Proċedura : 2018/0233(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0421/2018

Testi mressqa :

A8-0421/2018

Dibattiti :

PV 16/01/2019 - 30
CRE 16/01/2019 - 30

Votazzjonijiet :

PV 17/01/2019 - 10.9
CRE 17/01/2019 - 10.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 17/04/2019 - 8.12

Testi adottati :

P8_TA(2019)0039
P8_TA(2019)0404

RAPPORT     ***I
PDF 914kWORD 85k
4.12.2018
PE 627.748v01-00 A8-0421/2018

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

(COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sven Giegold

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

(COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0443),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 197 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0260/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0421/2018),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(1)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2018/0233 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 114 u 197 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Il-programm Fiscalis 2020, li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3) u huwa implimentat mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membru u l-pajjiżi assoċjati, u l-predeċessuri tiegħu kkontribwew b'mod sinifikanti biex jiffaċilitaw u jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Unjoni. Il-valur miżjud ta' dawk il-programmi, anke fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Istati Membri tal-Unjoni u tal-kontribwenti, ġie rikonoxxut mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-pajjiżi parteċipanti. L-isfidi identifikati għad-deċennju li ġej ħafna drabi ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv jekk l-Istati Membri ma jħarsux lil hinn mill-fruntieri tat-territorji amministrattivi tagħhom u jikkooperaw b'mod intensiv mal-kontroparti tagħhom.

(2)  Il-programm Fiscalis 2020 joffri lill-Istati Membri qafas tal-Unjoni biex jiżviluppaw dawk l-attivitajiet ta' kooperazzjoni, u li jkun aktar kosteffettiv milli kieku kull Stat Membru kellu jistabbilixxi oqfsa ta' kooperazzjoni individwali fuq bażi bilaterali jew multilaterali, kemm jekk bejniethom kemm jekk ma' pajjiżi terzi li l-Unjoni tikkoopera mill-qrib magħhom fil-qasam tat-tassazzjoni. Għaldaqstant ikun xieraq li tiġi żgurata t-tkomplija ta' dak il-programm billi jiġi stabbilit programm ġdid fl-istess qasam, il-programm Fiscalis (''il-Programm'').

(2a)  Il-programm jenħtieġ li jippermetti li jiġu msaħħa l-kapaċitajiet tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, il-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, inkluż permezz tal-assistenza teknika għat-taħriġ tar-riżorsi umani u l-iżvilupp tal-istrutturi amministrattivi. Jenħtieġ li din l-assistenza tingħata b'mod trasparenti;

(3)  Billi jipprovdi qafas għal azzjonijiet li jappoġġa s-suq uniku, irawwem il-kompetittività ġusta fl-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u n-nontassazzjoni doppja; għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv bla bżonn għaċ-ċittadini u n-negozji fi tranżazzjonijiet transfruntiera; għall-appoġġ ta' sistemi tat-taxxa aktar ġusti u effiċjenti; għall-kisba tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u t-trawwim tal-kompetittività ġusta fl-Unjoni kif ukoll għall-appoġġ ta' approċċ konġunt tal-Unjoni f'fora internazzjonali.

(4)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fi ħdan it-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(5)  Sabiex jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni u ta' assoċjazzjoni min-naħa tal-pajjiżi terzi, jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, jenħtieġ li l-Programm ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni kemm tal-pajjiżi aderenti u tal-pajjiżi kandidati kif ukoll tal-kandidati potenzjali u tal-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Jista' jkun miftuħ ukoll għal pajjiżi terzi oħra, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi li jkopru l-parteċipazzjoni tagħhom għal kwalunkwe programm tal-Unjoni.

(5a)  Il-Parlament Ewropew iddefinixxa xi prijoritajiet. In-nuqqas kurrenti ta' riżorsi finanzjarji huwa xkiel għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti mill-Parlament Ewropew għall-qafas finanzjarju pluriennali wara l-2020 [2017/2052(INI)]. Kooperazzjoni aktar effettiva fil-qasam tat-taxxa tista' twassal għal ġbir aktar effettiv tar-riżorsi neċessarji għall-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali futur.

(6)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) (ir-''Regolament Finanzjarju'') japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u rimborżi ta' esperti esterni.

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Fiscalis 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Madankollu, jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom l-għan li jindirizzaw suġġetti ta' prijorità li jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Jenħtieġ li l-programm Fiscalis jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tat-tassazzjoni, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

(8)  Meta jitqiesu l-mobbiltà dejjem tikber tal-kontribwenti, l-għadd ta' tranżazzjonijiet transfruntiera u l-internazzjonalizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u r-riskju ikbar li jirriżulta ta' frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u ippjanar aggressiv tat-taxxa, li jmorru lil hinn sew mill-fruntieri tal-Unjoni, l-adattamenti tas-sistemi elettroniċi Ewropej għal pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, jew l-estensjoni tagħhom, jistgħu jkunu ta' interess għall-Unjoni jew għall-Istati Membri. B'mod partikolari, dawn kieku jevitaw il-piż amministrattiv u l-kostijiet implikati billi jiżviluppaw u joperaw żewġ sistemi elettroniċi simili għall-iskambji ta' informazzjoni tal-Unjoni u dawk internazzjonali, rispettivament. Għaldaqstant, meta jkunu ġġustifikati kif xieraq b'dan l-interess, jenħtieġ li l-adattamenti jew l-estensjonijiet tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, ikunu l-kostijiet eliġibbli taħt il-Programm. Dment li suġġetti ta' prijorità jkunu ġew iffinanzjati bis-sħiħ, l-azzjonijiet speċifiċi li jinvolvu l-pajjiżi l-anqas żviluppati, speċjalment dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jenħtieġ li jiġu mħeġġa wkoll fl-ambitu tal-Programm meta dan ikun xieraq.

(9)  Meta jitqiesu l-importanza tal-globalizzazzjoni u l-importanza tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Jenħtieġ li l-għażla ta' esperti tkun trasparenti u bbażata fuq il-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien tagħhom li jkunu rilevanti għall-azzjoni speċifika, kif ukoll il-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għal dik l-azzjoni. Jenħtieġ li jiġi żgurat li dawk l-esperti jkunu imparzjali u li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess mar-rwol professjonali tagħhom. Jenħtieġ li tiġi żgurata rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernti rilevanti kollha.

(9a)  Fid-dawl tal-adozzjoni riċenti tad-Direttivi tal-Kunsill 2014/107/UE(6); 2015/2376/UE(7); 2016/881/UE(8); 2016/2258/UE(9); 2018/822/UE(10) u n-negozjati li għaddejjin fir-rigward ta' Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva (BKKTK), il-Programm jenħtieġ li jkollu bħala għan it-taħriġ tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva ta' dawn id-direttivi.

(10)  B'konformità mal-impenn tal-Kummissjoni biex tiżgura l-koerenza u s-simplifikazzjoni tal-programmi ta' finanzjament, stabbilit fil-Komunikazzjoni tagħha tad-19 ta' Ottubru 2010 intitolata ''Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE'’(11), jenħtieġ li r-riżorsi jinqasmu ma' strumenti oħra ta' finanzjament tal-Unjoni jekk l-azzjonijiet previsti taħt il-Programm ikollhom għanijiet li huma komuni għal diversi strumenti ta' finanzjament, bl-esklużjoni tal-finanzjament doppju. Jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt il-Programm jiżguraw il-koerenza fl-użu tar-riżorsi tal-Unjoni li jappoġġaw il-politika tat-tassazzjoni u l-awtoritajiet tat-taxxa.

(10a)   Għal raġunijiet ta' kosteffettività, il-programm Fiscalis jenħtieġ li jisfrutta s-sinerġiji possibbli flimkien ma' miżuri oħrajn tal-Unjoni f'oqsma relatati, bħall-Programm għad-Dwana, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, il-Programm tas-Suq Uniku u l-Programm ta' Appoġġ għal Riforma.

(10b)  L-inizjattivi nazzjonali individwali kontra l-frodi potenzjalment jistgħu jittrasferixxu l-frodi lejn Stati Membri oħra, ħafna drabi dawk ġirien, u joħolqu piż amministrattiv sproporzjonat fuq in-negozji konformi kif ukoll nuqqas ta' ċertezza legali fil-kummerċ internazzjonali. Għalhekk huwa ta' importanza kruċjali li l-Kummissjoni tallinja l-miżuri nazzjonali ta' kontra l-frodi permezz tal-koordinazzjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali fil-livell tal-Unjoni.

(11)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw sehem konsiderevoli tal-baġit taħt il-Programm. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà bla xkiel fost l-elementi komuni u nazzjonali tas-sistemi u tas-sinerġiji elettroniċi Ewropej mas-sistemi elettroniċi l-oħra tal-programmi rilevanti tal-Unjoni.

(12)  Attwalment, ma jeżisti l-ebda rekwiżit biex jitfassal Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni (''MASP-T'') għall-ħolqien ta' ambjent elettroniku koerenti u interoperabbli għat-tassazzjoni fl-Unjoni. Sabiex ikunu żgurati l-koerenza u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fl-IT, jenħtieġ li l-Programm jipprevedi l-ħolqien ta' dan il-MASP-T.

(13)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi implimentat bi programmi ta' ħidma. Fid-dawl tan-natura fuq terminu medju sa twil tal-għanijiet segwiti u abbażi tal-esperjenza miksuba matul iż-żmien, jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma jkunu kapaċi jkopru diversi snin. Il-bidla mill-programmi ta' ħidma annwali għal dawk pluriennali se tnaqqas il-piż amministrattiv kemm fuq il-Kummissjoni kif ukoll fuq l-Istati Membri, iżda jenħtieġ li, fi kwalunkwe ċirkostanza, ma tagħtix lok għal telf ta' informazzjoni jew trasparenza għall-kontribwenti; Il-programmi ta' ħidma pluriennali jenħtieġ li jirriflettu l-informazzjoni rilevanti kollha prodotta fil-kuntest ta' rapporti annwali jew eżerċizzji ta' mmappjar kif imsemmija f'dan ir-Regolament. Dawk ir-rapporti annwali jenħtieġ li jkunu disponibbli pubblikament sabiex jinfurmaw lill-kontribwenti dwar l-aħjar prattiki, it-tagħlimiet miksuba, l-isfidi u l-ostakli li jkun għad baqa’ identifikati fi ħdan il-programm.

(14)  Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma.

(15)  Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016(12), hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri, u b'hekk jiġi kkunsidrat ukoll ir-REFIT. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi biex jiġu evalwati l-effetti tar-Regolamenti fil-post. Ir-riżultati ta' dak il-monitoraġġ jenħtieġ li jkunu suġġetti għal rapport annwali konsolidat, prodott mill-Kummissjoni, ibbażat fuq l-input ipprovdut mill-Istati Membri. Jenħtieġ li jinkludi mmappjar tal-ostakli li fadal fl-Istati Membri fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm fl-Artikolu 3 u l-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità fl-Artikolu 7(2a) kif ukoll suġġerimenti għall-aħjar prattiki. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipproduċi evalwazzjoni interim u finali tal-Programm. Kemm ir-rapporti annwali kif ukoll ir-rapporti ta' evalwazzjoni jenħtieġ li jkunu aċċessibbli għall-pubbliku fuq sit tal-internet dedikat.

(15a)  Jenħtieġ li jitlaqqa seminar darbtejn fis-sena mill-Kummissjoni li jinkludi żewġ rappreżentanti tal-Istati Membri benefiċjarji, sabiex jaqsmu l-kwistjonijiet problematiċi u jiġi ssuġġerit titjib potenzjali marbut mat-temi tal-programm u b'mod partikolari l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Il-parteċipanti għas-seminar għandhom ikunu rispettivament rappreżentant tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa u rappreżentant tat-trade unions tal-impjegati tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa, kif ukoll rappreżentant tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(16)  Sabiex ikun hemm tweġiba xierqa għall-bidliet fil-prijoritajiet tal-politika tat-tassazzjoni, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta' indikaturi li jkejlu l-kisba tal-għanijiet speċifiċi tal-Programm. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, anke fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(17)  Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), u r-Regolamenti tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95(14), (Euratom, KE) Nru 2185/96(15) u (UE) 2017/1939(16), jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet u ta' frodi, l-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. B'mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(17). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(18)  Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b'mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta' għotjiet, akkwist pubbliku, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-finanzjament effettiv mill-UE.

(19)  Jenħtieġ li t-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni taħt dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jilħqu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jitqies l-użu ta' somom sħaħ, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Il-kopertura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar jenħtieġ li tkun prijorità sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni tal-esperti nazzjonali fl-azzjonijiet konġunti.

(20)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwali, iżda minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista' jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(21)  Dan ir-Regolament jissostitwixxi r-Regolament (UE) 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li għalhekk jenħtieġ li jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm ''Fiscalis'' għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (''Programm'').

2.  Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' dan it-tip ta' finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  ''tassazzjoni'' tfisser kwistjonijiet, inkluż it-tfassil, l-amministrazzjoni, l-infurzar u l-konformità, relatati mat-taxxi u d-dazji li ġejjin:

(a)  it-taxxa fuq il-valur miżjud prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE(18);

(b)  it-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE(19);

(c)  id-dazji tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE(20);

(d)  it-taxxi fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku previsti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE(21);

(e)  taxxi u dazji oħra msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE(22), inklużi t-taxxi korporattivi, sa fejn ikunu rilevanti għas-suq uniku u għall-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri;

(2)  ''awtoritajiet tat-taxxa'' tfisser l-awtoritajiet pubbliċi u korpi oħra li huma responsabbli mit-tassazzjoni jew minn attivitajiet relatati mat-taxxa;

(3)  ''sistemi elettroniċi Ewropej'' tfisser sistemi elettroniċi meħtieġa għat-tassazzjoni u biex jitwettqu l-missjonijiet tal-awtoritajiet tat-taxxa;

(4)  ''pajjiż terz'' tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni.

(4a)  ''pajjiż l-anqas żviluppat'' tfisser pajjiż terz b'introjtu baxx li qiegħed jaffaċċja ostakli strutturali sinifikanti għall-iżvilupp sostenibbli kif definit min-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1.  Il-Programm għandu l-għan ġenerali li jappoġġa l-awtoritajiet tat-taxxa u t-tassazzjoni biex isaħħaħ il-funzjonament tas-suq uniku, irawwem il-kompetittività ġusta fl-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, inkluż mill-frodi tat-taxxa, mill-evażjoni tat-taxxa u mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u jtejjeb il-ġbir tat-taxxi.

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa l-politika tat-taxxa u l-implimentazzjoni xierqa tagħha, irawwem il-kooperazzjoni dwar it-taxxa, l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej, kif ukoll il-modernizzazzjoni progressiva tal-għodod ta' rapportar, awditjar u ta' softwer li għandhom jiġu applikati b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha. Il-Programm għandu jgħin ukoll lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa biex jiffaċilitaw u jtejbu l-implimentazzjoni tad-direttivi tal-Unjoni dwar it-tassazzjoni, u biex iħarrġu l-persunal tagħhom f'dak ir-rigward.

Artikolu 4

Baġit

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021-2027 għandu jkun ta' EUR 300 biljun fil-prezzijiet tal-2018 jew EUR 339 biljun fil-prezzijiet kurrenti.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri inter alia spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji u materjal miktub rilevanti ieħor, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod ta' teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)  il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(b)  il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi sakemm dawk il-pajjiżi jkunu laħqu livell suffiċjenti ta' approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u l-metodi amministrattivi rilevanti għal dawk tal-Unjoni;

(c)  pajjiżi terzi oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

-  jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

-  jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

-  ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-Programm;

-  jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Sakemm ikunu ġew iffinanzjati bis-sħiħ is-suġġetti ta' prijorità, il-pajjiżi l-anqas żviluppati għandhom jitħeġġu jipparteċipaw fil-Programm skont il-prinċipji tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) u l-kundizzjonijiet stipulati fil-ftehimiet speċifiċi bejn dawn il-pajjiżi u l-Unjoni li jkopru l-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-Programm. Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 1, il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-Programm għandha tkun mingħajr spejjeż għalihom u għandha tiffoka fuq il-kisba tal-għanijiet ta' taxxa internazzjonali, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa. Il-ftehim speċifiku għandu jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Artikolu 6

Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament mill-UE

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-Programm jista' jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-għotjiet, il-premjijiet, l-akkwist pubbliku u r-rimborż ta' spejjeż ta' vjaġġar u sussistenza mġarrba mill-esperti esterni.

KAPITOLU II

ELIĠIBBILTÀ

Artikolu 7

Azzjonijiet eliġibbli

1.  L-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 biss għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament.

2.  L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dan li ġej:

(a)  laqgħat u avvenimenti simili ad hoc;

(b)  kollaborazzjoni strutturata bbażata fuq il-proġetti, inklużi spezzjonijiet fuq il-post;

(c)  azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fl-IT, b'mod partikolari l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej jew azzjonijiet għall-iżvilupp ta' reġistri komuni;

(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana;

(e)  appoġġ u azzjonijiet oħra, inklużi:

(1)  studji u materjal miktub rilevanti ieħor;

(2)  attivitajiet ta' innovazzjoni, b'mod partikolari l-inizjattivi dwar il-provi tal-kunċett, il-proġetti pilota u l-prototipi;

(3)  azzjonijiet ta' komunikazzjoni żviluppati b'mod konġunt;

(4)  kwalunkwe azzjoni prevista fil-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 13, li tkun meħtieġa biex jinkisbu jew bħala appoġġ tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3.

Il-forom possibbli ta' azzjoni rilevanti msemmija fil-punti (a), (b) u (d) huma ppreżentati f'lista mhux eżawrjenti fl-Anness 1.

2a.  L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikopru l-lista li ġejja ta' suġġetti ta' prijorità:

(a)  l-għeluq tal-lakuni fl-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE(23)1a, kif emendata;

(b)  l-iskambju effettiv ta' informazzjoni, inkluż it-talbiet ta' gruppi, u l-iżvilupp ta' formati li jistgħu jintużaw li jqisu l-inizjattivi fil-livell internazzjonali;

(c)  it-tneħħija tal-ostakli għall-kooperazzjoni transfruntiera;

(d)  it-tneħħija ta' ostakli għall-aċċessibilità għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, kif emendata;

(e)  il-ġlieda kontra l-frodi transfruntiera tal-VAT;

(f)  l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-irkupru tat-taxxi, inklużi t-taxxi mhux imħallsa skont id-Direttiva Ewropea dwar it-Tassazzjoni fuq it-Tfaddil(EUSTD);

(g)  l-implimentazzjoni ta' għodod tal-IT unifikati fil-livell nazzjonali bil-ħsieb li jiġu żviluppati interfaċċi komuni li jippermettu l-interkonnessjoni tas-sistemi nazzjonali tal-IT;

3.  L-azzjonijiet li jikkonsistu fl-iżvilupp u l-operat ta' adattamenti jew ta' estensjonijiet tal-komponenti komuni tas-sistemi elettroniċi Ewropej għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament meta jkunu ta' interess għall-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa, li jistgħu jipprevedu għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-partijiet terzi kkonċernati minn dawn l-azzjonijiet.

4.  Meta azzjoni ta' bini tal-kapaċità fl-IT imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 tikkonċerna l-iżvilupp u l-operat ta' sistema elettronika Ewropea, għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt il-Programm il-kostijiet relatati biss mar-responsabbiltajiet fdati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(2). L-Istati Membri għandhom iġarrbu l-kostijiet relatati mar-responsabbiltajiet fdati lilhom skont l-Artikolu 11(3).

Artikolu 8

Il-parteċipazzjoni ta' esperti esterni

1.  Jekk ikunu ta' benefiċċju biex jinkisbu l-azzjonijiet li jimplimentaw l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke dawk minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm skont l-Artikolu 5, u fejn rilevanti, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet oħra rilevanti, tal-operaturi ekonomiċi u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili, jistgħu jieħdu sehem bħala esperti esterni għall-azzjonijiet organizzati taħt il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fost l-oħrajn, l-imparzjalità ta' dawn l-esperti esterni, u għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interessi mar-responsabbiltajiet professjonali tagħhom u għandha tiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tagħhom fuq bażi ad hoc, abbaża tal-ħtiġijiet.

2.  Il-kostijiet imġarrba mill-esperti esterni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu eliġibbli għal rimborż taħt il-Programm skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju.

3.  L-esperti esterni għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni, wara proċedura trasparenti u bbilanċjata, abbażi tal-ħiliet, l-esperjenza u l-għarfien rilevanti tagħhom għall-azzjoni speċifika, u l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għal dik l-azzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. Hija għandha tiċċara jekk l-esperti esterni jipparteċipawx f'isimhom jew f'isem organizzazzjoni jew operatur ekonomiku ieħor. Il-lista tal-esperti esterni li jintervjenu għandha tkun disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

KAPITOLU III

GĦOTJIET

Artikolu 9

Għoti, komplementarjetà u finanzjament ikkombinat

1.  L-għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm ieħor tal-Unjoni tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm, sakemm il-kontribuzzjoni ma tkoprix l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total tal-kostijiet eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

3.  Skont l-Artikolu 198(f) tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom jingħataw mingħajr sejħa għal proposti meta l-entitajiet eliġibbli jkunu awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament, sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu.

Artikolu 10

Rata ta' kofinanzjament

1.  B'deroga mill-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju, il-Programm jista' jiffinanzja sa 100 % tal-kostijiet eliġibbli ta' azzjoni.

2.  Ir-rata ta' kofinanzjament applikabbli meta l-azzjonijiet ikunu jeħtieġu l-għoti ta' għotjiet, għandha tiġi stabbilita fil-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 13.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-AZZJONIJIET TA' BINI TAL-KAPAĊITÀ FL-IT

Artikolu 11

Responsabbiltajiet

1.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw b'mod konġunt l-iżvilupp u l-operat, inkluż it-tfassil, l-ispeċifikazzjoni, l-ittestjar tal-konformità, l-użu, iż-żamma, l-evoluzzjoni, is-sigurtà, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità tas-sistemi elettroniċi Ewropej elenkati fil-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fl-Artikolu 12.

2.  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura dan li ġej:

(a)  l-iżvilupp u l-operat tal-komponenti komuni kif stabbiliti taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni previst fl-Artikolu 12;

(b)  il-koordinazzjoni ġenerali tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb tal-operabbiltà, l-interkonnettività u t-titjib kontinwu u l-implimentazzjoni sinkronizzata tagħhom;

(c)  il-koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej bil-ħsieb li jiġu promossi u implimentati fil-livell nazzjonali;

(d)  il-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej rigward l-interazzjonijiet tagħhom ma' partijiet terzi, bl-esklużjoni ta' azzjonijiet imfassla biex jissodisfaw rekwiżiti nazzjonali;

(e)  il-koordinazzjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej ma' azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-gvern elettroniku fil-livell tal-Unjoni.

(ea)  il-koordinazzjoni ta' miżuri kontra l-frodi applikati fil-livell nazzjonali permezz tal-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki nazzjonali fil-livell tal-UE u l-informazzjoni dwarhom;

3.  B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)  l-iżvilupp u l-operat tal-komponenti nazzjonali kif stabbiliti taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni previst fl-Artikolu 12;

(b)  il-koordinazzjoni tal-iżvilupp u l-operat tal-komponenti nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej fil-livell nazzjonali;

(c)  il-koordinazzjoni tas-sistemi elettroniċi Ewropej ma' azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-gvern elettroniku fil-livell nazzjonali;

(d)  il-provvista regolari ta' informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda sabiex l-awtoritajiet jew l-operaturi ekonomiċi rispettivi tagħhom ikunu jistgħu jużaw bis-sħiħ is-sistemi elettroniċi Ewropej;

(e)  l-implimentazzjoni ta' sistemi elettroniċi Ewropej fil-livell nazzjonali.

Artikolu 12

Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni (MASP-T)

1.  Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni li jelenka l-kompiti kollha rilevanti għall-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej u tikklassifika kull sistema jew parti minnha, bħala:

(a)  komponent komuni: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell tal-Unjoni, li huwa disponibbli għall-Istati Membri kollha jew identifikat bħala komuni mill-Kummissjoni għal raġunijiet ta' effiċjenza, sigurtà u razzjonalizzazzjoni;

(b)  komponent nazzjonali: komponent tas-sistemi elettroniċi Ewropej żviluppat fil-livell nazzjonali, li huwa disponibbli fl-Istat Membru li ħoloq dan il-komponent jew li kkontribwixxa għall-ħolqien konġunt tiegħu;

(c)  jew taħlita tat-tnejn.

2.  Il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni għandu jinkludi wkoll azzjonijiet pilota u innovattivi kif ukoll appoġġ għall-metodoloġiji u l-għodod relatati mas-sistemi elettroniċi Ewropej.

3.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull darba li jlestu kompitu allokat lilhom taħt il-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fil-paragrafu 1. Dawn għandhom ukoll jirrappurtaw regolarment lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-kompiti tagħhom relatati mal-Programm kollu.

4.  Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni b'rapporti ta' progress annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku Pluriennali dwar it-Tassazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel. Dawk ir-rapport annwali għandhom ikunu bbażati fuq format stabbilit minn qabel. Fir-rapporti ta' progress annwali, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-ostakli fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a) u jagħmlu suġġerimenti għall-aħjar prattiki.

5.  Abbażi tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 4 u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport konsolidat li jivvaluta l-progress magħmul mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-pjan imsemmi fil-paragrafu 1 kif ukoll il-progress li sar fil-kisba tal-għanijiet tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3 u s-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a). Biex tivvaluta l-progress miksub, il-Kummissjoni għandha tinkludi fir-rapport annwali konsolidat tagħha mmappjar tal-ostakli li fadal fl-Istati Membri fit-twettiq tal-għanijiet tal-Programm kif stabbilit fl-Artikolu 3 u fl-indirizzar tas-suġġetti ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 7(2a) u tagħmel suġġerimenti għall-aħjar prattiki. Ir-rapporti annwali konsolidati tal-Kummissjoni għandhom isiru pubblikament disponibbli fuq paġna web ddedikata tal-Kummissjoni u għandhom iservu ta' bażi għall-programmi ta' ħidma pluriennali futuri msemmija fl-Artikolu 13 kif ukoll ir-rapporti ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 15.

KAPITOLU V

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI U KONTROLL

Artikolu 13

Programm ta' ħidma

1.  Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament Finanzjarju.

2.  Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' att delegati. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 14

Monitoraġġ u rapportar

1.  L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, huma stabbiliti fl-Anness 2.

2.  Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ħalli temenda l-Anness 2, biex fejn jitqies meħtieġ jiġu riveduti jew ikkumplementati l-indikaturi u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

3.  Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b'mod effiċjenti, effettiv, u f'waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonat fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

Artikolu 15

Evalwazzjoni

1.  L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f'waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-evalwazzjonijiet għandhom ikunu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq paġna web dedikata.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sena wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Artikolu 16

Awditi u investigazzjonijiet

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b'deċiżjoni taħt il-ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta' kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jsiru investigazzjonijiet, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

KAPITOLU VI

EŻERĊIZZJU TAD-DELEGA U PROĊEDURA ta' KUMITAT

Artikolu 17

Eżerċizzju tad-delega

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 13(2) u 14(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(2) u 14(2) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.  Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.  Att delegat adottat skont l-Artikoli 13(2) u 14(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 18

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat imsejjaħ il-''Kumitat tal-Programm Fiscalis''. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 19

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.  Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja u lill-pubbliku.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni ▌dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 20

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta' Jannar 2021.

Artikolu 21

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, taħt ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.  Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013.

3.  Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta' Diċembru 2027.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS 1

Lista mhux eżawrjenti ta' forom possibbli ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2)

L-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) jistgħu jieħdu l-forom li ġejjin:

(a)  Fir-rigward ta' laqgħat u avvenimenti simili ad hoc:

–  Seminars u sessjonijiet ta' ħidma li ġeneralment jattendu għalihom l-pajjiżi kollha u li fihom isiru preżentazzjonijiet u l-parteċipanti jieħdu sehem f'diskussjonijiet intensivi u f'attivitajiet dwar suġġett partikolari;

–  Żjarat ta' ħidma, organizzati biex l-uffiċjali jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom dwar il-politika tat-tassazzjoni;

–  Preżenza fl-uffiċċji amministrattivi u parteċipazzjoni fl-inkjesti amministrattivi;

(b)  Fir-rigward ta' kollaborazzjoni strutturata:

–  Grupp ta' proġett, magħmul ġeneralment minn għadd limitat ta' pajjiżi, li jkun operattiv għal perjodu ta' żmien limitat biex jintlaħaq għan predefinit b'riżultat definit b'mod preċiż li jinkludi l-koordinazzjoni jew il-valutazzjoni komparattiva;

–  Task force, jiġifieri forom strutturati ta' kooperazzjoni, ta' natura permanenti jew mhux permanenti, li tiġbor flimkien il-kompetenzi biex jitwettqu kompiti f'oqsma speċifiċi jew attivitajiet operazzjonali, possibbilment bl-appoġġ ta' servizzi ta' kollaborazzjoni onlajn, ta' assistenza amministrattiva u ta' faċilitajiet ta' infrastruttura u tagħmir;

–  Kontroll multilaterali jew simultanju li jikkonsisti fil-verifika kkoordinata tas-sitwazzjoni tat-taxxa ta' persuna taxxabbli waħda jew aktar konnessi flimkien, organizzata minn żewġ pajjiżi jew aktar, u li jinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri b'interessi komuni jew komplementari;

–  Awditu konġunt li jikkonsisti fil-verifika konġunta tas-sitwazzjoni tat-taxxa ta' persuna taxxabbli waħda jew aktar konnessi flimkien, organizzat minn tim tal-awditu wieħed magħmul minn żewġ pajjiżi jew aktar, u li jinkludi mill-inqas żewġ Stati Membri b'interessi komuni jew komplementari;

–  Kwalunke forma oħra ta' kooperazzjoni amministrattiva stabbilita bid-Direttiva 2011/16/UE, ir-Regolament (UE) 904/2010, ir-Regolament (UE) 389/2012 jew id-Direttiva 2010/24/UE;

(d)  Fir-rigward tal-azzjonijiet ta' tisħiħ tal-kompetenza umana u tal-kapaċità:

–  Taħriġ komuni jew żvilupp tat-tagħlim elettroniku biex jappoġġaw il-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa fil-qasam tat-taxxa;

–  Appoġġ tekniku, bil-għan li jtejjeb il-proċeduri amministrattivi, isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u jtejjeb il-funzjonament u l-operat tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa billi jniedi u jaqsam il-prattiki tajba.

ANNESS 2

Indikaturi

Għan speċifiku: appoġġ għall-politika tat-tassazzjoni, il-kooperazzjoni tat-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

1. Bini tal-Kapaċità (kapaċità amministrattiva, umana u fl-IT):

1.  Indiċi tal-applikazzjoni u tal-implimentazzjoni tad-dritt u tal-politika tal-Unjoni (Għadd ta' azzjonijiet rilevanti għall-Programm organizzati f'dan il-qasam u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa b'segwitu għal dawk l-azzjonijiet)

2.  Indiċi tat-tagħlim (moduli tat-tagħlim użati; għadd ta' uffiċjali mħarrġa; punteġġ ta' kwalità għal kull parteċipant)

3.  Disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi Ewropej (f'perċentwal ta' ħin)

4.  Disponibbiltà tan-Netwerk Komuni ta' Komunikazzjoni (f'perċentwal ta' ħin)

5.  Proċeduri simplifikati tal-IT għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi (għadd ta' operaturi ekonomiċi rreġistrati, għadd ta' applikazzjonijiet u għadd ta' konsultazzjonijiet fis-sistemi elettroniċi differenti ffinanzjati mill-Programm)

2. Kondiviżjoni tal-għarfien u netwerking:

6.  Indiċi tar-robustezza tal-kollaborazzjoni (grad ta' netwerking iġġenerat, għadd ta' laqgħat wiċċ imb wiċċ, għadd ta' gruppi ta' kollaborazzjoni onlajn)

7.  Indiċi tal-aħjar prattiki u tal-linji gwida (għadd ta' azzjonijiet rilevanti għall-Programm organizzati f’dan il-qasam; perċentwal ta' amministrazzjonijiet tat-taxxa li użaw prattika tax-xogħol/linja gwida żviluppata bl-appoġġ tal-Programm)

2a. Indikaturi Addizzjonali

1.  Id-dħul li jinġabar fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa waqt awditi konġunti

2.  L-għadd ta' talbiet għal kooperazzjoni amministrattiva u ġudizzjarja magħmula, riċevuti u mwieġba għal kull Stat Membru

(1)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)

  ĠU C […], […], p. […].

(3)

  Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta' azzjoni biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistemi ta' tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Fiscalis 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1482/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 25).

(4)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1

(5)

  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)

Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE tad-9 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 1).

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 332 18.12.2015, p. 1).

(8)

Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (ĠU L 146 3.6.2016, p. 8).

(9)

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1).

(10)

Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli, (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1).

(11)

  COM (2010)0700.

(12)

  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(13)

  Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(14)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

(15)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.96, p. 2).

(16)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (''l-UPPE'') (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(17)

  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(18)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347 (11.12.2006, p. 1);

(19)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21).

(20)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24).

(21)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).

(22)

  Id-Direttiva tal-Kunsill 2010/24/UE tas-16 ta' Marzu 2010 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta' talbiet relatati ma’ taxxi, dazji u miżuri oħra, (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 1).

(23)

1a   Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (6.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm "Fiscalis" għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

(COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Manuel dos Santos

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a.  Jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu skont liema l-Unjoni għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex tipprevjeni u tiġġieled kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa bil-għan li jiġi sostnut is-suq uniku, titrawwem il-kompetittività u jiġu ppreservati l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, f'konformità mal-SDG 16, ''Paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom'';

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Bil-provvista ta' qafas għal azzjonijiet li jappoġġa s-suq uniku, irawwem il-kompetittività tal-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv bla bżonn għaċ-ċittadini u n-negozji fi tranżazzjonijiet transfruntiera; għall-kisba tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u t-trawwim tal-kompetittività tal-Unjoni; u għall-appoġġ ta' approċċ konġunt tal-Unjoni f'fora internazzjonali.

(3)  Bil-provvista ta' qafas għal azzjonijiet li jappoġġa s-suq uniku, irawwem il-kompetittività tal-Unjoni u jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv bla bżonn għaċ-ċittadini u n-negozji fi tranżazzjonijiet transfruntiera; għat-titjib, it-tħaddim, is-sostenn u l-implimentazzjoni tas-Sistemi ta' Informazzjoni Ewropej għat-Tassazzjoni; għall-kisba tal-potenzjal sħiħ tas-Suq Uniku u t-trawwim tal-kompetittività tal-Unjoni; u għall-appoġġ ta' approċċ konġunt tal-Unjoni f'fora internazzjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Fiscalis 2020 wrew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti. Jenħtieġ li l-programm Fiscalis jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tat-tassazzjoni, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

(7)  L-azzjonijiet li kienu japplikaw taħt il-programm Fiscalis 2020 urew li kienu adegwati u għaldaqstant jenħtieġ li jinżammu. Sabiex jipprovdu aktar sempliċità u flessibbiltà fit-twettiq tal-Programm u b'hekk jintlaħqu aħjar l-għanijiet tiegħu, jenħtieġ li l-azzjonijiet jiġu definiti biss f'termini ta' kategoriji ġenerali b'lista ta' eżempji illustrattivi ta' attivitajiet konkreti, jenħtieġ li l-azzjonijiet jagħtu wkoll appoġġ għat-titjib tal-proċeduri amministrattivi u għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki amministrattivi. Jenħtieġ li l-programm Fiscalis jippromwovi u jappoġġa wkoll l-użu u l-isfruttament tal-innovazzjoni biex ikompli jtejjeb il-kapaċitajiet li jintlaħqu l-prijoritajiet ewlenin tat-tassazzjoni, permezz tal-kooperazzjoni u l-bini tal-kapaċità.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi, tal-kontribwenti u tas-soċjetà ċivili.

(9)  Meta titqies l-importanza tal-globalizzazzjoni, jenħtieġ li l-Programm ikompli jipprovdi l-possibbiltà li jiġu involuti esperti esterni skont it-tifsira tal-Artikolu 238 tar-Regolament Finanzjarju. Dawk l-esperti esterni jenħtieġ li jkunu prinċipalment rappreżentanti tal-awtoritajiet governattivi, anke minn pajjiżi terzi mhux assoċjati, kif ukoll rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, tal-operaturi ekonomiċi, tal-kontribwenti u tas-soċjetà ċivili. Il-proċess tal-għażla relatat jenħtieġ li jimmira li jikseb bilanċ bejn il-ġeneri fost l-esperti esterni, bi qbil mal-SDG 5, "Tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-bniet kollha";

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  B'mod partikolari, għal raġunijiet ta' kosteffikaċja, il-programm Fiscalis irid jisfrutta s-sinerġiji possibbli flimkien ma' miżuri oħrajn tal-Unjoni f'oqsma relatati, bħall-Programm għad-Dwana, il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi, il-Programm tas-Suq Uniku u l-Programm ta' Appoġġ għal Riforma.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

(11)  L-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni (IT) huma stabbiliti biex jattiraw il-biċċa l-kbira tal-baġit taħt il-Programm. Għaldaqstant, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet speċifiċi jiddeskrivu l-komponenti komuni u nazzjonali tas-sistemi elettroniċi Ewropej, rispettivament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni tal-azzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri. Jenħtieġ li jkun hemm interoperabbiltà bla problemi fost l-elementi komuni u nazzjonali tas-sistemi u tas-sinerġiji elettroniċi Ewropej mas-sistemi elettroniċi l-oħra tal-programmi rilevanti tal-UE.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa l-politika tat-tassazzjoni, il-kooperazzjoni dwar it-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza umana, u l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

2.  Il-Programm għandu l-għan speċifiku li jappoġġa l-politika tat-tassazzjoni, il-kooperazzjoni dwar it-taxxa u l-bini tal-kapaċità amministrattiva, inkluża l-kompetenza u l-ħiliet umani tal-awtoritajiet tat-taxxa u tal-uffiċjali tat-taxxa fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati l-oħra li ssieħbu fil-programm, kif ukoll l-iżvilupp u l-operat tas-sistemi elettroniċi Ewropej.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 270 000 000 fi prezzijiet kurrenti.

1.  Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 300 000 000 fi prezzijiet tal-2018 (jiġifieri EUR 339 000 000 fi prezzijiet kurrenti).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, sa fejn ikunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm.

2.  L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll spejjeż ta' preparazzjoni, ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu, ta' evalwazzjoni u ta' attivitajiet oħra għall-ġestjoni tal-Programm u għall-evalwazzjoni tal-kisba tal-għanijiet tiegħu. Barra minn hekk jista' jkopri l-ispejjeż relatati mal-istudji, mal-laqgħat ta' esperti, ma' azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni, dment li jkunu relatati mal-għanijiet tal-Programm, kif ukoll spejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inklużi l-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm li għandhom isaħħu l-kompetenzi u l-ħiliet tal-awtoritajiet tat-taxxa u tal-uffiċjali tat-taxxa fl-Istati Membri u fil-pajjiżi kandidati l-oħra li ssieħbu fil-programm.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-kapaċità umana;

(d)  azzjonijiet ta' bini tal-kompetenza u tal-ħiliet kif ukoll tal-kapaċità umana;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.  L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

3.  Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.  Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

Referenzi

COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Manuel dos Santos

11.7.2018

Eżami fil-kumitat

25.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen, Stefan Gehrold

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Jean Arthuis, Gérard Deprez

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Stefan Gehrold, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Alain Lamassoure, Janusz Lewandowski, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Inese Vaidere

S&D

Michael Detjen, Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Indrek Tarand

5

-

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

ENF

André Elissen, Marco Zanni

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment tal-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni

Referenzi

COM(2018)0443 – C8-0260/2018 – 2018/0233(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

8.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

14.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

14.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sven Giegold

20.6.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.10.2018

19.11.2018

 

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Stefan Gehrold, Sven Giegold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Caroline Nagtegaal, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Anne Sander, Alfred Sant, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Jeppe Kofod, Thomas Mann, Luigi Morgano, Andreas Schwab, Joachim Starbatty, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Liadh Ní Riada

Data tat-tressiq

4.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

41

+

ALDE

Thierry Cornillet, Petr Ježek, Caroline Nagtegaal, Ramon Tremosa i Balcells, Lieve Wierinck

GUE/NGL

Marisa Matias, Liadh Ní Riada, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Stefan Gehrold, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Georgios Kyrtsos, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Anne Sander, Andreas Schwab, Theodor Dumitru Stolojan

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Giuseppe Ferrandino, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

1

-

ENF

Gerolf Annemans

4

0

ECR

Stanisław Ożóg, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 18 ta' Diċembru 2018Avviż legali