Proċedura : 2018/0198(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0414/2018

Testi mressqa :

A8-0414/2018

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/02/2019 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0118

RAPPORT     ***I
PDF 886kWORD 100k
29.11.2018
PE 628.357v02-00 A8-0414/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier

(COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Matthijs van Miltenburg

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier

(COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0373),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0228/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, (2),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati u bil-miktub preżentati mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0414/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Biex tittejjeb il-ħajja taċ-ċittadini fir-reġjuni transfruntiera fil-fruntieri marittimi jew fir-reġjuni transfruntiera bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-użu ta' mekkaniżmu li jsolvi l-ostakli legali u amministrattivi jiġu estiżi għal dawk ir-reġjuni transfruntiera kollha tal-Unjoni, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Anki jekk diġà jeżisti numru ta' mekkaniżmi effettivi għall-kooperazzjoni transfruntiera f'livell intergovernattiv, reġjonali u lokali f'ċerti reġjuni tal-Unjoni, dawn ma jkoprux ir-reġjuni kollha tal-fruntiera fl-Unjoni. Sabiex is-sistemi eżistenti jiġu kkomplimentati, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu volontarju biex jirrisolvi l-ostakli legali u amministrattivi fir-reġjuni tal-fruntiera kollha (“il-Mekkaniżmu”).

(8)  Anki jekk diġà jeżisti numru ta' mekkaniżmi effettivi għall-kooperazzjoni transfruntiera f'livell intergovernattiv, reġjonali u lokali f'ċerti reġjuni tal-Unjoni, dawn ma jkoprux ir-reġjuni kollha tal-fruntiera fl-Unjoni. Sabiex is-sistemi eżistenti jiġu kkomplimentati, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu volontarju biex jirrisolvi l-ostakli legali u amministrattivi fir-reġjuni tal-fruntiera kollha ("il-Mekkaniżmu"), iżda dan ma jimpedixxix il-ħolqien ta' mekkaniżmi komparabbli alternattivi skont il-bżonnijiet speċifiċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  B'rispett sħiħ għall-istruttura kostituzzjonali u istituzzjonali tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-użu tal-Mekkaniżmu jkun volontarju fir-rigward ta' dawk ir-reġjuni tal-fruntiera ta' Stat Membru partikolari fejn jeżisti mekkaniżmu effettiv ieħor jew li jista' jiġi stabbilit mal-Istat Membru ġar. Dan jenħtieġ li jikkonsisti minn żewġ miżuri: l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Impenn Transfruntier Ewropew ("Impenn") jew l-iffirmar ta' Dikjarazzjoni Transfruntiera Ewropea ("Dikjarazzjoni").

(9)  B'rispett sħiħ għall-istruttura kostituzzjonali u istituzzjonali tal-Istati Membri, l-użu tal-Mekkaniżmu huwa volontarju. Dan jenħtieġ li jikkonsisti minn żewġ miżuri: l-iffirmar u l-konklużjoni ta' Impenn Transfruntier Ewropew ("Impenn") jew l-iffirmar ta' Dikjarazzjoni Transfruntiera Ewropea ("Dikjarazzjoni"). Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħżlu l-istrument li huma jqisu aktar vantaġġjuż.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-pajjiżi, l-entitajiet jew ir-reġjuni involuti jenħtieġ li jadottaw, bi qbil mal-kompetenzi speċifiċi tagħhom definiti kostituzzjonalment u legalment, is-soluzzjoni legali ad hoc proposta qabel jikkonkludu u jiffirmaw l-Impenn jew jiffirmaw id-Dikjarazzjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Id-Dikjarazzjoni xorta tkun tiirrikjedi proċedura leġiżlattiva fl-Istat Membru. Jenħtieġ li l-awtorità li tikkonkludi d-Dikjarazzjoni tagħmel dikjarazzjoni formali li sa ċerta skadenza tikkawża l-bidu tal-proċedura leġiżlattiva meħtieġa sabiex tiġi emendata l-liġi nazzjonali normalment applikabbli u sabiex tapplika, b'deroga espliċita, il-liġi ta' Stat Membru ġar.

(11)  Id-Dikjarazzjoni xorta tkun tirrikjedi proċedura leġiżlattiva fl-Istat Membru. Jenħtieġ li l-awtorità li tikkonkludi d-Dikjarazzjoni tagħmel dikjarazzjoni formali li sa ċerta skadenza tikkawża l-bidu tal-proċedura leġiżlattiva meħtieġa sabiex tiġi emendata l-liġi nazzjonali normalment applikabbli u sabiex tapplika, b'deroga espliċita, il-liġi ta' Stat Membru ġar, sabiex jitneħħew l-ostakli għall-implimentazzjoni ta' proġetti konġunti transfruntiera.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-ostakli legali jinħassu l-aktar minn persuni li jinteraġixxu fuq il-fruntiera tal-art, minħabba li n-nies jaqsmu l-fruntieri kuljum jew kull ġimgħa. Sabiex l-effett ta' dan ir-Regolament jiġi kkonċentrat fir-reġjuni l-aktar qrib il-fruntiera u bl-ogħla livell ta' integrazzjoni u interazzjoni bejn Stati Membri ġirien, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal reġjuni transfruntiera fi ħdan it-tifsira tat-territorju kopert minn reġjuni territorjali ġirien fuq l-art f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS26. Jenħtieġ li dan ma jżommx lill-Istati Membri milli japplikaw il-Mekkaniżmu wkoll għal fruntieri marittimi u esterni għajr dawk ta' mal-pajjiżi tal-EFTA.

(12)  L-ostakli legali jinħassu l-aktar minn persuni li jinteraġixxu fuq il-fruntiera tal-art, bħall-ħaddiema transfruntiera, minħabba li n-nies jaqsmu l-fruntieri kuljum jew kull ġimgħa. Sabiex l-effett ta' dan ir-Regolament jiġi kkonċentrat fir-reġjuni l-aktar qrib il-fruntiera u bl-ogħla livell ta' integrazzjoni u interazzjoni bejn Stati Membri ġirien, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal reġjuni transfruntiera fi ħdan it-tifsira tat-territorju kopert minn reġjuni transfruntiera fuq l-art jew fil-baħar ġirien f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS26. Jenħtieġ li dan ma jżommx lill-Istati Membri milli japplikaw il-Mekkaniżmu wkoll għal fruntieri esterni għajr dawk ta' mal-pajjiżi tal-EFTA, fuq bażi volontarja fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati kollha.

_________________

_________________

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

26 Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jikkoordina l-kompiti tal-awtoritajiet differenti li f'xi Stati Membri se jinkludu korpi leġiżlattivi nazzjonali u reġjonali, fi ħdan Stati Membri partikolari u bejn dawk ta' Stat Membru ġar jew Stati Membri ġirien, jenħtieġ li kull Stat Membru li jagħżel il-Mekkaniżmu jkun obbligat li jistabbilixxi punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn applikabbli, reġjonali, u jiddefinixxi l-kompiti u l-kompetenzi tagħhom matul l-istadji differenti tal-Mekkaniżmu li jkopru l-bidu, il-konklużjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet.

(13)  Sabiex jikkoordina l-kompiti tal-awtoritajiet differenti li f'xi Stati Membri se jinkludu korpi leġiżlattivi nazzjonali u reġjonali, fi ħdan Stati Membri partikolari u bejn dawk ta' Stat Membru ġar jew Stati Membri ġirien, jenħtieġ li kull Stat Membru jkun obbligat li jistabbilixxi punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u, fejn xieraq, reġjonali, u jiddefinixxi l-kompiti u l-kompetenzi tagħhom matul l-istadji differenti tal-Mekkaniżmu li jkopru l-bidu, il-konklużjoni, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Impenji u d-Dikjarazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li jiġu stabbiliti Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali huwa impost fuq l-Istati Membri kollha.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li l-attur ewlieni fl-Istati Membri mitluba li jikkonkludu Impenn jew Dikjarazzjoni ikunu l-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera li għandhom jikkollaboraw mal-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istat Membru tagħhom u mal-kontroparti tagħhom fl-Istat Membru ġar. Jenħtieġ li jkun stabbilit ukoll b'mod ċar li l-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex titnieda proċedura li twassal għall-konklużjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni jew jekk tkunx diġà nstabet soluzzjoni għal ostaklu legali wieħed jew aktar li tista' tiġi applikata. Min-naħa l-oħra jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li l-Istat Membru li d-dispożizzjonijiet legali tiegħu għandhom jiġu applikati fl-Istat Membru l-ieħor jista' jirrifjuta tali applikazzjoni barra mit-territorju tiegħu. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni tkun iġġustifikata u kkomunikata.

(17)  Jenħtieġ li l-attur ewlieni fl-Istati Membri mitluba li jikkonkludu Impenn jew Dikjarazzjoni ikunu l-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera li għandhom jikkollaboraw mal-awtoritajiet kompetenti kollha fl-Istat Membru tagħhom u mal-kontroparti tagħhom fl-Istat Membru ġar. Jenħtieġ li jkun stabbilit ukoll b'mod ċar li l-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera jistgħu jiddeċiedu jekk għandhiex titnieda proċedura li twassal għall-konklużjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni jew jekk tkunx diġà nstabet soluzzjoni għal ostaklu legali wieħed jew aktar li tista' tiġi applikata. Min-naħa l-oħra jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li l-Istat Membru li d-dispożizzjonijiet legali tiegħu għandhom jiġu applikati fl-Istat Membru l-ieħor jista' jirrifjuta tali applikazzjoni barra mit-territorju tiegħu. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni tkun debitament iġġustifikata u kkomunikata fi żmien xieraq lis-sħab kollha.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' Impenn b'awtoeżekuzzjoni jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' Stat Membru ieħor. Jenħtieġ li dan ikun ifisser jew l-emenda ta' atti amministrattivi legalment vinkolanti li diġà ġew adottati b'mod konformi mad-dritt nazzjonali applikabbli b'mod normali jew, fejn dan ikun għadu ma sarx, l-adozzjoni ta' atti amministrattivi ġodda bbażati fuq il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor. Jekk diversi awtoritajiet ikunu responsabbli kull waħda għal aspetti differenti ta' xi ostaklu legali kumpless, jenħtieġ li l-Impenn ikun akkumpanjat minn skeda ta' żmien għal kull wieħed minnhom. Jenħtieġ li r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-adozzjoni u t-trażmissjoni ta' dawk l-atti amministrattivi ġodda jew emendati jsegwu l-liġi nazzjonali dwar proċeduri amministrattivi.

(19)  Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta' Impenn b'awtoeżekuzzjoni jikkonsisti fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali ta' Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-implimetazzjoni ta' proġetti konġunti. Jenħtieġ li dan ikun ifisser jew l-emenda ta' atti amministrattivi legalment vinkolanti li diġà ġew adottati b'mod konformi mad-dritt nazzjonali ġeneralment applikabbli jew, fejn dan ikun għadu ma sarx, l-adozzjoni ta' atti amministrattivi ġodda bbażati fuq il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor fi skadenza miftiehma mas-sħab kollha sabiex ikunu jistgħu jitniedu proġetti konġunti fi żmien xieraq. Jekk diversi awtoritajiet ikunu responsabbli kull waħda għal aspetti differenti ta' xi ostaklu legali kumpless, jenħtieġ li l-Impenn ikun akkumpanjat minn skeda ta' żmien għal kull wieħed minnhom. Jenħtieġ li r-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-adozzjoni u t-trażmissjoni ta' dawk l-atti amministrattivi ġodda jew emendati jsegwu l-liġi nazzjonali dwar proċeduri amministrattivi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Sabiex jiġi stabbilit database skont l-Artikolu 8, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni sabiex tkun tista' tistabbilixxi regoli dwar it-tħaddim tiegħu, dwar il-protezzjoni tad-data u l-mudell li għandu jintuża meta l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar l-użu tal-Mekkaniżmu tintbagħat mill-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. Jenħtieġ li għal skopijiet prattiċi u ta' koordinazzjoni, il-"Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej" ikun il-kumitat kompetenti għall-proċedura tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni.

(24)  Sabiex jiġi stabbilit database skont l-Artikolu 7, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni sabiex tkun tista' tistabbilixxi regoli dwar it-tħaddim tiegħu, dwar il-protezzjoni tad-data u l-mudell li għandu jintuża meta l-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u dwar l-użu tal-Mekkaniżmu tintbagħat mill-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28. Jenħtieġ li għal skopijiet prattiċi u ta' koordinazzjoni, il-"Kumitat ta' Koordinazzjoni għall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej" ikun il-kumitat kompetenti għall-proċedura tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni.

__________________

__________________

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

28 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Ir-regoli nazzjonali ta' implimentazzjoni għandhom jispeċifikaw liema reġjuni tal-fruntiera ta' Stat Membru partikolari huma koperti mill-Impenn jew Dikjarazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni se tkun f'pożizzjoni li tivvaluta jekk, għall-fruntiera li ma tkunx imsemmija, l-Istati Membri ikunx għażel mekkaniżmu differenti.

imħassar

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-edukazzjoni (l-Artikolu 14), il-libertà li tintgħażel okkupazzjoni u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), b'mod partikolari l-libertà tat-tiftix ta' impjieg, li jiġi eżerċitat id-dritt ta' stabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi f'kull Stat Membru, il-libertà ta' impriża (l-Artikolu 16), l-aċċess għas-sigurtà soċjali u assistenza soċjali (l-Artikolu 34), l-aċċess għall-kura tas-saħħa (l-Artikolu 35) u l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (l-Artikolu 36).

(26)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8), id-dritt għall-edukazzjoni (l-Artikolu 14), il-libertà li tintgħażel okkupazzjoni u d-dritt għax-xogħol (l-Artikolu 15), b'mod partikolari l-libertà tat-tiftix ta' impjieg, li jiġi eżerċitat id-dritt ta' stabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi f'kull Stat Membru, il-libertà ta' impriża (l-Artikolu 16), l-aċċess għas-sigurtà soċjali u assistenza soċjali (l-Artikolu 34), l-aċċess għall-kura tas-saħħa (l-Artikolu 35) u l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (l-Artikolu 36) u livell għoli ta' protezzjoni ambjentali b'mod konformi mal-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli (l-Artikolu 37).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaqbżux dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati. L-użu tal-Mekkaniżmu speċifiku stabbilit b'dan ir-Regolament huwa volontarju. Jekk Stat Membru jiddeċiedi, rigward fruntiera speċifika ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, li jkompli jsolvi ostakli legali f'reġjun transfruntiera speċifiku bil-mekkaniżmi effettivi li jkun stabbilixxa fil-livell nazzjonali jew li jkun stabbilixxa b'mod formali jew b'mod informali, flimkien ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, il-Mekkaniżmu stabbilit skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Bl-istess mod, meta Stat Membru jiddeċiedi, rigward fruntiera speċifika ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, biex jingħaqad ma' mekkaniżmu effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn wieħed mill-Istati Membri ġirien jew aktar, sakemm dak il-mekkaniżmu jippermetti l-adeżjoni, għal darb'oħra, il-Mekkaniżmu mwaqqaf skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu għal dawk ir-reġjuni transfruntiera, li għalihom l-Istati Membri ma għandhom l-ebda mekkaniżmu effiċjenti sabiex isolvu l-ostakli legali fis-seħħ.

(28)  Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4) TUE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li ma jaqbżux dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati. L-użu tal-Mekkaniżmu speċifiku stabbilit b'dan ir-Regolament biex jiġu solvuti l-ostakli legali fir-reġjuni transfruntiera huwa volontarju u bl-ebda mod ma jipprekludi l-użu ta' strumenti komparabbli alternattivi. Jekk Stat Membru jiddeċiedi, rigward proġett konġunt speċifiku ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, li jkompli jsolvi ostakli legali f'reġjun transfruntiera speċifiku bil-mekkaniżmi effettivi li jkun stabbilixxa fil-livell nazzjonali jew li jkun stabbilixxa b'mod formali jew b'mod informali, flimkien ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, il-Mekkaniżmu stabbilit skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Bl-istess mod, meta Stat Membru jiddeċiedi, rigward proġett konġunt speċifiku ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, biex jingħaqad ma' mekkaniżmu effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn wieħed mill-Istati Membri ġirien jew aktar, sakemm dak il-mekkaniżmu jippermetti l-adeżjoni, għal darb'oħra, il-Mekkaniżmu mwaqqaf skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Fl-aħħar nett, meta Stat Membru jiddeċiedi flimkien ma' Stat Membru ġar jew Stati Membri ġirien, li jwaqqaf b'mod formali jew b'mod informali mekkaniżmu effikaċi ġdid biex jiġu solvuti l-ostakli legali li jxekklu l-implimentazzjoni ta' proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera, il-Mekkaniżmu mwaqqaf skont dan ir-Regolament ma għandux għalfejn jintgħażel. Għalhekk, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu għal dawk ir-reġjuni transfruntiera, li għalihom l-Istati Membri ma għandhom l-ebda mekkaniżmu effiċjenti sabiex isolvu l-ostakli legali fis-seħħ.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà. Ma jaffettwax, bi kwalunkwe mod, is-sovranità tal-Istati Membri u ma jikkontradixxix il-kostituzzjonijiet tagħhom.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu li jippermetti l-applikazzjoni fi Stat Membru wieħed, fir-rigward ta' reġjun transfruntier, tad-dispożizzjonijiet legali minn Stat Membru ieħor, fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali ta' dak tal-ewwel tkun tikkostitwixxi ostaklu legali li jfixkel l-implimentazzjoni ta' xi Proġett konġunt ("il-Mekkaniżmu").

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu volontarju li jippermetti l-applikazzjoni fi Stat Membru wieħed, fir-rigward ta' proġett konġunt singolu f'reġjun transfruntier, tad-dispożizzjonijiet legali minn Stat Membru ieħor, fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali ta' dak tal-ewwel tkun tikkostitwixxi wieħed jew aktar mill-ostakli legali li jfixklu l-implimentazzjoni ta' xi Proġett konġunt ("il-Mekkaniżmu").

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni fil-proposta tqajjem dubji dwar l-interpretazzjoni dwar jekk Stat Membru jistax jagħżel lill-ECBM għal kull "proġett konġunt" singolu jew jekk huwiex obbligat jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu għal kull "proġett konġunt" possibbli tul fruntiera. Ir-rapporteur irid jevita li l-Istati Membri li bħalissa ma għandhom l-ebda mekkaniżmu eżistenti, ma jkollhom l-ebda għażla oħra ħlief li jagħżlu l-ECBM. L-applikazzjoni tal-ECBM għandha tkun fuq bażi volontarja bbażata fuq valutazzjoni każ b'każ tal-Istati Membri.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-protezzjoni legali ta' persuni residenti f'reġjun transfruntier fir-rigward tal-Mekkaniżmu.

(c)  il-protezzjoni legali ta' persuni residenti f'reġjun transfruntier jew dawk li jgħixu hemm għal perjodu limitat fir-rigward tal-Mekkaniżmu.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "reġjun transfruntier" tfisser it-territorju kopert minn reġjuni tal-fruntiera ġirien f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS;

(1)  "reġjun transfruntier" tfisser it-territorju kopert minn reġjuni tal-fruntiera fuq l-art jew fil-baħar ġirien f'żewġ Stati Membri jew aktar f'reġjuni tal-livell 3 NUTS;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "proġett konġunt" tfisser kwalunkwe oġġett ta' infrastruttura b'impatt f'reġjun transfruntier partikolari jew kwalunkwe servizz ta' interess ekonomiku ġenerali pprovdut f'reġjun transfruntier partikolari;

(2)  "proġett konġunt" tfisser kwalunkwe oġġett ta' infrastruttura b'impatt f'reġjun transfruntier partikolari jew kwalunkwe servizz ta' interess ekonomiku ġenerali pprovdut f'reġjun transfruntier partikolari, irrispettivament minn jekk dan l-impatt jinħassx fiż-żewġ naħat tal-fruntiera jew f'naħa waħda tagħha biss;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "inizjatur" tfisser l-attur li jidentifika l-ostaklu legali u jiskatta l-Mekkaniżmu billi jippreżenta dokument ta' inizjattiva;

(5)  "inizjatur" tfisser l-attur li jidentifika wieħed jew aktar mill-ostakli legali u jiskatta l-Mekkaniżmu billi jippreżenta dokument ta' inizjattiva;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jew jagħżel il-Mekkaniżmu jew inkella jagħżel modi eżistenti sabiex isolvi ostakli legali li jfixklu l-implimentazzjoni ta' xi proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera ma' Stat Membru ġar, wieħed, jew aktar.

1.  L-Istati Membri jistgħu jew jagħżlu l-Mekkaniżmu jew inkella jagħżlu modi oħra sabiex isolvu ostakli legali li jfixklu l-implimentazzjoni ta' xi proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera ma' Stat Membru ġar, wieħed, jew aktar.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru jista' jiddeċiedi wkoll, fir-rigward ta' fruntiera speċifika ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, li jingħaqad ma' mod effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn Stat Membru ġar wieħed jew aktar.

2.  Stat Membru jista' jiddeċiedi wkoll, fir-rigward ta' proġett konġunt f'reġjuni transfruntiera, ma' Stat Membru ġar wieħed jew aktar, li jingħaqad ma' mod effettiv eżistenti stabbilit b'mod formali jew b'mod informali minn Stat Membru ġar wieħed jew aktar jew japplika l-Mekkaniżmu fir-rigward tad-Dikjarazzjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw il-Mekkaniżmu f'reġjuni transfruntiera fuq fruntieri marittimi jew fir-reġjuni transfruntiera bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew pajjiż jew territorju barrani wieħed jew aktar.

3.  L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw il-Mekkaniżmu għal proġett konġunt f'reġjun transfruntier bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiżi terzi wieħed jew aktar jew pajjiż jew territorju barrani wieħed jew aktar fuq bażi volontarja lill-partijiet ikkonċernati.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk Stat Membru jagħżel il-Mekkaniżmu, huwa għandu jistabbilixxi Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera, wieħed jew aktar, b'wieħed mill-modi li ġejjin:

1.  Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jistabbilixxi jew jagħżel Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera, wieħed jew aktar, b'wieħed mill-modi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Fil-proposta tar-rapporteur, is-CBCPs se jkunu ċentrali sabiex jiġi vvalutat jekk u kif jistgħu jiġu solvuti ostakli legali. Ir-rapporteur għalhekk jipproponi t-twaqqif obbligatorju tas-CBCPs f'kull Stat Membru. Billi l-applikazzjoni tal-ECBM se tiġi attivata fuq bażi volontarja, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddeċiedu kemm għandha tkun sostanzjali l-kapaċità amministrattiva ta' dawn is-CBCPs.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jikkollabora, fejn ikunu jeżistu, mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera fl-Istat jew Stati Membri ġirien u mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera f'entitajiet territorjali oħra b'setgħat leġiżlattivi tal-Istat Membru tiegħu jew Stat Membru ieħor;

(d)  jikkollabora mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera fl-Istat jew Stati Membri ġirien u mal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera f'entitajiet territorjali oħra b'setgħat leġiżlattivi tal-Istat Membru tiegħu jew Stat Membru ieħor;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  b'talba minn awtorità kompetenti partikolari li tagħmel impenn li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor mingħajr il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera tiegħu stess, iwettaq l-analiżi preliminari ta' dokument ta' inizjattiva;

(c)  b'talba minn awtorità kompetenti partikolari li tagħmel impenn li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, iwettaq l-analiżi preliminari ta' dokument ta' inizjattiva;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  tippubblika u żżomm lista aġġornata tal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u reġjonali kollha;

b)  toħloq, tippubblika u żżomm bażi ta' data aġġornata tal-Punti ta' Koordinazzjoni Transfruntiera nazzjonali u reġjonali kollha;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-Kummissjoni għandha tħejji strateġija ta' komunikazzjoni ta' appoġġ bil-għan li:

 

(a) tippromwovi l-iskambju ta' prattiki tajba;

 

(b) tipprovdi informazzjoni prattika u interpretazzjoni tas-suġġett u l-enfasi tematika ta' dan ir-Regolament; u

 

(c) tiċċara l-proċedura preċiża għall-konklużjoni ta' Impenn jew Dikjarazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tar-Regolament għandha tkun akkumpanjata minn kampanja ta' informazzjoni li tipprovdi informazzjoni ċara u prattika li tiffaċilita l-applikazzjoni tagħha mill-partijiet interessati.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-inizjatur għandu jidentifika l-ostaklu legali fir-rigward tal-ippjanar, l-iżvilupp, il-persunal, il-finanzjament jew it-tħaddim ta' proġett konġunt.

1.  L-inizjatur għandu jidentifika wieħed jew aktar mill-ostakli legali fir-rigward tal-ippjanar, l-iżvilupp, il-persunal, il-finanzjament jew it-tħaddim ta' proġett konġunt.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, tal-ostaklu legali korrispondenti fl-Istat Membru li jikkommetti kif ukoll tar-raġunar għas-soluzzjoni tal-ostaklu legali;

(a)  deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali korrispondenti fl-Istat Membru li jagħmel impenn kif ukoll tar-raġunar għas-soluzzjoni ta' wieħed u aktar mill-ostakli legali;

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  lista tad-dispożizzjonijiet legali speċifiċi tal-Istat Membru li jittrasferixxi li jsolvu l-ostaklu legali jew, jekk ma tkunx teżisti dispożizzjoni legali xierqa, proposta għal soluzzjoni legali ad hoc ;

(b)  lista tad-dispożizzjonijiet legali speċifiċi tal-Istat Membru li jittrasferixxi li jsolvu wieħed jew aktar mill-ostakli legali jew, jekk ma tkunx teżisti dispożizzjoni legali xierqa, proposta għal soluzzjoni legali ad hoc;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva mill-Istat Membru li jikkommetti

Analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva mill-Istat Membru jew l-Istati Membri li jagħmlu impenn jew li jittrasferixxu

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva. Huwa għandu jikkollabora mal-awtoritajiet kollha kompetenti li jagħmlu impenn u mal-Punti ta' Koodinazzjoni Transfruntiera nazzjonali jew, fejn rilevanti, reġjonali oħra fl-Istat Membru li jikkommetti u mal-Punti ta' Koodinazzjoni Transfruntiera nazzjonali fl-Istat Membru li jittrasferixxi.

1.  Il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva. Huwa għandu jikkollabora mal-awtoritajiet kollha kompetenti li jagħmlu impenn u mal-Punti ta' Koodinazzjoni Transfruntiera nazzjonali jew, fejn rilevanti, reġjonali oħra fl-Istat Membru li jagħmel impenn u mal-Punti ta' Koodinazzjoni Transfruntiera nazzjonali fl-Istat Membru li jittrasferixxi.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fi żmien tliet xhur wara li jirċievi d-dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jibgħat ir-reazzjoni preliminari tiegħu lill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi żmien tliet xhur wara li jirċievi d-dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera għandu jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu trasmessi lill-inizjatur bil-miktub:

2.  Fi żmien sitt xhur wara li jirċievi d-dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu trasmessi lill-inizjatur bil-miktub:

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni tad-dokument ta' inizjattiva tista' tkun ikkumplikata u tieħu aktar ħin mit-tliet xhur proposti, speċjalment meta wieħed iqis il-perjodi tas-sajf u/jew il-vaganzi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li l-ostaklu legali jikkonsisti f'wieħed mill-każijiet elenkati fl-Artikolu 12(4) u jiddeskrivi l-impenn tal-awtorità kompetenti li tagħmel impenn, biex tbiddel jew tadatta dak l-ostaklu legali;

(d)  jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsistu f'wieħed mill-każijiet elenkati fl-Artikolu 12(4) u jiddeskrivi l-impenn tal-awtorità kompetenti li tagħmel impenn, biex tbiddel jew tadatta dak l-ostaklu legali;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li l-ostaklu legali jikkonsisti f'waħda mis-sitwazzjonijiet taħt l-Artikolu 12(4) filwaqt li jispjega r-raġunijiet tiegħu sabiex jirrifjuta li jbiddel jew jadatta dak l-ostaklu legali u jirreferi għall-mezzi ta' rimedju legali kontra dik id-deċiżjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

(e)  jinforma lill-inizjatur dwar il-valutazzjoni tiegħu li wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsistu f'waħda mis-sitwazzjonijiet taħt l-Artikolu 12(4) filwaqt li jispjega r-raġunijiet tiegħu sabiex jirrifjuta li jbiddel jew jadatta dak l-ostaklu legali u jirreferi għall-mezzi ta' rimedju legali kontra dik id-deċiżjoni skont il-liġi tal-Istat Membru li jagħmel impenn;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  jorjenta mill-ġdid l-inizjatur biex jagħżel mekkaniżmu eżistenti kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) biex isolvi wieħed jew aktar mill-ostakli legali li qed ifixklu l-implimentazzjoni tal-proġett konġunt jew jittrasmetti direttament d-dokument ta' inizjattiva lill-entità kompetenti fil-qafas tal-mekkaniżmu korrispondenti;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  jinforma lill-inizjatur li wieħed jew aktar mill-Istati Membri kkonċernati ddeċidew li ma jsolvux wieħed jew aktar mill-ostakli legali identifikati mill-inizjatur filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni bil-miktub.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Analiżi preliminari tad-dokument ta' inizjattiva mill-Istat Membru li jittrasferixxi

 

Malli jirċievi dokument ta' inizjattiva, il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jwettaq ukoll il-kompiti elenkati fl-Artikolu 10(2) u jista' jibgħat ir-reazzjoni preliminari tiegħu lill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn.

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membri li jagħmel impenn jitlob dokument ta' inizjattiva rivedut jew informazzjoni speċifika addizzjonali, huwa għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva rivedut jew l-informazzjoni speċifika addizzjonali jew it-tnejn li huma u, fi żmien tliet xhur minn meta jirċevihom, iwettaq l-azzjonijiet bħallikieku d-dokument ta' inizjattiva ntbagħat l-ewwel darba.

1.  Jekk il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membri li jagħmel impenn jitlob dokument ta' inizjattiva rivedut jew informazzjoni speċifika addizzjonali, huwa għandu janalizza d-dokument ta' inizjattiva rivedut jew l-informazzjoni speċifika addizzjonali jew it-tnejn li huma u, fi żmien sitt xhur minn meta jirċevihom, iwettaq l-azzjonijiet bħallikieku d-dokument ta' inizjattiva ntbagħat l-ewwel darba.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Jekk il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membri li jagħmel impenn jikkunsidra li d-dokument ta' inizjattiva rivedut għadu mhux ippreparat skont l-Artikolu 10 jew li l-informazzjoni speċifika addizzjonali għadha mhix suffiċjenti, dan għandu jinforma lill-inizjatur bil-miktub, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi d-dokument ta' inizjattiva rivedut, dwar id-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proċedura. Din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata kif xieraq.

2.  Jekk il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membri li jagħmel impenn jikkunsidra li d-dokument ta' inizjattiva rivedut għadu mhux ippreparat skont l-Artikolu 10 jew li l-informazzjoni speċifika addizzjonali għadha mhix suffiċjenti, dan għandu jinforma lill-inizjatur bil-miktub, fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi d-dokument ta' inizjattiva rivedut, dwar id-deċiżjoni tiegħu li jtemm il-proċedura. Din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata kif xieraq.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk l-analiżi mill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membru li jagħmel impenn jew mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tikkonkludi li l-ostaklu legali deskritt fid-dokument ta' inizjattiva huwa bbażat fuq nuqqas ta' ftehim jew interpretazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti, il-proċedura tintemm billi l-inizjatur jiġi infurmat dwar il-valutazzjoni li ma jkun hemm l-ebda ostaklu legali.

3.  Jekk l-analiżi mill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istati Membru li jagħmel impenn jew mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn tikkonkludi li wieħed jew aktar mill-ostakli legali deskritti fid-dokument ta' inizjattiva huma bbażati fuq nuqqas ta' ftehim jew interpretazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti, il-proċedura tintemm billi l-inizjatur jiġi infurmat dwar il-valutazzjoni li m'hemm l-ebda ostaklu legali.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Jekk l-ostaklu legali jikkonsisti biss f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva tal-Istat Membru li jagħmel impenn jew f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva distinta b'mod ċar minn dispożizzjoni adottata skont proċedura leġiżlattiva u għalhekk tista' tinbidel jew tiġi adattata mingħajr proċedura leġiżlattiva, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn għandha tinforma lill-inizjatur bil-miktub ir-rieda jew ir-rifjut tagħha li tbiddel jew tadatta d-dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva rilevanti fi żmien tmien xhur.

4.  Jekk wieħed jew aktar mill-ostakli legali jikkonsistu biss f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva tal-Istat Membru li jagħmel impenn jew f'dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva distinta b'mod ċar minn dispożizzjoni adottata skont proċedura leġiżlattiva u għalhekk tista' tinbidel jew tiġi adattata mingħajr proċedura leġiżlattiva, l-awtorità kompetenti li tagħmel impenn għandha tinforma lill-inizjatur bil-miktub ir-rieda jew ir-rifjut tagħha li tbiddel jew tadatta d-dispożizzjoni amministrattiva, regola jew prattika amministrattiva rilevanti fi żmien tmien xhur.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  id-deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, tal-ostaklu legali korrispondenti kif ukoll tar-raġunar għal soluzzjoni tal-ostaklu legali;

(a)  id-deskrizzjoni tal-proġett konġunt u tal-kuntest tiegħu, ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali korrispondenti kif ukoll tar-raġunar għas-soluzzjoni ta' wieħed jew aktar mill-ostakli legali;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-lista tad-dispożizzjoni legali speċifika jew id-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu l-ostaklu legali u li għalhekk m'għandhomx japplikaw għall-proġett konġunt;

(b)  il-lista tad-dispożizzjoni legali speċifika jew id-dispożizzjonijiet li jikkostitwixxu wieħed jew aktar mill-ostakli legali u li għalhekk m'għandhomx japplikaw għall-proġett konġunt;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fi żmien massimu ta' tliet xhur wara li tkun ittrasmettiet informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 12(1) u (2);

(a)  fi żmien massimu ta' sitt xhur wara li tkun ittrasmettiet informazzjoni skont l-Artikolu 10(2) jew l-Artikolu 12(1) u (2);

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jeżamina l-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta' Dikjarazzjoni li jkun irċieva skont l-Artikolu 15, fi żmien massimu ta' tliet xhur wara li jirċievi l-abbozz u wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu, jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

1.  Il-Punt ta' Koordinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jeżamina l-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta' Dikjarazzjoni li jkun irċieva skont l-Artikolu 15, fi żmien massimu ta' sitt xhur wara li jirċievi l-abbozz u wara li jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti li jittrasferixxu, jieħdu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fi Stati Membri fejn l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tiffirma Impenn jew Dikjarazzjoni, il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jibgħat, skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, iż-żewġ kopji oriġinali ffirmati mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi.

2.  Fi Stati Membri fejn l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tiffirma Impenn jew Dikjarazzjoni, il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera tal-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jibgħat, skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, waħda miż-żewġ kopji oriġinali ffirmati mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi lill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel l-impenn.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 1 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jeżamina r-risposta mibgħuta mill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi u jwettaq, fi żmien massimu ta' xahar wara li jirċeviha, waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew aktar, li għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi:

1.  Il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu jeżamina r-risposta mibgħuta mill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi u jwettaq, fi żmien massimu ta' tliet xhur wara li jirċeviha, waħda mill-azzjonijiet li ġejjin jew aktar, li għandhom jintbagħtu bil-miktub lill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi:

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-każ tal-punt (a) tal-paragrafu 2, jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma;

(a)  fil-każ tal-punt (a) tal-Artikolu 16(1), jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma tliet kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fil-każ tal-punt (b) tal-paragrafu 2, jemenda l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni fl-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta' Dikjarazzjoni kopert mill-punti (f) u (h) tal-Artikolu 14(1) skont dan, jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma żewġ kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma;

(b)  fil-każ tal-punt (b) tal-Artikolu 16(1), jemenda l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni fl-abbozz ta' Impenn jew l-abbozz ta' Dikjarazzjoni kopert mill-punti (f) u (h) tal-Artikolu 14(1) skont dan, jiffinalizza l-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, jiffirma tliet kopji oriġinali u jibgħat waħda lura lill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi għall-firma;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fil-każ tal-punt (c) tal-paragrafu 2, jinforma lill-inizjatur u lill-Kummissjoni, filwaqt li jżid il-ġustifikazzjoni kif stabbilita mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi;

(c)  fil-każ tal-punt (c) tal-Artikolu 16(1), jinforma lill-inizjatur u lill-Kummissjoni, filwaqt li jżid il-ġustifikazzjoni kif stabbilita mill-awtorità kompetenti li tittrasferixxi;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fil-każ tal-punt (d) tal-paragrafu 2, jikkunsidra l-emendi u jew jipproċedi skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew inkella jerġa' jniedi proċedura oħra skont l-Artikolu 9 u jfisser għaliex uħud mill-emendi jew l-emendi kollha ma setgħux jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn.

(d)  fil-każ tal-punt (d) tal-Artikolu 16(1), jikkunsidra l-emendi u jew jipproċedi skont il-punt (b) ta' dan il-paragrafu jew inkella jipproċedi skont il-punt (c) ta' dan il-paragrafu, u jfisser għaliex uħud mill-emendi jew l-emendi kollha ma setgħux jiġu aċċettati mill-awtorità kompetenti li tagħmel impenn.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 17 - paragrafu 2 - parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mal-wasla tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, kif iffirmat ukoll mill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti jew l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi fil-każijiet tal-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 jew, meta l-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jittrasferixxi jkun irreaġixxa b'mod pożittiv skont it-tieni proċedura tal-punt (d) tal-paragrafu 1, il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu:

2.  Mal-wasla tal-Impenn jew id-Dikjarazzjoni, kif iffirmat ukoll mill-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti jew l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi fil-każijiet tal-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1, il-Punt ta' Koodinazzjoni Transfruntiera kompetenti tal-Istat Membru li jagħmel impenn għandu:

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

Artikolu 25

Rappurtar

Rappurtar

Sa jj xx ssss [jiġifieri l-ewwel (1) jum tax-xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + ħames snin; għandha timtela mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni li jivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' indikaturi dwar l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-valur miżjud Ewropew u l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni tiegħu.

1.  Sa jj xx ssss [jiġifieri l-ewwel (1) jum tax-xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + tliet snin; għandha timtela mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport li jivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' indikaturi dwar l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-valur miżjud Ewropew u l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni tiegħu.

 

2.  Fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħmel referenza partikolari għall-ambitu ġeografiku u tematiku ta' dan ir-Regolament hekk kif definiti fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 3 rispettivament.

 

3.  Qabel jitħejja r-rapport, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjoni pubblika mad-diversi atturi involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

(1)

ĠU C ... / Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

ĠU C ... / Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Fl-Unjoni Ewropea, ir-reġjuni transfruntiera jammontaw għal madwar 40 % tat-territorju tal-Unjoni, filwaqt li f'dan hemm kważi terz tal-512 miljun ċittadin tagħha. Fl-istess waqt, ir-reġjuni transfruntiera fl-Ewropa għandhom b'mod ġenerali riżultati inqas tajbin fis-sens ekonomiku, għandhom rati ogħla ta' qgħad u għandhom infrastruttura relattivament sottożviluppata meta mqabbla ma' reġjuni li jinsabu f'post aktar ċentrali fl-Istati Membri. Ġie stmat li jekk jitneħħew 20 % tal-ostakli eżistenti tal-fruntieri, ir-reġjuni tal-fruntiera jiksbu 2 % fil-PDG, li jammonta għal madwar EUR 91 biljun fis-sena fil-PDG. Fil-passat, ħafna reġjuni tal-fruntiera fl-Ewropa kienu t-teatri ta' gwerrer u kunflitti bejn il-pajjiżi.

Għal dawk ir-raġunijiet, it-Trattat ta' Lisbona fl-Artikolu 174 mhux biss jelenka l-koeżjoni ekonomika u soċjali bħala l-għanijiet espliċiti tiegħu, iżda wkoll il-koeżjoni territorjali (b'attenzjoni partikolari għar-reġjuni transfruntieri). Minn dan l-aspett, il-proposta għal Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew (ECBM) għandha titqies bħala komplementari għall-Interreg u r-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT). L-ECBM propost għandu l-għan li jsolvi l-ostakoli transfruntiera ta' natura legali jew amministrattiva, billi japplika għal reġjun transfruntier komuni, fi Stat Membru partikolari, id-dispożizzjonijiet legali mill-Istat Membru ġar għal proġett konġunt speċifiku.

Il-mekkaniżmu transfruntier Ewropew

Ir-rapporteur jappoġġa u jilqa' l-intenzjoni tal-"proposta dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier" tal-Kummissjoni Ewropea (Mekkaniżmu Transfruntier Ewropew, ECNM). L-ECBM jista' jsir għodda f'sett ta' għodod ġenerali biex jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera effikaċi u, b'riżultat ta' dan, itejjeb il-ġid u l-benessri tal-abitanti u l-kwalità tal-ħajja tagħhom fir-reġjuni tal-fruntiera tal-UE.

Hemm bżonn ta' kjarifika dwar ftit kwistjonijiet, speċjalment fir-rigward tan-natura volontarja u l-ambitu tal-ECBM, kif ukoll dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità tal-proposta.

Il-proposta għandha timmira li żżid għodda volontarja għas-sett ta' għodod li l-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex jagħtu spinta lill-kooperazzjoni transfruntiera. L-Istati Membri għandhom dejjem ikollhom d-deċiżjoni finali dwar jekk jużawx il-mekkaniżmu jew le.

Flimkien ma' din l-enfasi, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħżlu jekk jużawx l-ECBM jew mekkaniżmu eżistenti għal kull proġett konġunt individwali, fuq bażi ta' każ b'każ. Jekk l-Istati Membri jkollhom jagħmlu għażla bħal din immedjatament għal żona sħiha ta' fruntiera, dawk li bħalissa ma għandhomx mekkaniżmi eżistenti biex isolvu l-ostakli legali f'kuntest transfruntier, se jkunu prattikament obbligati li jużaw l-ECBM. Dan jimmina n-natura volontarja tal-proposta.

Bil-bidliet proposti, kwalunkwe kwistjoni relatata mal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà huma ttratti b'mod adegwat. L-ECBM isir għodda volontarja u jista' jintuża b'mod “à-la-carte”, fejn l-Istati Membri jagħżlu kull darba li jidentifikaw ostaklu legali f'kuntest transfruntier jekk għandhomx jużaw mekkaniżmu eżistenti, iwaqqfu mekkaniżmu ġdid, jew jużaw l-ECBM. L-Istati Membri jistgħu wkoll jirrifjutaw li jattivaw kwalunkwe mekkaniżmu li jsolvi ostaklu legali jew amministrattiv, għal raġunijiet ġustifikati. L-attivazzjoni tal-ECBM u l-awtorizzazzjoni mogħtija lil Stat Membru wieħed biex ikun jista' japplika d-dispożizzjonijiet legali tiegħu fi Stat Membru ieħor jirrikjedu skrutinju serju mill-partijiet kollha involuti, u għalhekk l-iskadenzi proposti mill-Kummissjoni setgħu kienu wisq stretti u b'hekk ċerti skadenzi ġew emendati.

Fl-aħħar nett, l-ambitu tematiku tal-proposta qed jinżamm intatt kemm jista' jkun. Wara t-tisħiħ tal-bażi volontarja tal-proposta flimkien mal-bidla fil-mod ta' kif l-Istati Membri jagħżlu bejn il-mekkaniżmu u l-mekkaniżmi eżistenti, l-ambitu jista' jibqa' wiesa' sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni prattika tal-ECBM, għall-proġetti futuri potenzjali kollha li jistgħu jkunu mxekkla minn ostakli legali jew amministrattivi f'reġjun transfruntier.

Ir-rapporteur jemmen li applikazzjoni effettiva tal-Mekkaniżmu Ewropew Transfruntier tista' tkun fattibbli biss jekk l-Istati Membri kollha u l-awtoritajiet kompetenti kollha fi ħdan l-Istati Membri jħaddnu l-opportunità biex isolvu l-ostakoli legali u amministrattivi billi jaħdmu flimkien fl-ispirtu ta' kooperazzjoni tajba u ta' viċinat tajjeb. In-natura volontarja tal-ECBM se tikkontribwixxi biex jiġi sfruttat il-potenzjal kollu tar-reġjuni tal-fruntiera Ewropej.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (26.10.2018)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f'kuntest transfruntier

(COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Adina-Ioana Vălean

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Biex titjieb il-ħajja taċ-ċittadini fir-reġjuni transfruntiera fi fruntieri marittimi jew fir-reġjuni transfruntiera bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u l-użu tal-Mekkaniżmu jiġu estiżi għal dawk ir-reġjuni, filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-pajjiżi, l-entitajiet jew ir-reġjuni involuti – skont il-kompetenzi speċifiċi tagħhom kif definiti kostituzzjonalment u legalment – jadottaw is-soluzzjoni legali ad hoc li tkun ġiet proposta qabel jikkonkludu u jiffirmaw l-Impenn jew jiffirmaw id-Dikjarazzjoni skont l-Artikoli 16 u 17.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier

Referenzi

COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

21.6.2018

Data tal-adozzjoni

25.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

9

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Linnéa Engström, Eleonora Evi, Norbert Lins, Sirpa Pietikäinen, Christel Schaldemose, Keith Taylor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jaromír Kohlíček, Tonino Picula

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Kateřina Konečná

PPE

Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, György Hölvényi, Giovanni La Via, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Sirpa Pietikäinen Adina Ioana Vălean

S&D

Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Tonino Picula, Christel Schaldemose, Damiano Zoffoli

2

-

ALDE

Nils Torvalds

EFDD

Julia Reid

9

0

ECR

Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter

VERTS/ALE

Marco Affronte, Bas Eickhout, Linnéa Engström, Benedek Jávor, Keith Taylor

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier

Referenzi

COM(2018)0373 – C8-0228/2018 – 2018/0198(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.5.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

5.7.2018

JURI

11.6.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

9.7.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Matthijs van Miltenburg

20.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

27.9.2018

15.10.2018

 

Data tal-adozzjoni

22.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

1

15

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Rosa D’Amato, John Flack, Iratxe García Pérez, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Terry Reintke, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Petras Auštrevičius, John Howarth, Ivana Maletić, Dimitrios Papadimoulis, Bronis Ropė, Milan Zver

Data tat-tressiq

29.11.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

14

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

EFDD

Rosa D'Amato

GUE/NGL

Martina Anderson, Dimitrios Papadimoulis

S&D

Victor Boştinaru, Iratxe García Pérez, John Howarth, Constanze Krehl, Monika Smolková, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Terry Reintke, Bronis Ropė

1

-

PPE

Joachim Zeller

15

0

ECR

John Flack, Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Milan Zver

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Diċembru 2018Avviż legali