Proċedura : 2018/0072(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0426/2018

Testi mressqa :

A8-0426/2018

Dibattiti :

PV 12/12/2018 - 18
CRE 12/12/2018 - 18

Votazzjonijiet :

PV 13/12/2018 - 9.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0524

RAPPORT     *
PDF 748kWORD 95k
5.12.2018
PE 627.747v02-00 A8-0426/2018

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti

(COM(2018)0147 – C8-0138/2018 – 2018/0072(CNS))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Dariusz Rosati

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti

(COM(2018)0147 – C8-0138/2018 – 2018/0072(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0147),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0138/2018),

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, il-Parlament Irlandiż, il-Parlament Malti u t-Tieni Kamra tan-Netherlands, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0426/2018),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  It-trasformazzjoni rapida tal-ekonomija globali bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni qiegħda twassal pressjonijiet ġodda fuq is-sistemi tat-taxxa korporattiva kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell internazzjonali, u qiegħda tpoġġi f'dubju l-kapaċità li jiġi stabbilit fejn jenħtieġ li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom u kemm jenħtieġ li jħallsu. Għalkemm huwa rikonoxxut fil-livell internazzjonali, minn korpi bħall-G20, li jeħtieġ li r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jiġu adattati għall-ekonomija diġitali, x'aktarx li tkun għadma iebsa li jintlaħaq qbil fil-livell globali.

(1)  It-trasformazzjoni rapida tal-ekonomija globali bħala riżultat tad-diġitalizzazzjoni qiegħda twassal pressjonijiet ġodda fuq is-sistemi tat-taxxa korporattiva kemm fil-livell tal-Unjoni u kemm fil-livell internazzjonali, u qiegħda tpoġġi f'dubju l-kapaċità li jiġi stabbilit fejn jenħtieġ li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom u kemm jenħtieġ li jħallsu. Għalkemm huwa rikonoxxut fil-livell internazzjonali, minn korpi bħall-G20, li jeħtieġ li r-regoli dwar it-taxxa korporattiva jiġu adattati għall-ekonomija diġitali, x'aktarx li tkun għadma iebsa li jintlaħaq qbil fil-livell globali u li dan mhux se jseħħ fil-futur qarib.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fl-era diġitali, issa li d-data saret riżorsa ekonomika ġdida flimkien mar-riżorsi tax-xogħol u tradizzjonali tal-imgħoddi, u peress li ħafna drabi l-kumpaniji multinazzjonali li jiddependu ħafna fuq attivitajiet diġitali jagħmlu arranġamenti fiskali li jippermettulhom jevitaw jew jevadu t-taxxi, jeħtieġ li jiġi żviluppat approċċ ġdid sabiex ikun hemm sistema ġusta u sostenibbli tat-tassazzjoni diġitali, li tiżgura li l-kumpaniji diġitali jħallsu t-taxxi tagħhom fejn isseħħ l-attività ekonomika reali tagħhom.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  F'Ottubru 2015, ir-rapport tal-OECD dwar l-Azzjoni 1 tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) "Addressing the Tax Challenges of the Digital Economy" (Nindirizzaw l-Isfidi tat-Taxxa tal-Ekonomija Diġitali) stabbilixxa diversi approċċi differenti għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali li ġew eżaminati b'mod ulterjuri fir-rapport tal-OECD "Tax challenges Arising from Digitalisation – Interim Report 2018" (L-Isfidi tat-Taxxa li Ġejjin mid-Diġitalizzazzjoni – Rapport Interim tal-2018). Kulma jmur qiegħda tikber il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet li jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva tal-kumpaniji diġitali hekk kif qiegħda taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija.

(2)  F'Ottubru 2015, ir-rapport tal-OECD dwar l-Azzjoni 1 tal-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS) "Addressing the Tax Challenges of the Digital Economy" (Nindirizzaw l-Isfidi tat-Taxxa tal-Ekonomija Diġitali) stabbilixxa diversi approċċi differenti għall-intaxxar tal-ekonomija diġitali li ġew eżaminati b'mod ulterjuri fir-rapport tal-OECD "Tax challenges Arising from Digitalisation – Interim Report 2018" (L-Isfidi tat-Taxxa li Ġejjin mid-Diġitalizzazzjoni – Rapport Interim tal-2018). Kulma jmur qiegħda tikber il-ħtieġa urġenti li jinstabu soluzzjonijiet li jiżguraw tassazzjoni ġusta u effettiva tal-kumpaniji diġitali hekk kif qiegħda taċċellera t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija. Madankollu, sal-lum il-ħidma tal-OECD dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali għadha ma rriżultatx fi progress suffiċjenti, li juri l-ħtieġa li l-Unjoni tavvanza dwar din il-kwistjoni fil-livell tal-Unjoni. Minkejja d-diffikultajiet biex jintlaħaq ftehim globali u l-azzjoni meħuda mill-Unjoni fir-rigward ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li tali ftehim jibqa' jiġi segwit bi sforz kbir. Madankollu, fin-nuqqas ta' approċċ komuni tal-Unjoni, l-Istati Membri se jadottaw soluzzjonijiet unilaterali, li se jwasslu għal inċertezza regolatorja u li se jkun diffiċli għall-kumpaniji li joperaw b'mod transfruntier u għall-awtoritajiet tat-taxxa. Kif mitlub fil-Kumitat ta' Inkjesta tal-Parlament Ewropew dwar il-Ħasil tal-Flus, l-Evitar tat-Taxxa u l-Evażjoni tat-Taxxa (PANA) u fil-Kumitat Speċjali tiegħu dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili (TAXE2), jenħtieġ li jitwaqqaf korp tat-taxxa tan-NU li jingħata s-setgħa biex iservi bħala l-forum għal dibattiti u diskussjonijiet dwar ftehimiet globali u kwistjonijiet oħra relatati mas-sistema internazzjonali tat-taxxa.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Il-Parlament Ewropew, fir-rapporti finali tiegħu tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-Ħasil tal-Flus, l-Evitar tat-Taxxa u l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Kumitati Speċjali dwar id-Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa u Miżuri Oħra ta' Natura jew Effett Simili, wasal għall-konklużjoni li hemm ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi tat-taxxa marbutin mal-ekonomija diġitali.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 enfasizzaw il-ħtieġa għal sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni adegwata għall-era diġitali u stennew b'interess proposti xierqa mill-Kummissjoni sa kmieni fl-201815. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tal-5 ta' Diċembru 2017 enfasizzaw li definizzjoni li tkun aċċettata globalment għal stabbiliment permanenti u għar-regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni ta' profitti marbuta miegħu għandha tibqa' ċentrali meta jiġu indirizzati l-isfidi ta' tassazzjoni fuq il-profitti tal-ekonomija diġitali, u ħeġġew kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE, l-OECD u sħab oħra internazzjonali fir-reazzjoni għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali16. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinkludu regoli fis-sistemi tagħhom tat-taxxa korporattiva nazzjonali fuq l-introjtu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tal-intaxxar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati d-diversi taxxi korporattivi applikabbli fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jestendu d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u jistabbilixxu rabta taxxabbli għal preżenza diġitali sinifikanti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali għall-allokazzjoni tal-profitti taxxabbli għal dik il-preżenza diġitali. Fil-prinċipju, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw għall-kontribwenti korporattivi kollha irrispettivament minn fejn ikunu residenti għat-taxxa, kemm fl-Unjoni jew xi mkien ieħor.

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2017 enfasizzaw il-ħtieġa għal sistema effettiva u ġusta ta' tassazzjoni adegwata għall-era diġitali u esprimew stennija b'interess li l-Kummissjoni toħroġ bi proposti xierqa sa kmieni fl-201815. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tal-5 ta' Diċembru 2017 enfasizzaw li definizzjoni li tkun aċċettata globalment għal stabbiliment permanenti u għar-regoli tal-ipprezzar ta' trasferiment u l-attribuzzjoni ta' profitti marbuta miegħu jenħtieġ li tibqa' ċentrali meta jiġu indirizzati l-isfidi ta' tassazzjoni fuq il-profitti tal-ekonomija diġitali, u ħeġġew kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE, l-OECD u sħab oħra internazzjonali fir-reazzjoni għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali16.F'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jinkludu regoli fis-sistemi tagħhom tat-taxxa korporattiva nazzjonali fuq l-introjtu sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tal-intaxxar tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu ċċarati d-diversi taxxi korporattivi applikabbli fl-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-regoli jestendu d-definizzjoni ta' stabbiliment permanenti u jistabbilixxu rabta taxxabbli għal preżenza diġitali sinifikanti fil-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti prinċipji ġenerali għall-allokazzjoni tal-profitti taxxabbli għal dik il-preżenza diġitali. Fil-prinċipju, jenħtieġ li dawk ir-regoli japplikaw għall-kontribwenti korporattivi kollha irrispettivament mid-daqs jew minn fejn ikunu residenti għat-taxxa, kemm fl-Unjoni jew xi mkien ieħor. Barra minn hekk, ir-regoli komuni stabbiliti f'din id-Direttiva jitolbu armonizzazzjoni usa' tal-bażi tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni għall-korporazzjonijiet kollha. Huwa għalhekk li din id-Direttiva jenħtieġ li ma xxekkilx jew iddewwem xogħlijiet dwar il-Proposta għal Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva.

_________________

_________________

15 Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (id-19 ta' Ottubru 2017) – (dok. EUCO 14/17).

15 Il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew (id-19 ta' Ottubru 2017) – (dok. EUCO 14/17).

16 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (il-5 ta' Diċembru 2017) – Nirreaġixxu għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (FISC 346 ECOFIN 1092).

16 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill (il-5 ta' Diċembru 2017) – Nirreaġixxu għall-isfidi tat-tassazzjoni tal-profitti tal-ekonomija diġitali (FISC 346 ECOFIN 1092).

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Madankollu, jenħtieġ li r-regoli ma japplikawx għal entitajiet li jkunu residenti għat-taxxa f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha Konvenzjoni kontra t-Tassazzjoni Doppja fis-seħħ mal-Istat Membru li fih ikun hemm preżenza diġitali sinifikanti, sakemm dik il-Konvenzjoni ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili għal dawk li nħolqu b'din id-Direttiva, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. Dan sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt mal-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, peress li ġeneralment dawn mhumiex marbuta bid-dritt tal-Unjoni.

(5)  Madankollu, jenħtieġ li r-regoli ma japplikawx għal entitajiet li jkunu residenti għat-taxxa f'ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni li jkollha Konvenzjoni kontra t-Tassazzjoni Doppja fis-seħħ mal-Istat Membru li fih ikun hemm preżenza diġitali sinifikanti, sakemm dik il-Konvenzjoni ma tinkludix dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili għal dawk li nħolqu b'din id-Direttiva, fir-rigward tal-ġurisdizzjoni mhux tal-Unjoni. Dan sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt mal-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja ma' ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni, peress li ġeneralment dawn mhumiex marbuta bid-dritt tal-Unjoni. Minkejja dan, sabiex id-dispożizzjonijiet li jinsabu f'dan it-test ikunu effettivi bis-sħiħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġew jadattaw, fejn ikun meħtieġ, il-Konvenzjonijiet kontra t-Tassazzjoni Doppja li attwalment għandhom fis-seħħ sabiex jinkludu dispożizzjonijiet dwar preżenza diġitali sinifikanti li joħolqu drittijiet u obbligi simili b'rabta mal-ġurisdizzjonijiet mhux tal-Unjoni kif stabbilit b'din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' tressaq proposta biex tistabbilixxi mudell tal-Unjoni ta' emenda ta' trattat tat-taxxa li jintuża biex jiġu adattati l-eluf ta' trattati bilaterali konklużi minn kull wieħed mill-Istati Membri.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Sabiex ikun hemm definizzjoni soda ta' rabta taxxabbli ta' negozju diġitali fi Stat Membru, jeħtieġ li din id-definizzjoni tkun ibbażata fuq id-dħul mill-provvista ta' servizzi diġitali, fuq in-numru ta' utenti jew fuq in-numru ta' kuntratti ta' negozju għal servizzi diġitali. Jenħtieġ li l-livelli limitu applikabbli jirriflettu s-sinifikat tal-preżenza diġitali għal tipi differenti ta' mudelli ta' negozju u jakkomodaw il-gradi differenti ta' kontribut għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżguraw trattament kompatibbli fi Stati Membri differenti, ikun xi jkun id-daqs tagħhom, u jenħtieġ li jħallu barra l-każijiet trivjali. Jenħtieġ li l-bejgħ ta' oġġetti jew ta' servizzi li jiġi ffaċilitat bl-użu tal-internet jew ta' netwerk elettroniku ma jitqiesx bħala servizz diġitali skont it-tifsira ta' din id-Direttiva.

(6)  Sabiex ikun hemm definizzjoni soda ta' rabta taxxabbli ta' negozju diġitali fi Stat Membru, jeħtieġ li din id-definizzjoni tkun ibbażata fuq id-dħul mill-provvista ta' servizzi diġitali, fuq in-numru ta' utenti jew fuq in-numru ta' kuntratti ta' negozju għal servizzi diġitali. Jenħtieġ li l-livelli limitu applikabbli jirriflettu s-sinifikat tal-preżenza diġitali għal tipi differenti ta' mudelli ta' negozju u jakkomodaw il-gradi differenti ta' kontribut għall-proċess tal-ħolqien tal-valur. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżguraw trattament kompatibbli fi Stati Membri differenti, ikun xi jkun id-daqs tagħhom, u jenħtieġ li jħallu barra l-każijiet trivjali.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Sabiex il-preżenza diġitali sinifikanti ta' impriża tkun tista' tiġi intaxxata f'ġurisdizzjoni oħra skont il-liġi domestika ta' dik il-ġurisdizzjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji tal-attribuzzjoni tal-profitti lil dik il-preżenza diġitali sinifikanti. Jenħtieġ li r-regoli jkunu mibnija fuq il-prinċipji attwali għall-attribuzzjoni tal-profitti u jkunu bbażati fuq analiżi funzjonali tal-funzjonijiet imwettqa, tal-assi użati u tar-riskji meħuda minn preżenza diġitali sinifikanti fit-twettiq tal-attivitajiet sinifikanti ekonomikament tagħha permezz ta' interfaċċa diġitali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-fatt li parti sinifikanti mill-valur ta' negozju diġitali jinħoloq fejn ikunu bbażati l-utenti u fejn tinġabar u tiġi pproċessata d-dejta marbuta mal-utenti, kif ukoll fejn jiġu pprovduti s-servizzi diġitali. Peress li l-attivitajiet sinifikanti ekonomikament li jitwettqu minn preżenza diġitali sinifikanti jikkontribwixxu b'mod uniku għall-ħolqien tal-valur fil-mudelli ta' negozju diġitali, jenħtieġ li l-metodu tat-tqassim tal-profitti jintuża normalment biex wieħed jasal għal allokazzjoni ġusta tal-profitti lill-preżenza diġitali sinifikanti. Madankollu, jenħtieġ li dan ma jipprevjenix li kontribwent ikun jista' juża metodu alternattiv skont il-prinċipji aċċettati fil-livell internazzjonali jekk dan jista' juri bil-provi li, abbażi tal-eżitu tal-analiżi funzjonali, ikun iktar xieraq li jintuża metodu alternattiv skont il-prinċipji aċċettati fil-livell internazzjonali. Huwa essenzjali wkoll li l-fatturi tat-tqassim tal-profitti jkollhom korrelazzjoni qawwija mal-ħolqien tal-valur.

(7)  Sabiex il-preżenza diġitali sinifikanti ta' impriża tkun tista' tiġi intaxxata f'ġurisdizzjoni oħra skont il-liġi domestika ta' dik il-ġurisdizzjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-prinċipji tal-attribuzzjoni tal-profitti lil dik il-preżenza diġitali sinifikanti. Jenħtieġ li r-regoli jkunu mibnija fuq il-prinċipji attwali għall-attribuzzjoni tal-profitti u jkunu bbażati fuq analiżi funzjonali tal-funzjonijiet imwettqa, tal-assi użati u tar-riskji meħuda minn preżenza diġitali sinifikanti fit-twettiq tal-attivitajiet sinifikanti ekonomikament tagħha permezz ta' interfaċċa diġitali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-fatt li parti sinifikanti mill-valur ta' negozju diġitali jinħoloq fejn ikunu bbażati l-utenti u fejn tinġabar u tiġi pproċessata d-data marbuta mal-utenti, kif ukoll fejn jiġu pprovduti s-servizzi diġitali. Peress li l-attivitajiet sinifikanti ekonomikament li jitwettqu minn preżenza diġitali sinifikanti jikkontribwixxu b'mod uniku għall-ħolqien tal-valur fil-mudelli ta' negozju diġitali, biex wieħed jasal għal allokazzjoni ġusta tal-profitti, jenħtieġ li, għall-preżenza diġitali sinifikanti jintuża normalment il-metodu tat-tqassim tal-profitti.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern kollu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitalizzata. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti permezz tal-azzjoni individwali tal-Istati Membri peress li n-negozji diġitali kapaċi jkunu transfruntiera fl-operat tagħhom mingħajr ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika f'ġurisdizzjoni, u għalhekk huma meħtieġa regoli biex jiġi żgurat li jħallsu t-taxxi fil-ġurisdizzjonijiet fejn jagħmlu l-profitti. Minħabba din id-dimensjoni transfruntiera, inizjattiva fil-livell tal-Unjoni żżid il-valur meta mqabbla ma' dak li jistgħu jiksbu għadd kbir ta' miżuri nazzjonali. Hija meħtieġa inizjattiva komuni fis-suq intern kollu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni diretta u armonizzata tar-regoli dwar preżenza diġitali sinifikanti fl-Unjoni. Approċċi unilaterali u diverġenti minn kull Stat Membru jistgħu ma jkunux effettivi u jifframmentaw is-Suq Uniku billi joħolqu kunflitti fil-politika nazzjonali, distorsjonijiet u ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni. Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(8)  Għan ewlieni ta' din id-Direttiva huwa t-titjib tar-reżiljenza tas-suq intern kollu sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitalizzata, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tan-newtralità tat-taxxa iżda wkoll il-moviment liberu tas-servizzi fis-Suq Uniku Ewropew u mingħajr ma ssir diskriminazzjoni bejn il-kumpaniji tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti permezz tal-azzjoni individwali tal-Istati Membri peress li n-negozji diġitali kapaċi jkunu transfruntiera fl-operat tagħhom mingħajr ma jkollhom l-ebda preżenza fiżika jew ikollhom biss preżenza fiżika żgħira f'ġurisdizzjoni, u għalhekk huma meħtieġa regoli biex jiġi żgurat li dawn iħallsu t-taxxi fil-ġurisdizzjonijiet fejn jagħmlu l-profitti. Minħabba din id-dimensjoni transfruntiera, inizjattiva fil-livell tal-Unjoni żżid il-valur meta mqabbla ma' dak li jistgħu jiksbu għadd kbir ta' miżuri nazzjonali. Hija meħtieġa inizjattiva komuni fis-suq intern kollu biex tiġi żgurata l-applikazzjoni diretta u armonizzata tar-regoli dwar preżenza diġitali sinifikanti fl-Unjoni. Approċċi unilaterali u diverġenti minn kull Stat Membru jistgħu ma jkunux effettivi u jifframmentaw is-Suq Uniku billi joħolqu kunflitti fil-politika nazzjonali, distorsjonijiet u ostakli tat-taxxa għan-negozji fl-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika sabiex jiġi żgurat li l-approċċ tal-Unjoni jkun ġust u mhux diskriminatorju kontra xi Stat Membru partikolari. Peress li l-għanijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. Filwaqt li l-politika tat-tassazzjoni hija kompetenza nazzjonali, l-Artikolu 115 tat-TFUE jistabbilixxi b'mod ċar li l-Kunsill jenħtieġ li, waqt li jaġixxi unanimament skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta' dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi rigward it-taxxa tal-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq intern. Din id-Direttiva ma timplikax armonizzazzjoni ta' rati tat-taxxa korporattiva fl-Unjoni, u għalhekk, ma tirrestrinġix il-kapaċità tal-Istati Membri li jiffissaw ir-rati tat-taxxa korporattiva applikabbli għad-dħul tas-servizzi diġitali fuq it-territorju tagħhom stess.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Sabiex titwaqqaf bażi ta' taxxa koerenti u konsistenti għall-korporazzjonijiet kollha, il-kunċett ta' preżenza diġitali sinifikanti u s-soluzzjonijiet ippreżentati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jsiru wkoll parti integrali tad-Direttivi tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva u dwar Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-dejta personali li jitwettaq fil-kuntest ta' din id-Direttiva, jitwettaq b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, inklużi l-obbligi li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti b'dak ir-Regolament, b'mod partikolari dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, mal-għoti ta' informazzjoni u mad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, kif ukoll tal-protezzjoni tad-dejta mid-disinn u b'mod awtomatiku. Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-dejta personali ssir anonima.

(9)  Jenħtieġ li kwalunkwe pproċessar tad-data personali li jitwettaq fil-kuntest ta' din id-Direttiva, jitwettaq b'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, inklużi l-obbligi li jiġu pprovduti miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa għall-konformità mal-obbligi imposti b'dak ir-Regolament, b'mod partikolari dawk marbuta mal-legalità tal-ipproċessar, mas-sigurtà tal-attivitajiet tal-ipproċessar, mal-għoti ta' informazzjoni u mad-drittijiet tas-suġġetti tad-data, kif ukoll tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipji tan-neċessità u tal-proporzjonalità Kull meta jkun possibbli, jenħtieġ li d-data personali ssir anonima. Id-data li tista' tinġabar mill-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jenħtieġ li tiġi limitata b'mod strett għal data li tindika l-Istat Membru li fih jinsabu l-utenti, mingħajr ma tkun tista' ssir identifikazzjoni tal-utent.

__________________

__________________

17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

17 Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni. Jenħtieġ li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv, il-Kumitat DigiTax, sabiex jeżamina kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva.

(10)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sa... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha, b'mod partikolari dwar il-piż amministrattiv u l-ispejjeż addizzjonali għall-kumpaniji u speċjalment l-SMEs, l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva fuq id-dħul tal-Istati Membri, l-impatt fuq id-data personali tal-utenti u l-impatt fuq is-Suq Uniku kollu kemm hu, b'mod partikolari fir-rigward tad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-rieżami jenħtieġ li jeżamina wkoll jekk jenħtiġx li jinbidlu t-tipi ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva jew id-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti . Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni. Jenħtieġ li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv, il-Kumitat DigiTax, sabiex jeżamina kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva. Dak il-kumitat jenħtieġ li jippubblika l-aġendi tiegħu u, qabel l-għażla tagħhom, jenħtieġ li jkun żgurat li l-membri ta' dak il-kumitat ma jkollhom l-ebda kunflitt ta' interess. Jenħtieġ li jiġi mistieden osservatur tal-Parlament Ewropew biex jattendi l-laqgħat tiegħu.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Minħabba l-ispejjeż aministrattivi għal preżenza diġitali sinifikanti, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) ma jaqgħux b'mod mhux intenzjonat fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala parti mill-proċess ta' rieżami, teżamina sa fejn din id-Direttiva taffettwa ħażin lill-SMEs.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Peress li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-direttiva huma maħsuba biex jipprovdu soluzzjoni permanenti u komprensiva għall-kwistjoni ta' tassazzjoni diġitali, is-soluzzjoni interim ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali kif previst fid-Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali ma għandhiex tibqa' tapplika awtomatikament ladarba d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva jsiru applikabbli.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet irrispettivament minn fejn ikunu residenti għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, kemm fi Stat Membru u kemm jekk f'pajjiż terz.

Din id-Direttiva tapplika għall-entitajiet irrispettivament mid-daqs tagħhom u minn fejn ikunu residenti għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, kemm fi Stat Membru u kemm jekk f'pajjiż terz.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-bejgħ ta' oġġetti jew servizzi li huma kkuntrattati online permezz ta' interfaċċi diġitali (pjattaformi ta' "kummerċ-e");

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi diġitali ma għandhomx jinkludu s-servizzi elenkati fl-Anness III jew il-bejgħ ta' oġġetti jew ta' servizzi oħra li jiġi ffaċilitat permezz tal-internet jew permezz ta' netwerk elettroniku.

Is-servizzi diġitali ma għandhomx jinkludu s-servizzi elenkati fl-Anness III.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-volum tad-data fil-forma ta' kontenut diġitali miġbur mill-kontribwent f'sena taxxabbli jaqbeż l-10 % tal-kontenut diġitali totali maħżun tal-grupp.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istat Membru fejn jintuża apparat ta' utent għandu jkun stabbilit b'referenza għall-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) tal-apparat jew, jekk b'mod aktar preċiż, b'referenza għal kwalunkwe metodu ieħor ta' ġeolokalizzazzjoni.

6.  L-Istat Membru fejn jintuża apparat ta' utent għandu jkun stabbilit b'referenza għall-indirizz tal-Protokoll tal-Internet (IP) tal-apparat jew, jekk b'mod aktar preċiż, b'referenza għal kwalunkwe metodu ieħor ta' ġeolokalizzazzjoni, mingħajr ma tkun tista' ssir identifikazzjoni tal-utent, skont ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 dwar il-protezzjoni tad-data. L-awtorità tat-taxxa tal-Istati Membri għandha tiġi informata dwar il-metodu użat biex jiġi ddeterminat il-post tal-utenti.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Billi l-istipular tar-rati tat-taxxa korporattiva huwa deċiżjoni sovrana tal-Istati Membri, kull wieħed minnhom iżomm id-dritt li jiffissa r-rata tat-taxxa korporattiva li tkun applikabbli għad-dħul mis-servizzi diġitali fit-territorju tiegħu stess.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Kontribwent għandu jintalab jiżvela lill-awtoritajiet tat-taxxa l-informazzjoni kollha rilevanti għad-determinazzjoni tal-preżenza diġitali sinifikanti skont dan l-Artikolu.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-profitti attribwibbli lill-preżenza diġitali sinifikanti jew fir-rigward tagħha għandhom ikunu dawk li dik il-preżenza diġitali kienet taqla' li kieku kienet impriża separata u indipendenti li twettaq l-istess attivitajiet jew attivitajiet simili bl-istess kundizzjonijiet jew b'kundizzjonijiet simili, b'mod partikolari fl-attivitajiet tagħha ma' partijiet oħra tal-impriża, filwaqt li jitqiesu l-funzjonijiet imwettqa, l-assi użati u r-riskji meħuda, permezz ta' interfaċċa diġitali.

2.  Il-profitti attribwibbli għall-preżenza diġitali sinifikanti jew fir-rigward tagħha għandhom ikunu proporzjonati għar-realtà ekonomika tal-attività kummerċjali fl-Istat Membru korrispondenti.

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi, it-twassil u l-bejgħ tad-dejta fil-livell tal-utenti;

(a)  il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi, l-isfruttament, it-trażmissjoni, it-twassil u l-bejgħ tad-data fil-livell tal-utenti;

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta jistabbilixxu l-profitti attribwibbli skont il-paragrafi 1 sa 4, il-kontribwenti għandhom jużaw il-metodu tat-tqassim tal-profitti sakemm il-kontribwent ma jurix bil-provi li, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-analiżi funzjonali, metodu alternattiv ibbażat fuq prinċipji aċċettati fil-livell internazzjonali jkun iktar xieraq. Il-fatturi tat-tqassim jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrba għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll in-numru ta' utenti u d-dejta miġbura għal kull Stat Membru.

6.  Meta jistabbilixxu l-profitti attribwibbli skont il-paragrafi 1 sa 4, il-kontribwenti għandhom jużaw il-metodu tat-tqassim tal-profitti. Il-fatturi tat-tqassim jistgħu jinkludu l-ispejjeż imġarrba għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll in-numru ta' utenti u d-data miġbura għal kull Stat Membru.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-Istati Membri għandhom jallokaw persunal, għarfien espert u riżorsi baġitarji adegwati lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom kif ukoll riżorsi għat-taħriġ tal-persunal sabiex ikunu jistgħu jattribwixxu profitti għall-istabbiliment permanenti u sabiex jirriflettu l-attivitajiet diġitali f'dak l-Istat Membru.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

1.   Sa ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida għall-awtoritajiet tat-taxxa dwar kif għandhom jiġu identifikati, imkejla u ntaxxati preżenza diġitali sinifikanti u servizzi diġitali. Dawk ir-regoli għandhom jiġu armonizzati fl-Unjoni kollha u għandhom jinħarġu bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

 

2.   Abbażi tal-linji gwida msemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida b'metodoloġija ċara għall-kumpaniji biex jivvalutaw huma stess jekk l-attivitajiet tagħhom u liema minnhom għandhom jingħaddu fil-preżenza diġitali sinifikanti. Dawk il-linji gwida għandhom jinħarġu fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

Kooperazzjoni amministrattiva

 

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tad-Direttiva fl-Unjoni Ewropea, l-iskambju ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet tat-taxxa għandu jkun awtomatiku u obbligatorju, kif stabbilit mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rieżami

Rapport ta' Implimentazzjoni u Rieżami

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Kunsill dwarha.

1.  Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwarha. F'dak ir-rapport għandha ssir enfasi partikulari fuq il-piż amministrattiv u l-ispejjeż addizzjonali għall-kumpaniji u speċjalment l-SMEs, l-impatt tas-sistema ta' tassazzjoni prevista f'din id-Direttiva fuq id-dħul tal-Istati Membri, l-impatt fuq id-data personali tal-utenti u l-impatt fuq is-Suq Uniku kollu kemm hu, b'mod partikolari fir-rigward tad-distorsjoni possibbli tal-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji soġġetti għar-regoli l-ġodda stabbiliti f'din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jeżamina wkoll jekk għandhomx jinbidlu t-tipi ta' servizzi koperti minn din id-Direttiva jew id-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

 

3.  Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

 

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

 

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjona. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Kunsill.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6b

 

Ir-rikors tal-appell

 

Il-kumpaniji – kemm dawk tal-Unjoni kif ukoll dawk li mhumiex – jistgħu jappellaw id-deċiżjoni li s-servizzi li huma jipprovdu huma servizzi diġitali b'konformità mal-liġi nazzjonali.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6c

 

L-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew

 

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar l-adozzjoni ta' atti delegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, u dwar ir-revoka ta' dik id-delega ta' setgħat mill-Kunsill.

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6d

 

Mandat lill-Kummissjoni Ewropea biex tinnegozja t-trattati tat-taxxa ma' pajjiżi terzi

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu delega ta' setgħat lill-Kummissjoni biex tinnegozja f'isimhom ir-reviżjoni jew l-adozzjoni tat-trattati tat-taxxa ma' pajjiżi terzi skont ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-inklużjoni tad-definizzjoni ta' preżenza diġitali sinifikanti għal finijiet ta' taxxa.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kumitat DigiTax għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Il-president tal-Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni.

2.  Il-Kumitat DigiTax għandu jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni u osservatur tal-Parlament Ewropew. Il-president tal-Kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni. Is-servizzi segretarjali tal-Kumitat għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni. Dan il-Kumitat għandu jippubblika l-aġendi tiegħu u l-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta' interess qabel l-għażla tagħhom. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi s-sħab soċjali, għandhom jitħallew jattendu l-laqgħat rilevanti bħala osservaturi.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Article 7 – paragraph 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kumitat DigiTax għandu jeżamina l-kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif imqajma mill-President tal-Kumitat, kemm jekk fuq inizjattiva tal-President stess u kemm jekk fuq it-talba tar-rappreżentant ta' Stat Membru, u għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-konklużjonijiet tiegħu.

4.  Il-Kumitat DigiTax għandu jeżamina l-kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, kif imqajma mill-President tal-Kumitat, kemm jekk fuq inizjattiva tal-President stess u kemm jekk fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew ta' rappreżentant ta' Stat Membru, u għandu jinforma lill-Kummissjoni bil-konklużjonijiet tiegħu.

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kumitat DigiTax għandu jfassal rapport annwali dwar l-attivitajiet u s-sejbiet tiegħu u għandu jaqsam dan ir-rapport mal-Parlament, mal-Kunsill u mal-Kummissjoni.

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kumitat DigiTax għandu jivverifika u jikkontrolla l-implimentazzjoni korretta ta' din id-Direttiva mill-kumpaniji. Huwa għandu jkun kapaċi jiġbor u juża d-data miġbura mill-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa biex jeżamina l-implimentazzjoni korretta tar-regoli dwar il-preżenza diġitali sinifikanti u biex iservi ta' korp li jiffaċilita l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa biex titnaqqas kemm jista' jkun il-possibbiltà ta' tassazzjoni doppja u ta' nontassazzjoni doppja.

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal data li tindika l-Istat Membru li jinsabu fih l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni tal-utenti.

Id-data li tista' tinġabar mingħand l-utenti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun limitata għal data li tindika l-Istat Membru li jinsabu fih l-utenti, mingħajr ma tippermetti l-identifikazzjoni tal-utenti. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mwettaq għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jikkonforma bis-sħiħ mar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Rabta mat-Taxxa fuq is-Servizzi Diġitali fir-rigward tad-Dħul

 

Ladarba din id-Direttiva jsir applikabbli, id-Direttiva dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali għandha tiskadi awtomatikament.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tassazzjoni korporattiva ta’ preżenza diġitali sinifikanti

Referenzi

COM(2018)0147 – C8-0138/2018 – 2018/0072(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.4.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

19.4.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

19.4.2018

JURI

19.4.2018

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

23.4.2018

JURI

27.3.2018

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dariusz Rosati

31.5.2018

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.8.2018

9.10.2018

19.11.2018

 

Data tal-adozzjoni

3.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Wolf Klinz, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Alex Mayer, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Ralph Packet, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Martin Schirdewan, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Marco Valli, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Mady Delvaux, Syed Kamall, Alain Lamassoure, Luigi Morgano, Michel Reimon, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Barbara Lochbihler, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

5.12.2018


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

36

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Petr Ježek, Lieve Wierinck

ECR

Bernd Lucke

EFDD

Bernard Monot, Marco Valli

GUE/NGL

Marisa Matias, Martin Schirdewan, Miguel Viegas

PPE

Markus Ferber, Brian Hayes, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Esther de Lange, Werner Langen, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Anne Sander, Jarosław Wałęsa

S&D

Pervenche Berès, Mady Delvaux, Jonás Fernández, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Philippe Lamberts, Barbara Lochbihler, Michel Reimon, Molly Scott Cato

1

-

ALDE

Wolf Klinz

2

0

ECR

Syed Kamall, Ralph Packet

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Diċembru 2018Avviż legali