Proċedura : 2018/0088(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0417/2018

Testi mressqa :

A8-0417/2018

Dibattiti :

PV 10/12/2018 - 15
CRE 10/12/2018 - 15
PV 16/04/2019 - 24
CRE 16/04/2019 - 24

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.7
CRE 11/12/2018 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2019 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0489
P8_TA(2019)0400

RAPPORT     ***I
PDF 1691kWORD 192k
29.11.2018
PE 623.765v01-00 A8-0417/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid]

(COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Renate Sommer

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid]

(COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0179),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43, 114 u 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0144/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018(1),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2018(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Sajd u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0417/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43, 114, u 168(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 43, 114, 168(4)(b) u 192(1) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

L-awtorizzazzjoni biex jiġu kultivati jew biex jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni organiżmi, pjanti jew annimali ġenetikament modifikati, kif ukoll l-awtorizzazzjoni ta' sustanzi attivi ta' pestiċidi, għandha impatti konsiderevoli fuq l-ambjent naturali u fuq is-saħħa tal-bniedem; il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem tifforma parti mill-politika ambjentali tal-UE.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' amministrazzjoni, stima u komunikazzjoni tar-riskju jkunu bbażati fuq applikazzjoni bir-reqqa tal-prinċipju ta' prekawzjoni, fost l-oħrajn.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv u kontinwu ta' komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lil assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jsir flimkien ma' djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha biex jiġu żgurati koerenza u konsistenza fi ħdan il-proċess ta' analiżi tar-riskju.

(4)  Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess trasparenti, indipendenti, kontinwu u inklużiv ta' komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lill-assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jerġa' jikseb il-fiduċja taċ-ċittadini fl-idea li l-proċess sħiħ huwa sostnut mill-objettiv ta' dan ir-Regolament, li huwa li jiżgura livell għoli tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi. Dak il-proċess jenħtieġ li jkun ukoll kapaċi jikkontribwixxi għal djalogu parteċipattiv u miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-pubbliku, biex jiġu żgurati l-prevalenza tal-interess pubbliku biss, l-akkuratezza, il-kompletezza, il-konsistenza u l-obbligu ta' rendikont fi ħdan il-proċess ta' analiżi tar-riskju.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tinkiseb il-fiduċja tal-pubbliku, kwalunkwe komunikazzjoni u kwalunkwe kummerċjalizzazzjoni tal-proċess għandu jkollhom kontenut reali li juri u jagħti prova ċara li l-affarijiet tjiebu. Inkella kwalunkwe bidla hija ddestinata li tfalli.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Meta tiffirma ftehimiet kummerċjali, jeħtieġ li l-Unjoni tiżgura li l-leġiżlazzjoni dwar l-ikel ta' pajjiżi terzi sħab magħha tkun tal-anqas tipproteġi s-sigurtà tal-ikel daqs il-leġiżlazzjoni Ewropea, sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-konsumaturi u timpedixxi kompetizzjoni inġusta mal-prodotti Ewropej.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li tinxteħet enfasi partikolari fuq l-ispjegazzjoni b'mod koerenti, xieraq u puntwali mhux biss tas-sejbiet tal-istima tar-riskju nfushom iżda anki ta' kif dawn jintużaw biex jgħinu fl-informar ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju flimkien ma' fatturi leġittimi oħra, fejn rilevanti.

(5)  Jenħtieġ li titqiegħed enfasi partikolari fuq l-ispjegazzjoni b'mod preċiż, ċar, oġġettiv u puntwali mhux biss tas-sejbiet tal-istima tar-riskju nfushom iżda anki ta' kif dawn jintużaw biex jgħinu fl-informar ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju flimkien ma' fatturi leġittimi oħra, fejn rilevanti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Ma hemm l-ebda definizzjoni ta' "fatturi leġittimi oħra" fil-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel b'rabta mal-objettiv tagħha. Jenħtieġ li dan il-prinċipju jiġi applikat dejjem fuq bażi individwali, iżda peress li ma hemm l-ebda linja gwida ġenerali dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-prinċipju, hemm nuqqas ta' konsistenza fl-applikazzjoni tiegħu. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tabbozza linji gwida ġenerali dwar l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għal dan l-għan, hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi u prinċipji ġenerali ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri u tal-amministraturi tar-riskju.

(6)  Għal dan l-għan, hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi u prinċipji ġenerali ta' komunikazzjoni tar-riskju. B'rabta ma' dan, jenħtieġ li jitqiesu r-rwoli rispettivi tal-assessuri u tal-amministraturi tar-riskju, filwaqt li tiġi ggarantita l-indipendenza tagħhom.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta' riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika, min hu u x'inhu affettwat b'mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta' esponiment għar-riskju, il-ħila ta' kontroll tar-riskju u ta' fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inklużi l-livell ta' urġenza kif ukoll il-qafas leġiżlattiv applikabbli u l-kuntest rilevanti tas-suq. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti tar-riskju.

(8)  Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex il-pubbliku jkollu aċċess għall-informazzjoni neċessarja b'tali mod li jinkiseb livell għoli ta' trasparenza fil-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju. Jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta' riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika, fuq is-saħħa tal-annimali u fuq l-ambjent, min hu u x'inhu affettwat b'mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta' esponiment għar-riskju, il-ħila ta' minimizzazzjoni jew ta' kontroll tar-riskju u ta' fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inklużi l-livell ta' urġenza kif ukoll il-qafas leġiżlattiv applikabbli u l-kuntest rilevanti tas-suq. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti tar-riskju.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  It-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju tikkontribwixxi għall-kisba ta' leġittimità akbar mill-Awtorità f'għajnejn il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali fit-twettiq tal-missjoni tagħha, iżżid il-fiduċja tagħhom fil-ħidma tagħha u tiżgura li l-Awtorità tkun aktar responsabbli quddiem iċ-ċittadini tal-Unjoni f'sistema demokratika. Għaldaqstant, hu essenzjali li tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku ġenerali u ta' partijiet interessati oħra fil-proċess ta' analiżi tar-riskju li hu l-bażi li fuqu hi mibnija l-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u b'mod partikolari fl-istima tar-riskju, inklużi l-organizzazzjoni u l-indipendenza tal-Awtorità u t-trasparenza.

(9)  Titjib fit-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju jikkontribwixxi għall-kisba ta' leġittimità akbar mill-Awtorità f'għajnejn il-konsumaturi u l-pubbliku ġenerali fit-twettiq tal-missjoni tagħha, iżid il-fiduċja tagħhom fil-ħidma tagħha u jiżgura li l-Awtorità tkun aktar responsabbli quddiem iċ-ċittadini tal-Unjoni f'sistema demokratika. Għaldaqstant, hu essenzjali li terġa' tinbena l-fiduċja tal-pubbliku ġenerali u ta' partijiet interessati oħra fil-proċess ta' analiżi tar-riskju li hu l-bażi li fuqu hi mibnija l-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u b'mod partikolari fl-istima tar-riskju, inklużi l-organizzazzjoni, il-funzjonament u l-indipendenza tal-Awtorità u t-trasparenza.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Xieraq li l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità tiġi allinjata mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2012 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati.

imħassar

__________________

 

22  https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf.

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima tar-riskju.

(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew, kif ukoll tas-soċjetà ċivili u l-assoċjazzjonijiet industrijali fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima tar-riskju u li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Bord ta' Ġestjoni jenħtieġ li jkun magħżul b'mod li jassigura l-ogħla standards ta' kompetenza u firxa wiesgħa ta' esperjenza rilevanti disponibbli fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.

(12)  Il-Bord ta' Ġestjoni jenħtieġ li jkun magħżul b'mod li jassigura l-ogħla standards ta' kompetenza u impenn għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent u firxa wiesgħa ta' esperjenza rilevanti disponibbli fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel identifika ċerti nuqqasijiet fil-kapaċità fit-tul tal-Awtorità li żżomm l-għarfien espert ta' livell għoli tagħha. B'mod partikolari, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' kandidati li japplikaw biex isiru membri tal-Bordijiet Xjentifiċi. B'hekk, is-sistema trid tissaħħaħ u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu rwol aktar attiv biex jiżguraw li jkun hemm grupp kbir biżżejjed ta' esperti disponibbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sistema tal-Unjoni ta' stima tar-riskju f'termini ta' livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku, ta' indipendenza u ta' għarfien espert multidixxiplinari.

(13)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel identifika ċerti nuqqasijiet fil-kapaċità fit-tul tal-Awtorità li żżomm l-għarfien espert ta' livell għoli tagħha permezz ta' persunal espert. Barra minn hekk, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' kandidati li japplikaw biex isiru membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u jenħtieġ li r-raġuni għal dan it-tnaqqis tiġi eżaminata. Sitt Stati Membri jipprovdu żewġ terzi tal-esperti fuq il-bordijiet xjentifiċi. Peress li fil-preżent ir-Renju Unit jipprovdi madwar 20 % tal-esperti nazzjonali, il-problema se tiġi aggravata bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni. Sabiex dan il-fenomenu jiġi indirizzat b'mod aktar effettiv, b'hekk, is-sistema trid tissaħħaħ u tiġi promossa, filwaqt li tħeġġeġ lill-kandidati japplikaw, u l-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw it-tixrid tas-sejħiet tal-Awtorità għal espressjonijiet ta' interess għas-sħubija fil-Bordijiet Xjentifiċi u fil-Kumitat Xjentifiku, biex jiżguraw li jkun hemm grupp kbir biżżejjed ta' esperti indipendenti disponibbli, billi jwettqu azzjonijiet ta' appoġġ u billi jużaw inċentivi u premjijiet biex iżidu l-livell ta' parteċipazzjoni u l-grad ta' interess fil-parteċipazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Spjegazzjoni dwar il-kawżi tal-problemi relatati mar-riżorsi umani tal-Awtorità.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Biex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-istima tar-riskju mill-amministrazzjoni tar-riskju u minn interessi oħra fil-livell tal-Unjoni, xieraq li n-nomina tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi mill-Istati Membri, l-għażla ta' dawn mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u l-ħatra tagħhom mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità jkunu bbażati fuq kriterji stretti li jiżguraw l-eċċellenza u l-indipendenza tal-esperti filwaqt li jiġi żgurat l-għarfien espert multidixxiplinari meħtieġ għal kull Bord. Għal dan l-għan hu essenzjali wkoll li d-Direttur Eżekuttiv, li l-funzjoni tiegħu hi li jiddefendi l-interessi tal-EFSA u b'mod partikolari l-indipendenza tal-għarfien espert tagħha, għandu rwol fl-għażla u fil-ħatra ta' dawk l-esperti xjentifiċi. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri oħra wkoll biex jiġi żgurat li l-esperti xjentifiċi jkollhom il-mezz biex jaġixxu indipendentement.

(14)  Biex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-istima tar-riskju mill-amministrazzjoni tar-riskju u minn interessi oħra fil-livell tal-Unjoni, xieraq li n-nomina tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi, l-għażla ta' dawn mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u l-ħatra tagħhom mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità jkunu bbażati fuq kriterji stretti li jiżguraw l-eċċellenza u l-indipendenza tal-esperti filwaqt li jiġi żgurat l-għarfien espert multidixxiplinari meħtieġ għal kull Bord. Għal dan l-għan hu essenzjali wkoll li d-Direttur Eżekuttiv, li hu r-rappreżentant legali tal-Awtorità u li l-funzjoni tiegħu hi li jiddefendi l-interessi tal-EFSA u li jwettaq monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħha u b'mod partikolari l-indipendenza tal-għarfien espert tagħha, għandu rwol fl-għażla u fil-ħatra ta' dawk l-esperti xjentifiċi. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri oħra wkoll, inkluż kumpens finanzjarju xieraq, biex jiġi żgurat li l-esperti xjentifiċi jkollhom il-mezz biex jaġixxu indipendentement u biex jiddedikaw ħin biżżejjed għall-ħidma tagħhom relatata mal-istima tar-riskju għall-Awtorità.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Hu essenzjal li jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-Awtorità u li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-għarfien espert tiegħu. Għaldaqstant hemm bżonn li jissaħħaħ l-approċċ ipprovdut mill-Awtorità u mill-Istati Membri għall-ħidma tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-Awtorità. B'mod partikolari, l-Awtorità jenħtieġ li torganizza l-ħidma preparatorja li ssostni l-kompiti tal-Bordijiet, inkluż billi titlob lill-persunal tal-Awtorità jew lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali li jinsabu f'netwerk mal-Awtorità biex jabbozzaw opinjonijiet xjentifiċi preparatorji li jridu jiġu evalwati bejn il-pari u adottati mill-Bordijiet.

(15)  Hu essenzjali li jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tal-Awtorità u li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-għarfien espert tagħha. Għaldaqstant hemm bżonn li jissaħħaħ l-approċċ ipprovdut mill-Awtorità u mill-Istati Membri għall-ħidma tal-Bordijiet Xjentifiċi tal-Awtorità. B'mod partikolari, l-Awtorità jenħtieġ li torganizza l-ħidma preparatorja li ssostni l-kompiti tal-Bordijiet, inkluż billi titlob lill-persunal tal-Awtorità jew lill-organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali li jinsabu f'netwerk mal-Awtorità biex jabbozzaw opinjonijiet xjentifiċi preparatorji li jridu jiġu evalwati bejn il-pari u adottati mill-Bordijiet. Dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-valutazzjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni huma bbażati fuq il-prinċipju li hu f'idejn l-applikant li juri bil-provi li s-suġġett ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà fid-dawl tal-għarfien xjentifiku fil-pussess tiegħu. Dan il-prinċipju hu bbażat fuq l-idea li s-saħħa pubblika hi protetta aħjar meta l-oneru tal-provi jkun fuq l-applikant peress li dan irid juri bil-provi oġġett partikolari hu sikur qabel ma jitqiegħed fis-suq, minflok ma l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom juru bil-provi li oġġett mhuwiex sikur biex ikunu jistgħu jipprojbixxuh mis-suq. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx flus pubbliċi biex jiġu kkummissjonati studji għaljin li finalment jgħinu lill-industrija jqiegħed prodott fis-suq. Skont dan il-prinċipju u f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli, b'appoġġ tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel, l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu l-istudji rilevanti, inklużi testijiet, biex juru s-sigurtà u, f'ċerti każijiet, l-effikaċja ta' oġġett.

(16)  Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni huma bbażati fuq il-prinċipju li hu f'idejn l-applikant li juri bil-provi li s-suġġett ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà fid-dawl tal-għarfien xjentifiku fil-pussess tiegħu. Dan il-prinċipju hu bbażat fuq l-idea li s-saħħa pubblika u l-ambjent jiġu protetti aħjar meta l-oneru tal-provi jkun fuq l-applikant peress li dan irid juri bil-provi li oġġett partikolari hu sikur qabel ma jitqiegħed fis-suq, minflok ma l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom juru bil-provi li oġġett mhuwiex sikur biex ikunu jistgħu jipprojbuh mis-suq. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx flus pubbliċi biex jiġu kkummissjonati studji għaljin li finalment jgħinu lill-industrija tqiegħed prodott fis-suq. Skont dan il-prinċipju u f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli, b'appoġġ tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel, l-applikanti huma obbligati jissottomettu l-istudji rilevanti, inklużi testijiet, biex juru s-sigurtà u, f'ċerti każijiet, l-effikaċja ta' oġġett.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Paragun bejn l-aġenziji tal-Unjoni juri li l-Awtorità teħtieġ sa 55 xhar għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, jiġifieri ħames darbiet aktar mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA). Dan jiskoraġġixxi lill-kumpaniji milli jinvestu fi prodotti innovattivi u jnaqqas il-kompetittività tal-Unjoni fuq medda twil ta' żmien. Barra minn hekk, proċeduri twal ta' awtorizzazzjoni jnaqqsu l-fiduċja fl-Awtorità. Għalhekk, huwa rakkomandat b'urġenza li l-effiċjenza tal-istima tar-riskju tiġi żgurata permezz ta' riżorsi umani u finanzjarji aħjar.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jeżistu dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet. Hu essenzjali li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sottomessa lill-Awtorità għall-istima tar-riskju tagħha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli biex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika tal-aqwa kwalità mill-Awtorità. L-applikanti u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji mhux dejjem ikollhom fehim ċar ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, jenħtieġ li jkun xieraq li l-Awtorità tipprovdi parir lil applikant potenzjali, fuq talba, dwar ir-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni b'mod formali, filwaqt li ma tidħolx fid-disinn tal-istudji li jridu jiġu sottomessi li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-applikant. Biex tiġi żgurata t-trasparenza ta' dan il-proċess, il-parir tal-Awtorità jenħtieġ li jiġi ppubblikat.

(17)  Jeżistu dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet. Hu essenzjali li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sottomessa lill-Awtorità għall-istima tar-riskju tagħha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli biex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika tal-aqwa kwalità mill-Awtorità. L-applikanti u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji mhux dejjem ikollhom fehim ċar ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, jenħtieġ li jkun xieraq li l-Awtorità tipprovdi parir lil applikant potenzjali, fuq talba, dwar ir-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni b'mod formali. Sa 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tevalwa l-impatt tal-parir ġenerali pprovdut dwar il-funzjonament tal-Awtorità. Jenħtieġ, b'mod partikolari, li l-Kummissjoni tevalwa l-impatt tiegħu fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Awtorità u l-indipendenza tagħha.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-Awtorità jenħtieġ li tkun taf x'inhu l-oġġett tal-istudji kollha mwettqa minn applikant bl-għan li fil-futur jagħmel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Għal dan l-għan, hu meħtieġ u xieraq li l-operaturi ta' negozju li jikkummissjonaw l-istudji u l-laboratorji li jwettquhom jinnotifikaw dawk l-istudji lill-Awtorità meta jikkummissjonawhom. L-informazzjoni dwar l-istudji notifikati jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss ladarba tiġi ppubblikata applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni f'konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza.

(18)  L-Awtorità jenħtieġ li tkun taf x'inhu l-oġġett tal-istudji kollha mwettqa minn applikant bl-għan li fil-futur jagħmel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew tiġdid skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Għal dan l-għan, hu meħtieġ u xieraq li l-operaturi ta' negozju li jikkummissjonaw l-istudji u l-laboratorji li jwettquhom jinnotifikaw dawk l-istudji lill-Awtorità meta jikkummissjonawhom fl-Unjoni jew lil hinn minnha. L-informazzjoni dwar l-istudji notifikati jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss ladarba tiġi ppubblikata applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni jew tiġdid f'konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Hemm ċertu tħassib pubbliku dwar il-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam ta' awtorizzazzjoni li tkun primarjament ibbażata fuq studji tal-industrija. L-Awtorità diġà tagħmel tiftix f'tagħrif xjentifiku biex tkun tista' tikkunsidra data u studji oħra eżistenti dwar l-oġġett sottomess għall-valutazzjoni tagħha. Biex jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanzija li jiżgura li l-Awtorità jista' jkollha aċċess għad-data u għall-istudji xjentifiċi rilevanti kollha disponibbli dwar oġġett soġġett għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, xieraq li jiġi pprovdut għal konsultazzjoni mal-partijiet terzi biex jiġi identifikat jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli. Biex tiżdied l-effikaċja tal-konsultazzjoni, il-konsultazzjoni jenħtieġ li ssir meta l-istudji sottomessi mill-industrija inklużi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jiġu ppubblikati, skont ir-regoli dwar it-trasparenza ta' dan ir-Regolament.

(20)  Hemm ċertu tħassib pubbliku dwar il-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam ta' awtorizzazzjoni li tkun primarjament ibbażata fuq studji tal-industrija. F'każ ta' applikazzjoni ġdida għal awtorizzazzjoni jew proċedura ta' tiġdid, jenħtieġ li l-Awtorità dejjem twettaq tiftix f'tagħrif xjentifiku biex tkun tista' tikkunsidra data u studji oħra eżistenti dwar l-oġġett sottomess għall-valutazzjoni tagħha u, fejn meħtieġ, titlob studji addizzjonali. Jenħtieġ li l-Awtorità tipprovdi aċċess pubbliku għal-letteratura xjentifika rilevanti kollha dwar il-kwistjoni, li jkollha f'idejha. Biex jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanzija li jiżgura li l-Awtorità jista' jkollha aċċess għad-data u għall-istudji xjentifiċi rilevanti kollha disponibbli dwar oġġett soġġett għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, xieraq li jiġi pprovdut għal konsultazzjoni mal-partijiet terzi biex jiġi identifikat jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli. Biex tiżdied l-effikaċja tal-konsultazzjoni, il-konsultazzjoni jenħtieġ li ssir immedjatament wara li l-istudji sottomessi mill-industrija inklużi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jkunu ġew ippubblikati, skont ir-regoli dwar it-trasparenza ta' dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-istudji, inklużi t-testijiet, sottomessi mill-operaturi tan-negozju b'appoġġ ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel normalment jikkonformaw ma' prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment, li jipprovdu bażi uniformi għall-kwalità tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riproduċibbiltà tar-riżultati. Madankollu, f'ċerti każijiet jistgħu jqumu problemi ta' konformità mal-istandards applikabbli u għalhekk hemm sistemi nazzjonali fis-seħħ għall-verifika tat-tali konformità. Xieraq li jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanziji biex il-pubbliku ġenerali jserraħ rasu dwar il-kwalità tal-istudji u li tiġi stabbilita sistema msaħħa tal-awditjar li biha l-kontrolli mill-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji mil-laboratorji li jwettqu t-tali studji u testijiet jiġu vverifikati mill-Kummissjoni.

(21)  L-istudji, inklużi t-testijiet, sottomessi mill-operaturi tan-negozju b'appoġġ ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel jenħtieġ li jkunu bbażati fuq letteratura xjentifika miftuħa jew jikkonformaw ma' standards rikonoxxuti internazzjonalment u prinċipji ta' Prattika Tajba tal-Laboratorju (GLP), li jipprovdu bażi uniformi għall-kwalità tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riproduċibbiltà tar-riżultati. Madankollu, f'ċerti każijiet jistgħu jqumu problemi ta' konformità mal-istandards applikabbli u għalhekk hemm sistemi nazzjonali fis-seħħ għall-verifika tat-tali konformità. Xieraq li jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanziji biex il-pubbliku ġenerali jserraħ rasu dwar il-kwalità tal-istudji u li tiġi stabbilita sistema msaħħa tal-awditjar li biha l-kontrolli mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi, f'kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni fuq l-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji mil-laboratorji li jwettqu t-tali studji u testijiet fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi jiġu vverifikati mill-Kummissjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Hemm bżonn li tinbena biżżejjed flessibbiltà fil-proċess sabiex ikun jista' jitqies minnufih għarfien ġdid dwar effetti avversi serji fuq is-saħħa, anke meta dawn ma jkunux speċifikament koperti minn rekwiżiti regolatorji tad-data.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Is-sigurtà tal-ikel hi kwistjoni sensittiva ta' interess kbir għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-oneru jinxteħet fuq l-industrija biex turi bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita għodda ta' verifika addizzjonali biex jiġu indirizzati każijiet speċifiċi ta' importanza soċjetali kbira fejn ikun hemm kontroversja fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, jiġifieri l-ikkummissjonar ta' studji addizzjonali bl-objettiv ta' verifika tal-evidenza użata fil-kuntest ta' stima tar-riskju. Peress li din tkun iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u li l-użu ta' din l-għodda ta' verifika eċċezzjonali jenħtieġ li jibqa' proporzjonat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iskattar tal-kummissjonar tat-tali studji ta' verifika. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li f'ċerti każijiet speċifiċi jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-istudji kkummissjonati jkollhom bżonn kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza inkwistjoni (pereżempju jsiru disponibbli żviluppi xjentifiċi ġodda).

(22)  Is-sigurtà tal-ikel hi kwistjoni sensittiva ta' interess kbir għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-oneru jinxteħet fuq l-industrija biex turi bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita għodda ta' verifika addizzjonali biex jiġu indirizzati każijiet speċifiċi ta' importanza soċjetali kbira fejn ikun hemm kontroversja fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, jiġifieri l-ikkummissjonar ta' studji addizzjonali bl-objettiv ta' verifika tal-evidenza użata fil-kuntest ta' stima tar-riskju. Peress li din tkun iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u li l-użu ta' din l-għodda ta' verifika eċċezzjonali jenħtieġ li jibqa' proporzjonat, il-Kummissjoni jenħtieġ li, f'każ ta' sejbiet xjentifiċi diverġenti, tkun responsabbli għall-iskattar tal-kummissjonar tat-tali studji ta' verifika. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li f'ċerti każijiet speċifiċi jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-istudji kkummissjonati jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza inkwistjoni fil-proċess ta' stima tar-riskju (pereżempju jsiru disponibbli żviluppi xjentifiċi ġodda).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Il-Konvenzjoni ta' Aarhus tistabbilixxi għadd ta' drittijiet tal-pubbliku rigward l-ambjent. Il-Konvenzjoni ta' Aarhus tipprevedi d-dritt li kulħadd jirċievi l-informazzjoni ambjentali li tkun fil-pussess tal-awtoritajiet pubbliċi, id-dritt għall-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali u d-dritt li dak li jkun jirrieżamina l-proċeduri biex jikkontesta deċiżjonijiet pubbliċi li jkunu saru mingħajr ma jirrispettaw iż-żewġ drittijiet imsemmija hawn fuq jew il-liġi ambjentali inġenerali.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" kkonfermat it-tħassib rigward it-trasparenza fir-rigward tar-rispett għall-istudji kkummissjonati mill-industrija u sottomessi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni23.

(24)  Bħala parti għall-Konvenzjoni ta' Aarhus, l-Unjoni rrikonoxxiet li, fil-qasam tal-ambjent, l-aċċess imtejjeb għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet iżidu l-kwalità u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet, jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-kwistjonijiet ambjentali, jagħtu lill-pubbliku l-opportunità li jesprimi t-tħassib tiegħu u jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw dan it-tħassib. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" kkonfermat it-tħassib rigward it-trasparenza fir-rigward tar-rispett għall-istudji kkummissjonati mill-industrija u sottomessi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni23.

__________________

__________________

23 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-ECI "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi", C(2017) 8414 final.

23 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-ECI "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi", C(2017) 8414 final.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Bl-użu tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi bħala l-mudell tiegħu, kif stabbilit fl-Artikoli 89 sa 93 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jenħtieġ li jiġi stabbilit Bord tal-Appell tal-EFSA permezz ta' atti delegati.

 

_______________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Biex jiġi ddeterminat x'livell ta' divulgazzjoni jsib il-bilanċ it-tajjeb, id-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju jenħtieġ li jitqabblu mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(27)  Biex jiġi ddeterminat x'livell ta' divulgazzjoni proattiva jsib il-bilanċ it-tajjeb, il-ħtieġa li t-trasparenza tiġi żgurata fil-proċess ta' stima tar-riskju jenħtieġ li titqabbel mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jikkonsistu minn livell għoli ta' protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, il-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, kif ukoll il-protezzjoni tas-saħħa u l-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent.

Ġustifikazzjoni

Id-diċitura tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti f'dan ir-Regolament mhumiex maħsuba biex jillimitaw b'xi mod il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet previsti mir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Hemm bżonn li jiġu stabbiliti wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali għall-finijiet tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju b'kunsiderazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Kif xieraq, l-ebda data personali ma jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx neċessarju u proporzjonat għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza, tal-indipendenza u tal-affidabilità tal-proċess ta' stima tar-riskju, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interessi.

(30)  Hemm bżonn li, għall-protezzjoni u l-kunfidenzjalità ta' data personali għall-finijiet tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, issir referenza wkoll għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Kif xieraq, l-ebda data personali ma jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx neċessarju u proporzjonat għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza, tal-indipendenza u tal-affidabbiltà tal-proċess ta' stima tar-riskju, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interessi. Għall-fini li jiġu żgurati t-trasparenza, l-indipendenza, is-sostenibbiltà u l-affidabbiltà tal-proċess ta' stima tar-riskju, b'mod partikolari biex jiġu evitati kunflitti ta' interess, huwa meqjus neċessarju u proporzjonat li jiġu ppubblikati l-ismijiet ta' kwalunkwe individwu maħtur mill-Awtorità biex jikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-Awtorità, inkluż fil-kuntest tal-adozzjoni ta' dokumenti ta' gwida.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data), (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Għall-finijiet ta' trasparenza akbar u biex jiġi żgurat li t-talbiet għal outputs xjentifiċi riċevuti mill-Awtorità jiġu pproċessati b'mod effettiv, jenħtieġ li jiġu żviluppati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-adozzjoni ta' formats standard ta' data u ta' pakketti ta' softwer, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

(31)  Għall-finijiet ta' trasparenza akbar u biex jiġi żgurat li t-talbiet għal outputs xjentifiċi riċevuti mill-Awtorità jiġu pproċessati b'mod effettiv, jenħtieġ li jiġu żviluppati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi u armonizzati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-adozzjoni ta' formats standard ta' data u ta' pakketti ta' softwer, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

_________________

_________________

26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni, (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Barra minn hekk, biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għall-Awtorità, hu xieraq ukoll li jiġi pprovdut għal evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-Awtorità, f'konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. L-evalwazzjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, tirrieżamina l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat u tal-Bordijiet Xjentifiċi, għall-grad tagħhom ta' trasparenza, ta' kosteffikaċja u ta' idoneità biex jiġu żgurati indipendenza u kompetenza, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi.

(33)  Barra minn hekk, biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għall-Awtorità, hu xieraq ukoll li titwettaq evalwazzjoni indipendenti tal-Awtorità. L-evalwazzjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, tirrieżamina l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat u tal-Bordijiet Xjentifiċi, għall-grad tagħhom ta' trasparenza, ta' kosteffikaċja u ta' idoneità biex jiġu żgurati indipendenza u kompetenza, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 33a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)  Is-Seba' Programm Ewropew għal Azzjoni Ambjentali stabbilixxa l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' approċċi li jippermettu li jiġu indirizzati l-effetti kkombinati tas-sustanzi kimiċi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Il-valutazzjoni ta' "effetti cocktail" tirrikjedi approċċ trasversali, kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-aġenziji ta' monitoraġġ fil-livell Ewropew u l-formulazzjoni ta' proċeduri xierqa.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipproponi l-adozzjoni ta' approċċ ikkoordinat mis-setturi rilevanti kollha għall-proċess Ewropew ta' evalwazzjoni tas-sustanzi kimiċi, li jagħti lill-EFSA rwol ċentrali. Barra minn hekk, huwa importanti li l-evalwaturi jqisu l-effetti cocktail ukoll sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati l-miżuri ta' ġestjoni xierqa.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, hemm bżonn ukoll li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li bħalissa hu limitat għal-liġi dwar l-ikel, biex jiġu koperti wkoll applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fir-rigward tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(35)  Għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza u tal-indipendenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, hemm bżonn ukoll li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li bħalissa hu limitat għal-liġi dwar l-ikel, biex jiġu koperti wkoll applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fir-rigward tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Biex jiġi żgurat li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet settorjali fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, hemm bżonn li jitqabblu d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju, inklużi dawk li jinbtu mill-Konvenzjoni ta' Aarhus35, mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni settorjali kif ukoll tal-esperjenza miksuba. Għaldaqstant, hemm bżonn li d-Direttiva 2001/18/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiġu emendati biex jipprevedu punti kunfidenzjali addizzjonali għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(36)  Biex jiġi żgurat li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet settorjali fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, hemm bżonn li d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza, inkluż id-dritt li jibbenefika minn informazzjoni proattiva relatata mal-proċess ta' stima tar-riskju, jitqabblu mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni settorjali kif ukoll tal-esperjenza miksuba. Għaldaqstant, hemm bżonn li d-Direttiva 2001/18/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiġu emendati biex jipprevedu punti kunfidenzjali addizzjonali għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti f'dan ir-Regolament u l-valutazzjoni ta' talba għal kunfidenzjalità mill-Awtorità jenħtieġ li bl-ebda mod ma jillimitaw il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

_____________________________

 

35   Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel enfasizza wkoll nuqqas ta' trasparenza fil-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju. Hemm il-ħtieġa li l-pubbliku jiġi infurmat aħjar dwar l-għażliet tal-amministrazzjoni tar-riskju li qed jiġu kkunsidrati, dwar il-livell ta' protezzjoni għas-saħħa tal-konsumaturi u tal-annimali u għall-ambjent li kull waħda minn dawn l-għażliet tikseb, kif ukoll dwar il-fatturi, minbarra r-riżultati tal-istima tar-riskju, li jitqiesu mill-amministraturi tal-riskju, u kif jitqabblu ma' xulxin fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Biex ikomplu jissaħħu r-rabta bejn l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali kif ukoll il-koerenza u l-konsistenza tal-komunikazzjoni tar-riskju, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju fuq kwistjonijiet li jkopru l-katina agroalimentari. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(37)  Biex jittejjeb l-iskambju interattiv ta' informazzjoni, tul il-proċess kollu ta' analiżi tar-riskju, fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll ma' partijiet interessati oħra tal-katina alimentari bħalma huma operaturi ekonomiċi, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju fuq kwistjonijiet li jkopru l-katina agroalimentari. Jenħtieġ li l-pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex l-informazzjoni neċessarja tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku bil-għan li jinkiseb livell għoli ta' trasparenza fil-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rigward liema informazzjoni jenħtieġ li tiġi ppubblikata jkunu mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll għal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni rigward l-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Biex l-Awtorità u l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jiġi żgurat li l-Awtorità tkompli bl-operat mexxej tagħha, hemm bżonn li jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(38)  Biex l-Awtorità, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jiġi żgurat li l-Awtorità tkompli bl-operat mexxej tagħha, hemm bżonn li jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(39a)  Peress li l-emendi f'din il-proposta jservu biex jittrasferixxu kompetenzi estensivi lill-Awtorità rigward l-istima tar-riskju u l-kontrolli ta' kunfidenzjalità, hija meħtieġa żieda sinifikanti fil-baġit għall-Awtorità skont l-Anness 3 tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-proposta għal finanzjament hi kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali iżda jaf tinvolvi l-użu ta' strumenti speċjali kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013. Jekk id-diskussjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri dwar il-baġit tal-Unjoni ma jħallux lok biżżejjed għar-riżorsi baġitarji meħtieġa, il-Kummissjoni jkun jeħtiġilha tippreżenta proposta finanzjarja alternattiva permezz ta' att delegat.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-impatt tal-Brexit fuq il-baġit tal-UE, l-eżitu tan-negozjati fuq il-qafas finanzjarju pluriennali għadu kompletament inċert. F'każ li l-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew ma jkunux jistgħu jaqblu dwar baġit xieraq għall-EFSA, inkunu qed nimponu fuq l-Awtorità mandat li din ma tkunx tista' twettaq bir-riżorsi finanzjarji u umani eżistenti. In-negozjati dwar il-proposta tal-Kummissjoni għandhom ikopru wkoll alternattiva li tieħu inkunsiderazzjoni din l-eventwalità.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)  Inċidenti reċenti dwar is-sigurtà tal-ikel urew il-ħtieġa li jiġu stabbiliti miżuri xierqa f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza li jiżguraw li l-ikel kollu, ikun xi jkun it-tip u l-oriġini tiegħu, u l-għalf kollu jkunu soġġetti għal miżuri komuni fil-każ ta' xi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa tal-annimali jew għall-ambjent. Dan l-approċċ komprensiv għall-miżuri ta' emerġenza tas-sigurtà tal-ikel huwa mistenni jippermetti li tittieħed azzjoni effettiva u li jiġu evitati disparitajiet artifiċjali fit-trattament ta' kwalunkwe riskju serju għall-ikel jew għall-għalf permezz ta' proċedura armonizzata u konġunta ta' ġestjoni tat-twissijiet għall-ikel.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (Artikoli 50 sa 54) jistabbilixxi l-RASFF, flimkien mad-dispożizzjonijiet bażiċi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-funzjonament tagħha. B'mod retrospettiv, instabu nuqqasijiet li minħabba fihom kienet meħtieġa rettifika permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 16/2011, li ma kien jinkludi la proċeduri armonizzati għall-Istati Membri kollha u lanqas it-tisħiħ meħtieġ tas-setgħat tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tat-twissijiet. Proċedura konġunta, obbligatorja u msaħħa hija meħtieġa għall-ġestjoni tat-twissijiet għall-ikel.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1)  Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  L-istima tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq ix-xhieda xjentifika disponibbli u mwettqa b'mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti.

"2.   "L-istima tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq ix-xhieda xjentifika kollha disponibbli u mwettqa b'mod indipendenti, oġġettiv u trasparenti."

 

(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat; l-adozzjoni tal-emenda tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Dwar il-glifosat, l-applikant ippreżenta 52 % biss tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi disponibbli, flimkien mal-istudji tiegħu stess. Permezz tal-"Klimisch score" mill-Istitut Federali Ġermaniż għall-Valutazzjoni tar-Riskju, rapporteur għall-EFSA, il-maġġoranza ta' dawn l-istudji ġiet ikklassifikata bħala ta' "valur limitat", bi ftit influwenza fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tiegħu. Dan iwassal biex l-EFSA tagħti aktar piż lill-istudji tal-applikant stess. Ċaħda tal-pubblikazzjonijiet evalwati bejn il-pari ma għandhiex tkun possibbli f'analiżi tar-riskju.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.  F'ċirkostanzi speċifiċi fejn, wara stima tat-tagħrif disponibbli, il-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tiġi identifikata iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, miżuri provviżorji ta' l-amministrazzjoni tar-riskju meħtieġa biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa magħżula fil-Komunità jistgħu jiġu adottati, sakemm ikun hemm aktar tagħrif xjentifiku disponibbli għal stima tar-riskju aktar komprensiva.

"1.   F'ċirkostanzi speċifiċi fejn, wara stima tat-tagħrif disponibbli, il-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tiġi identifikata iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika, miżuri tal-amministrazzjoni tar-riskju meħtieġa biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa magħżula fil-Komunità għandhom jiġu adottati, sakemm ikun hemm aktar tagħrif xjentifiku disponibbli għal stima tar-riskju aktar komprensiva."

Ġustifikazzjoni

Uża "għandhom" minflok "jistgħu". Fil-fajl tal-glifosat, il-prinċipju ta' prekawzjoni kellu jiggwida lill-EFSA u lill-COM fit-teħid ta' deċiżjoniijiet, peress li l-Artikolu 7 kien jgħid: "il-possibbiltà ta' effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tiġi identifikata iżda tkun tippersisti inċertezza xjentifika". Minflok "miżuri provviżorji tal-amministrazzjoni tar-riskju" (l-Artikolu 7), l-awtoritajiet jidhru li applikaw "id-dubju jenħtieġ li jibbenefika lis-sustanza". Għalhekk, "għandhom" jittieħdu u mhux "jistgħu" jittieħdu miżuri tal-amministrazzjoni tar-riskju meta l-prinċipju jkun applikabbli.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Artikolu 8a

Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju

Objettivi tal-komunikazzjoni tar-riskju

Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju:

Il-komunikazzjoni tar-riskju għandha tfittex l-objettivi li ġejjin, filwaqt li tqis ir-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju:

(a)  il-promozzjoni tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċess sħiħ ta' analiżi tar-riskju;

(a)  il-promozzjoni tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċess sħiħ ta' analiżi u ta' amministrazzjoni tar-riskju;

(b)  il-promozzjoni tal-konsistenza u tat-trasparenza fil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(b)  il-promozzjoni tal-konsistenza, tat-trasparenza u taċ-ċarezza fil-formulazzjoni ta' għażliet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(c)  l-għoti ta' bażi solida għall-fehim ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(c)  l-għoti ta' bażi xjentifika solida għall-fehim ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju; inkluża informazzjoni dwar:

 

(i)  kif l-għażla magħmula rigward l-amministrazzjoni tar-riskju tirrifletti l-grad ta' inċertezza tal-istima tar-riskju, u l-livell tas-saħħa tal-konsumaturi u tal-annimali u l-ħarsien tal-ambjent li tikseb din l-għażla;

 

(ii)  kif imsemmi fl-Artikolu 6(3), il-fatturi, minbarra r-riżultati tal-istima tar-riskju, li ġew ikkunsidrati mill-amministraturi tar-riskju, u kif dawn il-fatturi tqabblu ma' xulxin;

(d)  it-trawwim ta' fehim pubbliku dwar il-proċess ta' analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu ta' dan;

(d)  it-trawwim ta' fehim pubbliku dwar il-proċess ta' analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu ta' dan, inkluża l-għoti ta' informazzjoni ċara u konsistenti rigward il-kompiti, is-setgħat u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju;

(e)  il-promozzjoni tal-involviment xieraq tal-partijiet interessati kollha; and,

(e)  il-promozzjoni tal-involviment ibbilanċjat tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi ekonomiċi tal-katina alimentari, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili;

(f)  l-iżgurar tal-iskambju xieraq ta' informazzjoni mal-partijiet interessati b'rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari.

(f)  l-iżgurar tal-iskambju trasparenti u ekwu ta' informazzjoni mal-partijiet interessati msemmijin fil-punt (e) b'rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari;

 

(fa)  l-għoti ta' informazzjoni lill-konsumaturi dwar strateġiji għall-prevenzjoni tar-riskju; u

 

(fb)  ġlieda kontra t-tixrid ta' informazzjoni falza u s-sorsi ta' tali informazzjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8b

Artikolu 8b

Prinċipji ġenerali tal-komunikazzjoni tar-riskju

Prinċipji ġenerali tal-komunikazzjoni tar-riskju

B'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju, il-komunikazzjoni tar-riskju għandha:

B'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri tar-riskju u tal-amministraturi tar-riskju, il-komunikazzjoni tar-riskju għandha:

(a)  tiżgura li tiġi skambjata b'mod interattiv informazzjoni preċiża, xierqa u puntwali, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' trasparenza, ta' aċċess miftuħ, u ta' risponsività;

(a)  tiżgura li tiġi skambjata b'mod interattiv informazzjoni preċiża, kompleta u puntwali mal-partijiet interessati kollha, fuq il-bażi tal-prinċipji ta' trasparenza, ta' aċċess miftuħ, u ta' risponsività;

(b)  tipprovdi informazzjoni trasparenti f'kull stadju tal-proċess ta' analiżi tar-riskju mill-istrutturar tat-talbiet għal parir xjentifiku sal-provvista ta' stima tar-riskju u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(b)  tipprovdi informazzjoni trasparenti f'kull stadju tal-proċess ta' analiżi tar-riskju mill-istrutturar tat-talbiet għal parir xjentifiku sal-provvista ta' stima tar-riskju u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(c)  tikkunsidra l-perċezzjonijiet tar-riskju;

(c)  tindirizza l-perċezzjonijiet tar-riskju;

(d)  tiffaċilita l-fehim u d-djalogu fost il-partijiet interessati kollha; u,

(d)  tiffaċilita l-fehim u d-djalogu fost il-partijiet interessati kollha;

(e)  tkun aċċessibbli, inkluż għal dawk li mhumiex involuti b'mod dirett fil-proċess, filwaqt li tqis il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali.

(e)  tkun aċċessibbli, inkluż għal dawk li mhumiex involuti b'mod dirett fil-proċess, filwaqt li tqis il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali; u

 

(ea)  tifformula approċċi biex tiġi komunikata aħjar id-differenza bejn il-periklu u r-riskju.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8c

Artikolu 8c

Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju

Pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju

1.  Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 57a li jistabbilixxi pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, b'kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità, mal-Istati Membri u wara l-konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa, atti delegati b'konformità mal-Artikolu 57a li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju dwar kwistjonijiet relatati mal-katina agroalimentari, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi u tal-prinċipji ġenerali rilevanti stabbiliti fl-Artikoli 8a u 8b.

2.  Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b'mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Dan għandu:

2.  Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b'mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Dan għandu:

(a)  jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta' attivitajiet meħtieġa ta' komunikazzjoni tar-riskju;

(a)  jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta' attivitajiet meħtieġa ta' komunikazzjoni tar-riskju;

(b)  jidentifika l-għodod u l-kanali ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-gruppi ta' udjenza fil-mira rilevanti; u,

(b)  jidentifika l-għodod u l-kanali ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tal-ħtieġa li jiġi żgurat l-involviment bilanċjat tal-partijiet interessati kollha, inklużi l-operaturi ekonomiċi tal-katina alimentari, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili;

(c)  jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju u jiżgura djalogu miftuħ fost il-partijiet interessati kollha.

(c)  jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju, inkluż billi jirrikonoxxi u jispjega b'mod sistematiku diverġenzi fil-valutazzjoni xjentifika jew fil-perċezzjoni tal-livell ta' riskju aċċettabbli;

 

(ca)  jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi u skeda taż-żmien biex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 55a(1) tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b'kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.";

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju fi żmien [sentejn mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u żżommu aġġornat, b'kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u xjentifiku u tal-esperjenza miksuba.";

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8d

 

Trasparenza tal-komunikazzjoni tar-riskju

 

1.  Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri għandhom iwettqu dmirijiethom rigward il-komunikazzjoni tar-riskju b'rabta mal-liġi dwar l-ikel b'livell għoli ta' trasparenza.

 

2.  Il-Kummissjoni tista' toħroġ linji gwida xierqa.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  L-Artikolu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 9

"Artikolu 9

Konsultazzjoni pubblika

Konsultazzjoni pubblika

Għandu jkun hemm konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti, direttament jew permezz ta' korpi rappreżentattivi, matul it-tħejjija, valutazzjoni u reviżjoni tal-liġi dwar l-ikel, ħlief fejn l-urġenza tal-kwistjoni ma tippermettix dan.

Għandu jkun hemm konsultazzjoni pubblika miftuħa u trasparenti, direttament jew permezz ta' korpi rappreżentattivi, matul l-analiżi tar-riskju, kif ukoll matul it-tħejjija, valutazzjoni u reviżjoni tal-liġi dwar l-ikel, ħlief fejn l-urġenza tal-kwistjoni ma tippermettix dan."

Ġustifikazzjoni

Żid: "matul l-analiżi tar-riskju, kif ukoll..." Din l-emenda dwar il-prinċipju tat-trasparenza li jirregola r-Regolament Nru 178/2002 hija konformi mal-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ it-trasparenza matul il-proċess ta' analiżi tar-riskju.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 10

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1b)  L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

Artikolu 10

"Artikolu 10

Tagħrif pubbliku

Tagħrif pubbliku

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Komunità u dik nazzjonali dwar aċċess għad-dokumenti, fejn ikun hemm bażi raġonevoli ta' suspett li xi ikel jew għalf jista' jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew ta' l-annimali, allura, skond in-natura, serjetà jew limitu tar-riskju, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa li javżaw lill-pubbliku in ġenerali bin-natura tar-riskju għas-saħħa, u jidentifikaw sa l-aktar limitu possibbli l-ikel jew l-għalf, jew it-tip ta' ikel jew għalf, ir-riskju li jista' jippreżenta, u l-miżuri li ttieħdu jew li għandhom jittieħdu biex jipprevjenu, jnaqqsu jew jeliminaw dak ir-riskju.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi tal-Komunità u dik nazzjonali dwar aċċess għad-dokumenti, fejn ikun hemm bażi raġonevoli ta' suspett li xi ikel jew għalf jista' jippreżenta riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, allura l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jieħdu l-passi meħtieġa u f'waqthom biex javżaw lill-pubbliku inġenerali bin-natura tar-riskju għas-saħħa, u jidentifikaw sal-aktar limitu possibbli l-prodotti kkonċernati, ir-riskju li jistgħu jippreżentaw, u l-miżuri li ttieħdu jew li se jittieħdu biex jiġi evitat, imnaqqas jew eliminat dak ir-riskju. Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll fil-każ ta' nuqqasijiet ta' konformità suspettati li jirriżultaw minn ksur intenzjonat possibbli ta' leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni mwettaq permezz ta' prattiki frawdolenti jew qarrieqa.

 

2.  Bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar il-modalitajiet tal-applikazzjoni tiegħu sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament."

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 22 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1c)  Fl-Artikolu 22(7), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi kompetenti fl-Istati Membri li jwettqu xogħlijiet simili bħal dawk ta' l-Awtorità.

"Għandha taġixxi f'kooperazzjoni mal-aġenziji ta' evalwazzjoni l-oħra tal-Unjoni Ewropea."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija maħsuba biex tiffaċilita l-mandat legali tal-EFSA u l-koordinazzjoni bejn l-aġenziji, minħabba l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati fil-livell trasversali x-xenarji kollha possibbli li jinvolvu l-esponiment tal-pubbliku u tal-ambjent għal sustanzi kimiċi.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1d)  Fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23, il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(b)  biex tippromwovi u tikkoordina l-iżvilupp ta' metodoloġiji uniformi ta' l-istima tar-riskju fl-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-missjoni tagħha;

"(b)  li tippromwovi u tikkoordina f'approċċ trasversali l-iżvilupp ta' metodi uniformi għall-istima tar-riskju fl-oqsma rilevanti tal-missjoni tagħha, b'mod partikolari billi tqis l-"effetti cocktail" ta' sustanzi kimiċi li jista' jkollhom impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent;"

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipproponi l-adozzjoni ta' approċċ ikkoordinat mis-setturi rilevanti kollha għall-proċess Ewropew ta' evalwazzjoni tas-sustanzi kimiċi, li jagħti lill-EFSA rwol ċentrali. Barra minn hekk, huwa importanti li l-evalwaturi jqisu l-effetti cocktail ukoll sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati l-miżuri ta' ġestjoni xierqa.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Minbarra l-membri u l-membri supplenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jinkludi:

1a.  Minbarra l-membri u l-membri supplenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jinkludi:

(a)  żewġ membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kummissjoni u li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni, bid-dritt tal-vot.

(a)  żewġ membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kummissjoni u li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni, bid-dritt tal-vot.

(b)  membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.

(b)  żewġ rappreżentanti maħtura mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.

(c)  erba' membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa u wieħed minn organizzazzjonijiet industrijali. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbgħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.

(c)  sitt membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed minn organizzazzjonijiet nongovernattivi tas-saħħa pubblika, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa, wieħed minn organizzazzjonijiet agrokimiċi u wieħed minn organizzazzjonijiet agroindustrijali. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-mandat tal-membri u tal-membri supplenti għandu jkun ta' erba' snin. Madankollu, il-mandat tal-membri msemmija fil-paragrafu 1a(a) u (b) ma għandux ikun limitat fid-durata tiegħu. Il-mandat tal-membri msemmija fil-paragrafu 1a(c) jista' jiġġedded darba biss.

2.  Il-mandat tal-membri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1a għandu jkun ta' massimu ta' sentejn u nofs. Il-mandat tal-membri msemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1a għandu jkun ta' ħames snin. Il-mandat tal-membri msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1a jista' jiġġedded darba biss.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punti a u b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 28 – paragrafu 5 sa 5g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-membri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 5b għandhom jinħatru mill-Bord ta' Ġestjoni, wara proposta tad-Direttur Eżekuttiv, b'mandat ta' ħames snin, li jista' jiġġedded, wara pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, f'pubblikazzjonijiet xjentifiċi magħrufa relevanti u fis-sit web tal-Awtorità ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess.",

5.  Il-membri tal-Kumitat Xjentifiku li ma jkunux membri tal-Bordijiet Xjentifiċi u l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Ġestjoni għal mandat ta' ħames snin b'konformità mal-proċedura li ġejja:

5a.  Il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jinħatru mill-Bord ta' Ġestjoni għal mandat li jista' jiġġedded għal ħames snin b'konformità mal-proċedura li ġejja:

 

(a)  Id-Direttur Eżekuttiv, wara li jikkonsulta lill-Bord ta' Ġestjoni, għandu jibgħat lill-Istati Membri t-talba għall-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku meħtieġ f'kull Bord Xjentifiku u għandu jindika n-numru ta' esperti li għandhom jiġu nnominati mill-Istati Membri. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istati Membri dwar il-politika dwar l-indipendenza tal-Awtorità u dwar ir-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi. L-Istati Membri għandhom iniedu sejħa għal espressjoni ta' interess bħala bażi għan-nomini tagħhom. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinforma lill-Bord ta' Ġestjoni dwar it-talbiet mibgħuta lill-Istati Membri.

(a)  Id-Direttur Eżekuttiv, wara li jikkonsulta lill-Bord ta' Ġestjoni, għandu jippubblika sejħa għal espressjoni ta' interess fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ewlenin rilevanti u fuq is-sit web tal-Awtorità, u għandu jinforma lill-Istati Membri. Is-sejħa għandha tistabbilixxi l-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku meħtieġ f'kull Bord Xjentifiku u għandha tindika n-numru ta' esperti meħtieġa.

(b)  L-Istati Membri għandhom jinnominaw esperti bl-għan li flimkien jilħqu n-numru indikat mid-Direttur Eżekuttiv. Kull Stat Membru għandu jinnomina tal-anqas 12-il espert xjentifiku. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw ċittadini ta' Stati Membri oħra.

(b)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid wiesa' tas-sejħa għal espressjoni ta' interess fil-komunità xjentifika kollha. Jistgħu wkoll jinnominaw esperti għall-oqsma speċifiċi indikati, diment li tali nomini jsiru fuq il-bażi ta' sejħa għal espressjoni ta' interess.

(c)  Fuq il-bażi tan-nomini magħmula mill-Istati Membri, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal għal kull Bord Xjentifiku lista ta' esperti li tkun akbar min-numru ta' membri li jridu jinħatru. Id-Direttur Eżekuttiv ma jistax ifassal lista bħal din meta jkun jista' jiġġustifika l-fatt li n-nomini riċevuti ma jippermettulux, fid-dawl tal-kriterji għall-għażla stabbiliti fil-punt d) ta' dan il-paragrafu, ifassal lista akbar. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-lista lill-Bord ta' Ġestjoni għall-ħatra.

(c)  Fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet u n-nomini riċevuti u b'konformità mal-politika ta' indipendenza tal-Awtorità u r-regoli ta' implimentazzjoni applikabbli għall-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal għal kull Bord Xjentifiku lista ta' esperti li tkun akbar min-numru ta' membri li jridu jinħatru. d-Direttur Eżekuttiv ma jistax ifassal lista bħal din meta jkun jista' jiġġustifika l-fatt li l-applikazzjonijiet u n-nomini riċevuti ma jippermettulux, fid-dawl tal-kriterji għall-għażla stabbiliti fil-punt (d) ta' dan il-paragrafu, ifassal lista akbar. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-lista lill-Bord ta' Ġestjoni għall-ħatra.

(d)  In-nomini mill-Istati Membri, l-għażla mid-Direttur Eżekuttiv u l-ħatriet mill-Bord ta' Ġestjoni għandhom isiru fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(d)  In-nomini mill-Istati Membri, l-għażla mid-Direttur Eżekuttiv u l-ħatriet mill-Bord ta' Ġestjoni għandhom isiru fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(i)  Livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku;

(i)  Livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku;

(ii)  Indipendenza u nuqqas ta' kunflitt ta' interessi b'konformità mal-Artikolu 37(2) u l-politika dwar l-indipendenza tal-Awtorità u r-regoli ta' implimentazzjoni dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi;

(ii)  Indipendenza u nuqqas ta' kunflitt ta' interessi b'konformità mal-Artikolu 37(2) u l-politika dwar l-indipendenza tal-Awtorità u r-regoli ta' implimentazzjoni dwar l-indipendenza tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi;

(iii)  L-issodisfar tal-ħtiġijiet għall-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku tal-Bord li fih se jinħatru u r-reġim lingwistiku applikabbli.

(iii)  L-issodisfar tal-ħtiġijiet għall-għarfien espert multidixxiplinari speċifiku tal-Bord li fih se jinħatru u r-reġim lingwistiku applikabbli.

(e)  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jiżgura li tinkiseb l-usa' distribuzzjoni ġeografika possibbli fil-ħatriet finali.

(e)  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jiżgura li tinkiseb l-usa' distribuzzjoni ġeografika possibbli fil-ħatriet finali.

5b.  Meta l-Awtorità tidentifika li hemm għarfien espert speċifiku nieqes f'Bord jew f'diversi Bordijiet, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi membri addizzjonali tal-Bord(ijiet) għall-ħatra fil-Bord ta' Ġestjoni f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5.

5a.  Meta l-Awtorità tidentifika li hemm għarfien espert speċifiku nieqes f'Bord jew f'diversi Bordijiet, id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi membri addizzjonali tal-Bord(ijiet) għall-ħatra fil-Bord ta' Ġestjoni f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 5.

5c.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta, fuq il-bażi ta' proposta tad-Direttur Eżekuttiv, regoli dwar l-organizzazzjoni dettaljata u t-twaqqit tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 5a u 5b ta' dan l-Artikolu.

5b.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jadotta, fuq il-bażi ta' proposta tad-Direttur Eżekuttiv, regoli dwar l-organizzazzjoni dettaljata u t-twaqqif tal-proċeduri stabbiliti fil-paragrafi 5 u 5a ta' dan l-Artikolu.

5d.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri biex jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi jaġixxu b'mod indipendenti u jibqgħu ħielsa minn kunflitt ta' interessi kif previst fl-Artikolu 37(2) u l-miżuri interni tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom il-mezzi biex jiddedikaw iż-żmien u l-isforz neċessarji ħalli jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi ma jirċivux xi struzzjoni fi kwalunkwe livell nazzjonali u li l-kontribuzzjoni xjentifika indipendenti tagħhom għas-sistema ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jiġi rikonoxxut bħala kompitu ta' prijorità għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-katina tal-ikel.

5c.  Il-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom jaġixxu b'mod indipendenti u jibqgħu ħielsa minn kunflitt ta' interess kif previst fl-Artikolu 37(2) u l-miżuri interni tal-Awtorità. Għandu jkollhom il-mezzi biex jiddedikaw iż-żmien u l-isforz neċessarji ħalli jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Awtorità, ma għandhom jirċievu l-ebda struzzjoni fi kwalunkwe livell nazzjonali, u l-kontribut xjentifiku indipendenti tagħhom għas-sistema ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala kompitu ta' prijorità għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-katina tal-ikel.

5e.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi li jħaddmu lil dawk l-esperti xjentifiċi u dawk b'responsabbiltà għall-iffissar tal-prijoritajiet tal-korpi xjentifiċi li jħaddmu lil dawk l-esperti jimplimentaw il-miżuri previsti fil-paragrafu 5d.

5d.  Kif xieraq, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi pubbliċi li jħaddmu lil dawk l-esperti xjentifiċi u dawk b'responsabbiltà għall-iffissar tal-prijoritajiet tal-korpi xjentifiċi li jħaddmu lil dawk l-esperti jimplimentaw il-miżuri li huma meħtieġa biex ikun żgurat li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5c jiġu ssodisfati.

5f.  L-Awtorità għandha ssostni l-kompiti tal-Bordijiet billi torganizza x-xogħol tagħhom, b'mod partikolari x-xogħol preparatorju li jrid isir mill-persunal tal-Awtorità jew minn organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali nnominati msemmija fl-Artikolu 36 inkluż billi torganizza l-possibbiltà li jitħejjew opinjonijiet xjentifiċi li mbagħad jiġu evalwati bejn il-pari mill-Bordijiet qabel ma jadottawhom.

5e.  L-Awtorità għandha ssostni l-kompiti tal-Bordijiet billi torganizza x-xogħol tagħhom, b'mod partikolari x-xogħol preparatorju li jrid isir mill-persunal tal-Awtorità jew minn organizzazzjonijiet xjentifiċi nazzjonali nnominati msemmija fl-Artikolu 36 inkluż billi torganizza l-possibbiltà li jitħejjew opinjonijiet xjentifiċi li mbagħad jiġu evalwati bejn il-pari mill-Bordijiet qabel ma jadottawhom.

5g.  Kull Bord għandu jinkludi massimu ta' 21 membru.

5f.  Kull Bord għandu jinkludi massimu ta' 21 membru.

 

5fa.  L-Awtorità għandha toffri lill-membri tal-Bordijiet taħriġ komprensiv dwar il-proċess ta' stima tar-riskju.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 28 – paragrafu 9 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-numru ta' membri f'kull Bord Xjentifiku fi ħdan il-massimu previst fil-paragrafu 5g.;

(b) In-numru ta' membri f'kull Bord Xjentifiku fi ħdan il-massimu previst fil-paragrafu 5f.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 28 – paragrafu 9 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Fl-Artikolu 28(9), jiżdied il-punt li ġej:

 

(ga)  il-possibbiltà li l-applikanti jindirizzaw, f'perjodu massimu ta' sitt xhur sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-Awtorità, u qabel il-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' opinjoni tal-Awtorità, oqsma kritiċi ta' tħassib permezz ta' data ġdida.

Ġustifikazzjoni

Matul il-proċess li fih l-EFSA tirrieżamina dossier, l-aġenzija tista' tiffaċċja xi oqsma kritiċi ta' tħassib (li f'ħafna każijiet ikunu relatati ma' kunsiderazzjoni relatata ma' nuqqas ta' data speċifika) li mbagħad jiġu riflessi fl-Opinjoni Xjentifika finali tagħha. Madankollu, ladarba dan it-tħassib ikun inkluż fl-Opinjoni finali tal-EFSA, il-proċess ma jippermettix lill-applikanti jindirizzaw dan it-tħassib, anke jekk f'ħafna każijiet dawn jiġu solvuti b'mod faċli b'data speċifika diġà eżistenti.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 29 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-Artikolu 29(6):

 

"Ma għandhomx jippermettu esklużjoni a priori ta' ċerta evidenza xjentifika, b'mod speċjali meta din tkun ġiet ippubblikata wara proċess ta' evalwazzjoni bejn il-pari.";

Ġustifikazzjoni

Fil-fajl glifosat, l-applikant ippreżenta 52 % biss tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi disponibbli, flimkien mal-istudji tiegħu stess. Il-maġġoranza ta' dawn l-istudji ġiet ikklassifikata bħala ta' "valur limitat", u għaldaqstant kellha ftit influwenza fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tiegħu. Dak il-preġudizzju metodoloġiku wassal biex l-EFSA tagħti aktar piż lill-istudji tal-applikant stess. Għall-kuntrarju, CIRC kien iggwidat fl-analiżi tiegħu minn pubblikazzjonijiet evalwati mill-pari biss. Tali ċaħda a priori ta' pubblikazzjonijiet evalwati mill-pari ma għandhiex tkun possibbli f'analiżi tar-riskju ggwidata mill-prinċipju ta' prekawzjoni, skont l-Artikolu 7.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq it-talba ta' applikant potenzjali għal awtorizzazzjoni tal-liġi dwar l-ikel, il-persunal tal-Awtorità għandu jagħti pariri dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti u l-kontenut meħtieġ tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Il-parir ipprovdut mill-persunal tal-Awtorità għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi.

L-Awtorità għandha tippubblika dokument ta' gwida li jinkludi lista ta' mistoqsijiet u tweġibiet rigward ir-rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Fuq it-talba ta' applikant potenzjali għal awtorizzazzjoni tal-liġi dwar l-ikel, l-Awtorità għandha toffri wkoll sessjonijiet ta' konsultazzjoni li jispjegaw il-kontenut meħtieġ u l-modus operandi tad-diversi testijiet u studji neċessarji biex juru l-kwalità, is-sigurtà u l-effikaċja tal-prodott maħsub. Il-parir ipprovdut mill-Awtorità għandu jkun mingħajr preġudizzju u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi. Il-persunal tal-Awtorità li jipprovdi l-parir ma għandu jkun involut fl-ebda ħidma xjentifika preparatorja li tkun direttament jew indirettament rilevanti għall-applikazzjoni li hija s-suġġett tal-parir.

 

Fi żmien... [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatt ta' dan l-Artikolu fuq il-funzjonament tal-Awtorità. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-volum ta' xogħol addizzjonali u lill-mobilizzazzjoni tal-persunal, u jekk ikunx wassal għal kwalunkwe bidla fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Awtorità, a skapitu tal-attivitajiet ta' interess pubbliku.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B'dan hu stabbilit reġistru ta' studji tal-Unjoni kkummissjonat mill-operaturi tan-negozju biex jiksbu awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. L-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-Awtorità s-suġġett ta' kwalunkwe studju kkummissjonat biex jappoġġa applikazzjoni futura għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Ir-reġistru għandu jiġi ġestit mill-Awtorità.

1.  B'dan hu stabbilit reġistru ta' studji tal-Unjoni kkummissjonat mill-operaturi tan-negozju bil-ħsieb li jiksbu awtorizzazzjoni jew tiġdid skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. L-operaturi tan-negozju għandhom jinnotifikaw, mingħajr dewmien, lill-Awtorità s-suġġett ta' kwalunkwe studju kkummissjonat fl-Unjoni jew lil hinn minnha biex jappoġġa applikazzjoni futura għal awtorizzazzjoni jew tiġdid skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Ir-reġistru għandu jiġi ġestit mill-Awtorità.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Kwalunkwe studju kkummissjonat għandu jqis id-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-obbligu ta' notifika skont il-paragrafu 1 japplika wkoll għal-laboratorji tal-Unjoni li jwettqu dawk l-istudji.

2.  L-obbligu ta' notifika skont il-paragrafu 1 japplika wkoll għal kwalunkwe istituzzjoni li twettaq l-istudji, inklużi laboratorji, istituti jew universitajiet.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Data minn test ikkummissjonat iżda mhux irreġistrat ma għandhiex tintuża fi stima tar-riskju.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni li sservi ta' salvagwardja biex l-applikanti ma jwettqux għażla selettiva tar-riżultati fir-riċerka li jkunu konvenjenti għalihom, iżda biex kollha jkunu magħrufa u disponibbli ħalli jippermettu stima kompleta.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Is-suġġett ma għandux jiġi awtorizzat sakemm ma tiġix sottomessa d-data kollha mill-istudji kollha rreġistrati.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fejn l-Awtorità titlob u tirċievi data addizzjonali minn applikant, din id-data, immarkata bħala tali, għandha tiżdied ukoll mar-reġistru tal-Unjoni u tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni żdiedet fuq rakkomandazzjoni tal-Ombudsman, sabiex tiġi evitata kwalunkwe perċezzjoni pubblika li l-fajl mhuwiex komplet.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha, b'konformità mal-Artikolu 57a, tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu penali għall-ksur tal-obbligu ta' notifika.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Dan l-Artikolu ma għandux japplika għal studji kkummissjonati qabel... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju].

Ġustifikazzjoni

L-obbligu li l-istudji jiġu ppubblikati ma għandux japplika b'mod retroattiv.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32c – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel tipprovdi li awtorizzazzjoni tista' tiġġedded, l-applikant potenzjali għat-tiġdid għandu jinnotifika lill-Awtorità bl-istudji li jkun beħsiebu jwettaq għal dak l-għan. Wara din in-notifika, l-Awtorità għandha tniedi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku dwar l-istudji maħsuba għat-tiġdid u għandha tipprovdi parir dwar il-kontenut tal-applikazzjoni maħsuba għat-tiġdid b'kunsiderazzjoni tal-kummenti riċevuti. Il-parir ipprovdut tal-Awtorità għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal tiġdid ta' awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi.

1.  Fejn il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel tipprovdi li awtorizzazzjoni tista' tiġġedded, l-applikant potenzjali għat-tiġdid għandu jinnotifika lill-Awtorità bl-istudji li jkun beħsiebu jwettaq għal dak l-għan. Wara din in-notifika, l-Awtorità għandha tniedi konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-pubbliku dwar l-istudji maħsuba għat-tiġdid u għandha tipprovdi parir dwar il-kontenut tal-applikazzjoni maħsuba għat-tiġdid b'kunsiderazzjoni tal-kummenti riċevuti li jkunu rilevanti għall-istima tar-riskju tat-tiġdid maħsub. Il-parir ipprovdut mill-Awtorità għandu jkun mingħajr preġudizzju u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal tiġdid ta' awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku dwar l-istudji li jsostnu l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ladarba dawn jiġu ppubblikati mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f biex tidentifika jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli dwar is-suġġett ikkonċernat mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għas-sottomissjoni ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari mill-applikanti matul il-proċess ta' stima tar-riskju.

2.  L-Awtorità għandha, fi żmien xahrejn, tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku dwar l-istudji li jsostnu l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ladarba dawn jiġu ppubblikati mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f biex tidentifika jekk data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra bbażati fuq letteratura indipendenti evalwata bejn il-pari jew imwettqin skont il-linji gwida internazzjonali u l-Prattiki Tajba tal-Laboratorju (GLP) ikunux disponibbli dwar is-suġġett ikkonċernat mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jew ikunux mingħajr preġudizzju għall-obbligi proprji tal-Awtorità skont l-Artikolu 33. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għas-sottomissjoni ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari mill-applikanti matul il-proċess ta' stima tar-riskju.

Ġustifikazzjoni

Il-fażi tal-konsultazzjoni trid tiġi ddefinita b'mod ċar sabiex tipprovdi struttura ċara għat-tul kollu tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni. Il-konsultazzjoni pubblika ma għandhiex titqies bħala s-soluzzjoni għal stima tar-riskju ta' kwalità tajba u eżawrjenti. Tabilħaqq, il-konsultazzjonijiet pubbliċi ġeneralment jikkonċernaw udjenza limitata ħafna. Din ir-responsabbiltà hija tal-EFSA. L-identifikazzjoni rigoruża tad-data xjentifika rilevanti għandha ssir mill-Awtorità nnifisha, kif stipulat fl-Artikolu 33. Il-konsultazzjoni pubblika ma għandhiex teżenta lill-EFSA minn dan l-obbligu.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-esperti tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar jikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

L-esperti tad-Direttorat għall-Awditi u l-Analiżi tal-Ikel u tas-Saħħa tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi jikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-obbligu tal-applikanti għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi dwar l-ikel biex tintwera s-sigurtà ta' oġġett sottomess għal sistema ta' awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, tista' titlob lill-Awtorità tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess ta' stima tar-riskju tagħha. L-istudji kkummissjonati jista' jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza soġġetta għal verifika.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-applikanti għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi dwar l-ikel biex tintwera s-sigurtà ta' oġġett sottomess għal sistema ta' awtorizzazzjoni, fil-każ li jkun hemm sejbiet xjentifiċi diverġenti, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Awtorità tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess ta' stima tar-riskju tagħha. L-istudji kkummissjonati jista' jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza soġġetta għal verifika fil-proċess ta' stima tar-riskju.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32e – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe studju kkummissjonat għandu jqis id-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 33(1), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(da)  effetti kombinati u akkumulati."

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Awtorità għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari għandha tippubblika mingħajr dewmien:

1.  L-Awtorità għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. B'mod partikolari għandha tippubblika mingħajr dewmien:

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-aġendi u l-minuti tal-Kumitat Xjentifku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom;

(a)  l-aġendi, il-listi tal-parteċipanti u l-minuti tal-Bord ta' Ġestjoni, tal-Kumitat Konsultattiv, tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  data xjentifika, studji u informazzjoni oħra li jappoġġaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, li jinkludu informazzjoni supplimentari fornita mill-applikanti, kif ukoll data xjentifika u informazzjoni oħra li jappoġġaw talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal output xjentifiku, inkluża opinjoni xjentifika, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f.

(c)  data xjentifika, studji u informazzjoni oħra li jappoġġaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, li jinkludu informazzjoni supplimentari fornita mill-applikanti, kif ukoll data xjentifika u informazzjoni oħra li jappoġġaw talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal output xjentifiku, inkluża opinjoni xjentifika, b'kunsiderazzjoni tal-interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni u tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-informazzjoni li fuqha huma bbażati l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu l-opinjonijiet xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' data kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f;

(d)  l-informazzjoni li fuqha huma bbażati l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu l-opinjonijiet xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni u tal-protezzjoni ta' data kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  informazzjoni dwar l-isem tal-applikant u t-titlu tal-applikazzjoni;

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  il-parir ipprovdut mill-Awtorità lill-applikanti potenzjali fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni skont l-Artikolu 32a u 32c.

(i)  il-parir ġenerali ipprovdut mill-Awtorità lill-applikanti potenzjali fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni skont l-Artikoli 32a u 32c.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu appoġġati l-kompetittività u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs, huwa essenzjali li jingħataw parir qabel jissottomettu applikazzjoni. Ħafna drabi, il-fattur kruċjali tal-ispiża jkun l-istudji meħtieġa għall-proċess ta' awtorizzazzjoni. Għalhekk, il-parir għandu jinkludi wkoll dawn l-aspetti, sabiex jiġu evitati studji bla bżonn jew mhux immirati.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati f'taqsima ddedikata tas-sit web tal-Awtorità. Dik it-taqsima għandha tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment. L-oġġetti rilevanti għandhom ikunu disponibbli biex jitniżżlu, jiġu stampati u jitfittxu f'format elettroniku.

Dawk l-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu ppubblikati f'taqsima ddedikata tas-sit web tal-Awtorità. Dik it-taqsima għandha tkun disponibbli pubblikament u aċċessibbli faċilment bil-kundizzjoni li l-attivitajiet ta' dawk li jaċċessawha jkunu rreġistrati elettronikament u li jkun hemm miżuri u penali effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra kwalunkwe użu kummerċjali mhux permess. L-oġġetti rilevanti għandhom ikunu disponibbli biex jitniżżlu, jiġu stampati b'marka tal-ilma għal finijiet ta' traċċabbiltà u jitfittxu f'format elettroniku, li jkun jinqara mill-magni. Dawk il-miżuri għandhom jiffukaw fuq l-użu kummerċjali tad-dokumenti u fuq is-sottomissjoni tagħhom. Tali miżuri għandhom jitfasslu biex joffru protezzjoni effettiva kontra l-użu kummerċjali tal-oġġetti msemmija fl-ewwel subparagrafu kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi terzi.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1a – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) lill-pubbliku għandha tkun mingħajr ħsara:

1a. Id-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punti (c), (d) u (i) tal-paragrafu 1 lill-pubbliku għandha tkun mingħajr preġudizzju:

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1a – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  għal kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali li jista' jeżisti fuq id-dokumenti jew fuq il-kontenut tagħhom; u,

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jitqajjem dubju dwar ir-rekwiżiti kollha tad-divulgazzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI). Barra minn hekk, m'hemmx bżonn li f'dan l-istadju ssir referenza għad-DPI: "DPI stretti" bħal privattivi, drittijiet tal-awtur jew trademarks diġà se jkunu protetti bis-saħħa tal-Artikolu 38.1a(b). "DPI mhux stretti" (sigrieti kummerċjali) se jkunu koperti mill-Artikolu 39(2).

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex jintuża, jiġi riprodott jew imħaddem b'xi mod ieħor il-kontenut ta' dawn u l-użu ta' dawn minn partijiet terzi ma għandux ikun jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea.

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita biex id-data u l-informazzjoni rilevanti u l-kontenut tagħhom jintużaw kummerċjalment, jiġu riprodotti jew jiġu mħaddmin b'xi mod ieħor għal finijiet kummerċjali. Sabiex jiġi evitat id-dubju, l-informazzjoni ppubblikata tista' tintuża għall-fini ta' skrutinju pubbliku tar-riżultati, inkluż fehim aħjar tal-effetti avversi potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent, u l-użu tagħha minn partijiet terzi għal dak il-għan ma għandux jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  Jiżdied il-paragrafu 3a li ġej:

 

"3a. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 38, l-Awtorità ma għandhiex tippubblika informazzjoni li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.  B'deroga mill-Artikolu 38 u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għad-Direttiva 2003/4/KE u għall-prinċipju ġenerali li l-interessi ta' saħħa pubblika dejjem jipprevalu fuq l-interessi privati, l-Awtorità ma għandhiex tippubblika informazzjoni li għaliha jkun intalab u ngħata trattament kunfidenzjali bl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  il-metodu u speċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali oħra relatati ma' dak il-metodu, użat għall-manifattura jew għall-produzzjoni tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika;

(1)  il-metodu u speċifikazzjonijiet tekniċi u industrijali oħra relatati ma' dak il-metodu, użat għall-manifattura jew għall-produzzjoni tas-suġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika, ħlief meta jkun rilevanti għall-fehim tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent, u diment li l-applikant juri, b'ġustifikazzjoni verifikabbli, li tali metodu ma jinvolvix informazzjoni dwar l-emissjonijiet fl-ambjent u dwar l-impatti fuq is-saħħa u fuq l-ambjent;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  informazzjoni kummerċjali li tikxef is-sorsi, l-ishma mis-suq jew l-istrateġija kummerċjali tal-applikant; u

(3)  informazzjoni kummerċjali li tikxef is-sorsi, ideat innovattivi għall-prodott/sustanza, l-ishma mis-suq jew l-istrateġija kummerċjali tal-applikant;

 

(Din il-modifika tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat; l-adozzjoni tal-emenda tirrikjedi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  il-kompożizzjoni kwantitattiva tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika.

(4)  il-kompożizzjoni kwantitattiva tal-oġġett tat-talba għal output xjentifiku, li jinkludi opinjoni xjentifika, ħlief meta jkun rilevanti għall-fehim tal-effetti potenzjali fuq is-saħħa u fuq l-ambjent.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Fejn azzjoni urġenti hi essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-Awtorità tista' tiddivulga l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3; u,

(a)  Fejn azzjoni urġenti hi essenzjali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-saħħa tal-annimali jew tal-ambjent, bħal f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-Awtorità tista' tiddivulga l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3; jew,

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma' effetti tas-saħħa prevedibbli.

(b)  informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma' effetti prevedibbli fuq is-saħħa pubblika, fuq is-saħħa tal-annimali u fuq l-ambjent.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  fejn jeżisti interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Illum il-ġurnata, din id-dispożizzjoni diġà hija inkluża fir-Regolament dwar il-pestiċidi u ma għandhiex titneħħa.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  kwalunkwe informazzjoni li għaliha jkun hemm interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, b'mod partikolari fejn l-informazzjoni tkun relatata mal-emissjonijiet fl-ambjent.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE, għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta applikant jissottometti talba għal kunfidenzjalità, dan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali u verżjoni kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa b'konformità ma' formats standard tad-data, fejn jeżistu, skont l-Artikolu 39f. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun mingħajr l-informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali b'konformità mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 39. Il-verżjoni kunfidenzjali għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha sottomessa, inkluża informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali. L-informazzjoni mitluba biex tiġi ttrattata bħal kunfidenzjali fil-verżjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata ċara. L-applikant għandu jindika biċ-ċar ir-raġunijiet li fuqhom il-bażi tagħhom tintalab il-kunfidenzjalità għas-siltiet differenti tal-informazzjoni.

2.  Meta applikant jissottometti talba għal kunfidenzjalità, dan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali u verżjoni kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa b'konformità ma' formats standard tad-data, fejn jeżistu, skont l-Artikolu 39f. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali għandha teditja, bi blokok suwed, l-informazzjoni li l-applikant ikun talab trattament kunfidenzjali għaliha b'konformità mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 39. Il-verżjoni kunfidenzjali għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha sottomessa, inkluża informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali. L-informazzjoni mitluba biex tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali fil-verżjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata ċara. L-applikant għandu jindika biċ-ċar il-ġustifikazzjonijiet u l-evidenza verifikabbli li fuq il-bażi tagħhom tintalab il-kunfidenzjalità għas-siltiet differenti tal-informazzjoni.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tinforma lill-applikant bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddivulga informazzjoni u bir-raġunijiet għal din, qabel ma l-Awtorità tieħu deċiżjoni formali dwar it-talba ta' kunfidenzjalità. Jekk l-applikant ma jaqbilx mal-valutazzjoni tal-Awtorità, dan jista' jiddikjara l-fehmiet tiegħu jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ġie nnotifikat bil-pożizzjoni tal-Awtorità.

(c)  tinforma lill-applikant bil-miktub dwar l-intenzjoni tagħha li tiddivulga informazzjoni u bir-raġunijiet għal din, qabel ma l-Awtorità tieħu deċiżjoni formali dwar it-talba ta' kunfidenzjalità. Jekk l-applikant joġġezzjona għall-valutazzjoni tal-Awtorità, dan jista' (1) jiddikjara l-fehmiet tiegħu, (2) jirtira l-applikazzjoni tiegħu, jew (3) jitlob reviżjoni lill-Bord tal-Appell tal-Awtorità fi żmien erba' ġimgħat mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat bil-pożizzjoni tal-Awtorità. L-applikant jista' jipprovdi avviż bil-miktub lill-Awtorità li jixtieq jitlob rieżami tal-opinjoni lill-Bord tal-Appell tal-Awtorità. F'dak il-każ, l-applikant għandu jibgħat lill-Awtorità r-raġunijiet iddettaljati għat-talba fi żmien 60 jum minn meta jirċievi l-opinjoni. Fi żmien 60 jum minn meta jirċievi r-raġunijiet għat-talba, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità għandu jirrieżamina l-opinjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Kemm l-EMA kif ukoll l-EFSA għandhom xi tip ta' Bord tal-Appell. Dan għandu jipprovdi lill-applikant il-possibbiltà li l-opinjoni tiġi rieżaminata. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tistabbilixxi din l-istess possibbiltà fl-EFSA.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba ta' kunfidenzjalità b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-applikant fi żmien għaxar ġimgħat mid-data tar-riċevuta tat-talba ta' kunfidenzjalità fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u mingħajr dewmien żejjed fil-każ ta' data u ta' informazzjoni supplimentari u tinnotifika lill-applikant u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif xieraq, dwar id-deċiżjoni tagħha; u,

(d)  tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba ta' kunfidenzjalità b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-applikant fi żmien tmien ġimgħat mid-data tar-riċevuta tat-talba ta' kunfidenzjalità fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u mingħajr dewmien żejjed fil-każ ta' data u ta' informazzjoni supplimentari u tinnotifika lill-applikant u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fi kwalunkwe każ, dwar id-deċiżjoni tagħha; u,

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39b – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tippubblika kwalunkwe data u informazzjoni addizzjonali li għaliha ma ġietx aċċettata t-talba ta' kunfidenzjalità kif iġġustifikat mhux qabel ġimagħtejn wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant, skont il-punt (d).

(e)  tippubblika kwalunkwe data u informazzjoni addizzjonali li għaliha ma ġietx aċċettata t-talba ta' kunfidenzjalità kif iġġustifikat mhux qabel erba' ġimgħat wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant, skont il-punt (d).

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39b – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità skont dan l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għal kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 263 u 278 tat-Trattat rispettivament.

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Awtorità skont dan l-Artikolu jistgħu jkunu soġġetti għal kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-Awtorità, li għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-Artikolu 57a ta' dan ir-Regolament. Preżentazzjoni ta' appell skont dan il-paragrafu għandu jkollha effett sospensiv. L-applikant jista' jipprovdi avviż bil-miktub lill-Awtorità li jixtieq jitlob rieżami tal-opinjoni lill-Bord tal-Appell tal-Awtorità. F'dak il-każ, l-applikant għandu jibgħat lill-Awtorità r-raġunijiet iddettaljati għat-talba fi żmien 60 jum minn meta jirċievi l-opinjoni. Fi żmien 60 jum minn meta jirċievi r-raġunijiet għat-talba, il-Bord tal-Appell tal-Awtorità għandu jirrieżamina l-opinjoni tiegħu. F'każ ta' kontestazzjoni ta' deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Appell tal-Awtorità , tista' titressaq kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 263 tat-Trattat.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39d – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-informazzjoni riċevuta minnhom skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel li għaliha jkun intalab it-trattament kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba ta' kunfidenzjalità mill-Awtorità u din tkun saret definittiva. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji biex ma tiġix ippubblikata l-informazzjoni li għaliha ġie aċċettat trattament kunfidenzjali mill-Awtorità.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-informazzjoni riċevuta minnhom skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel li għaliha jkun intalab it-trattament kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba ta' kunfidenzjalità mill-Awtorità u din tkun saret definittiva, ħlief meta l-aċċess għall-informazzjoni jintalab skont id-Direttiva 2003/4/KE jew il-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji biex ma tiġix ippubblikata l-informazzjoni li għaliha ġie aċċettat trattament kunfidenzjali mill-Awtorità, ħlief meta l-aċċess għall-informazzjoni jintalab skont id-Direttiva 2003/4/KE jew il-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li ssir kjarifika dwar meta japplika l-obbligu tal-EFSA għad-deċiżjoni tal-kunfidenzjalità, b'mod partikolari biss meta l-awtoritajiet jippubblikaw l-informazzjoni b'mod proattiv. Meta jintalab aċċess għall-informazzjoni, trid issir valutazzjoni individwali, anke jekk preċedentement l-istituzzjoni tkun iddeċidiet dwar il-kunfidenzjalità.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39d – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk applikant fil-kuntest ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u industrijali kif aċċettati mill-Awtorità b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f. L-applikazzjoni għandha titqies bħala rtirata mill-mument li fih il-korp kompetenti li kien irċieva l-applikazzjoni oriġinali jirċievi t-talba bil-miktub. Meta l-irtirar tal-applikazzjoni jseħħ qabel ma l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar it-talba rilevanti ta' kunfidenzjalità, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni li għaliha tkun intalbet il-kunfidenzjalità.

3.  Jekk applikant fil-kuntest ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u industrijali kif aċċettati mill-Awtorità b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f. L-applikazzjoni għandha titqies bħala rtirata mill-mument li fih il-korp kompetenti li kien irċieva l-applikazzjoni oriġinali jirċievi t-talba bil-miktub. L-Awtorità ma għandha tippubblika l-ebda informazzjoni, kunfidenzjali jew mhux kunfidenzjali, f'każ li applikant jiddeċiedi li jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39e – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-ismijiet tal-parteċipanti kollha fil-laqgħat tal-Kumitat Xjentifku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom.

(c)  l-ismijiet tal-parteċipanti u tal-osservaturi kollha fil-laqgħat tal-Kumitat Xjentifiku u tal-Bordijiet Xjentifiċi, tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom u ta' kwalunkwe laqgħa oħra ta' Grupp ad hoc dwar is-suġġett.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-divulgazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi ta' persuni fiżiċi involuti fl-ittestjar fuq annimali vertebrati jew fil-kisba ta' informazzjoni tossikoloġika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-privatezza u lill-integrità ta' dawk il-persuni fiżiċi u dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-divulgazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi ta' persuni fiżiċi involuti fl-ittestjar fuq annimali vertebrati għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-privatezza u lill-integrità ta' dawk il-persuni fiżiċi u dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39f – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Għall-finijiet tal-Artikolu 38(1)(c) u biex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tat-talbiet lill-Awtorità għal output xjentifiku, għandhom jiġu adottati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer biex id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu sottomessi, jitfittxu, jiġu kkupjati u stampati, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn l-abbozzi ta' formats standard ta' data u l-pakketti ta' softwer ma għandhomx ikunu bbażati fuq standards proprjetarji u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà ma' approċċi eżistenti għas-sottomissjoni tad-data sa fejn possibbli.

(1)  Għall-finijiet tal-Artikolu 38(1)(c) u biex jiġi żgurat l-ipproċessar effiċjenti tat-talbiet lill-Awtorità għal output xjentifiku, għandhom jiġu adottati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer biex id-dokumenti jkunu jistgħu jiġu sottomessi, jitfittxu, jiġu kkupjati u stampati, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti regolatorji stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel u l-fattibbiltà għall-intrapriżi żgħar u medji. Dawn l-abbozzi ta' formats standard ta' data u l-pakketti ta' softwer ma għandhomx ikunu bbażati fuq standards proprjetarji u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà ma' approċċi eżistenti għas-sottomissjoni tad-data sa fejn possibbli.

Ġustifikazzjoni

L-SMEs għandhom possibbiltajiet teknikament limitati. Madankollu, anke dawn għandu jkollhom il-possibbiltà li jużaw il-formats standard ta' data mingħajr l-għarfien jew il-pussess tal-aktar softwer reċenti.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39f – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-formats standard ta' data u l-pakketti ta' softwer għandhom japplikaw biss għal data ġġenerata wara l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu 2.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39g – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi ta' informazzjoni operati mill-Awtorità biex taħżen id-data tagħha, inkluża data kunfidenzjali u personali, għandhom jitfasslu b'livell għoli ta' sigurtà xieraq għar-riskji tas-sigurtà inkwistjoni, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa 39f ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għandu jkun ibbażat bħala minimu fuq sistema li teħtieġ awtentikazzjoni b'żewġ fatturi jew li tipprovdi livell ekwivalenti ta' sigurtà. Is-sistema għandha tiżgura li kwalunkwe aċċess għaliha jkun kompletament awditjabbli.

Is-sistemi ta' informazzjoni operati mill-Awtorità biex taħżen id-data tagħha, inkluża data kunfidenzjali u personali, għandhom jitfasslu b'mod li jiggarantixxi li l-ogħla standards ta' sigurtà xierqa għar-riskji tas-sigurtà inkwistjoni jkunu jistgħu jinkisbu, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa39f ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għandu jkun ibbażat bħala minimu fuq sistema li tirrikjedi awtentikazzjoni b'żewġ fatturi jew li tipprovdi livell ekwivalenti ta' sigurtà. Is-sistema għandha tiżgura li kwalunkwe aċċess għaliha jkun kompletament awditjabbli.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 41 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni ambjentali, l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 għandhom japplikaw ukoll.

L-Awtorità għandha tiżgura aċċess wiesa' għad-dokumenti fil-pussess tagħha. F'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni ambjentali, ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill39 għandu japplika wkoll. L-Artikoli 38 sa 39 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

__________________

__________________

39 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

39 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 50 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  Fl-Artikolu 50, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1.   Sistema għall-allarm malajr għan-notifikazzjoni tar-riskju dirett jew indirett għas-saħħa umana li jirriżulta minn ikel jew għalf qiegħda b'dan tiġi stabbilita bħala network. Għandha tinvolvi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom kull wieħed jaħtru punt ta' kuntatt, li għandu jkun membru tan-network. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network.

"1.  Sistema ta' twissija rapida għan-notifikazzjoni tar-riskju dirett jew indirett għas-saħħa tal-bniedem li jirriżulta minn ikel jew għalf qiegħda b'dan tiġi stabbilita bħala network. Għandha tinvolvi lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità. L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom kull wieħed jaħtru punt ta' kuntatt, li għandu jkun membru tan-network."

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 51 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Fl-Artikolu 51, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 57a biex tiżviluppa sistema ta' ġestjoni armonizzata tan-netwerk ta' twissija għall-ikel bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri."

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 (Artikoli 50 sa 54) jistabbilixxi l-RASFF, flimkien mad-dispożizzjonijiet bażiċi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-funzjonament tagħha. B'mod retrospettiv, instabu nuqqasijiet li minħabba fihom kienet meħtieġa rettifika permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 16/2011, li ma kien jinkludi la proċeduri armonizzati għall-Istati Membri kollha u lanqas it-tisħiħ meħtieġ tas-setgħat tal-Kummissjoni fil-ġestjoni tat-twissijiet. Proċedura konġunta, obbligatorja u msaħħa hija meħtieġa għall-ġestjoni tat-twissijiet għall-ikel.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 57a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħat ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(c) għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

2.  Is-setgħat ta' adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 8(c), 32b(4a), 39b(1), it-tieni subparagrafu, u 51(1a) għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 61

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 61

Artikolu 61

Klawżola ta' reviżjoni

Klawżola ta' reviżjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura r-reviżjoni regolari tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura r-reviżjoni regolari tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.  Sa mhux aktar tard minn wara d-data msemmija fl-Artikolu [id-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-GFL], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Awtorità b'rabta mal-objettivi, mal-mandat, mal-kompiti, mal-proċeduri u mal-postijiet tagħha, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Awtorità u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

2.  Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-data msemmija fl-Artikolu [id-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-GFL], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, l-Awtorità u l-Kummissjoni, b'mod konġunt, għandhom jikkummissjonaw evalwazzjoni esterna indipendenti tal-prestazzjoni tagħhom b'rabta mal-objettivi, mal-mandati, mal-kompiti, mal-proċeduri u mal-postijiet tagħhom. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-programm ta' ħidma tal-Bord ta' Ġestjoni bi qbil mal-Kummissjoni. Għandha tivvaluta l-prattiki ta' ħidma u l-impatt tal-Awtorità u tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Awtorità, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din. Barra minn hekk, għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li l-attivitajiet tal-Awtorità jkunu kkoordinati u marbutin flimkien aktar mill-qrib ma' dawk tal-korpi kompetenti fl-Istati Membri u aġenziji oħra tal-Unjoni. L-evalwazzjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali.

 

2 a.  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jeżamina l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni, li jaf ikunu jirrigwardaw bidliet fl-Awtorità.

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Awtorità ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, hi tista' tipproponi li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq jew inkella jitħassru.

 

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Ġestjoni dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

4.  L-evalwazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 2a għandhom jintbagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Bord ta' Ġestjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru pubbliċi.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 24, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikolu 25 ta' din id-Direttiva u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1829/2003

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha u l-opinjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, rapporti dwar il-monitoraġġ kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha u l-opinjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija meħuda mill-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 attwali.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1829/2003

Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita f'dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minbarra l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3) ta' dak ir-Regolament, l-Awtorità tista' taċċetta wkoll li tipprovdi trattament kunfidenzjali lill-informazzjoni li ġejja li, fuq ġustifikazzjoni verifikabbli, id-divulgazzjoni tagħha tista' titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-interessi kkonċernati:

imħassar

(a)  il-pjan ta' studju għall-istudji li juru l-effikaċja ta' addittiv tal-għalf f'termini tal-għanijiet tal-użu maħsub tiegħu kif definit fl-Artikolu 6(1) u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; u,

 

(b)  l-ispeċifikazzjonijiet tal-impuritajiet tas-sustanza attiva u l-metodi rilevanti tal-analiżi żviluppati internament mill-applikant, ħlief għal impuritajiet li jista' jkollhom effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, jew fuq l-ambjent.

 

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Awtorità għandha tapplika l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill meta tittratta applikazzjonijiet għal aċċess għal dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 18 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom iżommu bħala kunfidenzjali t-tagħrif kollu meqjus bħala kunfidenzjali skont il-paragrafu 2, ħlief fejn ikun xieraq li dan it-tagħrif isir pubbliku biex iħares is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent. L-Istati Membri għandhom jittrattaw l-applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti li jkunu rċevew skont dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2065/2003

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1935/2004

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"2a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, kif ukoll fl-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tiġi mxerrda b'mod proattiv huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament Nru 1935/2004

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  kwalunkwe informazzjoni pprovduta f'deskrizzjonijiet dettaljati ta' sustanzi u ta' preparazzjonijiet inizjali użati għall-manifattura tas-sustanza soġġetta għall-awtorizzazzjoni, il-kompożizzjoni tal-preparazzjonijiet, tal-materjali jew tal-oġġetti li fihom l-applikant ikun biħsiebu juża din is-sustanza, il-metodi tal-manifattura ta' dawn il-preparazzjonijiet, il-materjali jew l-oġġetti, l-impuritajiet, u r-riżultati ta' ttestjar tal-migrazzjoni;

imħassar

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament Nru 1935/2004

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  it-trademark li biha s-sustanza għandha tiġi kkummerċjalizzata kif ukoll l-isem kummerċjali tal-preparazzjonijiet, tal-materjal jew tal-oġġetti li għandha tintuża fihom, fejn applikabbli; u,

imħassar

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1331/2008

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tagħha b'konformità mal-Artikoli 3(2) u 16 ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u ma' dan l-Artikolu. Barra minn dan, hija għandha tagħmel pubblika kwalunkwe talba għal opinjoni kif ukoll kwalunkwe estensjoni tal-perjodu skond l-Artikolu 6(1).

1.  Meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tagħha b'konformità mal-Artikoli 3(2) u 16 ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u ma' dan l-Artikolu. Barra minn dan, hija għandha tagħmel pubblika kwalunkwe talba għal opinjoni kif ukoll kwalunkwe estensjoni tal-perjodu skont l-Artikolu 6(1).

 

1a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tiġi mxerrda b'mod proattiv huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1331/2008

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1331/2008

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti fl-Artikoli 11 u 12 ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huma mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess għal dokumenti fuq talba kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1107/2009

Artikolu 23 – paragrafu 1 – l-aħħar sentenza

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 23, l-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 hija sostitwita b'dan li ġej:

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, sustanza attiva li tissodisfa l-kriterji ta' "prodott tal-ikel" kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandha titqies bħala sustanza bażika.

"Għall-fini ta' dan ir-Regolament, sustanza attiva li tissodisfa l-kriterji ta' "prodott tal-ikel" kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandha titqies bħala sustanza bażika approvata."

Ġustifikazzjoni

Żid: "approvata". Din hija emenda li tikkjarifika, peress li fadal ħafna dubji dwar liema sustanzi jistgħu jitqiesu bħala sustanzi bażiċi.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1107/2009

Artikolu 63 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'dan l-artikolu, l-applikant jista' jitlob li ċerta informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament tinżamm kunfidenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni verifikabbli.

1.  B'konformità mal-kundizzjonijiet u mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u f'dan l-Artikolu, ħlief għal informazzjoni meqjusa bħala tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment rilevanti, l-applikant jista' jitlob li ċerta informazzjoni sottomessa skont dan ir-Regolament tinżamm kunfidenzjali, flimkien ma' ġustifikazzjoni xierqa u verifikabbli. Il-ġustifikazzjoni għandha tinkludi evidenza verifikabbli sabiex jintwera li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni tista' ddgħajjef l-interessi kummerċjali tiegħu, jew il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu.

Ġustifikazzjoni

Din hija kjarifika, li hija prevista fl-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1107/2009

Artikolu 63 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minbarra l-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u skont l-Artikolu 39(3), trattament kunfidenzjali jista' jiġi aċċettat fir-rigward tal-informazzjoni li ġejja li, fuq ġustifikazzjoni verifikabbli, id-divulgazzjoni tagħha tista' titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-interessi kkonċernati:

imħassar

(a)  l-ispeċifikazzjoni tal-impurità tas-sustanza attiva u tal-metodi relatati ta' analiżi għall-impuritajiet fis-sustanza attiva kif immanifatturata, ħlief għall-impuritajiet li huma meqjusa li huma tossikoloġikament, ekotossikoloġikament jew ambjentalment rilevanti u l-metodi relatati ta' analiżi għal dawn l-impuritajiet;

 

(b)  ir-riżultati ta' lottijiet tal-produzzjoni tas-sustanza attiva inklużi l-impuritajiet; u,

 

(c)  l-informazzjoni dwar il-kompożizzjoni kompleta ta' prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. ";

 

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1107/2009

Artikolu 63 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 63, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali.

3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u għar-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (UE) 2015/2283

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni ta' ikel ġdid u għall-aġġornar tal-lista tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandha tibda jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni mal-Kummissjoni minn applikant, b'konformità mal-formats standard ta' data, fejn dawn ikunu jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-Kummissjoni għandha tagħmel l-applikazzjoni disponibbli għall-Istati Membri mingħajr dewmien.

1.  Il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fi ħdan l-Unjoni ta' ikel ġdid u għall-aġġornar tal-lista tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandha tibda jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni mal-Kummissjoni minn applikant, b'konformità mal-formats standard ta' data, fejn dawn ikunu jeżistu skont l-Artikolu 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel l-applikazzjoni disponibbli għall-Istati Membri u s-sommarju tal-applikazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) 2015/2283

Artikolu 23 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti fl-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huma mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess għad-dokumenti fuq talba kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) 2015/2283

Artikolu 23 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Il-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli ddettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 30(3).

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 23(8), ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-Kummissjoni tista', permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 6. Dan huwa meħtieġ minħabba l-ispeċifiċitajiet ta' Ikel Ġdid li jista' jkopri aspetti li llum il-ġurnata huma ġodda u mhux magħrufa. Din id-dispożizzjoni trid tinżamm.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) 2015/2283

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 25, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"1a.  L-obbligu li l-informazzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament tiġi mxerrda b'mod proattiv, bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li tikseb aċċess għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006."

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Trasparenza tal-amministrazzjoni tar-riskju

 

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-amministrazzjoni tar-riskju tagħhom fil-kuntest tal-atti leġiżlattivi msemmijin fl-Artikoli 1 sa 9 b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed:

 

(a)  fi stadju bikri tal-proċess ta' amministrazzjoni tar-riskju, kwalunkwe abbozz ta' miżuri ta' amministrazzjoni tar-riskju ppjanati;

 

(b)  l-aġendi u l-proċedimenti, ir-rapporti sommarji ddettaljati tal-laqgħat, u l-abbozz ta' miżuri, li għandhom jiġu adottati, kif xieraq, fil-forma ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni, inklużi r-riżultati u l-ispjegazzjonijiet tal-voti minn Stati Membri individwali f'kumitati skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/20111a, inklużi l-kumitati ta' appell, li jassistu lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni [tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, tad-Direttiva 2001/18/KE, tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tar-Regolament (UE) 2015/2283], fejn u li fihom il-miżuri ta' amministrazzjoni tar-riskju jiġu diskussi u ssir votazzjoni fuqhom; u

 

(c)  l-aġendi u l-minuti dettaljati tal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma tal-Istati Membri, li fihom jiġu diskussi l-miżuri ta' amministrazzjoni tar-riskju;

 

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tehmeż ma' kull abbozz ta' miżura li għandha tiġi adottata, bi qbil mal-Artikolu 58 [tar-Regolament dwar il-GFL], mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/18/KE, mal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, mal-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2065/2003, mal-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, mal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, mal-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u mal-Artikoli 30 u 32 tar-Regolament (UE) 2015/2283, dikjarazzjoni ta' spjegazzjoni li tinkludi:

 

(a)  ir-raġunijiet u l-objettivi tal-miżura;

 

(b)  il-ġustifikazzjoni tal-miżura billi jitqiesu kemm in-neċessità kif ukoll il-proporzjonalità;

 

(c)  l-impatt tal-miżura fuq is-saħħa pubblika, fuq is-saħħa tal-annimali, fuq l-ambjent, fuq is-soċjetà u fuq il-manifatturi tal-ikel, kif indikat mill-valutazzjoni tal-impatt; u

 

(d)  ir-riżultati ta' kwalunkwe konsultazzjoni pubblika, inkluż skont l-Artikolu 9 [tar-Regolament dwar il-GFL].

 

_______________

 

1a Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(1)

  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

1. Sfond

Wara għadd ta' skandli serji dwar l-ikel, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 stabbilixxa l-Awtorità Ewropea indipendenti dwar is-Sigurtà fl-Ikel b'responsabbiltà għal stima xjentifika tar-riskju. L-amministrazzjoni tar-riskju taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aktar tal-Kummissjoni. Illum il-ġurnata, is-sigurtà tal-ikel fl-Unjoni meqjusa bħala l-aħjar waħda fid-dinja. Permezz ta' Kontroll tal-Idoneità, il-Kummissjoni stabbiliet li r-Regolament laħaq il-miri tal-iżgurar ta' livell għoli ta' sigurtà tal-ikel u ta' armonizzazzjoni tas-suq intern.

Ix-xettiċiżmu mifrux dwar l-OĠM u l-erbiċida tal-glifosat assoċjata qajjem kontroversja pubblika dwar l-erbiċidi u l-pestiċidi inġenerali, li wasslet għal Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Bil-ħsieb tas-suċċess ta' din l-Inizjattiva taċ-Ċittadini, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-fiduċja tal-pubbliku fl-istima tar-riskju trid tissaħħaħ u impenjat ruħha li tressaq proposta leġiżlattiva korrispondenti.

2. Il-proposta tal-Kummissjoni

F'April 2018, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Parlament u lill-Kunsill proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li tinkludi l-punti ewlenin li ġejjin:

-  tisħiħ tar-regoli tal-EFSA dwar it-trasparenza,

-  regoli aktar stretti sabiex jiġu ggarantiti l-affidabbiltà, l-oġġettività u l-indipendenza tal-istudji użati mill-EFSA fl-istima tar-riskju tagħha;

-  titjib fil-funzjonament u fil-governanza tal-EFSA,

-  involviment akbar tal-Istati Membri;

-  żieda fl-attrattiva tal-EFSA għall-esperti xjentifiċi;

-  strateġija komprensiva u effettiva dwar il-komunikazzjoni tar-riskju, li tinvolvi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-EFSA.

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, tmien atti legali relatati mas-settur iridu jiġu armonizzati rigward it-trasparenza u l-kunfidenzjalità.

3. Il-kummenti tar-rapporteur

Fil-prinċipju, ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament. L-EFSA tippubblika ħafna informazzjoni iżda s'issa għadha ma kinitx legalment obbligata li tagħmel dan. Minħabba f'hekk, l-uniku mod kif il-pubbliku jista' jikseb aċċess għall-informazzjoni mill-applikazzjonijiet u l-istudji sottomessi huwa billi jiġu affermati d-drittijiet mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti. Paragun ma' aġenziji oħra tal-UE u d-dibattitu dwar il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti juru li r-regoli tal-EFSA dwar it-trasparenza jeħtieġu reviżjoni. Barra minn hekk, l-EFSA qed issibha dejjem aktar iebsa biex issib esperti għall-bordijiet xjentifiċi.

Madankollu, l-emendi proposti aktarx joħolqu aktar problemi ġodda milli jsolvu dawk eżistenti. Barra minn hekk, id-data tal-pubblikazzjoni, it-tnaqqis sinifikanti tal-perjodu ta' konsultazzjoni u n-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt imorru kontra l-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar tal-Kummissjoni.

Ir-rapporteur tikkritika b'mod partikolari dan li ġej:

In-nuqqas ta' valutazzjoni tal-impatt

Filwaqt li r-REFIT tar-Regolament bażiku indirizza l-prinċipji ġenerali tal-liġi dwar l-ikel kif ukoll is-sistema ta' twissija rapida u l-ġestjoni tal-kriżijiet, il-Kummissjoni issa qed tipproponi emendi għal artikoli li ma kinux koperti mir-REFIT. Ir-regoli proposti dwar it-trasparenza jistgħu jagħmlu ħsara serja lill-innovazzjoni u lill-kompetittività tal-industrija Ewropea tal-ikel. Kien ikun xieraq li jiġu kkunsidrati għażliet differenti rigward id-data tal-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva mill-applikazzjonijiet. Huwa daqshekk ieħor diffiċli li wieħed jifhem għaliex il-Kummissjoni naqset milli twettaq valutazzjoni tal-impatt. Barra minn hekk, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt għat-tmien atti leġiżlattivi settorjali.

Il-Kummissjoni tipprevedi żieda sinifikanti (+80 %) fil-baġit tal-EFSA. Madankollu, f'każ li l-leġiżlatur Ewropew ma jaqbilx dwar din l-allokazzjoni finanzjarja, l-Awtorità ma tkunx tista' tonora l-mandat tagħha li hija marbuta bih bir-Regolament rivedut. B'rabta ma' dan, kien hemm bżonn ukoll valutazzjoni tal-impatt b'mudelli ta' finanzjament differenti.

Il-mument magħżul mill-Kummissjoni biex tressaq il-proposta tagħha

Essenzjalment, il-Kummissjoni ġġustifikat il-proposta tagħha bil-ħtieġa li tirreaġixxi għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi". F'Marzu 2018, il-Parlament Ewropew waqqaf kumitat speċjali (PEST) biex jinvestiga l-proċedura ta' awtorizzazzjoni u jipproponi linji ta' azzjoni possibbli. Il-Kummissjoni injorat dan il-proċess ta' tiswir ta' opinjoni demokratika u antiċipat ir-riżultati tat-tali proċess.

Billi qassret il-perjodu ta' konsultazzjoni għal tmien ġimgħat minflok il-perjodu tas-soltu ta' tnax-il ġimgħa, il-Kummissjoni ftit li xejn ħalliet żmien lill-partijiet ikkonċernati għal konsultazzjoni. Barra minn hekk, wieħed seta' jirreaġixxi biss għal kwistjonijiet ġenerali iżda mhux għall-pjanijiet speċifiċi tal-Kummissjoni. Il-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni ftit wara li ġiet konkluża l-konsultazzjoni pubblika tissuġġerixxi li l-abbozz ta' regolament kien diġà ġie finalizzat u li din kienet konsultazzjoni finta.

Fid-dawl tal-limitazzjonijiet taż-żmien li qed jiffaċċja l-Parlament Ewropew minħabba l-elezzjonijiet Ewropej fl-2019, dan ftit li xejn għandu l-opportunità li jeżerċita d-diliġenza dovuta u li jikseb għarfien espert estern. Ir-rapporteur tittama li din ma kinitx l-intenzjoni.

Ir-regoli dwar it-trasparenza

Għall-kuntrarju tal-ECHA u tal-EMA, li jippubblikaw l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet u l-istudji sottostanti fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-opinjoni xjentifika tagħhom, il-Kummissjoni qed tipproponi li, fil-proċeduri ta' awtorizzazzjoni fil-kuntest tal-liġi dwar l-ikel, tali informazzjoni tkun diġà disponibbli għall-pubbliku fil-mument li jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet. Madankollu, dan jaf ikollu konsegwenzi estensivi fuq il-kompetittività u l-kapaċità innovattiva tal-applikanti. Kompetituri minn pajjiżi terzi jistgħu jisfruttaw l-ideat tal-prodotti u jimplimentawhom anke waqt li l-proċedura ta' awtorizzazzjoni Ewropea tkun għadha għaddejja, speċjalment peress li l-innovazzjonijiet fis-settur tal-ikel normalment ma jistgħux jiġu protetti minn privattivi. Għaldaqstant, il-proposta tal-Kummissjoni tipperikola impjiegi importanti. Barra minn hekk, ir-regoli l-ġodda jistgħu jwasslu sabiex kumpaniji jirrilokaw l-attivitajiet tagħhom ta' riċerka u żvilupp f'pajjiżi terzi. Barra minn dan, tali pubblikazzjoni bikrija jaf tesponi lill-EFSA għal pressjoni pubblika.

F'każijiet kontroversjali, wara l-abbozz tal-pubblikazzjoni tal-abbozz ta' opinjoni xjentifika tagħha, l-EFSA diġà tagħti lill-partijiet interessati l-opportunità li jikkummentaw dwar l-istudji kkumissjonati bħala parti minn konsultazzjoni. Pereżempju, fil-każ tal-aspartame, din il-konsultazzjoni wasslet biex l-EFSA tirrevedi l-opinjoni tagħha.

Il-ħatra tal-membri tal-bordijiet xjentifiċi

L-involviment tal-Istati Membri fil-ħatra tal-membri tal-bordijiet xjentifiċi permezz tal-obbligu għall-ħatra ta' diversi esperti jista' jwassal għal interferenza politika mal-EFSA. Barra minn hekk, huwa dubjuż jekk tiġix żgurata l-kopertura tal-oqsma tekniċi kollha, kieku kull Stat Membru kellu jwettaq sejħa għal espressjoni ta' interess indipendenti. Skambju kostanti ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar is-sitwazzjoni tat-tfittxija għal esperti jerġa' jżid b'mod konsiderevoli piż amministrattiv li diġà huwa enormi. Għaldaqstant, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibbiltà li jinnominaw l-esperti, ma għandhomx jiġu obbligati jagħmlu dan. Fl-aħħar mill-aħħar, l-EFSA għandha tikkompila l-listi ta' esperti mill-akbar numru possibbli ta' Stati Membri u mbagħad tagħżel minnhom.

4. L-emendi proposti mir-rapporteur

Ir-rapporteur tipproponi li r-regoli tal-EFSA dwar it-trasparenza jiġu allinjati ma' dawk ta' aġenziji oħra, sabiex l-informazzjoni mhux kunfidenzjali tal-applikazzjonijiet, l-istudji kif ukoll il-konsultazzjonijiet tkun aċċessibbli biss meta l-EFSA tippubblika l-opinjoni xjentifika tagħha, u mhux fil-mument li tiġi sottomessa l-applikazzjoni. B'hekk biss jista' jiġi evitat is-serq tal-ideat. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata biss jekk l-applikazzjoni tinżamm.

L-obbligu ta' trasparenza stretta għandu japplika wkoll għall-amministrazzjoni tar-riskju u għall-komunikazzjoni tar-riskju. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu obbligati jippubblikaw il-minuti tal-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma u r-riżultati tal-votazzjoni fil-kumitati permanenti.

L-obbligu ta' awditjar għandu jiġi estiż għal-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu ġew ikkummissjonati minn intrapriżi Ewropej biex iwettqu studji. Dan għandu jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tal-Kummissjoni.

Ir-rapporteur tilqa' l-involviment ta' rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati fil-Bord ta' Ġestjoni tal-EFSA, f'konformità mal-ECHA u l-EMA. Madankollu, fid-dawl tal-firxa wiesgħa ta' prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 178/2002, ir-rapporteur tqis li jeħtieġ li jiġu inklużi mhux rappreżentant wieħed tal-industrija iżda tnejn (OĠM/prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kif ukoll prodotti tal-ikel/addittivi). Dan huwa previst ukoll għall-involviment tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi (l-ambjent u l-ħarsien tal-konsumatur).

5. Konklużjonijiet

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel huwa storja ta' suċċess. Permezz tiegħu, l-UE stabbiliet l-ogħla standards fid-dinja dwar is-sigurtà tal-ikel għas-suq intern kollu tagħha. Il-Kontroll tal-Idoneità tar-Regolament bażiku kkonferma dan.

L-istruttura u t-trasparenza tal-EFSA għandhom jiġu allinjati ma' dawk ta' aġenziji oħra tal-UE. Madankollu, fil-proposti tagħha, il-Kummissjoni tmur ferm lil hinn mir-regoli tal-ECHA u tal-EMA. Dan huwa inkomprensibbli bl-istess mod bħalma huwa l-fatt li l-Kummissjoni beħsiebha tkopri s-settur kollu tal-ikel b'regoli ġodda li huma suxxettibbli li jipperikolaw l-istess eżistenza tal-impriżi sempliċement minħabba d-diskors pubbliku dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għal prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u beħsiebha tagħmel dan mingħajr il-valutazzjoni tal-impatt meħtieġa.

Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni mhijiex preċiża. Ħafna dettalji għadhom iridu jiġu ddefiniti aktar tard fir-regoli interni tal-Awtorità, u dan jagħmilha diffiċli biex il-proposti jiġu evalwati. Dan japplika wkoll għall-komunikazzjoni tar-riskju, li hija element importanti jekk l-UE tixtieq terġa' tikseb il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sigurtà tal-ikel.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (11.10.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid]

(COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD))

Rapporteur: Ricardo Serrão Santos

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur:

-  iqis li huwa kruċjali għaċ-ċittadini tal-UE li s-sikurezza tal-ikel fis-suq tkun iggarantita u li l-istandards għoljin tas-sikurezza jibqgħu;

-  jenfasizza l-importanza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), partikolarment bħala fornitur ta' pariri xjentifiċi lill-Kummissjoni, lill-Parlament u lill-Istati Membri;

-  iqis b'mod pożittiv il-proposta tal-Kummissjoni li r-Regolament dwar il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (GFL) jiġi aġġornat, b'mod partikolari fir-rigward tal-kjarifikazzjoni tar-regoli dwar it-trasparenza għall-valutazzjoni tar-riskju u t-tisħiħ tal-garanziji tal-affidabbiltà, l-oġġettività u l-indipendenza tal-istudji li l-EFSA tuża fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha;

-  jemmen li jridu jinħolqu kundizzjonijiet li bihom iċ-ċittadini tal-UE jkollhom fiduċja sħiħa fl-aġenziji tal-Unjoni u fl-awtoritajiet bħall-EFSA, u li din il-fiduċja tista' biss tinkiseb u tinżamm bl-applikazzjoni ta' metodoloġiji u regoli trasparenti u ċari;

-  jenfasizza li l-kapaċità tal-EFSA trid tiżdied jekk din għandha tikseb livell għoli ta' għarfien xjentifiku fl-oqsma kollha ta' ħidma tagħha;

-  jemmen li f'għadd ta' kuntesti, inkluż il-kuntest ta' hawn fuq, jeħtieġ li d-deċiżjonijiet ikunu bbażati fuq l-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli u jqis li huwa importanti li tiżdied il-kapaċità tal-EFSA billi jiġu ingaġġati xjenzjati magħrufin għall-bordijiet xjentifiċi tagħhom;

-  jenfasizza li valutazzjoni tar-riskju tista' titwettaq malajr biss jekk tkun fis-seħħ strateġija ta' komunikazzjoni komprensiva u effettiva, li tinvolvi l-partijiet kollha matul il-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju u li żżomm djalogu miftuħ;

-  jinsab imħasseb dwar il-fatt li, fil-proposta tal-Kummissjoni, is-sajd, b'mod partikolari l-akkwakultura, ma jitqiesx, u jindika li l-prodotti tas-sajd huma wieħed mis-sorsi l-iktar importanti u l-aktar tajbin għas-saħħa fir-rigward tal-proteina tal-annimali, u li l-UE hija l-ikbar suq għal dawn il-prodotti u l-akbar konsumatur tagħhom fid-dinja, u attwalment timporta 68 % minnhom minn pajjiżi terzi;

-  jenfasizza l-importanza tal-prodotti tas-sajd bħala sors tal-ikel; dan kien is-suġġett ta' opinjoni xjentifika, "Ikel mill-Oċeani" ("Food from the Oceans"), ippreżentata mill-Grupp ta' Livell Għoli tal-Mekkaniżmu għall-Parir Xjentifiku lill-Kummissjoni f'Novembru 2017.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jenħtieġ li ma jinxtered l-ebda OĠM fl-ambjent jew jitqiegħed fis-suq deliberatament, bħala prodotti jew fil-prodotti, bi ksur tal-prinċipju ta' prekawzjoni, u meta ma jeżisti l-ebda għarfien xjentifiku dwar l-implikazzjonijiet għal kull wieħed mill-oqsma kkonċernati (l-ambjent, is-saħħa, il-bijodiversità, eċċ.).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima tar-riskju.

(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha kif ukoll ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-industrija fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima tar-riskju.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni tal-konsistenza u tat-trasparenza fil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(b)  il-promozzjoni tal-konsistenza, it-trasparenza u ċ-ċarezza fil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 1a – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)  żewġ membri u l-membri supplenti maħtura mill-Kummissjoni u li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni, bid-dritt tal-vot.

a)  żewġ membri u żewġ membri supplenti maħtura mill-Kummissjoni u li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni, bid-dritt tal-vot.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 1a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.

b)  membru wieħed u membru addizzjonali, maħtura mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 1a – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  erba' membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa u wieħed minn organizzazzjonijiet industrijali. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.

(c)  sitt membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa, wieħed mis-settur tas-sajd u l-organizzazzjonijiet tal-akkwakultura, wieħed mill-industrija agrokimika u wieħed mill-industrija tal-ikel. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.

Ġustifikazzjoni

It-tħassib tal-manifatturi fil-qasam tal-OĠM u tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti minn naħa waħda, u l-manifatturi tal-ikel u l-addittivi min-naħa l-oħra, huma differenti. Bl-istess mod l-akkwakultura u s-settur tas-sajd/akwakultura. Il-Bord għandu jinkludi wkoll rappreżentant tas-settur tas-sajd u l-organizzazzjonijiet tal-akkwakultura. Il-Bord, għaldaqstant, għandu jinkludi wkoll żewġ rappreżentanti separati tal-industrija.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-esperti tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar jikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

L-esperti tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar fl-Unjoni u l-pajjiżi terzijikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew tal-pajjiżi terzi kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

L-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju jiżgura sistemi effettivi ta' kontroll u jivvaluta kif jiġu osservati l-istandards tal-UE fi ħdan l-UE u fil-pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE. Dan isir l-aktar billi l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju jwettaq spezzjonijiet fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-divulgazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi ta' persuni fiżiċi involuti fl-ittestjar fuq annimali vertebrati jew fil-kisba ta' informazzjoni tossikoloġika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-privatezza u lill-integrità ta' dawk il-persuni fiżiċi u dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-divulgazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi ta' persuni fiżiċi involuti fl-ittestjar jew fil-kisba ta' informazzjoni tossikoloġika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-privatezza u lill-integrità ta' dawk il-persuni fiżiċi, u dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari

Referenzi

COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ricardo Serrão Santos

31.5.2018

Eżami fil-kumitat

20.6.2018

29.8.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, João Ferreira, Sylvie Goddyn, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Barbara Matera, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, José Blanco López, Nicola Caputo, Ole Christensen, Rosa D’Amato, Norbert Erdős, Giuseppe Ferrandino, John Flack, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Anja Hazekamp, Maria Heubuch, Czesław Hoc, Yannick Jadot, France Jamet, Seán Kelly, Verónica Lope Fontagné, Linda McAvan, Francisco José Millán Mon, Ana Miranda, Nosheena Mobarik, Cláudia Monteiro de Aguiar, Rolandas Paksas, Daciana Octavia Sârbu, Maria Lidia Senra Rodríguez, Nils Torvalds

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Nosheena Mobarik, Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D'Amato

ENF

Sylvie Goddyn

PPE

Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Francisco José Millán Mon

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Ole Christensen, Giuseppe Ferrandino, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos

VERTS/ALE

Marco Affronte, Klaus Buchner, Linnéa Engström

1

-

GUE/NGL

Anja Hazekamp

0

0

 

 

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (15.10.2018)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari li jemenda r-Regolament (KE) Nru 178/2002 [dwar il-liġi ġenerali dwar l-ikel], id-Direttiva 2001/18/KE [dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' OĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 [dwar ikel u għalf ĠM], ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 [dwar l-addittivi fl-għalf], ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 [dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni], ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 [dwar il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 [dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel], ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 [dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] u r-Regolament (UE) Nru 2015/2283 [dwar ikel ġdid]

(COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jiří Maštálka

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Valutazzjoni tal-proposta

Din il-proposta tant mistennija tal-Kummissjoni Ewropea għad-divulgazzjoni ta' studji kunfidenzjali dwar l-industrija użati fl-istimi tar-riskju tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) tinkludi elementi pożittivi iżda ma tippermettix li jsir skrutinju indipendenti siewi tad-data.

Il-proposta temenda r-Regolament 178/2002 (minn hawn 'il quddiem il-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (GFL)) u diversi Regolamenti u Direttivi relatati. Ir-rapporteur iqis li hemm xi tibdiliet pożittivi fil-proposta fir-rigward tat-trasparenza, madankollu, huwa identifika wkoll għadd ta' dispożizzjonijiet li jeħtieġ li jinbidlu jew jiġu msaħħa sabiex jinkiseb dak li l-Kummissjoni Ewropea beħsiebha twettaq.

Għal dan l-għan, ir-rapporteur adotta pożizzjoni komprensiva, filwaqt li bbaża fuq il-proposta tal-Kummissjoni sabiex tiġi implimentata bis-sħiħ riforma tant meħtieġa tal-proċess ta' stima tar-riskju mwettaq mill-EFSA, u b'hekk l-UE fl-intier tagħha tkun tista' tikkonforma mal-Konvenzjoni ta' Aarhus (Il-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali).

Iż-żewġ karatteristiċi ewlenin tal-proposta – il-pubblikazzjoni awtomatika u proattiva tad-data f'format li jinqara mill-magni u l-ħolqien ta' reġistru ta' studji bl-għan li jipprevjeni li l-industrija tagħżel b'mod selettiv studji favorevoli – flimkien ma' xi tibdil żgħir fir-rigward tal-komunikazzjoni tar-riskju, il-konsultazzjoni ma' partijiet terzi u r-riforma tal-kompożizzjoni tal-bord ta' ġestjoni tal-EFSA huma passi pożittivi fid-direzzjoni t-tajba.

Madankollu, ir-rapporteur iqis li jekk verament tinżamm l-awtorizzazzjoni tal-industrija li ġiet proposta għal kwalunkwe pubblikazzjoni u użu tal-kontroverifika indipendenti tad-data, l-utilità ta' dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet se tkun pjuttost limitata. Tabilħaqq, il-proposta tintroduċi dispożizzjoni ġdida li tistabbilixxi li d-divulgazzjoni ta' data u studji xjentifiċi fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi dwar l-ikel, awtorizzazzjonijiet għall-OĠM jew għall-addittivi fl-ikel, "għandu jkun mingħajr preġudizzju għal" "kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali li jista' jeżisti fuq id-dokumenti jew fuq il-kontenut tagħhom". Barra minn hekk, il-proposta tintroduċi preżunzjoni fir-rigward tal-kategoriji ta' informazzjoni li d-divulgazzjoni ta' tali informazzjoni "tista' titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-interessi kummerċjali".

L-impossibbiltà tal-użu mill-ġdid tad-data mingħajr permess tikkomprometti l-possibbiltà li jitnaqqas l-għadd globali ta' studji dwar it-tossiċità u xxekkel l-iskrutinju pubbliku tar-riżultati, inkluż fehim aħjar tal-effetti avversi potenzjali fuq is-saħħa u l-ambjent. Il-proċess ta' rieżami bejn il-pari, li huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa tal-istima tar-riskju mwettqa, essenzjalment jinsab f'riskju.

Minkejja t-tibdiliet b'effett pożittiv fuq it-trasparenza fil-proposta tal-Kummissjoni, ir-rapporteur iqis li l-proposta jeħtieġ tġi emendata sabiex jinżamm u jiġi estiż il-livell attwali ta' trasparenza skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea dwar l-ikel fir-rigward ta' diversi kategoriji ta' informazzjoni, fi ħdan id-diversi direttivi li huma emendati skont din il-proposta.

Reviżjoni reali tal-istima tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari

Ir-rapporteur ma jqisx li huwa raġonevoli li "jitqabblu d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju, inklużi dawk li jinbtu mill-Konvenzjoni ta' Aarhus, mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali" kif iddikjarat fil-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. U lanqas li l-UE għandha tagħti aktar protezzjoni lill-partijiet kummerċjali minn dik li l-leġiżlazzjoni ta' Aarhus diġà tipprevedi (implimentata permezz tar-Regolamenti 1049/2001 u 1367/2006). Huwa jopponi bis-saħħa l-użu ta' flus il-kontribwenti tal-UE mogħtija lill-EFSA biex tagħti pariri lill-kumpaniji privati li japplikaw.

L-għan tar-rapporteur huwa li jagħmel it-trasparenza r-regola u l-kunfidenzjalità l-eċċezzjoni. L-eċċezzjonijiet għall-prinċipju tat-trasparenza jridu jiġu interpretati b'mod strett sabiex jiġi ggarantit skrutinju pubbliku u indipendenti. Dan jirriżulta f'diversi emendi li saru fir-regolament dwar il-GFL.

L-għan tal-emendi proposti għall-proposta fl-ambitu tar-regolamenti settorjali mmirati huwa li jeliminaw id-diskrepanza eżistenti fl-obbligu għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni miġbura meta jkun hemm "interess pubbliku prevalenti fid-divulgazzjoni" relatat mas-sigurtà tal-ikel. Imbagħad huwa jqis xieraq li fil-GFL tiġi stabbilita lista orizzontali u mhux eżawrjenti ta' punti ta' informazzjoni li ma jistgħu qatt jinżammu sigrieta.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jiddefinixxi "analiżi tar-riskju" bħala proċess li jikkonsisti fi tliet komponenti interkonnessi: stima tar-riskju, amministrazzjoni tar-riskju u komunikazzjoni tar-riskju. Għall-finijiet ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, dan jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), bħala l-korp tal-Unjoni responsabbli għall-istima tar-riskju fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf. Il-komunikazzjoni tar-riskju hi parti essenzjali mill-proċess ta' analiżi tar-riskju.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jiddefinixxi "analiżi tar-riskju" bħala proċess li jikkonsisti fi tliet komponenti distinti iżda interkonnessi: stima tar-riskju, amministrazzjoni tar-riskju u komunikazzjoni tar-riskju. Għall-finijiet ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni, dan jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), bħala l-korp tal-Unjoni responsabbli għall-istima tar-riskju fi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel u tal-għalf. Il-komunikazzjoni tar-riskju hi parti essenzjali mill-proċess ta' analiżi tar-riskju u tippresupponi l-iskambju interattiv ta' informazzjoni u ta' opinjonijiet matul il-proċess kollu tal-analiżi tar-riskju fir-rigward tal-perikli u r-riskji, il-fatturi relatati mar-riskju u l-perċezzjonijiet tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju, l-amministraturi tar-riskju, il-konsumaturi, in-negozji tal-għalf u tal-ikel, il-komunità akkademika, inkluża l-ispjegazzjoni tas-sejbiet tal-istima tar-riskju u l-bażi tad-deċiżjonijiet tal-amministrazzjoni tar-riskju.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/200221, ("Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel"), sabet li l-komunikazzjoni tar-riskju b'mod ġenerali mhix meqjusa li hi effettiva biżżejjed, xi ħaġa li għandha impatt fuq il-fiduċja tal-konsumaturi fl-eżitu tal-proċess ta' analiżi tar-riskju.

(3)  L-evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/200221, ("Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel"), sabet li l-komunikazzjoni tar-riskju b'mod ġenerali mhix meqjusa li hi effettiva biżżejjed, xi ħaġa li jista' jkollha impatt negattiv fuq l-eżitu tal-proċess ta' analiżi tar-riskju.

__________________

__________________

21 Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, "L-evalwazzjoni tal-REFIT tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (ir-Regolament (KE) Nru 178/2002)" [traduzzjoni mhux uffiċjali], SWD(2018)38 final, datat il-15.1.2018.

21 Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, "L-evalwazzjoni tal-REFIT tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel (ir-Regolament (KE) Nru 178/2002)" [traduzzjoni mhux uffiċjali], SWD(2018)38 final, datat il-15.1.2018.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv u kontinwu ta' komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lil assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jsir flimkien ma' djalogu miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha biex jiġu żgurati koerenza u konsistenza fi ħdan il-proċess ta' analiżi tar-riskju.

(4)  Għaldaqstant hemm bżonn li jiġi żgurat proċess komprensiv, trasparenti, indipendenti u kontinwu ta' komunikazzjoni tar-riskju matul l-analiżi tar-riskju, li jinvolvi lill-assessuri tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju tal-Unjoni u nazzjonali. Dak il-proċess jenħtieġ li jkun kapaċi jikkontribwixxi għal djalogu parteċipattiv u miftuħ bejn il-partijiet interessati kollha biex jiġu żgurati l-prevalenza tal-interess pubbliku biss, l-akkuratezza, il-kompletezzau l-konsistenza tal-proċess ta' analiżi tar-riskju.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li tinxteħet enfasi partikolari fuq l-ispjegazzjoni b'mod koerenti, xieraq u puntwali mhux biss tas-sejbiet tal-istima tar-riskju nfushom iżda anki ta' kif dawn jintużaw biex jgħinu fl-informar ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju flimkien ma' fatturi leġittimi oħra, fejn rilevanti.

(5)  Jenħtieġ li titqiegħed enfasi partikolari fuq l-ispjegazzjoni b'mod preċiż, ċar u puntwali mhux biss tas-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskji nfushom iżda anki ta' kif dawn jintużaw biex jgħinu fl-informar ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju flimkien ma' fatturi leġittimi oħra, fejn rilevanti.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għal dan l-għan, hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi u prinċipji ġenerali ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri u tal-amministraturi tar-riskju.

(6)  Għal dan l-għan, hemm bżonn li jiġu stabbiliti objettivi u prinċipji ġenerali ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tar-rwoli rispettivi tal-assessuri u tal-amministraturi tar-riskju, filwaqt li tiġi garantita l-indipendenza tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Fuq il-bażi ta' dawn l-objettivi u l-prinċipji ġenerali, jenħtieġ li jiġi stabbilit pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju f'kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità u mal-Istati Membri, u skont il-konsultazzjonijiet pubbliċi rilevanti.

(7)  Fuq il-bażi ta' dawn l-objettivi u l-prinċipji ġenerali, jenħtieġ li jiġi stabbilit pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju fil-ħin reali f'kooperazzjoni msaħħa mal-Awtorità u mal-Istati Membri, u wara l-organizzazzjoni tal-konsultazzjonijiet pubbliċi rilevanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta' riskju, in-natura tar-riskju u l-impatt potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika, min hu u x'inhu affettwat b'mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta' esponiment għar-riskju, il-ħila ta' kontroll tar-riskju u ta' fatturi oħra li jinfluwenzaw il-perċezzjoni tar-riskju, inklużi l-livell ta' urġenza kif ukoll il-qafas leġiżlattiv applikabbli u l-kuntest rilevanti tas-suq. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tiġi żgurata komunikazzjoni koerenti tar-riskju.

(8)  Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-komunikazzjonijiet tar-riskju, bħal-livelli differenti ta' periklu u riskju, in-natura tal-periklu u l-impatti potenzjali tiegħu fuq is-saħħa pubblika u l-ambjent, liema gruppi tal-popolazzjoni jistgħu jiġu affettwati b'mod dirett jew indirett mir-riskju, il-livelli ta' esponiment għar-riskju, il-ħila ta' kontroll tal-esponiment u tar-riskju, il-modi li bihom din tiġi ġestita u ta' fatturi oħra li jinfluwenzaw il-fehim tar-riskju, inklużi l-livell ta' urġenza kif ukoll il-qafas leġiżlattiv applikabbli. Il-pjan ġenerali jenħtieġ li jidentifika wkoll l-għodod u l-kanali li jridu jintużaw u jenħtieġ li jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa, eżawrjenti u veloċi biex tiġi żgurata komunikazzjoni preċiża tar-riskju.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Xieraq li l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità tiġi allinjata mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2012 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati22.

(10)  Xieraq li l-kompożizzjoni tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità tiġi allinjata mal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2012 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati22, filwaqt li jitqies ukoll il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u l-effetti ġuridiċi li jirriżultaw minnu.

_________________

_________________

22 https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf.

22 https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima tar-riskju.

(11)  L-esperjenza turi li r-rwol tal-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità hu ffokat fuq l-aspetti amministrattivi u finanzjarji u ma jħallix impatt fuq l-indipendenza tal-ħidma xjentifika mwettqa mill-Awtorità. B'hekk, xieraq li jiġu inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-industrija, fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità, filwaqt li jiġi previst li dawk ir-rappreżentanti jenħtieġ li jkollhom esperjenza b'mod partikolari fl-istima u l-amministrazzjoni tar-riskji u l-problemi, u li ma jkollhom l-ebda konflitt ta' interess mal-applikanti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-Bord ta' Ġestjoni jenħtieġ li jkun magħżul b'mod li jassigura l-ogħla standards ta' kompetenza u firxa wiesgħa ta' esperjenza rilevanti disponibbli fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.

(12)  Il-Bord ta' Ġestjoni jenħtieġ li jkun magħżul b'mod li jassigura l-ogħla standards ta' kompetenza u impenn għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent u firxa wiesgħa ta' esperjenza rilevanti disponibbli fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel identifika ċerti nuqqasijiet fil-kapaċità fit-tul tal-Awtorità li żżomm l-għarfien espert ta' livell għoli tagħha. B'mod partikolari, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' kandidati li japplikaw biex isiru membri tal-Bordijiet Xjentifiċi. B'hekk, is-sistema trid tissaħħaħ u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu rwol aktar attiv biex jiżguraw li jkun hemm grupp kbir biżżejjed ta' esperti disponibbli biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sistema tal-Unjoni ta' stima tar-riskju f'termini ta' livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku, ta' indipendenza u ta' għarfien espert multidixxiplinari.

(13)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel identifika ċerti nuqqasijiet fil-kapaċità fit-tul tal-Awtorità li żżomm l-għarfien espert ta' livell għoli tagħha. B'mod partikolari, kien hemm tnaqqis fin-numru ta' kandidati li japplikaw biex isiru membri tal-Bordijiet Xjentifiċi. Bl-għan li dan il-fenomenu jiġi indirizzat b'mod determinat b'mod aktar effettiv, is-sistema trid tissaħħaħ u tiġi promossa, u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu rwol aktar attiv biex jiżguraw li jkun hemm grupp kbir biżżejjed ta' esperti disponibbli billi jieħdu azzjonijiet ta' appoġġ u jużaw inċentivi u kumpensi biex iżidu l-livell ta' parteċipazzjoni u l-grad ta' interess f'li wieħed jinvolvi ruħu fih, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-sistema tal-Unjoni ta' stima tar-riskju f'termini ta' livell għoli ta' għarfien espert xjentifiku, ta' indipendenza u ta' għarfien espert multidixxiplinari.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Biex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-istima tar-riskju mill-amministrazzjoni tar-riskju u minn interessi oħra fil-livell tal-Unjoni, xieraq li n-nomina tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi mill-Istati Membri, l-għażla ta' dawn mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u l-ħatra tagħhom mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità jkunu bbażati fuq kriterji stretti li jiżguraw l-eċċellenza u l-indipendenza tal-esperti filwaqt li jiġi żgurat l-għarfien espert multidixxiplinari meħtieġ għal kull Bord. Għal dan l-għan hu essenzjali wkoll li d-Direttur Eżekuttiv, li l-funzjoni tiegħu hi li jiddefendi l-interessi tal-EFSA u b'mod partikolari l-indipendenza tal-għarfien espert tagħha, għandu rwol fl-għażla u fil-ħatra ta' dawk l-esperti xjentifiċi. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri oħra wkoll biex jiġi żgurat li l-esperti xjentifiċi jkollhom il-mezz biex jaġixxu indipendentement.

(14)  Biex tiġi ppreservata l-indipendenza tal-istima tar-riskju mill-amministrazzjoni tar-riskju u minn interessi privati akwiżiti fil-livell tal-Unjoni, xieraq li n-nomina tal-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi mill-Istati Membri, l-għażla ta' dawn mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità u l-ħatra tagħhom mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità jkunu bbażati fuq kriterji stretti trasparenti li jiżguraw l-eċċellenza u l-indipendenza tal-esperti filwaqt li jiġi żgurat l-għarfien espert multidixxiplinari meħtieġ għal kull Bord. Għal dan l-għan hu essenzjali wkoll li d-Direttur Eżekuttiv, li l-funzjoni tiegħu hi li jħares ir-responsabbiltà tal-EFSA, u b'mod partikolari l-indipendenza tal-għarfien espert tagħha, għandu rwol li jeskludi l-esperti xjentifiċi li jopponu l-pubblikazzjoni ta' isimhom jew li jkollhom kunflitti ta' interess, mill-istima tar-riskju. Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri baġitarji xierqa biex jiġi żgurat li l-esperti xjentifiċi jkollhom il-mezz biex jaġixxu indipendentement. Għal dan l-għan, hemm il-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri baġitarji ġodda u adegwati.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni huma bbażati fuq il-prinċipju li hu f'idejn l-applikant li juri bil-provi li s-suġġett ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà fid-dawl tal-għarfien xjentifiku fil-pussess tiegħu. Dan il-prinċipju hu bbażat fuq l-idea li s-saħħa pubblika hi protetta aħjar meta l-oneru tal-provi jkun fuq l-applikant peress li dan irid juri bil-provi oġġett partikolari hu sikur qabel ma jitqiegħed fis-suq, minflok ma l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom juru bil-provi li oġġett mhuwiex sikur biex ikunu jistgħu jipprojbixxuh mis-suq. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx flus pubbliċi biex jiġu kkummissjonati studji għaljin li finalment jgħinu lill-industrija jqiegħed prodott fis-suq. Skont dan il-prinċipju u f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli, b'appoġġ tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel, l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu l-istudji rilevanti, inklużi testijiet, biex juru s-sigurtà u, f'ċerti każijiet, l-effikaċja ta' oġġett.

(16)  Il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni huma bbażati fuq il-prinċipju li hu f'idejn l-applikant li juri bil-provi li s-suġġett ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà fid-dawl tal-għarfien xjentifiku fil-pussess tiegħu. Dan il-prinċipju hu bbażat fuq l-idea li s-saħħa pubblika u l-ambjent jiġu protetti aħjar meta l-oneru tal-provi jkun fuq l-applikant peress li dan irid juri bil-provi li oġġett partikolari hu sikur qabel ma jitqiegħed fis-suq, minflok ma l-awtoritajiet pubbliċi jkollhom juru bil-provi li oġġett mhuwiex sikur biex ikunu jistgħu jipprojbixxuh mis-suq. Barra minn hekk, jenħtieġ li ma jintużawx flus pubbliċi biex jiġu kkummissjonati studji għaljin li finalment jgħinu lill-industrija jqiegħed prodott fis-suq. Skont dan il-prinċipju u f'konformità mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli, b'appoġġ tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel, l-applikanti huma meħtieġa jissottomettu l-istudji rilevanti, inklużi testijiet, biex juru s-sigurtà u, f'ċerti każijiet, l-effikaċja ta' oġġett.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jeżistu dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet. Hu essenzjali li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sottomessa lill-Awtorità għall-istima tar-riskju tagħha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli biex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika tal-aqwa kwalità mill-Awtorità. L-applikanti u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji mhux dejjem ikollhom fehim ċar ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, jenħtieġ li jkun xieraq li l-Awtorità tipprovdi parir lil applikant potenzjali, fuq talba, dwar ir-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni b'mod formali, filwaqt li ma tidħolx fid-disinn tal-istudji li jridu jiġu sottomessi li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-applikant. Biex tiġi żgurata t-trasparenza ta' dan il-proċess, il-parir tal-Awtorità jenħtieġ li jiġi ppubblikat.

(17)  Jeżistu dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet. Hu essenzjali li l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sottomessa lill-Awtorità għall-istima tar-riskju tagħha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli biex tiġi żgurata valutazzjoni xjentifika tal-aqwa kwalità mill-Awtorità. L-applikanti u b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji mhux dejjem ikollhom fehim ċar ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet. B'hekk, jenħtieġ li jkun xieraq li l-Awtorità tipprovdi parir lil applikant potenzjali, fuq talba, dwar ir-regoli applikabbli u l-kontenut meħtieġ ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, qabel ma tiġi sottomessa applikazzjoni b'mod formali, filwaqt li ma tidħolx fid-disinn tal-istudji li jridu jiġu sottomessi li jibqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-applikant. Biex tiġi żgurata t-trasparenza ta' dan il-proċess u jingħata aċċess wiesa' u nondiskriminatorju għall-informazzjoni, il-parir tal-Awtorità jenħtieġ li jiġi ppubblikat.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-Awtorità jenħtieġ li tkun taf x'inhu l-oġġett tal-istudji kollha mwettqa minn applikant bl-għan li fil-futur jagħmel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Għal dan l-għan, hu meħtieġ u xieraq li l-operaturi ta' negozju li jikkummissjonaw l-istudji u l-laboratorji li jwettquhom jinnotifikaw dawk l-istudji lill-Awtorità meta jikkummissjonawhom. L-informazzjoni dwar l-istudji notifikati jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss ladarba tiġi ppubblikata applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni f'konformità mar-regoli applikabbli dwar it-trasparenza.

(18)  L-Awtorità jenħtieġ li tkun taf x'inhu l-oġġett tal-istudji kollha mwettqa minn applikant bl-għan li fil-futur jagħmel applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Għal dan l-għan, hu meħtieġ u xieraq li l-operaturi ta' negozju li jikkummissjonaw l-istudji u l-laboratorji li jwettquhom jinnotifikaw dawk l-istudji lill-Awtorità meta jikkummissjonawhom. L-informazzjoni dwar l-istudji notifikati jenħtieġ li tiġi ppubblikata biss ladarba tiġi sottomessa applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni jew it-tiġdid u l-Awtorità tkun ippubblikat l-opinjoni xjentifika tagħha.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Hemm ċertu tħassib pubbliku dwar il-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam ta' awtorizzazzjoni li tkun primarjament ibbażata fuq studji tal-industrija. L-Awtorità diġà tagħmel tiftix f'tagħrif xjentifiku biex tkun tista' tikkunsidra data u studji oħra eżistenti dwar l-oġġett sottomess għall-valutazzjoni tagħha. Biex jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanzija li jiżgura li l-Awtorità jista' jkollha aċċess għad-data u għall-istudji xjentifiċi rilevanti kollha disponibbli dwar oġġett soġġett għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, xieraq li jsir provvediment għal konsultazzjoni mal-partijiet terzi biex jiġi identifikat jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli. Biex tiżdied l-effikaċja tal-konsultazzjoni, il-konsultazzjoni jenħtieġ li ssir meta l-istudji sottomessi mill-industrija inklużi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni jiġu ppubblikati, skont ir-regoli dwar it-trasparenza ta' dan ir-Regolament.

(20)  Hemm tħassib pubbliku dwar il-valutazzjoni tal-Awtorità fil-qasam ta' awtorizzazzjoni li tkun primarjament ibbażata fuq studji tal-industrija. L-Awtorità diġà tagħmel tiftix f'tagħrif xjentifiku biex tkun tista' tikkunsidra data u studji oħra eżistenti dwar l-oġġett sottomess għall-valutazzjoni tagħha. Biex jiġi żgurat li l-Awtorità tinkludi d-data u l-istudji xjentifiċi kollha rilevanti disponibbli dwar oġġett soġġett għal proċedura ta' awtorizzazzjoni, xieraq li jiġi pprovdut għal konsultazzjoni pubblika, ladarba applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni jew tiġdid tkun tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, biex jiġi identifikat jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-istudji, inklużi t-testijiet, sottomessi mill-operaturi tan-negozju b'appoġġ ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel normalment jikkonformaw ma' prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment, li jipprovdu bażi uniformi għall-kwalità tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riproduċibbiltà tar-riżultati. Madankollu, f'ċerti każijiet jistgħu jqumu problemi ta' konformità mal-istandards applikabbli u għalhekk hemm sistemi nazzjonali fis-seħħ għall-verifika tat-tali konformità. Xieraq li jiġi pprovdut livell addizzjonali ta' garanziji biex il-pubbliku ġenerali jserraħ rasu dwar il-kwalità tal-istudji u li tiġi stabbilita sistema msaħħa tal-awditjar li biha l-kontrolli mill-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji mil-laboratorji li jwettqu t-tali studji u testijiet jiġu vverifikati mill-Kummissjoni.

(21)  L-istudji, inklużi t-testijiet, sottomessi mill-operaturi tan-negozju b'appoġġ ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi settorjali tal-Unjoni dwar l-ikel normalment jirreferu għal prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment, li jipprovdu bażi uniformi għall-kwalità tagħhom, b'mod partikolari f'termini ta' riproduċibbiltà tar-riżultati. Madankollu, in-nuqqas ta' konformità mal-istandards applikabbli u għalhekk hemm sistemi nazzjonali fis-seħħ għall-verifika tat-tali konformità. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tal-istudji, huwa xieraq li tissaħħaħ is-sistema tal-awditjar li biha l-Istati Membri jikkontrollaw u jiżguraw l-implimentazzjoni ta' dawk il-prinċipji mil-laboratorji li jwettqu t-tali studji u testijiet u li biha jridu jiġu vverifikati l-kontrolli tal-Istati Membri mill-Kummissjoni.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Trid tinbena biżżejjed flessibbiltà fil-proċess sabiex ikun jista' jitqies minnufih għarfien ġdid dwar effetti avversi serji fuq is-saħħa, anke meta dawn ma jkunux speċifikament koperti minn rekwiżiti regolatorji tad-data.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Is-sigurtà tal-ikel hi kwistjoni sensittiva ta' interess kbir għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-oneru jinxteħet fuq l-industrija biex turi bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita għodda ta' verifika addizzjonali biex jiġu indirizzati każijiet speċifiċi ta' importanza soċjetali kbira fejn ikun hemm kontroversja fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, jiġifieri l-ikkummissjonar ta' studji addizzjonali bl-objettiv ta' verifika tal-evidenza użata fil-kuntest ta' stima tar-riskju. Peress li din tkun iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u li l-użu ta' din l-għodda ta' verifika eċċezzjonali jenħtieġ li jibqa' proporzjonat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iskattar tal-kummissjonar tat-tali studji ta' verifika. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li f'ċerti każijiet speċifiċi jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-istudji kkummissjonati jkollhom bżonn kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza inkwistjoni (pereżempju jsiru disponibbli żviluppi xjentifiċi ġodda).

(22)  Is-sigurtà tal-ikel hi kwistjoni sensittiva ta' interess kbir għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju li l-oneru jinxteħet fuq l-industrija biex turi bil-provi l-konformità mar-rekwiżiti tal-Unjoni, huwa importanti li tiġi stabbilita għodda ta' verifika addizzjonali biex jiġu indirizzati każijiet speċifiċi ta' importanza soċjetali kbira fejn ikun hemm kontroversja fuq kwistjonijiet relatati mas-sigurtà, jiġifieri l-ikkummissjonar ta' studji addizzjonali bl-objettiv ta' verifika tal-evidenza użata fil-kuntest ta' stima tar-riskju. Peress li din tkun iffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u li l-użu ta' din l-għodda ta' verifika eċċezzjonali jenħtieġ li jibqa' proporzjonat, l-Awtorità jenħtieġ li tkun responsabbli għall-iskattar tal-kummissjonar tat-tali studji ta' verifika. Jenħtieġ li jiġi kkunsidrat il-fatt li f'ċerti każijiet speċifiċi jista' jkun hemm il-ħtieġa li l-istudji kkummissjonati jkollhom bżonn kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza inkwistjoni (pereżempju jsiru disponibbli żviluppi xjentifiċi ġodda).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel wera li għalkemm l-Awtorità għamlet progress konsiderevoli f'termini ta' trasparenza, il-proċess ta' stima tar-riskju, speċjalment fil-kuntest tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni li jkopru l-katina agroalimentari, mhux dejjem jiġi perċepit bħala trasparenti għalkollox. Dan hu parzjalment dovut għar-regoli differenti dwar it-trasparenza u l-kunfidenzjalità li mhumiex stabbiliti biss fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 iżda anki f'atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni li jkopru l-katina agroalimentari. Ir-relazzjoni bejniethom tista' tħalli impatt fuq l-aċċettabilità tal-istima tar-riskju mill-pubbliku ġenerali.

(23)  Il-Kontroll tal-Idoneità tal-Liġi Ġenerali dwar l-Ikel wera li l-Unjoni ppromwoviet għadd konsiderevoli ta' miżuri biex tipproteġi l-kwalità u s-sikurezza tal-ikel u tal-prodotti (Regolament (KE) Nru 2073/2005; Regolament (KE) Nru 853/2004; Regolament (KE) Nru 854/2004; u b'mod partikolari l-Premessa 12 tad-Direttiva 2009/128/KE) u, għalkemm l-Awtorità għamlet progress konsiderevoli f'termini ta' trasparenza, il-proċess ta' stima tar-riskju, speċjalment fil-kuntest ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni li jkopru l-katina agroalimentari, mhijiex trasparenti għalkollox.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)  Il-Konvenzjoni ta' Aarhus tistabbilixxi għadd ta' drittijiet tal-pubbliku fir-rigward tal-ambjent. Il-Konvenzjoni tiddisponi għad-dritt li kulħadd jirċievi informazzjoni ambjentali li tkun fil-pussess tal-awtoritajiet pubbliċi, id-dritt tal-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ambjent, u d-dritt li dak li jkun jeżamina mill-ġdid proċeduri biex jisfida deċiżjonijiet pubbliċi li jkunu saru mingħajr ma jkunu rrispettaw iż-żewġ drittijiet imsemmija hawn fuq jew il-liġi ambjentali inġenerali.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" kkonfermat it-tħassib rigward it-trasparenza fir-rigward tar-rispett għall-istudji kkummissjonati mill-industrija u sottomessi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni23.

(24)  Bħala Parti għall-Konvenzjoni ta' Aarhus, l-Unjoni rrikonoxxiet li, fil-qasam tal-ambjent, l-aċċess imtejjeb għall-informazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet iżidu l-kwalità u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet, jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni pubblika ta' kwistjonijiet ambjentali, jagħtu lill-pubbliku l-opportunità li jesprimi t-tħassib tiegħu u jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi jikkunsidraw dan it-tħassib. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi" kkonfermat it-tħassib rigward it-trasparenza fir-rigward tar-rispett għall-istudji kkummissjonati mill-industrija u sottomessi f'applikazzjoni għal awtorizzazzjoni23.

__________________

__________________

23 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi", C(2017) 8414 final.

23 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej "Projbizzjoni tal-glifosat biex b'hekk in-nies u l-ambjent ikunu protetti mill-pestiċidi tossiċi", C(2017) 8414 final.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Għaldaqstant hemm bżonn li tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju b'mod proattiv. L-aċċess pubbliku għad-data u għall-informazzjoni xjentifiċi kollha li jsostnu t-talbiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel kif ukoll talbiet oħra għal output xjentifiku jenħtieġ li jiġi żgurat, mill-aktar fis possibbli fil-proċess ta' stima tar-riskju. Madankollu, dan il-proċess jenħtieġ li jkun mingħajr ħsara għad-drittijiet eżistenti ta' proprjetà intellettwali jew għal kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel li tipproteġi l-investiment li jsir minn innovaturi fil-ġbir tal-informazzjoni u tad-data li jappoġġaw l-applikazzjonijiet rilevanti għal awtorizzazzjonijiet.

(25)  Sabiex tiżdied ir-responsabbiltà u jerġa' jinkiseb l-appoġġ pubbliku għad-deċiżjonijiet tal-Awtorità u sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà, hemm bżonn li jissaħħu t-trasparenza u ċ-ċarezza tal-proċess ta' stima tar-riskju b'mod proattiv. Sabiex jiġi żgurat l-iskrutinju pubbliku, l-aċċess pubbliku għad-data u għall-informazzjoni xjentifiċi kollha li jsostnu t-talbiet għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel kif ukoll talbiet oħra għal output xjentifiku jenħtieġ li jiġi żgurat, mill-aktar fis possibbli fil-proċess ta' stima tar-riskju.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Biex jiġi ddeterminat x'livell ta' divulgazzjoni jsib il-bilanċ it-tajjeb, id-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju jenħtieġ li jitqabblu mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(27)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-ikbar trasparenza fil-proċess tal-istima tar-riskju u li jagħti l-akbar effett possibbli lid-dritt tal-pubbliku għat-trasparenza tal-informazzjoni u ta' aċċess għal dokumenti tal-Awtorità u jrid jinqara flimkien mar-Regolamenti Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a)  Id-dispożizzjonijiet dwar it-tixrid attiv stabbiliti f'dan ir-Regolament mhumiex maħsuba biex jillimitaw b'xi mod il-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet previsti mir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Kif xieraq u fir-rigward tal-proċeduri li jirregolaw it-talbiet għal proċeduri ta' awtorizzazzjoni previsti fil-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, l-esperjenza miksuba s'issa wriet li ċerti punti ta' informazzjoni ġeneralment jitqiesu li huma sensittivi u jenħtieġ li jibqgħu kunfidenzjali fost il-proċeduri settorjali differenti ta' awtorizzazzjoni. Xieraq li fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tiġi stabbilita lista orizzontali ta' punti ta' informazzjoni li d-divulgazzjoni tagħhom tista' titqies li hi tagħmel ħsara sinifikanti għall-interessi kummerċjali kkonċernati u għalhekk ma jenħtieġx li tiġi ddivulgata lill-pubbliku ("lista orizzontali ġenerali ta' punti kunfidenzjali"). Hu biss f'ċirkustanzi limitati ħafna u eċċezzjonali relatati mal-effetti tas-saħħa u mal-ħtiġijiet urġenti prevedibbli li jitħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, li t-tali informazzjoni jenħtieġ li tiġi ddivulgata.

(28)  Kwalunkwe informazzjoni li jkollha impatt dirett fuq is-saħħa jew l-ambjent għalhekk trid dejjem titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Huwa xieraq li, fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, tiġi stabbilita lista orizzontali eżawrjenti ta' punti ta' informazzjoni li jistgħu jinżammu kunfidenzjali għar-raġuni li jdgħajfu b'mod sinifikanti l-protezzjoni tal-interess kummerċjali. Madankollu, din l-informazzjoni tista' tinżamm sigrieta biss jekk il-kumpanija li tkun qed topponi t-tixrid tagħha turi, bi provi verifikabbli, li l-iżvelar proattiv tal-punt ta' informazzjoni jdgħajjef b'mod sinifikanti l-interessi kummerċjali tagħha ("lista orizzontali ġenerali ta' punti kunfidenzjali"). L-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta' trasparenza jridu jiġu interpretati b'mod strett. Madankollu, anke fil-każ li l-iżvelar tal-informazzjoni jitqies li jdgħajjef l-interessi kummerċjali ta' operatur ekonomiku, jekk ikun hemm interess pubbliku prevalenti fuq l-interessi kummerċjali favur l-iżvelar, l-informazzjoni m'għandhiex tinżamm sigrieta. Huwa xieraq li, fir-Regolament (KE) Nru 178/2002, tiġi stabbilita lista orizzontali eżawrjenti ta' punti ta' informazzjoni li qatt ma jistgħu jinżammu kunfidenzjali, billi jkunu jikkonċernaw ċirkostanzi fejn jitqies li jkun hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tagħhom.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Hemm bżonn li jiġu stabbiliti wkoll ir-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-protezzjoni ta' data personali għall-finijiet tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju b'kunsiderazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Kif xieraq, l-ebda data personali ma jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx neċessarju u proporzjonat għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza, tal-indipendenza u tal-affidabilità tal-proċess ta' stima tar-riskju, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interessi.

(30)  Hemm bżonn li ssir referenza wkoll għall-protezzjoni u l-kunfidenzjalità ta' data personali għall-finijiet tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25. Kif xieraq, l-ebda data personali ma jenħtieġ li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont dan ir-Regolament, sakemm dan ma jkunx neċessarju u proporzjonat għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza, tal-indipendenza u tal-affidabilità tal-proċess ta' stima tar-riskju, filwaqt li jiġu evitati kunflitti ta' interessi. Għall-fini li jiġu żgurati t-trasparenza, l-indipendenza u l-affidabbiltà tal-proċess tal-valutazzjoni tar-riskji, b'mod partikolari biex jiġu evitati kunflitti ta' interess, li jiġu ppubblikati l-ismijiet ta' kwalunkwe individwu maħtur mill-Awtorità biex jikkontribwixxi għall-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Awtorità, inkluż fil-kuntest tal-adozzjoni ta' dokumenti ta' gwida.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Għall-finijiet ta' trasparenza akbar u biex jiġi żgurat li t-talbiet għal outputs xjentifiċi riċevuti mill-Awtorità jiġu pproċessati b'mod effettiv, jenħtieġ li jiġu żviluppati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-adozzjoni ta' formats standard ta' data u ta' pakketti ta' softwer, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

(31)  Għall-finijiet ta' trasparenza akbar u biex jiġi żgurat li t-talbiet għal outputs xjentifiċi riċevuti mill-Awtorità jiġu pproċessati b'mod effettiv, jenħtieġ li jiġu żviluppati formats standard ta' data u pakketti ta' softwer. Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi u armonizzati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 fir-rigward tal-adozzjoni ta' formats standard ta' data u ta' pakketti ta' softwer, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill26.

_________________

_________________

26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

26 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  Madankollu, fir-rigward tal-fatt li l-Awtorità tkun meħtieġa taħżen data xjentifika, li tinkludi data kunfidenzjali u personali, hemm bżonn li jiġi żgurat li t-tali ħżin jitwettaq f'konformità ma' livell għoli ta' sigurtà.

(32)  Madankollu, fir-rigward tal-fatt li l-Awtorità tkun meħtieġa taħżen data xjentifika, li tinkludi data kunfidenzjali u personali, hemm bżonn li jiġi żgurat li t-tali ħżin jitwettaq b'tali mod li tiġi żgurata sigurtà sħiħa.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Barra minn hekk, biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għall-Awtorità, hu xieraq ukoll li jiġi pprovdut għal evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-Awtorità, f'konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. L-evalwazzjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, tirrieżamina l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat u tal-Bordijiet Xjentifiċi, għall-grad tagħhom ta' trasparenza, ta' kosteffikaċja u ta' idoneità biex jiġu żgurati indipendenza u kompetenza, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi.

(33)  Barra minn hekk, biex jiġu vvalutati l-effikaċja u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet differenti li japplikaw għall-Awtorità, hu xieraq ukoll li jiġi pprovdut għal evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-Awtorità, f'konformità mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. L-evalwazzjoni jenħtieġ li, b'mod partikolari, tirrieżamina l-proċeduri għall-għażla tal-membri tal-Kumitat u tal-Bordijiet Xjentifiċi, għall-grad tagħhom ta' trasparenza, ta' kosteffikaċja u ta' idoneità biex jiġu żgurati l-indipendenza, il-viġilanza u l-kompetenza, u biex jiġu evitati kunflitti ta' interessi.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, hemm bżonn ukoll li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li bħalissa hu limitat għal-liġi dwar l-ikel, biex jiġu koperti wkoll applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fir-rigward tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

(35)  Għall-finijiet ta' żgurar tat-trasparenza u tal-indipendenza tal-proċess ta' stima tar-riskju, hemm bżonn ukoll li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li bħalissa hu limitat għal-liġi dwar l-ikel, biex jiġu koperti wkoll applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward tal-addittivi tal-għalf, tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fir-rigward tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel u tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 fir-rigward tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)  Biex jiġi żgurat li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet settorjali fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, hemm bżonn li jitqabblu d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju, inklużi dawk li jinbtu mill-Konvenzjoni ta' Aarhus35, mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni settorjali kif ukoll tal-esperjenza miksuba. Għaldaqstant, hemm bżonn li d-Direttiva 2001/18/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiġu emendati biex jipprevedu punti kunfidenzjali addizzjonali għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(36)  Biex jiġi żgurat li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet settorjali fir-rigward tal-informazzjoni kunfidenzjali, hemm bżonn li jitqabblu d-drittijiet rilevanti tal-pubbliku għat-trasparenza fil-proċess ta' stima tar-riskju, inklużi dawk li jinbtu mill-Konvenzjoni ta' Aarhus35, mad-drittijiet tal-applikanti kummerċjali, b'kunsiderazzjoni tal-objettivi speċifiċi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni settorjali kif ukoll tal-esperjenza miksuba, filwaqt li, madankollu, wieħed jiftakar li, fejn hemm raġunijiet speċifiċi għal tħassib dwar il-benessri pubbliku u s-saħħa pubblika, l-interess pubbliku jipprevali fuq l-interessi kummerċjali. Għaldaqstant, hemm bżonn li d-Direttiva 2001/18/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiġu emendati biex jipprevedu punti kunfidenzjali addizzjonali għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

_________________

_________________

35 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

35 Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Biex ikomplu jissaħħu r-rabta bejn l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali kif ukoll il-koerenza u l-konsistenza tal-komunikazzjoni tar-riskju, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju fuq kwistjonijiet li jkopru l-katina agroalimentari. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(37)  Sabiex tiġi ssalvagwardjata l-indipendenza tal-istima tar-riskju u tal-istadji tal-amministrazzjoni tar-riskju fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali kif ukoll l-akkuratezza u l-konsistenza tal-komunikazzjoni tar-riskju, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex tadotta pjan ġenerali dwar il-komunikazzjoni tar-riskju fuq kwistjonijiet li jkopru l-katina agroalimentari. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Biex l-Awtorità u l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jiġi żgurat li l-Awtorità tkompli bl-operat mexxej tagħha, hemm bżonn li jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(38)  Biex l-Awtorità, l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-operaturi tan-negozju jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jiġi żgurat li l-Awtorità tkompli bl-operat mexxej tagħha, hemm bżonn li jiġu previsti miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-promozzjoni tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċess sħiħ ta' analiżi tar-riskju;

(a)  il-promozzjoni tat-trasparenza, taċ-ċarezza, tal-għarfien u l-fehim tal-kwistjonijiet speċifiċi kkunsidrati matul il-proċessi sħaħ ta' analiżi u ta' amministrazzjoni tar-riskju;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-promozzjoni tal-konsistenza u tat-trasparenza fil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

(b)  il-promozzjoni ta' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent, l-ikbar responsabbiltà u trasparenza fil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  l-għoti ta' bażi solida għall-fehim ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

c)  l-għoti ta' bażi xjentifika għall-identifikazzjoni tal-aħjar deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  it-trawwim ta' fehim pubbliku dwar il-proċess ta' analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-eżitu ta' dan;

(d)  it-trawwim ta' fehim pubbliku dwar il-proċess ta' analiżi tar-riskju biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà fl-eżitu tiegħu u terġa' tinkiseb il-fiduċja tal-konsumaturi fl-Unjoni u l-istituzzjonijiet tagħha;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-iżgurar tal-iskambju xieraq ta' informazzjoni mal-partijiet interessati b'rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari.

(f)  l-iżgurar tal-iskambju xieraq ta' informazzjoni mal-partijiet interessati b'rabta mar-riskji assoċjati mal-katina agroalimentari u strateġiji biex jiġu evitati.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8a – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) il-ġlieda kontra s-sorsi u t-tixrid ta' informazzjoni falza u qarrieqa;

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  tipprovdi informazzjoni trasparenti f'kull stadju tal-proċess ta' analiżi tar-riskju mill-istrutturar tat-talbiet għal parir xjentifiku sal-provvista ta' stima tar-riskju u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

b)  tipprovdi b'mod kostanti informazzjoni aġġornata u trasparenti f'kull stadju tal-proċess ta' analiżi tar-riskju mill-istrutturar tat-talbiet għal parir xjentifiku sal-provvista ta' stima tar-riskju u l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar l-amministrazzjoni tar-riskju;

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  tikkunsidra l-perċezzjonijiet tar-riskju;

c)  tikkunsidra l-livell tar-riskju, il-konsegwenzi possibbli tiegħu u l-perċezzjonijiet tar-riskju;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  tiffaċilita l-fehim u d-djalogu fost il-partijiet interessati kollha; kif ukoll,

d)  tiffaċilita l-fehim, id-djalogu u l-kooperazzjoni fost il-partijiet interessati kollha, bħalma huma l-konsumaturi u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, il-gruppi ambjentali, l-organizzazzjonijiet tal-benesseri tal-annimali, l-organizzazzjonijiet tas-saħħa, l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini, iċ-ċentri ta' riċerka xjentifika, it-trejdjunjins kif ukoll il-kooperattivi, l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi u tal-bdiewa, ir-rappreżentanti tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u s-setturi tar-riċerka u tal-innovazzjoni; kif ukoll,

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8b – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tkun aċċessibbli, inkluż għal dawk li mhumiex involuti b'mod dirett fil-proċess, filwaqt li tqis il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta' data personali.

(e)  tkun aċċessibbli, inkluż għal dawk li mhumiex involuti b'mod dirett fil-proċess, filwaqt li tqis il-protezzjoni ta' data personali.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8c – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b'mod koerenti u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali. Dan għandu:

2.  Il-pjan ġenerali għall-komunikazzjoni tar-riskju għandu jippromwovi qafas integrat ta' komunikazzjoni tar-riskju li jrid jiġi segwit kemm mill-assessuri tar-riskju kif ukoll mill-amministraturi tar-riskju b'mod preċiż u sistematiku kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali, filwaqt li jirrikonoxxi l-opinjonijiet xjentifiċi diverġenti fejn ikunu jeżistu. Dan għandu:

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8c – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jidentifika l-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta' attivitajiet meħtieġa ta' komunikazzjoni tar-riskju;

(a)  jidentifika l-fatturi li jridu jitqiesu meta jiġu kkunsidrati t-tip u l-livell ta' attivitajiet meħtieġa ta' komunikazzjoni tar-riskju;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8c – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  jidentifika l-għodod u l-kanali ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-gruppi ta' udjenza fil-mira rilevanti; kif ukoll,

b)  jidentifika l-għodod u l-kanali (sit web ċar, effettiv u aċċessibbli) ewlenin xierqa li jridu jintużaw għall-finijiet ta' komunikazzjoni tar-riskju, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi ta' udjenza fil-mira rilevanti u b'mod partikolari filwaqt li jsiru arranġamenti għal komunikazzjoni speċifika f'sitwazzjonijiet li fihom jiġu mmaniġġjati emerġenzi li jistgħu jinqalgħu fil-qasam tal-ikel jew tal-ambjent, li tippresupponi żieda fil-għodod u l-miżuri ta' komunikazzjoni dedikati (linji telefoniċi ta' għajnuna, taqsima adegwatament identifikata tas-sit web tal-EFSA, apps u kampanji speċifiċi ta' informazzjoni); kif ukoll,

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 8c – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju u jiżgura djalogu miftuħ fost il-partijiet interessati kollha.

(c)  jistabbilixxi mekkaniżmi xierqa biex tissaħħaħ il-koerenza tal-komunikazzjoni tar-riskju fost l-assessuri tar-riskju u l-amministraturi tar-riskju u jiżgura djalogu miftuħ u interazzjoni kostanti fost il-partijiet interessati kollha, filwaqt li jirrikonoxxi l-opinjonijiet xjentifiċi diverġenti li jista' jkun hemm.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 1a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  membru wieħed maħtur mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.

(b)  żewġ membri u żewġ membri sostituti maħtura mill-Parlament Ewropew, bid-dritt tal-vot.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 1a – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  erba' membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed minn organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed minn organizzazzjonijiet tal-bdiewa u wieħed minn organizzazzjonijiet industrijali. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.

(c)  ħames membri bid-dritt tal-vot li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili u l-interessi tal-ħaddiema tal-katina tal-ikel jiġifieri, wieħed mill-organizzazzjonijiet tas-saħħa/mediċi, wieħed mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, wieħed mill-organizzazzjonijiet ambjentali nongovernattivi, wieħed mill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa u wieħed mill-organizzazzjonijiet agrokimiċi jew tal-industrija tal-ikel. Dawk il-membri għandhom ikunu maħtura mill-Kunsill f'konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq il-bażi ta' lista mfassla mill-Kummissjoni li tinkludi aktar ismijiet minn kemm hemm karigi x'jimtlew. Il-lista miktuba mill-Kummissjoni għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew, flimkien mad-dokumenti ta' sfond rilevanti. Kemm jista' jkun malajr u fi żmien tliet xhur min-notifika, il-Parlament Ewropew jista' jissottometti l-fehmiet tiegħu għall-kunsiderazzjoni mill-Kunsill, li mbagħad għandu jaħtar lil dawk il-membri.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 –punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 1b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Il-membri tal-Bord ta' Ġestjoni u, fejn rilevanti, il-membri supplenti, għandhom jinħatru b'kunsiderazzjoni tal-kompetenza kbira fil-qasam tal-istima tar-riskju tas-sigurtà tal-ikel kif ukoll tal-kompetenzi fil-leġiżlazzjoni u fil-poltika dwar is-sigurtà tal-katina tal-ikel, u tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji/finanzjarji rilevanti.,

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Ġustifikazzjoni

Il-membri supplenti huma mogħtija s-setgħa li jivvutaw minflok il-membri sħaħ, li jfisser li jrid ikollhom l-istess kwalifiki.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt d

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 25 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Kemm-il darba ma jkunx ipprovdut mod ieħor, il-Bord ta' Ġestjoni għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri tiegħu. Membri supplenti għandhom jirrappreżentaw lill-membru fin-nuqqas tagħha jew tiegħu u jivvotaw f'isimha/f'ismu.";

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 28 – paragrafu 5a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)  L-Istati Membri għandhom jinnominaw esperti bl-għan li flimkien jilħqu n-numru indikat mid-Direttur Eżekuttiv. Kull Stat Membru għandu jinnomina tal-anqas 12-il espert xjentifiku. Fl-istess ħin, l-Istati Membri jistgħu wkoll jinnominaw ċittadini ta' Stati Membri oħra.

b)  L-Istati Membri jistgħu jinnominaw esperti għall-oqsma indikati abbażi ta' sejħa għal espressjonijiet ta' interess. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw ukoll ċittadini ta' Stati Membri oħra.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 28 – paragrafu 5a – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Abbażi tan-nomini magħmula mill-Istati Membri, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal għal kull Bord Xjentifiku lista ta' esperti li tkun akbar min-numru ta' membri li jridu jinħatru. Id-Direttur Eżekuttiv ma jistax ifassal lista bħal din meta jkun jista' jiġġustifika l-fatt li n-nomini riċevuti ma jippermettulux, fid-dawl tal-kriterji għall-għażla stabbiliti fil-punt d) ta' dan il-paragrafu, ifassal lista akbar. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-lista lill-Bord ta' Ġestjoni għall-ħatra.

(c)  Abbażi tan-nomini magħmula mill-Istati Membri abbażi tal-espressjonijiet ta' interess, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal għal kull Bord Xjentifiku lista ta' esperti li tkun akbar min-numru ta' membri li jridu jinħatru. Id-Direttur Eżekuttiv ma jistax ifassal lista bħal din meta jkun jista' jiġġustifika l-fatt li n-nomini riċevuti ma jippermettulux/hiex, fid-dawl tal-kriterji għall-għażla stabbiliti fil-punt d) ta' dan il-paragrafu, ifassal/tfassal lista akbar. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti l-lista lill-Bord ta' Ġestjoni għall-ħatra.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 28 – paragrafu 5a – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jiżgura li tinkiseb l-usa' distribuzzjoni ġeografika possibbli fil-ħatriet finali.

e)  Il-Bord ta' Ġestjoni għandu jiżgura li tinkiseb id-distribuzzjoni ġeografika l-aktar wiesgħa, l-aktar komprensiva u l-aktar parteċipattiva possibbli fil-ħatriet finali.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 28 – paragrafu 5d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5d.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri biex jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi jaġixxu b'mod indipendenti u jibqgħu ħielsa minn kunflitt ta' interessi kif previst fl-Artikolu 37(2) u l-miżuri interni tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom il-mezzi biex jiddedikaw iż-żmien u l-isforz neċessarji ħalli jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi ma jirċivux xi struzzjoni fi kwalunkwe livell nazzjonali u li l-kontribuzzjoni xjentifika indipendenti tagħhom għas-sistema ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jiġi rikonoxxut bħala kompitu ta' prijorità għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-katina tal-ikel.

5d.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri biex jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi maħtura minnhom jaġixxu b'mod indipendenti u jibqgħu ħielsa minn kunflitt ta' interessi kif previst fl-Artikolu 37(2) u l-miżuri interni tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi għandhom il-mezzi biex jiddedikaw iż-żmien u l-isforz massimi li huma meħtieġa sabiex jikkontribwixxu għall-ħidma tal-Awtorità. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-Bordijiet Xjentifiċi ma jirċivux xi struzzjoni u mhumiex soġġetti għal pressjoni u influwenza fi kwalunkwe livell nazzjonali u li l-kontribuzzjoni xjentifika indipendenti tagħhom għas-sistema ta' stima tar-riskju fil-livell tal-Unjoni jiġi perċepit bħala kompitu ta' prijorità għall-protezzjoni tas-sigurtà tal-katina tal-ikel.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq it-talba ta' applikant potenzjali għal awtorizzazzjoni tal-liġi dwar l-ikel, il-persunal tal-Awtorità għandu jagħti pariri dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti u l-kontenut meħtieġ tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Il-parir ipprovdut mill-persunal tal-Awtorità għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi.

Fuq it-talba ta' applikant potenzjali għal awtorizzazzjoni tal-liġi dwar l-ikel, il-persunal tal-Awtorità jista', bil-miktub, jagħti pariri dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti u l-kontenut meħtieġ tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Il-persunal tal-Awtorità li jagħti l-parir imsemmi fl-ewwel sentenza ma għandu jkun involut fl-ebda xogħol xjentifiku, inkluż skont it-tifsira fl-Artikolu 28(5f), li hu rilevanti direttament jew indirettament għall-applikazzjoni li hija s-suġġett tal-parir. Il-parir ipprovdut mill-persunal tal-Awtorità għandu b'mod immedjat jiġi dokumentat u ppubblikat fuq is-sit web tal-Awtorità. Huwa għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' dokument dwar il-Mistoqsijiet l-Aktar Frekwenti, sabiex jiġu żviluppati linji gwida aktar komprensivi għall-applikanti u titnaqqas il-ħtieġa tal-korrispondenza individwali.

 

Il-parir ipprovdut għandu jkun mingħajr ħsara u mhux vinkolanti rigward il-valutazzjoni sussegwenti tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni mill-Bordijiet Xjentifiċi. Fi żmien [36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament], il-Kummissjoni għandha tivvaluta x'impatt ikollu dan l-artikolu fuq il-funzjonament tal-Awtorità. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ammont ta' xogħol addizzjonali u lill-mobilizzazzjoni tal-persunal, u jekk ikunx wassal għal xi ċaqliqa fl-allokazzjoni tar-riżorsi tal-Awtorità, a skapitu ta' attivitajiet ta' interess pubbliku.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32b – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-informazzjoni notifikata għandha tiġi ppubblikata biss f'każ li tiġi riċevuta applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni u wara li l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar id-divulgazzjoni tal-istudji li jakkumpanjaw b'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f.

3.  L-informazzjoni notifikata għandha tiġi ppubblikata jekk tiġi riċevuta applikazzjoni korrispondenti għal awtorizzazzjoni u wara li l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar id-divulgazzjoni tal-istudji li jakkumpanjaw u l-opinjoni xjentifika tagħha b'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku dwar l-istudji li jsostnu l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ladarba dawn jiġu ppubblikati mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f biex tidentifika jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli dwar is-suġġett ikkonċernat mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għas-sottomissjoni ta' kwalunkwe informazzjoni supplimentari mill-applikanti matul il-proċess ta' stima tar-riskju.

2.  L-Awtorità għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku dwar l-istudji li jsostnu l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ladarba dawn jiġu ppubblikati mill-Awtorità f'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f biex tidentifika jekk hemmx data jew studji xjentifiċi rilevanti oħra disponibbli dwar is-suġġett ikkonċernat mill-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-esperti tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar jikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

L-esperti tal-Kummissjoni għandhom jagħmlu kontrolli, inklużi awditi, biex jiksbu assigurazzjoni li l-faċilitajiet tal-ittestjar huma indipendenti, trasparenti u mgħammra b'persunal magħmul minn nies b'livell għoli ta' ħiliet u jikkonformaw mal-istandards rilevanti għat-twettiq tat-testijiet u tal-istudji sottomessi lill-Awtorità bħala parti minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel. Dawn il-kontrolli għandhom jiġu organizzati b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-obbligu tal-applikanti għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi dwar l-ikel biex tintwera s-sigurtà ta' oġġett sottomess għal sistema ta' awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, tista' titlob lill-Awtorità tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess ta' stima tar-riskju tagħha. L-istudji kkummissjonati jista' jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza soġġetta għal verifika.;

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-applikanti għal awtorizzazzjonijiet skont il-liġi dwar l-ikel biex tintwera s-sigurtà ta' oġġett sottomess għal sistema ta' awtorizzazzjoni, l-Awtorità tista', fejn data u sejbiet xjentifiċi jkunu f'konflitt ma' xulxin, tikkummissjona studji xjentifiċi bl-objettiv li tivverifika l-evidenza użata fil-proċess ta' stima tar-riskju tagħha, bl-għan li tikseb assigurazzjoni akbar dwar is-sikurezza tal-ikel jew tal-għalf. L-istudji kkummissjonati jista' jkollhom kamp ta' applikazzjoni usa' mill-evidenza soġġetta għal verifika.;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 32e – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe studju kkummissjonat għandu jqis id-Direttiva 2010/63/UE dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 5 - punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Awtorità għandha twettaq l-attivitajiet tagħha b'livell għoli ta' trasparenza. B'mod partikolari għandha tippubblika mingħajr dewmien:

L-Awtorità għandha tiżgura livell għoli ta' trasparenza, f'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, kif ukoll bi qbil mad-Direttiva 2003/4/KE, li jipprevedu tixrid attiv u sistematiku ta' informazzjoni ambjentali fost il-pubbliku. B'mod partikolari għandha tippubblika mingħajr dewmien:

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt 5 - punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-aġendi u l-minuti tal-Kumitat Xjentifku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom;

(a)  L-aġendi, il-listi tal-parteċipanti u l-minuti tal-Kumitat Xjentifku u tal-Bordijiet Xjentifiċi u tal-Gruppi ta' Ħidma tagħhom;

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  data xjentifika, studji u informazzjoni oħra li jappoġġaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, li jinkludu informazzjoni supplimentari fornita mill-applikanti, kif ukoll data xjentifika u informazzjoni oħra li jappoġġaw talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għal output xjentifiku, inkluża opinjoni xjentifika, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f.

imħassar

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)  l-informazzjoni li fuqha huma bbażati l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu l-opinjonijiet xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' data kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f;

imħassar

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)  il-parir ipprovdut mill-Awtorità lill-applikanti potenzjali fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni skont l-Artikolu 32a u 32c.

imħassar

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu -1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(аа)  Jiddaħħal il-paragrafu -1a li ġej:

 

(-1a) Fil-mument tal-pubblikazzjoni tal-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità għandha wkoll tagħmel dan li ġej disponibbli għall-pubbliku:

 

(а) data xjentifika, studji u informazzjoni oħra li jappoġġaw applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel, li jinkludu informazzjoni supplimentari fornuta mill-applikanti, kif ukoll data xjentifika u informazzjoni oħra li jappoġġaw talbiet mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f.

 

b) l-informazzjoni li fuqha huma bbażati l-outputs xjentifiċi tagħha, li jinkludu l-opinjonijiet xjentifiċi, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni ta' data kunfidenzjali u tal-protezzjoni ta' data personali b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f;

 

c) l-informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet mal-applikanti li l-Awtorità wettqet fil-fażi ta' qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni skont l-Artikoli 32a u 32c

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 1a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex jintuża, jiġi riprodott jew imħaddem b'xi mod ieħor il-kontenut ta' dawn u l-użu ta' dawn minn partijiet terzi ma għandux ikun jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea."

Id-divulgazzjoni lill-pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (1)(c) ma għandhiex titqies li hi permess jew liċenzja espliċita jew impliċita għad-data u għall-informazzjoni rilevanti u biex il-kontenut tagħhom jintuża kummerċjalment, jiġi riprodott jew imħaddem b'xi mod ieħor għal finijiet kummerċjali. Sabiex jiġi evitat id-dubju, l-informazzjoni ppubblikata tista' tintuża għall-fini ta' skrutinju pubbliku tar-riżultati, inkluż fehim aħjar tal-effetti avversi potenzjali fuq is-saħħa u l-ambjent, u l-użu tagħha minn partijiet terzi għal dak il-għan ma għandux jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea."

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ca (ġdid)

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 38 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

 

3a. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u r-Regolamenti Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Permezz ta' deroga mill-Artikolu 38, l-Awtorità ma għandhiex tippubblika informazzjoni li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1.  B'deroga mill-Artikolu 38 u mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u d-Direttiva 2003/4/KE u l-prinċipju ġenerali li l-interessi ta' saħħa pubblika dejjem jipprevalu fuq l-interessi privati, l-Awtorità ma għandhiex tippubblika informazzjoni li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali u li dan ikun ingħata bl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 - paragrafu 2 - punt 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  elementi u mudelli kummerċjali innovattivi, formuli u prodotti koperti bi privattivi li l-protezzjoni tagħhom jaf tiġi mhedda minn kwalunkwe nuqqas ta' kunfidenzjalità waqt il-proċedura inizjali ta' talba għal studju, li b'hekk jesponi lil min jagħmel it-talba għal danni u riskji ta' distorsjoni tas-suq u kompetizzjoni inġusta

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 2 – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  informazzjoni kummerċjali li tikxef is-sorsi, l-ishma mis-suq jew l-istrateġija kummerċjali tal-applikant; and

(3)  informazzjoni kummerċjali li tikxef is-sorsi, ideat innovattivi għall-prodott/sustanza, l-ishma mis-suq jew l-istrateġija kummerċjali tal-applikant;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità u li huma relatati ma' effetti tas-saħħa prevedibbli.;

(b)  informazzjoni li tagħmel parti mill-konklużjonijiet tal-outputs xjentifiċi, inklużi opinjonijiet xjentifiċi, forniti mill-Awtorità li tindika riskji ta' effetti jew theddid possibbli fuq is-saħħa pubblika u tal-annimali jew l-ambjent.;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE u r-Regolamenti (UE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.

Ġustifikazzjoni

Din il-formulazzjoni hija meħtieġa għall-benefiċċju tat-trasparenza.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta applikant jissottometti talba għal kunfidenzjalità, dan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali u verżjoni kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa b'konformità ma' formats standard tad-data, fejn jeżistu, skont l-Artikolu 39f. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali għandha tkun mingħajr l-informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali b'konformità mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 39. Il-verżjoni kunfidenzjali għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha sottomessa, inkluża informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali. L-informazzjoni mitluba biex tiġi ttrattata bħal kunfidenzjali fil-verżjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata ċara. L-applikant għandu jindika biċ-ċar ir-raġunijiet li fuqhom il-bażi tagħhom tintalab il-kunfidenzjalità għas-siltiet differenti tal-informazzjoni.

2.  Meta applikant jissottometti talba għal kunfidenzjalità, dan għandu jipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali u verżjoni kunfidenzjali tal-informazzjoni sottomessa b'konformità ma' formats standard tad-data, fejn jeżistu, skont l-Artikolu 39f. Il-verżjoni mhux kunfidenzjali għandha teditja bi blokki suwed l-informazzjoni li l-applikant jitlob trattament kunfidenzjalità għaliha, b'konformità mal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 39. Il-verżjoni kunfidenzjali għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha sottomessa, inkluża informazzjoni li l-applikant iqis kunfidenzjali. L-informazzjoni mitluba biex tiġi ttrattata bħal kunfidenzjali fil-verżjoni kunfidenzjali għandha tkun immarkata ċara. L-applikant għandu jindika biċ-ċar il-ġustifikazzjonijiet verifikabbli li abbażi tagħhom tintalab il-kunfidenzjalità għal kull waħda mis-siltiet ta' informazzjoni differenti.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39b – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  tinforma lill-applikant bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li tiddivulga informazzjoni u bir-raġunijiet għal din, qabel ma l-Awtorità tieħu deċiżjoni formali dwar it-talba ta' kunfidenzjalità. Jekk l-applikant ma jaqbilx mal-valutazzjoni tal-Awtorità, dan jista' jiddikjara l-fehmiet tiegħu jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ġie nnotifikat bil-pożizzjoni tal-Awtorità.

(c)  tinforma lill-applikant bil-miktub bl-intenzjoni tagħha li tiddivulga informazzjoni u bir-raġunijiet għal din, qabel ma l-Awtorità tieħu deċiżjoni formali dwar it-talba ta' kunfidenzjalità. Jekk l-applikant joġġezzjona għall-valutazzjoni tal-Awtorità, dan jista' jiddikjara l-fehmiet tiegħu jew jirtira l-applikazzjoni tiegħu fi żmien ġimagħtejn mid-data li fiha ġie nnotifikat bil-pożizzjoni tal-Awtorità.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39b – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba ta' kunfidenzjalità b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-applikant fi żmien għaxar ġimgħat mid-data tar-riċevuta tat-talba ta' kunfidenzjalità fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u mingħajr dewmien żejjed fil-każ ta' data u ta' informazzjoni supplimentari u tinnotifika lill-applikant u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif xieraq, dwar id-deċiżjoni tagħha; kif ukoll,

(d)  tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba ta' kunfidenzjalità b'kunsiderazzjoni tal-osservazzjonijiet tal-applikant fi żmien tmien ġimgħat mid-data tar-riċevuta tat-talba ta' kunfidenzjalità fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni u mingħajr dewmien żejjed fil-każ ta' data u ta' informazzjoni supplimentari u tinnotifika lill-applikant u tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, kif xieraq, dwar id-deċiżjoni tagħha; kif ukoll,

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39b – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  tippubblika kwalunkwe data u informazzjoni addizzjonali li għaliha ma ġietx aċċettata t-talba ta' kunfidenzjalità kif iġġustifikat mhux qabel ġimagħtejn wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant, skont il-punt (d).

(e)  tippubblika kwalunkwe data u informazzjoni addizzjonali li għaliha ma ġietx aċċettata t-talba ta' kunfidenzjalità kif iġġustifikat mhux qabel ġimagħtejn u mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li tkun saret in-notifika tad-deċiżjoni tagħha lill-applikant, skont il-punt (d).

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39d – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-informazzjoni riċevuta minnhom skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel li għaliha jkun intalab it-trattament kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba ta' kunfidenzjalità mill-Awtorità u din tkun saret definittiva. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji biex ma tiġix ippubblikata l-informazzjoni li għaliha ġie aċċettat trattament kunfidenzjali mill-Awtorità.

2.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex l-informazzjoni riċevuta minnhom skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-ikel ma tiġix ippubblikata qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-talba ta' kunfidenzjalità mill-Awtorità u qabel ma l-opinjoni xjentifika tagħha tkun ġiet ippubblikata. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu wkoll il-miżuri neċessarji biex ma tiġix ippubblikata l-informazzjoni li għaliha ġie aċċettat trattament kunfidenzjali mill-Awtorità.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39d – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk applikant fil-kuntest ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u industrijali kif aċċettati mill-Awtorità b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f. L-applikazzjoni għandha titqies bħala rtirata mill-mument li fih il-korp kompetenti li kien irċieva l-applikazzjoni oriġinali jirċievi t-talba bil-miktub. Meta l-irtirar tal-applikazzjoni jseħħ qabel ma l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar it-talba rilevanti ta' kunfidenzjalità, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni li għaliha tkun intalbet il-kunfidenzjalità.

3.  Jekk applikant fil-kuntest ta' proċedura ta' awtorizzazzjoni jirtira jew ikun irtira applikazzjoni, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali u industrijali kif aċċettati mill-Awtorità b'konformità mal-Artikoli 39 sa 39f. L-applikazzjoni għandha titqies bħala rtirata mill-mument li fih il-korp kompetenti li kien irċieva l-applikazzjoni oriġinali jirċievi t-talba bil-miktub. Meta l-irtirar tal-applikazzjoni jseħħ qabel ma l-Awtorità tkun iddeċidiet dwar it-talba rilevanti ta' kunfidenzjalità, l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Istati Membri m'għandhom jippubblikaw l-ebda informazzjoni dwar l-applikazzjoni maħsuba.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39e – paragrafu 1 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-isem u l-indirizz ta' l-applikant;

(a)  isem l-applikant;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-divulgazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi ta' persuni fiżiċi involuti fl-ittestjar fuq annimali vertebrati jew fil-kisba ta' informazzjoni tossikoloġika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-privatezza u lill-integrità ta' dawk il-persuni fiżiċi u dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti.

2.  Minkejja l-paragrafu 1, id-divulgazzjoni tal-ismijiet u tal-indirizzi ta' persuni fiżiċi involuti fl-ittestjar fuq annimali vertebrati jew fil-kisba ta' informazzjoni tossikoloġika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti lill-privatezza u lill-integrità ta' dawk il-persuni fiżiċi, tikkostitwixxi theddida għall-indipendenza u l-ġudizzju awtonomu tagħhom, u dawn ma għandhomx jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, sakemm ma jkunx hemm interess pubbliku prevalenti.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 39g – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistemi ta' informazzjoni operati mill-Awtorità biex taħżen id-data tagħha, inkluża data kunfidenzjali u personali, għandhom jitfasslu b'livell għoli ta' sigurtà xieraq għar-riskji tas-sigurtà inkwistjoni, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa 39f ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għandu jkun ibbażat bħala minimu fuq sistema li teħtieġ awtentikazzjoni b'żewġ fatturi jew li tipprovdi livell ekwivalenti ta' sigurtà. Is-sistema għandha tiżgura li kwalunkwe aċċess għaliha jkun kompletament awditjabbli.;

Is-sistemi ta' informazzjoni operati mill-Awtorità biex taħżen id-data tagħha, inkluża data kunfidenzjali u personali, għandhom jitfasslu b'mod li jiggarantixxi l-ogħla standards ta' sigurtà xieraq għar-riskji tas-sigurtà inkwistjoni, b'kunsiderazzjoni tal-Artikoli 39 sa 39f ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għandu jkun ibbażat bħala minimu fuq sistema li teħtieġ awtentikazzjoni b'żewġ fatturi jew li tipprovdi livell ekwivalenti ta' sigurtà. Is-sistema għandha tiżgura li kwalunkwe aċċess għaliha jkun kompletament awditjabbli.;

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 57a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(c) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.;

6.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(c) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 61 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard minn wara d-data msemmija fl-Artikolu [id-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-GFL], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Awtorità b'rabta mal-objettivi, mal-mandat, mal-kompiti, mal-proċeduri u mal-postijiet tagħha, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Awtorità u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

2.  Sa mhux aktar tard minn wara d-data msemmija fl-Artikolu [id-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jemenda l-GFL], u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Awtorità b'rabta mal-objettivi, mal-mandat, mal-kompiti, mal-proċeduri u mal-postijiet tagħha, b'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Awtorità u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din. B'mod kuntrarju, jekk l-evalwazzjoni turi li l-objettivi stabbiliti qed jintlaħqu u l-kompiti assenjati qed jitwettqu, għandha tiġi esplorata l-possibbiltà li l-investiment jiżdied biex jiġu żgurati riżultati aktar ambizzjużi.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 61 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Awtorità ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, hi tista' tipproponi li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq jew inkella jitħassru.

imħassar

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 61 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta' Ġestjoni dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

4.  L-evalwazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u għandhom isiru pubbliċi.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 24 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 24, jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

 

"3a. L-obbligu li l-informazzjoni li hija stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda proattivament, bi qbil mal-Artikolu 25 ta' hawn taħt, u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li taċċedi għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2001/18/KE

Artikolu 28 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-Kumitat Xjentifiku rilevanti jiġi kkonsultat skont il-paragrafu 1, dan għandu jagħmel pubblika n-notifika/l-applikazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita min-notifikatur/mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tiegħu, b'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis, u mal-Artikolu 25 ta' din id-Direttiva.".

4.  Meta l-Kumitat Xjentifiku rilevanti jiġi kkonsultat skont il-paragrafu 1, dan għandu jagħmel pubblika, b'mod parallel mal-opinjoni xjentifika tiegħu, in-notifika/l-applikazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita min-notifikatur/mill-applikant, b'konformità mal-Artikolu 38 u mal-Artikoli 39 sa 39f tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis, u mal-Artikolu 25 ta' din id-Direttiva.".

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1829/2003

Artikolu 29 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha u l-opinjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, fl-istess waqt mal-opinjoni u l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha u l-opinjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/18/KE, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u b'kunsiderazzjoni tal-Artikolu 30 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 1829/2003

Artikolu 29 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-obbligu li l-informazzjoni li hija stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda proattivament, bi qbil mal-Artikolu 25 ta' hawn taħt, u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li taċċedi għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 10

Regolament (KE) Nru 1829/2003

Artikolu 30 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minbarra l-Artikolu 39(2) u skont l-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-Awtorità tista' taċċetta wkoll li tipprovdi trattament kunfidenzjali għall-informazzjoni li ġejja, li d-divulgazzjoni tagħha tista' titqies, wara ġustifikazzjoni verifikabbli, li tagħmel ħsara sinifikanti lill-interessi kkonċernati:

2.  Informazzjoni dwar dan li ġej ma għandhiex titqies bħala kunfidenzali:

(a) informazzjoni dwar is-sekwenza tad-DNA, ħlief għal sekwenzi użati għall-fini ta' detezzjoni, ta' identifikazzjoni u ta' kwantifikazzjoni tal-avveniment ta' trasformazzjoni; kif ukoll,

(a) l-isem u l-komposizzjoni tal-OMĠ, ikel jew għalf imsemmija fl-Artikoli 3(1) u 15(1) u, fejn ikun xieraq, indikazzjoni tas-substrat u l-mikro-organiżmu;

(b) ix-xejriet ta' tnissil u l-istrateġiji.

(b) deskrizzjoni ġenerali tal-OMĠ u l-isem u l-indirizz tad-detentur tal-awtorizzazzjoni;

 

(c) il-karatteristiċi fiżiko-kimiċi u bijoloġiċi tal-OMĠ, l-ikel jew l-għalf imsemmija fl-Artikoli 3(1) u 15(1);

 

(d) l-effetti tal-OMĠ, l-ikel jew l-għalf imsemmija fl-Artikoli 3(1) u 15(1) fuq is-saħħa umana u tal-annimali u fuq l-ambjent;

 

(e) l-effetti tal-OMĠ, l-ikel jew l-għalf imsemmija fl-Artikoli 3(1) u 15(1) fuq il-karatteristiċi ta' prodotti minn annimali u l-propertajiet nutrittivi tagħhom;

 

(f) il-metodi tas-sejbien, inklużi t-teħid ta' kampjuni u l-identifikazzjoni tal-ġrajja tat-trasformazzjoni u, fejn ikun applikabbli, għas-sejbien u l-identifikazzjoni tal-ġrajja tat-trasformazzjoni fl-ikel jew fl-għalf imsemmija fl-Artikoli 3(1) u 15(1);

 

(g) informazzjoni dwar it-trattament tal-iskart u r-rispons f'emerġenza.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 2 sempliċiment jerġa' jdaħħal t-test attwali tar-Regolament 1829/2003. Jekk l-għan tal-proposta huwa li ssaħħaħ it-trasparenza, allura, minflok ma titkabbar il-lista' ta' informazzjoni li tista' tinżamm kunfidenzjali, id-dispożizzjonijiet attwali relatati mal-informazzjoni li ma jistgħu qatt jinżammu kunfidenzjali jridu jinżammu.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)  tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni fornita mill-applikant, b'konformità mal-Artikolu 18.";

c)  tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni u kwalunkwe informazzjoni fornita mill-applikant, u fl-istess ħin mal-opinjoni xjentifika tagħha, b'konformità mal-Artikolu 18";

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1 - punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fl-Artikolu 17, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

 

"2a. L-obbligu li l-informazzjoni li hija stabbilita f'dan l-Artikolu tiġi mxerrda proattivament, u bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li taċċedi għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis.

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, fl-istess ħin mal-opinjoni xjentifika tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Awtorità għandha tapplika l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill meta titratta l-applikazzjonijiet għall-aċċess ta' dokumenti miżmuma mill-Awtorità.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1831/2003

Artikolu 18 – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità għandhom iżommu bħala kunfidenzjali t-tagħrif kollu meqjus bħala kunfidenzjali taħt il-paragrafu 2, ħlief fejn ikun xieraq li dan it-tagħrif isir pubbliku biex iħares is-saħħa tal-bniedem u dik tal-annimali jew l-ambjent. L-Istati Membri għandhom jittrattaw l-applikazzjonijiet għall-aċċess tad-dokumenti li jkunu rċevew permezz ta' dan ir-Regolament b'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 2065/2003

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii)  tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni, għall-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u għal kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, b'konformità mal-Artikoli 14 u 15.";

(ii)  tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni, għall-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u għal kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, meta tippubblika l-opinjoni xjentifika tagħha, b'konformità mal-Artikoli 14 u 15.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 2065/2003

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.;

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika, fl-istess ħin mal-opinjoni xjentifika tagħha, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.;

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 2065/2003

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 14, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

"1a. L-obbligu li l-informazzjoni tiġi mxerrda proattivament li huwa stabbilit fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, u bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li taċċessa dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u (KE) Nru 1367/2006."

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 178/2002

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  u, l-Awtorità għandha tivvaluta t-talba ta' kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant.

(b)  u, l-Awtorità għandha tivvaluta t-talba ta' kunfidenzjalità sottomessa mill-applikant u għandha tkun meħtieġa li tirrispondi - u tipprovdi l-ġustifikazzjoni meħtieġa - fi żmien xahrejn minn meta tirċievi l-applikazzjoni.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 1935/2004

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni, għall-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u għal kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, b'konformità mal-Artikoli 19 u 20.

ii)  tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni, għall-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u għal kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, fl-istess ħin mal-opinjoni xjentifika tagħha, b'konformità mal-Artikoli 19 u 20.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1935/2004

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis u mal-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament.";

1.  L-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, li għandhom japplikaw mutatis mutandis u mal-Artikolu 20 ta' dan ir-Regolament.";

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - paragrafu 1 - punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1935/2004

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:

 

"2a. L-obbligu li l-informazzjoni li hija stabbilita fil-paragrafu 1 tiġi mxerrda proattivament huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li taċċedi għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006."

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1331/2008

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-obbligu li l-informazzjoni li hija stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi mxerrda proattivament, bi qbil mal-Artikolu 12 u mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li taċċedi għal dokument meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE) Nru 1331/2008

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-Kummissjoni, l-Awtorità u l-Istati Membri, skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw il-kunfidenzjalità adegwata tal-informazzjoni li huma jirċievu taħt dan ir-Regolament, ħlief għall-informazzjoni li trid issir pubblika jekk iċ-ċirkostanzi jirrikjedu dan, sabiex iħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 1 - punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1107/2009

Artikolu 63 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  fl-Artikolu 63, il-paragrafu 3 hu ssostitwit b'dan li ġej:

3.  Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Regolament (KE) Nru 2015/2283

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-Kummissjoni titlob opinjoni mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), l-Awtorità għandha tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni b'konformità mal-Artikolu 23 u għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar jekk l-aġġornament aktarx ikollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem.";

3.  Meta l-Kummissjoni titlob opinjoni mingħand l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità"), l-Awtorità għandha tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni b'konformità mal-Artikolu 23 meta tippubblika l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni ta' jekk l-aġġornament aktarx ikollux effett fuq is-saħħa tal-bniedem.";

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Regolament (KE) Nru 2015/2283

Artikolu 16 – paragrafu 2 – l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"L-Awtorità għandha tiżgura aċċess pubbliku għall-applikazzjoni, għall-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u għal kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant b'konformità mal-Artikolu 23.;

L-Awtorità għandha tiżgura aċċess pubbliku għall-elementi mhux kunfidenzjali tal-applikazzjoni, u għan-notifika rigward tħassib tas-sikurezza taħt l-Artikolu 15, fl-istess ħin mal-pubblikazzjoni tal-opinjoni xjentifika tagħha b'konformità mal-Artikolu 23.;

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 2015/2283

Artikolu 23 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tagħha b'konformità mal-Artikoli 10(3) u 16 ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u ma' dan l-Artikolu.

1.  Meta l-Kummissjoni titlob l-opinjoni tagħha b'konformità mal-Artikoli 10(3) u 16 ta' dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tagħmel pubblika l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l-informazzjoni ta' appoġġ rilevanti u kwalunkwe informazzjoni supplimentari fornita mill-applikant, kif ukoll l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha, b'konformità mal-Artikolu 38, mal-Artikoli 39 sa 39f u mal-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u ma' dan l-Artikolu, fl-istess ħin li tippubblika l-opinjoni tagħha rigward l-applikazzjoni.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/2283

Artikolu 25 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fl-Artikolu 25, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

 

"1a. L-obbligu li l-informazzjoni li hija stabbilita f'dan ir-Regolament tiġi mxerrda proattivament, u bi qbil mal-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika li taċċedi għal dokumenti meta titlob dan, kif stabbilit bir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 u Nru 1367/2006."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari

Referenzi

COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

28.5.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

28.5.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jiří Maštálka

23.4.2018

Eżami fil-kumitat

3.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

12

5

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Heidi Hautala, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

12

+

ALDE

António Marinho e Pinto

ECR

Angel Dzhambazki, Sajjad Karim

PPE

Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Enrico Gasbarra, Virginie Rozière

5

-

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

S&D

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Heidi Hautala

6

0

ALDE

Jean-Marie Cavada

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Gilles Lebreton

S&D

Mady Delvaux, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Tiemo Wölken

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

It-trasparenza u s-sostenibbiltà tal-valutazzjoni tar-riskju tal-UE fil-katina alimentari

Referenzi

COM(2018)0179 – C8-0144/2018 – 2018/0088(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

28.5.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

28.5.2018

ITRE

28.5.2018

IMCO

28.5.2018

AGRI

28.5.2018

 

PECH

28.5.2018

JURI

28.5.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

23.4.2018

ITRE

24.4.2018

IMCO

19.6.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Renate Sommer

3.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.8.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

16

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Lukas Mandl, Jiří Maštálka, Valentinas Mazuronis, Joëlle Mélin, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Androulakis, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Ulrike Müller, Alojz Peterle, Keith Taylor, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Edward Czesak, Jens Geier, Jude Kirton-Darling, Vladimír Maňka, Virginie Rozière

Data tat-tressiq

XX 29.11 2018 ss


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

43

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Edward Czesak, Mark Demesmaeker, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, John Procter, Jadwiga Wiśniewska

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Joëlle Mélin

GUE/NGL

Martina Anderson, Stefan Eck, Anja Hazekamp, Kateřina Konečná, Jiří Maštálka

NI

Zoltán Balczó

PPE

Françoise Grossetête

S&D

Nikos Androulakis, Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jens Geier, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jude Kirton Darling, Jo Leinen, Vladimír Maňka, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

Verts/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Keith Taylor

16

-

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin Langen, Karl Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Lukas Mandl, Alojz Peterle, Annie Schreijer Pierik, Renate Sommer, Adina Ioana Vălean

1

0

EFDD

Julia Reid

It-tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018Avviż legali