta' ħlas elettroniku u flussi finanzjarji;

 

– Jiżdiedu l-ħiliet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-awtoritajiet responsabbli, speċjalment l-Europol, iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni;

 

– L-iżgurar tal-protezzjoni tad-data personali fl-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi, b'mod partikolari fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi rapidi;

 

– Teknoloġiji tul il-katina tal-valur diġitali (minn komponenti siguri sa kriptografija, teknoloġiji tar-reġistru distribwit, sigurtà bbażata fuq l-imġiba u software u networks reżiljenti u awtoriparatorji);

 

– Teknoloġiji, metodi u l-aħjar prattiki għall-indirizzar, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u l-irkupru mit-theddid għaċ-ċibersigurtà, l-antiċipazzjoni ta' bżonnijiet futuri, u ż-żamma ta' industrija kompetittiva b'livell għoli ta' disponibbiltà, inkluż titjib fl-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji għaċ-ċibersigurtà u l-konsegwenzi;

 

– Titjib fil-protezzjoni tad-data personali bil-promozzjoni ta' soluzzjonijiet faċli biex jintużaw għal apparat użat miċ-ċittadini u l-konsumaturi;

 

– Żvilupp sigur tas-software u l-hardware u faċilitajiet ta' ttestjar tas-sigurtà tas-software u l-hardware;

 

2a.2.4 Protezzjoni tal-Infrastrutturi Kritiċi u Titjib fir-Rispons għad-Diżastri

 

Teknoloġiji, proċessi, metodi u kapaċitajiet dedikati ġodda se jgħinu fil-protezzjoni ta' infrastrutturi – inklużi infrastrutturi elettroniċi – sistemi u servizzi kritiċi li huma essenzjali għall-funzjonament korrett tas-soċjetà u l-ekonomija, inklużi l-komunikazzjonijiet, it-trasport, il-finanzi, is-saħħa, l-ikel, l-ilma, l-enerġija, il-loġistika u l-katina tal-provvista, u l-ambjent.

 

Id-diżastri jistgħu jiġu minn bosta sorsi, u jistgħu jkunu naturali, magħmula mill-bniedem jew jirriżultaw minn riskji kaskata. Hemm bżonn aktar sforzi sabiex jiġu limitati l-effetti fuq il-ħajja u l-għajxien. L-għan hu li tiġi evitata u titnaqqas il-ħsara għas-saħħa u l-ambjent, kif ukoll il-ħsara ekonomika u materjali, u li tiġi żgurata l-provvista tal-ikel u l-mediċini, is-sigurtà u l-mezzi ta' komunikazzjoni bażiċi.

 

Linji Ġenerali

 

– Teknoloġiji u kapaċitajiet għall-persuni li jagħtu l-ewwel għajnuna f'operazzjonijiet ta' emerġenza f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u diżastru, inklużi r-rispons għad-diżastri għall-vittmi u s-sistemi ta' twissija bikrija;

 

– Kapaċitajiet għas-soċjetà sabiex timmaniġġja aħjar u tnaqqas ir-riskju ta' diżastri, inkluż permezz ta' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-għarfien espert tal-komunità, permezz tat-tisħiħ tal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għal riskji eżistenti u ġodda, it-titjib tar-reżiljenza ta' dawn l-infrastrutturi kollha, inkluż permezz ta' strutturi istituzzjonali, politiċi u ta' governanza reżiljenti għad-diżastri;

 

– Tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' rilokazzjoni ta' tagħmir, vetturi, provvisti u persunal tat-tiftix u s-salvataġġ;

 

– Teknoloġiji, tagħmir u proċeduri li jipprevjenu t-tifqigħa ta' pandemiji jew jillimitaw it-tixrid tagħhom;

 

– It-titjib ta' sistemi ta' twissija pubblika fuq diversi livelli, speċjalment b'attenzjoni għall-persuni vulnerabbli;

 

– It-titjib tad-disponibilità ta' vetturi speċjalizzati tal-ajru u tal-art biex jikkumbattu n-nirien fuq skala kbira u fil-foresti kif ukoll it-titjib fil-varar rapidu tagħhom.

 

2a.2.5 Piraterija u Falsifikazzjoni ta' Prodotti

 

Il-ġlieda kontra l-piraterija u l-falsifikazzjoni tal-prodotti tibqa' ta' tħassib serju għall-ekonomija, is-settur kulturali u kreattiv u ċ-ċittadini Ewropej. Dawn l-attivitajiet illeċiti jikkawżaw telf kbir f'taxxi, dħul u introjtu personali, u jpoġġu f'riskju l-impjiegi fl-Ewropa.

 

Prodotti difettużi jimplikaw riskji li jikkawżaw ħsara lill-persuni u lill-proprjetà. Jeħtieġ li dawn l-impatti jiġu indirizzati u li jinstabu soluzzjonijiet biex tiġi indirizzata l-piraterija u l-falsifikazzjoni tal-prodotti kif ukoll biex l-awtoritajiet pubbliċi xierqa jissaħħu sabiex, permezz tal-kooperazzjoni, jiġu evitati, identifikati, investigati u miġġielda dawn ir-reati u attivitajiet illegali relatati.

 

Għandhom jiġu inklużi sforzi biex titrawwem il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali.

 

Linji Ġenerali

 

– Il-promozzjoni ta' tekniki għall-identifikazzjoni tal-prodotti;

 

– Titjib fil-protezzjoni ta' parts u merkanzija oriġinali;

 

– Teknoloġiji li jikkontrollaw il-prodotti ttrasportati (f'ħin reali) u skambju ta' data bejn il-produtturi, it-trasportaturi, l-awtoritajiet tad-dwana u d-destinatarji.

 

2a.2.6 Appoġġ għall-politiki tas-sigurtà esterna tal-Unjoni permezz tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi

 

Hemm bżonn riċerka, teknoloġiji ġodda, kapaċitajiet u soluzzjonijiet b'appoġġ għall-politiki tas-sigurtà esterna tal-Unjoni f'kompiti ċivili, li jvarjaw mill-protezzjoni ċivili għall-għajnuna umanitarja, il-ġestjoni tal-fruntieri jew iż-żamma tal-paċi u l-istabbilizzazzjoni wara l-kriżi, inklużi l-prevenzjoni tal-konflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u l-medjazzjoni.

 

Linji Ġenerali

 

– Riċerka dwar ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u r-ritorn għall-paċi u l-ġustizzja, l-identifikazzjoni bikrija tal-fatturi li jwasslu għal kunflitt u l-impatt tal-proċessi ta' ġustizzja riparatriċi;

 

– Promozzjoni tal-interoperabbiltà bejn il-kapaċitajiet ċivili u militari fil-kompiti ċivili li jvarjaw mill-protezzjoni ċivili għall-għajnuna umanitarja, il-ġestjoni tal-fruntieri u ż-żamma tal-paċi.

 

– Żvilupp teknoloġiku fil-qasam sensittiv tat-teknoloġiji b'użu doppju sabiex titjieb l-interoperabbiltà bejn il-protezzjoni ċivili u l-forzi militari u fost il-forzi tal-protezzjoni ċivili madwar id-dinja, kif ukoll l-affidabbiltà, aspetti organizzattivi, legali u etiċi, kwistjonijiet kummerċjali, il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni u t-traċċabbiltà tat-tranżazzjonijiet u l-proċessi kollha.

 

– Żvilupp ta' kapaċitajiet ta' kmand u kontroll għall-missjonijiet ċivili.

 

2a.2.7 Promozzjoni tal-Koordinazzjoni, il-Kooperazzjoni u s-Sinerġiji

 

Sabiex tiġi żgurata l-kapaċità ta' adozzjoni, ġestjoni, kontroll u użu korrett ta' proċeduri bejn l-awtoritajiet, hemm bżonn teknoloġija u standards aġġornati. L-għan għandu jkun li l-awtoritajiet pubbliċi u forzi oħra jkunu mgħammra b'tagħmir skambjabbli, sabiex jiġu integrati proċeduri ta' operat, rispons, rappurtar u skambju ta' data standard fl-UE kollha.

 

L-aġenziji għandhom jingħataw baġit adegwat biex tkompli titrawwem il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE – u li jibbenefikaw minnha – u sabiex jamministraw proġetti rilevanti, jikkondividu d-domandi, ir-riżultati u l-ambizzjonijiet kif ukoll jikkooperaw u jikkoordinaw l-isforzi ma' aġenziji oħra u ma' awtoritajiet mhux tal-UE bħall-Grupp Kontra t-Terroriżmu u l-Interpol. Fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni relatati mas-sigurtà dawn huma, partikolarment: il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, l-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza Marittima, l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea.

 

Sabiex jissaħħu s-sinerġiji mar-riċerka, l-iskambju u l-mekkaniżmi ta' konsultazzjoni fil-qasam tad-difiża ffinanzjati mill-UE, għandhom jiġu stabbiliti awtoritajiet assoċjati mar-riċerka fil-qasam tad-difiża għal skopijiet ċivili.

 

L-istandards se jkollhom rwol importanti billi jiżguraw l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-implimentazzjoni komuni kif ukoll il-kapaċitajiet ta' skambju, interoperabbiltà u kompatibbiltà tas-servizzi, il-proċeduri, it-teknoloġiji u t-tagħmir.

 

Linji Ġenerali

 

– Teknoloġiji u tagħmir b'rekwiżiti operattivi bażiċi li jkunu applikabbli mill-forzi u l-awtoritajiet kollha tal-Istati Membri tal-istess linja (il-pulizija, is-salvataġġ, il-ġestjoni tad-diżastri, il-komunikazzjoni, eċċ.) indaqs;

 

– Interoperabbiltà tat-tagħmir u l-proċeduri sabiex tiġi ffaċilitata l-kapaċità operattiva transfruntiera u bejn l-aġenziji.

Emenda    52

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  RAGGRUPPAMENT "DIĠITALI U INDUSTRIJA"

3.  RAGGRUPPAMENT "DIĠITALI, INDUSTRIJA U SPAZJU"

Emenda    53

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.1.   Raġunament

3.1.   Raġunament

Sabiex tiżgura l-kompetittività industrijali u l-kapaċità li jiġu indirizzati l-isfidi globali 'il quddiem, l-UE trid tirrinforza u żżomm il-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali tagħha fl-oqsma ewlenin li jirfdu t-trasformazzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna.

Sabiex tiżgura l-kompetittività industrijali u l-kapaċità li jiġu indirizzati l-isfidi globali 'l quddiem, l-UE trid tirrinforza u żżomm il-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali tagħha fl-oqsma ewlenin li jirfdu t-trasformazzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna.

L-industrija tal-UE tipprovdi impjieg minn kull ħamsa u żewġ terzi tal-investimenti fir-Riċerka u l-Iżvilupp mis-settur privat u tiġġenera 80 % tal-esportazzjoni tal-UE. Mewġa ġdida ta' innovazzjoni, li tinvolvi l-amalgamazzjoni tat-teknoloġiji fiżiċi u diġitali, se tiskatta opportunitajiet kbar ħafna għall-industrija tal-UE u se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE.

L-industrija tal-UE tipprovdi impjieg minn kull ħamsa u żewġ terzi tal-investimenti fir-Riċerka u l-Iżvilupp mis-settur privat u tiġġenera 80 % tal-esportazzjoni tal-UE. Mewġa ġdida ta' innovazzjoni, li tinvolvi l-amalgamazzjoni tat-teknoloġiji fiżiċi u diġitali, se tiskatta opportunitajiet kbar ħafna għall-industrija tal-UE u se ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tal-UE.

Id-diġitalizzazzjoni hija xprun kbir. Hekk kif tkompli għaddejja b'pass mgħaġġel fis-setturi kollha, l-investiment fl-oqsma prijoritarji li jvarjaw mill-intelliġenza artifiċjali sal-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-computing ta' prestazzjoni għolja, il-fotonika u n-nanoelettronika, isir essenzjali għat-tisħiħ tal-ekonomija tagħna u s-sostenibbiltà tas-soċjetà tagħna. L-investiment, il-produzzjoni u l-użu tal-ICT jagħtu spinta kbira lit-tkabbir ekonomiku tal-UE, li bejn l-2001 u l-2011 biss ammonta għal żieda ta' 30 %.

Id-diġitalizzazzjoni hija xprun kbir. Hekk kif tkompli għaddejja b'pass mgħaġġel fis-setturi kollha, l-investiment fl-oqsma prijoritarji li jvarjaw mill-intelliġenza artifiċjali sal-internet tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-computing ta' prestazzjoni għolja, il-fotonika, it-teknoloġiji tal-quantum, in-nanoelettronika, id-data intelliġenti eċċ. isir essenzjali għat-tisħiħ tal-ekonomija tagħna. L-investiment, il-produzzjoni u l-użu tal-ICT jagħtu spinta kbira lit-tkabbir ekonomiku tal-UE, li bejn l-2001 u l-2011 biss ammonta għal żieda ta' 30 %.

Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali15 jipprovdu l-bażi ta' taħlit tad-dinja diġitali ma' dik fiżika, ċentrali għal din il-mewġa globali ġdida ta' innovazzjoni. L-investiment fl-iżvilupp, id-dimostrazzjoni u l-implimentazzjoni ta' teknoloġiji abilitanti essenzjali, u l-iżgurar ta' provvista ta' materja prima u avvanzata sigura, sostenibbli u affordabbli, se jiżguraw l-awtonomija strateġika tal-UE u jgħin lill-industrija tal-UE tnaqqas l-impronti tal-karbonju u ambjentali tagħha b'mod sinifikanti.

It-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali15 jipprovdu l-bażi ta' taħlit tad-dinja diġitali ma' dik fiżika, ċentrali għal din il-mewġa globali ġdida ta' innovazzjoni. L-investiment fl-iżvilupp, id-dimostrazzjoni, l-implimentazzjoni u l-istandardizzazzjoni ta' teknoloġiji abilitanti essenzjali, u l-iżgurar ta' ksib, użu u ġestjoni ta' materja prima u avvanzata sigura, sostenibbli u affordabbli, se jiżguraw l-awtonomija strateġika tal-UE u jgħinu lill-industrija tal-UE tnaqqas l-impronti tal-karbonju u ambjentali tagħha b'mod sinifikanti u, allura, l-ispejjeż għas-soċjetà f'termini ta' esternalitajiet.

Teknoloġiji speċifiċi futuri u emerġenti jistgħu jintużaw ukoll skont kif ikun xieraq.

Teknoloġiji futuri u emerġenti speċifiċi għandhom jintużaw ukoll bħala l-bażi li fuqhom jissejsu l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jmiss.

L-ispazju huwa ta' importanza strateġika; madwar 10 % tal-PDG tal-UE jiddependi fuq l-użu ta' servizzi tal-ispazju. L-UE għandha settur tal-ispazju ta' livell dinji, b'industrija tal-manifattura tas-satelliti b'saħħitha u settur ta' servizzi downstream dinamiku. L-ispazju jipprovdi għodda importanti għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u s-sorveljanza u jiftaħ ħafna opportunitajiet ta' negozju, speċjalment f'kombinazzjoni mat-teknoloġiji diġitali u sorsi oħrajn ta' data. L-UE trid tagħmel l-aħjar li tista' minn dawn l-opportunitajiet billi tisfrutta bi sħiħ il-potenzjal tal-programmi tal-ispazju tagħha Copernicus, EGNOS u Galileo, u billi tipproteġi l-infrastrutturi tal-ispazju u tal-art minn theddid mill-ispazju.

L-ispazju huwa ta' importanza strateġika; madwar 10 % tal-PDG tal-UE jiddependi fuq l-użu ta' servizzi spazjali. L-UE għandha settur spazjali ta' livell dinji, b'industrija tal-manifattura tas-satelliti b'saħħitha u settur ta' servizzi downstream dinamiku. L-ispazju jipprovdi għodod importanti għall-komunikazzjoni, in-navigazzjoni u s-sorveljanza u jiftaħ ħafna opportunitajiet ta' riċerka, innovazzjoni u negozju, speċjalment f'kombinazzjoni mat-teknoloġiji diġitali u ma' sorsi oħrajn ta' data. L-UE jeħtiġilha tagħmel l-aħjar li tista' minn dawn l-opportunitajiet billi tisfrutta bis-sħiħ il-potenzjal tal-programmi tal-ispazju tagħha Copernicus, EGNOS u Galileo, kif ukoll billi tinkoraġġixxi – fost affarijiet oħra – l-iżvilupp tas-settur downstream u l-applikazzjonijiet għall-utenti finali, u billi tipproteġi l-infrastrutturi tal-ispazju u tal-art mit-theddid.

L-UE għanda ċ-ċans uniku li tkun fuq quddiem nett fuq livell globali u żżid is-sehem tagħha ta' swieq dinjija, billi turi kif it-trasformazzjoni diġitali, it-tmexxija f'teknoloġiji ewlenin ta' ffaċilitar u tal-ispazju, u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-kompetittività jistgħu jsaħħu lil xulxin permezz tal-eċċellenza xjentifika u teknoloġika.

L-UE għanda ċ-ċans uniku li tkun fuq quddiem nett fuq livell globali u żżid is-sehem tagħha fis-swieq dinjija, billi turi kif it-trasformazzjoni diġitali u t-tmexxija fit-teknoloġiji abilitanti essenzjali u spazjali jiftħu xenarji għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet ta' GHGs, li tinkludi teknoloġiji b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju u strateġija għad-dekarbonizzazzjoni, kif ukoll għal ekonomija ċirkolari u bbażata fuq il-prodotti bijoloġiċi, biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-għarfien tas-soċjetà b'rabta ma' tali teknoloġiji u evoluzzjonijiet.

Sabiex l-ekonomija diġitalizzata, ċirkolari, ta' karbonju baxx, u b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju ssir realtà, trid tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE minħabba l-kumplessità tal-ktajjen ta' valur, in-natura sistemika u multidixxiplinari tat-teknoloġiji u l-kostijiet għoljin marbutin mal-iżvilupp tagħhom, u n-natura transsettorjali tal-problemi li jridu jiġu indirizzati. L-UE trid tiżgura li l-atturi kollha tal-industrija, u s-soċjetà b'mod ġenerali, jistgħu jibbenefikaw minn teknoloġiji u diġitalizzazzjoni avvanzati u nodfa. L-iżvilupp tat-teknoloġiji waħidhom mhuwiex biżżejjed. Infrastrutturi orjentati lejn l-industrija, inkluż linji pilota, se jgħinu fl-istabbiliment ta' negozji tal-UE u, b'mod partikolari, jgħinu lill-SMEs ivaraw dawn it-teknoloġiji u jtejbu l-prestazzjoni tal-innovazzjoni tagħhom.

Sabiex l-ekonomija diġitalizzata, ċirkolari, ta' karbonju baxx u b'emissjonijiet baxxi ssir realtà, trid tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE minħabba l-kumplessità tal-ktajjen ta' valur, in-natura sistemika u multidixxiplinari tat-teknoloġiji u l-ispejjeż għoljin marbutin mal-iżvilupp tagħhom, u n-natura transsettorjali tal-problemi li jridu jiġu indirizzati. L-UE trid tiżgura li l-atturi kollha tal-industrija, u s-soċjetà b'mod ġenerali, jistgħu jibbenefikaw minn teknoloġiji u diġitalizzazzjoni avvanzati u nodfa. L-iżvilupp tat-teknoloġiji waħidhom mhuwiex biżżejjed. Mudelli kummerċjali ġodda u sostenibbli, kif ukoll infrastrutturi orjentati lejn l-industrija, inkluż linji pilota, se jgħinu fl-istabbiliment ta' negozji tal-UE u, b'mod partikolari, jgħinu lill-SMEs ivaraw dawn it-teknoloġiji u jtejbu l-prestazzjoni tal-innovazzjoni tagħhom. F'dan il-kuntest, is-settur kulturali u kreattiv għandu wkoll rwol ewlieni billi jiggwida t-trasformazzjoni diġitali u l-innovazzjoni xprunata mill-ICT fl-Ewropa.

Involviment b'saħħtu tal-industrija huwa essenzjali fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni li jżidu l-ingranaġġ tal-finanzjament pubbliku u jiżguraw l-użu tar-riżultati. Il-fehim u l-aċċettazzjoni tas-soċjetà huma ingredjenti ewlenin għas-suċċess, kif ukoll aġenda ġdida għal ħiliet rilevanti għall-industrija u l-istandardizzazzjoni.

Għaldaqstant, involviment b'saħħtu tal-industrija huwa essenzjali fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u l-iżvilupp ta' aġendi ta' riċerka u innovazzjoni li jżidu l-ingranaġġ ta' finanzjament pubbliku u privat addizzjonali u jiżguraw l-użu tar-riżultati. Il-fehim u l-aċċettazzjoni tas-soċjetà huma ingredjenti ewlenin għas-suċċess, kif ukoll aġenda ġdida għal ħiliet rilevanti għall-industrija u l-istandardizzazzjoni.

It-tlaqqigħ flimkien tal-attivitajiet dwar teknoloġiji diġitali, abilitanti essenzjali u tal-ispazju, kif ukoll provvista sostenibbli ta' materja prima, se jippermettu għal approċċ aktar sistemiku, u trasformazzjoni diġitali u industrijali aktar veloċi u aktar profonda. Dan se jiżgura li r-riċerka u l-innovazzjoni f'dawn l-oqsma jwasslu u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE għall-industrija, id-diġitalizzazzjoni, l-ambjent, l-enerġija u l-klima, l-ekonomija ċirkolari, il-materja prima u avvanzata u l-ispazju.

It-tlaqqigħ tal-attivitajiet fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali, it-teknoloġiji abilitanti essenzjali u t-teknoloġiji spazjali, kif ukoll provvista sostenibbli ta' materja prima, se jippermettu għal approċċ aktar sistemiku, u trasformazzjoni diġitali u industrijali aktar veloċi u aktar profonda. Dan se jiżgura li r-riċerka u l-innovazzjoni f'dawn l-oqsma jwasslu u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE għall-industrija, id-diġitalizzazzjoni, l-ambjent, l-enerġija u l-klima, il-mobbiltà l-ekonomija ċirkolari, il-materja prima u avvanzata u l-ispazju.

Il-komplementarjetà se tiġi żgurata permezz ta' attivitajiet skont il-Programm Ewropa Diġitali, sabiex jirrispetta d-delineazzjoni bejn iż-żewġ Programmi u jevita t-trikkib.

Il-komplementarjetà se tiġi żgurata permezz ta' attivitajiet skont il-Programm Ewropa Diġitali, sabiex tiġi rispettata d-delineazzjoni bejn iż-żewġ Programmi u jiġi evitat it-trikkib.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b'mod partikolari: SDG 8 – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 12 – Konsum Responsabbli u Produzzjoni; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b'mod partikolari: SDG 8 – Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 12 – Konsum u Produzzjoni Responsabbli; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

__________________

__________________

It-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali tal-futur jinkludu materjali avvanzati u n-nanoteknoloġija, il-fotonika u l-mikro u n-nanoelettronika, it-teknoloġiji tax-xjenza tal-ħajja, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati, l-intelliġenza artifiċjali u s-sigurtà diġitali u l-konnettività

It-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali tal-futur jinkludu materjali avvanzati u n-nanoteknoloġija, il-fotonika u l-mikro u n-nanoelettronika, it-teknoloġiji tax-xjenza tal-ħajja, il-manifattura u l-ipproċessar avvanzati, l-intelliġenza artifiċjali u s-sigurtà diġitali u l-konnettività

Emenda    54

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2.1.   Teknoloġiji ta' Manifattura

3.2.1.   Teknoloġiji tal-Manifattura

Il-manifattura hija l-ixprunatur ewlieni tal-impjiegi u l-prosperità fl-UE, fejn tipproduċi tliet kwarti tal-esportazzjonijiet globali tal-UE u tipprovdi aktar minn 100 miljun impjieg dirett u indirett. L-isfida ewlenija għall-manifattura tal-UE hija li din tibqa' kompetittiva fil-livell globali bi prodotti ta' valur miżjud għoli aktar intelliġenti u adattati għal użu u utenti speċifiċi, immanifatturati b'kostijiet tal-enerġija ħafna aktar baxxi. L-inputs kreattivi u kulturali se jkun kruċjali fil-ġenerazzjoni tal-valur miżjud.

Il-manifattura hija l-ixprunatur ewlieni tal-impjiegi u l-prosperità fl-UE, fejn tipproduċi tliet kwarti tal-esportazzjonijiet globali tal-UE u tipprovdi aktar minn 100 miljun impjieg dirett u indirett. L-isfida ewlenija għall-manifattura fl-UE hija li din tibqa' kompetittiva fil-livell globali bi prodotti ta' valur miżjud għoli aktar intelliġenti, adattati għal użu u utenti speċifiċi u aktar effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi, kif ukoll b'impronta tal-karbonju iżgħar, li tinkludi inqas skart u tniġġis. L-inputs kreattivi u kulturali, kif ukoll il-perspettivi mil-lat tax-xjenzi soċjali u umanistiċi dwar ir-relazzjoni bejn it-teknoloġija u l-persuni, ukoll se jkunu kruċjali biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  It-teknoloġiji tal-manifattura rivoluzzjonarji, bħall-manifattura addittiva, ir-robotika industrijali, sistemi tal-manifattura integrati mal-bniedem, promossi wkoll permezz ta' network tal-UE ta' infrastrutturi orjentati lejn l-industrija;

–  It-teknoloġiji tal-manifattura rivoluzzjonarji, bħall-manifattura addittiva, l-immudellar, is-simulazzjoni, l-awtomatizzazzjoni industrijali u r-robotika, sistemi tal-manifattura integrati mal-bniedem, promossi wkoll permezz ta' network tal-UE ta' infrastrutturi orjentati lejn l-industrija;

–  Innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jużaw teknoloġiji ta' ffaċilitar differenti (eż. teknoloġiji konverġenti, intelliġenza artifiċjali, analitika tad-data, robotika industrijali, bijomanifattura, teknoloġiji avvanzati tal-batteriji) tul il-katina tal-valur;

–  Innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jużaw teknoloġiji ta' ffaċilitar differenti (eż. teknoloġiji konverġenti, intelliġenza artifiċjali, analitika tad-data, robotika industrijali, bijomanifattura sostenibbli, teknoloġiji avvanzati tal-batteriji) tul il-katina tal-valur;

–  Ħiliet u postijiet tax-xogħol kompletament adattati għat-teknoloġiji l-ġodda, b'konformità mal-valuri soċjali Ewropej;

–  Ħiliet u postijiet tax-xogħol kompletament adattati għat-teknoloġiji l-ġodda, li jinkludu l-ergonomija, u li jkunu konformi mal-valuri soċjali u l-ħtiġijiet Ewropej;

–  Impjanti konjittivi b'żero difetti u b'żero skart, flessibbli u ta' preċiżjoni għolja u sistemi ta' manifattura intelliġenti li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi;

–  Impjanti konjittivi b'żero difetti u b'żero skart, flessibbli u ta' preċiżjoni għolja u sistemi ta' manifattura intelliġenti u effiċjenti fl-użu tal-enerġija li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi;

–   Innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fit-tekniki għall-esplorazzjoni tas-siti ta' kostruzzjoni, għal awtomazzjoni sħiħa għall-assemblaġġ fil-post u komponenti prefabrikati.

–   Innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fit-tekniki għall-esplorazzjoni tas-siti ta' kostruzzjoni, għal awtomazzjoni sħiħa għall-assemblaġġ fil-post u komponenti prefabbrikati.

Emenda    55

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iż-żamma u l-iżvilupp awtonomu ta' kapaċitajiet b'saħħithom ta' disinn u produzzjoni f'teknoloġiji diġitali essenzjali bħall-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, is-software u s-sistemi, u l-integrazzjoni tagħhom kif ukoll il-materjali avvanzati għal dawn l-applikazzjonijiet se jkunu essenzjali għal UE kompetittiva.

Iż-żamma u l-iżvilupp awtonomu ta' kapaċitajiet b'saħħithom ta' disinn u produzzjoni f'teknoloġiji diġitali essenzjali bħall-mikro u n-nanoelettronika, il-fotonika, is-software u s-sistemi, u l-integrazzjoni u l-istandardizzazzjoni tagħhom, kif ukoll il-materjali avvanzati għal dawn l-applikazzjonijiet se jkunu essenzjali għal UE kompetittiva. It-teknoloġiji diġitali abilitanti essenzjali huma fundamentali biex jimtela l-vojt bejn ir-riċerka avvanzata u l-innovazzjonijiet li joħolqu suq.

Emenda    56

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Il-kunċetti tad-disinn u l-ipproċessar tan-nanoelettronika li jindirizzaw rekwiżiti speċifiċi tat-trasformazzjoni diġitali u l-isfidi globali, f'termini ta' funzjonalità, il-konsum u l-integrazzjoni tal-enerġija;

–  Il-kunċetti tad-disinn u l-ipproċessar tan-nanoelettronika li jindirizzaw rekwiżiti speċifiċi tat-trasformazzjoni diġitali u l-isfidi globali, f'termini ta' prestazzjoni, funzjonalità, kondiviżjoni u konsum tal-enerġija, effiċjenza u integrazzjoni;

–  It-teknoloġiji b'sensuri u l-kointegrazzjoni tagħhom f'unitajiet komputazzjonali bħala l-faċilitaturi tal-Internet tal-Oġġetti, inkluż soluzzjonijiet innovattivi dwar materjali flessibbli u konformabbli għal oġġetti kapaċi jinteraġixxu mal-bniedem;

–  It-teknoloġiji b'sensuri u l-kointegrazzjoni tagħhom f'unitajiet komputazzjonali bħala l-faċilitaturi tal-Internet tal-Oġġetti, inkluż soluzzjonijiet innovattivi dwar materjali flessibbli u konformabbli għal oġġetti sikuri, siguri u li kapaċi jinteraġixxu mal-bniedem u ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

–   It-teknoloġiji li jikkumplimentaw jew joffru alternattiva għan-nanoelettronika, bħall-computing newromorfiku li jħaddem applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, jew quantum computing integrat;

–   It-teknoloġiji li jikkomplementaw jew joffru alternattiva għan-nanoelettronika, bħall-computing newromorfiku li jħaddem applikazzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali, jew quantum computing integrat;

–  L-arkitetturi tal-computing u l-proċessuri ta' potenza baxxa għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet inkluż edge computing, diġitalizzazzjoni tal-industrija, big data u cloud, enerġija intelliġenti u sewqan konness u awtomatizzat;

–  L-arkitetturi tal-computing u l-proċessuri ta' potenza baxxa għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet inklużi l-edge computing, id-diġitalizzazzjoni tal-industrija, l-awtomazzjoni u r-robotika, il-big data u l-cloud, l-enerġija intelliġenti u s-sewqan konness u awtomatizzat;

–  Disinji tal-hardware tal-computing li jrendu garanziji sodi ta' eżekuzzjoni ta' fiduċja, b'miżuri ta' protezzjoni inkorporati tal-privatezza u tas-sigurtà għad-data tal-input/output kif ukoll għall-istruzzjonijiet tal-ipproċessar;

–  Disinji tal-hardware tal-computing li jrendu garanziji sodi ta' eżekuzzjoni affidabbli, b'miżuri ta' protezzjoni inkorporati tal-privatezza u tas-sigurtà għad-data tal-input/output kif ukoll għall-istruzzjonijiet tal-ipproċessar;

–  It-teknoloġiji tal-fotonika li jippermettu l-applikazzjonijiet permezz ta' avvanzi rivoluzzjonarji fil-funzjonalità u l-prestazzjoni;

–  It-teknoloġiji tal-fotonika li jippermettu l-applikazzjonijiet permezz ta' avvanzi rivoluzzjonarji fil-funzjonalità, l-integrazzjoni u l-prestazzjoni;

–   It-teknoloġiji tal-inġinerija tas-sistemi sabiex jiġu approġġati sistemi kompletament awtonomi għal applikazzjonijiet affidabbli li jinteraġixxu mad-dinja fiżika, inkluż f'dominji industrijali u kritiċi għas-sikurezza;

–   It-teknoloġiji tal-inġinerija tas-sistemi sabiex jiġu approġġati sistemi kompletament awtonomi għal applikazzjonijiet affidabbli li jinteraġixxu mad-dinja fiżika, inkluż f'dominji industrijali u kritiċi għas-sikurezza;

–  It-teknoloġiji tas-software li jtejbu l-kwalità, is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-software b'ħajja tas-servizz imtejba, li jżidu l-produttività tal-iżvilupp u li jintroduċu intelliġenza artifiċjali u reżiljenza inkorporati fis-software;

–  It-teknoloġiji tas-software u l-hardware li jtejbu l-kwalità, is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-software b'ħajja tas-servizz imtejba, iżidu l-produttività tal-iżvilupp u l-interoperabbiltà u jintroduċu intelliġenza artifiċjali u reżiljenza inkorporati fis-software;

–   It-teknoloġiji emerġenti li jespandu t-teknoloġiji diġitali u li jservu ta' pont bejn il-provi tal-kunċett fl-istadju tar-riċerka u l-fattibbiltà industrijali għas-swieq rilevanti.

–   It-teknoloġiji emerġenti li jespandu t-teknoloġiji diġitali u li jservu ta' pont bejn il-provi tal-kunċett fl-istadju tar-riċerka u l-fattibbiltà industrijali għas-swieq rilevanti.

 

  Teknoloġiji diġitali għall-industriji kulturali u kreattivi, inkluż is-settur awdjoviżiv kif ukoll l-arkivji, il-libreriji u l-pubblikazzjoni, biex jiġu żviluppati għodod ġodda li joħolqu l-aċċess, jisfruttaw u jippreservaw il-kontenut diġitali.

 

  L-iżvilupp ta' mudelli kummerċjali ġodda fl-ekoinnovazzjoni u approċċi alternattivi ta' produzzjoni effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u l-enerġija.

Emenda    57

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-UE hija l-mexxej globali fil-materjali avvanzata u l-proċessi assoċjati, li jagħmlu 20 % tal-bażi tal-industrija tagħha u jiffurmaw l-għerq ta' kważi l-ktajjen ta' valur kollha permezz tat-trasformazzjoni tal-materja prima. Sabiex tibqa' kompetittiva u tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal materjali sostenibbli, sikuri u avvanzati, l-UE trid ittejjeb ir-riċiklabbiltà tal-materjali, tnaqqas l-impronta tal-karbonju u ambjentali, u tmexxi l-innovazzjoni industrijali transsettorjali billi tappoġġa applikazzjonijiet ġodda fis-setturi kollha tal-industrija.

L-UE hija l-mexxej globali fil-materjali avvanzata u l-proċessi assoċjati, li jikkostitwixxu 20 % tal-bażi industrijali tagħha u jiffurmaw l-għerq ta' kważi l-ktajjen ta' valur kollha permezz tat-trasformazzjoni tal-materja prima. Sabiex tibqa' kompetittiva u tissodisfa l-ħtiġijiet taċ-ċittadini għal materjali sostenibbli, sikuri u avvanzati, inklużi alternattivi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, l-UE jeħtiġilha ttejjeb id-durabbiltà, ir-riutilizzabbiltà u r-riċiklabbiltà tal-materjali, tnaqqas l-impronta tal-karbonju u ambjentali, u tmexxi l-innovazzjoni industrijali transsettorjali billi tappoġġa l-istandardizzazzjoni u applikazzjonijiet ġodda fis-setturi kollha tal-industrija.

Emenda    58

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  Materjali (inkluż plastik, materjali bijo, nano, bidimensjonali, intelliġenti u multi) ddisinjati b'karatteristiċi ġodda u funzjonalizzazzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji (filwaqt li ma jwasslu għal pressjonijiet ambjentali ikbar matul il-produzzjoni, l-użu jew tmiem tal-ħajja tagħhom);

–  Materjali (inkluż plastik, bijoplastik, materjali bijo, nano, bidimensjonali, intelliġenti u multi) ddisinjati b'karatteristiċi ġodda u funzjonalizzazzjoni u li jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji (filwaqt li ma jwasslux għal pressjonijiet ambjentali u esternalitajiet negattivi ikbar matul il-produzzjoni, l-użu jew tmiem tal-ħajja tagħhom);

–  Il-proċessi u l-produzzjoni tal-materjali integrati b'segwitu għal approċċ orjentat lejn il-konsumatur u etiku, inkluż attivitajiet prenormattivi u valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, l-issorsjar u l-ġestjoni tal-materja prima, id-durabbiltà, l-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà, is-sikurezza, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji;

–  Il-proċessi u l-produzzjoni tal-materjali integrati b'segwitu għal approċċ orjentat lejn il-konsumatur u etiku, inkluż attivitajiet prenormattivi u valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja, il-ksib u l-ġestjoni sostenibbli tal-materja prima, id-durabbiltà, l-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà, is-sikurezza, il-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji;

–   Faċilitaturi tal-materjali bħall-karatterizzazzjoni (eż., għall-iżgurar tal-kwalità), l-immudellar, il-pilotaġġ u l-espansjoni;

–   Faċilitaturi tal-materjali bħall-karatterizzazzjoni (eż., għall-iżgurar tal-kwalità), l-immudellar, il-pilotaġġ u l-espansjoni;

–  Ekosistema tal-innovazzjoni tal-UE ta' infrastrutturi tat-teknoloġija16, identifikati u prijoritizzati bi qbil mal-Istati Membri, li jipprovdu servizzi sabiex titħaffef it-trasformazzjoni teknoloġika u l-użu mill-industrija tal-UE, b'mod partikolari mill-SMEs; din se tkopri t-teknoloġiji ewlenin kollha neċessarji sabiex jiffaċilitaw l-innovazzjonijiet fil-qasam tal-materjali;

–  Network ta' innovazzjoni fl-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija tal-UE16, identifikati u prijoritizzati bi qbil mal-Istati Membri u fid-dawl tal-pjan direzzjonali tal-ESFRI, li jipprovdu servizzi sabiex titħaffef it-trasformazzjoni teknoloġika u l-użu mill-industrija tal-UE, b'mod partikolari mill-SMEs. Dan ikopri t-teknoloġiji ewlenin kollha neċessarji sabiex jiġu ffaċilitati l-innovazzjonijiet fil-qasam tal-materjali;

–   L-analiżi ta' tendenzi futuri u emerġenti fil-materjali avvanzati u teknoloġiji abilitanti essenzjali oħrajn;

–   L-analiżi ta' tendenzi futuri u emerġenti fil-materjali avvanzati u teknoloġiji abilitanti essenzjali oħrajn;

–  Soluzzjonijiet ibbażati fuq id-disinn, l-arkitettura u l-kreattività ġenerali, b'orjentazzjoni b'saħħitha lejn l-utent, sabiex jiżdied il-valur fis-setturi industrijali u l-industriji kreattivi.

–  Soluzzjonijiet ibbażati fuq id-disinn, l-arkitettura u l-kreattività ġenerali, b'orjentazzjoni b'saħħitha lejn l-utent, sabiex jiżdied il-valur fis-setturi industrijali u l-industriji kreattivi, inkluża l-industrija tal-moda.

__________________

__________________

16 Dawn huma faċilitajiet pubbliċi jew privati li jipprovdi riżorsi u servizzi primarjament għall-industrija Ewropa biex tittestja u tivvalida teknoloġiji u prodotti abilitanti essenzjali. Tali infrastrutturi jistgħu jinstabu f'sit wieħed, jew ikunu virtwali jew distribwiti, u jridu jkunu reġistrati fi Stat Membru jew pajjiż terz assoċjat mal-Programm.

16 Dawn huma faċilitajiet pubbliċi jew privati li jipprovdi riżorsi u servizzi primarjament għall-industrija Ewropa biex tittestja u tivvalida teknoloġiji u prodotti abilitanti essenzjali. Tali infrastrutturi jistgħu jinstabu f'sit wieħed, jew ikunu virtwali jew distribwiti, u jridu jkunu reġistrati fi Stat Membru jew pajjiż terz assoċjat mal-Programm.

Emenda    59

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Waħda mill-megatendenzi hija li kull oġġett u tagħmir ikunu intelliġenti. Ir-riċerkaturi u l-innovaturi li jiżviluppaw l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) u li joffru applikazzjonijiet fir-Robotika u oqsma oħrajn se jkunu l-ixprunaturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku u tal-produttività futur. Ħafna mis-setturi inkluż is-saħħa, il-manifattura, il-kostruzzjoni u l-biedja se jużaw u jkomplu jiżviluppaw din it-teknoloġija abilitanti essenzjali, f'partijiet oħrajn tal-Programm Qafas. L-iżviluppi jridu jiżguraw is-sikurezza tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-IA, jivvalutaw ir-riskji u jimmitigaw il-potenzjal tagħha għal użu malizzjuż u diskriminazzjoni mhux intenzjonata bħal preġudizzju bejn is-sessi jew ir-razez. Irid ikun żgurat ukoll li l-IA hija żviluppata fi ħdan qafas li jirrispetta l-valuri tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Waħda mill-megatendenzi hija li kull oġġett u tagħmir ikunu intelliġenti. Ir-riċerkaturi u l-innovaturi li jiżviluppaw l-Intelliġenza Artifiċjali (IA) u li joffru applikazzjonijiet fir-Robotika u oqsma oħrajn se jkunu l-ixprunaturi ewlenin tat-tkabbir ekonomiku u tal-produttività futur. Ħafna mis-setturi, inklużi s-saħħa, it-trasport, il-manifattura, il-kostruzzjoni u l-biedja se jużaw u jkomplu jiżviluppaw din it-teknoloġija abilitanti essenzjali, f'partijiet oħrajn tal-Programm Qafas. L-iżviluppi jridu jiżguraw is-sikurezza tal-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-IA, jivvalutaw ir-riskji li jkun fihom u jimmitigaw il-potenzjal tagħhom għal użu malizzjuż u diskriminazzjoni mhux intenzjonata bħal preġudizzju bejn is-sessi jew ir-razez. Irid ikun żgurat ukoll li l-IA hija żviluppata fi ħdan qafas etiku li jirrispetta l-valuri tal-UE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    60

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-iżvilupp u n-networking tal-kompetenzi tar-riċerka taċ-ċentri tal-kompetenza tal-IA madwar l-Ewropa;

–  L-iżvilupp u n-networking tal-kompetenzi tar-riċerka u l-innovazzjoni taċ-ċentri tal-kompetenza tal-IA madwar l-Ewropa;

Emenda    61

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Internet sar għodda ta' ffaċilitar prinċipali tat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna. L-UE trid tieħu l-inizjattiva sabiex twassal l-Internet tal-ġenerazzjoni li jmiss lejn ekosistema ċċentrata fuq il-bniedem b'konformità mal-valuri soċjali u etiċi tagħna. L-investiment fit-teknoloġiji u s-software l-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss se jtejjeb il-kompetittività industrijali tal-UE fl-ekonomija globali. L-ottimizzazzjoni tal-użu mal-UE kollha se tkun tirrikjedi kooperazzjoni fuq skala kbira bejn il-partijiet ikkonċernati kollha.

L-Internet sar għodda abilitanti prinċipali għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi kollha tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna. L-UE trid tieħu l-inizjattiva sabiex twassal l-Internet tal-ġenerazzjoni li jmiss lejn ekosistema ċċentrata fuq il-bniedem u żvilupp tekniku li jimmira lejn servizzi tan-network aċċessibbli, siguri u afidabbli, b'konformità mal-valuri soċjali u etiċi tagħna. L-investiment fit-teknoloġiji u s-software l-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss se jtejjeb il-kompetittività tal-UE fl-ekonomija globali. L-ottimizzazzjoni tal-użu mal-UE kollha se tkun tirrikjedi kooperazzjoni fuq skala kbira bejn il-partijiet ikkonċernati kollha u l-iżvilupp ta' standardizzazzjoni fil-livell Ewropew u internazzjonali.

Emenda    62

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  It-teknoloġiji u s-sistemi għal infrastrutturi fdati u effiċjenti fl-enerġija ta' network u servizz intelliġenti (ta' konnettività lil hinn minn 5G, infrastrutturi definiti mis-software, Internet tal-oġġetti, infrastrutturi tal-cloud, clouds konjittivi) li jippermettu kapaċitajiet f'ħin reali, il-virtwalizzazzjoni u l-ġestjoni deċentralizzata (radju ultra veloċi u flessibbli, edge computing, ktajjen ta' blokok ta' transazzjonijiet, kuntesti u għarfien kondiviżi);

–  It-teknoloġiji u s-sistemi għal infrastrutturi affidabbli u effiċjenti fl-enerġija ta' network u servizz intelliġenti (ta' konnettività lil hinn minn 5G, infrastrutturi definiti mis-software, Internet tal-oġġetti, infrastrutturi tal-cloud, clouds konjittivi) li jippermettu kapaċitajiet f'ħin reali, il-virtwalizzazzjoni u l-ġestjoni deċentralizzata (radju ultraveloċi u flessibbli, edge computing, teknoloġiji bbażati fuq il-kriptografija, reġistri distribwiti, kuntesti u għarfien kondiviżi);

–  L-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss għall-konsumaturi, l-industrija u l-bini tas-soċjetà fuq il-fiduċja, il-kontroll aħjar min-naħa tal-utenti tad-data, l-aċċess b'lingwa trasparenti, il-kunċetti ġodda ta' interazzjoni multimodali, l-aċċess inklużiv u l-aċċess għall-oġġetti personalizzat ħafna, l-informazzjoni u l-kontenut, inkluż midja immersiva u affidabbli, midja soċjali u networking soċjali;

–  L-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss għall-konsumaturi, l-industrija u l-bini tas-soċjetà fuq il-fiduċja, l-interoperabbiltà, l-interkonnettività, il-kontroll aħjar min-naħa tal-utenti tad-data, l-aċċess b'lingwa trasparenti, il-kunċetti ġodda ta' interazzjoni multimodali, l-aċċess inklużiv u l-aċċess għall-oġġetti personalizzat ħafna, l-informazzjoni u l-kontenut, inklużi midja, midja soċjali u networking soċjali immersivi u affidabbli kif ukoll mudelli kummerċjali għal tranżazzjonijiet u servizzi siguri fuq infrastrutturi kondiviżi;

–   Middleware bbażat fuq is-software, inkluż teknoloġiji tar-reġistru distribwit, li jaħdmu f'ambjenti distribwiti ħafna, jiffaċilitaw l-immappjar tad-data u t-trasferiment tad-data bejn infrastrutturi ibridi li għandhom protezzjoni tad-data inerenti, intelliġenza artifiċjali inkorporata, analitika tad-data, sigurtà u kontroll fl-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet ibbażati fuq il-fluss liberu ta’ data u għarfien.

–   Middleware bbażat fuq is-software, inklużi teknoloġiji tar-reġistru distribwit, li jaħdmu f'ambjenti distribwiti ħafna, jiffaċilitaw l-immappjar tad-data u t-trasferiment tad-data bejn infrastrutturi ibridi li għandhom protezzjoni tad-data inerenti, intelliġenza artifiċjali inkorporata, analitika tad-data, sigurtà u kontroll fl-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-internet ibbażati fuq il-fluss liberu ta’ data u għarfien;

 

  Teknoloġiji u għodod għal sistema ta' integrazzjoni ta' sistemi għal applikazzjonijiet soċjali u industrijali biex tiġi żgurata prestazzjoni tan-netwerk skalabbli, effiċjenti u affidabbli li tkun adatta għal użu ta' servizzi massiċċ.

Emenda    63

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linji Mifruxa

Linji Ġenerali

–  Computing ta' Prestazzjoni Għolja (HPC): il-ġenerazzjoni li jmiss ta' teknoloġiji u sistemi fuq skala eksa u fuq skala posteksa (eż. mikroproċessuri b'konsum baxx tal-enerġija, software, integrazzjoni tas-sistema); algoritmi, kodiċijiet u applikazzjonijiet, u għodod tal-analitika u bankijiet tat-test; bankijiet tat-test għal provi industrijali u servizzi; appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni għal infrastruttura HPC ta' livell dinji, inkluż l-ewwel infrastruttura ibrida ta' HPC / Quantum computing fl-UE;

–  Computing ta' Prestazzjoni Għolja (HPC): l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' teknoloġiji u sistemi fuq skala eksa u fuq skala posteksa (eż. mikroproċessuri b'konsum baxx tal-enerġija, software, integrazzjoni tas-sistema); hardware iddedikat, algoritmi, kodiċijiet u applikazzjonijiet, u għodod tal-analitika u testbeds; servizzi u testbeds għal provi industrijali; appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni għal infrastruttura HPC ta' livell dinji, inkluż l-ewwel infrastruttura ibrida ta' HPC / Quantum computing fl-UE;

–  Big Data: Analitika tad-data ta' prestazzjoni estrema; Il-"Privatezza mid-Disinn" fl-analiżi ta' Big Data personali u kunfidenzjali; teknoloġiji għal pjattaformi tad-data fuq skala sħiħa għall-użu mill-ġdid ta' data industrijali, personali u miftuħa; ġestjoni tad-data, interoperabbiltà u għodda ta' konnessjoni; applikazzjonijiet tad-data għal sfidi globali;

–  Big Data: Analitika tad-data ta' prestazzjoni estrema; "Privatezza mid-Disinn" sigura u li tippreserva l-integrità fl-analiżi ta' Big Data personali u kunfidenzjali; teknoloġiji għal pjattaformi tad-data fuq skala sħiħa għall-użu mill-ġdid ta' data industrijali, personali u miftuħa; ġestjoni tad-data, interoperabbiltà u għodod ta' konnessjoni; applikazzjonijiet tad-data għal sfidi globali;

–   Impronta tal-karbonju mċekkna tal-proċessi tal-ICT, li jkopru l-hardware, is-software, is-sensuri, in-networks, iċ-ċentri tal-ħażna u tad-data, u li jinkludu valutazzjonijiet standardizzati.

–  Impronta tal-karbonju mċekkna tal-proċessi tal-ICT, li jkopru l-hardware, is-software, is-sensuri, in-networks, iċ-ċentri tal-ħażna u tad-data, u li jinkludu valutazzjonijiet standardizzati.

Emenda    64

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – paragrafu 3.2.6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3.2.6a.  Teknoloġiji Quantum

 

It-teknoloġiji quantum (QT) jisfruttaw l-avvanzi enormi fil-kapaċità tagħna biex jiġu identifikati u mmanipulati quanta uniċi (atomi, fotoni, elettroni). Dan jista' jirrivoluzzjona l-katina kollha tal-valur tal-informazzjoni mis-software għall-hardware u mill-komunikazzjonijiet għall-estrazzjoni tad-data u l-IA. L-Ewropa għandha fost l-aqwa riċerkaturi fid-dinja f'dan il-qasam u bħalissa hemm tellieqa globali biex l-avvanzi xjentifiċi jiġu ttrasferiti f'applikazzjonijiet li jkunu lesti għas-suq. Din it-teknoloġija abilitanti essenzjali se jkollha impatt profond u transsettorjali, billi, pereżempju, toffri liċ-ċittadini u lill-industrija Ewropej komputazzjonijiet fundamentalment aktar effiċjenti (li jwassal, fost affarijiet oħra, għal kura tas-saħħa aktar affidabbli, sustanzi kimiċi u materjali aħjar, użu ottimizzat u aktar sostenibbli ta' riżorsi, inġinerija aktar effiċjenti), telekomunikazzjoni aktar sigura, u ħafna applikazzjonijiet rivoluzzjonarji oħra.

 

Linji Ġenerali

 

– Quantum computing u simulazzjoni, inkluż l-iżvilupp tal-hardware ta' arkitetturi u pjattaformi fiżiċi differenti, u l-iżvilupp ta' algoritmi u software;

 

– Quantum networks għat-trażmissjoni sigura tad-data u għall-kondiviżjoni ta' riżorsi quantum, ibbażati kemm fl-art kif ukoll fl-ispazju;

 

– Sensuri quantum, sistemi ta' immaġni u standards metroloġiċi, li jisfruttaw sistemi quantum u interkonnessjonijiet koerenti;

 

– Testbeds u faċilitajiet għall-utenti tat-teknoloġiji msemmija hawn fuq.

Emenda    65

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-materja prima primarja se tkompli taqdi rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari u trid tingħata attenzjoni għall-produzzjoni sostenibbli tagħha. Addizzjonalment, il-materjali, il-prodotti u l-proċessi kompletament ġodda jenħtieġ li jiġu ddisinjati għaċ-ċirkolarità. Il-bini ta’ industrija ċirkolari se jkollu diversi vantaġġi għall-Ewropa: Dan se jwassal għal provvista sigura, sostenibbli u affordabbli ta’ materja prima, li min-naħa tagħha se tipproteġi lill-industrija mill-iskarsezza tar-riżorsi u l-prezzijiet volatili. Dan se joħloq ukoll opportunitajiet ġodda tan-negozju u modi innovattivi u aktar effiċjenti ta’ produzzjoni.

Il-materja prima primarja se tkompli taqdi rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari u trid tingħata attenzjoni għall-issorsjar, l-użu u l-produzzjoni sostenibbli tagħha. Addizzjonalment, il-materjali, il-prodotti u l-proċessi kompletament ġodda jenħtieġ li jiġu ddisinjati għaċ-ċirkolarità. Il-bini ta’ industrija ċirkolari se jkollu diversi vantaġġi għall-Ewropa: Dan se jwassal għal provvista sigura, sostenibbli u affordabbli ta’ materja prima, li min-naħa tagħha se tipproteġi lill-industrija mill-iskarsezza tar-riżorsi u l-prezzijiet volatili. Dan se joħloq ukoll opportunitajiet ġodda tan-negozju u modi innovattivi u aktar effiċjenti ta’ produzzjoni.

Emenda    66

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan huwa li jiġu żviluppati innovazzjonijiet rivoluzzjonarji affordabbli u l-vara ta’ kombinazzjoni ta’ teknoloġiji u proċessi avvanzati sabiex jittieħed il-valur massimu mir-riżorsi kollha.

L-għan huwa li jiġu żviluppati innovazzjonijiet rivoluzzjonarji affordabbli u l-varar ta’ kombinazzjoni ta’ teknoloġiji u proċessi avvanzati u diġitali sabiex jittieħed il-valur massimu mir-riżorsi kollha.

Emenda    67

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Linji Mifruxa

Linji Mifruxa

–   Simbjoċi industrijali bi flussi tar-riżorsi bejn l-impjanti fost is-setturi u l-komunitajiet urbani; proċessi u materjali, biex ir-riżorsi jiġu ttrasportati, trasformati, użati mill-ġdid u jinħażnu, permezz ta’ kombinazzjoni tal-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji, l-iskart u s-CO2;

–   Simbjoċi industrijali bi flussi tar-riżorsi bejn l-impjanti fost is-setturi u l-komunitajiet urbani; proċessi u materjali, biex ir-riżorsi jiġu ttrasportati, trasformati, użati mill-ġdid u jinħażnu, permezz ta’ kombinazzjoni tal-valorizzazzjoni tal-prodotti sekondarji, l-iskart u s-CO2;

–  Il-valutazzjoni tal-valorizzazzjoni u taċ-ċiklu tal-ħajja tal-flussi tal-materjali u l-prodotti permezz tal-użu ta’ feedstock alternattiva, il-kontroll tar-riżorsi, it-traċċar u s-separazzjoni tal-materjali;

–  Il-valutazzjoni tal-valorizzazzjoni u taċ-ċiklu tal-ħajja tal-flussi tal-materjali u l-prodotti permezz tal-użu ta’ feedstock alternattiva, il-kontroll tar-riżorsi, inklużi mudelli ġodda tan-negozju, teknoloġiji tal-awtomazzjoni u diġitali għat-traċċar u s-separazzjoni tal-materjali;

–  Prodotti għal prestazzjoni mtejba taċ-ċiklu tal-ħajja, id-durabbiltà, l-aġġornament u l-faċilità ta’ tiswija, żarmar u riċiklaġġ;

–  L-iżvilupp ta’ prodotti, inkluż it-tfassil tagħhom, għal prestazzjoni mtejba taċ-ċiklu tal-ħajja, l-użu mill-ġdid, il-possibbiltà ta' tiswija, l-aġġornament u l-faċilità ta’ manifatturar mill-ġdid, tiswija, żarmar u riċiklaġġ;

–   L-industrija tar-riċiklaġġ, li timmassimizza l-potenzjal u s-sikurezza tal-materjali sekondarji u li timminimizza t-tniġġis, it-tnaqqis tal-kwalità u t-tnaqqis fil-kwantità wara t-trattament;

–   L-industrija tar-riċiklaġġ, li timmassimizza l-potenzjal u s-sikurezza tal-materjali sekondarji u li timminimizza t-tniġġis, it-tnaqqis tal-kwalità u t-tnaqqis fil-kwantità wara t-trattament;

–  L-eliminazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-fażijiet tal-produzzjoni u tat-tmiem il-ħajja; sostituti sikuri, u teknoloġiji tal-produzzjoni sikuri u kosteffiċjenti;

–  It-trattament sikur jew l-eliminazzjoni ta’ sustanzi ta’ tħassib fil-fażijiet tal-produzzjoni u tat-tmiem il-ħajja; sostituti sikuri, u teknoloġiji tal-produzzjoni sikuri u kosteffiċjenti;

–  Provvista jew sostituzzjoni sostenibbli tal-materja prima, inkluż materja prima kritika, li tkopri l-katina tal-valur kollha.

–  Provvista sostenibbli u/jew għażliet ta’ sostituzzjoni tal-materja prima, inkluż materja prima kritika, li tkopri l-katina tal-valur kollha.

Emenda    68

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-setturi industrijali, inkluż industriji intensi fl-enerġija, jikkontribwixxu miljuni ta’ impjiegi u l-kompetittività tagħhom hija kruċjali għall-prosperità tas-soċjetajiet tagħna. Madankollu, huma responsabbli għal 20 % tal-emissjonijiet globali ta’ gass b’effett serra u għandhom impatt ambjentali għoli (partikolarment f’termini ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija).

Is-setturi industrijali, inkluż industriji intensi fl-enerġija, jikkontribwixxu miljuni ta’ impjiegi u l-kompetittività tagħhom hija kruċjali għall-prosperità tas-soċjetajiet tagħna. Madankollu, huma responsabbli għal 20 % tal-emissjonijiet globali ta’ gass b’effett serra u għandhom impatt ambjentali għoli (partikolarment f’termini ta’ tniġġis fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija). Għalhekk, l-industriji, speċjalment dawk li huma intensivi fl-użu tal-enerġija, għandhom ikomplu jtejbu l-effiċjenza enerġetika sabiex iżidu l-kompetittività u jnaqqsu d-domanda tal-UE għall-enerġija. Żieda fl-integrazzjoni tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz tal-iżvilupp ta’ tekniki u proċessi industrijali ġodda li jaħdmu bl-enerġija elettrika hija ta’ importanza kbira għat-trasformazzjoni industrijali.

Emenda    69

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-teknoloġiji rivoluzzjonarji għall-kisba ta’ tnaqqis sinifikanti fil-gassijiet b’effett serra u t-tniġġis, spiss ikkumbinati mat-teknoloġiji għall-industrija ċirkolari msemmija hawn fuq, se jwasslu għal ktajjen ta’ valur industrijali b’saħħithom, jirrevoluzzjonaw il-kapaċitajiet tal-manifattura u jtejbu l-kompetittività globali tal-industrija; u fl-istess ħin jagħmlu kontribuzzjonijiet ewlenin għall-miri tagħna għall-azzjoni klimatika u l-kwalità ambjentali.

Riċerka xjentifika u teknoloġija rivoluzzjonarja fuq skala kbira għall-kisba ta’ tnaqqis sinifikanti tal-enerġija li tuża l-gassijiet b’effett serra u sustanzi niġġiesa, li jistgħu jiġu kkombinati pereżempju ma’ teknoloġiji għall-ekonomija ċirkolari u t-teknoloġiji diġitali, se jwasslu għal ktajjen ta’ valur industrijali b’saħħithom, jirrevoluzzjonaw il-kapaċitajiet tal-manifattura u fl-istess ħin jagħmlu kontribuzzjonijiet ewlenin għall-miri tagħna għall-azzjoni klimatika u l-kwalità ambjentali.

Emenda    70

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  It-teknoloġiji tal-proċess, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ, l-għodod diġitali u d-dimostrazzjonijiet fuq skala kibra għall-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-proċess; tnaqqis sostanzjali jew evitar tal-emissjonijiet industrijali tal-gassijiet serra u sustanzi niġġiesa, inkluż l-materja partikulata;

–  It-teknoloġiji tal-proċess, inkluż it-tisħin u t-tkessiħ, l-aġenti tal-proċess u l-għodod diġitali, speċjalment fil-forma ta’ dimostrazzjonijiet fuq skala kbira għall-prestazzjoni u l-effiċjenza tal-proċess; tnaqqis sostanzjali jew evitar tal-emissjonijiet industrijali tal-gassijiet b’effett ta’ serra u sustanzi niġġiesa, inkluż l-materja partikolata;

–  Valorizzazzjoni tas-CO2 industrijali;

–  Valorizzazzjoni tas-CO2 industrijali, inklużi teknoloġiji u soluzzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’effet ta’ gass serra minn ġenerazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-fjuwils fossili, permezz tal-ġbir u l-użu tas-CO2;

 

-  L-evitar tal-karbonju dirett bl-applikazzjoni ta' idroġenu elettrolitiku minn sors rinnovabbli u tal-enerġija elettrika rinnovabbli;

–  L-elettrifikazzjoni u l-użu ta’ sorsi tal-enerġija mhux konvenzjonali fl-impjanti industrijali, u l-iskambji tal-enerġija u r-riżorsi bejn l-impjanti industrijali (pereżempju permezz tas-simbjoċi industrijali);

–  L-elettrifikazzjoni u l-użu ta’ sorsi nodfa tal-enerġija fl-impjanti industrijali, sabiex jitnaqqsu l-portaturi tal-enerġija fossili, b’mod partikolari proċessi industrijali intensivi fl-enerġija;

–  Prodotti industrijali li jirrikjedu proċessi tal-produzzjoni b’emissjonijiet tal-karbonju baxxi jew żero tul iċ-ċiklu tal-ħajja.

–  Prodotti u materjali industrijali li jirrikjedu proċessi tal-produzzjoni b'emissjonijiet tal-karbonju baxxi jew żero.

Emenda    71

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-UE se tappoġġa sinerġiji bejn teknoloġiji spazjali u abilitanti essenzjali (big data, manifattura avvanzata, robotika u intelliġenza artifiċjali); trawwem settur tal-ispazju li jiffjorixxi, huwa imprenditorjali u kompetittiv; u jgħin jiżgura n-nondipendenza fl-aċċess u l-użu tal-ispazju b’mod sikur u sigur. L-attivitajiet se jkunu bbażati fuq pjan direzzjonali, filwaqt li jqisu l-proċess ta’ armonizzazzjoni tal-ESA u inizjattivi rilevanti tal-Istati Membir, u se jiġu implimentati mal-ESA, kif xieraq.

L-UE se tappoġġa sinerġiji bejn teknoloġiji spazjali u abilitanti essenzjali (big data, manifattura avvanzata, teknoloġiji quantum, robotika u intelliġenza artifiċjali); se trawwem settur tal-ispazju li jiffjorixxi, huwa imprenditorjali u kompetittiv; u se tgħin biex tiżgura n-nondipendenza fl-aċċess u l-użu tal-ispazju b’mod sikur u sigur. L-attivitajiet upstream se jkunu bbażati fuq pjan direzzjonali, filwaqt li jqisu l-proċess ta’ armonizzazzjoni tal-ESA u inizjattivi rilevanti tal-Istati Membri, u se jiġu implimentati mal-ESA, kif xieraq. L-attivitajiet downstream se mmexxija mis-suq u jwieġbu għall-ħtiġijiet tal-utenti u se jiġu implimentati mill-Aġenzija għall-Programm Spazjali.

Emenda    72

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.9 – paragrafu 3 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Sistemi ta’ Navigazzjoni bis-Satellita Globali Ewropej (Galileo u EGNOS): applikazzjonijiet innovattivi, użu globali inkluż sħab internazzjonali, soluzzjonijiet li jtejbu r-robustezza, l-awtentikazzjoni, l-integrità tas-servizzi, żvilupp ta’ elementi fundamentali bħal sett ta’ ċipep, riċevituri u antenni, sostenibbiltà tal-ktajjen ta’ provvista, teknoloġiji ġodda (eż. teknoloġiji quantum, kollegamenti ottiċi, tagħbiji utli riprogrammabbli), lejn l-isfruttament sostnut tas-servizzi għal impatt fuq l-isfidi tas-soċjetà. Żvilupp ta’ sistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss għal sfidi ġodda bħas-sigurtà jew is-sewqan awtonomu;

–  Sistemi ta’ Navigazzjoni bis-Satellita Globali Ewropej (Galileo u EGNOS): applikazzjonijiet innovattivi, użu globali inkluż sħab internazzjonali, soluzzjonijiet li jtejbu r-robustezza, l-awtentikazzjoni, l-integrità tas-servizzi, żvilupp ta’ elementi fundamentali bħal sett ta’ ċipep, riċevituri u antenni, sostenibbiltà tal-ktajjen ta’ provvista, teknoloġiji ġodda (eż. teknoloġiji quantum, kollegamenti ottiċi, tagħbiji utli riprogrammabbli), aċċessibilità mtejba u diversità dejjem akbar ta' applikazzjonijiet lejn l-isfruttament sostnut tas-servizzi għal impatt fuq l-isfidi tas-soċjetà. Żvilupp ta’ sistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss għal sfidi ġodda bħat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri naturali, is-sigurtà jew is-sewqan awtonomu;

–  Copernicus: applikazzjonijiet innovattivi, użu globali u sħab internazzjonali, robustezza u evoluzzjoni tas-servizzi, sostenibbiltà tal-ktajjen ta’ provvista, sensuri, sistemi u kunċetti ta’ missjoni (eż. Pjattaformi f’Altitudni Għolja, droni, satelliti ħfief); kalibrar u validazzjoni; sfruttament sostnut tas-servizzi u l-impatt fiq l-isfidi tas-soċjetà; Tekniki tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja, big data, riżorsi tal-computing u għodod algoritmiċi. Żvilupp ta’ sistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss għal sfidi ġodda bħat-tibdil fil-klima u s-sigurtà;

–  Copernicus: applikazzjonijiet innovattivi, użu globali u sħab internazzjonali, robustezza u evoluzzjoni tas-servizzi, sostenibbiltà tal-ktajjen ta’ provvista, sensuri, sistemi u kunċetti ta’ missjoni (eż. Pjattaformi f’Altitudni Għolja, droni, satelliti ħfief); kalibrar u validazzjoni; sfruttament sostnut tas-servizzi u l-impatt fuq l-isfidi tas-soċjetà; Tekniki tad-data tal-osservazzjoni tad-dinja, big data, riżorsi tal-computing u għodod algoritmiċi. Żvilupp ta’ sistemi tal-ġenerazzjoni li jmiss għal sfidi ġodda bħat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastru, it-tibdil fil-klima u s-sigurtà;

–  Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju: kapaċità robusta tal-UE sabiex timmonitorja u tbassar l-istat tal-ambjent tal-ispazju, eż. it-temp fl-ispazju, ir-residwu spazjali u oġġetti qrib id-dinja, u kunċetti ta’ servizz ġodda, bħall-ġestjoni tat-traffiku fl-ispazju, applikazzjonijiet u servizzi sabiex tiġi żgurata infrastruttura kritika fl-ispazju u fid-dinja;

–  Għarfien tas-Sitwazzjoni fl-Ispazju: kapaċità robusta tal-UE sabiex timmonitorja u tbassar l-istat tal-ambjent tal-ispazju, eż. it-temp fl-ispazju, ir-residwu spazjali u oġġetti qrib id-dinja, sensuri, u kunċetti ta’ servizz ġodda, bħall-ġestjoni tat-traffiku fl-ispazju, applikazzjonijiet u servizzi sabiex tiġi żgurata infrastruttura kritika fl-ispazju u fid-dinja;

–  Komunikazzjonijiet bis-Satellita Siguri għall-atturi governattivi tal-UE: soluzzjonijiet għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ utenti governattivi u tagħmir tal-utenti assoċjat f’soluzzjonijiet arkitettoniċi, teknoloġiċi u tas-sistemi għall-infrastruttura tal-ispazju, b’appoġġ għall-awtonomija tal-UE;

–  Komunikazzjonijiet bis-Satellita Siguri u Quantum Siguri għall-atturi governattivi tal-UE: soluzzjonijiet għall-aktar firxa wiesgħa possibbli ta’ utenti governattivi u tagħmir tal-utenti assoċjat f’soluzzjonijiet arkitettoniċi, teknoloġiċi u tas-sistemi għall-infrastruttura tal-ispazju, b’appoġġ għall-awtonomija tal-UE;

–   Komunikazzjonijiet bis-satellita minn tarf sa tarf għaċ-ċittadini u n-negozji: komunikazzjonijiet bis-satellita kosteffettivi u avvanzati għall-konnessjoni tal-assi u l-persuni f’żoni mhux milħquin sew, bħala parti minn konnettività b’aċċess minn kullimkien li taħdem bil-5G u l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti (IoT), u li jikkontribwixxu għall-infrastruttura tal-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGI). Segment terrestri u tagħmir tal-utenti mtejbin, standardizzazzjoni u interoperabbiltà sabiex jiġi żgurat li l-UE tkun mexxej industrijali;

–   Komunikazzjonijiet bis-satellita minn tarf sa tarf għaċ-ċittadini u n-negozji: komunikazzjonijiet bis-satellita kosteffettivi u avvanzati għall-konnessjoni tal-assi u l-persuni f’żoni mhux milħuqa sew, bħala parti minn konnettività b’aċċess minn kullimkien li taħdem bil-5G u l-iżvilupp tal-Internet tal-Oġġetti (IoT), u li jikkontribwixxu għall-infrastruttura tal-Internet tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGI). Tisħiħ tas-segment terrestri u tagħmir tal-utenti, standardizzazzjoni u interoperabbiltà sabiex jiġi żgurat li l-UE tkun mexxej industrijali;

–   Nondipendenza u sostenibbiltà tal-katina tal-provvista: livelli miżjuda tal-istat ta’ tħejjija teknoloġika fis-satelliti u l-lanċjaturi; segmenti fl-ispazju u fuq l-art assoċjati, u faċilitajiet ta’ produzzjoni u ttestjar. Sabiex tkun żgurata t-tmexxija u l-awtonomija teknoloġika tal-UE, is-sostenibbiltà mtejba tal-katina ta’ provvista, id-dipendenza ridotta fuq teknoloġiji ta’ spazju kritiku mhux tal-UE u għarfien imtejjeb dwar kif it-teknoloġiji tal-ispazju jistgħu joffru soluzzjonijiet għal setturi industrijali oħrajn;

–   Nondipendenza u sostenibbiltà tal-katina tal-provvista: żieda fil-livelli tal-istat ta’ tħejjija teknoloġika fis-satelliti u l-lanċjaturi; segmenti fl-ispazju u fuq l-art assoċjati, u faċilitajiet ta’ produzzjoni u ttestjar. Sabiex tkun żgurata t-tmexxija u l-awtonomija teknoloġika tal-UE, is-sostenibbiltà mtejba tal-katina ta’ provvista, tnaqqis tad-dipendenza fuq teknoloġiji spazjali kritiċi mhux tal-UE u għarfien imtejjeb dwar kif it-teknoloġiji spazjali jistgħu joffru soluzzjonijiet għal setturi industrijali oħrajn;

–  Ekosistema tal-ispazju: validazzjoni fl-orbita u servizzi ta’ dimostrazzjoni, inkluż servizzi ta’ ride-sharing għal satelliti ħfief; dimostraturi tal-ispazju f’oqsma bħal satelliti ibridi, intelliġenti jew rikonfigurabbli, manifattura u assemblaġġ fl-orbità, riutilizzabbiltà tal-lanċjatur, servizz ta’ manutenzjoni fl-orbita u mikrolanċjaturi; innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, u trasferiment tat-teknoloġija, f’oqsma bħar-riċiklaġġ, l-ispazju ekoloġiku, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, id-diġitalizzazzjoni, il-kosteffiċjenza, il-minjaturi;

–  Ekosistema tal-ispazju: validazzjoni fl-orbita u servizzi ta’ dimostrazzjoni, inkluż servizzi ta’ ride-sharing għal satelliti ħfief; dimostraturi spazjali f’oqsma bħal satelliti ibridi, intelliġenti jew rikonfigurabbli, manifattura u assemblaġġ fl-orbita, riutilizzabbiltà tal-lanċjatur, servizz ta’ manutenzjoni fl-orbita u mikrolanċjaturi; innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, u trasferiment tat-teknoloġija, f’oqsma bħar-riċiklaġġ, l-ispazju nadif, l-ispazju ekoloġiku, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, id-diġitalizzazzjoni, il-kosteffiċjenza, il-minjaturizzazzjoni;

–   Xjenza spazjali: sfruttament ta’ data xjentifika mwassla permezz ta’ missjonijiet xjentifiċi u ta’ esplorazzjoni, ikkumbinat mal-iżvilupp ta’ strumenti innovattivi f’ambjent internazzjonali; kontribuzzjoni għal missjonijiet xjentifiċi prekursuri għall-evoluzzjoni tal-Programm Spazjali.

–   Xjenza spazjali: sfruttament ta’ data xjentifika mwassla permezz ta’ missjonijiet xjentifiċi u ta’ esplorazzjoni, ikkombinat mal-iżvilupp ta’ strumenti innovattivi f’ambjent internazzjonali; kontribuzzjoni għal missjonijiet xjentifiċi prekursuri għall-evoluzzjoni tal-Programm Spazjali;

 

-  AI u robotika spazjali: soluzzjonijiet ġodda għall-missjonijiet spazjali, eż. assemblaġġ fl-ispazju, manipulazzjoni fl-ispazju, sistemi konjittivi spazjali, kollaborazzjoni bejn ir-robots u l-bniedem fl-ispazju.

Emenda    73

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-intersezzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-klima, l-enerġija u l-mobbiltà se tindirizza, b’mod tassew integrat u effettiv, waħda mill-aktar sfidi globali importanti għas-sostenibbiltà u l-futur tal-ambjent tagħna u l-istil ta’ ħajja tagħna.

L-intersezzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fir-rigward tal-klima, l-enerġija u l-mobbiltà se tindirizza, b’mod tassew integrat u effettiv, waħda mill-aktar sfidi globali importanti għas-sostenibbiltà u l-futur tal-ambjent, tal-ekonomija u tal-istil ta’ ħajja tagħna.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-UE trid tagħmel tranżizzjoni għal ekonomiji u soċjetajiet b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u reżiljenti. Dan se jkun ibbażat fuq bidliet profondi fit-teknoloġija u s-servizzi, fil-modi ta’ mġiba tan-negozji u l-konsumaturi, u se jinvolvi wkoll forom ġodda ta’ governanza. Il-limitu fiż-żieda tat-temperatura medja globali għal sew inqas minn 2°C, u l-eżerċitar tal-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tkun limitata għal 1.5°C, jirrikjedu progress rapidu fid-dekarbonizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (GHG) mis-settur tat-trasport. Se jkun irid ukoll impetus ġdid biex jaċċellera l-pass tal-iżvilupp ta’ avvanzi deċiżivi tal-ġenerazzjoni li jmiss kif ukoll id-demostrazzjoni u l-varar ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi, billi juża wkoll l-opportunitajiet ipprovduti mit-teknoloġiji diġitali u spazjali. Dan se jsir permezz ta’ approċċ integrat li jinkludi d-dekarbonizzazzjoni, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, l-aċċess għall-materja prima u l-ekonomija ċirkolari.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-Unjoni trid tiżblokka x-xenarji biex tagħmel tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra inklużi teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju u strateġiji għad-dekarbonizzazzjoni. Dan se jinvolvi bidliet profondi fit-teknoloġija u s-servizzi, li jirfdu l-modi li bihom jipproduċu l-industriji u l-modi ta' mġiba tan-negozji u tal-konsumatur. It-trasformazzjoni tas-suq tal-enerġija se jseħħ permezz tal-interazzjoni tal-infrastruttura tat-teknoloġija, tas-suq kif ukoll tal-oqsfa regolatorji u ta’ politika inklużi forom ġodda ta’ governanza. Għaldaqstant, hemm il-ħtieġa għal innovazzjonijiet sistemiċi fis-setturi tal-enerġija, tal-bini, tal-industrija u tat-trasport.

 

It-trażżin taż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2°C, kif ukoll l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tkun limitata għal 1.5°C, jirrikjedu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra permezz tad-dekarbonizzazzjoni, tal-iffrankar tal-enerġija, u l-varar ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-elettrifikazzjoni tal-proċessi industrijali li jinkludu s-setturi tal-enerġija u tat-trasport17. Fil-preżent, is-settur tat-trasport jirrappreżenta kważi kwart tal-emissjonijiet ta' emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra fl-Unjoni.

 

Huwa meħtieġ impetu ġdid biex jaċċellera l-pass tal-iżvilupp ta’ avvanzi deċiżivi tal-ġenerazzjoni li jmiss kif ukoll id-demostrazzjoni u l-varar ta’ teknoloġiji u soluzzjonijiet innovattivi, billi juża wkoll l-opportunitajiet ipprovduti mit-teknoloġiji abilitanti essenzjali, mit-teknoloġiji diġitali u mit-teknoloġiji spazjali. Dan se jsir permezz ta’ approċċ integrat li jinkludi d-dekarbonizzazzjoni, l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi, it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja, l-aċċess għall-materja prima, inklużi materja prima kritika, u l-ekonomija ċirkolari. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex l-akkoppjament tas-settur (jiġifieri tas-settur tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, tal-industrija u tat-trasport), fl-oqsma kollha ta' intervent, li huma importanti għas-suċċess tat-tranżizzjoni tal-enerġija u tat-trasport.

 

Sabiex jintlaħaq dan, l-Unjoni se trawwem ukoll approċċi ta' parteċipazzjoni lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż approċċ li jinvolvi diversi atturi, u se tiżviluppa sistemi tal-għarfien u l-innovazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej. Għarfien mix-xjenzi soċjali u umanistiċi, l-innovazzjoni soċjali bl-involviment taċ-ċittadini se jkunu kruċjali sabiex jitħeġġu mudelli ġodda ta' governanza, tendenzi ta' produzzjoni u konsum.

Il-progress f’dawn is-setturi - iżda wkoll fl-ispettru kollu tal-industrija tal-UE inkluż l-agrikoltura, il-binjiet, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti, u l-ġestjoni tal-iskart - se jirrikjedi sforzi kontinwi sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-mekkaniżmi tat-tibdil fil-klima u l-impatti assoċjati fl-ekonomija u s-soċjetà kollha, filwaqt li jiġu sfruttati s-sinerġiji ma’ attivitajiet nazzjonali, tipi ta’ azzjonijiet oħrajn tal-UE u kooperazzjoni internazzjonali.

Il-progress fis-setturi tal-enerġija u t-trasport - kif ukoll fl-ispettru kollu tal-industrija tal-UE inkluż l-agrikoltura, il-bini, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodotti, u l-ġestjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ - se jirrikjedi sforzi kontinwi u msaħħa sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-mekkaniżmi tat-tibdil fil-klima u l-impatti assoċjati fl-ekonomija u s-soċjetà kollha, filwaqt li jiġu sfruttati s-sinerġiji ma’ attivitajiet nazzjonali, tipi ta’ azzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u kooperazzjoni internazzjonali.

Matul l-aħħar deċennju, saru avvanzi konsiderevoli fix-xjenza klimatika, partikolarment fl-osservazzjonijiet u l-assimilazzjoni tad-data u l-immudellar klimatiku. Madankollu, il-kumplessità tas-sistema tal-klima u l-ħtieġa li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-politiki tal-UE jeħtiġilhom sforz rinfurzat sabiex jimtlew il-lakuni fl-għarfien li jifdal.

Matul l-aħħar deċennju, saru avvanzi konsiderevoli fix-xjenza klimatika, partikolarment fl-osservazzjonijiet u l-assimilazzjoni tad-data u l-immudellar klimatiku. Madankollu, il-kumplessità tas-sistema tal-klima u l-ħtieġa li tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u l-politiki tal-UE jeħtiġilhom sforz rinfurzat sabiex jimtlew il-lakuni fl-għarfien li jifdal.

L-UE stabbiliet qafas ta’ politika komprensiv fl-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, b’miri vinkolanti, atti leġiżlattivi u attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mmirati li jkunu minn ta’ quddiem fl-iżvilupp u l-varar ta’ sistemi ta’ produzzjoni ta’ enerġija effiċjenti bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

L-UE stabbiliet qafas ta’ politika komprensiv fl-istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, b’miri vinkolanti, atti leġiżlattivi u attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni mmirati li jkunu minn ta’ quddiem biex tinkiseb sistema ta’ enerġija b’effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

It-trasport jiżgura l-mobbiltà tal-persuni u l-oġġetti meħtieġa għal suq uniku integrat Ewropew, il-koeżjoni territorjali u soċjetà miftuħa u inklużiva. Fl-istess waqt, it-trasport għandu effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, il-konġestjoni, il-kwalità tal-arja u l-istorbju, kif ukoll fuq is-sikurezza li jwasslu għal għadd ta’ mwiet prematuri u żieda fil-kostijiet soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, in-networks tal-mobbiltà u t-trasport sostenibbli jridu jsiru nodfa, sikuri, intelliġenti, siguri, silenzjużi, affidabbli u affordabbli u joffru servizz bieb bieb integrat u bla xkiel.

It-trasport jiżgura l-mobbiltà tal-persuni u tal-oġġetti meħtieġa għal suq uniku integrat Ewropew, koeżjoni territorjali u soċjetà miftuħa u inklużiva. Fl-istess waqt, it-trasport għandu effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, il-konġestjoni, il-kwalità tal-arja u l-istorbju, kif ukoll fuq is-sikurezza li jwasslu għal għadd ta’ mwiet prematuri u żieda fil-kostijiet soċjoekonomiċi. Għaldaqstant, in-networks tal-mobbiltà u t-trasport, b’mod partikolari f’żoni urbani, jeħtieġ li jsiru nodfa, effiċjenti, ambjentalment u ekonomikament sostenibbli, sikuri, intelliġenti, innovattivi, siguri, silenzjużi, affidabbli u affordabbli u joffru servizz bieb bieb integrat u bla xkiel.

Il-kwistjonijiet affaċċati mis-setturi tal-trasport u l-enerġija madankollu jmorru lil hinn mill-ħtieġa tat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Hemm diversi sfidi li jridu jiġu indirizzati, inkluż iż-żieda fil-penetrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali u dawk ibbażati fl-ispazju, il-bidliet fl-imġieba tal-utenti u x-xejriet tal-mobbiltà, il-parteċipanti ġodda fis-suq u l-mudelli kummerċjali fixkiela, il-globalizzazzjoni, iż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali u popolazzjoni aktar anzjana, aktar urbana u dejjem iktar varjata.

Il-kwistjonijiet li jaffaċċjaw is-setturi tal-trasport u l-enerġija, madankollu, jmorru lil hinn mill-ħtieġa tat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Hemm diversi sfidi li jridu jiġu indirizzati, inkluż l-enerġija rinnovabbli, il-karburanti sostenibbli, il-ħżin tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista, iż-żieda fil-penetrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali, awtomatizzati u dawk ibbażati fl-ispazju, il-bidliet fl-imġiba tal-utenti u x-xejriet tal-mobbiltà, il-parteċipanti ġodda fis-suq u l-mudelli kummerċjali fixkiela, il-globalizzazzjoni, iż-żieda fil-kompetizzjoni internazzjonali u popolazzjoni aktar anzjana, aktar urbana u dejjem iktar varjata.

Iż-żewġ setturi huma xprunaturi ewlenin għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiċi tal-Ewropa. L-UE għandha aktar minn 1.6 miljun persuna li jaħdmu fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-użu effiċjenti tal-enerġija. Is-setturi tat-trasportazzjoni u l-ħażna jimpjegaw aktar minn 11-il miljun persuna fl-UE, li jikkontribwixxu għal madwar 5 % tal-PDG u 20 % tal-esportazzjonijiet. L-UE hija mexxej dinji fid-disinn u l-manifattura tal-vetturi, l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti, filwaqt li tinsab fit-tieni post fid-dinja għall-privattivi ta’ teknoloġiji innovattivi fir-rigward tal-enerġija nadifa.

Iż-żewġ setturi tal-enerġija u tat-trasport huma xprunaturi ewlenin għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiċi tal-Ewropa. L-UE għandha aktar minn 1.6 miljun persuna li jaħdmu fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-użu effiċjenti tal-enerġija. Is-setturi tat-trasportazzjoni u tal-ħżin jimpjegaw aktar minn 11-il miljun persuna fl-UE, li jikkontribwixxu għal madwar 5 % tal-PDG u 20 % tal-esportazzjonijiet. L-UE hija mexxej dinji fid-disinn u l-manifattura tal-vetturi, l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti, filwaqt li tinsab fit-tieni post fid-dinja għall-privattivi ta’ teknoloġiji innovattivi fir-rigward tal-enerġija nadifa, inklużi t-teknoloġiji fl-enerġija rinnovabbli.

Biex jinstabu modi ġodda sabiex il-varar ta’ teknoloġiji nodfa u soluzzjonijiet għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Ewropa jitħaffef, jirrikjedi wkoll domanda ikbar għall-innovazzjoni. Dan jista’ jiġi stimolat permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini, kif ukoll permezz tal-innovazzjoni soċjoekonomika u fis-settur pubbliku u se jwassal għal approċċi usa’ mill-innovazzjoni xprunata mit-teknoloġija. Ir-riċerka soċjoekonomika li tkopri, inter alia, il-ħtiġijiet u t-tendenzi tal-utenti, l-attivitajiet ta’ prospettiva, aspetti ambjentali, ekonomiċi, soċjali u ta’ mġieba, każijiet u mudelli tan-negozju u riċerka prenormattiva sabiex jiġu stabbiliti l-istandards, ukoll sejrin jiffaċilitaw azzjonijiet li jrawmu l-innovazzjoni regolatorja, ta’ finanzjament u soċjali, il-ħiliet, u kif ukoll l-involviment u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi tas-suq u l-konsumaturi.

Biex jinstabu modi ġodda sabiex jitħaffef il-varar ta’ teknoloġiji bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli effiċjenti fl-użu tal-enerġija u soluzzjonijiet mhux teknoloġiċi oħrajn għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Ewropa jirrikjedi wkoll domanda ikbar għall-innovazzjoni. Dan jista’ jiġi stimolat permezz tat-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini, kif ukoll permezz tal-innovazzjoni soċjoekonomika u fis-settur pubbliku u l-akkwist pubbliku u se jwassal għal approċċi usa’ mill-innovazzjoni xprunata mit-teknoloġija. Ir-riċerka soċjoekonomika li tkopri, inter alia, il-ħtiġijiet u t-tendenzi tal-utenti, l-attivitajiet ta’ prospettiva, aspetti ambjentali, ekonomiċi, soċjali u ta’ mġieba, każijiet u mudelli tan-negozju u riċerka prenormattiva sabiex jiġu stabbiliti l-istandards, ukoll sejrin jiffaċilitaw azzjonijiet li jrawmu l-innovazzjoni regolatorja, ta’ finanzjament u soċjali, il-ħiliet, u kif ukoll l-involviment u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi tas-suq kollha u l-konsumaturi. Teknoloġiji li javvanzaw l-akkoppjament tas-settur ukoll għandhom il-potenzjal li jsaħħu l-industrija tal-manifattura domestika. Fis-settur tat-trasport, ir-rwol tar-riċerka applikata u tal-isperimentazzjoni għall-varar ta’ innovazzjonijiet fis-suq huwa fundamentali.

L-attivitajiet li jaqgħu taħt dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll dawk tas-Suq Uniku Diġitali, l-aġenda dwar l-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment, it-tisħiħ tal-UE bħala attur globali, l-Istrateġija dwar il-Politika Industrijali tal-UE l-ġdida, l-Ekonomija Ċirkolari, l-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Unjoni tas-Sigurtà u l-Aġenda Urbana, kif ukoll il-Politika Agrikola Komuni tal-UE u d-dispożizzjonijiet legali tal-UE sabiex jitnaqqas it-tniġġis mill-istorbju u tal-arja.

L-attivitajiet li jaqgħu taħt dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-għanijiet tal-Unjoni tal-Enerġija, għall-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll dawk tas-Suq Uniku Diġitali, l-aġenda dwar l-Impjiegi, it-Tkabbir u l-Investiment, it-tisħiħ tal-Unjoni bħala attur globali, l-Istrateġija dwar il-Politika Industrijali tal-Unjoni l-ġdida, il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari, l-Inizjattiva dwar Alleanza Ewropea tal-Batteriji, l-Inizjattiva tal-Materja Prima, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija, l-Unjoni tas-Sigurtà u l-Aġenda Urbana, kif ukoll il-Politika Agrikola Komuni tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet legali tal-Unjoni sabiex jitnaqqas it-tniġġis mill-istorbju u tal-arja. Dawn jikkontribwixxu wkoll biex jgħinu lill-Istati Membri jiksbu l-miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Għandhom jiġu żgurati l-komplementarjetà u s-sinerġiji mal-attivitajiet skont Programmi oħra tal-Unjoni.

 

Minħabba l-għadd ta’ Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (ETPs) f’dan il-qasam, is-sejħiet fi ħdan dan ir-raggruppament għandhom iqisu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b’mod partikolari: SDG 7 – Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b’mod partikolari: SDG 7 – Enerġija Affordabbli u Nadifa; SDG 9 – Industrija, Innovazzjoni u Infrastruttura; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 13 – Azzjoni Klimatika.

__________________

__________________

17 Id-dekarbonizzazzjoni sostanzjali ta’ setturi oħrajn hija indirizzata f’oqsma oħrajn tal-pilastru ta’ Orizzont Ewropea Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali.

17 Id-dekarbonizzazzjoni sostanzjali ta’ setturi oħrajn hija indirizzata f’oqsma oħrajn tal-pilastru ta’ Orizzont Ewropea Sfidi Globali u Kompetittività Industrijali Ewropea.

 

 

Emenda    74

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim ta’ Pariġi għandha tkun ibbażata fuq ix-xjenza, u dan jirrikjedi l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħna dwar is-sistema klimatika tad-dinja, kif ukoll dwar l-opzjonijiet ta’ mitigazzjoni u adattament disponibbli, li jippermettu xenarju sistemiku u komprensiv tal-isfidi u l-opportunitajiet għall-ekonomija tal-UE. Abbażi ta’ dan, se jiġu żviluppati soluzzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza għal tranżizzjoni kosteffettiva lejn soċjetà b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, reżiljenti għall-klima u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti.

L-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim ta’ Pariġi għandha tkun ibbażata fuq ix-xjenza, u dan jirrikjedi l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħna dwar is-sistema klimatika tad-dinja, kif ukoll dwar l-opzjonijiet ta’ mitigazzjoni u adattament disponibbli, li jippermettu xenarju sistemiku u komprensiv tal-isfidi u l-opportunitajiet għall-ekonomija tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, se jiġu żviluppati soluzzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza għal tranżizzjoni kosteffettiva lejn ekonomija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju jew mingħajr emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra.

Emenda    75

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.1 – paragrafu 2 – inċiż -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1  L-identifikazzjoni ta’ proċessi ewlenin fir-reġjuni polari għal żvilupp aħjar ta’ għażliet ta’ ġestjoni li jimminimizzaw l-impatti negattivi fuq l-ekosistemi u jtejbu l-għarfien dwar il-klima globali.

Emenda    76

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – Parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Mogħdiji ta’ dekarbonizzazzjoni, azzjonijiet u politiki ta’ mitigazzjoni li jkopru s-setturi kollha tal-ekonomija, kompatibbli mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

–  Mogħdiji ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, azzjonijiet u politiki ta’ mitigazzjoni li jkopru s-setturi kollha tal-ekonomija, kompatibbli mal-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

Emenda    77

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Mogħdiji u politiki ta’ adattament għall-ekosistemi vulnerabbli, setturi ekonomiċi u infrastruttura kritiċi fl-UE (lokali/reġjonali/nazzjonali), inkluż għodod mtejba tal-valutazzjoni tar-riskju.

–  Mogħdiji u politiki ta’ adattament, inkluż għodod tal-valutazzjoni u tat-tnaqqis tar-riskju, għall-ekosistemi vulnerabbli, setturi ekonomiċi kritiċi, infrastruttura kritika, u ambjenti urbani fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni;

Emenda    78

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Mudelli għat-tisħiħ tad-diplomazija dwar il-klima bħala xprun għall-kooperazzjoni internazzjonali.

Emenda    79

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-UE timmira li tkun mexxej dinji f’teknoloġiji tal-enerġija affordabbli, siguri u sostenibbli, billi ittejjeb il-kompetittività tagħha fil-ktajjen tal-valur globali u l-pożizzjoni tagħha fis-swieq ta’ tkabbir. Il-kundizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi differenti fl-UE, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żgurati s-sigurtà tal-enerġija u l-aċċess għall-materja prima, jiddettaw portafoll wiesa’ ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija, inkluż dawk li mhumiex ta’ natura teknika. Fir-rigward tat-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, il-kostijiet iridu jkomplu jonqsu, il-prestazzjoni trid titjieb, l-integrazzjoni fis-sistema tal-enerġija trid tittejjeb u jridu jiġu żviluppati teknoloġiji rivoluzzjonarji. Fir-rigward tal-fjuwils fossili, id-dekarbonizzazzjoni tal-użu tagħhom se tkun essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi.

L-UE timmira li tkun il-mexxej dinji f’teknoloġiji tal-enerġija affordabbli, siguri, sostenibbli u rinnovabbli, b’hekk ittejjeb il-kompetittività tagħha fil-ktajjen tal-valur globali u l-pożizzjoni tagħha fis-swieq ta’ tkabbir. Il-kundizzjonijiet klimatiċi, ġeografiċi, ambjentali u soċjoekonomiċi differenti fl-UE, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żgurati it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u l-aċċess għall-materja prima, speċjalment dawk kritiċi, jiddettaw portafoll wiesa’ ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija, inkluż dawk li mhumiex ta’ natura teknika. It-tranżizzjoni tal-enerġija se toffri sfida għall-UE biex din tieħu rwol ta’ tmexxija fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għal disinn tas-suq aġġornat, filwaqt li l-integrazzjoni tas-sistema jeħtieġ li titjieb b’mod sinifikanti. Fir-rigward tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli, l-ispejjeż jeħtieġ li jkomplu jitnaqqsu u l-prestazzjoni trid titjieb. Dan jirrikjedi appoġġ għal riċerka inkrementali u fixkiela fit-teknoloġiji avvanzati. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu żviluppati u varati teknoloġiji rivoluzzjonarji ġodda, filwaqt li t-teknoloġiji stabbiliti jeħtieġ li jittejbu. Fir-rigward tal-fjuwils fossili u l-materja prima, it-tnaqqis tal-użu tagħhom se tkun essenzjali sabiex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi.

Emenda    80

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.2 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  Teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ, fjuwils tat-trasport sostenibbli u trasportaturi intermedji, f’diversi skali u stadji ta’ żvilupp, adattati għall-kundizzjonijiet u s-swieq ġeografiċi, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll madwar id-dinja;

-  Teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli, inklużi l-enerġija tal-baħar u s-subsetturi differenti tagħha, bħall-enerġija mir-riħ, mill-kurrenti u mill-mewġ, it-tisħin u t-tkessiħ, il-fjuwils, trasportaturi intermedji, bħall-gass bl-elettriku u l-idroġenu, f’diversi skali u stadji ta’ żvilupp, adattati għall-kundizzjonijiet u s-swieq ġeografiċi, kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll madwar id-dinja;

Emenda    81

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.2 – paragrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Soluzzjonijiet b’effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija jew dekarbonizzati għall-ġenerazzjoni tal-enerġija;

Emenda    82

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.2 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fixkiela għal applikazzjonijiet ġodda u soluzzjonijiet rivoluzzjonarji;

–  Teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli fixkiela għal applikazzjonijiet ġodda, jew stabbiliti, jew imtejba ta’ livell għoli ħafna u soluzzjonijiet rivoluzzjonarji;

Emenda    83

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.2 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Soluzzjonijiet teknoloġiċi tal-ġenerazzjoni li jmiss, inkluż l-iżvilupp ta’ materjali ġodda, metodi operazzjonali u proċessi ta’ manifattura biex tiżdied il-kompetittività industrijali fit-teknoloġija tal-enerġija nadifa;

Emenda    84

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.2 – paragrafu 2 – inċiż 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ servizzi, soluzzjonijiet u mudelli ta’ negozju ġodda biex jinħolqu kundizzjonijiet tas-suq favorevoli fil-livell regolatorju, amministrattiv u finanzjarju għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u soluzzjonijiet u teknoloġiji effiċjenti fl-użu tal-enerġija għall-utenti finali.

Emenda    85

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tkabbir mistenni fil-produzzjoni tal-elettriku varjabbli u t-tranżizzjoni lejn tisħin, tkessiħ u trasport aktar elettriċi jiddetta l-ħtieġa għal approċċi ġodda lejn il-ġestjoni tal-grilji tal-enerġija. Flimkien mad-dekarbonizzazzjoni, l-għan huwa li jipprovdi l-affordabbiltà tal-enerġija, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-provvista, li jinkisbu permezz ta’ investimenti f’teknoloġiji ta’ infrastruttura tan-network innovattivi u ġestjoni innovattiva tas-sistema. Il-ħażna tal-enerġija f’forom differenti se jkollha rwol prinċipali fil-forniment tas-servizzi lill-grilja, u fit-titjib u r-rinforzar tal-kapaċitajiet tan-network. L-isfruttament tas-sinerġiji bejn in-networks differenti (eż., il-grilji tal-elettriku, in-networks tat-tisħin u t-tkessiħ, in-networks tal-gass, l-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-għoti tal-fjuwil lit-trasport, l-idroġenu, u n-networks tat-telekomunikazzjoni) u atturi (eż. siti industrijali, ċentri tad-data, awtoprodutturi) se jkun kruċjali biex jiġi ffaċilitat l-operat intelliġenti u integrat tal-infrastrutturi rilevanti.

It-tkabbir mistenni fil-produzzjoni tal-elettriku varjabbli u t-tranżizzjoni lejn tisħin, tkessiħ u trasport aktar elettriċi jeħtieġu approċċi ġodda lejn il-ġestjoni tal-grilji tal-enerġija u l-varar ta’ soluzzjonijiet tal-enerġija deċentralizzati. Barra minn hekk, l-infrastruttura tal-gass għandha rwol importanti biex jinkisbu l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u livelli baxxi ta' emissjonijiet tal-karbonju.

 

Minbarra t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, l-għan huwa li jiġu żgurati l-affordabbiltà tal-enerġija, l-iffrankar tal-enerġija, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-provvista. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ investimenti fl-akkoppjament settorjali u f'teknoloġiji ta' infrastruttura tan-network innovattivi, żieda fil-flessibbiltà tal-ġenerazzjoni tal-enerġija dispaċċabbli, b’mod partikolari minn sorsi rinnovabbli flessibbli, ġestjoni innovattiva tas-sistema, kif ukoll permezz tal-iffaċilitar ta’ azzjonijiet li jrawmu l-innovazzjoni regolatorja u soċjali, il-ħiliet, u l-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-atturi tas-suq, lill-konsumaturi u lill-komunitajiet. Il-ħżin tal-enerġija f’forom differenti se jkollha rwol prinċipali fil-forniment tas-servizzi lill-grilja, u fit-titjib u r-rinfurzar tal-kapaċitajiet tan-network. L-isfruttament tas-sinerġiji bejn in-networks (eż. il-grilji tal-elettriku, in-networks tat-tisħin u t-tkessiħ, in-networks u l-ħżin tal-gass, l-infrastruttura tal-iċċarġjar u l-għoti tal-fjuwil lit-trasport, l-infrastruttura tal-idroġenu, u n-networks tat-telekomunikazzjoni) u l-atturi differenti (eż. siti industrijali, operaturi tan-netwerk, ċentri tad-data, awtoprodutturi u konsumaturi, komunitajiet ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli), kif ukoll iż-żieda tar-rispons għad-domanda u l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ standards Ewropej u internazzjonali, se jkunu kruċjali biex jiġi ffaċilitat l-operat intelliġenti u integrat tal-infrastrutturi rilevanti.

Emenda    86

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Tekonoloġiji u għodod għan-networks tal-elettriku sabiex l-enerġija rinnovabbli u t-tagħbiji ġodda bħall-elettromobbiltà u l-pompi tas-sħana jiġu integrati;

–  Tekonoloġiji u għodod għan-networks eżistenti sabiex l-enerġija rinnovabbli u t-tagħbiji ġodda bħall-elettromobbiltà, l-elettrolizzaturi, iċ-ċelluli tal-fjuwil, il-pompi tas-sħana, l-idroliżi industrijali, il-ħżin tal-elettriku u l-enerġija rinnovabbli deċenralizzata, bħala elementi ewlenin għal sistema ta’ enerġija kosteffiċjenti, b’effiċjenza għolja fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

Emenda    87

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Dimostrazzjoni ta’ sistemi u grilji tal-enerġija stabbli u affidabbli fuq livell lokali u reġjonali, immexxija b’enerġija rinnovabbli varjabbli u flessibbli.

Emenda    88

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Approċċi integrati sabiex ikun hemm rikonċiljazzjoni bejn il-produzzjoni tal-enerġija u l-konsum fil-livell lokali inkluż fil-gżejjer, abbażi ta’ servizzi ġodda u inizjattivi fil-komunità;

–  Approċċi integrati biex jiżdiedu, jitjiebu u jkun hemm rikonċiljazzjoni bejn il-produzzjoni tal-enerġija u l-konsum fil-livell lokali inkluż fil-gżejjer, abbażi ta’ servizzi u teknoloġiji (inklużi teknoloġiji peer-to-peer, teknoloġiji tar-reġistru distribwit, arranġamenti ta’ metraġġ nett virtwali) kif ukoll inizjattivi fil-komunità (li jinkludu konsumaturi attivi u awtokonsumaturi tal-enerġija rinnovabbli, li jaġixxu b'mod individwali jew konġunt, komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija lokali);

Emenda    89

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Analiżi tal-impatt sistemiku ta’ teknoloġiji tal-enerġija ġodda, bħal ġenerazzjoni rinnovabbli flessibbli, idroġenu u gass sintetiku bbażati fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli l-idroġenu għall-ħżin tal-enerġija; approċċi integrati u ta’ riċerka biex il-grilji tal-gass naturali jiġu kkonvertiti fi grilji tal-idroġenu ekoloġiku jew grilji li jittrasportaw il-bijometan jew il-metan sintetiku;

Emenda    90

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Flessibbiltà tan-network u sinerġiji bejn is-sorsi, in-networks, l-infrastrutturi u l-atturi tal-enerġija differenti;

–  Flessibbiltà tan-network u tal-ġenerazzjoni u tal-affidabbiltà tal-provvista, inkluż ir-rispons tad-domanda, u sinerġiji bejn is-sorsi, in-networks, l-infrastrutturi (inklużi dawk eżistenti) u l-atturi tal-enerġija differenti; teknoloġiji tal-akkoppjament tas-settur sabiex tiġi ffaċilitata l-ħżin u jiġi sfruttat il-potenzjal tat-trasport tal-enerġija;

Emenda    91

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Soluzzjonijiet ekoloġiċi li jistgħu jwasslu għal affidabbiltà tas-sistema, li jikkomplementaw u jmorru lil hinn minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u minn ħżin bbażata fuq l-elettrifikazzjoni;

Emenda    92

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.2.4.  Bini u Faċilitajiet Industrijali fit-Tranżizzjoni tal-Enerġija

4.2.4.  Bini fit-Tranżizzjoni tal-Enerġija

Emenda    93

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bini u l-installazzjonijiet industrijali qed ikollhom rwol dejjem aktar attiv fl-interazzjoni tagħhom mas-sistema tal-enerġija. Għalhekk, jikkostitwixxu elementi kruċjali fit-tranżizzjoni lejn l-enerġija rinnovabbli.

Il-bini u l-installazzjonijiet qed ikollhom rwol dejjem aktar attiv fl-interazzjoni tagħhom mas-sistema tal-enerġija. Għalhekk, jikkostitwixxu elementi kruċjali fit-tranżizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija.

Emenda    94

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bini huwa fattur importanti għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Peress li jintegraw teknoloġiji, tagħmir u sistemi differenti u jikkollega diversi użi tal-enerġija, il-bini u min jgħix fih u jutilizzah jirrappreżenta potenzjal għoli ħafna għall-ġenerazzjoni, il-ħażna u t-titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija.

Il-bini huwa fattur importanti għall-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Peress li jintegra teknoloġiji, tagħmir, sistemi u standards differenti u jikkollega diversi użi tal-enerġija, il-bini kif ukoll min jgħix fih u min jutilizzah jirrappreżentaw potenzjal għoli ħafna għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-iffrankar tal-enerġija u l-ħżin tal-enerġija u t-titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija.

Emenda    95

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-industriji, u speċjalment dawk li huma enerġetikament intensivi, jistgħu jkomplu jtejbu l-użu effiċjenti tal-enerġija u jiffavorixxu l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

imħassar

Emenda    96

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-elettriku u s-sħana bejn impjant industrijali u operatur ta’ sistema tal-enerġija;

–  Skambji tal-elettriku u s-sħana bejn bini, impjanti industrijali u operaturi ta’ sistema tal-enerġija;

Emenda    97

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Proċessi, disinji u materjali rilevanti;

–  Ottimizzazzjoni u sostenibbiltà ta’ proċessi, disinji u materjali rilevanti;

Emenda    98

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Bini intelliġenti u hubs kbar tal-mobbiltà (portijiet, ajruporti, ċentri tal-loġistika) bħala elementi attivi ta’ networks tal-enerġija usa'’ u ta’ soluzzjonijiet innovattivi tal-mobbiltà;

–  Bini intelliġenti u hubs kbar tal-mobbiltà (portijiet, ajruporti, stazzjonijiet tal-ferrovija u ċentri tal-loġistika) bħala elementi attivi ta’ networks tal-enerġija usa’ u ta’ soluzzjonijiet innovattivi tal-mobbiltà;

Emenda    99

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Id-disinn, il-kostruzzjoni, l-operar u ż-żarmar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, b’konsiderazzjoni taċ-ċirkolarità u tal-prestazzjoni ambjentali, għall-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, u r-riċiklaġġ;

–  Modalitajiet ġodda, inklużi għodda u tagħmir intelliġenti għad-disinn, il-kostruzzjoni (inklużi b’materjali ħfif u rinnovabbli), l-operar u ż-żarmar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkolarità, il-prestazzjoni ambjentali, is-sostenibbiltà u l-effiċjenza ekonomika fl-użu tal-enerġija u l-effiċjenza fir-riżorsi, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, l-impatt f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra u r-riċiklaġġ;

Emenda    100

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Mudelli ta’ negozju, approċċi u servizzi ġodda għall-finanzjament ta’ rennovazzjoni, it-titjib tal-ħiliet tal-kostruzzjoni, l-involviment tal-persuni li jgħixu fil-bini u atturi tas-suq oħrajn;

–  Mudelli ta’ negozju, approċċi u servizzi ġodda għall-finanzjament ta’ rinnovazzjoni, bħal skemi ta’ prefinanzjament bi ħlas lura fuq il-kont, it-titjib tal-ħiliet tal-kostruzzjoni, l-involviment tal-persuni li jgħixu fil-bini u atturi tas-suq oħrajn, bħall-awtoritajiet lokali jew il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

Emenda    101

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Il-monitoraġġ u l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini;

–  Il-monitoraġġ u l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni enerġetika tal-bini, f’konformità mal-objettivi stabbiliti fid-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (Direttiva 2018/844), inkluż l-użu ta’ sistemi avvanzati ta' ġestjoni tal-enerġija tal-bini;

Emenda    102

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Għodod u tagħmir intelliġenti għall-kisbiet tal-effiċjenza enerġetika fil-bini;

imħassar

Emenda    103

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Proċessi ta’ rennovazzjoni ta’ bini eżistenti lejn “Bini ta’ Kważi Żero Enerġija”;

–  Proċessi ta’ rinnovazzjoni ta’ bini eżistenti lejn “Bini ta’ Kważi Żero Enerġija” u teknoloġiji innovattivi;

Emenda    104

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4 – paragrafu 4 – inċiż 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Produzzjoni tal-enerġija flessibbli, rispons tad-domanda u ottimizzazzjoni tal-ħżin tal-enerġija.

Emenda    105

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4.2.4a.  Faċilitajiet Industrijali fit-Tranżizzjoni tal-Enerġija

 

L-industriji, u speċjalment dawk li huma enerġetikament intensivi, għandhom ikomplu jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u jnaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom, u jiffavorixxu l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Ir-rwol tal-faċilitajiet industrijali fis-sistema tal-enerġija qed jinbidel, minħabba l-ħtieġa tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, ibbażata fuq l-elettrifikazzjoni diretta jew indiretta, li hija wkoll sors ta’ materjali għall-proċessi tal-produzzjoni (eżempju l-idroġenu). Kumplessi industrijali u ta' manifattura fejn iseħħu ħafna proċessi differenti ħdejn xulxin jistgħu jottimizzaw l-iskambju tal-flussi ta' enerġija u ta' riżorsi oħra (materja prima) bejniethom.

 

Linji Mifruxa

 

– Teknoloġiji ta' konverżjoni għal użu sostenibbli tas-sorsi tal-karbonju sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u jitnaqqsu l-emissjonijiet, inkluż s-sistemi ta' enerġija ibridi għall-industrija u għas-settur tal-enerġija b’potenzjal ta’ dekarbonizzazzjoni;

 

– Dimostrazzjoni ta' elettrifikazzjoni diretta u indiretta tal-proċessi industrijali intensivi fl-użu tal-enerġija;

 

– Għodod u infrastruttura għall-kontroll tal-proċess tal-impjanti ta’ produzzjoni sabiex jottimizzaw il-flussi tal-enerġija u materjali fl-interazzjoni ma’ impjanti oħra u s-sistema tal-enerġija;

 

– Il-flessibbiltà u l-effiċjenza tal-elettriku, tal-materja prima u tas-sħana fl-impjanti industrijali u fis-sistema tal-enerġija;

 

– Proċessi, disinn u materjali mtejba jew ġodda, biex jintużaw jew jipproduċu b'mod effiċjenti sħana, kesħa, ħżin tal-enerġija;

 

– Effiċjenza materjali mtejba, li tnaqqas id-domanda għal materjali bl-ingrossa intensivi fl-użu tal-enerġija.

Emenda    106

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4.2.4b.  Ir-reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni

 

Kważi nofs l-Istati Membri qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi biex iħejju strateġiji koerenti li jiffukaw fuq ir-reġjuni li qegħdin jaffaċċjaw l-isfidi tal-eliminazzjoni gradwali tal-linjite, faħam u ġenerazzjoni tal-enerġija oħra bbażata fuq il-fjuwils fossili. Din il-prijorità għandha l-għan li tfittex komplementarjetà ma’ strumenti u programmi oħra tal-UE.

 

Linji Mifruxa

 

– Appoġġ lill-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ tranżizzjoni inklużivi u ġusti; l-indirizzar tal-impatti soċjetali, soċjoekonomiċi u ambjentali flimkien mal-konverżjoni mill-ġdid tas-siti;

 

– Teknoloġiji u mudelli biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ dawn ir-reġjuni; inkluż kif l-aħjar jattiraw negozju innovattiv alternattiv;

 

– Riċerka dwar kif tingħata ħajja ġdida lil dawn ir-reġjuni f’termini ta’ impjiegi sostenibbli u prospettivi ta’ tkabbir, inkluż ir-riċerka dwar it-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema.

Emenda    107

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huwa stmat li sal-2050, aktar minn 80 % tal-popolazzjoni tal-UE se tkun qed tgħix f’żoni urbani, li tikkonsoma l-parti l-kbira tar-riżorsi disponibbli, inkluż l-enerġija, u peress li dawn huma żoni partikolarment vulnerabbli għat-tibdil meteoroloġiku avvers, l-impatti diġà qed jaggravaw minħabba t-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali u se jkomplu jaggravaw fil-futur. Sfida ewlenija hija li tiżdied b’mod sinifikanti l-effiċjenza ġenerali fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi, kif ukoll ir-reżiljenza għall-klima tal-ibliet Ewropej b’mod olistiku, fejn il-fokus ikun fuq l-istokkijiet tal-bini, is-sistemi tal-enerġija, il-mobbiltà, it-tibdil fil-klima, kif ukoll l-ilma, il-ħamrija, il-kwalità tal-arja, l-iskart u l-istorbju. Is-sinerġiji ma’ politika u azzjonijiet urbani ffinanzjati minn FEŻR jenħtieġ li jiġu investigati u sfruttati.

Huwa stmat li sal-2050, aktar minn 80 % tal-popolazzjoni tal-UE se tkun qed tgħix f’żoni urbani, li tikkonsma l-parti l-kbira tar-riżorsi disponibbli, inkluż l-enerġija, u peress li dawn huma żoni partikolarment vulnerabbli għat-tibdil meteoroloġiku avvers, l-impatti diġà qed jaggravaw minħabba t-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali u se jkomplu jaggravaw fil-futur. Sfida ewlenija hija li tiżdied b’mod sinifikanti l-effiċjenza ġenerali fl-użu tal-enerġija u fir-riżorsi, kif ukoll ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-kommunitajiet u tal-bliet Ewropej b’mod olistiku, fejn il-fokus ikun fuq l-istokkijiet tal-bini, is-sistemi tal-enerġija, it-trasport u l-mobbiltà, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, kif ukoll l-ilma, il-ħamrija, il-kwalità tal-arja, l-iskart u l-istorbju. Is-sinerġiji ma’ politika u azzjonijiet urbani ffinanzjati minn FEŻR jenħtieġ li jiġu investigati u sfruttati.

Emenda    108

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Sistemi ta’ enerġija/mobbiltà tal-bliet/distretti lejn il-varar fl-UE kollha ta’ Distretti b’Enerġija Pożittiva, b’livelli tal-karbonju baxxi u mobbiltà u loġistika ta’ żero emissjonijiet sal-2050, li jagħtu spinta lill-kompetittività globali ta’ soluzzjonijiet integrati tal-UE;

–  Sistemi ta’ enerġija/mobbiltà tal-bliet/distretti/żoni rurali lejn il-varar fl-UE kollha ta’ Distretti b’Enerġija Pożittiva, b’livelli tal-karbonju baxxi u mobbiltà u loġistika ta’ żero emissjonijiet sal-2050, li jagħtu spinta lill-kompetittività fuq livell globali ta’ soluzzjonijiet integrati tal-UE;

Emenda    109

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ippjanar urban, infrastrutturi u sistemi inkluż interfaċċi u interoperabbiltà reċiproki, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-użu ta’ teknoloġiji diġitali u data u servizzi bbażati fl-ispazju, b’kunsiderazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima projettat u l-integrazzjoni tar-reżiljenza klimatika;

–  Ippjanar urban u rurali, infrastrutturi u sistemi inkluż interfaċċi u interoperabbiltà reċiproki, standardizzazzjoni, soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura, u l-użu ta’ teknoloġiji diġitali siguri u data u servizzi bbażati fl-ispazju, b’kunsiderazzjoni tal-effetti previsti tat-tibdil fil-klima u l-integrazzjoni tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

Emenda    110

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini, il-mobbiltà sikura, l-innovazzjoni soċjali urbana, il-kapaċità ċirkolari u reġenerattiva tal-ibliet, impronta ambjentali mċekkna u t-tniġġis;

–  Il-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini, il-mobbiltà sikura u mulitmodali, inkluż il-mixi u ċ-ċikliżmu, l-innovazzjoni soċjali urbana u rurali, il-kapaċità ċirkolari u riġenerattiva tal-bliet, tnaqqis tal-impatt ambjentali u tat-tniġġis;

Emenda    111

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċaqliqa lejn teknoloġiji, konnettività u awtomazzjoni nodfa se tkun tiddependi fuq id-disinn u l-manifattura f’waqthom tal-inġenji tal-ajru, il-vetturi u l-bastimenti li jintegraw teknoloġiji differenti u jaċċelleraw l-introduzzjoni tagħhom. Iktar kumdità, effiċjenza, affordabbiltà, filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u fuq l-użu tal-enerġija, jibqgħu għanijiet ta’ importanza kbira ħafna. Infrastruttura tat-trasport li hija innovattivi u b’kapaċità kbira hija essenzjali għall-funzjonament kif suppost tal-modi tat-trasport kollha minħabba d-domanda dejjem tikber tal-mobbiltà u r-reġimi tat-teknoloġija li qed jinbidlu malajr. Approċċ integrat għall-infrastruttura u l-iżvilupp ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru jistħoqlu attenzjoni partikolari wkoll sabiex jiġi minimizzat l-impatt tal-enerġija u dak ambjentali.

Il-bidla lejn teknoloġiji, konnettività u awtomazzjoni nodfa se tkun tiddependi fuq id-disinn u l-manifattura f’waqthom tal-inġenji tal-ajru, il-vetturi u l-bastimenti li jintegraw teknoloġiji differenti u jaċċelleraw l-introduzzjoni tagħhom. Iktar kumdità, effiċjenza, affordabbiltà, filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt taċ-ċiklu tal-ħajja fuq il-klima, l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem u fuq l-użu tal-enerġija, jibqgħu għanijiet ta’ importanza kbira ħafna. Infrastruttura tat-trasport li hija innovattiva u b’kapaċità kbira hija essenzjali għall-funzjonament kif suppost tal-modi tat-trasport kollha minħabba d-domanda dejjem tikber tal-mobbiltà u r-reġimi tat-teknoloġija li qed jinbidlu malajr. Approċċ integrat għall-infrastruttura u l-iżvilupp ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru jistħoqqlu attenzjoni partikolari wkoll sabiex jiġi minimizzat l-impatt tal-enerġija u dak ambjentali.

Emenda    112

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.6 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Kunċetti u disinji ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru, inkluż spare parts tagħhom, bl-użu ta’ materjali u strutturi, effiċjenza, ħażna u rkupru tal-enerġija, karatteristiċi tas-sikurezza u s-sigurtà mtejbin b’inqas impatt ambjentali u fuq is-saħħa.

–  Kunċetti u disinji ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru, inkluż spare parts tagħhom, elementi modulari, bl-użu ta’ materjali u strutturi imtejba u avvanzati, soluzzjonijiet u aġġornamenti tas-software, sistemi ta’ sigurtà avvanzati kontra l-piraterija, effiċjenza, ħżin u rkupru tal-enerġija, karatteristiċi tas-sikurezza u s-sigurtà mtejbin b’impatt ambjentali u fuq is-saħħa minimizzat.

Emenda    113

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex l-UE tilħaq l-għanijiet tal-kwalità tal-arja, tal-klima u tal-enerġija tagħha, inkluż tnaqqis ta’ 60 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra sal-2050 kif ukoll tnaqqis fl-istorbju, se jkun hemm bżonn ta’ konsiderazzjoni mill-ġdid tas-sistema tal-mobbiltà kollha inkluż l-utenti, il-vetturi, il-fjuwils u l-infrastrutturi. Dan se jkun jirrikjedi wkoll il-varar ta’ enerġiji alternattivi ta’ emissjonijiet baxxi u l-użu mis-suq ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru ta’ żero emissjonijiet. Flimkien mal-effetti dannużi tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, it-trasport jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal arja ta’ kwalità baxxa u għall-istorbju fl-Ewropa, b’konsegwenzi negattivi għas-saħħa taċ-ċittadini18. Permezz tal-bini fuq il-progress fir-rigward tal-elettrifikazzjoni u l-użu ta’ ċelluli tal-fjuwil għall-karozzi, ix-xarabankijiet u vetturi ħfief, huwa essenzjali li jitħaffef il-pass tas-soluzzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni għal setturi oħra bħall-avjazzjoni, it-trasport marittimu u n-navigazzjoni fl-ilmijiet interni u t-trakkijiet.

L-ilħuq tal-għanijiet tal-kwalità tal-arja, tal-klima u tal-enerġija, kif ukoll tat-tnaqqis tal-istorbju, se jirrikjedi li l-Unjoni tikkunsidra mill-ġdid is-sistema sħiħa tal-mobbiltà inklużi l-utenti, il-vetturi, il-fjuwils, l-iskemi ta’ kejl tas-CO2, l-infrastrutturi, l-użu tal-ispazju, kif ukoll soluzzjonijiet ġodda tat-trasport. L-Unjoni se tirrikjedi wkoll il-varar ta’ enerġiji alternattivi b’emissjonijiet baxxi u l-użu mis-suq ta’ vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru ta’ żero emissjonijiet. Flimkien mal-effetti dannużi tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, it-trasport jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal arja ta’ kwalità baxxa u għall-istorbju fl-Ewropa, b’konsegwenzi negattivi għas-saħħa taċ-ċittadini18. Permezz tal-bini fuq il-progress eżistenti fir-rigward tal-produzzjoni u tal-użu ta’ fjuwils alternattivi, l-elettrifikazzjoni, it-teknoloġiji tal-idroġenu, il-bijofjuwils u l-bijogass, l-użu ta’ ċelluli tal-fjuwil, it-titjib tal-magni bil-kombustjoni u l-adattament tagħhom għal fjuwils rinnovabbli u teknoloġiji sostenibbli oħrajn għall-karozzi, ix-xarabanks, trakkijiet u vetturi ħfief, huwa essenzjali li jitħaffef il-pass tas-soluzzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni għal setturi oħra bħall-avjazzjoni, is-settur ferrovjarju, it-trasport marittimu u n-navigazzjoni fl-ilmijiet interni.

__________________

__________________

18 Madwar terz taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f’żoni urbani b’livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa ogħla mil-livelli limitu legali.

18 Madwar terz taċ-ċittadini tal-UE jgħixu f’żoni urbani b’livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ sustanzi niġġiesa ogħla mil-livelli limitu legali.

Emenda    114

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-elettrifikazzjoni tal-modi tat-trasport kollha (eż. il-batteriji, iċ-ċelluli tal-fjuwil, l-ibridizzazzjoni, eċċ.) tinkludi teknoloġiji ġodda għal sistemi ta’ motopropulsjoni tal-vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru, ċarġ/riforniment tal-fjuwil veloċi, ħsad tal-enerġija u interfaċċi aċċessibbli u faċli biex jintużaw mill-utent mal-infrastruttura taċ-ċarġ, l-iżgurar tal-interoperabbiltà u ta’ servizzi tal-provvista bla xkiel; l-iżvilupp u l-varar ta’ batteriji kompetittivi, sikuri, ta’ prestazzjoni għolja u sostenibbli għal vetturi b’emissjonijiet baxxi jew żero emissjonijiet;

–  Id-dekarbonizzazzjoni tal-modi tat-trasport kollha, inkluż permezz tal-elettromobbiltà (eż. il-batteriji riċiklabbli, iċ-ċelluli tal-fjuwil, kull tip ta' ibridizzazzjoni, eċċ.) u teknoloġiji ġodda għal sistemi ta’ motopropulsjoni tal-vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru, ċarġ/riforniment tal-fjuwil veloċi, ħsad tal-enerġija u interfaċċi aċċessibbli u faċli biex jintużaw mill-utent bl-infrastruttura tar-riforniment tal-fjuwil u tal-iċċarġjar, filwaqt li jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-provvista bla xkiel tas-servizzi; l-iżvilupp u l-varar ta’ batteriji kompetittivi, sikuri, ta’ prestazzjoni għolja, riċiklabbli u sostenibbli għal vetturi b’emissjonijiet baxxi jew żero emissjonijiet;

Emenda    115

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Fjuwils ġodda sostenibbli u vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru ġodda għal xejriet ta’ mobbiltà u infrastruttura ta’ appoġġ eżistenti u futuri; teknoloġiji u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-utent għall-interoperabbiltà u provvista tas-servizzi bla xkiel;

–  Fjuwils ġodda sostenibbli u vetturi/bastimenti/inġenji tal-ajru ġodda għal xejriet ta’ mobbiltà u infrastruttura ta’ appoġġ eżistenti u futuri; teknoloġiji u soluzzjonijiet ibbażati fuq l-utent għall-interoperabbiltà u provvista tas-servizzi bla xkiel; inġenji tal-ajru li jagħmlu inqas storbju u ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

Emenda    116

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Tnaqqis tal-impatt tal-mobbiltà fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

–  Minimizzar tal-impatt tal-mobbiltà fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, inkluż billi esplorat il-potenzjal ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ sensuri remoti biex jitkejjel it-tniġġis fis-settur tal-mobbiltà.

Emenda    117

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mobbiltà intelliġenti se tgħin sabiex tiġi żgurata l-mobbiltà minn bieb għal bieb effiċjenti, sikura u reżiljenti u l-komponenti kollha tagħha, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji diġitali, in-navigazzjoni bis-satellita avvanzata (EGNOS/Galileo) u l-intelliġenza artifiċjali. It-teknoloġiji l-ġodda se jgħinu sabiex jiġu ottimizzati l-użu u l-effiċjenza tal-infrastruttura u n-networks tat-trasport, billi jtejbu l-multimodalità u l-konnettività, jottomizzaw il-ġestjoni tat-traffiku u jippermettu soluzzjonijiet u servizzi tat-trasport innovattivi, biex b’hekk titnaqqas il-konġestjoni u l-impatti ambjentali negattivi, tiġi pprovduta mobbiltà aħjar u servizzi ta’ loġistika aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji. Mobbiltà konnessa u awtomatizzata flimkien mal-infrastruttura abilitanti se jtejbu l-effiċjenza u s-sikurezza fil-modi tat-trasport kollha.

Il-mobbiltà intelliġenti se tgħin sabiex tiġi żgurata l-mobbiltà minn bieb għal bieb effiċjenti, sikura u reżiljenti u l-komponenti kollha tagħha, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji diġitali ġodda, in-navigazzjoni bis-satellita avvanzata (EGNOS/Galileo) u l-intelliġenza artifiċjali. It-teknoloġiji l-ġodda, inkluż sistema ta’ sistemi, se jgħinu sabiex jiġu ottimizzati l-użu u l-effiċjenza tal-infrastruttura u n-networks tat-trasport, billi jtejbu l-multimodalità u l-konnettività, jottomizzaw il-ġestjoni tat-traffiku u jippermettu soluzzjonijiet, standards u servizzi tat-trasport innovattivi, biex b’hekk titnaqqas il-konġestjoni u l-impatti ambjentali negattivi, tiġi pprovduta mobbiltà aħjar u servizzi ta’ loġistika aħjar għaċ-ċittadini u n-negozji. Mobbiltà konnessa u awtomatizzata flimkien mal-infrastruttura abilitanti se jtejbu l-effiċjenza u s-sikurezza fil-modi tat-trasport kollha.

Emenda    118

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ġestjoni diġitali tan-networks u tat-traffiku: sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet avvanzati; ġestjoni tat-traffiku tal-ġenerazzjoni li jmiss (inkluż network multimodali u ġestjoni tat-traffiku); kontribuzzjoni għal mobbiltà kontinwa, multimodali u interkonnessa għall-passiġġieri u l-merkanzija; użu u limitazzjonijiet tal-big data; użu ta’ pożizzjonament/navigazzjoni tas-satellita innovattivi (EGNOS/Galileo);

–  Ġestjoni diġitali tan-netwerks, tat-traffiku u tal-użu tal-ispazju: sistemi ta’ appoġġ għad-deċiżjonijiet avvanzati; ġestjoni tat-traffiku tal-ġenerazzjoni li jmiss (inkluż network multimodali u ġestjoni tat-traffiku); kontribuzzjoni għal mobbiltà kontinwa, multimodali u interkonnessa għall-passiġġieri u l-merkanzija; użu u limitazzjonijiet tal-big data; użu ta’ pożizzjonament/navigazzjoni tas-satellita innovattivi (EGNOS/Galileo) li jifhmu mġiba ġdida relatata mal-mobbiltà li qed tinbidel;

Emenda    119

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Teknoloġiji u operazzjonijiet ferrovjarji għal sistema ferrovjarja ta’ kapaċità għolja, silenzjuża, interoperabbli u awtomatizzata;

–  Teknoloġiji u operazzjonijiet ferrovjarji għal sistema ferrovjarja ta’ kapaċità għolja, attraenti, silenzjuża, kompletament konnessa, interoperabbli, transfruntiera u awtomatizzata għall-passiġġieri kif ukoll għar-rekwiżiti ta’ trasport ta' merkanzija;

Emenda    120

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Sistemi u servizzi ta’ mobbiltà konnessi, kooperattivi u awtomatizzati, inkluż soluzzjonijiet teknoloġiċi u kwistjonijiet mhux teknoloġiċi.

–  Sistemi u servizzi ta’ mobbiltà konnessi, kooperattivi, interoperabbli u awtomatizzati, inkluż soluzzjonijiet teknoloġiċi u kwistjonijiet mhux teknoloġiċi, bħal bidliet fl-imġiba tal-utent u fix-xejriet tal-mobbiltà;

Emenda    121

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 2 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Servizzi u mudelli tan-negozju ġodda jew imtejba li permezz tagħhom l-utent jinteraġixxi mal-modalitajiet intelliġenti differenti.

Emenda    122

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 2 – inċiż 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Kunċett, żvilupp, konsegwenzi, disinn, riċerka, validazzjoni u metodi bħala parti minn sewqan ta’ vetturi b’mod sikur u awtomatizzat fi traffiku mħallat;

Emenda    123

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 2 – inċiż 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Soluzzjonijiet intelliġenti ta’ tbaħħir għal operazzjonijiet aktar sikuri u effiċjenti fuq l-ilma.

Emenda    124

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.8 – paragrafu 2 – inċiż 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Sistemi u teknoloġiji ġodda għall-ġestjoni u l-konnessjoni tal-portijiet.

Emenda    125

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soluzzjonijiet ta’ ħażna massiva, konċentrata u deċentralizzata (li jinkludu kimika, elettrokimika, elettrika, mekkanika u termali) għas-sistema tal-enerġija se jżidu l-effiċjenza, il-flessibbiltà, l-indipendenza teknoloġika u l-aċċessibbiltà, kif ukoll is-sigurtà tal-provvista. It-trasport b’emissjonijiet baxxi u dekarbonizzat se jkun jirrikjedi sehem li qed jikber ta’ vetturi elettriċi u/jew li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, b’batteriji bi prestazzjoni aħjar u orħos li jkunu riċiklabbli u li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid, kif ukoll provvista lokali ta’ fjuwils sintetiċi/rinnovabbli bħall-idroġenu u soluzzjonijiet innovattivi għall-ħażna fis-sit.

Soluzzjonijiet ta’ ħżin massiv, konċentrat u deċentralizzat (li jinkludu kimika, elettrokimika, elettrika, mekkanika u termali) għas-sistema tal-enerġija se jżidu l-effiċjenza, il-flessibbiltà, l-indipendenza teknoloġika u l-aċċessibbiltà, kif ukoll is-sigurtà tal-provvista. It-trasport b’emissjonijiet baxxi u dekarbonizzat se jkun jirrikjedi sehem li qed jikber ta’ vetturi elettriċi u/jew li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, b’batteriji bi prestazzjoni aħjar u orħos, li jkunu riċiklabbli ferm u li jkunu jistgħu jintużaw mill-ġdid b’impatt ambjentali baxx, kif ukoll il-provvista lokali ta’ fjuwils b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħall-idroġenu minn sorsi rinnovabbli u soluzzjonijiet innovattivi għall-ħżin fis-sit.

Emenda    126

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.9 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Teknoloġiji inkluż fjuwils likwidi u gassużi rinnovabbli u l-ktajjen ta’ valur assoċjati magħhom, għall-ħtiġijiet ta’ ħażna tal-enerġija minn kuljum sa staġjonali;

–  Teknoloġiji inkluż fjuwils likwidi u gassużi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u l-ktajjen ta’ valur assoċjati magħhom, għall-ħtiġijiet ta’ ħżin tal-enerġija minn kuljum sa staġjonali, inklużi l-impatti tagħhom fuq l-ambjent u l-klima;

Emenda    127

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.9 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Batteriji u l-katina tal-valur tal-UE, inkluż id-disinn, it-teknoliġiji tal-produzzjoni fuq skala kbira taċ-ċelluli tal-batteriji, il-metodi tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ;

–  Batteriji u l-katina tal-valur tal-UE, inkluż id-disinn, it-teknoloġiji tal-produzzjoni fuq skala kbira taċ-ċelloli tal-batteriji, id-densità għolja ta' elettriku u enerġija, ir-rati ta’ ċċarġjar rapidi, l-impatt ambjentali baxx, l-użu mill-ġdid u r-riċiklabbiltà għolja, soluzzjonijiet ta’ materjali avvanzati għal metodi ta’ ħżin tal-enerġija kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ standardizzazzjoni;

Emenda    128

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 4 – punt 4.2 – punt 4.2.9 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Idroġenu b’emissjonijiet baxxi jew żero tal-karbonju inkluż ċelluli tal-fjuwil, u l-katina tal-valur tal-UE mid-disinn sal-użu aħħari f’diversi applikazzjonijiet.

–  Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, elettroliżi, ċelluli tal-fjuwil tul il-katina tal-valur tal-UE mid-disinn sal-użu aħħari f’diversi applikazzjonijiet.

Emenda    129

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  RAGGRUPPAMENT “IKEL U RIŻORSI NATURALI

5.  RAGGRUPPAMENT “IKEL, RIŻORSI NATURALI U AGRIKOLTURA”

Emenda    130

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet tal-bniedem qed jagħmlu pressjonijiet dejjem akbar fuq il-ħamrija, l-ibħra u l-oċeani, l-ilma, l-arja, il-bijodiversità u riżorsi naturali oħrajn. In-nutriment tal-popolazzjoni li dejjem qed tikber tal-pjaneta huwa direttament dipendenti fuq is-saħħa tas-sistemi u r-riżorsi naturali. Madankollu, ikkombinata mat-tibdil fil-klima, id-domanda dejjem ikbar tal-bniedem għar-riżorsi naturali toħloq pressjonijiet ambjentali li jmorru lil hinn sew minn livelli sostenibbli, li jaffettwaw l-ekosistemi u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi għall-benesseri tal-bniedem. Il-kunċetti tal-ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija u l-ekonomija blu jipprovdu opportunità sabiex jinħoloq bilanċ bejn l-għanijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi u sabiex l-attivitajiet tal-bniedem jaqbdu l-mogħdija li twassal għas-sostenibbiltà.

L-attivitajiet tal-bniedem qed jagħmlu pressjonijiet dejjem akbar fuq il-ħamrija, l-ibħra u l-oċeani, l-ilma, l-arja, il-bijodiversità u riżorsi naturali oħrajn. In-nutriment tal-popolazzjoni li dejjem qed tikber tal-pjaneta huwa direttament dipendenti fuq is-saħħa tas-sistemi u r-riżorsi naturali. Madankollu, ikkombinata mat-tibdil fil-klima, id-domanda dejjem ikbar tal-bniedem għar-riżorsi naturali toħloq pressjonijiet ambjentali li jmorru lil hinn sew minn livelli sostenibbli, li jaffettwaw l-ekosistemi u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi għaż-żamma fit-tul tal-benesseri tal-bniedem. It-tkabbir fil-produzzjoni tal-ikel mhux jaqbel mat-tkabbir fil-popolazzjoni globali. Għaldaqstant, neħtieġu innovazzjoni rivoluzzjonarja fl-intensifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ ikel sostenibbli. Fl-istess ħin, jeħtiġilna niżguraw li n-nutrizzjoni u s-saħħa jkunu ċentrali fis-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel tagħna.

 

Il-kunċetti tal-ekonomija ċirkolari, l-agroekoloġija, l-agrikoltura sostenibbli, il-bijoekonomija u l-ekonomija blu jipprovdu opportunità sabiex jinħoloq bilanċ bejn l-għanijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi u sabiex l-attivitajiet tal-bniedem jaqbdu l-mogħdija li twassal għas-sostenibbiltà.

Emenda    131

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ilħuq tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli, il-garanzija tal-produzzjoni u l-konsum ta’ ikel sikur u san, il-promozzjoni ta’ prattiki sostenibbli fl-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija, l-iżgurar ta’ aċċess għal ilma, ħamrija u arja nodfa għal kulħadd, it-tindif tal-ibħra u l-oċeani, il-preservazzjoni u r-restawr tas-sistemi naturali vitali tal-pjaneta u l-ambjent jirrikjedu li aħna nisfruttaw il-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni. Iżda l-mogħdiji għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u l-modi biex jiġu ssuperati l-ostakli reżiljenti bilkemm huma mifmhuma. It-tranżizzjoni lejn il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u r-restawr tas-saħħa planetarja jirrikjedu investiment f’teknoloġiji, mudelli ġodda ta’ negozju, u innovazzjoni soċjali u ambjentali. Dan joħloq opportunitajiet ġodda għal ekonomija Ewropea sostenibbli, reżiljenti, innovattiva u responsabbli, jagħti spinta lill-użu effiċjenti tar-riżorsi, il-produttività u l-kompetittività, u jiġġenera l-impjiegi u t-tkabbir.

L-ilħuq tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra, il-garanzija tal-produzzjoni u l-konsum ta’ ikel sikur u tajjeb għas-saħħa, il-promozzjoni ta’ prattiki sostenibbli fl-agrikoltura, il-bhejjem, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija, l-iżgurar ta’ aċċess għal ilma, ħamrija u arja nodfa għal kulħadd, it-tindif tal-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni, il-preservazzjoni u r-restawr tas-sistemi naturali vitali tal-pjaneta u l-ambjent jirrikjedu li aħna nisfruttaw il-potenzjal tar-riċerka u l-innovazzjoni. Iżda l-mogħdiji għat-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà u l-modi biex jiġu ssuperati l-ostakli reżiljenti bilkemm huma mifmhuma. It-tranżizzjoni lejn produzzjoni u konsum sostenibbli u r-restawr tal-ekonomiji u tar-riżorsi naturali, kif ukoll it-tisħiħ u n-nutriment tal-bażi tar-riżorsi li fuqhom tiddependi l-agrikoltura jeħtieġu investiment fir-riċerka xjentifika u teknoloġika, standardizzazzjoni u mudell ta’ negozju ġodda li jappoġġaw l-innovazzjoni soċjali u ambjentali, inkluż l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż għall-ambjent fl-ekonomiji tagħna u l-ġbir ta’ data ta’ kwalità aħjar dwar l-impatt ta’ politiki differenti. Dan joħloq opportunitajiet ġodda għal ekonomija Ewropea sostenibbli, reżiljenti, innovattiva u responsabbli, jagħti spinta lill-użu effiċjenti tar-riżorsi, il-kapaċità u l-istat tar-riżorsi naturali, il-produttività fit-tul u l-kompetittività, il-vijabbiltà rurali, kif ukoll impjiegi ta’ kwalità għolja u tkabbir ekonomiku u soċjali sostenibbli.

Emenda    132

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet se jibnu bażi tal-għarfien u jwasslu soluzzjonijiet sabiex: iġestixxu u jużaw b’mod sostenibbli r-riżorsi naturali mill-art u l-baħar - u jiġi mtejjeb ir-rwol ta’ sistemi terrestri u akkwatiċi bħala bjar tal-karbonju; tiġi żgurata s-sigurtà alimentari u nutrizzjonali, u jiġu provduti dieti sikuri, sani u nutrittivi; tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni minn ekonomija lineari bbażata fuq il-fjuwils fossili għal ekonomija ċirkolari effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, reżiljenti, ta’ emissjonijiet baxxi, u b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u li tappoġġa l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli bbażata fuq prodotti bijoloġiċi u l-ekonomija blu; u jiġu żviluppati żoni rurali, kostali u urbani reżiljenti u vibranti.

Approċċi multilaterali u transdixxiplinarji filwaqt li jintuża l-għarfien espert u l-esperjenza tal-atturi tul il-ktajjen tal-valur se jgħinu l-bini ta’ bażi tal-għarfien u jingħataw soluzzjonijiet sabiex: ir-riżorsi naturali mill-art u l-ilma jiġu mħarsa, ġestiti u jintużaw b’mod sostenibbli; jissaħħaħ it-tkabbir sostenibbli tas-sistemi terrestri u akkwatiċi; jiżdied is-sekwestru tal-karbonju; tiġi żgurata sigurtà alimentari u nutrizzjonali suffiċjenti, jiġi evitat l-iskart u l-produzzjoni żejda u jiġu provduti dieti sikuri, tajbin għas-saħħa u nutrittivi; tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn approċċi sostenibbli fil-forom kollha tal-agrikoltura, inkluża l-agrikoltura konvenzjonali u l-agrikoltura organika; tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni minn ekonomija lineari bbażata fuq il-fjuwils fossili għal ekonomija ċirkolari effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, reżiljenti, b’emissjonijiet baxxi, u b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju, u li tappoġġa l-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli bbażata fuq prodotti bijoloġiċi u l-ekonomija blu; u jiġu żviluppati żoni rurali, kostali u urbani reżiljenti u vibranti.

Emenda    133

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn se jgħinu fiż-żamma u t-titjib tal-provvista tal-bijodiversità u jiżguraw il-provvista fit-tul tas-servizzi tal-ekosistemi, l-adattament għall-klima u s-sekwestru tal-karbonju (kemm mill-art kif ukoll mill-baħar). Dawn se jgħinu jnaqqsu l-gassijiet serra (GHG) u emissjonijiet oħrajn, l-iskart u t-tniġġis mill-produzzjoni primarja (kemm terrestri kif ukoll akkwatika), l-ipproċessar, il-konsum u attivitajiet oħrajn tal-bniedem. Dawn se jiskattaw investimenti, li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, il-bijoekonomija u l-ekonomija blu, filwaqt li jipproteġu s-saħħa u l-integrità ambjentali.

Barra minn hekk, il-kisba ta’ dawn l-għanijiet se tgħin fiż-żamma u t-titjib tal-provvista tal-bijodiversità, kemm dik selvaġġa kif ukoll dik ikkultivata, u tiżgura l-forniment fit-tul tas-servizzi tal-ekosistemi, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima u s-sekwestru tal-karbonju (kemm fuq l-art kif ukoll fl-ambjent akkwatiku). Dawn se jgħinu biex tinżamm il-bijodiversità u tiġi żgurata l-provvediment fit-tul ta’ servizzi tal-ekosistema kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u emissjonijiet oħrajn, l-iskart u t-tniġġis mill-produzzjoni primarja (kemm terrestri kif ukoll akkwatika), l-ipproċessar, il-konsum u attivitajiet oħrajn tal-bniedem. Dawn se jiskattaw investimenti, li jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari, l-agrikoltura sostenibbli, il-bijoekonomija u l-ekonomija blu, filwaqt li jipproteġu s-saħħa, is-sostenibbiltà u l-integrità ambjentali. Din il-prijorità se jkollha wkoll l-għan li ttejjeb il-bażi tal-għarfien dwar l-istat tal-bijodiversità billi tiżviluppa, tivvalida u tistandardizza metodoloġiji komparabbli għall-Unjoni kollha.

Emenda    134

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn se jrawmu wkoll approċċi ta’ parteċipazzjoni lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż approċċ li jinvolvi diversi atturi u jiżviluppaw sistemi tal-għarfien u l-innovazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej. L-innovazzjoni soċjali bl-involviment taċ-ċittadini u l-fiduċja fl-innovazzjoni se tkun kruċjali sabiex jitħeġġu tendenzi ġodda ta’ governanza, produzzjoni u konsum.

Dawn se jrawmu wkoll approċċi ta’ parteċipazzjoni lejn ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż approċċ li jinvolvi diversi atturi u jiżviluppaw sistemi tal-għarfien u l-innovazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej. L-inklużjoni tal-atturi kollha tul il-katina tal-provvista agroalimentari fil-ħolqien u l-kondiviżjoni tal-għarfien għandha tappoġġa l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ innovazzjonijiet agrikoli sostenibbli li jindirizzaw l-isfidi tas-sistema tal-ikel, inkluż l-adattament u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. L-innovazzjoni soċjali bl-involviment taċ-ċittadini u l-fiduċja fl-innovazzjoni se tkun kruċjali sabiex jitħeġġu tendenzi ġodda ta’ governanza, produzzjoni u konsum.

Emenda    135

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minħabba li dawn l-isfidi huma kumplessi, interkonnessi u globali fin-natura tagħhom, l-attivitajiet se jsegwu approċċ sistemiku, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-sħab internazzjonali, ma’ sorsi ta’ finanzjament oħrajn u ma’ inizjattivi ta’ politika oħrajn. Dan se jinvolvi l-isfruttament immexxi mill-utenti ta’ sorsi ta’ big data ambjentali, bħal dawk minn Copernicus, EGNOS/Galileo, INSPIRE, EOSC, GEOSS, CEOS, EMODnet.

Minħabba li dawn l-isfidi huma kumplessi, interkonnessi u globali fin-natura tagħhom, l-attivitajiet se jsegwu wkoll approċċ sistemiku, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri u s-sħab internazzjonali, ma’ sorsi ta’ finanzjament oħrajn u ma’ inizjattivi ta’ politika oħrajn. Dan se jinvolvi l-isfruttament immexxi mill-utenti ta’ sorsi ta’ big data ambjentali, bħal dawk minn Copernicus, EGNOS/Galileo, INSPIRE, EOSC, GEOSS, CEOS, EMODnet.

Emenda    136

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet tar-riċerka u innovazzjoni skont dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’: il-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, il-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-leġiżlazzjoni dwar il-Liġi tal-Ikel, il-politika Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija tal-Bijoekonomija tal-UE, u l-qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, kif ukoll id-dispożizzjonijiet legali tal-UE dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja.

L-attivitajiet tar-riċerka u innovazzjoni skont dan ir-Raggruppament jikkontribwixxu b’mod partikolari għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’: il-Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, il-Politika Agrikola Komuni, il-Politika Komuni tas-Sajd, il-leġiżlazzjoni dwar il-Liġi tal-Ikel, il-politika Marittima, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija tal-Bijoekonomija tal-UE, l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità 2020, l-Istrateġija tal-UE għal Infrastruttura Ekoloġika, l-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, il-qafas tal-UE dwar il-klima u l-enerġija bi qbil mal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll id-dispożizzjonijiet legali tal-UE dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja. L-azzjonijiet se jkunu marbuta sew mas-sħubijiet eżistenti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-PRIMA, bil-għan li jikkontribwixxu għad-diplomazija dwar ix-xjenza.

Emenda    137

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.1 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) li ġejjin, b’mod partikolari: SDG 2 – Daqshekk tal-Ġuħ; SDG 6 – Ilma Nadif u Sanità; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 12 – Konsum Responsabbli u Produzzjoni; SDG 13 – Azzjoni Klimatika; SDG 14 – Il-Ħajja Taħt l-Ilma; SDG 15 – Il-Ħajja fuq l-Art.

L-attivitajiet se jikkontribwixxu direttament għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG), b’mod partikolari: SDG 2 – Daqshekk Ġuħ; SDG 3 – Saħħa Tajba u Benesseri; SDG 6 – Ilma Nadif u Sanità; SDG 11 – Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; SDG 12 – Konsum u Produzzjoni Responsabbli; SDG 13 – Azzjoni Klimatika; SDG 14 – Il-Ħajja Taħt l-Ilma; SDG 15 – Il-Ħajja fuq l-Art.

Emenda    138

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kapaċità li tosserva l-ambjent hija l-bażi tar-riċerka u l-innovazzjoni19 għall-użu sostenibbli u l-monitoraġġ tal-ikel u r-riżorsi naturali. Il-kopertura spazjotemporali mtejba u intervalli ta’ teħid tal-kampjuni b’kost ridott, kif ukoll l-aċċess għal big data u l-integrazzjoni minn sorsi multipli jipprovdu modi ġodda ta’ monitoraġġ, fehim u tbassir tas-sistema tad-Dinja. Hemm ħtieġa ta’ implimentazzjoni, sfruttament u aġġornament usa’ ta’ teknoloġiji ġodda u riċerka u innovazzjoni kontinwi sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fl-Osservazzjoni tad-Dinja (EO) fuq l-art u l-baħar u fl-atmosfera, b’kollaborazzjoni b’mod partikolari permezz tas-Sistema ta’ Sistemi ta’ Osservazzjoni tad-Dinja Globali (GEOSS) u l-komponent Ewropew tagħha EuroGEOSS.

Il-kapaċità li tosserva l-ambjent hija l-bażi tar-riċerka u l-innovazzjoni19 għall-użu sostenibbli u l-monitoraġġ tal-ikel u r-riżorsi naturali. Il-kopertura spazjotemporali mtejba u intervalli ta’ teħid tal-kampjuni b’kost ridott, kif ukoll l-aċċess għal big data u l-integrazzjoni minn sorsi multipli jipprovdu modi ġodda ta’ monitoraġġ, fehim u tbassir tas-sistema tad-Dinja. Hemm ħtieġa ta’ implimentazzjoni, sfruttament u aġġornament usa’ ta’ teknoloġiji ġodda u riċerka u innovazzjoni kontinwi sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fl-Osservazzjoni tad-Dinja (EO) fuq l-art u l-ilma u fl-atmosfera, b’kollaborazzjoni b’mod partikolari permezz tas-Sistema ta’ Sistemi ta’ Osservazzjoni tad-Dinja Globali (GEOSS) u l-komponent Ewropew tagħha EuroGEOSS.

__________________

__________________

19 L-Osservazzjoni tad-Dinja se tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni taħt oqsma ta’ intervent oħrajn fi ħdan din l-Isfida Globali, kif ukoll partijiet rilevanti oħrajn ta’ Orizzont Ewropa.

19 L-Osservazzjoni tad-Dinja se tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni taħt oqsma ta’ intervent oħrajn fi ħdan din l-Isfida Globali, kif ukoll partijiet rilevanti oħrajn ta’ Orizzont Ewropa.

Emenda    139

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-istatus tal-bijodiversità, il-protezzjoni tal-ekosistemi, il-mitigazzjoni u l-adattament għall-klima, is-sigurtà alimentari, l-agrikoltura u l-forestrija, l-użu tal-art u l-bidla fl-użu tal-art, l-iżvilupp urban u periurban, il-ġestjoni tar-riżorsi naturali, l-isfruttament u l-konservazzjoni tal-oċeani, is-sigurtà marittima u dominji rilevanti oħrajn;

–  L-istatus tal-bijodiversità, il-valutazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi u l-valur tagħhom, il-protezzjoni tal-ekosistema, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-adattament tal-ekosistemi u tal-ispeċi, is-sigurtà alimentari, l-agrikoltura, il-fertilità tal-ħamrija u l-forestrija, l-użu tal-art u l-bidla fl-użu tal-art, l-iżvilupp rurali, urban u periurban, il-protezzjoni naturali, ir-restawr u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali, il-konservazzjoni u l-isfruttar tal-baħar u tal-ilmijiet interni, is-sigurtà marittima u dominji rilevanti oħrajn;

Emenda    140

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-applikazzjonijiet orjentati lejn l-utent jinkludu l-espansjoni tagħhom, sabiex jikkontribwixxu għall-ġestjoni tas-servizzi Ewropej tar-riżorsi naturali u l-ekosistemi u l-katina ta’ valur marbuta tagħhom.

–  L-applikazzjonijiet orjentati lejn l-utent jinkludu l-espansjoni tagħhom, sabiex jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni tas-servizzi Ewropej tar-riżorsi naturali u l-ekosistemi u l-katina ta’ valur marbuta tagħhom.

Emenda    141

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Sistema ta’ informazzjoni u osservazzjoni ambjentali globali komprensiva u sostenibbli, inkluż billi titrawwem kooperazzjoni bejn komunitajiet ta’ mmudellar tal-klima u komunitajiet ta’ osservazzjoni u ġestjoni tad-data ambjentali;

Emenda    142

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Effetti ta’ speċijiet aljeni invażivi fuq il-bijodiversità, is-servizzi tal-ekosistema u l-produttività, inklużi għodod ġodda għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontrihom;

Emenda    143

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Tbassir integrat u valutazzjoni tar-riskji mtejba u vulnerabbiltà għal diżastri marbuta mad-disturbi naturali u dawk magħmula mill-bniedem, inkluż l-iżvilupp ta’ sistema ta' twissija bikrija;

Emenda    144

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Koerenza ekoloġika u soċjokulturali tal-mudelli territorjali, b’enfasi partikolari fuq l-interazzjoni tan-natura u s-soċjetà li jirriżultaw minn politiki u strateġiji territorjali;

Emenda    145

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.2 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-istat u l-valur tal-bijodiversità, l-ekosistemi terrestri u marini, il-kapital naturali u s-servizzi tal-ekosistemi;

–  L-istat u l-valur tal-bijodiversità globali u lokali, l-ekosistemi terrestri, tal-baħar u akkwatiċi, il-kapital naturali u s-servizzi tal-ekosistemi; analiżi dwar il-kawżi u soluzzjonijiet potenzjali għat-tnaqqis fil-bijodiversità;

Emenda    146

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.2 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-ekotossikoloġija ta’ komposti u sustanzi niġġiesa ġodda, l-interazzjonijiet u l-imġiba ambjentali tagħhom u ċ-ċrieki bijokimiċi mibdulin b’riżultat tat-tibdil fil-klima;

–  L-ekotossikoloġija ta’ komposti u sustanzi niġġiesa ġodda, sustanzi kimiċi u l-interazzjonijiet u l-imġiba ambjentali tagħhom u ċ-ċrieki bijokimiċi mibdulin b’riżultat tat-tibdil fil-klima;

Emenda    147

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistemi ta’ biedja u forestrija reżiljenti u sostenibbli jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali f’kuntest li qed jinbidel għall-produzzjoni primarja. Flimkien mal-kontribut lejn is-sigurtà alimentari u nutrizzjonali, dawn jikkontribwixxu fi ktajjen ta’ valur dinamiċi, iġestixxu l-art u r-riżorsi naturali, u jwasslu wkoll firxa ta’ oġġetti pubbliċi vitali inkluż is-sekwestru tal-karbonju, il-presernvazzjoni tal-bijodiversità, id-dakkir u s-saħħa pubblika. L-approċċi integrati huma meħtieġa għall-promozzjoni tal-funzjonijiet multipli tal-(eko)sistemi agrikoli u tal-foresti, b’konsiderazzjoni tal-kuntest li qed jinbidel għall-produzzjoni primarja, b’mod partikolari b’rabta mal-klima u l-ambjent, id-disponibbiltà tar-riżorsi, id-demografija u x-xejriet tal-konsum. Huwa neċessarju wkoll li tiġi indirizzata d-dimensjoni spazjali u soċjoekonomika tal-attivitajiet agrikoli u tal-forestrija u li jiġi mobilizzat il-potenzjal taż-żoni rurali.

Sistemi ta’ biedja u forestrija reżiljenti u sostenibbli jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali f’kuntest li qed jinbidel għall-produzzjoni primarja. Flimkien mal-kontribut lejn is-sigurtà alimentari u nutrizzjonali, dawn jikkontribwixxu fi ktajjen ta’ valur dinamiċi, jiġġestixxu l-art u r-riżorsi naturali, u jwasslu wkoll firxa ta’ oġġetti pubbliċi vitali inkluż is-sekwestru tal-karbonju, il-preservazzjoni tal-bijodiversità, id-dakkir, kif ukoll is-saħħa pubblika u l-benesseri. L-approċċi integrati huma meħtieġa għall-promozzjoni tal-funzjonijiet multipli tal-(eko)sistemi agrikoli u tal-foresti, b’konsiderazzjoni tal-kuntest li qed jinbidel għall-produzzjoni primarja, b’mod partikolari b’rabta mal-klima u l-ambjent, id-disponibbiltà tar-riżorsi, id-demografija u x-xejriet tal-konsum. Huwa neċessarju wkoll li jiġu indirizzati l-impatt u d-dimensjoni spazjali u soċjoekonomika tal-attivitajiet agrikoli u tal-forestrija u li jiġi mobilizzat il-potenzjal taż-żoni rurali.

Emenda    148

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  It-titjib tal-monitoraġġ u l-indikaturi tal-bijodiversità, il-funzjonijiet u s-servizzi tal-ekosistema f’żoni rurali u sistemi agroekoloġiċi, u l-appoġġ tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-tagħlim konġunt u t-titjib tal-istat tal-ekosistemi tal-biedja;

Emenda    149

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Metodi, teknoloġiji u għodod għall-produzzjoni sostenibbli u reżiljenti fil-biedja u l-forestrija;

–  Metodi, teknoloġiji u għodod innovattivi għall-produzzjoni sostenibbli u reżiljenti fil-biedja, inkluż dik terrestri u dik akkwatika, u l-forestrija, u għall-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi tal-ilma;

Emenda    150

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-impatt klimatiku u ambjentali tal-attivitajiet fis-settur primarju; il-potenzjal tal-agrikoltura u l-forestrija bħala bjar tal-karbonju u għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, inkluż l-approċċi lejn l-emissjonijiet negattivi;

–  L-impatt klimatiku u ambjentali tal-attivitajiet fis-settur primarju tul il-katina ta’ valur; il-potenzjal tal-agrikoltura u l-forestrija bil-għan li jiżdiedu s-sostituzzjoni u l-ħżin tal-karbonju, pereżempju permezz ta’ żieda sostenibbli fil-produzzjoni ta’ bijomassa, u għall-mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra, inkluż l-approċċi lejn l-emissjonijiet negattivi;

Emenda    151

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Organiżmi ta’ ħsara u mard tal-pjanti u saħħa u benesseri tal-annimali; alternattivi għall-użu ta’ pestiċidi, antibijotiċi u sustanzi oħrajn kontenzjużi;

–  Organiżmi ta’ ħsara u mard tal-pjanti u saħħa u benesseri tal-annimali; alternattivi għall-użu ta’ kimiċi, pestiċidi, antibijotiċi u sustanzi oħrajn kontenzjużi, filwaqt li titqies il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-approċċi agroekosistemiċi ta’ bijodiversità għolja;

Emenda    152

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Sistemi ta’ data miftuħa li jrawmu l-kondiviżjoni ta’ data u għarfien dwar pjanti, patoġeni u dwar l-ambjent li jippermettu iktar riċerka xjentifika, ippjanar ambjentali u żvilupp ta’ prodotti kummerċjali;

Emenda    153

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Użu u twassil ta’ servizzi tal-ekosistemi fis-sistemi tal-agrikoltura u l-forestrija li japplikaw approċċi ekoloġiċi u jittestjaw soluzzjonijiet ibbażati fin-natura mil-livelli tar-razzett sal-pajsaġġ għal agrikoltura favur l-ambjent;

–  Użu u twassil ta’ servizzi tal-ekosistemi fis-sistemi tal-agrikoltura u l-forestrija li japplikaw approċċi ekoloġiċi u jittestjaw soluzzjonijiet ibbażati fin-natura mil-livelli tar-razzett sal-pajsaġġ għal agrikoltura favur l-ambjent filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi relatati mat-tibdil fil-klima, it-telf tal-bijodiversità, id-degradazzjoni tal-ekosistema, it-tniġġis agrikolu, u s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini;

Emenda    154

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Sistemi agrikoli u ta’ forestrija minn livelli tar-razzett sal-pajsaġġ; l-użu u t-twassil ta’ servizzi tal-ekosistemi fil-produzzjoni primarja;

–  Sistemi agrikoli u ta’ forestrija innovattivi minn livelli tar-razzett sal-pajsaġġ; l-użu u t-twassil ta’ servizzi tal-ekosistemi fil-produzzjoni primarja;

Emenda    155

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Innovazzjonijiet fil-biedja fl-interfaċċi bejn l-agrikoltura, l-akkwakultura u l-forestrija u fiż-żoni urbani;

–  Innovazzjonijiet fil-biedja fl-interfaċċi bejn l-agrikoltura, l-akkwakultura u l-forestrija u fiż-żoni urbani u rurali;

Emenda    156

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Innovazzjonijiet diġitali fil-biedja u l-forestrija tul il-ktajjen tal-valur u ż-żoni rurali permezz tal-użu tad-data u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi, teknoloġiji u mudelli ta’ governanza;

–  Innovazzjonijiet diġitali fil-biedja u l-forestrija, inkluż tekniki tal-biedja u l-forestrija ta' preċiżjoni, tul il-katina tal-valur miżjud u ż-żoni rurali permezz tal-użu ta’ data u l-iżvilupp ta’ infrastrutturi, l-intelliġenza artifiċjali, algoritmi tat-tagħlim awtomatiku, teknoloġiji tar-robotika u mudelli ta’ governanza li jinkludu l-iżvilupp ta' azjendi agrikoli ta' dimostrazzjoni;

Emenda    157

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Tranżizzjoni lejn sistemi integrati u diversifikati tal-ikel u tal-biedja u prattiki agronomiċi, inkluż l-użu ta’ teknoloġiji ta’ preċiżjoni u approċċi ta’ intensifikazzjoni agroekoloġika u ekoloġika sabiex jibbenefikaw t-tipi kollha tal-agrikoltura;

Emenda    158

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Strateġiji ġodda għat-tkabbir tal-pjanti li jimmiraw lejn rendiment sostenibbli ogħla, titjib fil-kwalità u benefiċċji miżjuda minn perspettiva kemm ekonomika kif ukoll ambjentali;

Emenda    159

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.3 – paragrafu 2 – inċiż 11c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Żvilupp ta’ prodotti, għodod u prattiki li jappoġġaw il-prattiki agrikoli sostenibbli, inkluż it-titjib tal-għarfien dwar l-impatt ta’ prattiki agrikoli differenti fuq il-kwalità u r-riġenerazzjoni tal-ħamrija.

Emenda    160

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.2.4.  Ibħra u Oċeani

5.2.4.  Ibħra, Oċeani, Ilmijiet Interni u l-Ekonomija Blu;

Emenda    161

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kapital naturali tal-ibħra u l-oċeani u s-servizzi tal-ekosistemi joffru benefiċċji soċjoekonomiċi u ta’ benesseri sinifikanti. Dan il-potenzjal jinsab mhedded minħabba l-pressjoni kbira mill-fatturi ta’ stress umani u naturali bħat-tniġġis, is-sajd eċċessiv, it-tibdil fil-klima, iż-żieda fil-livell tal-baħar u avvenimenti estremi tat-temp. Sabiex l-ibħra u l-oċeani ma jaslux f’punt fejn ikun tard wisq, huwa neċessarju li nsaħħu l-għarfien u l-fehim tagħna sabiex inġestixxu, nipproteġu u nirrestawraw b’mod sostenibbli l-ekosistemi marini u kostali u niġġieldu kontra t-tniġġis fil-baħar, f’kuntest ta’ qafas ta’ governanza tal-oċeani imtejjeb u responsabbli. Dan se jinkludi wkoll riċerka sabiex jinfetaħ b’mod sostenibbli l-potenzjal ekonomiku enormi u mhux sfruttat tal-ibħra u l-oċeani li jimmira lejn il-produzzjoni ta’ iktar ikel mingħajr żieda fil-pressjonijiet fuqhom, u jikkontribwixxi wkoll għall-elevar tal-pressjoni minn fuq ir-riżorsi tal-art, l-ilma ħelu u l-oċeani. Hemm ħtieġa ta’ approċċi ta’ sħubija, inkluż strateġiji tal-baċir tal-baħar u makroreġjonali, li jestendu lil hinn mill-UE (eż. fil-Mediterran, il-Baltiku, il-Baħar l-Iswed, l-Atlantiku, il-Baħar Karibew u l-Oċean Indjan); u għall-kontribuzzjoni għall-impenji tal-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani, inizjattivi bħad-Deċenju tal-Nazzjonijiet Uniti għax-Xjenza Miftuħa għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-impenji marbuta mal-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika tal-baħar f’żoni li huma lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali.

Il-bijodiversità rikka tal-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni toffri benefiċċji soċjoekonomiċi u ta’ benesseri sinifikanti. Dan il-potenzjal jinsab mhedded minħabba l-pressjoni kbira mill-fatturi ta’ stress umani u naturali bħat-tniġġis, is-sajd eċċessiv, it-tibdil fil-klima, iż-żieda fil-livell tal-baħar, użu mhux sostenibbli tal-ilma u avvenimenti estremi tat-temp. Sabiex l-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni ma jaslux f’punt fejn ikun tard wisq, huwa neċessarju li nsaħħu l-għarfien u l-fehim tagħna sabiex niġġestixxu, nipproteġu u nirrestawraw b’mod sostenibbli l-ekosistemi marini u kostali u nipprevjenu t-tniġġis fil-baħar, f’kuntest ta’ qafas ta’ governanza tal-oċeani imtejjeb u responsabbli. Dan se jinkludi wkoll riċerka sabiex jinfetaħ b’mod sostenibbli l-potenzjal ekonomiku enormi u mhux sfruttat tal-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni li jimmira lejn il-produzzjoni ta’ iktar ikel mingħajr żieda fil-pressjonijiet fuqhom, u jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-pressjoni minn fuq ir-riżorsi tal-art u tal-ilma. Hemm ħtieġa ta’ approċċi ta’ sħubija, inkluż strateġiji tal-baċir tal-baħar u makroreġjonali, li jestendu lil hinn mill-UE (eż. fil-Mediterran, il-Baltiku, il-Baħar l-Iswed, l-Atlantiku, il-Baħar Karibew u l-Oċean Indjan); u għall-kontribuzzjoni għall-impenji tal-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, inizjattivi bħad-Deċennju tal-Nazzjonijiet Uniti għax-Xjenza dwar l-Oċeani għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-impenji marbuta mal-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika tal-baħar f’żoni li huma lil hinn mill-ġurisdizzjoni nazzjonali.

Emenda    162

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Il-biedja sostenibbli fl-ibħra u l-oċeani, is-sajd u l-marikultura għall-ikel, inklużi sorsi alternattivi ta’ proteini b’sigurtà alimentari, sovranità tal-ikel u reżiljenza għall-klima ikbar;

–  Is-sajd sostenibbli u l-akkwakultura responsabbli għall-ikel, inklużi sorsi alternattivi ta’ proteini b’sigurtà alimentari, sovranità tal-ikel u reżiljenza għall-klima ikbar;

Emenda    163

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  L-iżvilupp ta’ prodotti bijoloġiċi ġodda bbażati fuq l-organiżmi tal-baħar, b’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet li joffru opportunitajiet ġodda ta’ prodotti u ta’ servizzi;

Emenda    164

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ir-reżiljenza msaħħa tal-ekosistemi marini sabiex tkun żgurata s-saħħa tal-ibħra u tal-oċeani, il-ġlieda u l-mitigazzjoni tal-effetti ta’ pressjonijiet naturali u tal-bniedem bħat-tniġġis u l-plastiks, l-ewtrofikazzjoni, l-aċidifikazzjoni, it-tisħin tal-ibħra u l-oċeani, iż-żieda fil-livell tal-baħar, b’kunsiderazzjoni tal-intersezzjoni bejn l-art u l-baħar u permezz ta’ trawwim ta’ approċċ ċirkolari;

–  Ir-reżiljenza msaħħa tal-ekosistemi marini sabiex tkun żgurata s-saħħa tal-ibħra u tal-oċeani u tal-ilmijiet interni, il-prevenzjoni, il-ġlieda u l-mitigazzjoni tal-effetti ta’ pressjonijiet naturali u tal-bniedem bħat-tniġġis, kimiċi u l-plastiks, inkluż il-mikroplastik, is-sajd eċċessiv, l-ewtrofikazzjoni, l-aċidifikazzjoni, it-tisħin tal-ibħra u l-oċeani, l-ispeċi invażivi, iż-żieda fil-livell tal-baħar, b’kunsiderazzjoni tal-intersezzjoni bejn l-art u l-ambjent akkwatiku u permezz ta’ trawwim ta’ approċċ ċirkolari;

Emenda    165

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Il-governanza tal-oċeani fil-livelli globali u reġjonali sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ibħra u l-oċeani;

–  Il-governanza tal-oċeani fil-livelli globali u reġjonali sabiex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni u l-kapital naturali tagħhom;

Emenda    166

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ktajjen tal-valur blu, l-użu multiplu tal-ispazju marin u t-tkabbir tas-settur tal-enerġija rinnovabbli mill-ibħra u l-oċeani, inkluż mikroalga u makroalga sostenibbli;

–  Ktajjen tal-valur blu, l-użu multiplu tal-ispazju akkwatiku u t-tkabbir tas-settur tal-enerġija rinnovabbli mill-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni, inkluż produzzjoni sostenibbli ta’ mikroalga u makroalga; sistemi moderni tal-produzzjoni akkwatika fuq l-art li joffru għodod għall-produzzjoni ta’ bijomassa ambjentalment newtrali;

Emenda    167

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Soluzzjonijiet b’bażi fin-natura bbażati fuq id-dinamika tal-ekosistemi marini u kostali, is-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi multipli, li se jiffaċilitaw approċċ sistemiċi lejn l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ibħra u l-oċeani, jikkontribwixxu għall-protezzjoni ambjentali, il-ġestjoni kostali, u l-adattament għat-tibdil fil-klima;

–  Soluzzjonijiet b’bażi fin-natura bbażati fuq id-dinamika tal-ekosistemi akkwatiċi u kostali, is-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi multipli, li se jiffaċilitaw approċċ sistemiċi lejn l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-ibħra, l-oċeani u l-ilmijiet interni, jikkontribwixxu għall-protezzjoni ambjentali (inkluż l-ambjent kostali), restawr u ġestjoni, u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda    168

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-innovazzjoni blu li tinkludi l-ekonomiji blu u diġitali, fiż-żoni ta’ mal-kosta kollha, il-bliet kostali u l-portijiet sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza taż-żoni kostali u jiżdiedu l-benefiċċji taċ-ċittadini.

–  L-innovazzjoni blu li tinkludi l-ekonomiji blu u diġitali, fiż-żoni ta’ mal-kosta kollha, il-bliet kostali u l-portijiet, sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza taż-żoni kostali u jiżdiedu l-benefiċċji għaċ-ċittadini u l-viżitaturi.

Emenda    169

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Fehim aħjar tar-rwol tal-oċeani għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

–  Fehim aħjar tar-rwol tal-oċeani u ta’ ambjenti akkwatiċi oħra għall-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda    170

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-effetti kkombinati taż-żieda fil-popolazzjoni, l-iskarsezza tar-riżorsi u l-isfruttament mhux sostenibbli, id-degradazzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni joħolqu sfidi bla preċedent li jirrikjedu t-trasformazzjoni tas-sistema alimentari (FOOD 2030).20 Il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel attwali fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex sostenibbli, filwaqt li qed naffaċċaw il-piż doppju tal-malnutrizzjoni, ikkaratterizzat mill-koeżistenza tan-nuqqas ta' nutrizzjoni u l-obeżità. Is-sistemi alimentari futuri jridu jipprovdu ikel sikur, san u ta' kwalità suffiċjenti għal kulħadd, u li jkunu msejsin fuq l-użu effiċjenti tar-riżorsi, is-sostenibbiltà (inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet GHG, it-tniġġis u l-produzzjoni tal-iskart), il-konnessjoni bejn l-art u l-baħar, inqas ħela ta' ikel, it-titjib tal-produzzjoni tal-ikel mill-ibħra u l-oċeani u li jinkludi l-"katina tal-valur alimentari" kollha mill-produtturi sal-konsumaturi, u lura. Dan irid jimxi id f'id mal-iżvilupp tas-sistema tas-sikurezza alimentari tal-futur u d-disinn, l-iżvilupp u t-twassil tal-għodod, it-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet diġitali li jipprovdu benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi u jtejbu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-katina tal-valur alimentari. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li jitrawwmu bidliet fl-imġiba fil-konsum tal-ikel u fit-tendenzi tal-produzzjoni kif ukoll biex jiġu involuti l-produtturi primarji, l-industrija (inkluż SMEs), il-bejjiegħa bl-imnut, is-setturi tas-servizzi alimentari, il-konsumaturi u s-servizzi pubbliċi.

L-effetti kkombinati taż-żieda fil-popolazzjoni, l-iskarsezza tar-riżorsi u l-isfruttament mhux sostenibbli, id-degradazzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni joħolqu sfidi bla preċedent li jirrikjedu t-trasformazzjoni tas-sistema alimentari (FOOD 2030).20 Il-produzzjoni u l-konsum tal-ikel attwali fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex sostenibbli, filwaqt li qed naffaċċaw il-piż doppju tal-malnutrizzjoni, ikkaratterizzat mill-koeżistenza tan-nuqqas ta' nutrizzjoni u l-obeżità. Is-sistemi alimentari futuri jridu jipprovdu ikel sikur, san u ta' kwalità suffiċjenti għal kulħadd, u li jkunu msejsin fuq l-użu effiċjenti tar-riżorsi, is-sostenibbiltà (inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet GHG, it-tniġġis u l-produzzjoni tal-iskart), il-konnessjoni bejn l-art u l-ambjenti akkwatiċi, inqas ħela ta' ikel, it-titjib tal-produzzjoni tal-ikel u li jinkludi l-"katina tal-valur alimentari" kollha mill-produtturi sal-konsumaturi, u lura. Dan irid jimxi id f'id mal-iżvilupp tas-sistema tas-sikurezza alimentari tal-futur u d-disinn, l-iżvilupp u t-twassil tal-għodod, it-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet diġitali li jipprovdu benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi u jtejbu l-kompetittività, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-katina tal-valur alimentari. Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li jitrawwmu bidliet fl-imġiba fil-konsum tal-ikel u fit-tendenzi tal-produzzjoni, pereżempju permezz tat-tikkettar tal-ikel, kif ukoll biex jiġu involuti aħjar l-atturi kollha, inklużi l-konsumaturi, il-produtturi primarji, l-industrija (inkluż SMEs), il-bejjiegħa bl-imnut, is-setturi tas-servizzi alimentari, il-konsumaturi u s-servizzi pubbliċi.

__________________

__________________

20 SWD(2016) 319 final: Riċerka u Innovazzjoni Ewropea għas-Sigurtà Alimentari u Nutrizzjonali

20 SWD(2016) 319 final: Riċerka u Innovazzjoni Ewropea għas-Sigurtà Alimentari u Nutrizzjonali

Emenda    171

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Dieti sostenibbli u sani għall-benesseri tal-persuni tul il-ħajja tagħhom;

–  Dieti sostenibbli u sani għall-benesseri tal-persuni tul il-ħajja tagħhom; li jiżguraw li s-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel u tal-ipproċessar tiegħu jkunu ddisinjati mil-livell l-aktar baxx 'il fuq b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet nutrizzjonali;

Emenda    172

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  L-użu ta' teknoloġiji ġenomiċi u metabolomiċi ġodda li jirrikonoxxu u jissodisfaw il-ħtiġijiet nutrittivi differenti tal-popolazzjoni globali tagħna;

Emenda    173

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Nutrizzjoni personalizzata speċjalment għall-gruppi vulnerabbli, sabiex jiġu mitigati l-fatturi ta' riskju għal mard marbut mad-dieta u l-mard mhux komunikabbli;

–  Approċċi ġodda għan-nutrizzjoni speċjalment għall-gruppi vulnerabbli, sabiex jiġu mitigati l-fatturi ta' riskju għal mard marbut mad-dieta u l-mard mhux komunikabbli, inkluża l-intolleranza alimentari;

Emenda    174

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-imġiba, l-istil ta' ħajja u l-motivazzjonijiet tal-konsumaturi, il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali u l-involviment tas-soċjetà għal saħħa u sostenibbiltà ambjentali aħjar tul il-katina tal-valur alimentari kollha;

–  L-imġiba, l-istil ta' ħajja u l-motivazzjonijiet tal-konsumaturi, analizzati minn perspettiva multidixxiplinari (psikoloġika u kulturali), il-promozzjoni tal-innovazzjoni soċjali u l-involviment tas-soċjetà għal saħħa u sostenibbiltà ambjentali aħjar tul il-katina tal-valur alimentari kollha;

Emenda    175

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Is-sikurezza alimentari moderna u s-sistemi ta' awtentiċità, it-titjib tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-sistema alimentari;

–  Is-sikurezza alimentari moderna u s-sistemi ta' traċċabbiltà u awtentiċità, it-titjib tal-fiduċja tal-konsumaturi fis-sistema alimentari;

Emenda    176

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  L-identifikazzjoni tas-sorsi ta' proteini u l-iżvilupp ulterjuri tal-pjanti tal-proteini u l-ipproċessar tagħhom għall-użu bħala ikel u għalf

Emenda    177

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Sistemi alimentari ambjentalment sostenibbli, ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi mill-baħar u l-art, lejn it-tmiem tal-ħela tal-ikel tul is-sistema alimentari kollha, permezz ta' użu mill-ġdid tal-ikel u l-bijomassa, ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-ikel, imballaġġ ġdid tal-ikel, id-domanda għal ikel maħsub apposta u ikel lokali;

–  Sistemi alimentari ambjentalment sostenibbli, ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi mill-art u mill-ambjenti akkwatiċi, lejn it-tmiem tal-ħela tal-ikel tul is-sistema alimentari kollha, permezz ta' użu mill-ġdid tal-ikel u l-bijomassa, ir-riċiklaġġ tal-iskart tal-ikel, imballaġġ ġdid tal-ikel, id-domanda għal ikel maħsub apposta u ikel lokali;

Emenda    178

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Sistemi ta' innovazzjoni u alimentari għall-innovazzjoni bbażata fuq il-post u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-komunitajiet, it-trawwim ta' kummerċ u prezzar ġusti, l-inklużività u s-sostenibbiltà permezz ta' sħubiji bejn l-industrija, l-awtoritajiet lokali, ir-riċerkaturi u s-soċjetà.

–  Sistemi ta' innovazzjoni u alimentari għall-innovazzjoni bbażata fuq il-post u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-komunitajiet, it-trawwim ta' kummerċ u prezzar ġusti, l-inklużività u s-sostenibbiltà permezz ta' sħubiji bejn l-industriji, l-awtoritajiet lokali, ir-riċerkaturi u s-soċjetà.

Emenda    179

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  L-iżvilupp tal-bijoekonomija ċirkolari, l-immassimizzar taċ-ċikli ta' pproċessar u produzzjoni tal-ikel bil-għan li jiġi ottimizzat il-valur tar-riżorsi tagħna u jiġi minimizzat l-impatt ambjentali

Emenda    180

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-innovazzjoni b'bażi bijoloġika tħejji l-pedament għat-tranżizzjoni lil hinn minn ekonomija bbażata fuq il-fjuwils fossili billi tinkludi sorsi sostenibbli, l-ipproċessar industrijali u l-konverżjoni tal-bijomassa mill-baħar u l-art f'materjali u prodotti b'bażi bijoloġika. Din tikkapitalizza wkoll fuq il-potenzjal tar-riżorsi ħajjin, ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija industrijali għal skoperti, prodotti u proċessi ġodda. L-innovazzjoni b'bażi bijoloġika, inkluż it-teknoloġiji, tista' ġġib attivitajiet ekonomiċi ġodda u impjiegi fir-reġjuni u l-bliet, tikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji rurali u kostali u ssaħħaħ iċ-ċirkolarità tal-bijoekonomija.

L-innovazzjoni b'bażi bijoloġika tħejji l-pedament għat-tranżizzjoni lil hinn minn ekonomija bbażata fuq il-fjuwils fossili billi tinkludi sorsi sostenibbli, l-ipproċessar industrijali u l-konverżjoni tal-bijomassa mill-ilma u l-art f'materjali u prodotti b'bażi bijoloġika. Din tikkapitalizza wkoll fuq il-potenzjal tar-riżorsi ħajjin, ix-xjenzi tal-ħajja u l-bijoteknoloġija industrijali kif ukoll il-ħidma ta' standardizzazzjoni li għaddejja għal skoperti, prodotti u proċessi ġodda. L-innovazzjoni b'bażi bijoloġika, inkluż it-teknoloġiji, tista' ġġib attivitajiet ekonomiċi ġodda u impjiegi fir-reġjuni u l-bliet, tikkontribwixxi għar-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji rurali u kostali u ssaħħaħ iċ-ċirkolarità tal-bijoekonomija, biex b'hekk tiġi appoġġata t-tranżizzjoni lejn soċjetà b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi.

Emenda    181

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-sistemi ta' innovazzjoni b'bażi bijoloġika jeħtieġu kollaborazzjoni bejn is-setturi u l-katina tal-valur. Il-potenzjal u l-impatt ta' sorsi differenti ta' bijomassa jenħtieġ li jiġu vvalutati bir-reqqa.

Emenda    182

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.6 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  L-issorsjar tal-bijomassa u sistemi tal-produzzjoni sostenibbli, li jiffukaw fuq applikazzjonijiet u użi ta' valur għoli, sostenibbiltà soċjali u ambjentali, l-impatt fuq il-miri ta' tnaqqis klimatiċi u tal-bijodiversità effiċjenza fl-użu tar-riżorsi b'mod ġenerali;

–  L-issorsjar tal-bijomassa u sistemi tal-produzzjoni sostenibbli u ekwitabbli, li jiffukaw fuq applikazzjonijiet u użi ta' valur għoli, sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali, l-impatt fuq il-miri ta' tnaqqis klimatiċi u tal-bijodiversità effiċjenza fl-użu tar-riżorsi b'mod ġenerali;

Emenda    183

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.6 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ktajjen tal-valur b'bażi bijoloġika, materjali, inkluż materjali, prodotti u proċessi bijoinspirati li għandhom kwalitajiet, funzjonalitajiet u sostenibbiltà mtejba ġodda (inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra), li jrawmu l-iżvilupp ta' bijoraffineriji avvanzati li jużaw firxa usa' ta' bijomassa;

–  Ktajjen tal-valur b'bażi bijoloġika, materjali, inkluż materjali, prodotti u proċessi bijoinspirati li għandhom kwalitajiet, funzjonalitajiet u sostenibbiltà mtejba ġodda (inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra), li jrawmu l-iżvilupp ta' bijoraffineriji avvanzati li jużaw firxa usa' ta' bijomassa u li jiżviluppaw aktar il-fjuwils bijoġeniċi eżistenti u ġodda; użu aħjar ta' prodotti intermedjarji u skart b'bażi bijoloġika

Emenda    184

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.6 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Il-bijoteknoloġija, inkluż bijoteknoloġija transsettorjali mill-aktar avvanzata, għall-applikazzjoni fi proċessi industrijali, servizzi ambjentali u prodotti għall-konsumaturi kompetittivi, sostenibbli u ġodda21;

–  Il-bijoteknoloġija, inkluż bijoteknoloġija transsettorjali mill-aktar avvanzata, għall-applikazzjoni fi proċessi agrikoli, industrijali, servizzi ambjentali u prodotti għall-konsumaturi kompetittivi, sostenibbli u ġodda21;

__________________

__________________

21 L-applikazzjonijiet bijoteknoloġiċi tas-saħħa se jiġu indirizzati mir-Raggruppament tas-Saħħa skont dan il-pilastru.

21 L-applikazzjonijiet bijoteknoloġiċi tas-saħħa se jiġu indirizzati mir-Raggruppament tas-Saħħa skont dan il-pilastru.

Emenda    185

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.6 – paragrafu 2 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Iċ-ċirkolarità tal-ekonomija b'bażi bijoloġika permezz tal-innovazzjoni teknoloġija, sistemika, soċjali u tal-mudell tan-negozju sabiex jiżdied b'mod radikali l-valur iġġenerat għal kull unità ta' riżorsi bijoloġiċi, filwaqt li l-valur ta' tali riżorsi jinżamm fl-ekonomija għal aktar żmien u jiġi appoġġat il-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa sostenibbli permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni;

–  Iċ-ċirkolarità tal-ekonomija b'bażi bijoloġika permezz tal-innovazzjoni teknoloġija, sistemika, soċjali u tal-mudell tan-negozju sabiex jiżdied il-valur iġġenerat għal kull unità ta' riżorsi bijoloġiċi, filwaqt li l-valur ta' tali riżorsi jinżamm fl-ekonomija għal aktar żmien u jiġu appoġġati it-tranżizzjoni lejn materjali sostenibbli u l-prinċipju tal-użu kaskata tal-bijomassa sostenibbli permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni;

Emenda    186

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.6 – paragrafu 2 – inċiż 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Ktajjen ta' valur b'bażi bijoloġika, inklużi materjal ġdid innovattiv, kombinamenti ta' materjali u kunċetti u prodotti innovattivi oħra.

Emenda    187

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi tal-produzzjoni u l-konsum ċirkolari se jipprovdu benefiċċji għall-ekonomija Ewropea billi jnaqqsu d-dipendenza fuq ir-riżorsi u jżidu l-kompetittività tal-intrapriżi, u għaċ-ċittadini Ewropej billi joħolqu opportunitajiet ta' impjiegi ġodda u jnaqqsu l-pressjonijiet minn fuq l-ambjent u l-klima. Lil hinn mit-trasformazzjoni industrijali, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u ċirkolari, se tkun teħtieġ ukoll tranżizzjoni tas-sistema usa' li tirrikjedi soluzzjonijiet ekoinnovattivi sistemiċi, mudelli tan-negozju, swieq u investimenti ġodda, infrastruttura ta' ffaċilitar, bidliet ta' innovazzjoni soċjali fl-imġiba tal-konsumaturi, u mudelli ta' governanza li jistimolaw il-kollaborazzjoni bejn diversi partijiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat li l-bidla fis-sistema maħsuba twassal għal eżiti ekonomiċi, ambjentali u soċjali aħjar. Il-ftuħ ta' kooperazzjoni internazzjonali se jkun importanti għall-komparabbiltà, il-ġenerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-evita tad-dupplikazzjoni tal-isforzi, eż. permezz ta' inizjattivi internazzjonali bħall-Panel Internazzjonali tar-Riżorsi.

Is-sistemi tal-produzzjoni u l-konsum ċirkolari se jipprovdu benefiċċji għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropea billi jnaqqsu d-dipendenza fuq ir-riżorsi u jżidu l-kompetittività tal-intrapriżi, u għaċ-ċittadini Ewropej billi joħolqu opportunitajiet ta' impjiegi ġodda u jnaqqsu l-pressjonijiet minn fuq l-ambjent u l-klima. Lil hinn mit-trasformazzjoni industrijali, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u ċirkolari, se tkun teħtieġ ukoll tranżizzjoni tas-sistema usa' li tirrikjedi soluzzjonijiet ekoinnovattivi sistemiċi, mudelli tan-negozju, swieq u investimenti ġodda, ir-reviżjoni jew l-iżvilupp ta' standards ġodda, infrastruttura ta' ffaċilitar, bidliet ta' innovazzjoni soċjali fl-imġiba tal-konsumaturi, u mudelli ta' governanza li jistimolaw il-kollaborazzjoni bejn diversi partijiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat li l-bidla fis-sistema maħsuba twassal għal eżiti ekonomiċi, ambjentali u soċjali aħjar. Fejn xieraq, il-ftuħ ta' kooperazzjoni internazzjonali jista' jkun importanti għall-komparabbiltà, il-ġenerazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-evita tad-dupplikazzjoni tal-isforzi, eż. permezz ta' inizjattivi internazzjonali bħall-Panel Internazzjonali tar-Riżorsi.

__________________

__________________

22 L-attivitajiet fil-Qasam ta' Intervent tas-Sistemi Ċirkolari huma kumplimentari għal dawk tal-Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju u l-Industrija Nadifa fir-raggruppament tas-Settur Diġitali u l-Industrija.

22 L-attivitajiet fil-Qasam ta' Intervent tas-Sistemi Ċirkolari huma komplementari għal dawk tal-Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju u l-Industrija Nadifa fir-raggruppament tas-Settur Diġitali u l-Industrija.

Emenda    188

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  It-tranżizzjoni sistemika lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ċirkolari, b'paradigmi ġodda fl-interazzjoni tal-konsumaturi, mudelli ta' negozju ġodda għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u prestazzjoni ambjentali; prodotti u servizzi li jistimolaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu; sistemi għall-kondiviżjoni, l-użu mill-ġdid, it-tiswija, il-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-ikkompostjar;

–  It-tranżizzjoni sistemika lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ċirkolari, b'paradigmi ġodda fl-interazzjoni tal-konsumaturi, mudelli ta' negozju ġodda għall-użu effiċjenti tar-riżorsi u tal-enerġija u prestazzjoni ambjentali; prodotti u servizzi li jistimolaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu; sistemi għall-kondiviżjoni, l-użu mill-ġdid, it-tiswija, il-manifattura mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-ikkompostjar;

Emenda    189

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Soluzzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli u reġenerattiv tal-bliet, taż-żoni u r-reġjuni periurbani, l-integrazzjoni tat-trasformazzjoni tal-ekonomija ċirkolari ma' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u innovazzjonijiet ta' governanza teknoloġika, diġitali, soċjali, kulturali u territorjali;

–  Soluzzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli u reġenerattiv tal-bliet, taż-żoni u r-reġjuni periurbani u rurali, l-integrazzjoni tat-trasformazzjoni tal-ekonomija ċirkolari ma' soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u innovazzjonijiet ta' governanza teknoloġika, diġitali, soċjali, kulturali u territorjali;

Emenda    190

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  Adattament għal approċċ totalment ċirkolari li jinvolvi l-ġestjoni innovativa tal-iskart u s-soluzzjonijiet ta' trattament li jippermettu l-irkupru tar-riżorsi u n-nutrijenti kif ukoll il-ġestjoni tal-iskart tal-ikel f'żoni urbani;

Emenda    191

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ekoinnovazzjoni għall-prevenzjoni u rimedju tat-tniġġis ambjentali minn sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi ta' tħassib emerġenti; eżaminazzjoni wkoll tal-interfaċċa bejn is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart;

–  Ekoinnovazzjoni għall-prevenzjoni u rimedju tat-tniġġis ambjentali minn sustanzi perikolużi u sustanzi kimiċi ta' tħassib emerġenti; eżaminazzjoni wkoll tal-interfaċċa bejn l-ekosistemi, is-sustanzi kimiċi, il-prodotti u l-iskart;

Emenda    192

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 5 – punt 5.2 – punt 5.2.7 – paragrafu 2 – inċiż 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Għarfien akbar tal-mexxejja u tal-ostakli għad-dħul ta' prodotti b'bażi bijoloġika permezz ta' riċerka dwar il-marka tal-ekonomija ċirkolari, l-ittikkettar, l-applikazzjoni tal-istandards, l-iskemi ta' ċertifikazzjoni, l-akkwist pubbliku u l-attivitajiet regolatorji, inkluż minn perspettiva globali ta' kompetizzjoni.

Emenda    193

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-evidenza ta' kwalità għolja u li tista' tiġi fdata hija essenzjali għal politiki pubbliċi tajbin. Inizjattivi u proposti ġodda għal-leġiżlazzjoni tal-UE jridu evidenza trasparenti, komprensiva u bilanċjata, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-politiki trid evidenza sabiex jiġu mkejla u mmonitorjati l-impatt u l-progress tagħhom.

L-evidenza ta' kwalità għolja u li tista' tiġi fdata hija essenzjali għal politiki pubbliċi tajbin. Inizjattivi u proposti ġodda għal-leġiżlazzjoni tal-UE jridu evidenza trasparenti, komprensiva u bilanċjata, filwaqt li l-implimentazzjoni tal-politiki trid evidenza u trasparenza sabiex jiġu mkejla u mmonitorjati l-impatt u l-progress tagħhom.

Emenda    194

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għarfien u d-data qed jikbru b'mod esponenzjali. Sabiex dawk li jfasslu l-politika jifhmu u jużaw din id-data, għandha tiġi riveduta u ffiltrata. Hemm ukoll il-ħtieġa għal metodi xjentifiċi trasversali u għodod analitiċi sabiex jintużaw mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni, speċjalment biex jiġu antiċipati sfidi tas-soċjetà ġodda u tiġi appoġġata regolamentazzjoni aħjar. Dan jinkludi proċessi innovattivi sabiex jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini fi kwistjonijiet ta' tfassil ta' politika.

L-għarfien u d-data qed jikbru b'mod esponenzjali. Sabiex dawk li jfasslu l-politika jifhmu u jużaw din id-data, għandha tiġi riveduta u ffiltrata. Hemm ukoll il-ħtieġa għal metodi xjentifiċi trasversali u għodod analitiċi sabiex jintużaw mis-servizzi kollha tal-Kummissjoni, speċjalment biex jiġu antiċipati l-isfidi tas-soċjetà ġodda u/jew tingħata risposta f'waqtha u tiġi appoġġata regolamentazzjoni aħjar. Dan jinkludi proċessi innovattivi sabiex jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini fi kwistjonijiet ta' tfassil ta' politika.

Emenda    195

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ġestjoni tad-data, kondiviżjoni tad-data u koerenza.

–  Ġestjoni tad-data FAIR, kondiviżjoni tad-data u koerenza.

Emenda    196

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.2.2.  Sfidi Globali

6.2.2.  Sfidi Globali u Kompetittività Ewropea

Emenda    197

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-politiki u l-impenji speċifiċi tal-UE li huma indirizzati mill-ħames raggruppamenti tal-Isfidi Globali, b'mod partikolari l-impenn tal-UE lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-politiki u l-impenji speċifiċi tal-UE li huma indirizzati mis-sitt raggruppamenti tal-Isfidi Globali, b'mod partikolari l-impenn tal-UE lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli.

Emenda    198

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Soċjetà inklużiva u sigura

2.  Soċjetà inklużiva u kreattiva

Emenda    199

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Riċerka dwar l-inugwaljanzi, il-faqar u l-esklużjoni, il-mobbiltà soċjali, id-diversità kulturali u l-ħiliet; valutazzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjali, demografiċi u teknoloġiċi fuq l-ekonomija u s-soċjetà;

–  Riċerka dwar l-inugwaljanzi, il-faqar u l-esklużjoni, il-mobbiltà soċjali, id-diversità kulturali u l-ħiliet; valutazzjoni tat-trasformazzjonijiet soċjali, demografiċi, ġeografiċi u teknoloġiċi fuq l-ekonomija u s-soċjetà;

Emenda    200

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Appoġġ għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali;

–  Riċerka dwar il-kontribut ekonomiku u soċjali tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż l-iżvilupp ta' statistiċi u appoġġ għall-konservazzjoni tal-patrimonju kulturali tanġibbli u intanġibbli;

Emenda    201

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 2 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  Riċerka dwar l-impatt soċjali tal-bidliet xjentifiċi u teknoloġiċi fl-Istati Membri u r-reġjuni, inklużi ċ-ċittadini;

Emenda    202

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Soċjetà Sigura

Emenda    203

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Diġitali u Industrija

3.  Diġitali, Industrija u Spazju

Emenda    204

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 3 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Riċerka dwar in-nanoteknoloġija u Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali oħrajn;

imħassar

 

 

Emenda    205

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 4 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija u t-trasport, it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u strateġiji għad-dekarbonizzazzjoni lejn l-2050; analiżi ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar il-klima u l-enerġija; valutazzjoni tal-mogħdija tad-dekarbonizzazzjoni fis-setturi kollha, inkluż l-agrikoltura u l-Użu tal-Art u l-Bidla fl-Użu tal-Art u l-Forestrija;

–  Appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE dwar il-klima, l-enerġija u t-trasport, l-iżblokk ta' xenarji għat-tranżizzjoni lejn ekonomija mingħajr emissjonijiet netti ta' gassijiet b'effett serra, inklużi it-teknoloġiji b'użu baxx tal-karbonju u strateġiji għad-dekarbonizzazzjoni; analiżi ta' pjanijiet nazzjonali integrati dwar il-klima u l-enerġija; valutazzjoni tal-mogħdija tad-dekarbonizzazzjoni fis-setturi kollha, inkluż l-agrikoltura u l-Użu tal-Art u l-Bidla fl-Użu tal-Art u l-Forestrija;

Emenda    206

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 4 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Valutazzjoni tar-riskji fl-ekosistemi vulnerabbli u setturi ekonomiċi u infrastruttura kritiċi, b'fokus fuq l-istrateġiji ta' adattament;

–  Valutazzjoni tar-riskji u s-soluzzjonijiet potenzjali għall-ekosistemi vulnerabbli u setturi ekonomiċi u infrastruttura kritiċi, b'fokus fuq l-istrateġiji ta' mitigazzjoni u adattament;

Emenda    207

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 4 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Analiżi tad-dimensjoni tar-R&I tal-Unjoni tal-Enerġija; valutazzjoni tal-kompetittività tal-UE fis-suq tal-enerġija nadifa globali;

–  Analiżi tad-dimensjoni tar-R&I tal-Unjoni tal-Enerġija; valutazzjoni tal-kompetittività tal-UE fis-suq tal-enerġija nadifa globali, b'mod partikolari dik tal-enerġija rinnovabbli;

Emenda    208

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 4 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Analiżi tal-użu tal-enerġija tal-bini, ta' bliet intelliġenti u sostenibbli u tal-industriji;

–  Analiżi tal-użu tal-enerġija u l-potenzjal ta' mitigazzjoni tat-tibdil tal-klima tal-bini, ta' bliet intelliġenti u sostenibbli u tal-industriji;

Emenda    209

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 4 – inċiż 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Appoġġ għat-tranżizzjoni tal-enerġija, inkluż il-Patt tas-Sindki, enerġija nadifa għall-gżejjer tal-UE, ir-reġjuni sensittivi u l-Afrika;

–  Appoġġ għat-tranżizzjoni lejn sistemi ta' enerġija mingħajr użu tal-karbonju, inklużi sistemi bażi effiċjenti u rinnovabbli għoljin;

Emenda    210

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ikel u Riżorsi Naturali

5.  Ikel, Riżorsi Naturali u Agrikoltura

Emenda    211

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 5 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Riċerka dwar l-art, il-ħamrija, il-foresti, l-arja, l-ilma, ir-riżorsi marini, il-materja prima u l-bijodiversità biex tappoġġa l-preservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli effettivi tal-kapital naturali, inkluż il-ġestjoni tar-riżorsi sostenibbli fl-Afrika;

–  Riċerka dwar l-art, il-ħamrija, il-foresti, l-arja, l-ilma, ir-riżorsi marini, il-materja prima u l-bijodiversità biex tappoġġa l-preservazzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli effettivi tal-kapital naturali, inkluż il-ġestjoni tar-riżorsi ekwitabbli u sostenibbli fl-Afrika;

Emenda    212

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 5 – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Valutazzjoni tat-tibdil fil-klima u miżuri potenzjali ta' mitigazzjoni u adattament għall-politiki tal-agrikoltura u s-sajd, inkluża s-sigurtà alimentari;

–  Valutazzjoni tat-tibdil fil-klima u miżuri potenzjali ta' mitigazzjoni u adattament għall-politiki tal-agrikoltura, is-sajd u l-forestrija, inkluża s-sigurtà alimentari;

Emenda    213

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.2 – paragrafu 2 – punt 5 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Monitoraġġ u tbassir ta' riżorsi agrikoli fil-pajjiżi tal-UE u tal-viċinat;

–  Monitoraġġ u tbassir ta' riżorsi agrikoli u tal-forestrija fil-pajjiżi tal-UE u tal-viċinat;

Emenda    214

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija. Se jappoġġa l-funzjonament tas-suq intern u l-governanza ekonomika tal-Unjoni. Se jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-monitoraġġ ta' politiki li jimmiraw lejn Ewropa aktar soċjali u sostenibbli. Se jappoġġa d-dimensjoni esterna tal-UE u l-għanijiet internazzjonali u se jgħin fil-promozzjoni tal-governanza tajba. Suq intern li jiffunzjona tajjeb b'governanza ekonomika b'saħħitha u sistema soċjali ġusta jrawwem l-innovazzjoni u l-kompetittività.

Il-JRC se jikkontribwixxi għall-innovazzjoni u t-trasferiment tat-teknoloġija. Se jappoġġa l-funzjonament tas-suq intern u l-governanza ekonomika tal-Unjoni. Se jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-monitoraġġ ta' politiki li jimmiraw lejn Ewropa aktar soċjali u sostenibbli. Se jappoġġa d-dimensjoni esterna tal-UE u l-għanijiet internazzjonali u se jgħin fil-promozzjoni tal-governanza tajba. Suq intern li jiffunzjona tajjeb b'governanza ekonomika b'saħħitha u sistema soċjali ġusta jrawwem l-innovazzjoni, il-kompetittività, il-ħolqien tax-xogħol, l-inklużjoni soċjali u l-benesseri.

Emenda    215

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.4 – paragrafu 2 – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Xjenza miftuħa u data miftuħa.

–  Xjenza miftuħa u data miftuħa FAIR.

Emenda    216

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti II – punt 6 – punt 6.2 – punt 6.2.5 – paragrafu 2 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Implimentazzjoni ta' politiki reġjonali u urbani, strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, strateġiji għal trasformazzjoni ekonomika ta' reġjuni fi tranżizzjoni, strateġiji u data ta' żvilupp urban integrat;

–  Implimentazzjoni ta' politiki reġjonali u urbani, strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti, strateġiji għal trasformazzjoni ekonomika ta' reġjuni fi tranżizzjoni, strateġiji u data ta' żvilupp urban u rurali integrat;

Emenda    217

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

III  INNOVAZZJONI MIFTUĦA

III  EWROPA INNOVATTIVA

L-innovazzjoni miftuħa hija paradigma vitali sabiex l-UE tkun tista' tkompli twassal il-prosperità liċ-ċittadini tagħha u tindirizza l-isfidi tal-futur. L-implimentazzjoni tagħha tirrikjedi approċċ sistemiku, trażversali u b'diversi angoli. Il-progress ekonomiku, il-benesseri soċjali u l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa jiddependu fuq l-abbiltà tagħha li tagħti spinta lill-produttività u t-tkabbir li, min-naħa tagħhom, jiddependu ħafna fuq l-abbiltà tagħha li tkun innovattiva. L-innovazzjoni hija wkoll ewlenija biex issib soluzzjoni għall-isfidi l-kbar li jinsabu 'l quddiem għall-UE.

L-innovazzjoni miftuħa hija paradigma vitali sabiex l-UE tkun tista' tkompli twassal il-prosperità liċ-ċittadini tagħha u tindirizza l-isfidi tal-futur. L-implimentazzjoni tagħha tirrikjedi approċċ sistemiku, trażversali u b'diversi angoli. Il-progress ekonomiku, il-benesseri soċjali u l-kwalità tal-ħajja fl-Ewropa jiddependu fuq l-abbiltà tagħha li tagħti spinta lill-produttività u t-tkabbir li, min-naħa tagħhom, jiddependu ħafna fuq l-abbiltà tagħha li tkun innovattiva. L-innovazzjoni hija wkoll ewlenija biex issib soluzzjoni għall-isfidi l-kbar li jinsabu 'l quddiem għall-UE.

Bħall-predeċessuri tagħha, l-Innovazzjoni tinsab fil-qalba ta' Orizzont Ewropa. It-tfittxija għal ideat, prodotti u proċessi ġodda qed tixpruna l-għanijiet u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, mill-ipprogrammar strateġiku sas-sejħiet, u hija preżenti mill-bidu sal-aħħar ta' kwalunkwe proġett appoġġat, mir-riċerka bażika sal-pjanijiet direzzjonali u l-missjonijiet industrijali jew teknoloġiċi.

Bħall-predeċessuri tagħha, l-Innovazzjoni tinsab fil-qalba ta' Orizzont Ewropa. It-tfittxija għal ideat, prodotti u proċessi ġodda qed tixpruna l-għanijiet u l-modalitajiet ta' implimentazzjoni ta' Orizzont Ewropa, mill-ipprogrammar strateġiku sas-sejħiet, u hija preżenti mill-bidu sal-aħħar ta' kwalunkwe proġett appoġġat, mir-riċerka bażika sal-pjanijiet direzzjonali u l-missjonijiet industrijali jew teknoloġiċi.

Iżda, l-innovazzjoni jistħoqqilha miżuri speċifiċi, għaliex l-UE trid b'mod deċiżiv ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-ambjent li fihom l-innovazzjoni Ewropea tista' tikber, biex b'hekk l-ideat ikunu jistgħu jiġu kondiviżi malajr bejn l-atturi fl-ekosistema tal-innovazzjoni, u ideat u teknoloġiji ġodda jiġu ttrasformati malajr fil-prodotti u s-servizzi li l-UE hija meħtieġa li twassal.

Iżda, l-innovazzjoni jistħoqqilha miżuri speċifiċi, għaliex l-UE trid b'mod deċiżiv ittejjeb il-kundizzjonijiet u l-ambjent li fihom l-innovazzjoni Ewropea tista' tikber, biex b'hekk l-ideat ikunu jistgħu jiġu kondiviżi malajr bejn l-atturi fl-ekosistema tal-innovazzjoni, u ideat u teknoloġiji ġodda jiġu ttrasformati malajr fil-prodotti u s-servizzi li l-UE hija meħtieġa li twassal.

Id-deċennji riċenti raw l-emerġenza ta' swieq ġodda maġġuri u globali fid-divertiment, il-midja, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-bejgħ bl-imnut, ibbażati fuq innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fl-ICT, fil-bijoteknoloġija u fl-ekonomija tal-internet u tal-pjattaforma. Dawn l-innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq, li jħallu impatt fuq l-ekonomija tal-UE b'mod ġenerali, jiġu varati minn kumpaniji li qed jikbru malajr u li spiss jkunu ġodda. Iżda huma biss il-ftit li joriġinaw fl-UE.

Id-deċennji riċenti raw l-emerġenza ta' swieq ġodda maġġuri u globali fid-divertiment, il-midja, il-komunikazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni u l-bejgħ bl-imnut, ibbażati fuq innovazzjonijiet rivoluzzjonarji fl-ICT, fil-bijoteknoloġija u fl-ekonomija tal-internet u tal-pjattaforma. Dawn l-innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq, li jħallu impatt fuq l-ekonomija tal-UE b'mod ġenerali, jiġu varati minn kumpaniji li qed jikbru malajr u li spiss jkunu ġodda. Iżda huma biss il-ftit li joriġinaw u jiffjorixxu fl-UE.

Qed nistennew mewġa globali ġdida ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, waħda li se tkun ibbażata fuq teknoloġiji aktar deep-tech bħall-block-chain, l-intelliġenza artifiċjali, il-ġenomika u r-robotika, u teknoloġiji oħrajn, li wkoll jistgħu jirriżultaw minn innovaturi individwali u komunitajiet ta' ċittadini. Li għandhom komuni bejniethom huwa l-fatt li qed jissawru fl-intersezzjoni bejn teknoloġiji, setturi tal-industrija u dixxiplini xjentifiċi differenti, li joffru kombinazzjonijiet radikalment ġodda ta' prodotti, proċessi, servizzi u mudelli tan-negozju u li għandhom il-potenzjal li jiftħu swieq ġodda madwar id-dinja. Se jintlaqtu wkoll setturi addizzjonali bħall-manifattura, is-servizzi finanzjarji, it-trasport jew l-enerġija.

Qed nistennew mewġa globali ġdida ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u fixkiela, inklużi innovazzjonijiet soċjali u teknoloġiċi, waħda li se tkun ibbażata fuq teknoloġiji aktar deep-tech bħall-block-chain, l-intelliġenza artifiċjali, il-ġenomika u r-robotika, u teknoloġiji oħrajn, li wkoll jistgħu mhux biss jirriżultaw minn kumpaniji jew organizzazzjonijiet ta' riċerka, iżda wkoll minn innovaturi individwali u komunitajiet ta' ċittadini. Li għandhom komuni bejniethom huwa l-fatt li qed jissawru fl-intersezzjoni bejn teknoloġiji, setturi tal-industrija u dixxiplini xjentifiċi differenti, li joffru kombinazzjonijiet radikalment ġodda ta' prodotti, proċessi, servizzi, standards u mudelli tan-negozju u li għandhom il-potenzjal li jiftħu swieq ġodda madwar id-dinja. Se jintlaqtu wkoll setturi addizzjonali bħall-manifattura, is-servizzi finanzjarji, it-trasport jew l-enerġija.

L-Ewropa għandha taħtaf l-opportunità li se ġġib magħha din il-mewġa. Tinsab f'pożizzjoni ideali hekk kif il-mewġa l-ġdida tolqot l-oqsma ta' teknoloġija deep-tech, bħall-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji quantum, is-sorsi tal-enerġija nadifa, fejn l-Ewropa għandha xi vantaġġi kompetittivi fir-rigward tax-xjenza u l-għarfien, u tista' tibni fuq kooperazzjoni pubblika-privata mill-qrib (eż. fil-kura tas-saħħa jew l-enerġija).

L-Ewropa għandha taħtaf l-opportunità li se ġġib magħha din il-mewġa. Tinsab f'pożizzjoni ideali hekk kif il-mewġa l-ġdida tolqot l-oqsma ta' teknoloġija deep-tech, bħall-intelliġenza artifiċjali, it-teknoloġiji quantum, is-sorsi tal-enerġija nadifa, fejn l-Ewropa għandha xi vantaġġi kompetittivi fir-rigward tax-xjenza u l-għarfien, u tista' tibni fuq kooperazzjoni pubblika-privata mill-qrib (eż. fil-kura tas-saħħa jew l-enerġija).

Sabiex l-Ewropa tkun tista' tmexxi din il-mewġa ta' innovazzjoni rivoluzzjonarja, iridu jiġu indirizzati l-isfidi sottostanti li ġejjin:

Sabiex l-Ewropa tkun tista' tmexxi din il-mewġa ta' innovazzjoni rivoluzzjonarja, iridu jiġu indirizzati l-isfidi sottostanti li ġejjin:

–   Titjib it-trasformazzjoni tax-xjenza fl-innovazzjoni sabiex jaċċellera t-trasferiment tal-ideat, it-teknoloġiji u t-talent mill-bażi tar-riċerka għal negozji ġodda u l-industrija;

–   Titjib it-trasformazzjoni tax-xjenza fl-innovazzjoni sabiex jaċċellera t-trasferiment tal-ideat, it-teknoloġiji u t-talent mill-bażi tar-riċerka għal negozji ġodda u l-industrija;

 

-  Żieda fil-kollaborazzjoni bejn it-tipi kollha ta' innovaturi, b'mod partikolari bejn in-negozji ġodda, l-SMEs u kumpaniji akbar, li ttejjeb il-qawwa mexxejja tagħhom u toħloq ekosistemi ġodda.

–   It-tħaffif tat-trasformazzjoni industrijali: L-industrija Ewropea waqgħet lura fl-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda u fl-espansjoni: 77 % taż-żgħażagħ u kumpaniji kbar tar-R&I jinsabu fl-Istati Uniti jew fl-Asja u 16 % biss huma bbażati fl-Ewropa;

–   It-tħaffif tat-trasformazzjoni industrijali: L-industrija Ewropea waqgħet lura fl-adozzjoni ta' teknoloġiji ġodda u fl-espansjoni: 77 % taż-żgħażagħ u kumpaniji kbar tar-R&Ż jinsabu fl-Istati Uniti jew fl-Asja u 16 % biss huma bbażati fl-Ewropa;

–   Żieda fil-finanzjament ta' riskju sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fil-finanzjament: L-innovaturi tal-Ewropa għandhom problema ta' provvista baxxa ta' finanzjament ta' riskju. Il-kapital ta' riskju huwa kruċjali sabiex innovazzjonijiet rivoluzzjonarji jinbidlu f'kumpaniji ta' livell dinji iżda, fl-Ewropa, dan jammonta għal inqas minn kwart tal-ammonti milħuqin fl-Istati Uniti u l-Asja. L-Ewropa trid tissupera dan il-“Wied tal-mewt”, fejn l-ideat u l-innovazzjonijiet ma jaslux sas-suq minħabba d-distakk bejn l-appoġġ pubbliku u l-investiment privat, partikolarment fir-rigward ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji b'riskju għoli u l-investimenti fit-tul;

–   Żieda fil-finanzjament ta' riskju sabiex jiġu indirizzati l-lakuni fil-finanzjament: L-innovaturi tal-Ewropa għandhom problema ta' provvista baxxa ta' finanzjament ta' riskju. Il-kapital ta' riskju huwa kruċjali sabiex innovazzjonijiet rivoluzzjonarji jinbidlu f'kumpaniji ta' livell dinji iżda, fl-Ewropa, dan jammonta għal inqas minn kwart tal-ammonti milħuqin fl-Istati Uniti u l-Asja. L-Ewropa trid tissupera dan il-“Wied tal-mewt”, fejn l-ideat u l-innovazzjonijiet ma jaslux sas-suq minħabba d-distakk bejn l-appoġġ pubbliku u l-investiment privat, partikolarment fir-rigward ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji b'riskju għoli u l-investimenti fit-tul;

–   Jittejjeb u jiġi ssemplifikat il-pajsaġġ Ewropew għall-finanzjament u l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni: il-ħafna sorsi ta' finanzjament jipprovdu ambjent kumpless għall-innovaturi. L-intervent tal-UE għandu jikkoopera u jikkoordina ma' inizjattivi oħrajn fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, pubbliku u privat, sabiex il-kapaċitajiet ta' appoġġ jittejbu u jkunu allinjati aħjar, u jinħoloq ambjent li jista' jiġi navigat b'mod faċli għal kwalunkwe innovatur Ewropew;

–   Jittejjeb u jiġi ssemplifikat il-pajsaġġ Ewropew għall-finanzjament u l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni: il-ħafna sorsi ta' finanzjament jipprovdu ambjent kumpless għall-innovaturi. L-intervent tal-UE għandu jikkoopera u jikkoordina ma' inizjattivi oħrajn fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali, pubbliku u privat, sabiex il-kapaċitajiet ta' appoġġ jittejbu u jkunu allinjati aħjar, u jinħoloq ambjent li jista' jiġi navigat b'mod faċli għal kwalunkwe innovatur Ewropew;

–   Tissopravivi l-frammentazzjoni fl-ekosistema tal-innovazzjoni. Filwaqt li l-Ewropa qed tospita għadd dejjem qed jikber ta' hotspots, dawn mhumiex konnessi tajjeb. Kumpaniji b'potenzjal ta' tkabbir internazzjonali jkollhom jaffaċċaw il-frammentazzjoni tas-swieq nazzjonali bil-lingwi, il-kulturi tan-negozju u r-regolamenti differenti tagħhom.

–   Tissopravivi l-frammentazzjoni fl-ekosistema tal-innovazzjoni. Filwaqt li l-Ewropa qed tospita għadd dejjem qed jikber ta' hotspots, dawn mhumiex konnessi tajjeb. Kumpaniji b'potenzjal ta' tkabbir internazzjonali jkollhom jaffaċċaw il-frammentazzjoni tas-swieq nazzjonali bil-lingwi, il-kulturi tan-negozju u r-regolamenti differenti tagħhom.

Sabiex l-UE tkun tista' tittratta l-mewġa globali ġdida tal-innovazzjoni rivoluzzjonarji, l-appoġġ tagħha lejn l-innovaturi rivoluzzjonarji jirrikjedi approċċ aġli, sempliċi, bla xkiel u mfassal apposta. Il-politika għall-iżvilupp u l-varar ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u l-espansjoni tal-kumpaniji għandha tkun kuraġġuża fit-teħid tar-riskji u trid tikkunsidra l-isfidi msemmija hawn fuq u żżid il-valur mal-attivitajiet ta' innovazzjoni relatati implimentati minn kull Stat Membru individwali.

Sabiex l-UE tkun tista' tittratta l-mewġa globali ġdida tal-innovazzjoni rivoluzzjonarji, l-appoġġ tagħha lejn l-innovaturi rivoluzzjonarji jirrikjedi approċċ aġli, sempliċi, bla xkiel u mfassal apposta. Il-politika għall-iżvilupp u l-varar ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u l-espansjoni tal-kumpaniji għandha tkun kuraġġuża fit-teħid tar-riskji u trid tikkunsidra l-isfidi msemmija hawn fuq u żżid il-valur mal-attivitajiet ta' innovazzjoni relatati implimentati minn kull Stat Membru individwali.

Il-pilastru ta' Orizzont Ewropa tal-Innovazzjoni Miftuħa, b'kooperazzjoni ma' politiki oħrajn tal-UE u b'mod partikolari il-Programm InvestEU, huwa mfassal biex iwassal riżultati tanġibbli bħal dawn. Jibni fuq il-lezzjonijiet mitgħallma u fuq l-esperjneza miksuba skont il-programmi qafas preċedenti, b'mod partikolari minn attivitajiet li jimmiraw teknoloġiji u innovazzjoni futuri (bħal Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) u Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni (FTI), SMEs (bħall-Istrument tal-SME), iżda wkoll finanzjament privat u korporattiv (bħal RSFF tal-FP7, InnovFin ta' Orizzont 2020), ilkoll parti mill-attivitajiet tal-“pilota EIC” varati għall-perjodu 2018-2020.

Il-pilastru ta' Orizzont Ewropa tal-Ewropa Innovattiva, b'kooperazzjoni ma' politiki oħrajn tal-UE u b'mod partikolari il-Programm InvestEU, huwa mfassal biex iwassal riżultati tanġibbli bħal dawn. Jibni fuq il-lezzjonijiet mitgħallma u fuq l-esperjneza miksuba skont il-programmi qafas preċedenti, b'mod partikolari minn attivitajiet li jimmiraw teknoloġiji u innovazzjoni futuri (bħal Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) u Rotta Rapida lejn l-Innovazzjoni (FTI), SMEs (bħall-Istrument tal-SME), iżda wkoll finanzjament privat u korporattiv (bħal RSFF tal-FP7, InnovFin ta' Orizzont 2020), ilkoll parti mill-attivitajiet tal-“pilota EIC” varati għall-perjodu 2018-2020.

Abbażi ta' dawn l-esperjenzi, dan il-Pilastru jipprevedi t-tnedija ta' Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), li se jippromwovi l-innovazzjoni rivoluzzjonarja b'potenzjal ta' espansjoni rapida fil-livell globali u permezz ta' azzjonijiet u attivitajiet dedikati:

Abbażi ta' dawn l-esperjenzi, dan il-Pilastru jipprevedi t-tnedija ta' Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), li se jippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni rivoluzzjonarja b'potenzjal ta' espansjoni rapida fil-livell globali u permezz ta' azzjonijiet u attivitajiet dedikati:

–  L-appoġġ għall-iżvilupp ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji futuri u emerġenti;

–  L-appoġġ għall-iżvilupp ta' innovazzjonijiet rivoluzzjonarji futuri u emerġenti, inkluż permezz ta' riċerka kollaborattiva mmirata;

 

– Il-promozzjoni tat-tixrid u l-adozzjoni tal-innovazzjoni f'katini tal-valur industrijali u ekonomiċi oħra;

–   It-tneħħija tad-distakk fil-lakuni finanzjarji fl-iżvilupp, il-varar u l-espansjoni ta' innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq;

–   It-tneħħija tad-distakk fil-lakuni finanzjarji fl-iżvilupp, il-varar u l-espansjoni ta' innovazzjonijiet li joħolqu s-swieq;

–   Żieda fl-impatt u l-viżibbiltà tal-appoġġ għall-innovazzjoni tal-UE.

–   Żieda fl-impatt u l-viżibbiltà tal-appoġġ għall-innovazzjoni tal-UE;

 

  Il-ħolqien ta' sinerġiji f'partijiet oħra tal-Programm.

Filwaqt li l-EIC se jappoġġa b'mod dirett l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, l-ambjent kumplessiv li minnu l-innovazzjonijiet Ewropej jitrawmu u jinbtu jrid ikompli jiġi żviluppat u mtejjeb: irid ikun kompitu komuni Ewropew li tappoġġa l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha, fid-dimensjonijiet u l-forom kolla, inkluż permezz ta' politiki u riżorsi ta' komplementarjetà tal-UE u nazzjonali, fejn possibbli. Għalhekk, dan il-Pilastru jipprevedi wkoll:

Filwaqt li l-EIC se jappoġġa b'mod dirett l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji, l-ambjent kumplessiv li minnu l-innovazzjonijiet Ewropej jitrawmu u jinbtu jrid ikompli jiġi żviluppat u mtejjeb: irid ikun kompitu komuni Ewropew li tappoġġa l-innovazzjoni fl-Ewropa kollha, fid-dimensjonijiet u l-forom kolla, inkluż permezz ta' politiki u riżorsi ta' komplementarjetà tal-UE u nazzjonali, fejn possibbli. Għalhekk, dan il-Pilastru jipprevedi wkoll:

–   Mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni mġedda u rinforzati mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda wkoll mal-inizjattivi privati, sabiex jappoġġaw it-tipi kollha ta' ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropew u l-atturi tagħhom;

–   Mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni mġedda u rinforzati mal-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati, iżda wkoll mal-inizjattivi privati, sabiex jappoġġaw it-tipi kollha ta' ekosistemi tal-innovazzjoni Ewropew u l-atturi tagħhom;

–  Appoġġ għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs).

–  Appoġġ imsaħħaħ għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) u l-Komunitajiet ta' Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs).

Addizzjonalment, bħala sforz kontinwu sabiex jitjiebu l-kapaċitajiet tal-finanzjament ta' riskju għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa u fejn meħtieġ, dan il-pilastru se jikkollega mal-programm InvestEU. Il-Programm InvestEU, billi jibni fuq is-suċċessi u l-esperjenzi miksuba skont InnovFin ta' Orizzont 2020, kif ukoll skont EFSI, se jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament ta' riskju għal organizzazzjonijiet, innovaturi u imprendituri tar-riċerka bankabbli, b'mod partikolari għall-SMEs il-midcaps żgħar, kif ukoll għall-investituri.

Addizzjonalment, bħala sforz kontinwu sabiex jitjiebu l-kapaċitajiet tal-finanzjament ta' riskju għar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa u fejn meħtieġ, dan il-pilastru se jikkollega mal-programm InvestEU. Il-Programm InvestEU, billi jibni fuq is-suċċessi u l-esperjenzi miksuba skont InnovFin ta' Orizzont 2020, kif ukoll skont EFSI, se jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament ta' riskju għal organizzazzjonijiet, innovaturi u imprendituri tar-riċerka bankabbli, b'mod partikolari għall-SMEs il-midcaps żgħar, kif ukoll għall-investituri.

Emenda    218

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-EIC huwa li jidentifika, jiżviluppa u jvara innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u fixkiela (inkluż teknoloġiji), u li jappoġġa l-espansjoni rapida ta' ditti innovattivi fil-livelli tal-UE u internazzjonali tul il-mogħdija mill-ideat għas-suq.

L-għan tal-EIC huwa li jidentifika, jiżviluppa u jvara innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u fixkiela (inkluż teknoloġiji radikalment ġodda) u li jappoġġa l-espansjoni rapida ta' ditti innovattivi fil-livelli tal-UE u internazzjonali tul il-mogħdija mill-ideat għas-suq.

Emenda    219

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-EIC se jiġi implimentat primarjament permezz ta' żewġ tipi ta' azzjoni komplementari, jiġifieri l-Pathfinder għar-Riċerka Avvanzata, għall-istadji bikrija tal-iżvilupp tat-teknoloġija, u l-Aċċelleratur għall-azzjonijiet tal-innovazzjoni u l-varar fis-suq, inkluż l-istadji ta' qabel il-kommerċjalizzazzjoni tal-massa u t-tkabbir tal-kumpanija. Bl-idea li jiġi offrut one-stop shop uniku u proċess uniku, l-Aċċelleratur ukoll se jagħti finanzjament imħallat, li jikkombina l-għotjiet mal-investimenti tal-ekwità. Addizzjonalment se jippermetti wkoll aċċess għal self skont il-Programm InvestEU.

L-EIC se jiġi implimentat primarjament permezz ta' żewġ tipi ta' azzjoni komplementari, jiġifieri l-Pathfinder tal-EIC għar-Riċerka Avvanzata, għall-istadji bikrija tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku, u l-Aċċelleratur tal-EIC għall-azzjonijiet tal-innovazzjoni u l-varar fis-suq, inkluż l-istadji ta' qabel il-kummerċjalizzazzjoni tal-massa u t-tkabbir tal-kumpanija. Bl-idea li jiġi offrut one-stop shop uniku u proċess uniku, l-Aċċelleratur ukoll se jagħti finanzjament imħallat, li jikkombina l-għotjiet mal-investimenti tal-ekwità. Addizzjonalment se jippermetti wkoll aċċess għal self u garanziji mogħtija taħt il-Programm InvestEU. Mill-inqas 70 % tal-baġit tal-EIC se jkun iddedikat għal negozji ġodda u l-SMEs.

Emenda    220

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 3– inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Jiffokaw fuq l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u fixkiela, inkluż dawk soċjali, li għandhom il-potenzjal li joħolqu swieq ġodda, b'kuntrarju għal dawk li jagħmlu titjib inkrementali fi prodotti, servizzi jew mudelli tan-negozju eżistenti;

–  Jiffokaw fuq l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji u fixkiela, inkluż dawk soċjali, li għandhom il-potenzjal li joħolqu swieq ġodda jew li jiffaċilitaw soluzzjonijiet ġodda, kif ukoll riċerka dwar teknoloġiji potenzjalment radikali ġodda;

Emenda    221

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 3– inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Ikunu primarjament minn isfel għal fuq, miftuħa għall-innovazzjonijiet mill-oqsma kollha tax-xjenza, it-teknoloġija u l-applikazzjonijiet fi kwalunkwe settur, filwaqt li jippermettu wkoll appoġġ immirat għal teknoloġiji emerġenti li huma rivoluzzjonarji jew fixkiela ta' sinifikat strateġiku potenzjali;

–  Ikunu primarjament minn isfel għal fuq, miftuħa għall-innovazzjonijiet u r-riċerka mmirata mill-oqsma kollha tax-xjenza, it-teknoloġija u l-applikazzjonijiet fi kwalunkwe settur, filwaqt li jippermettu wkoll appoġġ immirat għal teknoloġiji emerġenti li huma rivoluzzjonarji jew fixkiela ta' sinifikat strateġiku potenzjali;

Emenda    222

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 3– inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Innovazzjonijiet li jkollhom impatt f'oqsma u setturi xjentifiċi, teknoloġiċi (eż. jikkombinaw l-oqsma fiżiċi u diġitali) se jkunu mħeġġa;

–  Innovazzjonijiet u riċerka li jkollhom impatt f'oqsma u setturi xjentifiċi, teknoloġiċi (eż. jikkombinaw l-oqsma fiżiċi u diġitali) se jkunu mħeġġa;

Emenda    223

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 3– inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

–  Dawn se jkunu ċċentrati fuq l-innovaturi, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u r-rekwiżiti amministrattivi, jagħmlu użu minn intervisti sabiex jgħinu jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet imħaffef;

–  Dawn se jkunu ċċentrati fuq l-innovaturi u r-riċerkaturi, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u r-rekwiżiti amministrattivi, jagħmlu użu minn intervisti sabiex jgħinu jivvalutaw l-applikazzjonijiet u jiġi żgurat teħid ta' deċiżjonijiet imħaffef;

Emenda    224

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra mill-appoġġ finanzjarju, l-innovaturi se jkollhom aċċess għal servizzi ta' konsulenza dwar in-negozju tal-EIC li jipprovdu lill-proġetti b'coaching, mentoraġġ u assistenza teknika, u jlaqqgħu l-innovaturi mal-pari, mas-sħab industrijali u mal-investituri. L-innovaturi se jkollhom ukoll aċċess iffaċilitat għal għarfien espert, faċilitajiet (inkluż hubs tal-innovazzjoni23 ) u sħab minn attivitajiet appoġġati mill-UE (inkluż dawk tal-EIT, b'mod partikolari permezz tal-KICs tagħha).

Barra mill-appoġġ finanzjarju, l-innovaturi se jkollhom aċċess għal servizzi ta' konsulenza dwar in-negozju tal-EIC li jipprovdu lill-proġetti b'coaching, mentoraġġ u assistenza teknika, u jlaqqgħu l-innovaturi mal-pari, mas-sħab industrijali u mal-investituri. L-innovaturi se jkollhom ukoll aċċess iffaċilitat għal għarfien espert, faċilitajiet (inkluż hubs ta' riċerka infrastrutturali u tal-innovazzjoni23 ) u sħab minn attivitajiet appoġġati mill-UE (inkluż dawk tal-EIT, b'mod partikolari permezz tal-KICs tagħha).

__________________

__________________

23 Dawn huma faċilitajiet pubbliċi jew privati li joffru aċċess għall-aktar għarfien u għarfien espert aġġornat dwar teknoloġiji diġitali u abilitanti relatati neċessarji għall-kumpaniji biex isiru iktar kompetittivi fir-rigward tal-produzzjoni, tas-servizzi u tal-proċessi tan-negozju.

23 Dawn huma faċilitajiet pubbliċi jew privati li joffru aċċess għall-aktar għarfien u għarfien espert aġġornat dwar teknoloġiji diġitali u abilitanti relatati neċessarji għall-kumpaniji biex isiru iktar kompetittivi fir-rigward tal-produzzjoni, tas-servizzi u tal-proċessi tan-negozju.

Emenda    225

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Se tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-komplementarjetà preċiża u effiċjenti mal-inizjattivi individwali jew fuq network tal-Istati Membri, inkluż fil-forma ta' Sħubija Ewropea.

Barra minn hekk se tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-komplementarjetà preċiża u effiċjenti mal-inizjattivi individwali jew fuq network tal-Istati Membri, inkluż fil-forma ta' Sħubijiet Ewropej.

Emenda    226

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – punt 1.1.1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.1.1.  Il-Pathfinder għar-Riċerka Avvanzata

1.1.1.  Il-Pathfinder tal-EIC għar-Riċerka Avvanzata

Emenda    227

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – punt 1.1.1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan kumplessiv tal-Pathfinder se jkun li jrawwem innovazzjoni potenzjali ta' ħolqien tas-suq mill-ideat teknoloġiji revoluzzjonarji, u jwassalhom sal-istadju ta' demostrazzjoni jew żvilupp tal-każijiet tan-negozju jew l-istrateġiji għal utilizzazzjoni ulterjuri mill-Aċċelleratur jew kwalunkwe soluzzjoni ta' varar oħra tas-suq. Għal dak il-fini, il-Pathfinder inizjalment se jappoġġa l-istadji bikrija tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku, inkluż l-prova tal-kunċett u l-prototipi għall-validazzjoni teknoloġika.

L-għan kumplessiv tal-Pathfinder se jkun li jrawwem innovazzjoni potenzjali ta' ħolqien tas-suq mill-ideat xjentifiċi u teknoloġiji revoluzzjonarji, u jwassalhom sal-istadju ta' demostrazzjoni jew żvilupp tal-każijiet tan-negozju jew l-istrateġiji għal utilizzazzjoni ulterjuri mill-Aċċelleratur jew kwalunkwe soluzzjoni ta' varar oħra tas-suq. Għal dak il-fini, il-Pathfinder inizjalment se jappoġġa l-istadji bikrija tar-riċerka u l-iżvilupp xjentifiku u teknoloġiku, inkluż ir-riċerka mill-aktar avvanzata, il-prova tal-kunċett u l-prototipi għall-validazzjoni teknoloġika.

Emenda    228

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – punt 1.1.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Pathfinder, sabiex ikun kompletament miftuħ għal esplorazzjonijiet estensivi, opportunitajiet ta' serendipità u ideat, kunċetti u skoperti mhux mistennija, se jiġi primarjament implimentat permezz ta' sejħa dejjem miftuħa għal proposti minn isfel għal fuq. Il-Pathfinder se jipprevedi wkoll sfidi kompetittivi sabiex jiżviluppa għanijiet strateġiċi24 ewlenin li jeħtieġu ħsieb deep-tech u radikali. L-iggruppjar flimkien ta' proġetti magħżula f'portafolli xprunati minn tema jew għan, se jippermetti l-istabbiliment tal-massa kritika tal-isforzi u l-istrutturar ta' komunitajiet ġodda multidixxiplinari tar-riċerka.

Il-Pathfinder, sabiex ikun kompletament miftuħ għal esplorazzjonijiet estensivi, opportunitajiet ta' serendipità u ideat, kunċetti u skoperti mhux mistennija, se jiġi primarjament implimentat permezz ta' sejħiet kontinwi, kompetittivi u miftuħa għal proposti minn isfel għal fuq b'dati ta' skadenza. Il-Pathfinder se jipprevedi wkoll sfidi kompetittivi sabiex jiżviluppa għanijiet strateġiċi24 ewlenin li jeħtieġu ħsieb deep-tech u radikali. L-iggruppjar flimkien ta' proġetti magħżula f'portafolli xprunati minn tema jew għan, se jippermetti l-istabbiliment tal-massa kritika tal-isforzi u l-istrutturar ta' komunitajiet ġodda multidixxiplinari tar-riċerka.

__________________

__________________

24 Dawn jistgħu jinkludu suġġetti bħall-Intelliġenza Artifiċjali, it-teknoloġiji Quantum, il-Bijokontroll jew tewmien diġitali tat-tieni ġenerazzjoni, jew kwalunkwe suġġett identifikat fil-kuntest tal-ipprogrammar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa (inkluż mal-programmi fuq network tal-Istati Membri).

24 Dawn jistgħu jinkludu suġġetti bħall-Intelliġenza Artifiċjali, it-teknoloġiji Quantum, il-Bijokontroll jew tewmien diġitali tat-tieni ġenerazzjoni, jew kwalunkwe suġġett identifikat fil-kuntest tal-ipprogrammar Strateġiku ta' Orizzont Ewropa (inkluż mal-programmi fuq network tal-Istati Membri).

Emenda    229

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – punt 1.1.1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Pathfinder se jkun miftuħ għal kull tip ta' innovatur, minn individwi għal universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka u kumpaniji, partikolarment negozji ġodda u SMEs, u minn benefiċjarji uniċi għal konsorzja multidixxiplinari. Fil-każ ta' proġetti ta' benefiċjarji uniċi, kumpaniji akbar mhux se jkunu permessi. Il-Pathfinder se jiġi implimentat b'koordinazzjoni mill-qrib ma' partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, partikolarment mal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), u l-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KICs) tal-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT). Se jiġi implimentat ukoll b'koordinazzjoni mill-qrib mal-programmi u l-attivitajiet tal-Istati Membri.

Il-Pathfinder se jkun miftuħ għal kull tip ta' innovatur, minn individwi għal universitajiet, organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-teknoloġija u kumpaniji, partikolarment negozji ġodda u SMEs, u minn benefiċjarji uniċi għal konsorzja multidixxiplinari. Fil-każ ta' proġetti ta' benefiċjarji uniċi, kumpaniji akbar mhux se jkunu permessi. Sabiex jiġu żgurati s-sinerġiji u jiġi evitat l-irduppjar, il-Pathfinder se jiġi implimentat b'koordinazzjoni mill-qrib ma' partijiet oħrajn ta' Orizzont Ewropa, partikolarment mal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), l-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA), u l-attivitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT). Se jiġi implimentat ukoll b'koordinazzjoni mill-qrib mal-programmi u l-attivitajiet tal-Istati Membri.

Emenda    230

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – parti III – punt 1 – punt 1.1 – punt 1.1.2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konsegwentement, l-Aċċelleratur se jipprovdi appoġġ finanzjarju lil innovaturi u kumpaniji li s'issa mhumiex “bankabbli” u attraenti għall-investituri, li għandhom l-ambizzjoni li jiżviluppaw u jvaraw fis-swieq tal-UE u dawk internazzjonali l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji tagħhom u li jespandu b'mod rapidu. Għal dak il-fini se jibni fuq l-esperjenza mill-Fażijiet 2 3 tal-Istrument għall-SME ta' Orizzont 2020 u minn InnovFin ta' Orizzont 2020, partikolarment permezz taż-żieda ta' komponenti li mhumiex għotjiet u l-abbiltà li jappoġġa investimenti akbar u aktar fit-tul.

Konsegwentement, l-Aċċelleratur se jipprovdi appoġġ finanzjarju lil innovaturi u kumpaniji li s'issa mhumiex “bankabbli” u attraenti għall-investituri, li għandhom l-ambizzjoni li jiżviluppaw u jvaraw fis-swieq tal-UE u dawk internazzjonali l-innovazzjonijiet rivoluzzjonarji tagħhom u li jespandu b'mod rapidu. Għal dak il-fini se jibni fuq l-esperjenza mill-Fażijiet 2 u 3 tal-Istrument għall-SME ta' Orizzont 2020 u minn InnovFin ta' Orizzont 2020, partikolarment permezz taż-żieda ta' komponenti li mhumiex għotjiet u l-abbiltà li jappoġġa investimenti akbar u aktar fit-tul. Se tiġi garantita l-kooperazzjoni mal-EIT u mal-KICs u s-sinerġiji mal-attivitajiet tal-aċċelleraturi tagħhom.

Emenda    231