Proċedura : 2018/2089(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0425/2018

Testi mressqa :

A8-0425/2018

Dibattiti :

PV 14/01/2019 - 23
CRE 14/01/2019 - 23

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2019 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0005

RAPPORT     
PDF 287kWORD 88k
5.12.2018
PE 623.787v02-00 A8-0425/2018

dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew

(2018/2089(INI))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Wim van de Camp

Rapporteurs għal opinjoni (*):

Arndt Kohn, Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-KonsumaturEmil Radev, Kumitat għall-Affarijiet Legali

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew

(2018/2089(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2018 bit-titolu "Fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata: Strateġija tal-UE għall-mobbiltà tal-futur" (COM(2018)0283),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Novembru 2016 dwar Strateġija Ewropea dwar is-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti u Kooperattivi: l-ewwel pass importanti lejn mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (COM(2016)0766),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar Strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0425/2018),

A.  billi l-istrateġija tal-UE dwar il-mobilità konnessa u awtomatizzata hija marbuta mill-qrib mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, b'mod partikolari dawk tal-aġendi tagħha għall-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment, ir-riċerka u innovazzjoni, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-mobilità u trasport nodfa u sikuri, is-sikurezza fit-toroq u d-dekonġestjoni tat-traffiku, is-suq uniku diġitali u l-Unjoni tal-Enerġija;

B.  billi l-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku, kemm fl-industrija tat-trasport kif ukoll fis-settur tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali, għandu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija u s-soċjetà; billi l-vetturi awtonomi ser ibiddlu b'mod sinifikanti l-ħajja ta' kuljum tagħna, jiddeterminaw il-futur tat-trasport bit-triq fid-dinja kollha, inaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, itejbu s-sikurezza fit-toroq, iżidu l-mobbiltà u jnaqqsu l-impatti ambjentali. billi s-settur tat-trasport bit-triq jista' jiftaħ il-bieb għal servizzi u modi ġodda ta' trasport, u b'hekk jissodisfa d-domanda dejjem tikber għall-mobbiltà individwali u għat-trasport tal-merkanzija, u jista' anki jgħin fir-revoluzzjoni tal-ippjanar urban;

C.  billi l-Kummissjoni għandha l-għan li sal-2020 tnaqqas bin-nofs l-għadd annwali ta' mwiet fit-toroq tal-UE meta mqabbla mal-2010, f'konformità mal-għanijiet ta' Viżjoni Żero; billi l-progress fit-tnaqqis tal-għadd totali ta' mwiet u korrimenti donnu staġna dan l-aħħar, meta jitqies il-fatt li fl-2016 aktar minn 25 000 ruħ tilfu ħajjithom fit-toroq tal-UE filwaqt li 135 000 oħra weġġgħu serjament; billi l-ibliet tagħna qed jiffaċċjaw problemi kbar relatati mal-mobilità li qed jiġu aggravati mit-tniġġis u mit-tibdil fil-klima;

D.  billi s-sistemi avvanzati ta' għajnuna lis-sewwieq bħat-twissija ta' ħruġ mil-karreġġata u l-brejkijiet ta' emerġenza awtomatiċi diġà wrew li jikkontribwixxu għas-sikurezza fit-toroq u jnaqqsu l-għadd ta' inċidenti gravi;

E.  billi l-maġġoranza l-kbira tal-inċidenti tat-traffiku jseħħu minħabba żbalji tal-bniedem u, bħala tali, hemm bżonn imperattiv li jitnaqqsu l-possibbiltajiet għal tali inċidenti, billi jkun meħtieġ l-użu ta' sistemi tal-vetturi avvanzati li jtejbu s-sikurezza filwaqt li tinżamm il-mobilità personali;

F.  billi kien hemm tnaqqis fir-ritmu tax-xejra pożittiva fis-sikurezza fit-toroq li l-UE esperjenzat matul l-aħħar deċennju; billi t-trasport bit-triq għadu responsabbli għall-biċċa l-kbira tal-emissjonijiet mit-trasport, f'termini ta' gassijiet serra u sustanzi li jniġġsu l-arja;

G.  billi l-ħtiġijiet tat-trasport, kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, qed jiżdiedu madwar id-dinja kollha, f'kuntest ta' sensibilizzazzjoni akbar dwar il-limiti tar-riżorsi tal-pjaneta tagħna, u billi għalhekk l-effiċjenza tat-trasport se ssir kwistjoni dejjem aktar kruċjali;

H.  billi l-UE għandha tinkoraġġixxi u tiżviluppa aktar it-teknoloġiji diġitali għal mobilità awtomatizzata biex jibbilanċjaw l-effetti tal-imġiba illeċita umana u jnaqqsu l-inċidenti tat-traffiku u l-fatalitajiet fit-toroq;

I.  billi l-awtomatizzazzjoni u l-varar ta' teknoloġija ġdida se jżidu s-sikurezza tat-trasport u tas-sistemi tat-trasport u jeliminaw uħud mill-fatturi umani involuti; billi b'mod parallel mal-awtomatizzazzjoni għandhom jitqiesu kemm id-diversità kif ukoll il-kundizzjoni tas-sistemi tat-trasport fi Stati Membri differenti; billi jeħtieġ li jinbnew sistemi tat-trasport ġodda u kemm is-sistemi tat-trasport ġodda kif ukoll dawk eżistenti jeħtieġ li jiġu mgħammra b'karatteristiċi tas-sikurezza xierqa qabel ma tkun tista' tiġi introdotta l-awtomatizzazzjoni;

J.  billi jeżistu livelli ta' awtomatizzazzjoni, filwaqt li l-livelli 1 u 2 diġà jinsabu fis-suq, iżda l-livelli ta' awtomatizzazzjoni kondizzjonali, għolja u sħiħa (meta vettura ssir awtonoma) huma mistennija li jsiru disponibbli biss fl-2020-2030, u billi s-sistemi ta' għajnuna lis-sewwieq huma għalhekk importanti bħala teknoloġija abilitanti fil-perkors lejn awtomatizzazzjoni sħiħa;

K.  billi jeħtieġ li jsir investiment kemm fl-istadju tar-riċerka kif ukoll fl-istadju ta' żvilupp sussegwenti sabiex jittejbu t-teknoloġiji disponibbli u tiġi implimentata infrastruttura tat-trasport sikura u intelliġenti;

L.  billi bosta pajjiżi madwar id-dinja (eż. l-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Ġappun, il-Korea u ċ-Ċina) mexjin b'pass mgħaġġel biex jagħmlu kemm il-mobilità konnessa, kif ukoll dik awtomatizzata, disponibbli fis-suq; billi l-Ewropa teħtieġ li tirrispondi b'mod ferm aktar proattiv għall-iżviluppi mgħaġġla f'dan is-settur, biex tħeġġeġ inizjattivi u tippromwovi rekwiżiti tas-sikurezza strinġenti għall-parteċipanti kollha tat-traffiku li jivvjaġġaw bil-baħar, minn passaġġi fuq l-ilma interni, bit-triq, bl-ajru jew bil-ferrovija u li jużaw modi ta' trasport imħallta;

M.  billi l-Kummissjoni tistenna li s-suq il-ġdid għall-vetturi awtomatizzati u konnessi jikber b'mod esponenzjali, bi dħul stmat li jaqbeż EUR 620 biljun sal-2025 għall-industrija tal-karozzi tal-UE u EUR 180 biljun għas-settur tal-elettronika tal-UE;

N.  billi d-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam (2016) tiddeskrivi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-industrija fil-qasam tas-sewqan konness u awtomatizzat;

O.  billi t-trasport awtonomu jkopri kull forma ta' mezzi ppilotati mill-bogħod, awtomatizzati u awtonomi tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar u fl-ilmijiet navigabbli interni;

P.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata" tikkostitwixxi stadju importanti fl-istrateġija tal-UE għal mobilità konnessa u awtomatizzata;

Q.  billi trid issir enfasi fuq il-mobilità awtonoma, minħabba li vetturi kompletament awtonomi se jġibu benefiċċji tas-sikurezza fit-toroq notevoli u se jkunu jistgħu joperaw mingħajr funzjonalitajiet konnessi; billi l-kapaċitajiet u s-servizzi anċillari xorta waħda jistgħu jirrikjedu komunikazzjoni diġitali;

R.  billi l-introduzzjoni ta' vetturi awtonomi, mistennija fl-2020, se ġġib benefiċċji konsiderevoli, iżda tinvolvi wkoll varjetà ta' riskji ġodda, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, ir-responsabbiltà ċivili u l-assigurazzjoni, iċ-ċibersigurtà, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-data u kwistjonijiet ta' aċċess għad-data, l-infrastruttura teknika, l-istandardizzazzjoni u l-impjieg; billi huwa impossibbli li tiġi prevista l-firxa sħiħa tal-impatt fuq terminu twil tal-mobbiltà awtonoma fuq l-impjiegi u fuq l-ambjent; billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi żgurat li l-qafas ġuridiku tal-UE jkun adatt biex iwieġeb b'mod xieraq għal dawk l-isfidi u jżid is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-aċċettazzjoni tal-vetturi awtonomi;

S.  billi l-kwistjonijiet etiċi dwar l-użu ta' dawn it-teknoloġiji jeħtieġu l-iżvilupp ta' linji gwida għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali, flimkien ma' sistemi li jiżguraw li dawn il-kwistjonijiet etiċi jiġu indirizzati b'mod koerenti;

Prinċipji ġenerali

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata", li tistabbilixxi approċċ biex l-UE ssir il-mexxejja dinjija fl-użu ta' sistemi sikuri għall-mobilità awtomatizzata, biex jiżdiedu s-sikurezza u l-effiċjenza tat-toroq, tiġi miġġielda l-konġestjoni, jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet mit-trasport, u gradwalment jiġu eliminati l-karburanti fossili;

2.  Jagħraf il-passi inizjali meħuda mill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar mobilità awtomatizzata tal-futur u jirrikonoxxi l-inizjattivi leġiżlattivi rigward id-Direttiva ITS(3) u r-reviżjonijiet proposti tad-direttiva dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq(4) u s-sikurezza ġenerali tar-regolamentazzjoni tal-vetturi motorizzati(5);

3.  Jafferma r-rwol importanti tas-sistemi kooperattivi ta' trasport intelliġenti (C-ITS) biex jipprovdu konnettività għall-vetturi awtomatizzati/awtonomi tal-livelli 2, 3 u possibbilment 4 tal-Għaqda tal-Inġiniera Awtomobilistiċi (SAE); iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industrija biex ikomplu jimplimentaw is-C-ITS, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri u lill-industrija fil-varar tas-servizzi tas-C-ITS, b'mod partikolari permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programm InvestEU;

4.  Jenfasizza l-potenzjal tal-innovazzjoni tal-mezzi awtonomi kollha tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru; jissottolinja l-ħtieġa għall-atturi Ewropej li jgħaqqdu l-forzi sabiex jilħqu u jżommu pożizzjoni ta' mexxejja globali fit-trasport awtonomu; jinnota li l-avvanzi fil-mobilità awtonoma, b'mod partikolari fit-trasport bit-triq, jirrikjedu l-kooperazzjoni sinerġistika ta' bosta setturi tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-manifattura tal-vettura u s-setturi diġitali;

5.  Jirrikonoxxi l-potenzjal sinifikanti tal-mobilità awtomatizzata għal bosta setturi, billi toffri opportunitajiet ġodda ta' negozju għan-negozji ġodda, l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), u l-industrija u l-intrapriżi fl-intier tagħhom, b'mod partikolari f'termini tal-ħolqien ta' servizzi tal-mobilità u possibbiltajiet ta' impjiegi ġodda;

6.  Jissottolinja l-ħtieġa għall-iżvilupp ta' vetturi awtonomi li huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità u b'mobbiltà mnaqqsa (PRMS);

7.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta strateġija, b'mod partikolari rigward il-protezzjoni tad-data, l-aċċess għad-data u ċ-ċibersigurtà, skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-13 ta' Marzu 2018 dwar strateġija Ewropea dwar C-ITS, filwaqt li tiżgura approċċ teknoloġikament newtrali, miftuħ u lest għas-suq; jirrikonoxxi l-opportunitajiet ippreżentati mir-rakkomandazzjonijiet li jmiss tal-Kummissjoni dwar l-aċċess tad-data fil-vettura u l-aċċess għar-riżorsi;

8.  Jafferma l-ħtieġa li jiġu esplorati azzjonijiet leġiżlattivi sabiex jiġi żgurat aċċess ġust, sikur, f'ħin reali u teknoloġikament newtrali għad-data fil-vettura għal xi entitajiet ta' parti terza; jemmen li tali aċċess għandu jippermetti lill-utenti finali u lill-partijiet terzi jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni u jippromwovi kundizzjonijiet ekwi u sigurtà fir-rigward tal-ħżin tad-data fil-vettura;

9.  Jinnota li mistoqsijiet simili b'rabta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta' użu korrispondenti se jirriżultaw fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali għall-iskop ta' mobbiltà awtonoma bħal f'oqsma oħra, bħalma huma d-drittijiet ta' proprjetà jew użu għall-kodiċi, id-data u l-invenzjonijiet maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali nnifisha; iqis, madankollu, li għal dawn il-mistoqsijiet għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jkunu ġenerali kemm jista' jkun;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li fl-abbozzar tal-qafas leġiżlattiv ġdid dwar ir-regolamentazzjoni tal-mobilità awtonoma, jiġi żgurat li kwalunkwe ostakolu għall-avvanz tal-progress teknoloġiku, ir-riċerka u l-innovazzjoni jkun jista' jingħeleb;

11.  Jirrimarka li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "fi triqitna lejn il-mobilità awtomatizzata" m'għandhiex analiżi u proposti għal vetturi awtonomi fil-modi kollha tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura analiżijiet u strateġiji speċifiċi għall-modi, inkluż fl-oqsma tat-trasport intermodali u tal-mobilità;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwessgħu l-politika tagħhom dwar is-sewqan awtonomu b'tali mod li jinkludi wkoll it-trasport kollettiv kif ukoll li jestendu l-ideat tagħhom lejn il-modi kollha ta' trasport;

13.  Jilqa' l-ħidma li saret fil-Laqgħat ta' Livell Għoli tal-Kunsill dwar is-sewqan awtonomu u jixtieq jara dak x-xogħol estiż ukoll biex jindirizza modi ta' trasport minbarra t-trasport bit-triq;

14.  Jissottolinja li għandhom jiġu żviluppati u allinjati f'livell internazzjonali, tal-UE u nazzjonali, standards tekniċi għall-vetturi u l-infrastruttura (eż. sinjali tat-traffiku, marki fit-toroq, sistemi ta' sinjalazzjoni u C-ITS) li jibbażaw fuq il-ħidma u l-forums eżistenti biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, abbażi tal-prinċipji ta' approċċ miftuħ, trasparenti u teknoloġikament newtrali u li jżidu s-sikurezza fit-toroq, filwaqt li jiżguraw interoperabbiltà transkonfinali uniformi;

15.  Jinnota li data fil-vetturi u tar-rotot affidabbli hija element fundamentali għall-kisba kemm ta' sewqan awtonomu u konness f'żona unika Ewropea tat-trasport kif ukoll ta' servizzi kompetittivi għall-utenti aħħarin; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni biex tiżgura li jitneħħew l-ostakoli għall-użu ta' tali data u tiġi stabbilita sistema regolatorja b'saħħitha f'dan ir-rigward qabel l-1 ta' Jannar 2020, filwaqt li tiżgura l-istess kwalità u disponibbiltà tad-data madwar l-Istati Membri;

16.  Jinnota l-urġenza li tingħata ċertezza legali kemm għall-utenti kif ukoll għall-partijiet ikkonċernati fir-rigward tal-konformità tal-vetturi awtonomi mal-leġiżlazzjoni ewlenija eżistenti, b'referenza partikolari għal-leġiżlazzjoni dwar il-Privatezza Elettronika u għar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(6); jistieden lill-Kummissjoni tispeċifika liema kategoriji ta' informazzjoni ġġenerati mill-vetturi awtonomi għandhom jiġu ttrattati bħala data miftuħa u jsiru disponibbli f'ħin reali, u liema għandhom jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali;

17.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-utenti jkollhom kontroll kemm fuq id-data personali kif ukoll fuq id-data fil-vetturi prodotti, miġbura u kkomunikati minn vetturi awtonomi u jkollhom aċċess għalihom; jenfasizza li l-konsumaturi jeħtiġilhom jiġu offruti l-ogħla livell ta' protezzjoni ċibernetika;

18.  Jenfasizza ż-żieda massiva mistennija fid-data prodotta, miġbura u trażmessa minn vetturi awtonomi, u jissottolinja l-ħtieġa li din id-data tintuża, b'mod partikolari d-data mhux personali u dik anonimizzata, biex tiffaċilita l-varar ta' vetturi awtonomi u biex tkompli tiżviluppa l-innovazzjonijiet fil-qafas ta' soluzzjonijiet ġodda ta' mobilità; jirrimarka li l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data sensittiva ġġenerata minn vetturi awtonomi trid tkun prijorità assoluta;

19.  Jissottolinja li vetturi kompletament awtonomi jew awtomatizzati ħafna se jkunu disponibbli kummerċjalment fis-snin li ġejjin u li jeħtieġ li jkun hemm fis-seħħ kemm jista' jkun malajr oqfsa regolatorji xierqa li jiżguraw l-operat sikur tagħhom u jipprevedu reġim ċar li jirregola l-obbligu ta' rendikont, sabiex jindirizzaw il-bidliet li jirriżultaw, inkluża l-interazzjoni bejn vetturi u infrastrutturi awtonomi u utenti oħrajn;

20.  Jinnota li r-regoli eżistenti dwar l-obbligu ta' rendikont, bħad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi(7) (id-Direttiva dwar l-Obbligu ta' Rendikont għall-Prodotti) u d-Direttiva 2009/103/KE tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà(8) (id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur), ma ġewx żviluppati biex jindirizzaw l-isfidi imposti mill-użu ta' vetturi awtonomi u jenfasizza li hemm evidenza dejjem akbar li l-qafas regolatorju attwali, speċjalment fir-rigward tal-obbligu ta' rendikont, l-assigurazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tad-data personali, mhux se jibqa' suffiċjenti jew xieraq meta jiġi affaċċjat bir-riskji ġodda li qed jirriżultaw mill-awtomatizzazzjoni, il-konnettività u l-kumplessità tal-vetturi;

21.  Huwa tal-opinjoni li, fid-dawl tal-bidliet teknoloġiċi dinamiċi fis-settur, teżisti l-ħtieġa li jiġi ċċarat min għandu jġorr id-dannu fil-każ ta' inċidenti kkawżati minn vetturi għalkollox awtonomi, u meta l-livell ta' awtonomija jkun tali li l-vettura tkun tista' topera jew b'mod għalkollox awtonomu jew misjuqa minn sewwieq irid jiġi stabbilit mingħajr ebda dubju min tkun il-parti responsabbli f'kull xenarju speċifiku; teżisti l-ħtieġa partikolari li jiġi eżaminat jekk il-fehma li proporzjon żgħir ħafna tal-inċidenti s'issa kien attribwibbli għal fatturi tekniċi tiġġustifikax il-qlib tar-responsabbiltà għal fuq il-manifattur li, bħala fattur ta' riskju li huwa indipendenti min-negliġenza, jista' jintrabat sempliċiment mar-riskju kkawżat mit-tqegħid fis-suq ta' vettura awtonoma; jisħaq ukoll li teżisti ħtieġa ulterjuri li jiġi eżaminat jekk obbligi tas-sikurezza tat-triq speċifiċi min-naħa tas-sid tal-vettura u obbligi ta' istruzzjoni applikabbli għas-sewwieq f'kull każ jistgħux jikkumpensaw għal dan il-qlib ta' responsabbiltà b'mod adegwat; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa, biex tadatta l-qafas ġuridiku attwali tal-UE u tintroduċi, jekk meħtieġ, regoli ġodda li abbażi tagħhom jiġi determinat min hu responsabbli; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja l-possibbiltà li jiġu introdotti strumenti tal-UE addizzjonali li jżommu l-pass mal-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali;

22.  Isostni li t-teknoloġiji bbażati fuq is-sistema globali ta' navigazzjoni bis-satellita (GNSS) u l-proġett Galileo għandhom parti importanti x'jaqdu biex itejbu l-interazzjoni u l-interoperabbiltà ta' sistemi diġitali abbord u tan-netwerk; jitlob il-finalizzazzjoni u t-tnedija, malajr kemm jista' jkun, tas-satelliti li jifdal, sabiex is-sistema Ewropea ta' pożizzjonament Galileo tkun tista' tintuża bħala s-sistema ta' pożizzjonament awtomatika fil-vetturi awtomatizzati;

23.  Jinnota li l-aċċess universali għal teknoloġiji b'mobilità awtomatizzata mhux se jkun possibbli mingħajr aċċess għall-internet b'veloċità għolja u netwerks 5G; jiddispjaċih li hemm reġjuni fejn l-implimentazzjoni tal-ġenerazzjoni attwali tan-netwerks 4G għadha lura, speċjalment f'żoni rurali;

Trasport bit-triq

24.  Ifakkar fir-regoli l-ġodda ta' sikurezza li jinsabu fil-prinċipji ta' gwida għall-interfaċċja bniedem-magna proposta fir-rapport finali GEAR 2030;

25.  Jissottolinja l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), tal-UE u dak nazzjonali titħejja biex tappoġġja l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u s-sewqan awtonomu malajr kemm jista' jkun, sabiex jitnaqqsu l-iżbalji umani, l-inċidenti tat-traffiku u l-imwiet fit-toroq;

26.  Jissottolinja l-importanza li jiġi adottat Regolament ġdid u ambizzjuż dwar is-Sikurezza Ġenerali għall-vetturi bil-mutur, minħabba l-potenzjal ta' salvataġġ għal perjodu qasir ta' installazzjoni obbligatorja ta' teknoloġiji ġodda għas-sikurezza tal-vetturi, li barra minn hekk se jintużaw ukoll għall-varar ta' vetturi konnessi u awtomatizzati (CAVs) fil-futur;

27.  Ifakkar li l-iżvilupp tas-CAVs kien immexxi primarjament mill-ispinta teknoloġika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu studjati u rikonoxxuti l-aspetti tal-bniedem u tas-soċjetà fir-rigward tal-iżvilupp tas-CAV u jiġi żgurat li l-użu tagħhom jirrispetta bis-sħiħ il-valuri u l-għanijiet tas-soċjetà, tal-bnedmin u tal-ambjent;

28.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-importanza tal-mobilità fl-UE, biex jilħqu pożizzjoni komuni u jikkooperaw biex l-UE taqdi u żżomm rwol ewlieni fl-armonizzazzjoni teknika internazzjonali ta' vetturi awtomatizzati fil-qafas tal-UNECE u l-Konvenzjoni ta' Vjenna, b'mod partikolari fid-diskussjonijiet kollha tal-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi tal-UNECE (Grupp ta' Ħidma 29) u tal-Grupp ta' Ħidma dwar il-Vetturi Awtomatizzati/Awtonomi u Konnessi (GRVA);

29.  Jissottolinja li l-proċeduri tas-sorveljanza tas-suq relatati mal-vetturi awtomatizzati tul il-ħajja tagħhom għandhom ikunu standardizzati, trasparenti u verifikabbli kemm jista' jkun, inkluż ittestjar transfruntier imwettaq f'toroq miftuħa u f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali kif ukoll testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali;

30.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni ċara, li tiġi rieżaminata b'mod regolari, aġġornata fejn meħtieġ, u armonizzata, li tirrikjedi l-installazzjoni ta' reġistraturi tad-data tal-avvenimenti f'konformità mar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali rivedut sabiex ittejjeb l-investigazzjonijiet ta' inċidenti kif ukoll tiċċara u tippermetti l-indirizzar, kemm jista' jkun malajr, ta' kwistjonijiet relatati mal-obbligu ta' rendikont; jinnota li dawn ir-reġistraturi tad-data tal-avvenimenti huma meħtieġa biex jiġu ddeterminati r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti involuti f'każ ta' inċident;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li sa mill-fażi tat-tranżizzjoni jiġu inkorporati sistemi ta' salvagwardja, li matulha l-vetturi awtomatizzati se jeżistu flimkien ma' vetturi b'żero konnettività u żero awtomatizzazzjoni; jenfasizza l-importanza tas-sistemi ta' għajnuna lis-sewwieq bħala pass 'il quddiem biex is-sewqan jiġi kompletament awtomatizzat, sabiex minn issa jiġu evitati l-inċidenti bit-triq permezz ta' sistemi tas-sikurezza attivi jew titnaqqas il-gravità tal-inċidenti permezz ta' sistemi tas-sikurezza passivi;

32.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu infrastruttura tat-toroq sikura, ta' kwalità għolja, li se tiffaċilita l-użu ta' vetturi awtomatizzati u awtonomi;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li s-sistemi kollha li jinkludu informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq ikkomunikata b'mod diġitali jkunu interoperabbli;

34.  Jenfasizza t-tħassib li qed jitfaċċa dwar il-kompjaċenza tal-utenti meta jużaw vetturi li jirrikjedu grad ta' intervent tas-sewwieq; jitlob li tingħata kjarifika aħjar tad-definizzjoni u tad-differenzjazzjoni tar-rekwiżiti ta' "vetturi b'sistemi avvanzati ta' għajnuna għas-sewwieq" (livelli 1 sa 3 tal-SAE) meta mqabbla ma' "vetturi awtomatizzati" (livelli 4 sa 5 tal-SAE) fil-leġiżlazzjoni relatata mas-sikurezza fit-toroq u li jsiru aktar studji dwar il-fattibbiltà u s-sikurezza tal-vetturi awtomatizzati ta' livell 3, speċjalment fir-rigward tal-kwistjoni li tiġi indikata l-ħtieġa għal intervent lis-sewwieq u l-perikli li jistgħu jinqalgħu minħabba dewmien fl-intervent;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddefinixxi linji gwida etiċi ċari għal sistemi ta' intelliġenza artifiċjali;

36.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji ta' responsabbiltà u sistemi ta' salvagwardja għall-protezzjoni tal-persuni, sabiex tipprovdi approċċ koerenti għall-kwistjonijiet etiċi dwar is-sistemi awtonomi għall-vetturi awtomatizzati;

37.  Jenfasizza li l-leġiżlatur għandu jindirizza u jsolvi l-aspetti etiċi tal-vetturi mingħajr sewwieq qabel ma dawn il-vetturi jkunu jistgħu jiġu aċċettati għal kollox u jkunu disponibbli f'sitwazzjonijiet tat-traffiku; jenfasizza għalhekk li l-vetturi awtomatizzati jeħtieġ li ssirilhom valutazzjoni minn qabel biex jiġu indirizzati dawn l-aspetti etiċi;

38.  Jenfasizza l-isfidi ta' konġestjoni għall-mobilità urbana li huma mistennija li jirriżultaw minn użu mifrux tal-vetturi awtonomi; iqis li l-vetturi awtonomi u soluzzjonijiet bħal car sharing u ride hailing għandhom jikkontribwixxu għall-indirizzar ta' dawn l-isfidi; jistieden lill-awtoritajiet jiżviluppaw politiki biex jiżguraw li l-vetturi awtonomi jtejbu l-għażliet tal-ivvjaġġar, inkluż it-trasport pubbliku u soluzzjonijiet oħra, għaċ-ċittadini kollha;

39.  Jenfasizza li l-platooning għandu futur promettenti, peress li dan jiffranka l-fjuwil u l-enerġija u jtejjeb is-sikurezza fit-toroq, u jistieden għalhekk lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-industrija sabiex jimplimentaw il-miżuri stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas regolatorju biex tippromwovi konnettività "vehicle-to-everything" (V2X) għal vetturi awtomatizzati ħafna u kompletament awtomatizzati (pereżempju platooning), speċjalment fit-trasport bit-triq fit-tul;

40.  Isostni li kemm il-karatteristiċi tas-sikurezza passivi kif ukoll attivi f'vetturi awtonomi jaqdu rwol importanti fit-tnaqqis tal-għadd tal-ħabtiet, u tal-korrimenti u tal-imwiet li jirriżultaw mill-ħabtiet, peress li l-ħabtiet xorta jistgħu jibqgħu jseħħu, speċjalment matul l-istadju tat-traffiku mħallat intermedju; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sikurezza fit-toroq;

41.  Jissottolinja r-riskji li marbuta ma' xejra dejjem akbar ta' traffiku mħallat ta' vetturi tradizzjonali u awtonomi, u li għaldaqstant titlob aktar testijiet fuq il-post sabiex jiġu appoġġati riċerka u żvilupp reżistenti għall-futur min-naħa ta' intrapriżi u korpi pubbliċi u privati, iżda wkoll biex tingħata data konkreta li tgħin biex jiġu adattati kif xieraq ir-regoli tar-responsabbiltà ċivili;

42.  Jissottolinja li soluzzjoni possibbli biex jiġu indirizzati l-lakuni u n-nuqqasijiet eżistenti tista' tkun l-istabbiliment ta' qafas ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà oġġettiva għal ħsara li tirriżulta minn vetturi awtonomi;

43.  Jisħaq fuq il-punt li, skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar regoli ta' dritt ċivili dwar ir-robotika(9), mhux se jkun hemm limitazzjoni fuq ir-responsabbiltà fir-rigward tan-natura u l-firxa tad-dannu li jrid jiġi kkumpensat sabiex tiġi ggarantita protezzjoni tal-vittmi adegwata;

Trasport bl-ajru

44.  Jenfasizza r-Regolament tal-EASA adottat reċentement(10) dwar ir-regoli aġġornati ta' sikurezza tal-avjazzjoni li jinkludu, fost affarijiet oħra, dispożizzjonijiet li joffru bażi ġuridika soda għall-ewwel sett ta' regoli komprensivi tal-UE għal kull tip ta' drone ċivili; ifakkar f'kemm kienet meħtieġa l-adozzjoni tar-Regolament tal-EASA, minħabba li teknoloġiji ġodda, bħall-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), qed jitfaċċaw ukoll fl-ajru Ewropew, u li kellu bżonn l-adattament tal-qafas regolatorju attwali tal-UE u regoli nazzjonali diverġenti;

45.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippreżenta wkoll, mingħajr dewmien, regoli ddettaljati għal inġenji tal-ajru awtomatizzati, li jirrikjedu speċifikazzjonijiet speċifiċi u mfassla apposta, minħabba li approċċ uniku tal-UAV u operazzjonali mhuwiex adattat biex jiżgura l-integrazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru awtomatizzati fi spazju tal-ajru kondiviż ma' inġenji tal-ajru bl-ekwipaġġ; ifakkar li l-UAVs se jkollhom bżonn sistemi ta' intelliġenza sikuri, u fejn xieraq, iċċertifikati, kif ukoll ambjent speċifiku għall-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru; jenfasizza li tali regoli applikabbli għall-UAVs għandhom iqisu n-natura u r-riskju tal-operazzjoni jew tal-attività, il-karatteristiċi operazzjonali tal-inġenju tal-ajru mingħajr ekwipaġġ ikkonċernat u l-karatteristiċi taż-żona tal-operazzjonijiet bħad-densità tal-popolazzjoni, il-karatteristiċi tal-wiċċ, u l-eżistenza ta' bini u infrastrutturi sensittivi oħra;

46.  Itenni l-importanza li tiġi protetta d-data personali f'każ li jintużaw mezzi ta' sewqan awtomatiku fis-settur tal-ajru;

47.  Ifakkar fid-Dikjarazzjoni ta' Varsavja tal-2016 dwar Drones bħala lieva għall-impjiegi u l-opportunitajiet ta' negozju ġodda; itenni l-importanza tal-azzjonijiet ippjanati biex tiġi żviluppata l-ekosistema tad-drones tal-UE, li huma mistennija li jidħlu fis-seħħ sal-2019, u biex jibnu fuq il-prinċipji gwida tad-Dikjarazzjoni ta' Riga;

48.  Jindika l-importanza ta' żvilupp ikkoordinat ta' teknoloġiji u ta' kunċetti li joperaw li se jippermettu lill-inġenji tal-ajru jiġu integrat b'mod sikur għall-finijiet tas-servizzi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru f'konformità mal-għanijiet ta' U-Space, programm immexxi mill-Impriża Konġunta SESAR (SESAR JU); jirrikonoxxi l-attivitajiet li twettqu s'issa minn SESAR JU, li għandhom ikomplu jiġu appoġġjati;

49.  Ifakkar li l-finanzjament għall-programmi attwali ta' riċerka u esperimentazzjoni li jikkonċernaw l-UAVs, bħal U-Space, se jkollu jiżdied fil-perjodi ta' bbaġitjar futuri; jinnota li dawn l-esperimenti, li llum jagħmluha possibbli li jiġi ttestjat f'kundizzjonijiet reali l-iskjerament ta' flotta kbira ta' UAVs, filwaqt li jiggarantixxu sigurtà massima fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-kundizzjonijiet tas-sigurtà tiegħu, jistgħu jservu bħala eżempju għal sperimentazzjoni b'vetturi awtonomi fuq l-art;

50.  Jinnota li huwa meħtieġ li jinħolqu żoni tat-test adattati għal teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru awtonomi, inkluż droni, sabiex jipprovdu kundizzjonijiet sikuri għas-simulazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda qabel l-implimentazzjoni finali tagħhom;

It-trasport bil-baħar jew fl-ilmijiet navigabbli interni

51.  Jissottolinja l-potenzjal u l-valur miżjud tal-vapuri awtonomi, speċjalment fl-ilmijiet navigabbli interni u fit-trasport marittimu fuq distanzi qosra, li jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-għadd ta' inċidenti fuq il-baħar u fuq il-passaġġi tal-ilma, li l-biċċa l-kbira tagħhom iseħħu minħabba żball uman;

52.  Jissottolinja l-potenzjal tal-awtomatizzazzjoni li telimina porzjon tal-iżbalji umani u tagħti lill-persunal fuq il-pont aktar żmien għal osservazzjoni ottika speċjalment fir-rotot tal-baħar u fiż-żoni tal-portijiet dojoq; jenfasizza, madankollu, li l-iskambju ta' informazzjoni u l-komunikazzjoni huma imperattivi għas-sikurezza, speċjalment fi prossimità mill-qrib ma' vapuri oħra, u għalhekk il-pontijiet jeħtieġ li jibqgħu jkunu mgħammra bil-persunal;

53.  Jilqa' l-ħidma tal-grupp ta' ħidma PIANC dwar tbaħħir intelliġenti u n-Netwerk Internazzjonali għal Vapuri Awtonomi;

54.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddeskrivi u tiddefinixxi l-livelli ta' awtomatizzazzjoni kemm għan-navigazzjoni interna kif ukoll bil-baħar u standards komuni, inkluż għall-portijiet, sabiex tarmonizza u tistimula l-użu ta' bastimenti awtonomi f'interazzjoni ma' utenti u infrastruttura awtomatizzati u mhux awtomatizzati;

55.  Jenfasizza l-importanza li jiġu żviluppati u estiżi l-hubs diġitali u l-kurituri TEN-T interkonnessi permezz ta' faċilitajiet terminali aġġornati u sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku elettroniċi effiċjenti bħas-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar u s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Portijiet tar-Renu (RPIS), sabiex tinkiseb sistema tat-trasport awtonoma multimodali sħiħa;

56.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva bil-għan li tistimola l-awtomatizzazzjoni ulterjuri fit-tbaħħir intern, l-infrastruttura tiegħu, il-ġestjoni tal-passaġġi navigabbli u tat-traffiku, filwaqt li tqis il-pożizzjoni tal-portijiet interni bħala hubs multimodali meta tħejji ż-Żona Diġitali ta' Passaġġi fuq l-Ilma Interni (DINA);

57.  Jitlob li jingħata aktar appoġġ u jiġu promossi aktar iż-żoni tat-test transkonfinali kif ukoll li jkun hemm aktar proġetti bħan-NOVIMAR u bħan-Navigazzjoni Marittima Mingħajr Ekwipaġġ permezz ta' Intelliġenza fin-Netwerks (MUNIN), kofinanzjati mill-UE taħt is-Seba' Programm Kwadru tagħha u Orizzont 2020 biex tiġi żviluppata aktar it-teknoloġija tat-tbaħħir awtonomu u tal-infrastruttura awtomatizzata fl-UE;

58.  Jenfasizza li l-istandards applikabbli għall-bastimenti jridu jiġu żviluppati u allinjati mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali sabiex jiġi stabbilit qafas legali internazzjonali għall-operat sikur tal-vapuri;

Trasport bil-ferrovija

59.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni u f'koordinazzjoni mal-industrija u ma' partijiet ikkonċernati oħra, biex toħloq protokolli u standards komuni li jippermettu sistemi tal-ferrovija u ferrovjarji ħfief awtonomi;

60.  Jitlob li jsir titjib fil-kundizzjonijiet qafas għall-vetturi awtonomi fit-trasport bil-ferrovija u li tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn settur ferrovjarju diġitali; jinnota li s-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) isservi bħala l-bażi għal awtomatizzazzjoni fis-settur ferrovjarju, li tinkiseb billi l-ETCS tingħaqad mal-operazzjoni awtomatika tal-ferroviji (ATO); iħeġġeġ lill-Kummissjoni taċċellera u tipprijoritizza l-varar tal-ETCS fl-iskemi ta' finanzjament tal-UE eżistenti u futuri;

61.  Jenfasizza l-importanza tal-lokkjaturi diġitali bħala stadju importanti ġdid għat-trawwim tad-diġitalizzazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jappoġġjaw dan il-varar;

62.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli l-programm Shift2Rail bil-għan li tipprovdi żviluppi ulterjuri lejn netwerk ferrovjarju diġitali u tħaddim tal-ferroviji kompletament awtomatizzat, inkluż l-iżvilupp ta' standard ta' ATO fuq l-ETCS kif ukoll iċ-ċibersigurtà;

63.  Jenfasizza l-isfidi dejjem jikbru għall-mobilità urbana marbuta mal-konġestjoni, kif ukoll l-opportunitajiet offruti minn sistemi ta' trasport pubbliku awtomatizzati bbażati fuq il-ferrovija biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġjaw proġetti li jindirizzaw dawn l-isfidi permezz ta' innovazzjonijiet fit-trasport pubbliku awtomatizzat ibbażat fuq il-ferrovija;

Drittijiet tal-konsumaturi u kundizzjonijiet kompetittivi

64.  Jistieden lill-Kummissjoni toħloq regoli komprensivi li jistabbilixxu r-responsabbiltajiet u d-drittijiet tal-manifatturi, tas-sewwieqa u l-operaturi f'kull livell ta' awtomatizzazzjoni fil-modi kollha ta' trasport; jissottolinja li dawk ir-responsabbiltajiet jeħtieġ li jiġu kkomunikati lis-sewwieqa jew lill-operaturi b'mod ċar u mingħajr il-bżonn ta' spjegazzjoni permezz ta' ttikkettar kummerċjali jew forom oħra ta' komunikazzjoni; iqis li huwa essenzjali li jiġu żgurati s-sikurezza tal-vetturi u l-manutenzjoni regolari tagħhom tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom u jirrimarka r-rwol abilitanti ta' aċċess għas-suq ġust fir-rigward tad-data u r-riżorsi fil-vetturi għal partijiet ikkonċernati rilevanti f'dan ir-rigward;

65.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li s-sistemi kollha f'vetturi awtonomi jitfasslu b'tali mod li jippermetti lis-sidien jew lill-utenti tal-vetturi jagħżlu b'mod liberu bejn fornituri tas-servizz kompetituri, mingħajr ma jiddependu unikament fuq is-servizzi offruti mill-manifattur tal-vettura;

66.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ggarantit aċċess ġust għas-suq għall-fornituri tas-servizzi awtomobilistiċi fiż-żona tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi awtonomi; ifakkar li entitajiet ta' dan it-tip, b'mod partikolari l-manifatturi tal-partijiet u workshops żgħar u ċentri ta' servizz, huma element kompetittiv importanti fis-suq awtomobilistiku u għandhom impatt pożittiv fuq id-disponibbiltà u l-prezzijiet ta' dawn is-servizzi;

67.  Jinnota li f'suq diġitalizzat tas-servizzi awtomobilistiċi, l-aċċess dirett u f'waqtu għal data u funzjonijiet fil-vettura se jiddetermina jekk is-suq għal servizzi ta' mobilità awtomatizzata u kkombinata hux se jkun soġġett għal kompetizzjoni ġusta; ifakkar li l-operaturi indipendenti għandhom rwol importanti ħafna tul il-katina tal-provvista tal-karozzi;

68.  Ibassar li l-kompetizzjoni fis-suq uniku fl-industrija tas-servizzjar tal-vetturi awtonomi tista' titpoġġa f'riskju jekk il-manifatturi jagħmluha diffiċli għal sewwejja indipendenti biex jaċċessaw is-sistemi installati f'dawn il-vetturi; jenfasizza li dan is-segment tas-suq għandu jkun soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni 461/2010(11);

69.  Jenfasizza li l-konsumaturi għandhom jiġu infurmati minn qabel dwar il-vetturi li jixtru u s-servizzi ta' tiswija li jistgħu jaċċessaw;

70.  Huwa tal-fehma li l-bidla għal vetturi awtomatizzati, minbarra l-impatt pożittiv tagħha fuq is-sikurezza fit-toroq, il-konsum tal-fjuwil, l-ambjent u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda fis-setturi tat-telekomunikazzjoni u dak tal-karozzi, tista' twassal ukoll għal telf ta' impjiegi fis-settur tat-trasport kif ukoll ikollha konsegwenzi negattivi fuq is-settur tal-assigurazzjoni, li jridu jiġu indirizzati malajr kemm jista' jkun biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel;

Riċerka u bżonnijiet edukattivi

71.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati teknoloġiji awtonomi ewlenin (eż. formalizzazzjoni u simulazzjonijiet tal-moħħ u l-konjizzjoni umana waqt is-sewqan, sistemi ta' perċezzjoni ambjentali u intelliġenza artifiċjali) fl-UE biex jinżamm il-pass tal-kompetizzjoni globali u jinħolqu impjiegi ġodda;

72.  Jenfasizza l-fatt li ladarba jkunu disponibbli fis-suq, il-vetturi awtomatizzati se jkollhom impatt kbir fuq id-distribuzzjoni u l-konsum tal-oġġetti; iqis għalhekk li hemm bżonn urġenti li jiġi vvalutat dan l-impatt u jiġu żgurati miżuri biex jappoġġjaw lis-setturi u lill-persuni affettwati;

73.  Jitlob biex ikun hemm inizjattivi li jidentifikaw u jindirizzaw il-kwistjonijiet ta' bidliet fil-provvista u fid-domanda tal-impjiegi fid-dawl tal-ħtieġa għal ħiliet ġodda u speċjalizzati kemm fil-produzzjoni tal-vetturi kif ukoll fl-użu professjonali permezz ta' rikonverżjoni edukattiva (pereżempju korsijiet, sessjonijiet ta' taħriġ), bil-għan li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn forom ġodda ta' mobilità;

74.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, biex tipproponi inizjattivi li jippromwovu l-ħiliet u l-edukazzjoni u t-taħriġ meħtieġa biex l-UE tinżamm fuq quddiem nett tas-settur tat-trasport awtonomu; jenfasizza li huwa importanti għall-Istati Membri li jqisu dawn ix-xejriet li qed jirriżultaw dan l-aħħar fil-programmi edukattivi tagħhom sabiex jirrispondu għall-ħtieġa ta' forza tax-xogħol bi kwalifiki u ħiliet għolja fis-setturi ta' trasport differenti;

75.  Ifakkar l-EUR 300 miljun iddedikati taħt Orizzont 2020 għal programmi ta' riċerka u innovazzjoni dwar vetturi awtomatizzati mill-2014 sal-2020 u jirrakkomanda li dawn il-programmi jitkomplew u jiġu estiżi għall-modi kollha tat-trasport fil-perjodu finanzjarju pluriennali li jmiss għall-2021-2027 (Orizzont Ewropa);

76.  Jenfasizza r-rwol importanti ta' riċerka kollaborattiva biex jiġi żgurat avvanz mgħaġġel tal-awtomatizzazzjoni tat-trasport bl-involviment tal-ekosistema tal-innovazzjoni sħiħa;

77.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Impriża Konġunta simili għal Shift2Rail għat-trasport ferrovjarju u CleanSky għall-industrija ajrunawtika, sabiex toħloq inizjattiva strateġika xprunata mill-industrija fir-rigward tat-trasport awtonomu, li għandha tkun ta' interess għaċ-ċittadini tal-UE, tagħmel sens kummerċjali sinifikanti, tingrana l-potenzjal ta' riċerka u ta' innovazzjoni tal-UE abbażi tal-kollaborazzjoni wiesgħa tal-isferi industrijali, pubbliċi u akkademiċi, u trawwem l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji b'mod armonizzat u interoperabbli, sabiex tinħoloq sistema tat-trasport multimodali globalment skalabbli għat-trasport awtonomu;

78.  Jenfasizza l-ħtieġa għal siti tal-ittestjar reali madwar l-UE sabiex jiġu ttestjati u żviluppati bir-reqqa teknoloġiji ġodda; iħeġġeġ lil kull wieħed mill-Istati Membri biex jinnomina, sal-2020, żoni urbani u ekstraurbani fejn vetturi ta' riċerka awtonomi jkunu jistgħu jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet ta' traffiku reali, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata s-sikurezza fit-toroq f'dawk iż-żoni u biex jiżgura l-ħolqien ta' oqfsa ta' ttestjar transkonfinali u interoperabbli tal-UE;

79.  Jirrimarka li ċerti ċittadini tal-UE esprimew nuqqas ta' fiduċja fil-mobilità awtomatizzata; jenfasizza għalhekk li l-leġiżlaturi jeħtiġilhom jindirizzaw id-dimensjoni teknika sabiex itejbu l-aċċettazzjoni pubblika f'dan ir-rigward; jitlob li jsir investiment f'riċerka estensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u dwar dimensjonijiet oħra tal-mobilità awtomatizzata;

80.  Jitlob li ssir riċerka estensiva dwar l-effetti fit-tul ta' trasport awtonomu fuq kwistjonijiet bħall-adattament tal-konsumatur, l-aċċettazzjoni mis-soċjetà, ir-reazzjonijiet fiżjoloġiċi, ir-rispons fiżiku u l-mobilità soċjali, it-tnaqqis tal-inċidenti u t-titjib tat-trasport inġenerali;

81.  Iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-manifatturi tal-vetturi, il-fornituri tal-komponenti u s-servizzi tas-softwer u tad-disinn, kif ukoll l-Istati Membri u l-awtoritajiet involuti, biex jikkooperaw fit-trawwim tal-innovazzjoni, jiżguraw investiment f'infrastruttura adatta għal mobbiltà awtomatizzata, kemm fuq l-awtostradi u kemm fit-toroq tal-bliet, u jiffaċilitaw l-ittestjar transfruntier; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-investiment fl-aġġustament tal-infrastruttura tal-lum, fil-bini ta' infrastruttura ġdida u fit-titjib tal-konnettività tat-toroq Ewropej; jirrimarka li jista' jiġi osservat nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fis-sewqan awtomatizzat u li jeħtieġ li tiġi implimentata kampanja ta' sensibilizzazzjoni li tqawwi l-fiduċja tagħhom; jitlob li jsir investiment f'riċerka estensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u dwar id-dimensjoni etika ta' trasport awtonomu u konness;

°

°  °

82.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU C 307, 30.8.2018, p. 144.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2018)0063.

(3)

ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.

(4)

COM(2018)0274.

(5)

COM(2018)0286.

(6)

ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(7)

ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29.

(8)

ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.

(9)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.

(10)

ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.

(11)

ĠU L 129, 28.5.2010, p. 52.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Is-sistema ta' mobilità tagħna għaddejja minn bidliet profondi biex issir aktar diġitali, aktar sikura u aktar nadifa. Aktar awtomatizzazzjoni ta' vetturi fil-modi kollha tat-trasport, u b'mod partikolari rigward vetturi tat-triq konnessi u awtomatizzati, flimkien ma' avvanzi fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni jipprovdu diversi opportunitajiet biex jittejbu l-flussi tat-traffiku, tiżdied is-sikurezza għall-utenti kollha u jitnaqqsu l-impatti ambjentali tat-trasport. Fl-istess ħin, għandhom potenzjal qawwi biex isaħħu l-kompetittività tal-industrija u n-negozji Ewropej fis-settur tat-trasport u lil hinn minnu. Ladarba tkun disponibbli fuq skala kbira u kuljum, il-mobilità awtomatizzata hija mistennija li tirriżulta f'benefiċċji sinifikanti għas-soċjetà tagħna fir-rigward ta' servizzi ta' mobilità innovattiva fi bliet u żoni rurali, trasport pubbliku aktar flessibbli u għażliet mfassla aħjar għaċ-ċittadini kollha.

Filwaqt li l-progress teknoloġiku huwa rapidu u segwit b'mod vigoruż fuq livell internazzjonali, għad hemm kwistjonijiet sinifikanti relatati mal-iżvilupp u l-integrazzjoni ta' vetturi awtomatizzati u servizzi ta' mobilità relatati li jikkonċernaw standards tekniċi ta' vetturi u infrastruttura, l-użu, is-sikurezza u l-privatezza tad-data, ir-responsabbiltajiet f'operazzjonijiet ta' vetturi, ir-responsabbiltà, l-etika, l-aċċettazzjoni tas-soċjetà u l-koeżistenza ta' vetturi awtomatizzati ma' vetturi kkontrollati mill-bniedem.

Fir-rigward tat-trasport bit-triq konness u awtomatizzat, inizjattivi minn Stati Membri, mill-industrija u l-Kummissjoni diġà jindirizzaw elementi importanti ta' politika integrata f'dan il-qasam, inklużi kemm aspetti relatati mal-vetturi (jiġifieri r-rapport GEAR 2030) kif ukoll mal-infrastruttura tat-trasport u l-komunikazzjoni (jiġifieri l-istrateġija Ewropea dwar is-C-ITS). Wara d-Dikjarazzjoni ta' Amsterdam tal-2016 dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sewqan konness u awtomatizzat, għadha għaddejja ħidma fil-Laqgħat ta' Livell Għoli tal-Kunsill dwar is-sewqan awtonomu. Fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-istrateġija C-ITS f'Marzu 2018, il-Parlament Ewropew irrakkomanda, fost l-oħrajn, it-tisħiħ tal-qafas leġiżlattiv tal-UE biex jiġu żgurati regoli ta' interoperabbiltà u ta' responsabbiltà transkonfinali madwar l-UE kollha għal trasport konness, biex jipprovdu regoli għall-aċċess tad-data fil-vettura.

Bil-Komunikazzjoni tagħha dwar strateġija tal-UE għall-mobilità tal-futur, li dan ir-rapport huwa relatat magħha, il-Kummissjoni tistabbilixxi aġenda Ewropea, li tinkludi viżjoni komuni u tidentifika azzjonijiet ta' appoġġ għall-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji, servizzi u infrastrutturi ewlenin essenzjalment relatati ma' sewqan awtonomu fit-toroq. L-inizjattivi maħsuba għal żmien qasir jinkludu kontribuzzjonijiet ta' mobilità awtomatizzata għall-Vision Zero sal-proġett tal-2050 biex jitnaqqsu l-imwiet fit-toroq, appoġġ għall-użu tal-infrastruttura permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-ittestjar tal-5G u proposti leġiżlattivi bil-għan li jkun hemm implimentazzjoni sikura tal-mobilità awtomatizzata. B'mod partikolari, ir-reviżjonijiet proposti tad-Direttiva dwar is-Sikurezza fl-Infrastruttura tat-Toroq u tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali għal vetturi motorizzati għandhom l-għan li jintegraw kunsiderazzjonijiet ta' sikurezza speċifiċi relatati mas-sewqan awtomatizzat fil-leġiżlazzjoni tal-UE.

Il-fehmiet tar-Rapporteur

Il-karozza konnessa u awtomatizzata qiegħda attwalment tmexxi żviluppi ta' mobilità awtomatizzata. Karozzi tal-passiġġieri b'funzjonijiet tas-sewqan awtomatizzati lil hinn mil-livell 3 attwali huma mistennija li jidħlu dalwaqt fit-trasport bit-triq Ewropew mill-2020 'il quddiem, u t-teknoloġiji se jkomplu javvanzaw u jestendu għal kull tip ta' trasport bit-triq, inklużi vetturi utilitarji u trakkijiet. Huwa għalhekk importanti ħafna li jitkomplew u jiġu intensifikati l-isforzi relatati fil-livelli kollha: fir-rigward tal-qafas regolatorju, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ittestjar reali u l-użu tal-vetturi u l-infrastruttura tat-triq u tal-komunikazzjoni. Huwa essenzjali li l-Ewropa tibqa' fuq quddiem nett f'dan il-qasam, sabiex tikseb il-benefiċċji ta' trasport bit-triq awtomatizzat u tikkompeti b'suċċess bl-ispinta enormi ta' sforzi f'postijiet oħra fl-Istati Uniti, iċ-Ċina jew il-Ġappun. Ir-rapporteur jipproponi b'mod partikolari li jiġu indirizzati fil-pront il-kwistjonijiet pendenti fil-protezzjoni tad-data, l-użu tad-data tal-vetturi u r-rotot, u ċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, l-isforzi ta' standardizzazzjoni fuq livell internazzjonali, jiġifieri fil-qafas tal-UNECE u l-Konvenzjoni ta' Vjenna, jeħtieġ li jkunu kkoordinati aktar u jgħinu biex jiżguraw l-interoperabbiltà uniformi tal-vetturi bejn il-fruntieri. Fuq bażi ta' esperjenza dejjem tikber b'karozzi awtomatizzati ta' livell 3, l-isforzi fir-riċerka għandhom jindirizzaw fenomeni ġodda bħall-kompjaċenza tas-sewwieq. B'sistemi ta' intelliġenza artifiċjali li għandhom rwol dejjem jikber, qed isir urġenti wkoll li jiġu żviluppati linji gwida dwar kwistjonijiet etiċi ta' sistemi bħal dawn f'vetturi awtonomi.

Minbarra t-trasport bit-triq, il-potenzjal tal-vetturi awtomatizzati qed isir dejjem aktar evidenti fis-settur tal-loġistika, fit-trasport pubbliku u anki f'modi oħra ta' trasport, jiġifieri bastimenti awtonomi fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u t-trasport marittimu fuq distanzi qosra, drones li jittrasportaw merkanzija (kif ukoll taksis tal-ajru), u sistemi ferrovjarji ħfief awtomatizzati bħal fit-trasport pubbliku urban. Dawn l-oqsma sfortunatament ma ġewx indirizzati mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha.

Fir-rigward tat-trasport bl-ajru, ir-Rapporteur jikkunsidra li regoli ddettaljati għal inġenji tal-ajru awtomatizzati u l-integrazzjoni sikura tagħhom fl-ispazju tal-ajru jeħtieġ li jiġu ppreżentati mingħajr dewmien, filwaqt li jibnu fuq eż. il-pjan ta' azzjoni tal-U-Space ta' Ġunju 2017 u r-Regolament il-ġdid tal-EASA.

Fir-rigward tat-trasport fuq l-ilma, fejn vapur awtonomu jista' jnaqqas l-inċidenti li jirriżultaw minn żbalji umani, il-Kummissjoni għandha tkun proattiva biex tistimula l-adozzjoni ta' vapuri awtonomi u tiżviluppa approċċ komuni għall-awtomatizzazzjoni tan-navigazzjoni fil-baħar intern flimkien ma' standards tekniċi rilevanti.

Fir-rigward tat-trasport bil-ferrovija, ir-Rapporteur jenfasizza l-potenzjal ta' sistemi innovattivi ta' trasport pubbliku awtonomu biex jiġu indirizzati l-isfidi marbuta mal-mobilità urbana u l-konġestjoni u jitlob li jkun hemm miżuri biex jippromwovu u jappoġġjaw proġetti li jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet.

Bil-mobilità futura miexja lejn l-awtomatizzazzjoni, huwa essenzjali li jiġu żviluppati teknoloġiji awtonomi u xjenza ewlenin, permezz ta' inizjattivi li jippromwovu r-riċerka, l-edukazzjoni u t-taħriġ f'dan il-qasam, li pereżempju għandhom jiġu appoġġjati taħt il-programm ta' Orizzont Ewropa. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jikkunsidra li l-effetti fit-tul potenzjali tat-trasport awtonomu/mingħajr sewwieq f'termini tal-implikazzjonijiet soċjali tiegħu jistħoqqilhom aktar sforzi fir-riċerka.

Ir-Rapporteur huwa wkoll konvint li kwalunkwe approċċ politiku tal-UE dwar il-mobilità awtonoma jeħtieġ li jinkludi inizjattivi biex jiġu indirizzati l-bidliet probabbli fix-xejriet tal-impjieg u fid-domanda għal ħiliet ġodda fil-manifattura u l-użu tal-vetturi.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (15.10.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew

(2018/2089(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Arndt Kohn

(*)  Kumitat Assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2018 bit-titlu "Fi triqitna lejn il-mobbiltà awtomatizzata: Strateġija tal-UE għall-mobbiltà tal-futur" (COM(2018)0283); jirrikonoxxi l-potenzjal u l-importanza tagħha għall-mezzi awtonomi kollha, privati u pubbliċi, tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, fuq l-ilma u bl-ajru, kif ukoll l-effetti mifruxa ta' din il-politika fuq bosta setturi u fuq il-mudelli ta' negozju ġodda magħmula possibbli minn mobbiltà awtomatizzata mingħajr sewwieq, li se ġġib magħha benefiċċji għal kumpaniji u konsumaturi bil-għan li l-Ewropa tkun minn ta' quddiem fit-teknoloġiji tal-vetturi; jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-implikazzjonijiet tagħha għall-utenti, inklużi persuni bi bżonnijiet speċjali jew b'diżabbiltajiet u dawk b'vista batuta;

2.  Jenfasizza li strateġija Ewropea kondiviża flimkien ma' qafas regolatorju ċar, sempliċi u innovattiv, huma kruċjali sabiex l-Ewropa titqiegħed fuq quddiem nett fis-suq tal-vetturi mingħajr sewwieq, biex tinżamm il-kompetittività fis-settur privat u biex jitrawmu l-ħolqien tal-impjiegi u l-innovazzjoni; jirrikonoxxi li t-teknoloġiji disponibbli fis-suq illum jippreżentaw vulnerabbiltajiet għall-utenti li jeħtieġ li jiġu indirizzati, u jħeġġeġ lill-industrija tal-karozzi tieħu responsabbiltà għas-sikurezza u s-sigurtà tas-sewwieqa u tal-passiġġieri;

3.  Jirrimarka li, filwaqt li l-użu ta' mobbiltà konnessa u awtomatizzata jista' jikkontribwixxi għas-sikurezza fit-toroq, jgħin fil-ġlieda kontra l-konġestjoni tat-traffiku fit-toroq u biex inaqqas għall-minimu l-imwiet fit-toroq fl-Ewropa sal-2050, kif ukoll jiffavorixxi l-inklużjoni soċjali u l-effiċjenza u l-produttività globali tat-trasport, l-aċċettazzjoni mis-soċjetà se tinkiseb biss jekk il-vetturi awtonomi jkunu jistgħu joffru l-ogħla standards ta' sikurezza u sigurtà;

4.  Jenfasizza li l-leġiżlatur għandu jindirizza u jsolvi l-aspetti etiċi tal-vetturi mingħajr sewwieq qabel ma dawn il-vetturi jkunu jistgħu jiġu aċċettati għal kollox u jkunu disponibbli f'sitwazzjonijiet tat-traffiku; jenfasizza għalhekk li l-vetturi awtomatizzati jeħtieġ li l-ewwel jgħaddu minn valutazzjoni biex dawn l-aspetti etiċi jiġu indirizzati;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika proposta leġiżlattiva dwar l-aċċess għad-data u r-riżorsi fil-vetturi sa tmiem l-2018; jenfasizza li informazzjoni ċara dwar il-karatteristiċi awtomatizzati ta' vettura għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi potenzjali qabel ma jakkwistaw vettura, inkluż tibdil f'dawn il-karatteristiċi li jista' jseħħ matul il-ħajja tal-vettura; jissottolinja li huwa essenzjali li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi ta' kompetizzjoni u aċċess ġust, nondiskriminatorju, dirett, f'ħin reali u newtrali għat-teknoloġija għad-data u r-riżorsi fil-vetturi għal atturi differenti tas-suq, bl-offerta ta' tiswija u manutenzjoni, biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u mhux imxekkla, speċjalment għal SMEs indipendenti, filwaqt li tiġi promossa l-innovazzjoni u jiġu żgurati d-drittijiet u l-kwalità tas-servizz għall-konsumaturi; jissottolinja li kemm il-konsumaturi kif ukoll il-partijiet terzi jeħtieġ li jkollhom drittijiet xierqa u mekkaniżmi ta' rimedju;

6.  Jirrikonoxxi li r-reġistraturi tad-data u l-aċċess għar-reġistratur huma għodda essenzjali biex tiġi ċċarata l-kawża reali tal-avvenimenti li jwasslu għal dannu jew inċident, u li l-vetturi awtonomi huma teknoloġikament kumplessi u jvarjaw b'mod sostanzjali mill-vetturi bil-mutur li hemm fit-toroq illum; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tas-17 ta' Mejju 2018 biex ir-reġistraturi tad-data għall-vetturi awtomatizzati jiġu rregolati bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament dwar is-Sikurezza Ġenerali u d-Direttiva dwar il-Vetturi bil-Mutur, biex il-kwistjoni tar-responsabbiltà għall-vetturi awtomatizzati fil-każ ta' aċċident tkompli tiġi indirizzata; jenfasizza li leġiżlazzjoni komprensiva u ċara li tipprovdi għal qafas ġuridiku dwar ir-responsabbiltà u dwar l-assigurazzjoni għas-sewqan awtonomu hija kruċjali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumatur u għall-prevenzjoni ta' sitwazzjonijiet li fihom partijiet leżi jistgħu potenzjalment iġarrbu riskji li għadhom mhumiex magħrufin fil-preżent;

7.  Jenfasizza l-importanza li l-utenti jkollhom kontroll fuq id-data tagħhom u aċċess għaliha, kemm data personali kif ukoll data ġġenerata fil-vetturi li tiġi prodotta u miġbura minn karozzi konnessi u awtomatizzati; jirrimarka li s-sistemi futuri fil-vetturi għandhom jitfasslu b'mod li jiżgura għażla libera għall-konsumaturi u li jippermetti lill-utenti jagħżlu, minn fost fornituri ta' servizzi li jikkompetu bejniethom, liema fornitur ta' servizzi għandu jkun awtorizzat li jkollu aċċess għad-data tal-vettura tagħhom għal servizz partikolari u jagħmel użu minnha, fir-rispett tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-proprjetà intellettwali; jenfasizza l-importanza li t-trażmissjoni u l-ħżin ta' data bejn il-vetturi, kif ukoll bejn vetturi u infrastruttura konnessa, ikunu protetti b'sett minimu ta' miżuri ta' sigurtà li jinkludu l-kriptaġġ, l-aġġornamenti tas-softwer u mekkaniżmi ta' awtentikazzjoni b'saħħithom, fir-rispett tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-proprjetà intellettwali u l-prinċipju tal-privatezza, biex jiġu pprovduti l-ogħla livelli ta' sigurtà apposta u b'mod awtomatiku; jenfasizza li l-konsumaturi għandhom jiġu offruti l-ogħla livell ta' protezzjoni kontra l-hacking u l-attakki ċibernetiċi;

8.  Jafferma li standards tekniċi adattati minn ditti kummerċjali differenti għandhom ikunu allinjati ma' linji gwida globali, għandhom jiġu mfassla bl-użu ta' approċċ teknoloġikament newtrali u għandhom jiżguraw l-interoperabbiltà; jenfasizza li r-regolamenti li ġejjin tal-UNECE dwar is-sigurtà ċibernetika u dwar l-aġġornamenti tas-softwer li jsiru b'mod remot iridu jsiru punt ta' referenza għal-leġiżlazzjoni Ewropea futura, u li l-Unjoni Ewropea għandha tkun minn ta' quddiem rigward l-iżvilupp ulterjuri ta' standards internazzjonali sabiex tiżgura s-sigurtà tad-data, il-privatezza u d-dispożizzjonijiet dwar ir-responsabbiltà qabel il-mument meta l-vetturi awtonomi jintużaw globalment;

9.  Iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha, inklużi l-manifatturi tal-vetturi, il-fornituri tal-komponenti u s-servizzi tas-softwer u tad-disinn, kif ukoll l-Istati Membri u l-awtoritajiet involuti, biex jikkooperaw fit-trawwim tal-innovazzjoni, jiżguraw investiment f'infrastruttura adatta għal mobbiltà awtomatizzata, kemm fuq l-awtostradi u kemm fit-toroq tal-bliet, u jiffaċilitaw l-ittestjar transfruntier; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-investiment fl-aġġustament tal-infrastruttura tal-lum, fil-bini ta' infrastruttura ġdida u fit-titjib tal-konnettività tat-toroq Ewropej; jirrimarka li jista' jiġi osservat nuqqas ta' fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fis-sewqan awtomatizzat u li jeħtieġ li tiġi implimentata kampanja ta' sensibilizzazzjoni li tqawwi l-fiduċja tagħhom; jitlob li jsir investiment f'riċerka estensiva dwar l-intelliġenza artifiċjali u d-dimensjoni tal-etika tat-trasport awtonomu u konness.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT MITLUB GĦAL OPINJONI

Data adottata

11.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Richard Sulík, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Biljana Borzan, Edward Czesak, Igor Gräzin, Arndt Kohn, Julia Reda, Martin Schirdewan, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen

Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Ramón Jáuregui Atondo, Stanislav Polčák, Flavio Zanonato, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

ECR

EFDD

ENF

PPE

 

S&D

 

Ħodor/AĦE

Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Edward Czesak, Daniel Dalton, Richard Sulík

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

Mylène Troszczynski

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Philippe Juvin, Antonio López‑Istúriz White, Eva Maydell, Stanislav Polčák, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen, Tomáš Zdechovský, Lambert van Nistelrooij

Lucy Anderson, Biljana Borzan, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Flavio Zanonato

Pascal Durand, Julia Reda

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

2

0

ALDE

GUE/NGL

Igor Gräzin

Martin Schirdewan

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (16.10.2018)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew

(2018/2089(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Emil Radev

(*) Kumitat Assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-pass mgħaġġel tal-iżvilupp teknoloġiku, kemm fl-industrija tat-trasport kif ukoll fis-settur tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali, għandu impatt sinifikanti fuq l-ekonomija u s-soċjetà; billi l-vetturi awtonomi ser ibiddlu b'mod sinifikanti l-ħajja ta' kuljum tagħna, jiddeterminaw il-futur tat-trasport bit-triq fid-dinja kollha, inaqqsu l-ispejjeż tat-trasport, itejbu s-sikurezza fit-toroq, iżidu l-mobbiltà u jnaqqsu l-impatti ambjentali. billi s-settur tat-trasport bit-triq jista' jiftaħ il-bieb għal servizzi u modi ġodda ta' trasport, u b'hekk jissodisfa d-domanda dejjem tikber għall-mobbiltà individwali u għat-trasport tal-merkanzija, u jista' anki jgħin fir-revoluzzjoni tal-ippjanar urban;

B.  billi l-introduzzjoni ta' vetturi awtonomi, mistennija fl-2020, se ġġib benefiċċji konsiderevoli, iżda tinvolvi wkoll varjetà ta' riskji ġodda, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza tat-traffiku fit-toroq, ir-responsabbiltà ċivili u l-assigurazzjoni, iċ-ċibersigurtà, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-protezzjoni tad-data u kwistjonijiet ta' aċċess għad-data, l-infrastruttura teknika, l-istandardizzazzjoni u l-impjieg; billi huwa impossibbli li tiġi prevista l-firxa sħiħa tal-impatt fuq terminu twil tal-mobbiltà awtonoma fuq l-impjiegi u fuq l-ambjent; billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi żgurat li l-qafas ġuridiku tal-UE jkun adatt biex iwieġeb b'mod xieraq għal dawk l-isfidi u jżid is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-aċċettazzjoni tal-vetturi awtonomi;

1.  Jinnota li r-regoli ta' responsabbiltà eżistenti, bħad-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (id-Direttiva dwar ir-Responsabilità għall-Prodotti) u d-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta' assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (id-Direttiva dwar l-Assigurazzjoni ta' Vetturi bil-Mutur), ma ġewx żviluppati biex jindirizzaw l-isfidi kkawżati mill-użu ta' vetturi awtonomi, u jisħaq fuq il-punt li hemm evidenza dejjem akbar li l-qafas regolatorju attwali, speċjalment f'dak li jikkonċerna r-responsabbiltà, l-assigurazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni tad-data personali, mhux se jibqa' suffiċjenti jew adegwat quddiem ir-riskji ġodda li jirriżultaw minn żieda fl-awtomatizzazzjoni, il-konnettività u l-kumplessità tal-vetturi;

2.  Huwa tal-opinjoni li, fid-dawl tal-bidliet teknoloġiċi dinamiċi fis-settur, teżisti l-ħtieġa li jiġi ċċarat min għandu jġorr id-dannu fil-każ ta' inċidenti kkawżati minn vetturi għalkollox awtonomi, u meta l-livell ta' awtonomija jkun tali li l-vettura tkun tista' topera jew b'mod għalkollox awtonomu jew misjuqa minn sewwieq irid jiġi stabbilit mingħajr ebda dubju min tkun il-parti responsabbli f'kull xenarju speċifiku; teżisti l-ħtieġa partikolari li jiġi eżaminat jekk il-fehma li proporzjon żgħir ħafna tal-inċidenti s'issa kien attribwibbli għal fatturi tekniċi tiġġustifikax il-qlib tar-responsabbiltà għal fuq il-manifattur li, bħala fattur ta' riskju li huwa indipendenti min-negliġenza, jista' jintrabat sempliċiment mar-riskju kkawżat mit-tqegħid fis-suq ta' vettura awtonoma; jisħaq ukoll li teżisti ħtieġa ulterjuri li jiġi eżaminat jekk obbligi tas-sikurezza tat-triq speċifiċi min-naħa tas-sid tal-vettura u obbligi ta' istruzzjoni applikabbli għas-sewwieq f'kull każ jistgħux jikkumpensaw għal dan il-qlib ta' responsabbiltà b'mod adegwat; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni bir-reqqa, biex tadatta l-qafas ġuridiku attwali tal-UE u tintroduċi, jekk meħtieġ, regoli ġodda li abbażi tagħhom jiġi determinat min hu responsabbli; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta u timmonitorja l-possibbiltà li jiġu introdotti strumenti tal-UE addizzjonali li jżommu l-pass mal-iżviluppi fl-intelliġenza artifiċjali;

3.  Jissottolinja r-riskji li marbuta ma' xejra dejjem akbar ta' traffiku mħallat ta' vetturi tradizzjonali u awtonomi, u li għaldaqstant titlob aktar testijiet fuq il-post sabiex jiġu appoġġati riċerka u żvilupp reżistenti għall-futur min-naħa ta' intrapriżi u korpi pubbliċi u privati, iżda wkoll biex tingħata data konkreta li tgħin biex jiġu adattati kif xieraq ir-regoli tar-responsabbiltà ċivili;

4.  Jissottolinja li soluzzjoni possibbli biex jiġu indirizzati l-lakuni u n-nuqqasijiet eżistenti tista' tkun l-istabbiliment ta' qafas ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà oġġettiva għal ħsara li tirriżulta minn vetturi awtonomi;

5.  Jisħaq fuq il-punt li, skont ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar regoli ta' dritt ċivili dwar ir-robotika(1), mhux se jkun hemm limitazzjoni fuq ir-responsabbiltà fir-rigward tan-natura u l-firxa tad-dannu li jrid jiġi kkumpensat sabiex tiġi ggarantita protezzjoni tal-vittmi adegwata;

6.  Iqis li approċċ fil-livell tal-UE se jinċentivizza l-iżvilupp transfruntier ta' sistemi ta' trasport awtonomi, jippromwovi l-kompetittività tal-industrija awtomobilistika tal-Unjoni Ewropea, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u jevita l-frammentazzjoni fis-suq intern;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ggarantit aċċess ġust għas-suq għall-fornituri tas-servizzi awtomobilistiċi fiż-żona tal-manutenzjoni u t-tiswija tal-vetturi awtonomi; ifakkar li entitajiet ta' dan it-tip, inkluż b'mod partikolari l-manifatturi tal-partijiet u workshops żgħar u ċentri ta' servizz, huma element kompetittiv importanti fis-suq awtomobilistiku u għandhom impatt pożittiv fuq id-disponibbiltà u l-prezzijiet ta' dawn is-servizzi;

8.  Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati emendi għall-ftehimiet internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar it-Traffiku fit-Toroq u għall-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar is-Sinjali tat-Toroq, li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-introduzzjoni ta' vetturi għalkollox awtonomi;

9.  Jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni għar-regolamentazzjoni tal-protezzjoni tal-vetturi mill-attakki ċibernetiċi u biex il-vetturi awtonomi jiġu mogħnija b'reġistraturi tad-data bħala parti mir-rieżami tar-Regolament dwar is-Sigurtà Ġenerali għall-vetturi bil-mutur bil-għan li tiġi ddeterminata l-kawża tal-inċidenti u jiġi ċċarat min għandu jġorr ir-responsabbiltà f'każ ta' inċident; jisħaq fuq il-punt li l-mobbiltà awtonoma tippreżenta sfidi importanti b'rabta mal-protezzjoni tad-data personali u l-privatezza, b'mod partikolari bħala riżultat tal-ħtieġa għall-ġeolokalizzazzjoni u l-monitoraġġ tal-movimenti ta' dawn il-vetturi, u jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika aktar ir-regoli dwar il-protezzjoni u l-kondiviżjoni tad-data miġbura minn dawk il-vetturi, inkluża d-data li indirettament tidentifika l-persuni, u l-aċċess għal tali data, b'rispett sħiħ tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; jinnota li teżisti l-ħtieġa li jiġi eżaminat jekk jiġix garantit u kif jiġi garantit li l-utenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-aċċess għad-data tagħhom f'konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, iżda wkoll għall-fini tad-dritt tagħhom li jiddefendu lilhom infushom meta jkun hemm dubju fuq ir-responsabbiltà tagħhom, u li jikkunsidraw li jintroduċu t-teknoloġija tal-blockchain f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kummissjoni tippermetti wkoll l-interoperabbiltà bejn is-sistemi u l-portabbiltà tad-data sabiex jiġu evitati effetti ta' intrappolament tal-klijentela u tippromwovi l-kompetizzjoni ġusta u l-innovazzjoni u b'hekk tippermetti li l-utenti jagħżlu fost il-fornituri tas-servizzi varji u tiżgura li fornituri tas-servizzi tal-vetturi iżgħar ma jitilfux l-għajxien tagħhom;

10.  Jinnota li mistoqsijiet simili b'rabta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-drittijiet ta' użu korrispondenti se jirriżultaw fir-rigward tal-intelliġenza artifiċjali għall-iskop ta' mobbiltà awtonoma bħal f'oqsma oħra, bħalma huma d-drittijiet ta' proprjetà jew użu għall-kodiċi, id-data u l-invenzjonijiet maħluqa mill-intelliġenza artifiċjali nnifisha; iqis, madankollu, li għandhom jinstabu soluzzjonijiet kemm jista' jkun ġenerali għal dawn il-kwistjonijiet.

11.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li, waqt l-abbozzar tal-qafas leġiżlattiv ġdid dwar ir-regolamentazzjoni tal-mobbiltà awtonoma, jiġi żgurat li jingħeleb kwalunkwe ostakolu għat-tkomplija tal-progress, ir-riċerka u l-innovazzjoni teknoloġiċi.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT MITLUB GĦAL OPINJONI

Data adottata

10.10.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Rosa Estaràs Ferragut, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Geoffroy Didier, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

22

+

ALDE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

ECR

Angel Dzhambazki, Sajjad Karim

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Gilles Lebreton

GUE/NGL

Kostas Chrysogonos

PPE

Geoffroy Didier, Rosa Estaràs Ferragut, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss, Francis Zammit Dimech, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Enrico Gasbarra, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Virginie Rozière, Tiemo Wölken

ĦODOR/AĦE

Max Andersson, Pascal Durand

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 252, 18.7.2018, p. 239.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (7.11/2010)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar is-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew

(2018/2089(INI))

Rapporteur: Hans-Olaf Henkel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Kummissjoni timmira biex sal-2020 tnaqqas bin-nofs l-għadd annwali ta' mwiet fit-toroq tal-UE meta mqabbla mal-2010, f'konformità mal-objettivi ta' Viżjoni Żero; billi l-progress fit-tnaqqis tal-għadd totali ta' mwiet u korrimenti donnu staġna dan l-aħħar, meta jitqies il-fatt li fl-2016 aktar minn 25 000 ruħ tilfu ħajjithom fit-toroq tal-UE filwaqt li 135 000 oħra weġġgħu serjament; billi l-ibliet tagħna qed jiffaċċjaw problemi kbar relatati mal-mobilità li qed jiġu aggravati mit-tniġġis u mit-tibdil fil-klima;

B.  billi s-sistemi avvanzati ta' għajnuna lis-sewwieq bħat-twissija ta' ħruġ mil-karreġġata u l-brejkijiet ta' emerġenza awtomatiċi diġà wrew li jikkontribwixxu għas-sikurezza fit-triq u jnaqqsu l-għadd ta' inċidenti gravi;

C.  billi l-iżvilupp sikur tas-sewqan awtonomu huwa kruċjali biex din it-teknoloġija tiġi aċċettata mis-soċjetà tagħna; billi huwa stmat li l-iżball uman għandu rwol deċiżiv fil-maġġoranza tal-inċidenti bit-triq, u għalhekk vetturi awtomatizzati u awtonomi huma mistennija li jtejbu b'mod sostanzjali s-sikurezza fit-toroq; billi l-ibliet tagħna qed jiffaċċjaw problemi kbar relatati mal-mobilità li qed jiġu aggravati mit-tniġġis u mit-tibdil fil-klima; billi l-vetturi awtonomi jistgħu jippermettu l-mobbiltà lil dawk li ma jistgħux isuqu, jistimulaw l-użu ta' skemi ta' trasport pubbliku u ta' car-sharing, u jottimizzaw l-użu tal-infrastruttura billi jtaffu l-konġestjoni tat-traffiku, peress li l-vetturi awtonomi jeħtieġu inqas parkeġġ urban viċin, filwaqt li jżidu wkoll l-effiċjenza tal-fjuwil u jiffaċilitaw sorsi alternattivi ta' enerġija, u b'hekk jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija tal-2030 u l-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi; billi l-mobbiltà awtomatizzata tista' tikkontribwixxi għat-twettiq tal-ambizzjonijiet tal-UE billi tagħmel l-industrija tagħha aktar b'saħħitha u kompetittiva, toħloq impjiegi u tistimula t-tkabbir ekonomiku;

D.  billi t-trasport ġie elenkat mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tat-23 ta' Novembru 2017 dwar it-tisħiħ tan-netwerks tal-enerġija tal-Ewropa(1) bħala wieħed minn dawk is-setturi li fihom l-elettriku se jkun kruċjali għad-dekarbonizzazzjoni; billi, għalhekk, għandha titrawwem mobbiltà elettrika bbażata fuq sorsi ta' enerġija rinnovabbli filwaqt li jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili, bil-għan li titħaffef it-tranżizzjoni lejn ekonomija b'newtralità f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) sa mhux aktar tard mill-2050;

E.  billi meta jitqiesu l-implikazzjonijiet etiċi tal-użu ta' dawn it-teknoloġiji, jeħtieġ li jiġu żviluppati linji gwida għall-iskjerament tal-intelliġenza artifiċjali, kif ukoll sistemi ta' garanzija biex jindirizzaw b'mod konsistenti l-kwistjonijiet etiċi li jinqalgħu;

F.  billi l-Kummissjoni tistenna li s-suq il-ġdid għall-vetturi awtomatizzati u konnessi jikber b'mod esponenzjali, bi dħul stmat li jaqbeż EUR 620 biljun sal-2025 għall-industrija tal-karozzi tal-UE u EUR 180 biljun għas-settur tal-elettronika tagħha;

G.  billi pajjiżi oħrajn bħall-Istati Uniti, l-Emirati Għarab Magħquda (UAE), iċ-Ċina u l-Ġappun qed jagħmlu progress mgħaġġel fl-iżvilupp tas-sewqan awtonomu u diġà qed jadottaw strateġiji għall-vetturi awtomatizzati u jiġbdu investimenti lejn dan il-qasam; billi l-impatt ekonomiku tal-mobbiltà awtomatizzata fl-UE se jiddependi bil-kbir mill-abbiltà tal-industrija Ewropea li żżomm il-pass mal-kompetituri internazzjonali; billi l-Ewropa tirrappreżenta 23 % tal-produzzjoni globali tal-vetturi bil-mutur, iżda jeħtieġ li tinvesti aktar fl-iżvilupp u l-applikazzjoni ta' sistemi ta' mobbiltà konnessi b'mod sikur u awtomatizzat; billi l-mobbiltà awtomatizzata toffri potenzjal ekonomiku għal ħafna setturi, inklużi n-negozji l-ġodda, l-SMEs u l-industrija, u l-viżjoni tal-UE trid tkun li ssir mexxejja dinjija għal mobbiltà sikura u awtonoma għalkollox;

1.  Jenfasizza li s-sewqan awtonomu se jirrappreżenta bidla paradigmatika ewlenija li se tbiddel b'mod sinifikanti l-mudelli attwali tal-mobbiltà u tas-sjieda tal-vetturi; iqis li, jekk dan isseħħ f'qafas pożittiv, is-sewqan awtonomu jista' jirrappreżenta titjib ewlieni fl-effiċjenza rigward l-użu tal-vetturi, kif ukoll jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-konġestjoni u, konsegwentement, anke għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u ta' sustanzi niġġiesa oħrajn, pereżempju permezz ta' soluzzjonijiet bħal platooning;

2.  Iqis li approċċi leġiżlattivi nazzjonali ineżistenti, inkompleti jew differenti għadhom jostakolaw b'mod essenzjali t-triq lejn l-introduzzjoni fis-suq ta' vetturi awtomatizzati u b'mod partikolari dawk awtonomi; iqis li l-bidliet regolatorji se jkollhom jiġu segwiti, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn ir-regolamenti nazzjonali tat-traffiku, jiġu evitati kunflitti dwar ir-regolamenti dwar il-vetturi fil-livell tal-UE, u jinbena qafas li jibqa' validu għall-futur li jippermetti l-awtomatizzazzjoni transfruntiera; jistieden li l-Istati Membri joffru flessibbiltà suffiċjenti biex jakkomodaw l-innovazzjoni u l-ittestjar meħtieġ;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-natura globali tal-industrija tal-karozzi, biex b'mod urġenti tħaffef in-negozjati fil-livell tan-NU u tippreżenta bidliet regolatorji futuri f'konformità mar-riżultati tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-NU (UNECE) u fil-qafas legali attwali tal-Konvenzjoni ta' Vjenna tal-1968; jistieden lill-Kummissjoni tiddedika attenzjoni partikolari għal standards komuni dwar is-sikurezza tal-vetturi, l-approvazzjoni tat-tip, l-aċċess ġust u ugwali għad-data ġġenerata fil-vettura, u ċ-ċibersigurtà;

4.  Jenfasizza li sabiex jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri tagħna tal-politika tat-trasport, is-sewqan awtonomu għandu jiġi implimentat b'mod li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal sistema ta' trasport sostenibbli li tqis fatturi bħall-ambjent, il-klima, is-sikurezza fit-toroq, il-ħsejjes u l-aċċessibbiltà tajba għal kulħadd;

5.  Jenfasizza l-fatt li ladarba jkunu disponibbli fis-suq, il-vetturi awtomatizzati jkollhom impatt profond fuq id-distribuzzjoni u l-konsum tal-prodotti; iqis għalhekk li hemm bżonn urġenti li jiġi vvalutat dan l-impatt u jiġu żgurati miżuri biex jappoġġjaw lis-setturi u lill-persuni affettwati;

6.  Jinnota li xi vetturi awtonomi kkawżaw għadd limitat ta' inċidenti serji jew fatali; jemmen għalhekk li huwa essenzjali li tali vetturi jkunu dejjem mgħammra b'funzjoni li żżomm l-iffukar fuq il-kontroll tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-infrastruttura attwali u l-età tal-flotta tal-vetturi fl-Istati Membri, u tindirizza l-koeżistenza meħtieġa ta' vetturi konnessi, awtomatizzati u awtonomi ma' vetturi mhux konnessi, xufiera, ċiklisti, motoċiklisti, persuni mexjin fit-triq u kwalunkwe utent ieħor li juża t-triq;

7.  Iqis insuffiċjenti l-proċedura attwali tal-eżenzjonijiet mogħtija mill-UE abbażi ta' valutazzjoni nazzjonali ad hoc peress li tikkostitwixxi riskju eċċessiv għall-investimenti u tqiegħed f'periklu l-introduzzjoni ta' teknoloġiji għall-awtomatizzazzjoni tal-vetturi; jistieden lill-Kummissjoni tniedi l-ħidma fuq leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi awtonomi u awtomatizzati skont ir-riżultati tal-UNECE, b'referenza partikolari għal Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29; jenfasizza li l-proċeduri ta' sorveljanza tas-suq relatati mal-vetturi awtomatizzati tul il-ħajja kollha tagħhom għandhom ikunu kemm jista' jkun standardizzati, trasparenti u verifikabbli, inkluż l-ittestjar transfruntier imwettaq f'toroq miftuħa u f'kundizzjonijiet ta' sewqan reali kif ukoll testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali;

8.  Jiddikjara li trid tiġi ggarantita ċ-ċibersigurtà u li t-trasferimenti kollha tad-data bejn is-sistema mmuntata fil-vettura, is-server ċentrali tal-manifattur, vetturi oħra u l-infrastruttura tat-toroq iridu jkunu protetti minn kxif u manipulazzjoni mhux awtorizzati; ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2018 dwar strateġija Ewropea dwar Sistemi Kooperattivi ta' Trasport Intelliġenti(2), il-Parlament ħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva dwar l-aċċess għad-data u r-riżorsi fil-vettura sal-aħħar tas-sena; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi politika komuni dwar is-sigurtà bbażata fuq sistemi ta' servers backend u standards taċ-ċibersigurtà armonizzati fil-livell Ewropew, filwaqt li tqis in-normi tan-NU/KEE; jappella, f'dan ir-rigward, għal regoli ċari li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi dwar l-aċċess għad-data fil-vetturi, li joffru protezzjoni fir-rigward tal-problemi taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tad-data personali kif ukoll il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta;

9.  Jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm ukoll perspettiva klimatika fir-riċerka u fl-iżvilupp teknoloġiku ta' din l-industrija, b'enfasi speċjali fuq iż-żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li r-responsabbiltà tal-manifatturi u l-operaturi ta' vetturi awtomatizzati u awtonomi jeħtieġ tkun irregolata b'mod ċar, u li kemm l-utenti kif ukoll il-partijiet terzi jeħtieġ ikollhom drittijiet u mekkaniżmi ta' rimedju adegwati; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tirregola r-reġistraturi tad-data għall-vetturi awtomatizzati, u jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta qafas usa' dwar ir-responsabbiltà għad-dannu kkawżat minn inċidenti li jinvolvu vetturi bil-mutur awtonomi u awtomatizzati;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw u jiffaċilitaw l-investimenti meħtieġa, b'mod partikolari fejn jidħlu l-SMEs, għall-iżvilupp ta' teknoloġiji rilevanti, il-ħolqien tal-appoġġ meħtieġ għall-infrastruttura, u t-trawwim ta' aċċettazzjoni pubblika akbar għall-mobbiltà awtomatizzata; jenfasizza li l-infrastrutturi tat-triq se jkollhom rwol ewlieni fl-appoġġ lill-vetturi awtomatizzati; jistieden lill-Istati Membri jinvestu f'sinjali u marki tat-toroq, tagħmir tat-toroq, miżuri ta' sikurezza u mezzi li jgħinu l-komunikazzjoni li jkunu ċari, kif ukoll jirrevedu s-sistemi u r-rapportar tar-regoli tat-traffiku nazzjonali sabiex jappoġġaw approċċi konverġenti madwar l-UE;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jiżguraw użu effiċjenti tat-teknoloġiji satellitari u tal-konnettività Ewropej GALILEO, u biex jiffinalizzaw il-kopertura diġitali tan-netwerk b'veloċità għolja, biex b'hekk jiġu pprovduti garanziji aħjar ta' interoperabbiltà bejn is-servizzi u sigurtà akbar tas-sistemi, peress li l-lakuni fil-kopertura diġitali, speċjalment fir-reġjuni tal-fruntiera, jagħmlu l-operazzjoni transfruntiera ta' vetturi awtomatizzati u konnessi waħda impossibbli;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu lis-sewwieqa attwali u futuri aktar konxji dwar l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet ta' għajnuna lis-sewwieqa permezz ta' kampanji ta' informazzjoni u taħriġ tas-sewwieqa li jikkomplementaw l-lezzjonijiet standard tas-sewqan b'istruzzjoni speċifika fil-funzjonalità u l-limitazzjonijiet tat-teknoloġiji l-ġodda, inklużi r-regoli tal-kunsens infurmat fir-rigward ta' kondiviżjoni tad-data li tiġi ġġenerata mill-vettura, u dwar is-"sewqan ekoloġiku", kif ukoll jiġi mħeġġeġ l-użu ta' vetturi elettriċi b'sistemi ta' ċċarġjar bl-enerġija rinnovabbli;

14.  Jistieden lill-atturi rilevanti kollha, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet juru tmexxija kollaborattiva u jikkoordinaw u jikkooperaw sabiex jippromwovu l-innovazzjoni, jissalvagwardjaw l-investimenti fl-infrastrutturi ta' mobbiltà awtomatizzata, u jiffaċilitaw l-ittestjar transfruntier; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni jużaw l-opportunitajiet offruti mill-politika reġjonali tal-UE u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej biex jikkofinanzjaw investimenti fir-riċerka, fl-innovazzjoni u fl-implimentazzjoni tas-sewqan awtonomu fit-trasport Ewropew; jilqa' l-appoġġ finanzjarju mill-programm qafas tal-UE Orizzont 2020 għar-riċerka u l-innovazzjoni allokat għall-vetturi awtomatizzati, u jenfasizza l-ħtieġa għar-riċerka dwar l-intelliġenza artifiċjali bil-għan li s-sistemi awtonomi futuri jkunu jaħdmu b'inqas xkiel u aktar effiċjenti; jitlob lill-Kummissjoni tespandi aktar il-programmi ta' riċerka u innovazzjoni dwar il-vetturi awtomatizzati, fi ħdan il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u Orizzont Ewropa 2021-2027 u f'konformità mal-prinċipju Xjenza Miftuħa;

15.  Jistieden lill-Istati Membri joħolqu osservaturi nazzjonali sabiex jimmonitorjaw il-mobbiltà awtomatizzata u l-iżviluppi relatati, jinkoraġġixxu d-dibattitu bejn il-partijiet ikkonċernati, jgħinu jifformulaw strateġiji nazzjonali li jkunu konformi mal-istrateġija tal-Unjoni, jappoġġaw id-dibattitu internazzjonali, u jżidu s-sensibilizzazzjoni kemm dwar l-opportunitajiet kif ukoll dwar ir-riskji tas-sistemi ta' sewqan awtomatizzat; jistieden ukoll lill-Istati Membri jiġbru u janalizzaw id-data permezz ta' pjattaformi adatti għall-monitoraġġ kontinwu u effettiv tal-inċidenti li jinvolvu vetturi awtomatizzati jew semiawtomatizzati;

16.  Jenfasizza li l-użu ta' teknoloġiji tal-mobbiltà konnessa u awtomatizzata fit-traffiku bit-triq kummerċjali jħalli effetti strutturali fuq is-suq tax-xogħol, b'mod partikolari fis-settur tat-trasport; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw b'mod attiv id-djalogu ma' u fost il-partijiet ikkonċernati, inklużi s-sħab soċjali, dwar kif trid tiġi mmaniġġjata u mmitigata din il-bidla strutturali; jemmen li huwa essenzjali li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għall-ħaddiema potenzjali li xogħolhom jista' jinbidel jew jisparixxi minħabba l-awtomatizzazzjoni, li toffrilhom kull opportunità, eż. permezz ta' inizjattivi ta' taħriġ u titjib tal-kompetenzi, biex jiksbu l-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex isiru midħla sew tat-teknoloġija l-ġdida, kif ukoll li huma jingħataw appoġġ tul it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol;

17.  Jirrikonoxxi li t-trasport awtonomu jkopri l-forom kollha ta' mezzi tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru, bil-baħar u bil-passaġġi fuq l-ilma interni bi bdot, awtomatizzati u awtonomi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwessgħu l-politiki tagħhom dwar is-sewqan awtonomu b'tali mod li jinkludu wkoll it-trasport kollettiv, kif ukoll li jespandu l-viżjoni tagħhom lejn il-modi kollha ta' trasport.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT MITLUB GĦAL OPINJONI

Data adottata

5.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zigmantas Balčytis, Bendt Bendtsen, José Blanco López, Jonathan Bullock, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Ashley Fox, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Tilly Metz, Dan Nica, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Massimiliano Salini, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Mario Borghezio, Rosa D’Amato, Jens Geier, Benedek Jávor, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Rupert Matthews, Gesine Meissner, Clare Moody, Markus Pieper, Sofia Sakorafa, Giancarlo Scottà, Davor Škrlec, Pavel Telička

Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Ulrike Rodust

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

46

+

ALDE

Gesine Meissner, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

ECR

Amjad Bashir, Ashley Fox, Rupert Matthews, Evžen Tošenovský

EFDD

Rosa D’Amato, Dario Tamburrano

ENF

Mario Borghezio, Giancarlo Scottà

PPE

Bendt Bendtsen, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Pilar del Castillo Vera, Michael Gahler, Seán Kelly, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Massimiliano Salini, Vladimir Urutchev, Anna Záborská

S&D

Zigmantas Balčytis, José Blanco López, Jens Geier, Theresa Griffin, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Clare Moody, Dan Nica, Miroslav Poche, Ulrike Rodust, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Tilly Metz, Davor Škrlec

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

4

0

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

COM(2017)0718

(2)

Testi adottati, P8_TA(2018)0063.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data adottata

22.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Jacqueline Foster, Innocenzo Leontini, Peter Lundgren, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Massimiliano Salini, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Michael Gahler, Franck Proust, Anders Sellström, Henna Virkkunen

Sostituti skont l-Artikolu 200(2) preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Moody, Flavio Zanonato


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Gesine Meissner, Pavel Telička

ECR

Mark Demesmaeker, Roberts Zīle

EFDD

Daniela Aiuto

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Michael Gahler, Innocenzo Leontini, Marian‑Jean Marinescu, Markus Pieper, Franck Proust, Massimiliano Salini, Anders Sellström, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Clare Moody, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy, István Ujhelyi, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

ĦODOR/AĦE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

3

-

ECR

Jacqueline Foster, Peter Lundgren

ENF

Marie‑Christine Arnautu

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Jannar 2019Avviż legali